ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2011.326.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1227/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ottubru 2011
dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Huwa importanti li jkun żgurat li l-konsumaturi u parteċipanti oħra fis-suq ikollhom fiduċja fl-integrità tas-swieq tal-elettriku u tal-gass, li l-prezzijiet stabbiliti fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa jirriflettu interazzjoni ġusta u kompetittiva bejn il-provvista u d-domanda, u li ebda profitt ma jista' jsir permezz tal-abbuż tas-suq. |
(2) |
L-għan ta’ aktar integrità u trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa għandu jkun li tiġi promossa kompetizzjoni miftuħa u ġusta fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa għall-benefiċċju tal-konsumaturi finali tal-enerġija. |
(3) |
Il-parir tal-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej u tal-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Elettriku u l-Gass ikkonferma li l-ambitu tal-leġiżlazzjoni eżistenti jista' ma jindirizzax b'mod xieraq il-kwistjonijiet tal-integrità tas-swieq fis-swieq tal-elettriku u tal-gass u rrakkomanda li jiġi kkunsidrat qafas leġiżlattiv adegwat imfassal għas-settur tal-enerġija li jipprevjeni l-abbuż tas-suq u jieħu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-settur li mhumiex koperti b'direttivi u regolamenti oħra. |
(4) |
Fl-Unjoni kollha, is-swieq tal-enerġija bl-ingrossa qegħdin isiru dejjem iktar interkonnessi. L-abbuż tas-suq fi Stat Membru wieħed spiss jaffettwa mhux biss il-prezzijiet bl-ingrossa għall-elettriku u għall-gass naturali minn naħa għall-oħra tal-fruntieri nazzjonali kollha, iżda anke l-prezzijiet bl-imnut għall-konsumaturi u għall-mikro-impriżi. Għalhekk, l-interess li tkun żgurata l-integrità tas-swieq ma tistax tkun kwistjoni għall-Istati Membri individwali biss. Jinħtieġ monitoraġġ transkonfinali tas-suq b'saħħtu għat-twettiq tas-suq intern tal-enerġija li jiffunzjona b'mod sħiħ, li jkun interkonness u integrat. |
(5) |
Is-swieq tal-enerġija bl-ingrossa jinkludu kemm is-swieq tal-komoditajiet kif ukoll is-swieq ta’ derivati, li huma ta’ importanza vitali għas-suq tal-enerġija u dak finanzjarju, u hemm interkonnessjoni bejn il-formazzjoni tal-prezzijiet fiż-żewġ setturi. Dawn jinkludu inter alia swieq regolati, faċilitajiet multilaterali ta’ kummerċ u tranżazzjonijiet tat-tip over-the-counter (OTC) u kuntratti bilaterali, direttament jew permezz ta’ sensara. |
(6) |
Sa issa, il-prattiċi tal-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija kienu speċifiċi għal kull Stat Membru u għal kull settur. Skont il-qafas kumplessiv tas-suq u s-sitwazzjoni regolatorja, dan jista' jwassal biex l-attivitajiet ta’ negozjar jkunu soġġetti għal diversi ġurisdizzjonijiet u l-monitoraġġ jitwettaq minn diversi awtoritajiet differenti, possibbilment stabbiliti fi Stati Membri differenti. Dan jista' jirriżulta f'nuqqas ta’ ċarezza rigward ta’ min hija r-responsabbiltà u anki f'sitwazzjoni fejn ma jeżistix monitoraġġ ta’ din ix-xorta. |
(7) |
Imġiba li ddgħajjef l-integrità tas-swieq tal-enerġija bħalissa mhijiex ipprojbita b'mod ċar f'uħud mill-iktar swieq tal-enerġija importanti. Sabiex jiġu protetti l-konsumaturi finali u jiġu żgurati prezzijiet tal-enerġija li jkunu jistgħu jaffordjawhom iċ-ċittadini Ewropej, huwa essenzjali li tali mġiba tiġi pprojbita. |
(8) |
In-negozjar tad-derivati, li jistgħu jiġu saldati fiżikament jew finanzjarjament, u n-negozjar tal-komoditajiet jintużaw flimkien fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. Għalhekk huwa importanti li d-definizzjonijiet ta’ negozjar permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata (insider trading) u ta’ manipulazzjoni tas-suq, li jikkostitwixxu f'abbuż tas-suq, ikunu kompatibbli bejn is-swieq tad-derivati u tal-komoditajiet. Dan ir-Regolament fil-prinċipju għandu japplika għat-tranżazzjonijiet kollha konklużi iżda fl-istess ħin għandu jqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. |
(9) |
Kuntratti għall-konsumaturi li jkopru l-provvista ta’ elettriku u gass naturali lill-konsumaturi finali mhumiex suxxettibbli għall-manipulazzjoni tas-suq bl-istess mod li huma l-kuntratti għall-operaturi li jinxtraw u jinbiegħu faċilment. Madankollu, id-deċiżjonijiet dwar il-konsum tal-akbar utenti tal-enerġija jistgħu wkoll jaffettwaw il-prezzijiet fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa, b'effetti fil-fruntieri nazzjonali kollha. Għalhekk huwa xieraq li l-kuntratti tal-provvista ta’ tali utenti kbar jitqiesu fil-kuntest tal-iżgurar tal-integrità tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. |
(10) |
Filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-eżami stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2010 bit-titolu “Lejn qafas ta’ sorveljanza tas-suq imsaħħaħ għall-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet”, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-tressiq ta’ proposta leġislattiva biex jiġu ttrattati n-nuqqasijiet identifikati fit-trasparenza, l-integrità u s-superviżjoni tas-suq Ewropew tal-karbonju f'perjiodu ta’ żmien xieraq. |
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku (3) u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali (4) jirrikonoxxu li jeħtieġ li jkun hemm aċċess ugwali għall-informazzjoni dwar l-istatus fiżiku u l-effiċjenza tas-sistema, sabiex il-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jivvalutaw is-sitwazzjoni kumplessiva tad-domanda u tal-provvista u jidentifikaw ir-raġunijiet għal varjazzjonijiet fil-prezz tal-bejgħ bl-ingrossa. |
(12) |
L-użu jew it-tentattiv li jsir użu minn informazzjoni privileġġata sabiex isir negozjar jew personali jew f'isem parti terza għandu jkun ipprojbit b'mod ċar. L-użu ta’ informazzjoni privileġġata jista' jikkonsisti wkoll fin-negozjar ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa minn persuni li jafu, jew li suppost jafu, li l-informazzjoni li għandhom hija informazzjoni privileġġata. L-informazzjoni dwar il-pjanijiet u l-istrateġiji tal-parteċipant fis-suq stess għan-negozjar m'għandhiex titqies bħala informazzjoni privileġġata. L-informazzjoni li għandha ssir pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, inklużi l-linji gwida u l-kodiċijiet tan-netwerk adottati skont dawk ir-Regolamenti, tista' sservi, jekk tkun informazzjoni li tista' taffettwa l-prezz tal-ishma, ta’ bażi għad-deċiżjonijiet tal-parteċipanti fis-suq biex jidħlu fi tranżazzjonijiet fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa u għalhekk tista' tikkostitwixxi informazzjoni privileġġata sakemm issir pubblika. |
(13) |
Il-manipulazzjoni fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa tinvolvi azzjonijiet imwettqa minn persuni li artifiċjalment jikkawżaw il-prezzijiet ikunu f'livell mhux iġġustifikat mill-forzi tas-suq tad-domanda u l-provvista, inklużi d-disponibbiltà effettiva tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-ħażna jew tat-trasport, u d-domanda. Forom ta’ manipulazzjoni tas-suq jinkludu t-tqegħid u l-irtirar ta’ ordnijiet foloz; it-tixrid ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa jew ta’ għajdut permezz tal-midja, inkluż l-internet, jew bi kwalunkwe mezz ieħor; l-għoti deliberat ta’ informazzjoni falza lil impriżi li jipprovdu valutazzjonijiet tal-prezzijiet jew rapporti tas-swieq bl-effett li jiġu żgwidati l-parteċipanti fis-suq li jaġixxu abbażi ta’ dawk il-valutazzjonijiet tal-prezzijiet jew ir-rapporti tas-swieq; u l-impressjoni mogħtija deliberatament li d-disponibbiltà tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku jew id-disponibbiltà tal-gass naturali, jew id-disponibbiltà tal-kapaċità ta’ trażmissjoni tkun differenti mill-kapaċità li tkun effettivament u teknikament disponibbli, meta tali informazzjoni taffettwa jew x'aktarx li taffettwa l-prezz tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. Il-manipulazzjoni u l-effetti tagħha jistgħu jseħħu bejn il-fruntieri, bejn is-swieq tal-elettriku u tal-gass u fis-swieq finanzjarji u tal-komoditajiet, inklużi s-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet. |
(14) |
Eżempji ta’ manipulazzjoni tas-suq u tentattivi biex jiġi mmanipulat is-suq jinkludu l-imġiba ta’ persuna, jew ta’ persuni li jaġixxu f'kollaborazzjoni, biex jiżguraw pożizzjoni deċiżiva fuq il-provvista jew id-domanda għal prodott tal-enerġija bl-ingrossa li għandha, jew jista' jkollha, l-effett tal-iffissar, direttament jew indirettament, tal-prezzijiet jew li toħloq kundizzjonijiet inġusti ta’ kummerċ; u l-offerta, ix-xiri jew il-bejgħ ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa bl-iskop, l-intenzjoni jew l-effett li jiġu żgwidati l-parteċipanti fis-suq li jaġixxu abbażi tal-prezzijiet ta’ referenza. Madankollu, prattiċi tas-suq aċċettati bħal dawk li japplikaw fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, li attwalment huma definiti bl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (5) u li jistgħu jkunu adattati jekk dik id-Direttiva tiġi emendata, jistgħu jkunu mod leġittimu li bih il-parteċipanti fis-suq jiżguraw prezz favorevoli għal prodott tal-enerġija bl-ingrossa. |
(15) |
L-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata fir-rigward ta’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa minn ġurnalisti li jaġixxu fil-kapaċità professjonali tagħhom għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu r-regoli li jirregolaw il-professjoni tagħhom u r-regoli li jirregolaw il-libertà tal-istampa, sakemm dawk il-persuni ma jiksbux, direttament jew indirettament, vantaġġ jew profitti mit-tixrid tal-informazzjoni inkwistjoni jew meta l-iżvelar isir bl-intenzjoni li s-suq jiġi żgwidat fir-rigward tal-provvista ta', id-domanda għal, jew il-prezz ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. |
(16) |
Hekk kif is-swieq finanzjarji jiżviluppaw, il-kunċetti tal-abbuż tas-suq li japplikaw għal dawk is-swieq jiġu adattati.Biex tkun żgurata l-flessibbiltà meħtieġa biex ikun hemm reazzjoni rapida għal dawn l-iżviluppi, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha għalhekk tingħata lill-Kummissjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-aġġornament tekniku tad-definizzjonijiet ta’ informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq bl-għan li tiġi żgurata l-koerenza ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-enerġija. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ preparazzjoni tagħha anke f'livell tal-esperti. Il-Kummissjoni għandha, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u b'mod xieraq tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(17) |
Il-monitoraġġ effiċjenti tas-swieq fil-livell tal-Unjoni huwa vitali sabiex jiġi individwat u skoraġġut l-abbuż tas-suq fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (“l-Aġenzija”) qiegħda fl-aħjar pożizzjoni sabiex twettaq monitoraġġ ta’ din ix-xorta billi għandha kemm perspettiva tal-Unjoni kollha fir-rigward tas-swieq tal-elettriku u tal-gass, kif ukoll l-għarfien espert meħtieġ fit-tħaddim tas-swieq u tas-sistemi tal-elettriku u tal-gass fl-Unjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jifhmu b'mod komprensiv l-iżviluppi fis-swieq tal-enerġija fl-Istat Membru tagħhom, għandu jkollhom rwol importanti sabiex ikun żgurat monitoraġġ effiċjenti tas-swieq f'livell nazzjonali. Għaldaqstant, il-kooperazzjoni mill-qrib u l-koordinament bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali hija meħtieġa biex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq u trasparenti tas-swieq tal-enerġija. Il-ġbir ta’ dejta mill-Aġenzija għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet nazzjonali li jiġbru dejta addizzjonali għal finijiet nazzjonali. |
(18) |
Monitoraġġ effiċjenti tas-swieq jeżiġi aċċess regolari u f'waqtu għar-reġistri tat-tranżazzjonijiet kif ukoll aċċess għal dejta strutturali dwar il-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-ħżin, għall-konsum jew għat-trażmissjoni tal-elettriku jew tal-gass naturali. Għal din ir-raġuni, il-parteċipanti fis-suq, inklużi l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, il-fornituri, in-negozjanti, il-produtturi, is-sensara u l-utenti kbar, li jinnegozjaw prodotti tal-enerġija bl-ingrossa għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu dik l-informazzjoni lill-Aġenzija. L-Aġenzija, min-naħa tagħha, tista' tistabbilixxi rabtiet b'saħħithom ma’ swieq organizzati ewlenin. |
(19) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-ġbir tal-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (7). L-obbligi ta’ rappurtar għandhom ikunu mill-inqas u ma għandhomx joħolqu kostijiet jew piżijiet amministrattivi għall-parteċipanti fis-suq. Ir-regoli uniformi dwar ir-rappurtar tal-informazzjoni għandhom għalhekk ikunu analizzati ex ante fir-rigward tal-benefiċċji mqabbla mar-riskji, għandhom jevitaw ir-rappurtar doppju u għandhom jieħdu kont ta’ oqfsa ta’ rappurtar żviluppati skont leġiżlazzjoni rilevanti oħra. Barra minn hekk, l-informazzjoni meħtieġa jew partijiet minnha għandha tinġabar minn persuni oħra u minn sorsi eżistenti meta jkun possibbli. Meta parteċipant fis-suq jew parti terza li taġixxi f'ismu, sistema ta’ rappurtar tat-tranżazzjonijiet, suq organizzat, sistema ta’ tqabbil jew tat-tranżazzjonijiet, jew persuna oħra li b'mod professjonali tagħmel arranġamenti għal tranżazzjonijiet ikunu ssodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar tagħhom lil awtorità kompetenti skont id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (8) jew il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli dwar tranżazzjonijiet ta’ derivati, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet, l-obbligu ta’ rappurtar tagħhom għandu jitqies li ġie ssodisfatt ukoll taħt dan ir-Regolament, iżda biss safejn tkun ġiet irrappurtata l-informazzjoni meħtieġa taħt dan ir-Regolament. |
(20) |
Huwa importanti li l-Kummissjoni u l-Aġenzija jaħdmu flimkien fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jikkonsultaw kif xieraq man-Netwerks Ewropej ta’ Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku u l-Gass u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti u lil awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra bħall-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni, u mal-partijiet interessati bħas-swieq organizzati (eż. skambji tal-enerġija) u l-parteċipanti fis-suq. |
(21) |
Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit reġistru Ewropew tal-parteċipanti fis-suq, ibbażat fuq ir-reġistri nazzjonali, biex jittejbu t-trasparenza u l-integrità ġenerali tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. Sena wara l-istabbiliment ta’ dak ir-reġistru, il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'kooperazzjoni mal-Aġenzija, skont ir-rapporti mogħtija mill-Aġenzija lill-Kummissjoni, u mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-funzjonament u l-utilità tar-reġistru Ewropew tal-parteċipanti fis-suq. Jekk jitqies xieraq abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tippreżenta strumenti addizzjonali biex jittejbu t-trasparenza u l-integrità ġenerali tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs fl-Unjoni kollha għall-parteċipanti fis-suq. |
(22) |
Sabiex ikun iffaċilitat il-monitoraġġ effiċjenti tal-aspetti kollha ta’ negozjar fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi mekkaniżmi sabiex tagħti aċċess għall-informazzjoni li tirċievi dwar tranżazzjonijiet fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa lil awtoritajiet rilevanti oħrajn, b'mod partikolari lill- AETS, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, lill-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri, lill-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni u lil awtoritajiet rilevanti oħrajn. |
(23) |
L-Aġenzija għandha tiżgura s-sigurtà operattiva u l-protezzjoni tad-dejta li tirċievi, għandha tipprevjeni l-aċċess mhux awtorizzat għall-informazzjoni miżmuma mill-Aġenzija u għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tiżgura li d-dejta li tiġbor ma tintużax ħażin minn persuni b'aċċess awtorizzat għaliha. L-Aġenzija għandha wkoll taċċerta ruħha jekk dawk l-awtoritajiet li jkollhom aċċess għad-dejta miżmuma mill-Aġenzija ikunux jistgħu jżommu livell daqstant għoli ta’ sigurtà u jkunu marbutin b'arranġamenti ta’ kunfidenzjalità xierqa. Is-siġurtà operattiva tas-sistemi tal-IT użati għall-ipproċessar u t-trażmissjoni tad-dejta għandha għalhekk tkun żgurata. Għall-istabbiliment ta’ sistema tal-IT li tiżgura l-aktar livell għoli ta’ kunfidenzjalità tad-dejta, l-Aġenzija għandha titħeġġeġ biex taħdem mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA). Dawn ir-regoli għandhom japplikaw ukoll għal awtoritajiet oħra li huma intitolati għal aċċess għad-dejta għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(24) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u jħares il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-tradizzjonijiet kostituzzjonali fl-Istati Membri u għandu jiġi applikat skont id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni rikonoxxut fl-Artikolu 11 tal-Karta. |
(25) |
Fejn l-informazzjoni ma tkunx, jew ma tkunx għadha, sensittiva minn perspettiva kummerċjali jew tas-sigurtà, l-Aġenzija għandha tkun tista' tqiegħed dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti fis-suq u ta’ pubbliku usa' bl-għan li tikkontribwixxi għal għarfien aħjar dwar is-suq. Trasparenza ta’ din ix-xorta tgħin biex tinbena fiduċja fis-suq u trawwem l-iżvilupp ta’ għarfien dwar il-funzjonament tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku regoli dwar kif se tqiegħed dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni b'mod ġust u trasparenti. |
(26) |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li dan ir-Regolament jiġi infurzat fl-Istat Membri. Għal dan il-għan, huma għandu jkollhom is-setgħat investigattivi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu dak il-kompitu b'mod effiċjenti. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati b'konformità mal-liġi nazzjonali u jistgħu jkunu soġġetti għal sorveljanza xierqa. |
(27) |
L-Aġenzija għandha tiżgura li dan ir-Regolament jiġi applikat b'mod ikkoordinat fl-Unjoni kollha, u koerentement mal-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tippubblika gwida mhux vinkolanti dwar l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, kif ikun xieraq. Dik il-gwida għandha tittratta, inter alia, il-kwistjoni tal-prattiċi aċċettati tas-suq. Barra minn hekk, billi l-abbuż tas-suq fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa ta’ spiss jaffettwa iktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandu jkollha rwol importanti sabiex tiżgura li l-investigazzjonijiet jitwettqu b'mod effiċjenti u koerenti. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Aġenzija għandha tkun tista' titlob kooperazzjoni u tikkoordina l-ħidma tal-gruppi investigattivi magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati u, fejn ikun xieraq, ta’ awtoritajiet oħrajn inklużi l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni. |
(28) |
L-Aġenzija għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa, sabiex tkun tista' tissodisfa b'mod adegwat il-kompiti addizzjonali li ngħatawlha skont dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, il-proċedura għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tagħha kif stabbilita fl-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009, għandha tqis dawn il-kompiti kif xieraq. L-awtorità baġitarja għandha tiżgura li jiġu ssodisfatti l-aqwa standards ta’ effiċjenza. |
(29) |
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri u meta jkun il-każ, l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw approċċ ikkoordinat ħalli jingħeleb l-abbuż tas-suq fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa li jinkludi kemm is-swieq tal-komoditajiet kif ukoll is-swieq tad-derivati. Dik il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni rigward suspetti li atti li x'aktarx jikkostitwixxu ksur ta’ dan ir-Regolament, tad-Direttiva 2003/6/KE, jew tal-liġi tal-kompetizzjoni qed jitwettqu jew twettqu fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. Barra minn hekk, dik il-kooperazzjoni għandha tikkontribwixxi għal approċċ koerenti u konsistenti għal investigazzjonijiet u proċedimenti ġudizzjarji. |
(30) |
Huwa importanti li l-obbligu tas-segretezza professjonali japplika għal dawk li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament. L-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tal-informazzjoni li jirċievu. |
(31) |
Huwa importanti li l-pieni għall-ksur ta’ dan ir-Regolament ikunu proporzjonati, effikaċi u dissważivi, u jirriflettu l-gravità tal-ksur, il-ħsara kkawżata lill-konsumaturi u l-qligħ potenzjali minn negozjar abbażi ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq. L-applikazzjoni ta’ dawn il-pieni għandha ssir skont il-liġi nazzjonali. Filwaqt li jirrikonoxxu l-interazzjonijiet bejn negozjar ta’ prodotti derivati tal-elettriku u tal-gass u negozjar effettiv tal-elettriku u tal-gass naturali, il-pieni għall-ksur ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi mal-pieni adottati mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE. Filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-konsultazzjoni dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2010 bit-titolu “Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji”, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tressaq proposti sabiex tarmonizza l-istandards minimi għas-sistemi tal-pieni tal-Istati Membri f'perjiodu adegwat ta’ żmien. Dan ir-Regolament la jaffettwa r-regoli nazzjonali dwar il-livell tal-provi u lanqas l-obbligi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-qrati tal-Istati Membri li jaċċertaw il-fatti rilevanti ta’ każ, sakemm tali regoli u obbligi jkunu kumpatibbli mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni. |
(32) |
Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun ipprovdut qafas armonizzat sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u l-integrità tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett, ambitu u relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jipprojbixxu prattiċi abbużivi li jaffettwaw is-swieq tal-enerġija bl-ingrossa li huma koerenti mar-regoli applikabbli fis-swieq finanzjarji u mal-funzjonament korrett ta’ dawk is-swieq bl-ingrossa filwaqt li jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. Huwa jipprovdi għall-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa mill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u filwaqt li jitqiesu l-interazzjonijiet bejn l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet u s-swieq tal-enerġija bl-ingrossa.
2. Dan ir-Regolament japplika għan-negozjar ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. L-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jkunu strumenti finanzjarji u li għalihom japplika l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/6/KE. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/6/KE u 2004/39/KE kif ukoll għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni Ewropea għall-prattiċi koperti b'dan ir-Regolament.
3. L-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-AETS, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri u, fejn ikun il-każ, l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw li jittieħed approċċ ikkoordinat għall-infurzar tar-regoli rilevanti fejn l-azzjonijiet ikunu relatati ma’ strument finanzjarju wieħed jew iktar li fir-rigward tiegħu jew tagħhom japplika l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/6/KE u anki ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa wieħed jew iktar li għalih jew għalihom japplikaw l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-kompiti assenjati lilha b'dan ir-Regolament skont dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 713/2009.
5. Id-Direttur tal-Aġenzija għandu jikkonsulta lill-Bord tar-Regolaturi tal-Aġenzija dwar l-aspetti kollha tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jqis kif dovut il-pariri u l-opinjonijiet tiegħu.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“informazzjoni privileġġata” tfisser informazzjoni ta’ natura preċiża li ma saritx pubblika, li tirrelata, direttament jew indirettament, ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa wieħed jew iktar u, li kieku ssir pubblika, x'aktarx li taffettwa b'mod sinifikanti dawk il-prezzijiet ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. Għall-finijietdin id-definizzjoni, “informazzjoni” tfisser:
L-informazzjoni għandha titqies li hija ta’ natura preċiża jekk turi sett ta’ ċirkostanzi li jeżisti jew li jista', b'mod raġonevoli, ikun mistenni li jsir eżistenti, jew avveniment li jkun sar jew li jista', b'mod raġonevoli, ikun mistenni li jsir, u jekk tkun speċifika biżżejjed biex tippermetti li wieħed jasal għal konklużjoni fir-rigward tal-effett possibbli ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew ta’ dak l-avveniment fuq il-prezzijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa; |
(2) |
“manipulazzjoni tas-suq” tfisser:
|
(3) |
“tentattiv sabiex ikun immanipulat is-suq” tfisser:
|
(4) |
“prodotti tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser il-kuntratti u d-derivati li ġejjin, irrispettivament minn fejn jew kif jiġu nnegozjati:
Il-kuntratti għall-provvista u d-distribuzzjoni ta’ elettriku jew ta’ gass naturali għall-użu tal-klijenti finali mhumiex prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. Madankollu, il-kuntratti għall-provvista u d-distribuzzjoni ta’ elettriku jew ta’ gass naturali lill-klijenti finali b'kapaċità ta’ konsum akbar mil-limitu stabbilit fit-tieni paragrafu tal-punt (5) għandhom jitqiesu bħala prodotti tal-enerġija bl-ingrossa; |
(5) |
“kapaċità ta’ konsum” tfisser il-konsum ta’ klijent finali ta’ elettriċità jew gass naturali b'użu sħiħ tal-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ dak il-klijent. Hija tinkludi l-konsum kollu minn dak il-klijent bħala entità ekonomika unika, safejn il-konsum isir fi swieq bi prezzijiet bl-ingrossa interkonnessi. Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, il-konsum f'impjanti individwali, li għandhom kapaċità ta’ konsum ta’ anqas minn 600 GWh u li huma taħt il-kontroll ta’ entità ekonomika unika fis-sena, ma għandux jitqies safejn dawk l-impjanti ma jeżerċitawx influwenza konġunta fuq prezzijiet tas-suq tal-enerġija bl-ingrossa minħabba li jkunu jinsabu fi swieq ġeografiċi rilevanti differenti; |
(6) |
“suq tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser kwalunkwe suq fl-Unjoni fejn jiġu nnegozjati prodotti tal-enerġija bl-ingrossa; |
(7) |
“parteċipant fis-suq” tfisser kwalunkwe persuna, inklużi operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni, li tidħol fi tranżazzjonijiet, inkluż it-tqegħid tal-ordnijiet sabiex ikun hemm negozjar, f'suq tal-enerġija tal-operturi wieħed jew iktar; |
(8) |
“persuna” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika; |
(9) |
“awtorità finanzjarja kompetenti” tfisser awtorità kompetenti nnominata skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/6/KE; |
(10) |
“awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (10) jew skont l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (11); |
(11) |
“operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni” għandha t-tifsira stabbilita fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE u fil-punt 4 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE; |
(12) |
“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali fis-sens tal-Artikoli 1 u 2 tas-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (12); |
(13) |
“impriża relatata” tfisser jew sussidjarja jew impriża oħra li fiha tinżamm parteċipazzjoni, jew impriża marbuta ma’ impriża oħra b'relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE; |
(14) |
“distribuzzjoni tal-gass naturali” għandha t-tifsira stabbilita fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE; |
(15) |
“distribuzzjoni tal-elettriku” għandha t-tifsira stabbilita fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE. |
Artikolu 3
Il-projbizzjoni tan-negozju permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata
1. Il-persuni li jkollhom informazzjoni privileġġata b'rabta ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa għandhom jiġu pprojbiti milli:
(a) |
jużaw dik l-informazzjoni billi jakkwistaw jew ibigħu, jew billi jippruvaw jakkwistaw jew ibigħu, għalihom infushom jew f'isem parti terza, kemm direttament kemm indirettament, prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li magħhom tkun relatata dik l-informazzjoni; |
(b) |
jiżvelaw dik l-informazzjoni lil kwalunkwe persuna oħra sakemm tali żvelar ma jsirx matul l-eżerċizzju normali tal-impjieg, tal-professjoni jew tad-dmirijiet tagħhom; |
(c) |
jirrakkomandaw jew jipperswadu lil persuna oħra, fuq il-bażi ta’ informazzjoni privileġġata, biex takkwista jew tbigħ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li magħhom tkun relatata dik l-informazzjoni. |
2. Il-projbizzjoni stabbilta fil-paragrafu 1 tapplika għall-persuni li ġejjin li jkollhom informazzjoni privileġġata relatata ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa:
(a) |
membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew ta’ sorveljanza ta’ impriża; |
(b) |
persuni li jkollhom ishma fil-kapital ta’ impriża; |
(c) |
persuni b'aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju tal-impjieg, tal-professjoni jew tad-dmirijiet tagħhom; |
(d) |
persuni li akkwistaw tali informazzjoni permezz ta’ attività kriminali; |
(e) |
persuni li jafu, jew misshom jafu, li hija informazzjoni privileġġata. |
3. Il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni meta jixtru elettriku jew gass naturali sabiex jiżguraw li s-sistema taħdem f'sikurezza u f'sigurtà skont l-obbligi tagħhom taħt il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/72/KE jew il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/73/KE.
4. Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal:
(a) |
tranżazzjonijiet li jsiru sabiex jitwettaq obbligu li jkun sar dovut ħalli jkunu akkwistati jew jinbiegħu prodotti tal-enerġija bl-ingrossa fejn dak l-obbligu jirriżulta minn ftehim li ġie konkluż jew ordni biex isir negozju mqiegħda qabel ma l-persuna konċernata kellha pussess tal-informazzjoni privileġġata; |
(b) |
tranżazzjonijiet li jkunu daħlu fihom il-produtturi tal-elettriku u tal-gass naturali, l-operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass naturali jew operaturi tal-faċilitajiet-LNG tal-importazzjoni li l-iskop uniku tagħhom ikun li jkopru t-telf fiżiku immedjat li jirriżulta mill-qtugħ fil-provvista mhux ippjanat, fejn jekk dan ma jsirx, il-parteċipant fis-suq ma jkunx jista' jissodisfa obbligi kuntrattwali eżistenti jew meta tali azzjoni ssir bi ftehim mal-operatur(i) tas-sistema ta’ trażmissjoni konċernat(i) sabiex ikun żgurat l-operat b'sigurtà u b'sikurezza tas-sistema. F'tali sitwazzjoni, l-informazzjoni rilevanti relatata mat-tranżazzjonijiet għandha tiġi rrappurtata lill-Aġenzija u lill-awtorità regolatorja nazzjonali. Dan l-obbligu ta’ rappurtar huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu previst fl-Artikolu 4(1); |
(c) |
parteċipanti fis-suq li jaġixxu taħt regoli ta’ emerġenza nazzjonali, fejn intervjenew awtoritajiet nazzjonali biex jiżguraw il-provvista tal-elettriku jew gass naturali u ġew sospiżi l-mekkaniżmi tas-suq fi Stat Membru jew f'partijiet minnu. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għall-ippjanar tal-emerġenzi għandha tiżgura l-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 4. |
5. Fejn il-persuna li jkollha informazzjoni privileġġata relatata ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa tkun persuna ġuridika, il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragafu 1 għandhom japplikaw ukoll għall-persuni fiżiċi li jieħdu sehem fid-deċiżjoni biex titwettaq it-tranżazzjoni f'isem il-persuna ġuridika konċernata.
6. Meta informazzjoni tinxtered għall-iskopijiet tal-ġurnaliżmu jew l-espressjoni artistika, tixrid ta’ informazzjoni ta’ din ix-xorta għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu r-regoli li jirregolaw il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f'midja oħra, sakemm:
(a) |
dawk il-persuni ma jiksbux, direttament jew indirettament, vantaġġ jew profitti mit-tixrid tal-informazzjoni inkwistjoni; jew |
(b) |
l-iżvelar jew it-tixrid isir bl-intenzjoni li s-suq jiġi żgwidat fir-rigward tal-provvista ta', id-domanda għal, jew il-prezz ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. |
Artikolu 4
L-obbligu li tiġi ppubblikata l-informazzjoni privileġġata
1. Il-parteċipanti fis-suq għandhom jiżvelaw pubblikament, effettivament u fil-ħin dovut, informazzjoni privileġġata li tkun fil-pussess tagħhom dwar negozju jew faċilitajiet li l-parteċipant konċernat fis-suq, jew l-impriża prinċipali tiegħu jew impriża relatata, ikunu proprjetarji tagħhom jew li jikkontrollaw jew li għall-affarijiet operattivi tagħħhom dak il-parteċipant jew impriża ikunu responsabbli jew b'mod sħiħ jew b'mod parzjali. Żvelar ta’ dan ix-xorta għandu jinkludi informazzjoni rilevanti għall-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-ħżin, għall-konsum jew għat-trażmissjoni tal-elettriku jew tal-gass naturali jew relatati mal-kapaċità u l-użu tal-faċiliatjiet-LNG, inkluż nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanata jew mhux ippjanata ta’ dawn il-faċilitajiet.
2. Parteċipant fis-suq, taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess, jista' b'mod straordinarju jdewwem l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata sabiex ma jippreġudikax l-interessi leġittimi tiegħu sakemm ma jkunx probabbli li omissjoni ta’ din ix-xorta tqarraq lill-pubbliku u sakemm il-parteċipant fis-suq ikun jista' jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni u ma jiħux deċiżjonijiet relatati ma’ negozju fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa bbażati fuq dik l-informazzjoni. F'din is-sitwazzjoni, il-parteċipant fis-suq għandu bla dewmien jipprovdi din l-informazzjoni, flimkien ma’ ġustifikazzjoni għad-dewmien tal-iżvelar pubbliku, lill-Aġenzija u lill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti filwaqt li jikkunsidra l-Artikolu 8(5).
3. Kull fejn parteċipant fis-suq jew persuna impjegata minn parteċipant fis-suq jew li taġixxi f'ismu jiżvelaw informazzjoni privileġġata b'rabta ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa fit-twettiq normali tal-impjieg, il-professjoni jew il-kompiti tagħhom kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1), dik il-persuna jew parteċipant tas-suq għandha tiżgura l-iżvelar pubbliku simultanju, komplet u effikaċi ta’ dik l-informazzjoni. Fil-każ ta’ żvelar mhux intenzjonat, il-parteċipant fis-suq għandu jiżgura l-iżvelar pubbliku komplet u effikaċi tal-informazzjoni mill-iktar fis possibbli wara l-iżvelar mhux intenzjonat. Dan il-paragrafu ma għandux japplika jekk il-persuna li tirċievi l-informazzjoni jkollha obbligu ta’ kunfidenzjalità, irrispettivament minn jekk tali obbligu jkunx derivat minn liġi, regolament, artikoli ta’ assoċjazzjoni jew kuntratt.
4. Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni privileġġata, anke f'forma aggregata, skont ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, jew ta’ linji gwida u kodiċijiet tan-netwerk adottati skont dawk ir-Regolamenti, tikkostitwixxi żvelar pubbliku simultanju, komplet u effikaċi.
5. Meta eżenzjoni mill-obbligu li tiġi ppubblikata ċerta dejta tkun ingħatat lil operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, dak l-operatur b'hekk ikun eżentat ukoll mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dik id-dejta.
6. Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-parteċipanti fis-suq taħt id-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE, u r-Regolamenti (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009, inklużi l-linji gwida u l-kodiċijiet tan-netwerk adottati skont dawk id-Direttivi u r-Regolamenti, b'mod partikolari rigward l-iskedar u l-metodu ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni.
7. Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-parteċipanti fis-suq li jdewmu l-iżvelar ta’ informazzjoni sensittiva marbuta mal-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika u kif previst fil-punt (d) tal-Artikolu 2tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (13), jekk tkun klassifikata f'pajjiżhom.
Artikolu 5
Projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq
Kull attività jew tentattiv ta’ attività f'manipulazzjoni tas-suq fir-rigward tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa huma pprojbiti.
Artikolu 6
Aġġornar tekniku tad-definizzjonijiet ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 sabiex:
(a) |
tallinja d-definizzjonijiet stabbiliti fil-punti (1), (2), (3) u (5) tal-Artikolu 2 għall-iskop li tiżgura l-koerenza ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u l-enerġija, u |
(b) |
taġġorna dawk id-definizzjonijiet għall-iskop uniku li jitqiesu żviluppi futuri fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. |
2. L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu tal-inqas:
(a) |
il-funzjonament speċifiku tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa, inklużi l-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq tal-elettriku u tal-gass, u l-interazzjoni bejn is-swieq tal-komoditajiet u s-swieq tad-derivati; |
(b) |
il-potenzjal għal manipulazzjoni bejn il-fruntieri, bejn is-swieq tal-elettriku u tal-gass u fis-swieq tal-komoditajiet u tad-derivati; |
(c) |
l-impatt potenzjali tal-produzzjoni, tal-konsum, tal-użu tat-trażmissjoni jew tal-użu tal-kapaċità għall-ħżin effettiv(a) jew ippjanat(a) fuq il-prezzijiet tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa; u |
(d) |
il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida ta’ qafas adottati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009. |
Artikolu 7
Il-monitoraġġ tas-swieq
1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-attività ta’ negozjar ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa sabiex tiskopri u tipprevjeni negozjar ibbażat fuq informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Għandha tiġbor id-dejta għall-valutazzjoni u għall-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa kif stipulat fl-Artikolu 8.
2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkooperaw f'livell reġjonali u mal-Aġenzija biex jitwettaq il-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa msemmi fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti miżmuma mill-Aġenzija li tkun ġabret skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, skont l-Artikolu 10(2). L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimmonitorjaw ukoll l-attività kummerċjali fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa f'livell nazzjonali.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtorità nazzjonali dwar il-kompetizzjoni tagħhom jew korp ta’ monitoraġġ tas-suq stabbilit f'dik l-awtorità jistabbilixxu monitoraġġ tas-suq mal-awtorità regolatorja nazzjonali. Fit-twettiq ta’ tali monitoraġġ tas-suq, l-awtorità nazzjonali dwar il-kompetizzjoni jew il-korp ta’ monitoraġġ tas-suq għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-awtorità regolatorja nazzjonali skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(2), l-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 16.
3. Mill-inqas fuq bażi annwali, l-Aġenzija għandha tressaq rapport quddiem il-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħha skont dan ir-Regolament u tagħmel dan ir-rapport disponibbli pubblikament. F'rapporti ta’ din ix-xorta l-Aġenzija għandha tivvaluta l-operat u t-trasparenza ta’ kategoriji differenti ta’ swieq u metodi ta’ negozju u tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli tas-suq, l-istandards, u l-proċeduri li jistgħu jtejbu l-integrità tas-suq u l-funzjonament tas-suq intern. Tista' tevalwa wkoll jekk xi rekwiżiti minimi għas-swieq organizzati jistgħux jikkontribwixxu għal trasparenza mtejba tas-suq. Ir-rapporti jistgħu jiġu kkombinati mar-rapport imsemmi fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009.
L-Aġenzija tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni rigward ir-reġistri tat-tranżazzjonijiet, inklużi ordnijiet biex isir negozju, li tikkunsidra li jkunu meħtieġa sabiex is-swieq tal-enerġija bl-ingrossa jkunu mmonitorjati b'mod effettiv u effiċjenti. Qabel ma tagħmel rakkomandazzjonijiet ta’ din ix-xorta, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati, b'mod partikolari lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, lill-awtoritajiet finanzjarji kompetenti fl-Istati Membri, lill-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni u lill-AETS.
Ir-rakkomandazzjonijiet kollha għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill ul-Kummissjoni Ewropea, u għall-pubbliku.
Artikolu 8
Ġbir tad-dejta
1. Il-parteċipanti fis-suq, jew persuna jew awtorità elenkata fil-punti (b) sa (f) tal-paragrafu 4 f'isimhom, għandhom jagħtu lill-Aġenzija reġistru tat-tranżazzjonijiet tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa, inklużi l-ordnijiet biex isir negozju. L-informazzjoni li għandha tiġi rrapurtata għandha tinkludi l-identifikazzjoni preċiża tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa mixtrija u mibjugħa, il-prezz u l-kwantità miftiehma, id-dati u l-kalendarju tal-eżekuzzjoni, il-partijiet involuti fit-tranżazzjoni u l-benefiċjarji tat-tranżazzjoni u kull informazzjoni rilevanti oħra. Filwaqt li r-responsabbiltà ġenerali tibqa' tal-parteċipanti fis-suq, ladarba l-informazzjoni meħtieġa tasal mingħand persuna jew awtorità elenkata fil-punti (b) sa (f) tal-paragrafu 4, l-obbligu ta’ rappurtar dwar il-parteċipant fis-suq inkwistjoni għandu jitqies bħala ssodisfatt.
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:
(a) |
tfassal lista ta’ kuntratti u derivati, inklużi ordnijiet sabiex isir negozjar, li għandhom tiġu rrappurtati skont il-paragrafu 1 u limiti de minimis xierqa għar-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet fejn ikun il-każ; |
(b) |
tadotta regoli uniformi dwar ir-rappurtar ta’ informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafu 1; |
(c) |
tistipula l-kalendarju u l-forma li fiha għandha tiġi rappurtata dik l-informazzjoni. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). Huma għandhom iqisu s-sistemi eżistenti ta’ rappurtar.
3. Il-persuni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 4 li jkunu rrapportaw tranżazzjonijiet skont id-Direttiva 2004/39/KE jew il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar transazzjonijiet derivati, kontropartiti ċentrali u repożitarji ta’ tranżazzjonijiet m'għandhomx ikunu soġġetti għal obbligi ta’ rappurtar doppji marbuta ma’ dawk it-tranżazzjonijiet.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jippermettu lil swieq organizzati u sistemi ta’ tqabbil jew rappurtar ta’ tranżazzjonijiet jipprovdu lill-Aġenzija b'reġistri ta’ tranżazzjonijet ta’ enerġija bl-ingrossa.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta minn:
(a) |
parteċipant fis-suq; |
(b) |
parti terza li qed taġixxi f'isem il-parteċipant fis-suq; |
(c) |
sistema ta’ rappurtar tat-tranżazzjonijiet; |
(d) |
suq organizzat, sistema ta’ tqabbil jew tat-tranżazzjonijiet jew persuna oħra li b'mod professjonali tagħmel arranġamenti għal tranżazzjonijiet; |
(e) |
repożitorji ta’ tranżazzjonijiet irreġistrati jew rikonoxxuti skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar transazzjonijiet derivati, kontropartiti ċentrali u repożitarji ta’ tranżazzjonijiet; jew |
(f) |
awtorità kompetenti li rċeviet dik l-informazzjoni skont l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE jew l-AETS meta tkun irċeviet dik l-informazzjoni skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar transazzjonijiet derivati, kontropartiti ċentrali u repożitarji ta’ tranżazzjonijiet. |
5. Il-parteċipanti fis-suq għandhom jipprovdu lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali informazzjoni relatata mal-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-ħżin, għall-konsum jew għat-trażmissjoni tal-elettriku jew tal-gass naturali jew informazzjoni relatata mal-kapaċità u l-użu ta’ faċilitajiet tal-LNG, inkluż in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat jew mhux ippjanat ta’ dawn il-faċilitajiet, sabiex ikun immonitorjat in-negozjar fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. L-obbligi ta’ rappurtar tal-parteċipanti fis-suq għandhom ikunu minimizzati billi l-informazzjoni meħtieġa jew parti minnha tinġabar, fejn possibbli, minn għejun eżistenti.
6. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:
(a) |
tadotta regoli uniformi dwar ir-rappurtar ta’ informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafu 5, u dwar il-limiti minimi xierqa għal tali rappurtar fejn ikun il-każ; |
(b) |
tistabbilixxi l-iskedar u l-forma li fiha dik l-informazzjoni għandha tiġi rapportata. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). Huma għandhom iqisu l-obbligi ta’ rappurtar eżistenti skont ir-Regolamenti (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009.
Artikolu 9
Ir-reġistrazzjoni tal-parteċipanti fis-suq
1. Il-parteċipanti fis-suq li jidħlu fi tranżazzjonijiet li jridu jiġu rrapportati lill-Aġenzija skont l-Artikolu 8(1) għandhom jirreġistraw mal-awtorità regolatorja nazzjonali fl-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti jew residenti jew, jekk ma jkunux stabbiliti jew residenti fl-Unjoni, fi Stat Membru li fih ikunu attivi.
Parteċipant fis-suq għandu jirreġistra biss ma’ awtorità regolatorja nazzjonali waħda. L-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu li parteċipant fis-suq diġà rreġistrat fi Stat Membru ieħor jerġa' jirreġistra.
Ir-reġistrazzjoni tal-parteċipanti fis-suq hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ konformità mar-regoli applikabbli dwar in-negozjar u l-ibbilanċjar.
2. Mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data li fiha l-Kummissjoni tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu reġistri nazzjonali ta’ parteċipanti fis-suq li għandhom iżommu aġġornati. Ir-reġistru għandu jagħti lil kull parteċipant fis-suq identifikatur uniku u għandu jkun fih informazzjoni biżżejjed biex jiġi identifikat il-parteċipant fis-suq, inklużi dettalji rilevanti rigward in-numru tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-post ta’ stabbiliment tiegħu, il-persuni responsabbli mid-deċiżjonijiet operattivi u kummerċjali tiegħu, u l-kontrollur jew benefiċjarju aħħari tal-attivitajiet kummerċjali tal-parteċipant fis-suq.
3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jittrażmettu l-informazzjoni fir-reġistri nazzjonali tagħhom lill-Aġenzija f'format determinat mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha, b'kooperazzjoni ma’ dawk l-awtoritajiet, tiddetermina dak il-format u għandha tippubblikah sad-29 ta’ Ġunju 2012. Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi reġistru Ewropew ta’ parteċipanti fis-suq. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet rilevanti oħra għandu jkollhom aċċess għar-reġistru Ewropew. Skont l-Artikolu 17, l-Aġenzija tista' tiddeċiedi li r-reġistru Ewropew, jew partijiet minnu, isir disponibbli għall-pubbliku sakemm ma tkunx żvelata informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar parteċipanti fis-suq individwali.
4. Il-parteċipanti fis-suq imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom iressqu l-formola ta’ reġistrazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma jibdew tranżazzjoni li jeħtieġ li tiġi rrapportata lill-Aġenzija skont l-Artikolu 8(1).
5. Il-parteċipanti fis-suq imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkomunikaw minnufih lill-awtorità regolatorja nazzjonali kwalunkwe bidla li tkun saret fir-rigward tal-informazzjoni mogħtija fil-formola ta’ reġistrazzjoni.
Artikolu 10
Kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Aġenzija u awtoritajiet oħrajn
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi mekkaniżmi sabiex tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mal-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri, mal-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni, l-AETS, u ma’ awtoritajiet rilevanti oħrajn. Qabel ma tistabbilixxi dawn il-mekkaniżmi, l-Aġenzija għandha tikkonsulta ma’ dawn l-awtoritajiet.
2. L-Aġenzija għandha tagħti aċċess għall-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 biss lill-awtoritajiet li jkunu stabbilixxew sistemi li jagħtu l-possibbiltà lill-Aġenzija li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 12(1).
3. Ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet irreġistrati jew rikonoxxuti skont leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar transazzjonijiet derivati, kontropartiti ċentrali u repożitarji ta’ tranżazzjonijiet għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija l-informazzjoni rilevanti kollha li ġabru dwar il-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa u d-derivati tal-kwoti tal-emissjonijiet.
L-AETS għandha tittrażmetti lill-Aġenzija rapporti ta’ tranżazzjonijiet fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jkunu rċevew skont l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE u skont il- leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar transazzjonijiet derivati, kontropartiti ċentrali u repożitarji ta’ tranżazzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu rapporti ta’ tranżazzjonijiet fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jkunu rċevew skont l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jittrażmettu dawk ir-rapporti lill-Aġenzija.
L-Aġenzija u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-iskambju tal-kwoti ta’ emissjonijiet jew ta’ derivati relatati mal-kwoti tal-emissjonijiet għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa li jipprovdu aċċess lill-Aġenzija għar-reġistri tat-tranżazzjonijiet f'dawn il-kwoti u-derivati fejn dawk l-awtoritajiet jiġbru informazzjoni dwar tranżazzjonijiet bħal dawn.
Artikolu 11
Protezzjoni tad-dejta
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward l-ipproċessar tagħhom ta’ dejta personali skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (14) jew għall-obbligi tal-Aġenzija, meta twettaq dmirijietha, relatati mal-ipproċessar tagħha ta’ dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (15) fil-qadi ta’ dmirijietha.
Artikolu 12
Affidabbiltà operattiva
1. L-Aġenzija għandha tiżgura l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tal-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikoli 8 u 10. L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tipprevjeni kwalunkwe użu ħażin ta', u aċċess mhux awtorizzat għal, l-informazzjoni miżmuma fis-sistemi tagħha.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni, l-AETS u l-awtoritajiet rilevanti l-oħra għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tal-informazzjoni li jirċievu taħt l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(5) jew l-Artikolu 10 u għandhom jieħdu passi biex jevitaw kwalunkwe użu ħażin ta’ din l-informazzjoni.
L-Aġenzija għandha tidentifika s-sorsi ta’ riskju operattiv u timminimizzahom billi tiżviluppa sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa.
2. Suġġett għall-Artikolu 17, l-Aġenzija tista' tiddeċiedi li tagħmel pubblikament disponibbli partijiet mill-informazzjoni li jkollha sakemm ma tiġix żvelata u ma tkunx tista' tiġi dedotta informazzjoni sensittiva mil-lat kummerċjali dwar parteċipanti individwali fis-suq, dwar tranżazzjonijiet individwali jew dwar postijiet tas-suq individwali.
L-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli l-bażi ta’ dejta tagħha li ma tkunx sensittiva mil-lat kummerċjali għal skopijiet xejntifiċi, skont rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità.
L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata jew issir disponibbli fl-interess tat-titjib tat-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa u sakemm x'aktarx ma toħloqx xi distorsjoni tal-kompetizzjoni f'dawk is-swieq tal-enerġija.
L-Aġenzija għandha xxerred l-informazzjoni b'mod ġust skont regoli trasparenti li għandha tfassal u tagħmel disponibbli pubblikament.
Artikolu 13
Implimentazzjoni tal-projbizzjonijiet kontra l-abbuż tas-suq
1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 5 u l-obligazzjoni stabbilita fl-Artikolu 4 jiġu applikati.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tiegħu jkollhom is-setgħat investigattivi u ta’ infurzar meħtieġa għat-twettiq ta’ dik il-funzjoni sad-29 ta’ Ġunju 2013. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati b'mod proporzjonat.
Dawk is-setgħat jistgħu jiġu eżerċitati:
(a) |
direttament; |
(b) |
f'kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn; jew |
(c) |
b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti. |
Fejn ikun il-każ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżerċitaw is-setgħat investigattivi tagħhom f'kollaborazzjoni ma’ swieq organizzati, ma’ sistemi ta’ tqabbil jew tat-tranżazzjonijiet jew ma’ persuni oħra li b'mod professjonali jagħmlu arranġamenti għal tranżazzjonijiet kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 8(4).
2. Is-setgħat investigattivi u ta’ infurzar imsemmija fil-pargarafu 1 għandhom ikunu limitati għall-għan tal-investigazzjoni. Għandhom ikunu eżerċitati b'konformità mal-liġi nazzjonali u jinkludu d-dritt li:
(a) |
ikun hemm aċċess għal kwalunkwe dokument rilevanti fi kwalunwke forma jkun, u li tiġi riċevuta kopja tiegħu; |
(b) |
tintalab informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna rilevanti, inklużi dawk li jkunu suċċessivament involuti fit-trażmissjoni tal-ordnijiet jew fit-twettiq tal-operazzjonijiet konċernati, kif ukoll il-prinċipali tagħhom, u jekk ikun meħtieġ, id-dritt li tissejjaħ u tinstema' kwalunkwe tali persuna jew prinċipal; |
(c) |
jitwettqu spezzjonijiet fil-post; |
(d) |
jintalbu r-reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u r-reġistri tat-traffiku tad-dejta eżistenti; |
(e) |
jintalab il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika li tmur kontra dan ir-Regolament jew atti delegati jew atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu; |
(f) |
issir talba lil qorti għall-iffriżar jew għas-sekwestru ta’ assi; |
(g) |
jintalab lil qorti jew lil kwalunkwe awtorità kompetenti timponi projbizzjoni temporanja ta’ attività professjonali. |
Artikolu 14
Dritt ta’ appell
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi xierqa fil-livell nazzjonali skont liema parti affettwata minn deċiżjoni tal-awtorità regolatorja jkollha dritt ta’ appell lil korp indipendenti mill-partijiet involuti u minn kwalunkwe gvern.
Artikolu 15
Obbligi ta’ persuni li b'mod professjonali jagħmlu arranġamenti għal tranżazzjonijiet
Kwalunkwe persuna li b'mod professjonali tagħmel arranġamenti għal tranżazzjonijiet fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li raġonevolment tissuspetta li tranżazzjoni tista' tikser l-Artikoli 3 jew 5 għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità regolatorja nazzjonali.
Il-persuni li b'mod professjonali jagħmlu arranġamenti għal tranżazzjonijiet fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi sabiex ikun identifikat il-ksur tal-Artikoli 3 jew 5.
Artikolu 16
Il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali
1. L-Aġenzija għandu jkollha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament b'mod ikkoordinat u konsistenti.
L-Aġenzija għandha tippubblika gwida mhux vinkolanti dwar l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, skont il-każ.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija u ma’ xulxin, anke f'livell reġjonali, sabiex iwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti u l-awtorità nazzjonali dwar il-kompetizzjoni fi Stat Membru jistgħu jistabbilixxu forom xierqa ta’ kooperazzjoni sabiex ikunu żgurati investigazzjoni u infurzar effikaċi u effiċjenti u biex jikkontribwixxu għal approċċ koerenti u konsistenti għall-investigazzjoni, il-proċedimenti ġudizzjarji u għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament u l-liġi finanzjarja u tal-kompetizzjoni rilevanti.
2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom bla dewmien jinformaw lill-Aġenzija b'mod kemm jista' jkun speċifiku fejn ikollhom raġunijiet validi sabiex jissuspettaw li qed jitwettqu jew twettqu atti li jiksru dan ir-Regolament, jew f'dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor.
Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tissuspetta li fi Stat Membru ieħor qed jitwettqu atti li jaffettwaw is-swieq tal-enerġija bl-ingrossa jew il-prezz tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa f'dak l-Istat Membru, hija tista' titlob lill-Aġenzija sabiex tieħu azzjoni skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u, jekk l-atti jaffettwaw strumenti finanzjarji soġġetti għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/6/KE, skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
3. Sabiex ikun żgurat approċċ ikkoordinat u konsistenti għall-abbuż tas-suq fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa:
(a) |
l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinformaw lill-awtorità finanzjarja kompetenti tal-Istat Membru tagħhom u lill-Aġenzija fejn ikollhom raġunijiet validi sabiex jissuspettaw li fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa qed jitwettqu jew twettqu atti, li jikkostitwixxu abbuż tas-suq fit-tifsira tad-Direttiva 2003/6/KE, u li jaffettwaw strumenti finanzjarji soġġetti għall-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva; għal dawn il-finijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu forom xierqa ta’ kooperazzjoni mal-awtorità finanzjarja kompetenti fl-Istat Membru tagħhom; |
(b) |
l-Aġenzija għandha tinforma lill-AETS u lill-awtorità finanzjarja kompetenti fejn ikollha raġunijiet validi biex tissuspetta li fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa qed jitwettqu jew twettqu atti, li jikkostitwixxu abbuż tas-suq fis-sens tad-Direttiva 2003/6/KE, u li jaffettwaw strumenti finanzjarji soġġetti għall-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva; |
(c) |
l-awtorità finanzjarja kompetenti ta’ Stat Membru għandha tinforma lill-AETS u lill-Aġenzija fejn ikollha raġunijiet validi sabiex tissuspetta li fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa fi Stat Membru ieħor qed jitwettqu jew twettqu atti li jiksru l-Artikoli 3 u 5; |
(d) |
l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinformaw lill-awtorità nazzjonali dwar il-kompetizzjoni tal-Istat Membru tagħhom, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija fejn ikollhom raġunijiet validi sabiex jissuspettaw li fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa qed jitwettqu jew twettqu atti, li x'aktarx jikkostitwixxu ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni. |
4. Sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha taħt il-paragrafu 1, fejn, inter alia abbażi ta’ valutazzjonijiet jew analiżi inizjali, l-Aġenzija tissuspetta li kien hemm ksur ta’ dan ir-Regolament, għandu jkollha s-setgħa:
(a) |
li titlob lil awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew iktar sabiex tipprovdi/jipprovdu kwalunkwe informazzjoni relatata mal-ksur issuspettat; |
(b) |
li titlob lil awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew iktar sabiex tibda/jibdew investigazzjoni tal-ksur issuspettat, u tieħu/jieħdu azzjoni xierqa sabiex issib/isibu rimedju għal kwalunkwe ksur misjub; kull deċiżjoni rigward l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed biex jiġi rimedjat kull ksur misjub għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata; |
(c) |
li, fejn tikkunsidra li l-ksur possibbli għandu, jew kellu, impatt transkonfinali, tistabbilixxi u tikkoordina grupp investigattiv li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati sabiex jinvestiga jekk inkisirx dan ir-Regolament u f'liema Stat Membru sar il-ksur. Fejn ikun il-każ, l-Aġenzija tista' titlob ukoll il-parteċipazzjoni fil-grupp investigattiv tar-rappreżentanti tal-awtorità finanzjarja kompetenti jew ta’ kwalunwke awtorità rilevanti oħra ta’ Stat Membru wieħed jew iktar. |
5. Awtorità regolatorja nazzjonali li tirċievu talba għal informazzjoni taħt il-punt (a) tal-paragrafu 4, jew li tirċievu talba sabiex jingħata bidu għal investigazzjoni ta’ ksur issuspettat taħt il-punt (b) tal-paragrafu 4, għandha tieħu immedjatament il-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ dik it-talba. Jekk dik l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx tista' tipprovdi l-informazzjoni mitluba immedjatament, hija għandha tinforma mill-iktar fis possibbli lill-Aġenzija bir-raġunijiet għal dan.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirrifjuta li taġixxi fuq talba meta:
(a) |
il-konformità tista' taffettwa ħażin is-sovranità jew is-sigurtà tal-Istat Membru inkwistjoni; |
(b) |
ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru inkwistjoni; jew |
(c) |
tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward ta’ tali persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru inkwistjoni; |
Fi kwalnkwe każ bħal dan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinnotifika lill-Aġenzija skont kif ikun meħtieġ, filwaqt li jipprovdu informazzjoni dettaljata kemm jista' jkun dwar dawk il-proċedimenti jew dwar is-sentenza.
L-awtoritajiet regolatarji nazzjonali għandhom jipparteċipaw fi grupp investigattiv imlaqqa' taħt il-punt (c) tal-paragrafu 4, fejn jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa. Il-grupp investigattiv għandu jkun soġġett għall-koordinazzjoni tal-Aġenzija.
6. L-aħħar sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 ma għandhiex tapplika għall-Aġenzija meta tkun qed twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Is-segretezza professjonali
1. Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali riċevuta, skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.
2. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għal:
(a) |
persuni li jaħdmu jew li kienu jaħdmu għall-Aġenzija; |
(b) |
awdituri u esperti mogħtija struzzjonijiet mill-Aġenzija; |
(c) |
persuni li jaħdmu jew li kienu jaħdmu għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew għal awtoritajiet rilevanti oħrajn; |
(d) |
awdituri u esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew minn awtoritajiet rilevanti oħrajn li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
3. L-informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu l-persuni msemmija fil-paragrafu 2 matul il-qadi ta’ dmirijiethom ma tista' tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra, ħlief f'forma mqassra jew aggregata b'tali mod li parteċipant individwali fis-suq jew suq individwali ma jkunx jista' jiġi identifikat, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament jew għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
4. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, l-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri, l-AETS, il-korpi jew persuni li jkunu rċevew informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament, jistgħu jużawha biss biex iwettqu dmirijiethom u biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom. Awtoritajiet, korpi, jew persuni oħrajn jistgħu jużaw dik l-informazzjoni għall-fini li għalih kienet ipprovduta lilhom jew fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji speċifikament relatati mal-eżerċizzju ta’ dawk il-funzjonijiet. L-awtorità li tirċievi l-informazzjoni tista' tużaha għal finijiet oħrajn, sakemm l-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri, l-AETS, il-korpi jew persuni li jikkomunikaw l-informazzjoni jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan.
5. Dan l-Artikolu ma għandux iwaqqaf lil awtorità fi Stat Membru milli tiskambja jew tittrażmetti, skont il-liġi nazzjonali, informazzjoni kunfidenzjali sakemm din ma tkunx waslet minn awtorità ta’ Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament.
Artikolu 18
Pieni
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, dissważivi u proporzjonati, filwaqt li jirriflettu n-natura, it-tul u l-gravità tal-ksur, il-ħsara kkawżata lill-konsumaturi u l-qligħ potenzjali minn negozjar abbażi ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjoniijiet lill-Kummissjoni mhux iktar tard sad-29 ta’ Ġunju 2013 u għandhom jinnotifikawha immedjatament bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tiżvela l-miżuri pubbliċi jew il-pieni imposti għal ksur ta’ dan ir-Regolament sakem tali żvelar ma jikkawżax ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti.
Artikolu 19
Relazzjonijiet internazzjonali
Sakemm ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi stipulati f'dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Aġenzija tista' tiżviluppa kuntatti u tidħol f'arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi b'mod partikolari ma’ dawk li jkollhom impatt fuq is-suq tal-enerġija bl-ingrossa tal-Unjoni biex tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-qafas regolatorju. Dawk l-arranġamenti m'għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u lanqas m'għandhom iwaqqfu lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk l-awtoritajiet superviżorji, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi.
Artikolu 20
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjiodu ta’ ħames snin mit-28 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 6 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 21
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 8 għandhom japplikaw b'effett mid-data li tiġi sitt xhur wara d-data li fiha l-Kummissjoni tadotta l-atti rilevanti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 6 ta’ dak l-Artikolu.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 108.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2011.
(3) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.
(4) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.
(5) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
(6) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
(7) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(8) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(9) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(10) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.
(11) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.
(12) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
(13) ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75.
(14) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
Il-Kummissjoni tqis li l-limiti ta’ rappurtaġġ tat-transazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2)(a) u ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 8(6)(a) ma jistgħux jiġu stabbiliti permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.
Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni ser tressaq proposta leġislattiva li tistabbilixxi dawn il-limiti.
DIKJARAZZJONI MILL-KUNSILL
Il-leġislatur tal-UE ta setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 291 TFUE b’rabta mal-miżuri previsti fl-Artikolu 8. Dak huwa legalment vinkolanti għall-Kummissjoni minkejja d-dikjarazzjoni li għamlet fir-rigward tal-Art. 8(2)(a) u 8(6)(a).
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/17 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1228/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 429/73 li jagħmel dispożizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1059/69 u li joriġinaw fit-Turkija
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
It-titjib tat-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għat-tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jimplimentaw. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni li hija fis-seħħ. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 429/73 (2) kien ġie adottat sabiex jiġi determinat il-komponent fiss imnaqqas tad-dazji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fit-Turkija u impurtati fil-qafas tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970. |
(3) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali tal-Unjoni Doganali (3) tistabbilixxi r-regoli għad-determinazzjoni tad-dazji għall-prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fit-Turkija u impurtati fl-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament (KEE) Nru 429/73 għaldaqstant sar obsolet. |
(4) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ċarezza, ir-Regolament (KEE) Nru 429/73 għandu għalhekk jitħassar, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-Regolament (KEE) Nru 429/73 huwa b’dan imħassar.
2. It-tħassir tal-att imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal:
(a) |
iż-żamma fis-seħħ ta’ atti tal-Unjoni adottati abbażi tal-att imsemmi fil-paragrafu 1; u |
(b) |
il-validità kontinwa ta’ emendi li saru mill-att imsemmi fil-paragrafu 1 lil atti oħrajn tal-Unjoni li mhumiex imħassra b’dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2011
(2) ĠU L 59, 5.3.1973, p. 85 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 03, Vol 02, p. 5).
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/18 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1229/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li saru obsoleti fil-qasam tal-politika agrikola komuni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, u b’mod partikolari l-Artikolu 60, l-Artikolu 61(5) u l-Artikolu 72(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-1985, u b’mod partikolari l-Artikolu 234(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u r-rekwiżit għal unanimità fil-Kunsill previst fl-Artikolu 234(3) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-1985 (2),
Billi:
(1) |
It-titjib fit-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għal tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jimplimentaw. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li m’għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni li tinsab fis-seħħ. |
(2) |
Numru ta’ regolamenti relattivi għall-politika agrikola komuni saru obsoleti, anki jekk formalment baqgħu fis-seħħ. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/69 tas-17 ta’ Ottubru 1969 dwar il-finanzjament Komunitarju tan-nefqa li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari (3) eżawrixxa l-effetti tiegħu ladarba l-kontenut tiegħu ġie indirizzat minn atti sussegwenti. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1467/70 tal-20 ta’ Lulju 1970 li jiffissa ċerti regoli ġenerali li jirregolaw l-intervenzjoni fis-suq tat-tabakk mhux maħdum (4) eżawrixxa l-effetti tiegħu bħala konsegwenza ta’ riformi suċċessivi tas-settur tat-tabakk mill-1992 ‘l hawn. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3279/75 tas-16 ta’ Diċembru 1975 dwar l-istandardizzazzjoni tat-trattament applikat mill-Istati Membri individwali għall-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux membri ta’ siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u simili, fjuri maqtugħa u weraq ornamentali (5) eżawrixxa l-effetti tiegħu ladarba l-kontenut tiegħu ġie inkluż f’atti sussegwenti. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1078/77 tas-17 ta’ Mejju 1977 li introduċa sistema ta’ primjums għal ħalib u prodotti tal-ħalib mhux kummerċjalizzati u għall-konverżjoni ta’ merħliet li jipproduċu l-ħalib (6) introduċa miżuri applikabbli sal-1981 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(7) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1853/78 tal-25 ta’ Lulju 1978 li jadotta regoli ġenerali b’konnessjoni ma’ miżuri speċjali għaż-żerriegħa tar-riġnu (7) introduċa miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2874/77 tad-19 ta’ Diċembru 1977 li jistabbilixxi miżuri speċjali rigward iż-żerriegħa tar-riġnu (8) li ma baqax validu fit-30 ta’ Settembru 1984, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(8) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2580/78 tal-31 ta’ Ottubru 1978 li jestendi s-sena 1977/78 tal-marketing taż-żejt taż-żebbuġa, li jipprovdi għall-miżuri speċjali għal dan is-settur, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 878/77 rigward ir-rati tal-kambju li għandhom ikunu applikati fl-agrikoltura (9) kien ikopri biss is-snin tas-suq 1977/78 u 1978/79 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(9) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1/81 tal-1 ta’ Jannar 1981 li jistabbilixxi regoli ġenerali għas-sistema ta’ ammonti ta’ kumpens tal-adeżjoni għaċ-ċereali (10) kien intiż għall-applikazzjoni fil-perjodu tranżitorju sussegwentement għall-adeżjoni tal-Greċja mal-Komunitajiet Ewropej u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(10) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1946/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 li jirrestrinġi l-għajnuniet ta’ investiment għall-produzzjoni tal-ħalib (11) eżawrixxa l-effetti tiegħu ladarba l-kontenut tiegħu ġie indirizzat minn atti sussegwenti. |
(11) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2989/82 tad-9 ta’ Novembru 1982 dwar l-għoti ta’ għajnuna għal konsum ta’ butir fid-Danimarka, il-Greċja, l-Italja u l-Lussemburgu (12) introduċa biss miżuri temporanji u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(12) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3033/83 tas-26 ta’ Ottubru 1983 li jabolixxi l-ammont ta’ kumpens tal-“adeżjoni” applikabbli għal inbejjed likurużi (13) kien intiż għall-applikazzjoni fil-perjodu tranżitorju sussegwentement għall-adeżjoni tal-Greċja mal-Komunitajiet u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(13) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 564/84 tal-1 ta’ Marzu 1984 dwar is-sospensjoni ta’ għajnuniet għal investiment fil-qasam tal-produzzjoni tal-ħalib (14) kien ikopri biss is-sena 1984 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(14) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2997/87 tat-22 ta’ Settembru 1987 li jistipula, fir-rigward tal-ħops, l-ammont ta’ għajnuna lil produtturi għall-ħsad tal-1986, u li jipprovdi għal miżuri speċjali għal ċerti reġjuni ta’ produzzjoni (15) introduċa miżuri speċjali applikabbli sas-sena 1995 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(15) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1441/88 tal-24 ta’ Mejju 1988 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 822/87 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (16) ta s-setgħa lill-Kunsill sabiex jemenda ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji li rriżultaw mill-adeżjoni tal-Portugall mal-Komunitajiet u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(16) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1720/91 tat-13 ta’ Ġunju 1991 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet (17) introduċa diversi miżuri eċċezzjonali fl-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet, li kienu japplikaw sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1992, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(17) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 740/93 tas-17 ta’ Marzu 1993 li jistipula kumpens Komunitarju għal waqfien definittiv tal-produzzjoni tal-ħalib fil-Portugall (18) introduċa miżura speċjali sabiex tibqa’ implimentata sas-sena 1996 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(18) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 741/93 tas-17 ta’ Marzu 1993 dwar l-applikazzjoni tal-prezz komuni tal-intervent għaż-żejt taż-żebbuġa fil-Portugall (19) kien intiż għall-applikazzjoni fil-perjodu tranżitorju sussegwentement għall-adeżjoni tal-Portugall mal-Komunitajiet u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(19) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 744/93 tas-17 ta’ Marzu 1993 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu supplimentari tal-kummerċ għal kunsinji ta’ prodotti għajr frott u ħxejjex fil-Portugall (20) kien dwar l-applikabbiltà għall-Portugall tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3817/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu supplimentari tal-kummerċ għall-importazzjonijiet fi Spanja ta’ prodotti għajr frott u ħxejjex (21), li sussegwentement ġie mħassar, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(20) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2443/96 tas-17 ta’ Diċembru 1996 li jipprovdi miżuri addizzjonali għall-appoġġ dirett tal-introjti tal-produtturi jew għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (22) kien ikopri biss is-sena 1997 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(21) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/97 tat-30 ta’ Ottubru 1997 dwar it-titjib tal-produzzjoni fil-Komunità tat-tuffieħ, lanġas, ħawħ u nuċiprisk (23) kien intiż li jintroduċi primjum speċjali għas-sena tas-suq 1997/1998 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(22) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2330/98 tat-22 ta’ Ottubru 1998 li jipprovdi għal offerta ta’ kumpens lil xi produtturi tal-ħalib jew ta’ prodotti tal-ħalib li kellhom restrizzjonijiet temporanji fit-twettieq tan-negozju tagħhom (24) kien ikopri biss miżura speċjali temporanja u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(23) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2800/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar miżuri tranżitorji li għandhom jiġu applikati skont il-politika agrikola komuni minħabba l-introduzzjoni tal-euro (25) kien intiż biex jipprovdi biss għal miżuri tranżitorji u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(24) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2802/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar programm ta’ għoti ta’ prodotti agrikoli lill-Federazzjoni Russa (26) kien intiż biex jipprovdi għal miżura waħda ta’ darba, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(25) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 660/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92 u li jiffissal-primjums u l-limiti tal-garanziji għall-weraq tat-tabakk skont il-grupp tal-varjetà u l-Istat Membru għall-ħsad tal-1999, l-2000 u l-2001 (27) kien ikopri biss il-ħsad tal-1999, l-2000 u l-2001 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(26) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 546/2002 tal-25 ta’ Marzu 2002 li jiffissal-primjums u l-livelli ta’ garanziji għat-tabakk tal-werqa skont il-grupp ta’ varjetà u l-Istat Membru, għall-ħsad tal-2002, 2003 u 2004 u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92 (28) kien ikopri biss il-ħsad tal-2002, l-2003, l-2004 u tal-2005, u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(27) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 527/2003 tas-17 ta’ Marzu 2003 li jawtorizza l-offerta u l-konsenja għal konsum dirett uman ta’ ċerti nbejjed importati mill-Arġentina li setgħu li kienu għaddew minn proċess enoloġiku li ma hemmx provvediment dwaru fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 (29) kien intiż biex jintroduċi deroga li kienet tapplika biss sal-31 ta’ Diċembru 2008 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(28) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ċarezza, dawk l-atti obsoleti għandhom jitħassru, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2052/69, (KEE) Nru 1467/70, (KEE) Nru 3279/75, (KEE) Nru 1078/77, (KEE) Nru 1853/78, (KEE) Nru 2580/78, (KEE) Nru 1/81, (KEE) Nru 1946/81, (KEE) Nru 2989/82, (KEE) Nru 3033/83, (KEE) Nru 564/84, (KEE) Nru 2997/87, (KEE) Nru 1441/88, (KEE) Nru 1720/91, (KEE) Nru 740/93, (KEE) Nru 741/93, (KEE) Nru 744/93, (KE) Nru 2443/96, (KE) Nru 2200/97, (KE) Nru 2330/98, (KE) Nru 2800/98, (KE) Nru 2802/98, (KE) Nru 660/1999, (KE) Nru 546/2002 u (KE) Nru 527/2003 huma b’dan imħassra.
2. It-tħassir tal-atti msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal:
(a) |
iż-żamma fis-seħħ ta’ atti tal-Unjoni adottati abbażi tal-atti msemmijin fil-paragrafu 1; u |
(b) |
il-validità kontinwa ta’ emendi li saru mill-atti msemmijin fil-paragrafu 1 lil atti oħra tal-Unjoni li mhumiex imħassra b’dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2011
(3) ĠU L 263, 21.10.1969, p. 6.
(4) ĠU L 164, 27.7.1970, p. 32.
(5) ĠU L 326, 18.12.1975, p. 1.
(6) ĠU L 131, 26.5.1977, p. 1.
(8) ĠU L 332, 24.12.1977, p. 1.
(9) ĠU L 309, 1.11.1978, p. 13.
(11) ĠU L 197, 20.7.1981, p. 32.
(12) ĠU L 314, 10.11.1982, p. 25.
(13) ĠU L 297, 29.10.1983, p. 1.
(14) ĠU L 61, 2.3.1984, p. 34.
(15) ĠU L 284, 7.10.1987, p. 19.
(16) ĠU L 132, 28.5.1988, p. 1.
(17) ĠU L 162, 26.6.1991, p. 27.
(18) ĠU L 77, 31.3.1993, p. 5.
(19) ĠU L 77, 31.3.1993, p. 7.
(20) ĠU L 77, 31.3.1993, p. 11.
(21) ĠU L 387, 31.12.1992, p. 12.
(22) ĠU L 333, 21.12.1996, p. 2.
(23) ĠU L 303, 6.11.1997, p. 3.
(24) ĠU L 291, 30.10.1998, p. 4.
(25) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 8.
(26) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 12.
(27) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 10.
(28) ĠU L 84, 28.3.2002, p. 4.
(29) ĠU L 78, 25.3.2003, p. 1.
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/21 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1230/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
li jħassar ċerti atti tal-Kunsill li saru obsoleti fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
It-titjib tat-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għal tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jimplimentaw. F'dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni li hija fis-seħħ. |
(2) |
Numru ta’ atti relattivi għall-politika kummerċjali komuni saru obsoleti, anki jekk formalment baqgħu fis-seħħ. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1471/88 tas-16 ta’ Mejju 1988 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjonijiet tal-patata ħelwa u l-lamtu tal-majoka intiżi għal ċerti użi (2) eżawrixxa l-effetti tiegħu billi l-kontenut tiegħu ġie inkorporat f'atti suċċessivi. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 478/92 tal-25 ta’ Frar 1992 li jiftaħ kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-klieb jew tal-qtates, imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut u li jidħol fil-kodiċi NM 2309 10 11 u kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-ħut li jidħol taħt kodiċi NM ex 2309 90 41, li joriġina fil-Gżejjer Faeroe u jkun ġej minnhom (3) kien intiż sabiex jiftaħ kwota tariffarja għas-sena 1992 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3125/92 tas-26 ta’ Ottubru 1992 fuq l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, is-Slovenja, il-Montenegro, is-Serbja u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4) kien jittratta sitwazzjoni temporanja u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu (5) kien intiż sabiex jippermetti tnaqqis fid-dazju doganali li jirriżulta minn ftehim internazzjonali li sussegwentement ġie sostitwit bil-ftehim ffirmat mal-Eġittu fit-28 ta’ Ottubru 2009 li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2010 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(7) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 tat-12 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ kwota ta’ tariffa għal laħam tad-dundjan li joriġina u ġej mill-Iżrael kif inhu previst fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael (6) eżawrixxa l-effetti tiegħu billi kien ibbażat fuq Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat fl-1995 li ġie sostitwit sussegwentement mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat mal-Iżrael fl-4 ta’ Novembru 2009 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010 u li kien jipprovdi għal kwoti ġodda ta’ rata tariffarja. |
(8) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1722/1999 tad-29 ta’ Lulju 1999 dwar l-importazzjoni tan-nuħħala, sharps u residwi oħra tat-tgħarbil, tħin jew ipproċessar ieħor ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Alġerija, il-Marokk u l-Eġittu, u l-importazzjoni tal-qamħ durum li joriġina mill-Marokk (7) eżawrixxa l-effetti tiegħu billi kien intiż bħala strument interim għall-perjodu ta’ qabel ma daħlu fis-seħħ il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat mal-Alġerija fit-22 ta’ April 2002 li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2005, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat mal-Marokk fis-26 ta’ Frar 1996 li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2000 u li l-annessi agrikoli tiegħu ġew modifikati minn ftehimiet li daħlu fis-seħħ fl-2003 u l-2005, u l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffirmat mal-Eġittu fit-28 ta’ Ottubru 2009 li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2010. |
(9) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2798/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jistipula regoli ġenerali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2000 sal-31 ta’ Diċembru 2000 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 906/98 (8) introduċa miżura applikabbli biss fis-sena 2000 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(10) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2000 tal-24 ta’ Jannar 2000 li jġedded għall-2000 il-miżuri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1416/95 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tariffarji Komunitarji fl-1995 għal ċerti prodotti agrikoli proċessati (9) kien ikopri biss is-sena 2000 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(11) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/910/KE tas-26 ta’ April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u, min-naħa l-waħda, Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Kongo, Fiġi, ir-Repubblika Kooperattiva tal-Gujana, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Malawi, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tas-Surinam, San Kristofru u Nevis, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, ir-Repubblika ta’ Trinidad u Tobago, ir-Repubblika tal-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja u r-Repubblika taż-Żimbabwe, u, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika tal-Indja dwar il-prezzijiet garantiti għaz-zokkor tal-kannamieli għall-perjodi ta’ kunsinna 2003/2004 u 2004/2005 (10) kienet ta’ natura temporanja u għalhekk eżawrixxiet l-effetti tagħha. |
(12) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1923/2004 tal-25 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet għall-Konfederazzjoni Svizzera fil-forma ta’ kwoti Komunitarji tariffarji għal ċerti prodotti agrikoli proċessati (11) introduċa miżura applikabbli mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Diċembru 2004 u għalhekk eżawrixxa l-effetti tiegħu. |
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/317/KE tas-16 ta’ April 2007 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-1995 (12) eżawrixxiet l-effetti tagħha billi l-kontenut tagħha ġie inkorporat f'atti sussegwenti. |
(14) |
Numru ta’ atti li jikkonċernaw ċerti pajjiżi saru obsoleti wara l-adeżjoni ta’ dawk il-pajjiżi mal-Unjoni. |
(15) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/658/KE tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Slovenja, min-naħa l-oħra, u għall-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Slovenja, min-naħa l-oħra (13) saret obsoleta wara l-adeżjoni tas-Slovenja mal-Unjoni. |
(16) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 278/2003 tas-6 ta’ Frar 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Polonja (14) sar obsolet wara l-adeżjoni tal-Polonja mal-Unjoni. |
(17) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 999/2003 tat-2 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Ungerija u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn l-Ungerija (15) sar obsolet wara l-adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni. |
(18) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1039/2003 tat-2 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Estonja u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn l-Estonja (16) sar obsolet wara l-adeżjoni tal-Estonja mal-Unjoni. |
(19) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1086/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fis-Slovenja u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli pproċessati lejn is-Slovenja (17) sar obsolet wara l-adeżjoni tas-Slovenja mal-Unjoni. |
(20) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1087/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mil-Latvja u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn il-Latvja (18) sar obsolet wara l-adeżjoni tal-Latvja mal-Unjoni. |
(21) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1088/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mill-Litwanja u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn il-Litwanja (19) sar obsolet wara l-adeżjoni tal-Litwanja mal-Unjoni. |
(22) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1089/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mir-Repubblika Slovakka u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn ir-Repubblika Slovakka (20) sar obsolet wara l-adeżjoni tas-Slovakkja mal-Unjoni. |
(23) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1090/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jadotta miżuri awtonomi u tranżizzjonali fir-rigward tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka u tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn ir-Repubblika Ċeka (21) sar obsolet wara l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka mal-Unjoni. |
(24) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ċarezza, dawn l-atti obsoleti għandhom jitħassru, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1471/88, (KEE) Nru 478/92, (KEE) Nru 3125/92, (KE) Nru 2184/96, (KE) Nru 2398/96, (KE) Nru 1722/1999, (KE) Nru 2798/1999, (KE) Nru 215/2000, (KE) Nru 278/2003, (KE) Nru 999/2003, (KE) Nru 1039/2003, (KE) Nru 1086/2003, (KE) Nru 1087/2003, (KE) Nru 1088/2003, (KE) Nru 1089/2003, (KE) Nru 1090/2003, (KE) Nru 1923/2004 u d-Deċiżjonijiet 98/658/KE, 2004/910/KE, 2007/317/KE huma b'dan imħassra.
2. It-tħassir tal-atti msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal:
(a) |
iż-żamma fis-seħħ ta’ atti tal-Unjoni adottati abbażi tal-atti msemmijin fil-paragrafu 1; u |
(b) |
il-validità kontinwa ta’ emendi li saru mill-atti msemmijin fil-paragrafu 1 lil atti oħra tal-Unjoni li mhumiex imħassra b'dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 2011
(2) ĠU L 134, 31.5.1988, p. 1.
(4) ĠU L 313, 30.10.1992, p. 3.
(5) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 1.
(6) ĠU L 327, 18.12.1996, p. 7.
(7) ĠU L 203, 3.8.1999, p. 16.
(8) ĠU L 340, 31.12.1999, p. 1.
(10) ĠU L 391, 31.12.2004, p. 1.
(11) ĠU L 331, 5.11.2004, p. 9.
(12) ĠU L 119, 9.5.2007, p. 30.
(13) ĠU L 314, 24.11.1998, p. 6.
(14) ĠU L 42, 15.2.2003, p. 1.
(15) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 10.
(16) ĠU L 151, 19.6.2003, p. 1.
(17) ĠU L 163, 1.7.2003, p. 1.
(18) ĠU L 163, 1.7.2003, p. 19.
(19) ĠU L 163, 1.7.2003, p. 38.
(20) ĠU L 163, 1.7.2003, p. 56.
(21) ĠU L 163, 1.7.2003, p. 73.
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/24 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1231/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 fir-rigward tar-regoli għall-implimentazzjoni ta’ modulazzjoni volontarja ta’ pagamenti diretti taħt il-politika agrikola komuni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta’ pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3) jagħti lill-Kummissjoni s-setgħat sabiex timplimenta ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 378/2007 jeħtieġu jkunu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(3) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, fl-Istati Membri kkonċernati, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. |
(4) |
Is-setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi għall-integrazzjoni tal-modulazzjoni volontarja fil-programmazzjoni tal-iżvilupp rurali u għall-amministrazzjoni finanzjarja tal-modulazzjoni volontarja għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (4). |
(5) |
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implementazzjoni u, minħabba n-natura speċjali tagħhom, filwaqt li taġixxi mingħajr l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, tiffissal-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ modulazzjoni volontarja. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 378/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 378/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 4(1), il-kliem introduttorju jinbidel b’dan li ġej: “1. L-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ modulazzjoni volontarja għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-Artikolu 6a, abbażi ta’:”; |
(2) |
l-Artikolu 6 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi għall-integrazzjoni ta’ modulazzjoni volontarja fl-ipproggrammar ta’ żvilupp rurali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 6a(1). 2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġestjoni finanzjarja ta’ modulazzjoni volontarja. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 6a(2).”; |
(3) |
Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Dak il-kumitat huwa kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (*). Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-fondi agrikoli stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Dak il-kumitat huwa kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (*) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”." |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(1) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 87.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta Ottubru 2011
(3) ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 325.
(4) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/26 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1232/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (2) jirrikjedi li l-oġġetti b’użu doppju (inklużi softwer u teknoloġija) ikunu soġġetti għal kontroll effettiv meta jkunu esportati mill-Unjoni jew ikunu fi transitu fiha, jew jitwasslu lejn pajjiż terz bħala riżultat tas-servizzi ta’ senserija pprovduti minn sensar residenti jew irreġistrati fl-Unjoni. |
(2) |
Ikun xieraq li l-applikazzjoni tal-kontrolli tkun uniformi u konsistenti fl-Unjoni kollha sabiex tkun evitata kompetizzjoni inġusta bejn l-esportaturi tal-Unjoni, ikun armonizzat l-ambitu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom bejn l-esportaturi tal-Unjoni u tkun żgurata l-effiċjenza u l-effettività tal-kontrolli tas-sigurtà fl-Unjoni. |
(3) |
Fil-komunikazzjoni tagħha tat-18 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tal-ħolqien ta’ Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni fi sforz biex titjieb il-kompetittività tal-industrija u jitwaqqaf kamp komuni għall-esportaturi kollha tal-Unjoni meta dawn jesportaw ċerti oġġetti speċifiċi b’użu doppju lejn ċerti destinazzjonijiet speċifiċi filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà u konformità sħiħa mal-obbligi internazzjonali. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 ħassar ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 tat-22 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju (3) b’effett mis-27 ta’ Awwissu 2009. Madankollu, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jibqgħu japplikaw għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mressqa qabel dik id-data. |
(5) |
Sabiex tkun maħluqa Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni ġdida għal ċerti oġġetti speċifiċi b’użu doppju lejn ċerti pajjiżi speċifiċi, id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jeħtieġ li jiġu emendati biż-żieda tal-Annessi l-ġodda għalih. |
(6) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa rreġistrat għandhom jingħataw il-possibbiltà li jipprojbixxu l-użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 428/2009 kif emendat minn dan ir-Regolament. |
(7) |
Sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-embargi tal-armi huma adottati mid-deċiżjonijiet tal-Kunsill skont il-politika esterna u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali, l-effetti legali tal-pożizzjonijiet komuni adottati mill-Kunsill skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona għandhom jinżammu sakemm jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 huwa b’dan emendat kif ġej, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punt 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 4(2), il-kliem “deċiż b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta” huma sostitwiti bil-kliem “impost b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta”. |
(3) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(1), ir-referenza għal “Anness II” qed titbiddel minn referenza għal “Anness IIa”. |
(5) |
Fl-Artikolu 12(1)(b), il-kliem “deċiż b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta” huma sostitwiti bil-kliem “impost b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta”. |
(6) |
Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. In-notifiki kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom isiru permezz ta’ mezzi elettroniċi sikuri inkluż is-sistema msemmija fl-Artikolu 19(4).”. |
(7) |
L-Artikolu 19, huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
Fl-Artikolu 23, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet, l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju, li għandu jkun soġġett għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (*). |
(9) |
L-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 25 1. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 24. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. 2. Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista’ jinkludi proposti biex ir-Regolament jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha adatta għall-preparazzjoni tar-rapport. 3. Taqsimiet speċjali tar-rapport għandhom jittrattaw:
4. Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’attenzjoni speċifika lill-implimentazzjoni tal-Anness IIb, l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni Nru UE002, akkumpanjat minn, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward il-kwistjoni ta’ spedizzjonijiet ta’ valur baxx.”. |
(10) |
Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 25a Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar ftehimiet rigward l-għajnuna amministrattiva reċiproka jew protokolli f’dak li jirrigwarda kwistjonijiet doganali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista’ tinnegozja ma’ pajjiżi terzi ftehimiet li jipprovdu għar-rikonoxximent reċiproku ta’ kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju koperti b’dan ir-Regolament u speċjalment telimina r-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mill-ġdid fi ħdan it-territorju tal-Unjoni. Dawn in-negozjati għandhom jitmexxew skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 207(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, kif xieraq.”. |
(11) |
L-Anness II huwa nnumerat mill-ġdid bħala Anness IIa u emendat kif ġej:
|
(12) |
Qed jiddaħħlu l-Annessi IIb sa IIg, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2011.
(2) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.
(3) ĠU L 159, 30.6.2000, p. 1.
ANNESS
ANNESS IIb
AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI Nru UE002
(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)
Esportazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju lejn ċerti destinazzjonijiet
Awtorità Emittenti: Unjoni Ewropea
Parti 1 – Oġġetti
Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti speċifikati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament:
— |
1A001 |
— |
1A003 |
— |
1A004 |
— |
1C003 b -c |
— |
1C004 |
— |
1C005 |
— |
1C006 |
— |
1C008 |
— |
1C009 |
— |
2B008 |
— |
3A001a3 |
— |
3A001a6-12 |
— |
3A002c-f |
— |
3C001 |
— |
3C002 |
— |
3C003 |
— |
3C004 |
— |
3C005 |
— |
3C006 |
Parti 2 – Destinazzjonijiet
Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:
— |
L-Arġentina |
— |
Il-Kroazja |
— |
L-Iżlanda |
— |
L-Afrika t’Isfel |
— |
Il-Korea t’Isfel |
— |
It-Turkija |
Parti 3 – Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu
1. |
Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:
|
2. |
L-esportaturi jridu jsemmu n-numru ta’ referenza tal-Unjoni X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu importati skont l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE002 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku tal-Amministrazzjoni. |
3. |
Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data meta ssir l-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u f’ konformita’ ma’ rekwiżit mill-awtorità tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar marbutin mal-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni u l-informazzjoni addizjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jeħtieġ dwar oġġetti esportati skont din l-awtorizzazzjoni, huma definiti mill-Istati Membri. Stat Membru jista’ jeħtieġ l-esportaturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti lill-esportatur mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem ta’ rċevuta, soġġetta għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament. Fejn ikun applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni nazzjonali mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu għal dawn l-awtorizzazzjonijiet. |
ANNESS IIc
AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI Nru UE003
(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)
Esportazzjoni wara t-tiswija/tibdil
Awtorità Emittenti: Unjoni Ewropea
Parti 1 — Oġġetti
1. |
Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-prodotti kollha b’użu doppju speċifikati f’xi annotazzjoni fl-Anness I għal dan ir-Regolament minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 2 meta:
|
2. |
Oġġetti esklużi:
|
Parti 2 — Destinazzjonijiet
Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:
|
L-Albanija |
|
L-Arġentina, |
|
Il-Bosnja-Ħerzegovina |
|
Il-Brażil |
|
Iċ-Ċili |
|
Iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u l-Makaw) |
|
Il-Kroazja |
|
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
|
It-Territorji Barranin Franċiżi |
|
L-Iżlanda |
|
L-Indja |
|
Il-Kazakistan |
|
Il-Messiku |
|
Il-Montenegro |
|
Il-Marokk |
|
Ir-Russja |
|
Is-Serbja |
|
Singapor |
|
L-Afrika t’Isfel |
|
Il-Korea t’Isfel |
|
It-Tuneżija |
|
It-Turkija |
|
L-Ukraina |
|
L-Emirati Għarab Magħquda |
Parti 3 — Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu
1. |
Din l-awtorizzazzjoni tista’ tintuża biss meta l-esportazzjoni inizjali tkun saret permezz tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ġenerali inizjali tkun ingħatat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-esportatur oriġinali kien irreġistrat għall-esportazzjoni tal-oġġetti li kienu sussegwentement importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għall-fini ta’ manutenzjoni, tiswija jew tibdil. Din l-awtorizzazzjoni ġenerali hija valida biss għal esportazzjonijiet lill-utent aħħari oriġinali. |
2. |
Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:
|
3. |
Mal-esportazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-oġġetti koperti minn din l-awtorizzazzjoni, l-esportaturi għandhom:
|
4. |
Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jirrikjedi dwar oġġetti esportati skont din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri. Stat membru jista’ jobbliga lill-esportatur irreġistrat f’dak l-Istat Membru biex jirreġistra qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta, soġġett għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament. Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu tali awtorizzazzjonijiet. |
5. |
Din l-awtorizzazzjoni tkopri oġġetti għal “tiswija”“tibdil”…“manutenzjoni”. Dan jista’ jinvolvi t-titjib b’koinċidenza tal-oġġett oriġinali, pereżempju bl-użu ta’ komponenti ta’ skambju aktar riċenti jew bl-użu ta’ standard aktar riċenti għal raġunijiet ta’ kredibilità u sigurtà, sakemm dan ma jirriżultax f’titjib fil-kapaċità tal-funzjoni tal-oġġetti jew f’funzjonijiet ġodda jew addizzjonali għall-oġġett. |
ANNESS IId
AWTORIZZAZZJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI TAL-UNJONI Nru UE004
(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)
L-Esportazzjoni temporanja għal esibizzjoni jew fiera
Awtorità Emittenti: Unjoni Ewropea
Parti 1 – Oġġetti
Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri kull oġġett b’użu doppju speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament minbarra:
(a) |
l-oġġetti kollha elenkati fl-Anness IIg; |
(b) |
kull oġġett fit-taqsima D stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament (din ma tinkludix is-softwer neċessarju għall-funzjonament tajjeb tal-apparat għall-iskop tad-demonstrazzjoni); |
(c) |
l-oġġetti kollha fit-taqsima E stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament; |
(d) |
l-oġġetti li ġejjin speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:
|
Parti 2 – Destinazzjonijiet
Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:
L-Albanija, l-Arġentina, il-Kroazja, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Brażil, iċ-Ċili, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u l-Makaw), dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Territorji Barranin Franċiżi, l-Islanda, l-Indja, il-Kazakistan, il-Messiku, il-Montenegro, il-Marokk, ir-Russja, is-Serbja, Singapor, il-Korea t’Isfel, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukraina, l-Emirati Għarab Magħquda
Parti 3 – Il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu
1. |
Din l-awtorizzazzjoni tawtorizza l-esportazzjoni ta’ oġġetti elenkati fil-Parti 1 bil-kondizzjoni li l-esportazzjoni tikkonċerna esportazzjoni temporanja għall-esibizzjoni jew għal fiera kif definit fil-punt 6 u li l-oġġetti jkunu importati mill-ġdid fi żmien perjodu ta’ 120 ġurnata wara l-esportazzjoni inizjali, sħaħ u mingħajr modifiki, fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea. |
2. |
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat l-esportatur kif definit fl-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament tista’ fuq talba tal-esportatur tirrinunzja l-ħtieġa li l-oġġetti jkunu importati mill-ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 1 hawn fuq. Għar-rinunzja tar-rekwiżit, il-proċedura għall-awtorizzazzjonijiet individwali stabbilita fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tapplika kif xieraq. |
3. |
Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:
|
4. |
L-esportaturi jridu jsemmu n-numru ta’ referenza tal-UE X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu importati skont l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE002 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku Amministrattiv. |
5. |
Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jirrikjedi fuq oġġetti esportati taħt din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri. Stat Membru jista’ jobbliga lill-esportaturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta, soġġett għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament. Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu tali awtorizzazzjonijiet. |
6. |
Għall-fini ta’ din l-awtorizzazzjoni, ‘esibizzjoni jew fiera’ tfisser avvenimenti kummerċjali ta’ tul ta’ żmien speċifiku li matulu diversi esibituri jagħmlu wirja tal-prodotti tagħhom għal viżitaturi kummerċjali jew għall-pubbliku ġenerali. |
ANNESS IIe
AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI Nru UE005
(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)
Telekomunikazzjoni
Awtorità Emittenti: L-Unjoni Ewropea
Parti 1 - Oġġetti
Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti b'użu doppju speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:
(a) |
l-oġġetti li ġejjin minn Kategorija 5 Parti l:
|
(b) |
Teknoloġija kkontrollata minn 5E001a, meta din tinħtieġ għall-istallazzjoni, operat, manutenzjoni jew tiswija ta’ oġġetti speċifikati taħt a u intiżi għall-istess utent finali. |
Parti 2 - Destinazzjonijiet
Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:
L-Arġentina, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u l-Makaw), il-Kroazja, l-Indja, ir-Russja, l-Afrika t'Isfel, it-Turkija, l-Ukraina.
Parti 3 – Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu
1. |
Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:
|
2. |
L-esportaturi jridu jsemmu n-numru ta’ referenza tal-UE X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu importati skont l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE005 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku Amministrattiv. |
3. |
Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jesiġi fuq oġġetti esportati skont din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri. Stat Membru jista' jobbliga lill-esportaturi rreġistrati f'dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta, soġġett għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament. Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu tali awtorizzazzjonijiet. |
ANNESS IIf
AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI Nru UE006
(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)
Kimiċi
Parti 1 – Oġġetti
Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti b’użu doppju li ġejjin speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:
|
1C350:
|
|
1C450 a:
|
|
1C450 b:
|
Parti 2 – Destinazzjonijiet
Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:
l-Arġentina, il-Kroazja, l-Islanda, il-Korea t’Isfel, it-Turkija, l-Ukraina.
Parti 3 – Il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu
1. |
Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:
|
2. |
L-esportaturi jridu jsemmu n-numru ta’ referenza tal-UE X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu importati skont l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE005 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku tal-Amministrazzjoni. |
3. |
Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jesiġi dwar oġġetti esportati taħt din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri. Stat Membru jista’ jobbliga lill-esportaturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta, soġġett għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament. Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu tali awtorizzazzjonijiet. |
ANNESS IIg
(Lista msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) ta’ dan ir-Regolament u fl-Annessi IIa, IIc u IId għal dan ir-Regolament)
L-annotazzjonijiet ma jipprovdux dejjem deskrizzjoni kompleta tal-oġġetti u n-noti relatati fl-Anness I. L-Anness I biss jipprovdi deskrizzjoni kompleta tal-oġġetti.
L-aċċenn għal oġġett f'dan l-Anness ma jaffettwax l-applikazzjoni tan-Nota Ġenerali dwar Softwer (GSN) fl-Anness I.
— |
L-oġġetti kollha msemmija fl-Anness IV. |
— |
0C001 ‘Uranju naturali’ jew ‘uranju eżawrit’ jew torju fil-forma ta’ metall, liega, kompost kimiku jew konċentrat u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn il-preċedenti. |
— |
0C002 ‘Materja fissili speċjali’ minbarra dik speċifikata fl-Anness IV. |
— |
0D001 ‘Softwer’ iddisinjat speċifikament jew modifikat għall-‘iżvilupp’, ‘produzzjoni’, jew ‘…’ ta’ oġġetti speċifikati fil-Kategorija 0, sakemm dan huwa relatat ma’ 0C001 jew l-oġġetti msemmija fl-annotazzjoni 0C002 li huma esklużi mill-Anness IV. |
— |
0D001 ‘Teknoloġija’ skont in-Nota dwar Teknoloġija Nukleari għall-‘iżvilupp’, ‘produzzjoni’, jew ‘…’ ta’ oġġetti speċifikati fil-Kategorija 0, sakemm dan huwa relatat ma’ 0C001 jew l-oġġetti msemmija fl-annotazzjoni 0C002 li huma esklużi mill-Anness IV. |
— |
1A102 Komponenti ta’ karbonju-karbonju risaturati u mmermrin bis-sħana ddisinjati għal vetturi spazjali speċifikati f'9A004 jew rokits bil-ħoss speċifikati f'9A104. |
— |
1C351 Patoġeni umani, żonożi u ‘tossini’. |
— |
1C352 Patoġeni tal-annimali. |
— |
1C353 Elementi ġenetiċi u organiżmi mmodifikati ġenetikament. |
— |
1C354 Patoġeni tal-pjanti. |
— |
1C450a.1. amiton: O,O-Dietil S-[2-(dietilammino)etil] fosforotijolat (78-53-5) u mluħa alkilati jew protonati korrispondenti. |
— |
1C450a.2. PFIB: 1,1,3,3,3-Pentafluworo-2-(trifluworometil)-1-propen (382-21-8). |
— |
7E104 ‘Teknoloġija’ għall-integrazzjoni tal-kontroll tat-titjira, gwida, u propulzjoni tad-dejta lejn sistema tal-amministrazzjoni tat-titjira għall-ottimizazzjoni tas-sistema tat-traġitt tar-rokit. |
— |
9A009.a. Sistemi ibridi tal-propulzjoni tar-rokits b'kapaċità totali ta’ impuls li taqbeż 1.1 MNs. |
— |
9A117 Mekkaniżmi għas-separazzjoni fi stadji, mekkaniżmi għas-separazzjoni, u l-istadji intermedji tagħhom li jistgħu jintużaw fil-‘missili’. |
DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel rieżami ta’ dan ir-Regolament minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2013, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet ta’ evalwazzjoni tal-implimentazzjoni possibbli ta’ awtorizzazzjoni ġenerali ta’ esportazzjoni għall-konsenji ta’ valur baxx.
DIKJARAZZJONI MILL-PARLAMENT EWROPEW, MILL-KUNSILL U MILL-KUMMISSJONI DWAR IL-KONSENJI TA’ VALUR BAXX
Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali ġenerali ta’ esportazzjoni għall-konsenji ta’ valur baxx, trasportati mill-Istati Membri abbażi tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/45 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1233/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
L-Aġenziji għall-Krediti ta’ Esportazzjoni (“ECAs”), jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kummerċ dinji billi jappoġġjaw l-esportazzjoni u l-investimenti minn kumpaniji b'mod li jikkumplimenta l-forniment ta’ finanzjament u assigurazzjoni tas-settur privat. L-Unjoni hija parti fl-Arranġament dwar Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġati (“l-Arranġament”) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”). L-Arranġament, kif milħuq mill-Parteċipanti tiegħu, jirregola t-termini u l-kundizzjonijiet finanzjarji li l-ECAs jistgħu joffru sabiex irawmu l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd għall-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/76/KE tat-22 ta’ Diċembru 2000 li tissostiwixxi d-Deċiżjoni tal-4 ta’ April 1978 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali (2) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/77/KE tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ ftehim kwadru dwar il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam ta’ krediti għall-esportazzjoni illi jkunu ġew appoġġjati uffiċjalment, (3) il-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament u r-regoli speċifiċi għall-finanzjament ta’ proġetti japplikaw fl-Unjoni. |
(3) |
L-Arranġament jikkontribwixxi indirettament permezz tal-attività tal-ECAs għall-kummerċ ħieles u ġust u investiment minn kumpaniji li kieku jkollhom aċċess inqas għall-faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti mis-settur privat. |
(4) |
L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni dwar l-azzjoni esterna, bħall-konsolidazzjoni demokratika, r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-koerenza politika għall-iżvilupp u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, meta jistabbilixxu, jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistemi nazzjonali għall-krediti ta’ esportazzjoni u meta jwettqu s-superviżjoni tagħhom tal-attivitajiet għall-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. |
(5) |
Il-Parteċipanti għall-Arranġament huma involuti fi proċess kontinwu maħsub sabiex jimminimizza t-tgħawiġ fis-suq u jistabbilixxi l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fejn il-primjums iċċarġjati mill-ECAs huma bbażati fuq ir-riskju u għandhom ikunu adegwati sabiex ikopru l-ispejjeż operattivi u t-telf li jsiru fuq żmien twil u skont l-obbligazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, is-sistemi ta’ krediti ta’ esportazzjoni joperaw b'mod trasparenti u l-aġenziji jirrappurataw kif xieraq lill-OECD. |
(6) |
Krediti ta’ esportazzjoni mmirati tajjeb ipprovduti mill-ECAs jistgħu jikkontribwixxu għall-opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq għall-kumpaniji tal-Unjoni, inklużi intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs). |
(7) |
Il-Parteċipanti għall-Arranġament u l-Istati Membri tal-Unjoni qablu li jiżvelaw ċerta informazzjoni dwar krediti ta’ esportazzjoni skont ir-regoli għat-trasparenza tal-OECD u tal-Unjoni għall-faċilità tal-ħolqien ta’ kundizzjonijiet indaqs għall-Parteċipanti fl-Arranġament u għall-Istati Membri. |
(8) |
L-Unjoni tapplika miżuri ta’ trasparenza u rappurtar kif stabbilit f'Anness I. |
(9) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni kompetittiva iktar intensiva fuq is-swieq dinjija u sabiex ikunu evitati żvantaġġi kompetittivi għall-kumpaniji tal-Unjoni, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-awtorizzazzjoni għan-negozjar mill-Istati Membri, għandhom jappoġġjaw l-isforzi mill-OECD biex jintlaħqu non-Parteċipanti għall-Arranġament. Il-Kummissjoni għandha tuża negozjati bilaterali u multilaterali sabiex tistabbilixxi standards globali għall-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati. L-istandards globali f'dan il-qasam huma prerekwiżit biex ikun hemm kundizzjonijiet indaqs fil-kummerċ dinji. |
(10) |
Għalkemm il-pajjiżi OECD huma ggwidati minn dan l-Arranġament, pajjiżi non-OECD mhumiex Parteċipanti għall-Arranġament u dan jista' jwassal għal vantaġġ kompetittiv għall-esportaturi ta’ dawn il-pajjiżi. Dawk il-pajjiżi għalhekk qed ikunu inkoraġġuti japplikaw l-Arranġament sabiex jiżguraw kundizzjonijiet indaqs anki fuq livell globali. |
(11) |
Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar li għandha l-għan li tissimplifika u ttejjeb ir-regolamenti eżistenti, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, fir-rieżamijiet futuri tal-Arranġament, se jiffukaw, fejn xieraq, fuq it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi minn fuq in-negozji u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, inklużi l-ECAs. |
(12) |
Il-Parteċipanti għall-Arranġament iddeċidew li jemendaw u jirrazzjonalizzaw l-Arranġament. It-tibdil miftiehem minnhom ikopri titjib fil-faċilità tal-użu, tisħiħ tal-konsistenza fost l-obbligi internazzjonali rilevanti u l-kisba ta’ aktar trasparenza, b'mod partikolari fir-rigward tan-non-Parteċipanti fl-Arranġament. Barra minn hekk, il-Parteċipanti għall-Arranġament qablu wkoll li jinkorporaw fit-test tal-Arranġament ir-regoli dwar il-finanzjament ta’ proġetti li ddaħħlu bid-Deċiżjoni 2001/77/KE, u r-regoli dwar krediti ta’ esportazzjoni għall-vapuri, li ddaħħlu bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/634/KE (4) li temenda d-Deċiżjoni 2001/76/KE. |
(13) |
Id-Deċiżjoni 2001/76/KE, kif emendata, għandha tiġi rrevokata u flokha jidħol dan ir-Regolament u t-test ikkonsolidat u mmodifikat tal-Arranġament anness miegħu, u d-Deċiżjoni 2001/77/KE għandha tiġi revokata. |
(14) |
Sabiex l-emendi għal-linji gwida stabbiliti fl-Arranġament kif miftiehem mill-Parteċipanti għall-Arranġament ikunu inkorporati fil-pront u mingħajr diffikultà fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati sabiex jemendaw l-Anness II fejn dan hu neċessarju. Għaldaqstant is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għal-linji gwida kif miftiehem mill-Parteċipanti għall-Arranġament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u fit-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Applikazzjoni tal-Arranġament
Il-linji gwida li jinsabu fl-Arranġament dwar Krediti ta’ Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati (“l-Arranġament”) għandhom japplikaw fl-Unjoni. It-test tal-Arranġament huwa anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Delega ta’ setgħa
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 3 sabiex temenda l-Anness II b'riżultat ta’ emendi għal-linji gwida miftiehma mill-Parteċipanti għall-Arranġament.
Fejn, fil-każ ta’ emendi għall-Anness II b'riżultat ta’ emendi għal-linji gwida miftiehma mill-Parteċipanti għall-Arranġament, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4 għandha tapplika għall-atti delegati skont dan l-Artikolu.
Artikolu 3
L-eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2 għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-9 ta’ Diċembru 2011.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan fl-istess ħin.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 4
Proċedura ta’ urġenza
1. Atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw ladarba ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika tal-att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.
2. Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(5). F'każ simili, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Artikolu 5
Trasparanza u rappurtaġġ
Il-miżuri ta’ trasparenza u rappurtar li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 6
Taħsir
Id-Deċiżjonijiet 2001/76/KE u 2001/77/KE huma b'dan imħassrin.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011.
(4) ĠU L 206, 3.8.2002, p. 16.
ANNESS I
1. |
Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-istituzzjonijiet tal-Istati Membri li jeżerċitaw is-superviżjoni tal-programmi nazzjonali tal-kreditu ta’ esportazzjoni, kull Stat Membru għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni Rapport tal-Attività Annwali sabiex tiżdied it-trasparenza fuq livell tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw, skont il-qafas leġiżlattiv nazzjonali tagħhom, dwar assi u responsabbiltajiet, klejms imħallsa u rkupri, impenji ġodda, skoperturi u ħlas ta’ primjums. Fejn jistgħu jinħolqu responsabbiltajiet kontinġenti minn attivitajiet tal-kreditu ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali, dawk l-attivitajiet għandhom ikunu rappurtati bħala parti mir-Rapport tal-Attività Annwali. |
2. |
Fir-Rapport tal-Attività Annwali, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu kif ir-riskji ambjentali, li jistgħu jwasslu għal riskji rilevanti oħra, qed jittieħed kont tagħhom fl-attivitajiet tal-kreditu ta’ esportazzjoni b'sussidju uffiċjali tal-ECAs tagħhom. |
3. |
Il-Kummissjoni għandha tipproduċi analiżi annwali għall-Parlament Ewropew ibbażata fuq din l-informazzjoni, inkluża evalwazzjoni rigward il-konformità tal-ECAs mal-objettivi u l-obbligazzjonijiet tal-Unjoni. |
4. |
Il-Kummissjoni, skont il-kompetenzi tagħha għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew b'rapport annwali dwar in-negozjati mwettqa, fejn il-Kummissjoni ikollha awtorizzazzjoni ta’ negozjar fid-diversi fora ta’ kooperazzjoni internazzjonali, sabiex tistabbilixxi standards globali fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati. L-ewwel perjodu ta’ rapport fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, ikopri s-sena 2011. |
ANNESS II
ARRANĠAMENT GĦAL KREDITI TA' ESPORTAZZJONI UFFIĊJALMENT APPOĠĠATI
WERREJ
KAPITOLU I: |
ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | 52 |
1. |
IL-FINI | 52 |
2. |
L-ISTATUS | 52 |
3. |
IL-PARTEĊIPAZZJONI | 52 |
4. |
L-INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦAN-NON-PARTEĊIPANTI | 52 |
5. |
L-AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI | 52 |
6. |
IL-FTEHIMIET SETTORJALI | 53 |
7. |
IL-FINANZI TAL-PROĠETT | 53 |
8. |
L-IRTIRAR | 53 |
9. |
IL-MONITORAĠĠ | 53 |
KAPITOLU II: |
IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI | 53 |
10. |
IL-ĦLAS PARZJALI, L-APPOĠĠ MASSIMU UFFIĊJALI U L-ISPEJJEŻ LOKALI | 53 |
11. |
IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-PAJJIŻI GĦAT-TERMINI MASSIMI TA' ĦLAS LURA | 54 |
12. |
IT-TERMINI MASSIMI TA' ĦLAS LURA | 54 |
13. |
IT-TERMINI TA' ĦLAS LURA GĦAL IMPJANT TAL-ENERĠIJA NON-NUKLEARI | 54 |
14. |
IL-ĦLAS LURA TAL-KAPITAL U L-ĦLAS TAL-IMGĦAX | 55 |
15. |
IR-RATI TAL-IMGĦAX, IR-RATI TAL-PRIMJUM U L-ĦLASIJIET L-OĦRA | 56 |
16. |
IL-PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI | 56 |
17. |
AZZJONI BIEX IKUN EVITAT JEW IMMINIMIZZAT IT-TELF | 56 |
18. |
L-ALLINJAMENT | 56 |
19. |
IR-RATI MINIMI FFISSATI TAL-IMGĦAX TAĦT APPOĠĠ UFFIĊJALI GĦALL-FINANZJAMENT | 56 |
20. |
IL-KOSTRUZZJONI TAR-RRIK | 56 |
21. |
IL-VALIDITÀ TAR-RRIK | 57 |
22. |
L-APPLIKAZZJONI TAR-RRIK | 57 |
23. |
IL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU | 57 |
24. |
IR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU TAL-PAJJIŻ U DAK SOVRAN | 57 |
25. |
IL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ | 58 |
26. |
IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-ISTITUZZJONIJIET MULTILATERALI U REĠJONALI | 59 |
27. |
IL-PERĊENTWALI U L-KWALITÀ TAL-KOPERTURA UFFIĊJALI TAL-KREDITU TAL-ESPORTAZZJONI | 59 |
28. |
L-ESKLUŻJONI TA' ELEMENTI MAGĦŻULA TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ U TA' TEKNIKI MAGĦŻULA TAL-MITIGAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ | 60 |
29. |
IR-REVIŻJONI TAL-VALIDITÀ TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM GĦAR-RISKJU TA' KREDITU TAL-PAJJIŻ U GĦAR-RISKJU TA' KREDITU SOVRAN | 61 |
KAPITOLU III: |
ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA | 61 |
30. |
IL-PRINĊIPJI ĠENERALI | 61 |
31. |
IL-FOROM TAL-GĦAJNUNA MARBUTA | 61 |
32. |
IL-FINANZJAMENT ASSOĊJAT | 62 |
33. |
L-ELIĠIBILITÀ TA' PAJJIŻ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA | 62 |
34. |
L-ELIĠIBILITÀ TAL-PROĠETT | 63 |
35. |
IL-LIVELL MINIMU TA' KONĊESSJONALITÀ | 63 |
36. |
L-EŻENZJONIJIET MILL-ELIĠIBILITÀ TAL-PAJJIŻ JEW TAL-PROĠETT GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA | 64 |
37. |
IL-KALKULAZZJONI TAL-LIVELL TA' KONĊESSJONALITÀ TA' L-GĦAJNUNA MARBUTA | 64 |
38. |
IL-PERJODU TA' VALIDITÀ GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA | 65 |
39. |
L-ALLINJAMENT | 65 |
KAPITOLU IV: |
IL-PROĊEDURI | 66 |
TAQSIMA 1: |
IL-PROĊEDURI KOMUNI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ | 66 |
40. |
IN-NOTIFIKI | 66 |
41. |
L-INFORMAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ UFFIĊJALI | 66 |
42. |
IL-PROĊEDURI GĦALL-ALLINJAMENT | 66 |
43. |
IL-KONSULTAZZJONIJIET SPEĊJALI | 66 |
TAQSIMA 2: |
IL-PROĊEDURI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI | 67 |
44. |
IN-NOTIFIKA MINN QABEL B'DISKUSSJONI | 67 |
45. |
IN-NOTIFIKA MINN QABEL MINGĦAJR DISKUSSJONI | 67 |
TAQSIMA 3: |
IL-PROĊEDURI GĦALL-GĦAJNUNA RELATA MAL-KUMMERĊ | 67 |
46. |
IN-NOTIFIKA MINN QABEL | 67 |
47. |
IN-NOTIFIKA FIL-PRONT | 68 |
TAQSIMA 4: |
IL-PROĊEDURI TA' KONSULTAZZJONI GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA | 68 |
48. |
IL-FINI TAL-KONSULTAZZJONIJIET | 68 |
49. |
L-AMBITU TA' U Ż-ŻMIEN MAGĦŻUL GĦALL-KONSULTAZZJONIJIET | 68 |
50. |
IR-RIŻULTAT TAL-KONSULTAZZJONIJIET | 69 |
TAQSIMA 5: |
L-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA RELATATA MAL-KUMMERĊ | 69 |
51. |
IL-PUNTI TA' KUNTATT | 69 |
52. |
L-AMBITU TAL-MISTOQSIJIET | 69 |
53. |
L-AMBITU TAR-RISPOSTI | 69 |
54. |
IL-KONSULTAZZJONIJIET WIĊĊIMBWIĊĊ | 69 |
55. |
IL-PROĊEDURI U L-FORMAT TAL-LINJI KOMUNI | 70 |
56. |
IR-REAZZJONIJIET GĦALL-PROPOSTI GĦAL LINJI KOMUNI | 70 |
57. |
L-AĊĊETTAZZJONI TAL-LINJI KOMUNI | 70 |
58. |
IN-NUQQAS TA' FTEHIM DWAR IL-LINJI KOMUNI | 71 |
59. |
ID-DATA EFFETTIVA TAL-LINJA KOMUNI | 71 |
60. |
IL-VALIDITÀ TAL-LINJI KOMUNI | 71 |
TAQSIMA 6: |
ID-DISPOŻIZZJONIJIET OPERATTIVI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX (IR-RRIK) | 71 |
61. |
IL-KOMUNIKAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX | 71 |
62. |
ID-DATA EFFETTIVA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAR-RATI TAL-IMGĦAX | 71 |
63. |
IL-BIDLIET IMMEDJATI FIR-RATI TAL-IMGĦAX | 71 |
TAQSIMA 7: |
IR-REVIŻJONIJIET | 72 |
64. |
IR-REVIŻJONI REGOLARI TAL-ARRANĠAMENT | 72 |
65. |
IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-IMGĦAX | 72 |
66. |
IR-REVIŻJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM U KWISTJONIJIET RELATATI | 72 |
L-ANNESS I: |
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONIGĦALL-BASTIMENTI | 73 |
L-ANNESS II: |
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TA' L-ESPORTAZZJONI GĦAL IMPJANT TAL-ENERĠIJA NUKLEARI | 76 |
L-ANNESS III: |
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONIGĦALL-INĠENJI TAL-ARJU ĊIVILI | 78 |
L-ANNESS IV: |
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI, IL-PROĠETTI TAL-ENERĠIJI RINOVABBLI U TAL-ILMA, FIS-SEĦĦ GĦAL PERJODU TA' PROVA SAT-30 TA' ĠUNJU 2007 | 89 |
L-ANNESS V: |
L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI | 92 |
L-ANNESS VI: |
IL-KALKULAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM | 97 |
L-ANNESS VII: |
IL-KRITERJI U L-KONDIZZJONIJIET LI JIREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ LI TIRRIFLETTI L-GARANTI TA' PAJJIŻ TERZ JEW ISTITUZZJONI MULTILATERALI JEW REĠJONALI | 99 |
L-ANNESS VIII: |
IL-KRITERJI U L-KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAL-MITIGAZZJONI/TAL-ESKLUŻJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ FIL-KALKULAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM | 101 |
L-ANNESS IX: |
IL-LISTA TA' KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP | 108 |
L-ANNESS X: |
IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TRANSAZZJONIJIET TA' PROĠETT TAL-FINANZI | 109 |
L-ANNESS XI: |
IL-LISTA TAD-DEFINIZZJONIJIET | 111 |
KAPITOLU I
ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Il-fini
(a) |
Il-fini ewlieni tal-Arranġament dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati, li fid-dokument kollu se jissejjaħ l-Arranġament, huwa li jipprovdi qafas għall-użu ordnat tal-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati. |
(b) |
L-Arranġament ifittex li jrawwem l-istess kondizzjonijiet għal kulħadd fejn għandu x'jaqsam l-appoġġ uffiċjali, kif ġie ddefinit fl-Artikolu 5 a), sabiex tkun inkoraġġita kompetizzjoni fost l-esportaturi li tkun ibbażata fuq il-kwalità u l-prezz tal-oġġetti u tas-servizzi esportati aktar milli fuq termini u kondizzjonijiet finanzjarji uffiċjalment appoġġjati li huma l-aktar favorevoli. |
2. L-Istatus
L-Arranġament, li ġie żviluppat fi ħdan il-qafas tal-OECD, inizjalment daħal fis-seħħ f'April 1978 u jdum għal perjodu indefinit. L-Arranġament huwa ftehim bejn l-irġiel bejn il-Parteċipanti; mhuwiex Att tal-OECD (1), għalkemm jirċievi l-appoġġ amministrattiv tas-Segretarjat tal-OECD (minn hawn 'il quddiem se jissejjaħ: “is-Segretarjat”).
3. Il-parteċipazzjoni
Il-Parteċipanti għall-Arranġament bħalissa huma: l-Awstralja, il-Kanada, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea, in-New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Istati Uniti. Membri oħra tal-OECD u non-Membri jistgħu jiġu mistiedna jsiru Parteċipanti mill-Parteċipanti korrenti.
4. L-Informazzjoni disponibbli għan-non-parteċipanti
(a) |
Il-Parteċipanti jimpenjaw irwieħhom li jaqsmu l-informazzjoni man-non-Parteċipanti dwar notifiki li huma relatati mal-appoġġ uffiċjali kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 a). |
(b) |
Fuq il-bażi tar-reċiproċità, Parteċipant għandu jirrispondi għal talba mingħand non-Parteċipant f'sitwazzjoni kompetittiva dwar it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji offruti għall-appoġġ uffiċjali tiegħu, kif kieku jirrispondi għal talba mingħand Parteċipant. |
5. L-Ambitu tal-applikazzjoni
L-Arranġament għandu japplika għall-appoġġ uffiċjali kollu li jiġi provdut minn jew f'isem gvern għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u/jew ta’ servizzi, inklużi kirjiet finanzjarji, li għandhom terminu ta’ ħlas lura ta’ sentejn jew aktar.
(a) |
L-appoġġ uffiċjali jista' jiġi provdut f'forom differenti:
|
(b) |
L-Arranġament għandu japplika għall-għajnuna marbuta; il-proċeduri li ġew stabbiliti fil-Kapitolu IV għandhom japplikaw ukoll għal għajnuna mhux marbuta relatatata mal-kummerċ. |
(c) |
L-Arranġament ma japplikax għall-esportazzjonijiet ta’ Tagħmir Militari jew ta’ Komoditajiet Agrikoli. |
(d) |
M'għandux ikun provdut appoġġ uffiċjali jekk hemm evidenza ċara li l-kuntratt kien strutturat b'xerrej f'pajjiż li mhux id-destinazzjoni finali tal-oġġetti, primarjament bl-għan li jinkisbu termini ta’ ħlas lura aktar favorevoli. |
6. Il-ftehimiet settorjali
(a) |
Il-ftehimiet Settorjali li ġejjin huma parti mill-Arranġament:
|
(b) |
Parteċipant għal ftehim Settorjali jista' japplika d-dispożizzjonijiet tiegħu għal appoġġ uffiċjali għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u/jew servizzi li huma koperti minn dak il-ftehim Settorjali. Fejn ftehim Settorjali ma jinkludix dispożizzjoni korrispondenti għal dik tal-Arranġament, Parteċipant għall-ftehim Settorjali għandu japplika d-dispożizzjoni tal-Arranġament. |
7. Il-finanzi tal-proġett
(a) |
Il-Parteċipanti jistgħu japplikaw it-termini u l-kondizzjonijiet li ġew stabbiliti fl-Anness X għall-esportazzjoni tal-oġġetti u/jew tas-servizzi għat-transazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness X. |
(b) |
Il-paragrafu a) ma japplikax għall-esportazzjoni tal-oġġetti u tas-servizzi li huma koperti mill-ftehim Settorjali dwar l-Inġenji tal-Ajru Ċivili |
8. L-irtirar
Parteċipant jista' jirtira billi jinnotifika lis-Segretarjat bil-miktub permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. is-Sistema tal-Informazzjoni Onlajn tal-OECD (OLIS). L-irtirar jidħol fis-seħħ 180 jum kalendarju wara li s-Segretarjat ikun irċieva n-notifika.
9. Il-monitoraġġ
Is-Segratarjat għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Arranġament.
KAPITOLU II
IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI
It-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji għall-krediti tal-esportazzjoni jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha li ġew stabbiliti f'dan il-Kapitolu li għandhom jinqraw waħda mal-oħra.
L-Arranġament jistabbilixxi l-limitazzjonijiet fuq it-termini u l-kondizzjonijiet li jistgħu jkunu uffiċjalment appoġġjati. Il-Parteċipanti jirrikonoxxu li termini u kondizzjonijiet finanzjarji aktar restrittivi minn dawk li ġew provduti mill-Arranġament tradizzjonalment japplikaw għal ċerti setturi kummerċjali jew industrijali. Il-Parteċipanti għandhom ikomplu jirrispettaw termini u kondizzjonijiet finanzjarji tas-soltu bħal dawn, b'mod partikolari l-prinċipju li permezz tiegħu t-termini tal-ħlas lura ma jeċċedux it-tul ta’ servizz utli tal-oġġetti.
10. Il-ħlas parzjali, l-appoġġ massimu uffiċjali u l-ispejjeż lokali
(a) |
Il-Parteċipanti għandhom jeħtieġu li x-xerrejja tal-oġġetti u tas-servizzi li huma s-suġġett ta’ appoġġ uffiċjali jħallsu b'mod parzjali minimu ta’ 15 fil-mija tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni fi jew qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu kif ġie ddefinit fl-Anness XI. Għall-valutazzjoni tal-ħlasijiet parzjali, il-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni jista' jitnaqqas b'mod proporzjonali jekk it-transazzjoni tinkludi oġġetti u servizzi minn pajjiż terz li mhumiex uffiċjalment appoġġjati. Il-finanzjament/l-assigurazzjoni ta’ 100 fil-mija tal-primjum huwa/hija permissibbli. Il-primjum jista' jkun inkluż jew jista' ma jkunx inkluż fil-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni. F'dan il-kuntest, il-ħlasijiet li nżammu bħala garanzija li saru wara l-punt tal-bidu tal-kreditu ma jitqiesux bħala ħlas parzjali. |
(b) |
L-appoġġ uffiċjali għal ħlasijiet parzjali bħal dawn għandu jieħu l-forma ta’ assigurazzjoni jew garanzija biss kontra r-riskji ta’ qabel il-kreditu tas-soltu. |
(c) |
Ħlief kif inhu provdut fil-paragrafi b) u d), il-Parteċipanti m'għandhomx jipprovdu appoġġ uffiċjali li jeċċedi l-85 fil-mija tal-valur tal-kuntratt tal-esportazzjoni, li jinkludi l-provvista ta’ pajjiż terz, imma li jeskludi l-ispejjeż lokali. |
(d) |
Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-ispejjeż lokali, sakemm:
|
11. Il-klassifikazzjoni tal-pajjiżi għat-termini massimi ta' ħlas lura
(a) |
Il-pajjiżi tal-Kategorija I huma dawk li qegħdin fil-gradwatorja tal-Bank Dinji (2). Il-pajjiżi l-oħra kollha qegħdin fil-Kategorija II. Il-livell ta’ gradwatorja tal-Bank Dinji jiġi kkalkulat mill-ġdid fuq bażi annwali. Pajjiż se jbiddel il-kategorija biss wara li l-kategorija tal-Bank Dinji tiegħu baqgħet ma nbidlitx għal sentejn konsekuttivi. |
(b) |
Għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi japplikaw il-kriterji u l-proċeduri operattivi li ġejjin:
|
12. It-termini massimi ta' ħlas lura
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, it-terminu massimu ta’ ħlas lura jvarja skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni li ġiet iddeterminata mill-kriterji fl-Artikolu 11.
(a) |
Għall-pajjiżi tal-Kategorija I, it-terminu massimu ta’ ħlas lura huwa ta’ ħames snin, bil-possibbiltà li jkun hemm ftehim sa tmien snin u nofs meta jiġu segwiti l-proċeduri għal notifika minn qabel li ġew stabbiliti fl-Artikolu 45. |
(b) |
Għall-pajjiżi tal-Kategorija II, it-terminu massimu ta’ ħlas lura huwa ta’ għaxar snin. |
(c) |
Fil-każ ta’ kuntratt li jinvolvi aktar minn pajjiż tad-destinazzjoni wieħed, il-Parteċipanti għandhom ifittxu li jistabbilixxu Linja Komuni skont il-proċeduri fl-Artikoli 55 sa 60 biex jintlaħaq ftehim dwar it-termini xierqa. |
13. It-termini ta' ħlas lura għal impjant tal-enerġija non-nukleari
(a) |
Għal impjant tal-enerġija non-nukleari, it-terminu massimu ta’ ħlas lura għandu jkun ta’ 12-il sena. Jekk Parteċipant biħsiebu jappoġġja terminu ta’ ħlas lura li huwa itwal minn dak provdut fl-Artikolu 12, il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont il-proċeduri fl-Artikolu 45. |
(b) |
Impjanti tal-enerġija non-nukleari huma stazzjonijiet tal-enerġija kompleti jew partijiet minnhom, li ma jaħdmux bl-enerġija nukleari; jinkludu l-komponenti, it-tagħmir, il-materjali u s-servizzi kollha (inkluż it-taħriġ tal-personal) li huma meħtieġa b'mod dirett għall-kostruzzjoni u għall-montaġġ ta’ stazzjonijiet tal-enerġija non-nukleari bħal dawn. Dan ma jinkludux l-oġġetti li s-soltu huwa responsabbli għalihom ix-xerrej, eż. l-ispejjeż assoċjati mal-iżvilupp tal-art, mat-toroq, mal-bini fuq il-lant tax-xogħol, mal-linji tal-enerġija, u mal-installazzjoni għat-trasmissjoni tal-enerġija u mal-provvista tal-ilma; kif ukoll l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba proċeduri ta’ approvazzjoni uffiċjali (eż. il-permessi għas-sit, il-permessi biex jitgħabba l-fjuwil) fil-pajjiż tax-xerrej, ħlief:
|
14. Il-ħlas lura tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax
(a) |
Is-somma kapitali tal-kreditu tal-esportazzjoni għandha titħallas lura f'rati ndaqs. |
(b) |
Il-kapital għandu jitħallas lura u l-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel rata tal-kapital u tal-imgħax għandha ssir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
(c) |
Għall-krediti tal-esportazzjoni li ġew provduti b'appoġġ għat-transazzjonijiet tal-kiri, jistgħu jkunu applikati ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati flimkien minflok ħlasijiet lura indaqs tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu a). |
(d) |
Fuq bażi eċċezzjonali u ġġustifikata b'mod xieraq, il-krediti tal-esportazzjoni jistgħu jkunu provduti skont termini għajr dawk li ġew stabbiliti mill-a) saċ-c) aktar 'il fuq. Il-provvista ta’ appoġġ bħal dan għandha tkun spjegata permezz ta’ żbilanċ fiż-żmien magħżul tal-fondi disponibbli għal min huwa marbut u l-profil tas-servizz tad-dejn disponibbli taħt skeda ta’ ħlas lura indaqs u semi-annwali, u għandha tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:
|
(e) |
L-imgħax dovut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu m'għandux ikun ikkapitalizzat. |
15. Ir-rati tal-imgħax, ir-rati tal-primjum u l-ħlasijiet l-oħra
(a) |
L-imgħax jeskludi:
|
(b) |
Fejn l-appoġġ uffiċjali qed jiġi provdut permezz ta’ krediti/finanzjament dirett jew finanzjament mill-ġdid, il-primjum jew jista' jiġi miżjud mal-valur nominali tar-rata tal-imgħax jew jista' jkun ħlas separat; iż-żewġ komponenti għandhom ikunu speċifikati lill-Parteċipanti b'mod separat. |
16. Il-perjodu ta' validità għall-krediti tal-esportazzjoni
It-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji għall-kreditu tal-esportazzjoni jew għal-linja ta’ kreditu individwali, għajr għall-perjodu ta’ validità għar-Rati ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (ir-RRIK) li ġew stabbiliti fl-Artikolu 21, m'għandhomx ikunu ffissati għal perjodu li jeċċedi s-sitt xhur qabel l-impenn finali.
17. Azzjoni biex ikun evitat jew imminimizzat it-telf
L-Arranġament ma jipprevjenix lill-awtoritajiet tal-kreditu tal-esportazzjoni jew lill- istituzzjonijiet finanzjarji milli jiftiehmu dwar termini u kondizzjonijiet finanzjarji inqas restrittivi minn dawk provduti mill-Arranġament, jekk azzjoni bħal din tittieħed wara l-għoti ta’ kuntratt (meta l-ftehim dwar il-krediti tal-esportazzjoni u d-dokumenti anċillari diġà saru effettivi) u hija maħsuba biss biex ikun evitat jew imminimizzat it-telf minn avvenimenti li jistgħu jagħtu lok għal nuqqas ta’ ħlas jew għal klejms.
18. L-allinjament
Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali tal-Parteċipant u b'mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, Parteċipant jista' jallinja, skont il-proċeduri li ġew stabbiliti fl-Artikolu 42, it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li jiġu offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant. It-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji provduti skont dan l-Artikolu jitqiesu bħala li huma skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli I, II u meta applikabbli, mal-Annessi I, II, III, IV u X.
19. Ir-rati minimi ffissati tal-imgħax taħt appoġġ uffiċjali għall-finanzjament
(a) |
Il-Parteċipanti li qed jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għal self b'rata ffissata għandhom japplikaw ir-Rati ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (RRIK) bħala rati minimi tal-imgħax. Ir-RRIK huma rati tal-imgħax li ġew stabbiliti skont il-prinċipji li ġejjin:
|
(b) |
Il-provvista ta’ appoġġ uffiċjali għall-finanzjament m'għandiex tpaċi jew tikkompensa, b'mod parzjali jew b'mod sħiħ, il-primjum xieraq tar-riskju ta’ kreditu li għandu jintalab għar-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas lura skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23. |
20. Il-kostruzzjoni tar-rrik
(a) |
Kull Parteċipant li jixtieq jistabbilixxi RRIK inizjalment għandu jagħżel waħda mis-sistemi b'żewġ rati bażi li ġejjin għall-munita nazzjonali tiegħu:
L-eċċezzjonijiet għas-sistema b'rata bażi għandhom ikunu miftiehma mill-Parteċipanti. |
(b) |
Ir-RRIK għandhom ikunu ffissati f'marġni ffissat ta’ 100 punt bażi 'l fuq mir-rata bażi ta’ kull Parteċipant sakemm il-Parteċipanti ma jkunux ftiehmu mod ieħor. |
(c) |
Il-Parteċipanti l-oħra għandhom jużaw ir-RRIK iffissata għal munita partikolari jekk jiddeċiedu li jiffinanzjaw f'dik il-munita. |
(d) |
Parteċipant jista' jbiddel is-sistema b'rata bażi tiegħu wara li jagħti avviż b'sitt xhur bil-quddiem u bil-parir tal-Parteċipanti. |
(e) |
Parteċipant jew non-Parteċipant jista' jitlob li tiġi stabbilita RRIK għall-munita ta’ non-Parteċipant. F'konsultazzjoni man-non-Parteċipant interessat, Parteċipant jew is-Segretarjat f'isem dak in-non-Parteċipant jista' jagħmel proposta għall-kostruzzjoni tar-RRIKK f'dik il-munita billi jintużaw proċeduri tal-Linja Komuni skont l-Artikoli 55 sa 60. |
21. Il-validità tar-rrik
Ir-rata tal-imgħax li tapplika għal transazzjoni m'għandiex tkun iffissata għal perjodu li jkun itwal minn 120 jum. Għandu jiġi miżjud marġni ta’ 20 punt bażi mar-RRIK jekk it-termini u l-kondizzjonijiet tal-appoġġ uffiċjali għall-finanzjament jkunu ffissati qabel id-data tal-kuntratt.
22. L-applikazzjoni tar-rrik
(a) |
Fejn l-appoġġ uffiċjali għall-finanzjament jiġi provdut għal self b'rata mhux fissa, il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra m'għandhomx jitħallew joffru l-għażla li jbaxxu jew ir-RRIK (fiż-żmien tal-kuntratt oriġinali) jew ir-rata tas-suq tul medda qasira ta’ żmien għall-perjodu kollu kemm idum is-self. |
(b) |
Fil-każ ta’ ħlas lura ta’ self jew ta’ kwalunkwe porzjon minnu, volontarju u bikri, dak li qed jissellef għandu jikkumpensa lill-istituzzjoni governattiva li tipprovdi l-appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għall-ispejjeż u għat-telf kollha li ġarrbet minħabba ħlas lura bikri bħal dan, inkluża l-ispiża tal-istituzzjoni governattiva biex tissostitwixxi l-parti tal-influss tal-flus kontanti b'rata fissa li ġie interrott mill-ħlas lura bikri. |
23. Il-primjum għar-riskju ta' kreditu
Il-Parteċipanti għandhom jitolbu l-primjum, minbarra l-ħlasijiet fuq l-imgħax, biex ikopru r-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas lura tal-krediti tal-esportazzjoni. Ir-rati tal-primjum mitluba mill-Parteċipanti għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju, għandhom jikkonverġu u m'għandhomx ikunu inadegwati biex ikopru l-ispejjeż u t-telf operattivi tul medda twila ta’ żmien.
24. Ir-rati minimi tal-primjum għar-riskju ta' kreditu tal-pajjiż u dak sovran
Il-Parteċipanti għandhom jitolbu mhux inqas mir-Rata Minima tal-Primjum (MPR) applikabbli għar-Riskju ta’ Kreditu tal-Pajjiż u dak Sovran, irrispettvament minn jekk ix-xerrej/dak li qed jissellef hux entità privata jew pubblika.
(a) |
L-MPR applikabbli tiġi ddeterminata skont il-fatturi li ġejjin:
|
(b) |
L-MPRs jiġu espressi f'perċentwali tal-valur prinċipali tal-kreditu bħallikieku l-primjum inġabar b'mod sħiħ fid-data tal-ewwel tnaqqis tal-kreditu. Spjegazzjoni tal-formula matematika li ntużat biex jiġu kkalkulati l-MPRs tiġi provduta fl-Anness VI. |
(c) |
Ma ġiet stabbilita l-ebda MPR għall-pajjiżi li ġew ikklassifikati fil-Kategorija 0, kif ġie stabbilit fl-Artikolu 25, imma l-Parteċipanti m'għandhomx jitolbu rati tal-primjum li jbiegħu bi prezz inqas mill-ipprezzar tas-suq privat disponibbli. |
(d) |
Fil-prinċipju, il-pajjiżi ta’ “l-ogħla riskju” fil-Kategorija 7 għandhom ikunu soġġetti għal rati ta’ primjum li jeċċedu l-MPRs li ġew stabbiliti għal dik il-Kategorija; dawn ir-rati tal-primjum għandhom jiġu ddeterminati mill-Parteċipant li jkun qed jipprovdi l-appoġġ uffiċjali. |
(e) |
Fil-kalkulazzjoni tal-MPR għal transazzjoni, il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż applikabbli li għandha tiġi applikata għandha tkun il-klassifikazzjoni tal-pajjiż tax-xerrej, sakemm:
|
(f) |
Il-kriterji u l-kondizzjonijiet li jirrelataw mal-applikazzjoni ta’ klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż skont is-sitwazzjonijiet li ġew deskritti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi tal-Artikolu 24 e) ġew stabbiliti fl-Anness VII. |
(g) |
Jekk l-appoġġ uffiċjali huwa limitat strettament għar-riskju tal-pajjiż kif ġie ddefinit fl-Artikolu 25 a), jiġifieri l-kopertura tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef hija kompletament eskluża, l-MPR titnaqqas b'10 fil-mija; dan jinqabad mill-formula matematika li ntużat biex jiġu kkalkulati l-MPRs fl-Anness VI. |
(h) |
Il-konvenzjoni tal-HOR li ntużat fil-kalkulazzjoni ta’ MPR hija nofs il-perjodu ta’ żburżament flimkien mal-perjodu sħiħ tal-ħlas lura u tassumi profil regoli ta’ ħlas lura tal-kreditu tal-esportazzjoni, jiġifieri ħlas lura f'rati ndaqs u semi-annwali tal-kapital flimkien mal-imgħax dovut li jibda minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Għall-krediti tal-esportazzjoni bi profili ta’ ħlas lura li mhumiex standard, il-perjodu ekwivalenti ta’ ħlas lura (espress f'termini ta’ rati indaqs u semi-annwali) jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja: il-perjodu ekwivalenti ta’ ħlas lura = (tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu ta’ ħlas lura -0.25)/0.5. |
(i) |
Il-Parteċipant li japplika l-MPR fil-każ li ssemma fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu e) t'aktar 'il fuq li twassal għal rata ta’ primjum aktar baxxa mill-MPR applikabbli għall-pajjiż tax-xerrej għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 44 a). Il-Parteċipant li japplika l-MPR fil-każ li jissemma fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24 e) jew fl-Artikolu 24 g) għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 45 a). |
25. Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż
Il-pajjiżi għandhom jiġu kklassifikati skont il-probabbiltà ta’ jekk humiex se jħallsu l-imgħax fuq id-djun esterni tagħhom (jiġifieri ir-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż).
(a) |
Il-ħames elementi tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż huma:
|
(b) |
Il-pajjiżi jiġu kklassifikati f'waħda mit-tmien Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż (0-7). Ġew stabbiliti l-MPRs għall-Kategorija 1 sa 7, imma mhux għall-Kategorija 0, għaliex il-livell ta’ riskju tal-pajjiż jitqies li huwa negliġibbli għall-pajjiżi f'din il-Kategorija. |
(c) |
Il-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli, kif ġew iddefiniti mill-Bank Dinji fuq bażi annwali skont id-DGN per capita, jiġu kklassifikati fil-Kategorija 0.
|
(d) |
Il-pajjiżi kollha għajr il-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli (3) jiġu kklassifikati permezz tal-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż, li hija magħmula minn:
|
(e) |
Il-Klassifikazzjonijiet tar-Riskju tal-Pajjiż għandhom jiġu mmonitorjati fuq bażi kontinwa u għandhom jiġu riveduti mill-inqas kull sena u l-bidliet li jirriżultaw mill-Metodoloġija tal-Klassifikazzjoni tar-Risju tal-Pajjiż għandhom jiġu kkomunikati immedjatament mis-Segretarjat. Meta pajjiż jiġi kklassifikat mill-ġdid f'Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż aktar baxxa jew ogħla, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li l-klassifikazzjoni mill-ġdid tkun ġiet ikkomunikata mis-Segretarjat, il-Parteċipanti għandhom jitolbu r-rati tal-primjum bi jew aktar mill-MPRs assoċjati mal-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż il-ġdida. |
(f) |
Is-Segretarjat għandu jagħmel pubbliċi l-klassifikazzjonijiet tar-riskju tal-pajjiż li applikabbli. |
26. Il-klassifikazzjoni tal-istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali
L-Istituzzjonijiet Multilaterali u Reġjonali għandhom jiġu kklassifikati u riveduti kif inhu xieraq; is-Segretarjat għandu jagħmel pubbliċi klassifikazzjonijiet applikabbli bħal dawn.
27. Il-perċentwali u l-kwalità tal-kopertura uffiċjali tal-kreditu tal-esportazzjoni
L-MPRs jiġu ddiferenzjati biex titqies il-kwalità differenti tal-prodotti tal-kreditu tal-esportazzjoni u l-perċentwali tal-kopertura provduta mill-Parteċipanti kif ġie stabbilit fl-Anness VI. Id-differenzazzjoni hija bbażata fuq il-perspettiva tal-esportatur (jiġifieri li jkun innewtralizzat l-effett kompetittiv li jinqala' minħabba l-kwalitajiet differenti tal-prodott provdut lill-esportatur/istituzzjoni finanzjarja).
(a) |
Il-kwalità ta’ prodott tal-kreditu tal-esportazzjoni hija funzjoni ta’ jekk il-prodott huwiex assigurazzjoni, garanzija jew kreditu/finanzjament dirett, u għall-prodotti tal-assigurazzjoni jekk il-kopertura tal-imgħax matul il-perjodu ta’ stennija tal-klejms (jiġifieri l-perjodu bejn id-data li fiha huwa dovut il-ħlas min-naħa tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef u d-data li fiha l-assiguratur huwa obbligat li jirrimborża l-esportatur/istituzzjoni finanzjarja) hiex provduta mingħajr ħlas barrani. |
(b) |
Il-prodotti kollha eżistenti tal-kreditu tal-esportazzjoni li ġew offruti mill-Parteċipanti għandhom jiġu kklassifikati f'waħda mit-tliet kategoriji tal-prodotti li huma:
|
28. L-esklużjoni ta' elementi magħżula tar-riskju tal-pajjiż u ta' tekniki magħżula tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż
Skond il-kriterji u l-kondizzjonijiet speċifiċi li ġew stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parteċipanti jistgħu jeskludu ċerti elementi ta’ riskju tal-pajjiż jew jużaw tekniki ddefiniti ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li ġew elenkati fl-Artikolu 28 b) li jirriżultaw f'MPRs applikabbli aktar baxxi permezz tal-applikazzjoni ta’ Fattur ta’ Mitigazzjoni/Esklużjoni tar-Riskju tal-Pajjiż (MEF) fil-formula tal-MPR. L-MEF tiġi ddeterminata kif ġej:
(a) |
Fejn għandha x'taqsam l-esklużjoni ta’ elemanti magħżula tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż minn kopertura uffiċjali tal-kreditu tal-esportazzjoni:
|
(b) |
Fejn għandhom x'jaqsmu t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li ġejjin, l-MPR applikabli kif ukoll il-kriterji u l-kondizzjonijiet li fihom tista' tiġi applikata l-MEF ġew stabbiliti fl-Anness VIII:
|
(c) |
L-applikazzjoni ta’ aktar minn teknika waħda ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li ġew deskritti fl-Artikolu 28 b) m'għandiex ikollha impatt kumulattiv dirett fuq l-MEF applikabli. L-għażla ta’ MEF xieraq biex tkun riflessal-kombinazzjoni ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż għandha tqis l-impatt possibbli li jikkoinċidi ta’ żewġ tekniki jew aktar fuq riskji tal-kreditu tal-pajjiżi identiċi. Normalment, fil-każ ta’ koinċidenza, is-sigurtà tal-aħjar kwalità biss għandha titqies fid-determinazzjoni ta’ MEF applikabbli u xieraq. |
(d) |
Il-Parteċipant li japplika l-MPR fil-każi li jissemmew fl-Artikolu 28 a) sa c) għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 44 a). |
(e) |
Il-lista tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż fl-Artikolu 28 b) mhix maħsuba biex tkun lista magħluqa; skont l-Artikolu 66, il-Parteċipanti għandhom jimmonitorjaw u jirrivedu l-korp tal-esperjenza bl-użu ta’ dawn it-tekniki li jinkludu l-kriterji, il-kondizzjonijiet, iċ-ċirkostanzi u l-MEFs applikabbli li ġew stabbiliti fl-Anness VIII. |
29. Ir-reviżjoni tal-validità tar-rati minimi tal-primjum għar-riskju ta' kreditu tal-pajjiż u għar-riskju ta' kreditu sovran
(a) |
Biex tkun ivvalutata l-adegwatezza tal-MPRs u biex jitqiesu, jekk ikun meħtieġ, l-aġġustamenti, jew 'il fuq jew 'l isfel, għandhom jintużaw b'mod parallel tliet għodod biex tittieħed reazzjoni għall-informazzjoni dwar il-primjum (PFTs) biex jiġu mmonitorjati u aġġustati l-MPRs. |
(b) |
Il-PFT tad-Dħul u l-Ħruġ tal-Flus u l-PFT tal-Akkumulazzjonijiet tal-Imgħax huma metodi ta’ kontabilità li jivvalutaw il-validità tal-MPRs fuq bażi aggregata, tal-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż u tal-Orizzont tar-Riskju skont ir-riżultati effettivi tal-Parteċipanti f'relazzjoni mar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż u ma’ dak sovran tal-krediti tal-esportazzjoni li huma soġġetti għall-MPRs. |
(c) |
It-tielet PFT huwa magħmul minn erba' settijiet ta’ Indikaturi tas-Suq Privat (4) li jipprovdu informazzjoni dwar l-ipprezzar tas-suq tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż u dak sovran. |
KAPITOLU III
ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA
30. Il-prinċipji ġenerali
(a) |
Il-Parteċipanti ftiehmu li jkollhom politiki komplementari għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna marbuta. Il-politiki tal-krediti tal-esportazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-kompetizzjoni miftuħa u fuq l-azzjoni libera tal-forzi tas-suq. Il-politiki tal-għajnuna marbuta għandhom jipprovdu riżorsi esterni meħtieġa għall-pajjiżi, għas-setturi jew għall-proġetti bi ftit aċċess jew bl-ebda aċċess għall-finanzjament tas-suq. Il-politiki tal-għajnuna marbuta għandhom jiżguraw l-aħjar valur għall-flus, jimminimizzaw it-tgħawwiġ kummerċjali, u jikkontribwixxu għal użu effettiv mil-lat tal-iżvilupp ta’ dawn ir-riżorsi. |
(b) |
Id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna marbuta tal-Arranġament ma japplikawx għall-programmi tal-għajnuna tal-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali. |
(c) |
Dawn il-prinċipji ma jippreġudikawx il-fehmiet tal-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) dwar il-kwalità tal-għajnuna marbuta u ta’ dik mhux marbuta. |
(d) |
Parteċipant jista' jitlob informazzjoni addizzjonali li hija rilevanti għall-istatus tal-irbit ta’ kwalunkwe forma ta’ għajnuna. Jekk hemm inċertezza dwar jekk ċerta prattika ta’ finanzjament taqax fi ħdan l-ambitu tad-definizzjoni ta’ għajnuna marbuta li ġiet stabbilita fl-Anness XI, il-pajjiż donatur għandu jipprovdi evidenza b'appoġġ għal kwalunkwe klejm li tgħid li l-għajnuna tabilħaqq “mhix marbuta” skont id-definizzjoni fl-Anness XI. |
31. Il-forom tal-għajnuna marbuta
L-għajnuna marbuta tista' tieħu l-forma ta':
(a) |
Self tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) kif iddefinit fil-“Prinċipji ta’ Gwida tad-DAC għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta (1987)”; |
(b) |
L-għotjiet tal-ODA ki ġew iddefiniti fil-“Prinċipji ta’ Gwida tad-DAC għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta (1987)”; u |
(c) |
Flussi Uffiċjali Oħra (OOF), li jinkludu għotjiet u self imma jeskludu l-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li huma skont l-Arranġament; jew |
(d) |
Kwalunkwe assoċjazzjoni, eż. taħlita, fil-liġi jew fil-fatt, fi ħdan il-kontroll tad-donatur, tas-sellief jew ta’ dak li qed jissellef li tinvolvi tnejn jew aktar mill-komponenti ta’ finanzjament preċedenti, u/jew li ġejjin:
|
32. Il-finanzjament assoċjat
(a) |
Il-finanzjament assoċjat jista' jieħu diversi forom li jinkludu krediti misti, finanzjament mist, finanzjament konġunt, finanzjament parallel jew transazzjonijiet integrati waħdanija. Il-karatteristiċi ewlenin huma li lkoll jinkludu:
|
(b) |
Assoċjazzjoni jew rabta “fil-fatt” tiġi ddeterminata minn tali fatturi bħal:
|
(c) |
Il-prattiki li ġejjin m'għandhomx jipprevjenu d-determinazzjoni ta’ assoċjazzjoni jew ta’ rabta “fil-fatt”:
|
33. L-Eliġibilità ta' pajjiż għall-għajnuna marbuta
(a) |
M'għandux ikun hemm għajnuna marbuta lil pajjiżi li, skont id-DGN per capita tagħhom, mhumiex eliġibbli għal self ta’ 17-il sena mill-Bank Dinji. Il-Bank Dinji jikkalkula mill-ġdid il-limitu għal din il-kategorija fuq bażi annwali (5). Pajjiż se jiġi kklassifikat mill-ġdid biss wara li l-kategorija tal-Bank Dinji tiegħu baqgħet ma nbidlitx għal sentejn konsekuttivi. |
(b) |
Il-kriterji u l-proċeduri operattivi li ġejjin japplikaw meta jiġu kklassifikati l-pajjiżi:
|
34. L-Eliġibilità tal-proġett
(a) |
L-għajnuna marbuta m'għandiex tkun estiża għall-proġetti pubbliċi jew privati li normalment għandhom ikunu kummerċjalment vijabbli jekk ikunu ffinanzjati skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament. |
(b) |
It-testijiet ewlenija għal eliġibilità tal-għajnuna bħal din huma:
|
(c) |
It-testijiet prinċipali taħt is-subparagrafu b) t'aktar 'il fuq huma maħsuba biex jiddeskrivu kif proġett għandu jiġi evalwat biex ikun iddeterminat jekk għandux jiġi ffinanzjat b'għajnuna bħal din jew bi krediti tal-esportazzjoni skont it-termini tas-suq jew tal-Arranġament. Permezz tal-proċess ta’ konsultazzjoni li ġie deskritt fl-Artikoli 48 sa 50, matul iż-żmien huwa mistenni li jiżviluppa korp ta’ esperjenza li se jiddefinixxi b'mod akar preċiż, kemm għall-aġenziji tal-kreditu tal-esportazzjoni kif ukoll għal dawk tal-għajnuna, gwida ex ante dwar il-linja bejn iż-żewġ kategorji ta’ proġetti. |
35. Il-livell minimu ta' konċessjonalità
Il-Parteċipanti m'għandhomx jipprovdu għajnuna marbuta li għandha livell ta’ konċessjonalità ta’ inqas minn 35 fil-mija, jew ta’ 50 fil-mija jekk il-pajjiż benefiċjarju huwa Pajjiż Inqas Żviluppat (LDC), ħlief għall-każijiet li ġew stabbiliti aktar 'l isfel, li huma wkoll eżenti mill-proċeduri ta’ notifika li ġew stabbiliti fl-Artikolu 47 a):
(a) |
L-għajnuna teknika: l-għajnuna marbuta fejn il-komponent tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp jikkonsisti biss minn kooperazzjoni teknika li hija inqas minn jew 3 fil-mija tal-valur totali tat-transazzjoni jew miljun Drittijiet Speċjali ta’ Preljev (SDRs), liema minnhom huwa l-aktar baxx; u |
(b) |
Il-proġetti ż-żgħar: il-proġetti kapitali ta’ inqas minn miljun SDRs li huma ffinanzjati għalkollox mill-għotjiet tal-għajnuna għall-iżvilupp. |
36. L-Eżenzjonijiet mill-eliġibilità tal-pajjiż jew tal-proġett għall-għajnuna marbuta
(a) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 33 u 34 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta fejn il-livell ta’ konċessjonalità huwa ta’ 80 fil-mija jew aktar ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, li ġie deskritt fl-Artikolu 32. |
(b) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 ma japplikawx għall-għajnuna marbuta b'valur ta’ inqas minn żewġ miljuni SDRs ħlief għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, li ġie deskritt fl-Artikolu 32. |
(c) |
L-għajnuna marbuta għal-LDCs, kif inhuma ddefiniti min-Nazzjonijiet Uniti, mhix soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 33 u 34. |
(d) |
Minkejja l-Artikoli 33 u 34, b'mod eċċezzjonali, Parteċipant jista' jipprovdi appoġġ permezz ta’ wieħed mill-mezzi li ġejjin:
|
37. Il-kalkulazzjoni tal-livell ta' konċessjonalità tal-għajnuna marbuta
Il-livell ta’ konċessjonalità tal-għajnuna marbuta jiġi kkalkulat billi jintuża l-istess metodu bħalma sar għall-element tal-għotja li ntuża mid-DAC, ħlief li:
(a) |
Ir-rata tal-iskont użata biex ikun ikkalkulat il-livell ta’ konċessjonalità ta’ self f'munita partikolari, jiġifieri ir-Rata ta’ Skont Differenzjat (DDR),hija soġġetta għal bidla anwali fil-15 ta’ Jannar u tiġi kkalkulata kif ġej:
|
(b) |
Id-data bażi għall-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità huwa l-punt tal-bidu tal-kreditu kif ġie stabbilit fl-Anness XI. |
(c) |
Għall-fini tal-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità totali ta’ pakkett ta’ finanzjament assoċjat, il-livelli ta’ konċessjonalità tal-krediti, tal-fondi u tal-ħlasijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala li huma żero:
Il-ħlasijiet fi jew qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu li ma jitqiesux bħala ħlas parzjali għandhom ikunu inklużi fil-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità. |
(d) |
Ir-rata ta’ skont fl-allinjament: fl-allinjament tal-għajnuna, l-allinjament identiku jfisser allinjament b'livell ta’ konċessjonalità identiku li jiġi kkalkulat mill-ġdid bir-rata ta’ skont fis-seħħ fiż-żmien tal-allinjament. |
(e) |
L-ispejjeż lokali u x-xiri ta’ pajjiż terz għandhom jiġu inklużi fil-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità biss jekk ikunu ffinanzjati mill-pajjiż donatur. |
(f) |
Il-livell ta’ konċessjonalità totali ta’ pakkett jiġi ddeterminati billi jiġi mmultiplikat il-valur nominali ta’ kull komponent tal-pakkett bil-livell ta’ konċessjonalità rispettiv ta’ kull komponent, jingħaddu r-riżultati, u jiġi diviż dan it-total bil-valur nominali aggregat tal-komponenti. |
(g) |
Ir-rata ta’ skont għal self ta’ għajnuna partikolari hija r-rata fis-seħħ fiż-żmien tan-notifika. Madankollu, f'każi ta’ notifika fil-pront, ir-rata ta’ skont hija dik li tkun fis-seħħ fiż-żmien meta t-termini u l-kondizzjonijiet tas-self tal-għajnuna kienu ffissati. Bidla fir-rata ta’ skont matul it-tul ta’ żmien tas-self ma jbiddilx il-livell ta’ konċessjonalità tiegħu. |
(h) |
In-notifika għandha tkun riveduta, jekk issir bidla fil-munita qabel ma jkun konkluż il-kuntratt. Ir-rata ta’ skont li tintuża biex ikun ikkalkulat il-livell ta’ konċessjonalità se tkun dik applikabbli fid-data tar-reviżjoni. Reviżjoni mhix meħtieġa jekk il-munita alternattiva u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità jiġu indikati fin-notifika oriġinali. |
(i) |
Minkejja s-subparagrafu g), ir-rata ta’ skont li ntużat biex jiġi kkalkulat il-livell ta’ konċessjonalità tat-transazzjonijiet individwali li nbdew taħt linja ta’ kreditu tal-għajnuna għandha tkun ir-rata li kienet innotifikat oriġinarjament għal-linja ta’ kreditu. |
38. Il-perjodu ta' validità għall-għajnuna marbuta
(a) |
Il-Parteċipanti m'għandhomx jiffissaw it-termini u l-kondizzjonijiet għall-għajnuna marbuta, kemm jekk din tirrelata mal-finanzjament tat-transazzjonijiet individwali jew ma’ protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, għal aktar minn sentejn. Fil-każ ta’ protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta’ validità għandu jibda fid-data tal-firma tiegħu, li għandha tkun innotifikata skont l-Artikolu 47; l-estensjoni ta’ linja ta’ kreditu għandha tkun innotifikata bħallikieku kienet transazzjoni ġdida b'nota li tispjega li hija estensjoni u li qed tiġi mġedda skont it-termini permessi fiż-żmien tan-notifika tal-estensjoni. Fil-każ tat-transazzjonijiet individwali, inklużi dawk li ġew innotifikati taħt protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu ta’ għajnuna jew ftehim simili, il-perjodu ta’ validità għandu jibda fid-data tan-notifika tal-impenn skont l-Artikolu 46 jew 47, kif ikun xieraq. |
(b) |
Meta għall-ewwel darba pajjiż ma jibqax eliġibbli għal Self tal-Bank Dinji ta’ 17-il sena, il-perjodu ta’ validità ta’ protokolli ta’ għajnuna marbuta u linji ta’ kreditu eżistenti u ġodda li ġew innotifikati, għandu jiġi ristrett għal sena wara d-data tal-klassifikazzjoni mill-ġdid potenzjali skont il-proċeduri fl-Artikolu 33 b). |
(c) |
It-tiġdid ta’ protokolli u linji ta’ kreditu bħal dawn huwa possibbli biss skont termini li huma skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 33 u 34 tal-Arranġament wara:
F'dawn iċ-ċirkostanzi, jistgħu jinżammu t-termini u l-kondizzjonijiet eżistenti minkejja bidla fir-rata ta’ skont li ġiet stabbilita fl-Artikolu 37. |
39. L-allinjament
Meta jitqiesu l-obbligi internazzjonali tal-Parteċipant u b'mod konsistenti mal-fini tal-Arranġament, skont il-proċeduri li ġew stabbliti fl-Artikolu 42, Parteċipant jista' jallinja t-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant.
KAPITOLU IV
IL-PROĊEDURI
Taqsima 1: Il-proċeduri komuni għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ
40. In-notifiki
In-notifiki li ġew stabbiliti permezz tal-proċeduri fl-Arranġament għandhom isiru skont, u għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Anness V, u għandha tintbagħat kopja tagħhom lis-Segretarjat.
41. L-Informazzjoni dwar l-appoġġ uffiċjali
(a) |
Hekk kif Parteċipant jimpenja l-appoġġ uffiċjali li nnotifika skont il-proċeduri fl-Artikoli 44 sa 47, għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha b'dan billi jinkludi n-numru ta’ referenza tan-notifika fuq il-Formola 1C rilevanti tas-Sistema ta’ Rappurtaġġ tal-Kredituri (CRS). |
(b) |
Fi skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 52 sa 54, Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra bit-termini u bil-kondizzjonijiet tal-kreditu li qed jipprevedi li se jappoġġja għal transazzjoni partikolari u jista' jitlob informazzjoni simili mill-Parteċipanti l-oħra. |
42. Il-proċeduri għall-allinjament
(a) |
Qabel ma jallinja t-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li wieħed jippresumi li se jkunu offruti minn Parteċipant jew minn non-Parteċipant skont l-Artikoli 18 u 39, Parteċipant għandu jagħmel kull sforz raġonevoli, inkluż kif inhu xieraq billi jintużaw il-konsultazzjonijiet wiċċimbwiċċ li ġew deskritti fl-Artikolu 54, sabiex jivverifika li dawn it-termini u l-kondizzjonijiet huma uffiċjalment appoġġjati u għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:
|
(b) |
Parteċipant li biħsiebu joffri termini u kondizzjonijiet finanzjarji identiċi għal dawk li ġew innotifikati skont l-Artikoli 44 u 45 jista' jagħmel dan ladarba l-perjodu ta’ stennija stipulat f'dawk l-Artikoli jkun skada. Dan il-Parteċipant għandu jagħti notifika tal-intenzjoni tiegħu kemm jista' jkun kmieni. |
43. Il-konsultazzjonijiet speċjali
(a) |
Parteċipant li għandu raġunijiet raġonevoli biex jemmen li t-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li ġew offruti minn Parteċipant ieħor (il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva) huma aktar ġenerużi minn dawk provduti fl-Arranġament għandu jinforma lis-Segretarjat; is-Segretarjat għandu immedjatament jagħmel informazzjoni bħal din disponibbli. |
(b) |
Il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva għandu jiċċara t-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji tal-offerta tiegħu f'jumejn ta’ xogħol wara l-ħruġ tal-informazzjoni mis-Segretarjat. |
(c) |
Wara l-kjarifika min-naħa tal-Parteċipant li ħa l-inizjattiva, kwalunkwe Parteċipant jista' jitlob li s-Segretarjat jorganizza laqgħa speċjali ta’ konsultazzjoni f'ħdan ħamest ijiem ta’ xogħol sabiex tiġi diskussal-kwistjoni. |
(d) |
Sakemm joħroġ ir-riżultat tal-laqgħa speċjali ta’ konsultazzjoni tal-Parteċipanti, m'għandhomx jidħlu fis-seħħ it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li jibbenefikaw mill-appoġġ uffiċjali. |
Taqsima 2: Il-proċeduri għall-krediti tal-esportazzjoni
44. In-notifika minn qabel b'diskussjoni
(a) |
Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn jekk ir-Rata Minima tal-Primjum li ġiet applikata kienet iddeterminata skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 24 e) jew l-Artikolu 28 skont l-Anness V tal-Arranġament. Jekk kwalunkwe Parteċipant ieħor jitlob diskussjoni matul dan il-perjodu, il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra. Jekk l-MPR applikabbli wara l-mitigazzjoni/esklużjoni tar-riskju hija inqas minn jew daqs 75 fil-mija tal-MPR li kieku tirriżulta mill-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż xerrej mingħajr kwalunkwe mitigazzjoni jew esklużjoni tar-riskju, il-Parteċipant li jinnotifika għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas 20 jum kalendarju qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn. |
(b) |
Parteċipant għandu jinforma lill-Parteċipanti l-oħra kollha bid-deċiżjoni finali tiegħu wara diskussjoni biex tkun iffaċilitata r-reviżjoni tal-korp ta’ esperjenza skont l-Artikolu 66. Il-Parteċipanti għandhom iżommu rekords tal-esperjenza tagħhom fir-rigward tar-rati tal-primjum li ġew innotifikati skont il-paragrafu a) t'aktar 'il fuq. |
45. In-notifika minn qabel mingħajr diskussjoni
(a) |
Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha, mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma jinħareġ kwalunkwe impenn skont l-Anness V tal-Arranġament, jekk biħsiebu:
|
(b) |
Jekk il-parteċipant li ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jipprovdi appoġġ għal transazzjoni bħal din, għandu immedjatament jinforma lill-parteċipanti l-oħra kollha. |
Taqsima 3: Il-proċeduri għall-għajnuna relata mal-kummerċ
46. In-notifika minn qabel
(a) |
Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel jekk biħsiebu jipprovdi appoġġ uffiċjali għal:
|
(b) |
In-notifika minn qabel għandha ssir mhux aktar tard minn 30 jum ta’ xogħol qabel ma tagħlaq l-offerta jew qabel id-data tal-impenn, liema minnhom taħbat l-aktar kmieni. |
(c) |
Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva jimmodera jew jirtira l-intenzjoni tiegħu li jappoġġja t-termini u l-kondizzjonijiet notifikati, għandu jinforma immedjatament lill-Parteċipanti l-oħra kollha b'dan. |
(d) |
Id-dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika għall-għajnuna marbuta li tifforma parti minn pakkett ta’ finanzjament assoċjat, kif inhu deskritt fl-Artikolu 32. |
47. In-notifika fil-pront
(a) |
Parteċipant għandu jinforma fil-pront lill-parteċipanti l-oħra kollha, jiġifieri f'jumejn ta’ xogħol bl-impenn, jekk jipprovdi appoġġ uffiċjali għal għajnuna marbuta b'valur ta’ jew:
|
(b) |
Parteċipant għandu wkoll jinnotifika fil-pront lill-parteċipanti l-oħra kollha meta jiġi ffirmat protokoll ta’ għajnuna, linja ta’ kreditu jew ftehim simili. |
(c) |
M'hemmx għalfejn tingħata notifika minn qabel jekk parteċipant biħsiebu jallinja termini u kondizzjonijiet finanzjarji li kienu soġġetti għal notifika fil-pront. |
Taqsima 4: Il-proċeduri ta' konsultazzjoni għall-għajnuna marbuta
48. Il-fini tal-konsultazzjonijiet
(a) |
Parteċipant li qed ifittex kjarifika dwar motivazzjoni kummerċjali possibbli għall-għajnuna marbuta jista' jitlob li tiġi provduta valutazzjoni tal-kwalità tal-għajnuna (li d-dettalji tagħha jinsabu fl-anness ix) sħiħa. |
(b) |
Barra minn hekk, Parteċipant jista' jitlob konsultazzjonijiet mal-parteċipanti l-oħra, skont l-Artikolu 49. Dawn jinkludu konsultazzjonijiet wiċċimbwiċċ kif ġie spjegat fil-qosor fl-Artikolu 54 sabiex ikunu diskussi:
|
49. L-ambitu ta' u ż-żmien magħżul għall-konsultazzjonijiet
(a) |
Matul il-konsultazzjonijiet, parteċipant jista' jitlob, fost l-oħrajn, l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
Il-konsultazzjoni għandha tkun ikkompletata u s-sejbiet dwar iż-żewġ kwistjonijiet fl-Artikolu 48 għandhom jiġu nnotifikati mis-Segretarjat lill-Parteċipanti kollha mill-inqas għaxart ijiem ta’ xogħol qabel id-data tal-għeluq tal-offerti jew qabel id-data tal-impenn, liema minnhom taħbat l-ewwel. Jekk hemm nuqqas ta’ ftehim fost il-partijiet li jikkonsultaw, is-Segretarjat għandu jistieden lill-Parteċipanti l-oħra biex jesprimu l-fehmiet tagħhom f'ħamest ijiem ta’ xogħol. Għandu jirrapporta dawn il-fehmiet lill-Parteċipant li jinnotifika, li għandu jqis mill-ġdid ikomplix jekk jidher li m'hemm l-ebda appoġġ sostanzjali għal offerta ta’ għajnuna. |
50. Ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet
(a) |
Donatur li jixtieq jipproċedi bi proġett minkejja n-nuqqas ta’ appoġġ sostanzjali għandu jipprovdi notifika minn qabel tal-intenzjonijiet tiegħu lill-Parteċipanti l-oħra, mhux iktar tard minn 60 jum kalendarju wara li tkun ikkompletata l-Konsultazzjoni, jiġifieri l-aċċettazzjoni tal-konklużjoni tal-President. Id-donatur għandu jikteb ukoll ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-OECD fejn jiddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u jispjega l-interess nazzjonali primarju mhux relatat mal-kummerċ li qed iġiegħel din l-azzjoni. Il-parteċipanti jistennew li avveniment bħal dan la se jkun tas-soltu u lanqas se jkun frekwenti. |
(b) |
Id-donatur għandu jinnotifika immedjatament lill-Parteċipanti li bagħat ittra lis-Segretarju-Ġenerali tal-OECD, b'kopja tagħha tkun inkluża man-notifika. La d-donatur u lanqas l-ebda Parteċipant ieħor m'għandu jagħmel impenn ta’ għajnuna marbuta sakemm jgħaddu għaxart ijiem ta’ xogħol minn wara tkun inħarġet din in-notifika lill-Parteċipanti. Għall-proġetti fejn matul il-proċess ta’ konsultazzjoni kienu identifikati offerti kummerċjali li jikkompetu, il-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol li ssemma' aktar 'il fuq għandu jkun estiż għal 15-il jum. |
(c) |
Is-segretarjat għandu jimmonitorja l-progress u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet. |
Taqsima 5: L-Iskambju tal-informazzjoni għall-krediti tal-esportazzjoni u għall-għajnuna relatata mal-kummerċ
51. Il-punti ta' kuntatt
Il-komunikazzjonijiet kollha għandhom isiru bejn il-punti ta’ kuntatt magħżula f'kull pajjiż permezz ta’ komunikazzjoni istantanja, eż. L-OLIS, u għandhom jiġu trattati b'mod konfidenzjali.
52. L-ambitu tal-mistoqsijiet
(a) |
Parteċipant jista' jistaqsi lil parteċipant ieħor dwar l-attitudni li jieħu fir-rigward ta’ pajjiż terz, ta’ istituzzjoni f'pajjiż terz, jew ta’ metodu partikolari ta’ kif isir in-negozju. |
(b) |
Parteċipant li rċieva applikazzjoni għal appoġġ uffiċjali jista' jindirizza mistoqsija lil Parteċipant ieħor, fejn jagħti t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ kreditu l-aktar favorevoli li l-Parteċipant li qed jistaqsi għandu jkun lest li jappoġġja. |
(c) |
Jekk issir mistoqsija lil aktar minn Parteċipant wieħed, għandha tinkludi lista ta’ destinatarji. |
(d) |
Kopja tal-mistoqsijiet kollha għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat. |
53. L-ambitu tar-risposti
(a) |
Il-Parteċipant li lilu ġiet indirizzata mistoqsija għandu jirrispondi f'ebat ijiem kalendarji u għandu jipprovdi l-akbar ammont ta’ informazzjoni possibbli. Ir-risposta għandha tinkludi l-aħjar indikazzjoni li l-Parteċipant jista' jagħti tad-deċiżjoni li probabbilment se jieħu. Jekk ikun meħtieġ, ir-risposta sħiħa għandha ssegwi kemm jista' jkun malajr. Għandhom jintbagħtu kopji lid-destinatarji l-oħra tal-mistoqsija u lis-Segretarjat. |
(b) |
Jekk risposta għal mistoqsija wara ssir invalida minħabba kwalunkwe raġuni, pereżempju għaliex:
|
mingħajr dewmien, għandha tintbagħat risposta u għandha tintbagħat kopja lid-destinatarji l-oħra kollha tal-mistoqsija u lis-Segretarjat.
54. Il-konsultazzjonijiet wiċċimbwiċċ
(a) |
Parteċipant għandu jaqbel fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol għal talbiet għal konsultazzjonijiet wiċċimbwiċċ. |
(b) |
Talba għal konsultazzjonijiet wiċċimbwiċċ għandhom ikunu disponibbli għall-Parteċipanti u għan-non-Parteċipanti. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm jista' jkun malajr wara li jiskadi l-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol. |
(c) |
Il-president tal-Parteċipanti għandu jikkoordina mas-Segretarjat dwar kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li tkun meħtieġa, eż. Linja Komuni. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fil-pront ir-riżultat tal-konsultazzjoni. |
55. Il-proċeduri u l-format tal-linji komuni
(a) |
Il-proposti għal linja komuni jiġu indirizzati biss lis-Segretarjat. Is-Segretarjat għandu jibgħat proposta għal Linja Komuni lill-Parteċipanti kollha, u fejn tkun involuta għajnuna marbuta, lill-punti ta’ kuntatt tad-DAC kollha. L-identità ta’ min ħa l-inizjattiva ma tinkixifx fuq ir-Reġistru tal-Linji Komuni fuq il-Bord tal-Bullettini tal-OLIS. Madankollu, is-Segretarjat jista' verbalment jikxef l-identità ta’ min ħa l-inizjattiva lil Parteċipant jew lil membru tad-DAC jekk jintalab jagħmel dan. Is-Segretarjat għandu jżomm rekord ta’ talbiet bħal dawn. |
(b) |
Il-propsta għal Linja Komuni għandha tkun iddatata u għandu jkollha l-format li ġej:
|
(c) |
Proposta għal Linja Komuni mressqa skont l-Artikolu 33 b) 4 għandha tkun indirizzata lis-Segretarjat u għandha tintbagħat kopja lill-Parteċipanti l-oħra. Il-Parteċipant li jagħmel il-proposta għal Linja Komuni għandu jipprovdi spjegazzjoni sħiħa tar-raġunijiet għaliex iqis li l-klassifikazzjoni ta’ pajjiż għandha tkun differenti mill-proċedura li ġiet stabbilita fl-Artikolu 33 b). |
(d) |
Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli b'mod pubbliku l-Linji Komuni miftiehma. |
56. Ir-reazzjonijiet għall-proposti għal linji komuni
(a) |
Ir-reazzjonijiet għandhom isiru f'20 jum kalendarju, għalkemm il-Parteċipanti jiġu inkoraġġiti jirreaġixxu għal proposta għal Linja Komuni kemm jista' jkun malajr. |
(b) |
Reazzjoni tista' tkun talba għal informazzjoni addizzjonali, aċċettazzjoni, rifjut, proposta għal modifika tal-Linja Komuni jew proposta għal Linja Komuni alternattiva. |
(c) |
Parteċipant li javża li m'għandu l-ebda pożizzjoni għaliex ma ġiex avviċinat minn esportatur jew mill-awtoritajiet fil-pajjiż riċeventi f'każ ta’ għajnuna għall-proġett, għandu jitiqes bħala li aċċetta l-proposta għal Linja Komuni. |
57. L-aċċettazzjoni tal-linji komuni
(a) |
Wara perjodu ta’ 20 jum kalendarju, is-segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bl-istatus tal-proposta għal Linja Komuni. Jekk mhux il-Parteċipanti kollha jkunu aċċettaw il-Linja Komuni, imma l-ebda Parteċipant ma jkun irrifjutaha, il-proposta għandha tibqa' miftuħa għal perjodu ieħor ta’ tmint ijiem kalendarji. |
(b) |
Wara dan il-perjodu l-ieħor, Parteċipant li ma rrifjutax b'mod espliċitu l-proposta għal linja komuni għandu jitiqes li aċċetta l-linja komuni. Madankollu, Parteċipant, inkluż il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva, jista' jaċċetta l-Linja Komuni taħt il-kondizzjoni li jkun hemm aċċettazzjoni espliċita min-naħa ta’ Parteċipant wieħed jew aktar. |
(c) |
Jekk Parteċipant ma jaċċettax element wieħed jew aktar ta’ Linja Komuni ikun qed jaċċetta b'mod impliċitu l-elementi l-oħra kollha tal-Linja Komuni. Huwa mifhum li aċċettazzjoni parzjali bħal din tista' twassal lil Parteċipanti oħra biex ibiddlu l-attitudni tagħhom lejn Linja Komuni proposta. Il-Parteċipanti kollha huma liberi li joffru jew jallinjaw it-termini u l-kondizzjoniiet li mhumiex koperti minn Linja Komuni. |
(d) |
Linja Komuni li ma ġietax aċċettata tista' titqies mill-ġdid billi jintużaw il-proċeduri fl-Artikoli 55 u 56. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Parteċipanti mhumiex marbuta bid-deċiżjoni oriġinali tagħhom. |
58. In-nuqqas ta' ftehim dwar il-linji komuni
Jekk il-Parteċipant li ħa l-inizjattiva u Parteċipant li ppropona modifika jew alternattiva ma jistgħux jiftiehmu dwar Linja Komuni f'perjodu addizzjonali ta’ tmint ijiem kalendarji, dan il-perjodu jista' jiġi estiż bil-kunsens reċiproku tagħhom. Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha bi kwalunkwe estensjoni bħal din.
59. Id-data effettiva tal-linja komuni
Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parteċipanti kollha jew li l-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ jew li ġiet irrifjutata; il-Linja Komuni se tidħol fis-seħħ tlett ijiem kalendarji wara din it-tħabbira. Is-Segretarjat għandu jagħmel disponibbli fuq l-OLIS rekord aġġornat b'mod permanenti tal-Linji Komuni kollha li kien hemm ftehim dwarhom jew li għad m'hemmx deċiżjoni dwarhom.
60. Il-validità tal-linji komuni
(a) |
Linja Komuni, ladarba tkun miftiehma, għandha tkun valida għal perjodu ta’ sentejn mid-data effettiva tagħha, sakemm is-Segretarjat jiġi informat li m'għadiex ta’ interess, u li ġiet aċċettata mill-Parteċipanti kollha. Linja Komuni għandha tibqa' valida għal perjodu ieħor ta’ sentejn jekk Parteċipant ifittex estensjoni f'14-il jum kalendarju mid-data oriġinali tal-iskadenza. Jistgħu jiġu miftiehma estensjonijiet sussegwenti permezz tal-istess proċedura. Linja Komuni miftiehma skont l-Artikolu 33 b) 4) għandha tkun valida sakemm id-data tal-Bank Dinji għas-sena ta’ wara tkun disponibbli. |
(b) |
Is-Segretarjat għandu jimmonitorja l-istatus tal-linji komuni u għandu jżomm lill-Parteċipanti informati skont dan, permezz taż-żamma tal-elenku “l-istatus tal-Linji Komuni validi” fuq l-OLIS. Skond dan, inter alia s-Segretarjat għandu:
|
Taqsima 6: Id-dispożizzjonijiet operattivi għall-komunikazzjoni tar-rati minimi tal-imgħax (ir-rrik)
61. Il-komunikazzjoni tar-rati minimi tal-imgħax
(a) |
Ir-RRIK għal muniti li jiġu ddeterminati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 għandhom jintbagħtu permezz ta’ komunikazzjoni istantanja mill-inqas darba fix-xahar lis-Segretarjat biex tkun iċċirkolata lill-Parteċipanti kollha. |
(b) |
Notifika bħal din għandha tasal is-Segretarjat mhux iktar tard minn ħamest ijiem wara t-tmiem ta’ kull xahar li ġie kopert minn din l-informazzjoni. Is-Segretarjat imbagħad għandu jinforma immedjatament lill-Parteċipanti kollha bir-rati applikabbli u jagħmilhom disponibbli pubblikament. |
62. Id-data effettiva għall-applikazzjoni tar-rati tal-imgħax
Kwalunkwe bidla fir-RRIK għandha tidħol fis-seħħ fil-ħmistax-il jum wara t-tmiem ta’ kull xahar.
63. Il-bidliet immedjati fir-rati tal-imgħax
Meta l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu n-notifika ta’ emenda lil RRIK matul xahar, ir-rata emendata għandha tiġi implimentata għaxart ijiem wara li n-notifika ta’ din l-emenda tkun ġiet riċevuta mis-Segretarjat.
Taqsima 7: Ir-reviżjonijiet
64. Ir-reviżjoni regolari tal-arranġament
(a) |
Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu b'mod regolari l-funzjonament tal-Arranġament. Fir-reviżjoni, il-Parteċipanti għandhom jeżaminaw, inter alia, il-proċeduri ta’ notifika, l-implimentazzjoin u l-operazzjoni tas-sistema tad-DDR, ir-regoli u l-proċeduri tal-għajnuna marbuta, il-kwistjonijiet ta’ allinjament, l-impenji minn qabel u l-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni usa' fl-Arranġament. |
(b) |
Din ir-reviżjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni dwar l-esperjenza tal-Parteċipanti u fuq is-suġġerimenti tagħhom biex jittejbu l-operazzjoni u l-effikaċja tal-Arranġament. Il-Parteċipanti għandhom iqisu l-għanijiet tal-Arranġament u s-sitwazzjoni ekonomika u monetarja prevalenti. L-informazzjoni u s-suġġerimenti li l-Parteċipanti jixtiequ jressqu għal din ir-reviżjoni għandhom jaslu s-Segretarjat mhux aktar tard minn 45 jum kalendarju qabel id-data tar-reviżjoni. |
65. Ir-reviżjoni tar-rati minimi tal-imgħax
(a) |
Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu perjodikament s-sistema għall-iffissar tar-RRIK sabiex ikun żgurat li r-rati notifikati jirriflettu l-kondizzjonijiet korrenti tas-suq u jissodisfaw l-għanijiet li jsostnu l-istabbiliment tar-rati operattivi. Reviżjonijiet bħal dawn għandhom ikopru wkoll l-marġni li għandu jiġi miżjud meta dawn ir-rati jiġu applikati. |
(b) |
Parteċipant jista' jressaq quddiem il-President tal-Parteċipanti talba ssostanzjata għal reviżjoni straordinarja f'każ li dan il-Parteċipant iqis li r-RRIK għal munita waħda jew aktar m'għadiex tirrifletti l-kondizzjonijiet korrenti tas-suq. |
66. Ir-reviżjoni tar-rati minimi tal-primjum u kwistjonijiet relatati
Il-Parteċipanti għandhom jimmonitorjaw u jirrivedu b'mod regolari l-aspetti kollha tar-regoli u tal-proċeduri tal-primjums. Dan għandu jinkludi:
(a) |
il-metodoloġija għall-mudell tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż sabiex ikun rivedut il-validità tiegħu fid-dawl tal-esperjenza; |
(b) |
ir-rati Minimi tal-Primjum għar-Riskju ta’ kreditu tal-pajjiż u għal dak sovran sabiex ikunu aġġustati matul iż-żmien ħalli jkun żgurat li jibqgħu miżura preċiża tar-riskju, billi jitqiesu t-tliet PFTs: il-metodi tad-dħul u l-ħruġ tal-flus u tal-akkumulazzjonijiet tal-imgħax u, fejn ikun xieraq, l-indikaturi tas-suq privat; |
(c) |
id-differenzazzjonijiet fl-MPRs li jqisu l-kwalità differenti tal-prodotti tal-kreditu tal-esportazzjoni u l-perċentwali tal-kopertura provduta; u |
(d) |
il-korp tal-esperjenza relatat mal-użu tal-mitigazzjoni u/jew tal-esklużjoni tar-riskju kif ġie stabbilit fl-Artikolu 28 u l-validità kontinwa u kemm jibqgħu xierqa l-Fatturi tal-Mitigazzjoni/tal-Esklużjoni tar-Riskju speċifiċi permissibbli. Biex tkun mgħejjuna r-reviżjoni, is-Segretarjat għandu jipprovdi r-rapporti tan-notifiki kollha. |
(1) Kif iddefinit fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-OECD.
(2) Ibbażata fuq ir-reviżjoni annwali mill-Bank Dinji tal-klassifikazzjoni tal-pajjiżi tiegħu, għall-fini tal-kategorija tal-klassifikazzjoni tal-kategorija tal-pajjiż se jintuża limitu ta’ Dħul Gross Nazzjonali (DGN) per capita, b'limitu bħal dan ikun disponibbli fuq il-websajt tal-OECD (www.oecd.org/ech/xcred).
(3) Għal finijiet amministrattivi, uħud mill-pajjiżi li ġeneralment ma jirċivux krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati ma jistgħux jiġu kklassifikati.
(4) L-Indikaturi tas-Suq Privat huma: bonds sovrani, metodu ta’ qari read-across, suq tal-konfiski u self sindikat.
(5) Ibbażat fuq ir-reviżjoni annwali mill-Bank Dinji tal-klassifikazzjoni tal-pajjiżi, għall-fini tal-eliġibilità għall-għajnuna marbuta se jintuża limitu ta’ Dħul Gross Nazzjonali (DGN) per capita; limitu bħal dan huwa disponibbli fuq il-websajt tal-OECD (www.oecd.org/ech/xcred).
(6) Għall-finijiet tal-Artikolu 33 b) 5), l-ismantellament ta’ impjant tal-enerġija nukleari jista' jitqies bħala għajnuna umanitarja. F'każ ta’ inċident nukleari jew inċident kbir industrijali li jikkawża tniġġiż transkonfinali serju, kwalunkwe Parteċipant affetwat jista' jipprovdi għajnuna marbuta sabiex jitneħħew jew jitaffew l-effetti tiegħu. Fkaż ta’ riskju sinifikanti li jista' jiġri inċident bħal dan, kwalunkwe Parteċipant li huwa potenzjalment affetwat li biħsiebu jipprovdu għajnuna biex jipprevjeni li dan iseħħ għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 46. Il-Parteċipanti l-oħra għandhom iqisu b'mod favorevoli aċċellerazzjoni tal-proċeduri tal-għajnuna marbuta skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi.
L-ANNESS I
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-BASTIMENTI
KAPITOLU I
L-AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI
1. Il-parteċipazzjoni
Il-Parteċipanti għall-Ftehim Settorjali huma: l-Awstralja, l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun, il-Korea u n-Norveġja.
2. L-ambitu tal-applikazzjoni
Dan il-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, jistabbilixxi l-linji ta’ gwida speċifiċi għal krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li jirrelataw mal-kuntratti tal-esportazzjoni ta':
(a) |
Kwalunkwe bastiment ġdid ta’ fuq il-baħar ta’ 100 gt u aktar li jintuża għat-trasport ta’ oġġetti jew ta’ persuni, jew għat-twettiq ta’ servizz speċjalizzat (pereżempju, bastimenti tas-sajd, bastimenti għall-manifattura tal-ħut, bastimenti li jkissru s-silġ u bħala dreġers, li jippreżentaw b'mod permanenti permezz tal-mezzi ta’ propulsjoni u direzzjoni (ir-rota tat-tmun) tagħhom il-karatteristiċi kollha ta’ navigazzjoni awtonoma fil-baħar miftuħ), laneċ tal-irmonk ta’ 365 kw u aktar u strutturi ta’ bastimenti li mhumiex lesti li jżommu f'wiċċ l-ilma u li huma mobbli. Il-Ftehim Settorjali ma jkoprix il-bastimenti militari. Il-baċiri li jżommu f'wiċċ l-ilma u l-unitajiet mobbli lil hinn mix-xtut (mobile offshore units) mhumiex koperti mill-Ftehim Settorjali, imma jekk jinqalgħu il-problemi b'rabta mal-krediti tal-esportazzjoni għal strutturi bħal dawn, il-parteċipanti għall-Ftehim Settorjali (li minn hawn 'il quddiem se jissejħu il-“Parteċipanti”), wara li jitqiesu t-talbiet issostanzjanzati minn kwalunkwe Parteċipant, jistgħu jiddeċiedu li għandhom ikunu koperti. |
(b) |
Kwalunkwe konverżjoni ta’ vapur. Il-konverżjoni ta’ vapur tfisser kwalunkwe konverżjoni ta’ bastimenti ta’ fuq il-baħar ta’ aktar minn 1 000 gt sakemm l-operazzjonijiet ta’ konverżjoni jinkludu bidliet radikali fil-pjan tat-tagħbija, fil-buq jew fis-sistema ta’ propulsjoni. |
(c) |
|
KAPITOLU II
ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA MARBUTA
3. It-terminu massimu ta’ hlas lura
It-terminu massimu ta’ ħlas lura, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-pajjiż, huwa ta’ 12-il sena wara l-konsenja.
4. Ħlas bi flus kontanti
Il-Parteċipanti għandhom jeħtieġu ħlas minimu bi flus kontanti ta’ 20 fil-mija tal-prezz tal-kuntratt mal-konsenja.
5. Il-ħlas lura tal-kapital
Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni għandha titħallas lura f'rati indaqs normalment f'intervalli regolari ta’ sitt xhur u massimu ta’ 12-il xahar.
6. Il-primjum minimu
Id-dispożizzjonijiet tal-Arranġament f'relazzjoni mal-livelli ta’ referenza minimi tal-primjum m'għandhomx ikunu applikati sakemm dispożizzjonijiet bħal dawn ma ġewx riveduti aktar mill-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali.
7. L-għajnuna
Kwalunkwe Parteċipant li jixtieq jipprovdi l-għajnuna, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament, irid jikkonferma li l-vapur ma jiġix operat taħt reġistru miftuħ matul it-terminu ta’ ħlas lura u li nkisbet l-assigurazzjoni xierqa li s-sid aħħari joqgħod fil-pajjiż riċeventi, mhux sussidjarju mhux operattiv ta’ interess barrani u impenja ruħu li ma jbigħx il-vapur mingħajr l-approvazzjoni tal-gvern tiegħu.
KAPITOLU III
IL-PROĊEDURI
8. In-notifika
Għall-fini tat-trasparenza, kull parteċipant, minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament u s-Sistema tar-Rappurtaġġ tal-Kredituri tal-IBRD/Unjoni ta’ Berne/OECD, għandu jipprovdi informazzjoni annwali dwar is-sistema tiegħu għall-provvista ta’ appoġġ uffiċjali u dwar il-mezzi ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali, inklużi l-iskemi li huma fis-seħħ.
9. Ir-reviżjoni
(a) |
Il-Ftehim Settorjali għandu jiġi rivedut kull sena jew fuq it-talba ta’ kwalunkwe Parteċipant fi ħdan il-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Tarzna tal-OECD, u għandu jsir rapport lill-Parteċipant għall-Arranġament. |
(b) |
Biex ikunu ffaċilitati l-koerenza u l-konsistenza bejn l-Arranġament u l-Ftehim Settorjali u billi titqies in-natura tal-industrija tat-tarzna, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali u għall-arranġament se jikkonsultaw u jikkoordinaw kif inhu xieraq. |
(c) |
Fuq deċiżjoni min-naħa tal-Parteċipanti għall-Arranġament biex jinbidel l-arranġament, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali (il-Parteċipanti) se jeżaminaw deċiżjoni bħal din u jqisu r-rilevanza tagħha għal dan il-Ftehim Settorjali. Sakemm issir konsiderazzjoni bħal din, l-emendi għall-Arranġament mhux se japplikaw għal dan il-Ftehim Settorjali. F'każ li l-Parteċipanti jistgħu jaċċettaw l-emendi għall-Arranġament għandhom jirrapportaw dan bil-miktub lill-Parteċipanti għall-Arranġament. F'każ li l-Parteċipanti ma jistgħux jaċċettaw l-emendi għall-Arranġament safejn l-applikazzjoni tagħhom għat-tarzna hija kkonċernata, għandhom jinformaw lill-Parteċipanti għall-Arranġamenti bl-oġġezzjonijiet tagħhom u għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet magħhom sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet. F'każ li ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim bejn iż-żewġ gruppi, il-fehmiet tal-Parteċipanti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-emendi għat-tarzna għandha tipprevali. |
(d) |
Mad-dħul fis-seħħ tal-“Ftehim dwar il-Kondizzjonijiet Normali tal-Kompetizzjoni fl-Industrija tal-Kostruzzjoni u tat-Tiswija ta’ Bastimenti tal-Merkanzija” dan il-Ftehim Settorjali għandu jieqaf japplika għal dawk il-Parteċipanti li huma legalment meħtieġa li japplikaw il-Ftehim dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni għall-Bastimenti tal-1994 [C/WP6(94)6]. Parteċipanti bħal dawn għandhom jaħdmu għal reviżjoni immedjata sabiex il-Ftehim tal-1994 jinġieb skont dan il-Ftehim Settorjali. |
Żjieda
L-IMPENJI GĦAX-XOGĦOL FUTUR
Minbarra x-xogħol Futur tal-Arranġament, il-Parteċipanti għal dan il-Ftehim Settorjali jaqblu:
(a) |
Li jiżviluppaw lista illustrattiva tat-tipi ta’ bastimenti li ġeneralment jitqiesu bħala li huma vijabbli b’mod mhux kummerċjali, fejn jitqiesu d-dixxiplini dwar l-għajnuna marbuta li ġew stabbiliti fl-Arranġament. |
(b) |
Li jirrivedu d-dispożizzjonijiet tal-Arranġament f’relazzjoni mal-livelli minimi ta’ referenzi tal-primjums sabiex ikunu inkorporati f’dan il-Ftehim Settorjali. |
(c) |
Li jiddiskutu, bla ħsara għall-iżviluppi fin-negozjati internazzjonali rilevanti, l-inklużjoni ta’ dixxiplini oħra dwar ir-rati minimi tal-imgħax li jinkludu RRIK u rati varjabbli speċjali. |
(d) |
Li jiddiskutu l-applikabilità ta’ rati annwali ta’ ħlas lura tal-kapital. |
L-ANNESS II
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦAL IMPJANT TAL-ENERĠIJA NUKLEARI
KAPITOLU I
L-AMBITU TAL-FTEHIM SETTORJALI
1. L-ambitu tal-applikazzjoni
(a) |
Dan il-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament:
|
(b) |
Dan il-Ftehim Settorjali japplika wkoll għall-modernizzazzjoni ta’ impjant tal-enerġija nukleari eżistenti f'każi fejn kemm il-valur totali tal-modernizzazzjoni tkun ta’ jew aktar minn 80 miljun SDRs (il-Kategorija X) kif ukoll it-tul ta’ żmien ekonomiku tal-impjant probabbli li tiġi estiża b'mill-inqas 15-il sena. Jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kriterji ma tiġix sodisfatta, japplikaw it-termini tal-Arranġament. |
(c) |
Aktar milli l-Ftehim Settorjali għandhom japplikaw it-termini tal-Arranġament għall-appoġġ uffiċjali pprovdut għall-ismantellament ta’ impjant tal-enerġija nukleari. L-ismantellament jiġi ddefinit bħala l-għeluq jew l-ismantellar ta’ impjant tal-enerġija nukleari. Il-proċeduri ta’ Linja Komuni li ġew stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 60 tal-Arranġament jipprovdi l-possibbiltà li t-termini ta’ ħlas lura jkunu ristretti jew estiżi. |
2. Ir-reviżjoni
Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Settorjali b'mod regolari.
KAPITOLU II
ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U TAL-GĦAJNUNA MARBUTA
3. It-terminu massimu ta' ħlas lura
It-terminu massimu ta’ ħlas lura, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-pajjiż, huwa ta’ 15-il sena.
4. Il-ħlas lura tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax
(a) |
Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni għandha titħallas lura f'rati ndaqs. |
(b) |
Il-kapital għandu jitħallas lura u l-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza li ma tkunx inqas minn kull sitt xhur u l-ewwel rata tal-kapital u tal-imgħax għandha ssir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
(c) |
Għall-krediti tal-esportazzjoni li ġew provduti b'appoġġ għat-transazzjonijiet tal-kiri, jistgħu jiġu applikati ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati flimkien minflok ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu a). |
5. Ir-rati minimi tal-imgħax
(a) |
Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għall-finanzjament permezz ta’ finanzjament dirett, finanzjament mill-ġdid jew appoġġ għar-rata tal-imgħax għandu japplika rati minimi tal-imgħax; il-Parteċipant għandu japplika r-Rati ta’ Referenza Speċjali tal-Imgħax Kummerċjali (RRSIK). Fejn l-impenn tar-RRSIK iffissat inizjalment huwa limitat għal perjodu massimu li ma jeċċedix il-15-il sena, li jibda mid-data tal-għotja tal-kuntratt, kwalunkwe appoġġ uffiċjali għall-perjodu li baqa' tas-self għandu wkoll ikun limitat għal garanziji jew għal appoġġ għar-rata tal-imgħax bir-RRSIK rilevanti li jipprevalu fiż-żmien tal-finanzjament mill-ġdid (roll-over). |
(b) |
Fejn jiġi provdut appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għal tagħmir għall-provvista parzjali ta’ impjant tal-enerġija nukleari li għalih il-fornitur m'għandu l-ebda responsabbiltà għall-montaġġ, ir-rata minima tal-imgħax għandha tkun ir-RRSIK skont l-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Alternattivament, Parteċipant jista' joffri r-RRIK rilevanti skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament, sakemm il-perjodu massimu mid-data tal-għotja tal-kuntratt sad-data tal-ħlas lura finali ma jeċċedix l-għaxar snin. |
6. Il-kostruzzjoni tar-RRSIK
Ir-RRSIK għandhom ikunu ffissati b'marġni ffissat ta’ 75 punt bażi 'l fuq mir-RRIK għall-munita kkonċernata, ħlief dik għall-Jen Ġappuniż, il-marġni għandu jkun ta’ 40 punt bażi. Għal dawn il-muniti li għandhom akar minn RRIK waħda, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20 a) tal-Arranġament, biex jinbnew ir-RRSIK għandha tintuża r-RRIK għall-itwal terminu.
7. L-ispejjeż lokali u l-kapitalizzazzjoni tal-imgħax
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 d) tal-Arranġament ma japplikawx fejn l-appoġġ uffiċjali għall-finanzjament jiġi provdut fuq il-bażi tar-RRSIK. L-appoġġ uffiċjali għall-finanzjament b'rati li mhumiex ir-RRSIK kemm għall-ispejjeż lokali kif ukoll għall-kapitalizzazzjoni tal-imgħax li jakkumula qabel il-punt tal-bidu meħuda flimkien m'għandux ikopri ammont li jeċċedi l-15 fil-mija tal-valur tal-esportazzjoni.
8. L-appoġġ uffiċjali għall-fjuwil nukleari
(a) |
It-terminu massimu ta’ ħlas lura għat-tagħbija inizjali tal-fjuwil m'għandiex teċċedi l-erba' snin mill-konsenja. Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għat-tagħbija inizjali tal-fjuwil għandu japplika r-rati minimi tal-imgħax; il-Parteċipant għandu japplika r-RRIK rilevanti. It-tagħbija inizjali tal-fjuwil għandha tikkonsisti f'mhux aktar mill-qalba nukleari li ġiet installata inizjalment, flimkien ma’ żewġ rikarigi sussegwenti, li flimkien jikkonsistu sa żewġ terzi ta’ qalba nukleari. |
(b) |
It-terminu massimu ta’ ħlas lura għal rikarigi sussegwenti tal-fjuwil nukleari huwa ta’ sitt xhur. Jekk f'ċirkostanzi eċċezzjonali termini itwal, imma jkun xi jkun il-każ li ma jeċċedux is-sentejn, jitqiesu xierqa, għandhom japplikaw il-proċeduri li ġew stabbiliti fl-Artikolu 44 tal-Arranġament. Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għal rikarigu sussegwenti ta’ fjuwil nukleari għandu japplika rati minimi tal-imgħax; il-Parteċipant għandu japplika r-RRIK rilevanti. |
(c) |
L-appoġġ uffiċjali għall-provvista separata tas-Servizzi għall-Arrikkiment tal-Uranju m'għandhomx ikunu provduti skont termini aktar favorevoli minn dak li japplikaw għall-fjuwil nukleari. |
(d) |
L-ipproċessar mill-ġdid u l-ġestjoni tal-fjuwil maħruq (inkluż ir-rimi tal-iskart) għandhom jitħallasu fuq bażi ta’ flus kontanti. |
(e) |
Il-Parteċipanti m'għandhomx jipprovdu fjuwil nukleari jew servizzi bla ħlas. |
9. L-għajnuna
Il-Parteċipanti m'għandhomx jipprovdu appoġġ għall-għajnuna, sakemm din ma tkunx fil-forma ta’ għajnuna mhux marbuta.
KAPITOLU III
IL-PROĊEDURI
10. Il-konsultazzjoni minn qabel
Filwaqt li jirrikonoxxu l-vantaġġi li jistgħu jakkumulaw jekk tista' tinkiseb attitudni komuni lejn it-termini għal impjant tal-enerġija nukleari, il-Parteċipanti jaqblu li jinvolvu rwieħhom f'konsultazzjoni minn qabel fil-każi kollha fejn hemm intenzjoni li jkun provdut appoġġ uffiċjali.
11. In-notifika minn qabel
(a) |
Il-Parteċipant li beda konsultazzjoni minn qabel għandu jinnotifika lill-parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem ta’ xogħol qabel ma jieħu deċiżjoni finali bit-termini li biħsiebu jappoġġja skont l-Anness V tal-Arranġament. |
(b) |
Il-Parteċipanti l-oħra m'għandhomx jieħdu deċiżjoni finali dwar it-termini li se jappoġġjaw matul il-perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol li ġie speċifikat fis-subparagrafu a) t'aktar 'il fuq imma f'ħamest ijiem għandhom jiskambjaw informazzjoni mal-Parteċipanti l-oħra kollha fil-konsultazzjoni dwar it-termini xierqa ta’ kreditu għat-transazzjoni bl-għan li tinkiseb attitudni komuni dwar termini bħal dawn. |
(c) |
Jekk ma tinkisibx attitudni komuni permezz ta’ dawn il-mezzi fil-perjodu ta’ għaxart ijiem wara li tiġi riċevuta n-notifika inizjali, id-deċiżjoni finali ta’ kull Parteċipant fil-konsultazzjoni għandha tiġi ttardjata għal għaxart ijiem tax-xogħol addizzjonali fejn matul dan il-perjodu għandhom isiru aktar sforzi sabiex tinkiseb attitudni komuni permezz ta’ konsultazzjoni wiċċimbwiċċ. |
L-ANNESS III
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI GĦALL-INĠENJI TAL-ARJU ĊIVILI
PARTI 1
INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA U KBAR U MAGNI GĦAL INĠENJI TAL-AJRU BĦAL DAWN
KAPITOLU I
L-AMBITU
1. Il-forma u l-ambitu tal-applikazzjoni
(a) |
Il-parti 1 tal-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, tistabbilixxi l-linji ta’ gwida speċjali li japplikaw għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li jirrelataw mal-bejgħ jew mal-kiri ta’ inġenji tal-ajru ċivili ġodda u kbar, li ġew elenkati fl-Appendiċi 1, u l-magni li ġew installati f’inġenji tal-ajru bħal dawn. Inġenju tal-ajru ġdid huwa inġenju tal-ajru li sidu huwa l-manifattur, jiġifieri inġenju tal-ajru li la kien ikkonsenjat u lanqas intuża qabel għall-fini li kien intenzjonat għalih li jġorr passiġġieri li jħallsu nol u/jew merkanzija. Dan m’għandux jipprekludi l-appoġġ minn Parteċipant għal termini li huma xierqa għal inġenji tal-ajru ġodda għal transazzjonijiet fejn, bl-għarfien minn qabel ta’ dak il-Parteċipant, tqiegħdu għal-lest arranġamenti temporanji ta’ finanzjament kummerċjali għaliex il-provvista ta’ appoġġ uffiċjali ġiet ittardjata. F’każi bħal dawn, it-terminu ta’ ħlas lura, inkluż il-“punt tal-bidu tal-kreditu” u d-“data tal-ħlas lura finali”, għandhom ikunu l-istess kif kienu jkunu li kieku l-bejgħ jew il-kiri tal-inġenju tal-ajru rċieva appoġġ uffiċjali mid-data li fiha l-inġenju tal-ajru kien ikkonsenjat oriġinarjament. |
(b) |
It-termini tal-Kapitolu I japplikaw ukoll għal magni u għal partijiet li jistgħu jinbidlu meta kkontemplati bħala parti mill-ordni oriġinali tal-inġenju ta l-ajru, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 tal-Parti 3 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Ma japplikawx għas-simulaturi tat-titjiriet, li huma soġġetti għat-termini tal-Arranġament. |
2. L-għan
L-għan ta’ dan il-Parti tal-Ftehim Settorjali huwa li jkun stabbilit ekwilibriju bbilanċjat li fis-swieq kollha:
— |
jagħmel indaqs il-kondizzjonijiet finanzjarji kompetittivi bejn il-Parteċipanti; |
— |
jinnewtralizza l-finanzi fost il-Parteċipanti bħala fattur fl-għażla fost l-inġenji tal-ajru li qed jikkompetu; u |
— |
jevita t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. |
KAPITOLU II
ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA
3. Il-ħlas parzjali
(a) |
Il-Parteċipanti għandhom jeħtieġu ħlas parzjali minimu ta’ 15 fil-mija tal-prezz totali tal-inġenju tal-ajru, li jinkludi l-prezz tal-istruttura tal-inġenju, kwalunkwe magna installata flimkien mal-magni żejda u mal-partijiet li jistgħu jinbidlu sal-punt li jissemma fl-Artikolu 33 tal-parti 3 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
(b) |
L-appoġġ uffiċjali għal ħlas parzjali bħal dan jista’ biss jieħu l-forma ta’ assigurazzjoni u garanziji, jiġifieri sempliċi kopertura, kontra r-riskji ta’ qabel il-kreditu tas-soltu. |
4. It-terminu massimu ta’ ħlas lura
It-terminu massimu ta’ ħlas lura huwa ta’ 12-il sena.
5. Il-muniti eliġibbli
Il-muniti li huma eliġibbli għal appoġġ uffiċjali għall-finanzjament huma d-Dollari tal-Istati Uniti, il-Euros u l-Isterlini tar-Renju Unit.
6. Il-ħlas lura tal-kapital
(a) |
Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni normalment għandha titħallas lura f’rati ndaqs u regolari bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u bl-ewwel rata li għandha ssir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Fil-każ ta’ kiri, jista’ jiġi applikat profil ta’ ħlas lura bħal dan jew għall-ammont tal-kapital biss jew għall-kapital u għall-imgħax ikkombinati flimkien. |
(b) |
Parteċipant li biħsiebu jappoġġja l-ħlas lura tal-kapital skont termini differenti minn dawk li ġew stabbiliti fil-paragrafu a) għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:
|
7. Il-ħlas tal-imgħax
(a) |
L-imgħax normalment m’għandux ikun ikkapitalizzat matul il-perjodu ta’ ħlas lura. |
(b) |
L-imgħax għandu jkun jista’ jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u bl-ewwel ħlas li għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
(c) |
Parteċipant li biħsiebu jappoġġja ħlas tal-imgħax skont termini differenti minn dawk li ġew stabbiliti fil-paragrafu a) u b) għandu jagħti notifika minn qabel. |
8. Ir-rati minimi tal-imgħax
(a) |
Il-Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għall-finanzjament, li m’għandux jeċċedi l-85 fil-mija tal-prezz totali tal-inġenju tal-ajru li jissemma fis-subparagrafu a) tal-Artikolu 3 tal-Ftehim Settorjali, għandu japplika rati minimi tal-imgħax sa massimu ta’ 62.5 fil-mija tal-prezz totali tal-inġenju tal-ajru kif ġej:
|
(b) |
Il-perċentwali massima tal-prezz totali tal-inġenju tal-ajru li tista’ tiġi ffinanzjata bir-rati minimi ffissati tal-imgħax li ġew speċifikati fis-subparagrafu a) t’aktar ‘il fuq għandha tkun limitata għal 62.5 fil-mija meta l-ħlas lura tas-self jiġi mifrux tul it-tul ta’ żmien kollu tal-finanzjament u 42.5 fil-mija meta l-ħlas lura tas-self jiġi mifrux tul il-maturitajiet ta’ aktar tard. Il-Parteċipanti huma liberi li jużaw jew il-metodu tal-ħlas lura, bla ħsara għal- limitu massimu applikabbli għal dik ix-xerja. Parteċipanti li joffri qatgħa bħal din għandu jinnotifika lill-parteċipanti l-oħra bl-ammont, bir-rata tal-imgħax, bid-data meta ġiet iffissata r-rata tal-imgħax, bil-perjodu ta’ validità għar-rata tal-imgħax u bix-xejra tal-ħlas lura. Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu ż-żewġ limiti massimi fiż-żmien ta’ kull reviżjoni skont l-Artikolu 17 ta’ dan il-Ftehim Settorjali sabiex ikun eżaminat jekk limitu massimu jipprovdix aktar vantaġġi mill-ieħor sabiex ikun aġġustat l-aktar wieħed vantaġġjuż ħalli jkun hemm bilanċ aktar ekwilibrat. |
(c) |
Bla ħsara għal-limitu ta’ 85 fil-mija li ġie speċifikat fis-subparagrafu a) t’aktar ‘il fuq:
|
(d) |
Ir-rati minimi tal-imgħax jinkludu l-primjum tal-assigurazzjoni tal-kreditu u d-drittijiet tal-garanzija. Madankollu, il-ħlasijiet tal-impenn u tal-ġestjoni mhumiex inklużi fir-rata tal-imgħax. |
9. L-aġġustamenti fir-rata tal-imgħax
Ir-rati minimi tal-imgħax li ġew stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim Settorjali għandhom jiġu riveduti kull ġimgħatejn. Jekk il-medja tar-rendiment tal-bonds tal-gvern għall-munita rilevanti b’maturità kostanti hija differenti b’għaxar punti bażi jew aktar fit-tmiem ta’ kwalunkwe perjodu ta’ ġimgħatejn, rati minimi tal-imgħax bħal dawn se jiġu aġġustati permezz tal-istess differenza fil-punti bażi li ġiet innotata aktar ‘il fuq u r-rata li ġiet ikkalkulata mill-ġdid se titqarreb lejn l-eqreb ħames punti bażi.
10. Il-perjodu ta’ validità għall-krediti tal-esportazzjoni/għall-offerti tar-rati tal-imgħax
Il-perjodu ta’ kemm idumu l-offerti għar-rata minima tal-imgħax li ġie ffissat skont l-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim Settorjali m’għandux jeċċedi t-tliet xhur.
11. Id-determinazzjoni tal-offerti tar-rata tal-imgħax u għażla tar-rati tal-imgħax
(a) |
Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-finanzjament skont l-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Ftehim Settorjali b’rata tal-imgħax li tapplika fid-data ta’ meta ssir offerta ta’ rata tal-imgħax għall-inġenju tal-ajru rilevanti, sakemm dik l-offerta tiġi aċċettata fil-perjodu ta’ validità skont l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Jekk l-offerta tar-rata tal-imgħax ma tiġix aċċettata b’dan il-mod, jistgħu jsiru aktar offerti tar-rata tal-imgħax sa, imma mhux aktar tard mid-data tal-konsenja tal-inġenju tal-ajru rilevanti. |
(b) |
Offerta ta’ rata tal-imgħax tista’ tiġi aċċettata u tingħażel ir-rata tal-imgħax fi kwalunkwe żmien bejn l-iffirmar tal-kuntratt u d-data tal-konsenja tal-inġenju tal-ajru rilevanti. Ir-rata magħżula minn dak li qed jissellef għandha tkun irrevokabbli. |
12. L-appoġġ għal sempliċi kopertura
Il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ uffiċjali bħala garanzija jew assigurazzjoni biss, jiġifieri sempliċi kopertura, bla ħsara għal-limitu ta’ 85 fil-mija li ġie speċifikat fl-Artikolu 8 a) ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Kwalunkwe Parteċipant li jipprovdi appoġġ bħal dan għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra bl-ammont, bit-terminu, bil-munita u bix-xejra tal-ħlasijiet lura u tar-rati tal-imgħax.
13. Il-punt ta’ referenza tal-kompetizzjoni
Fil-każ ta’ kompetizzjoni uffiċjalment appoġġjata, l-inġenji tal-ajru li qegħdin fil-lista tal-inġenji tal-ajru kbar ċivili fl-Appendiċi I għal dan il-Ftehim Settorjali u li jikkompetu ma’ inġenji tal-ajru oħra li jistgħu jibbenefikaw mill-istess termini u kondizzjonijiet tal-kreditu.
14. Is-sigurtà għar-riskju tal-ħlas lura
Il-Parteċipanti jistgħu jiddeċiedu dwar is-sigurtà li huma jqisu aċċettabli biex ikun żgurat ir-riskju tal-ħlas lura mingħajr referenza lill-Parteċipanti l-oħra. Madankollu, jaqblu li jipprovdu dettalji dwar sigurtà bħal din jekk jintalbu jagħmlu dan mill-Parteċipanti l-oħra, jew meta jitqies li huwa xieraq.
15. Il-bidliet fil-mudell
Il-Parteċipanti jaqblu li meta tkun saret jew ġiet konkluża offerta għal rata ffissata tal-imgħax fuq tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru, it-termini inklużi fiha ma jistgħux jiġu ttrasferiti lil tip ieħor li għandu deskrizzjoni ta’ mudell differenti.
16. Il-kiri
Bla ħsara għat-termini l-oħra tal-parti 1 ta’ dan il-Ftehim Settorjali, il-Parteċipanti jistgħu jipprovdu appoġġ għal kiri finanzjarju fuq l-istess bażi bħall-kuntratt tal-bejgħ.
17. L-għajnuna
Il-Parteċipanti m’għandhomx jipprovdu appoġġ għall-għajnuna, sakemm din ma tkunx fil-forma ta’ għotja mhux marbuta. Madankollu, il-Parteċipanti għandhom iqisu b’mod favorevoli kwalunkwe talba għal Linja Komuni għall-għajnuna marbuta minħabba finijiet umanitarji.
KAPITOLU III
IL-PROĊEDURI
18. In-notifika minn qabel, l-allinjament u l-iskambju tal-informazzjoni
Il-proċeduri għan-notifika minn qabel, għall-allinjament u għall-iskambju tal-informazzjoni li ġew stabbiliti fl-Arranġament għandhom japplikaw għal din il-Parti ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Barra minn hekk, il-Parteċipanti jistgħu jitlobu konsultazzjoni jekk hemm kwalunkwe raġuni biex jemmnu li Parteċipant ieħor qed joffri kreditu uffiċjalment appoġġjat skont termini u kondizzjonijiet li ma jikkonformawx mal-Ftehim Settorjali. Il-konsultazzjoni għandha tinżamm f’għaxart ijiem, imma mill-bqija għandha ssegwi l-proċeduri li ġew stabbiliti fl-Artikolu 54 tal-Arranġament.
19. Ir-reviżjoni
Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu l-proċeduri u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali b’mod regolari sabiex jinġiebu eqreb tal-kondizzjonijiet tas-suq. Madankollu, jekk il-kondizzjonijiet tas-suq jew il-prattiki tal-finanzjament tas-soltu jinbidlu b’mod konsiderevoli, tista’ tintalab reviżjoni, ikun meta jkun.
PARTI 2
L-INĠENJI TAL-AJRU ĠODDA KOLLHA ĦLIEF L-INĠENJI TAL-AJRU L-KBAR
KAPITOLU IV
L-AMBITU
20. Il-forma u l-ambitu tal-applikazzjoni
Il-parti 2 ta’ dan il-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, tistabbilixxi l-linji ta’ gwida speċjali li japplikaw għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati għall-bejgħ jew għall-kiri ta’ inġenji tal-ajru ġodda li ma kinux koperti mill-parti 1 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. Ma tapplikax għall-ħoverkraft jew għas-simulaturi tat-titjiriet li huma soġġetti għat-termini tal-Arranġament.
21. L-aħjar sforzi
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jirrappreżentaw l-aktar termini ġenerużi li l-Parteċipanti jistgħu joffru meta jipprovdu appoġġ uffiċjali. Madankollu, il-Parteċipanti għandhom ikomplu jirrispettaw it-termini tas-suq tas-soltu għat-tipi differenti ta’ inġenji tal-ajru u għandhom jagħmlu dak kollu li huwa fis-setgħa tagħhom biex ma jħallux li dawn it-termini jitnaqqru.
22. Il-kategoriji tal-inġenji tal-ajru
Il-Parteċipanti ftiehmu dwar it-tqassim f’kategoriji tal-inġenji tal-ajru li ġej:
— Kategorija A: inġenji tal-ajru li jaħdmu bit-turbini, inklużi l-ħelikopters (eż. Inġenji tal-ajru turbo ġet, turbo prop u turbo fan) b’ġeneralment bejn 30 u 70 sit.
— Kategorija B: inġenji tal-ajru li jaħdmu bit-turbini oħra, inklużi l-ħelikopters.
— Kategorija Ċ: inġenji tal-ajru oħra, inklużi l-ħelikopters.
Fl-appendiċi i ġiet stabbilita lista illustrattiva tal-inġenji tal-ajru fil-Kategoriji A u B.
KAPITOLU V
ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI U GĦALL-GĦAJNUNA
23. It-terminu massimu ta’ ħlas lura
It-terminu massimu ta’ ħlas lura jvarja skont it-tqassim f’kategoriji tal-inġenji tal-ajru li għandu jkun iddeterminat skont il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Artikolu 22 ta’ dan il-Ftehim Settorjali.
(a) |
Għall-inġenji tal-ajru tal-Kategorija A it-terminu massimu ta’ ħlas lura huwa ta’ għaxar snin. |
(b) |
Għall-inġenji tal-ajru tal-Kategorija B it-terminu massimu ta’ ħlas lura huwa ta’ seba’ snin. |
(c) |
Għall-inġenji tal-ajru tal-Kategorija Ċ it-terminu massimu ta’ ħlas lura huwa ta’ ħames snin. |
24. Il-ħlas lura tal-kapital
(a) |
Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni normalment għandha titħallas lura f’rati ndaqs u regolari bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u bl-ewwel rata li għandha ssir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. Fil-każ tal-kiri, jista’ jiġi applikat profil ta’ ħlas lura bħal dan jew għall-ammont tal-kapital biss jew għall-kapital u għall-imgħax ikkombinati flimkien. |
(b) |
Parteċipant li biħsiebu jappoġġja ħlas lura tal-kapital skont termini differenti minn dawk li ġew stabbliti fil-paragrafu a) għandu jikkonforma ma’ dan li ġej:
|
25. Il-ħlas tal-imgħax
(a) |
l-Imgħax normalment m’għandux ikun ikkapitalizzat matul il-perjodu ta’ ħlas lura. |
(b) |
l-Imgħax għandu jkun jista’ jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u bl-ewwel ħlas li għandu jsir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
(c) |
Parteċipant li biħsiebu jappoġġja ħlas tal-imgħax skont termini differenti minn dawk li ġew stabbiliti fil-paragrafi a) u b) għandu jagħti notifika minn qabel. |
(d) |
l-imgħax jeskludi:
|
26. Ir-rati minimi tal-imgħax
Il-Parteċipanti li jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għandhom japplikaw rati minimi tal-imgħax; il-Parteċipanti għandhom japplikaw ir-RRIK rilevanti kif ġie stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Arranġament.
27. Il-primjum tal-assigurazzjoni u d-drittijiet tal-garanzija
Il-Parteċipanti m’għandhomx jirrinunzjaw b’mod parzjali jew għalkollox, għall-primjum tal-assigurazzjoni jew għad-drittijiet tal-garanzija.
28. L-għajnuna
Il-Parteċipanti m’għandhomx jipprovdu appoġġ għall-għajnuna, sakemm din ma tkunx fil-forma ta’ għotja mhux marbuta. Madankollu, il-Parteċipanti għandhom iqisu b’mod favorevoli kwalunke talba għal Linja Komuni għall-għajnuna marbuta minħabba finijiet umanitarji.
KAPITOLU VI
IL-PROĊEDURI
29. In-notifika minn qabel, l-allinjament u l-iskambju tal-informazzjoni
Fil-każ ta’ kompetizzjoni uffiċjalment appoġġjata għal bejgħ jew kiri, l-inġenji tal-ajru li jikkompetu ma’ dawk minn kategorija oħra jew ma’ dawk li ġew koperti minn Partijiet oħra ta’ dan il-Ftehim Settorjali, għal dak il-bejgħ jew il-kiri speċifiku, għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess termini u kondizzjonijiet bħal dawk l-inġenji tal-ajru l-oħrajn. Il-proċeduri għan-notifika minn qabel, għall-allinjament u għall-iskambju tal-informazzjoni li ġew stabbiliti fl-Arranġament għandhom japplikaw għal din il-Parti tal-Ftehim Settorjali. Barra minn hekk, il-Parteċipanti jistgħu jitolbu konsultazzjoni jekk hemm kwalunkwe raġunin biex jemmnu li Parteċipant ieħor qed joffri kreditu uffiċjalment appoġġjat skont termini li ma jikkonformawx mal-Ftehim Settorjali. Il-konsultazzjoni għandha tinżam f’għaxart ijiem, imma mill-bqija għandha ssegwi l-proċeduri li ġew stabbiliti fl-Artikolu 54 tal-Arranġament.
30. Ir-reviżjoni
Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu l-proċeduri u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali b’mod regolari sabiex jinġiebu eqreb tal-kondizzjonijiet tas-suq. Madankollu, jekk il-kondizzjonijiet tas-suq jew il-prattiki tal-finanzjament tas-soltu jinbidlu b’mod konsiderevoli, tista’ tintalab reviżjoni, ikun meta jkun.
PARTI 3
L-INĠENJI TAL-AJRU UŻATI, IL-MAGNI TA’ RISERVA, IL-PARTIJIET LI JISTGĦU JINBIDLU, IL-KUNTRATTI TA’ MANUTENZJONI U TA’ SERVIZZ
KAPITOLU VII
L-AMBITU
31. Il-forma u l-ambitu tal-applikazzjoni
Parti 3 tal-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, tistabbilixxi l-linji ta’ gwida speċjali li japplikaw għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li jirrelataw mal-bejgħ jew mal-kiri ta’ inġenji tal-ajru użati; u tal-magni ta’ riserva, tal-partijiet li jistgħu jinbidlu, tal-kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz flimkien kemm ma’ inġenji tal-ajru ġodda kif ukoll dawk użati. Ma tapplikax għall-ħoverkraft jew għas-simulaturi tat-titjiriet, li huma soġġetti għat-termini tal-Arranġament. Japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-partijiet 1 u 2 ta’ dan il-Ftehim Settorjali ħlief kif ġej.
32. L-inġenji tal-ajru użati
Il-Parteċipanti m’għandhomx jappoġġjaw termini ta’ kreditu li huma aktar favorevoli minn dawk li ġew stabbiliti fil-Ftehim Settorjali għall-inġenji tal-ajru l-ġodda. Ir-regoli li ġejjin japplikaw b’mod speċifiku għall-inġenji tal-ajru użati.
a) |
Dawn it-termini għandhom jiġu riveduti jekk it-terminu massimu ta’ ħlas lura għall-inġenji tal-ajru l-ġodda tbiddel. |
(b) |
il-Parteċipanti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġew stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25 ta’ dan il-Ftehim Settorjali. |
(c) |
il-Parteċipanti li jipprovdu l-appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għandhom japplikaw rati minimi tal-imgħax; il-Parteċipanti għandhom japplikaw ir-RRIK rilevanti kif ġie stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Arranġament. |
33. Il-magni ta’ riserva u l-partijiet li jistgħu jinbidlu
(a) |
Il-finanzjament ta’ dawn l-oġġetti meta kkontemplat bħala parti mill-ordni oriġinali tal-inġenju tal-ajru jista’ jkun skont l-istess termini bħal għall-inġenju tal-ajru. Madankollu, f’każi bħal dawn, il-Parteċipanti għandhom iqisu wkoll id-daqs tal-flotta ta’ kull tip ta’ inġenju tal-ajru, inklużi l-inġenji tal-ajru li qed jiġu akkwistati, l-inġeni tal-ajru li diġà huma s-suġġett ta’ ordni ta’ ditta jew li diġà huma fil-pussess ta’ xi ħadd, fuq il-bażi li ġejja:
|
(b) |
Meta dawn l-oġġetti ma jiġux ordnati mal-inġenju tal-ajru, it-terminu massimu ta’ ħlas lura għandu jkun ta’ ħames snin għall-magni ta’ riserva l-ġodda u ta’ sentejn għall-partijiet l-oħra li jistgħu jinbidlu. |
(c) |
Minkejja s-subparagrafu b) t’aktar ‘il fuq għall-magni ta’ riserva l-ġodda għall-inġenji tal-ajru l-kbar, il-Parteċipanti jistgħu jeċċedu t-terminu massimu ta’ ħlas lura ta’ ħames snin b’perjodu sa tliet snin
Il-valur tal-kuntratt għandu jiġi rivedut kull sentejn u għandu jiġi aġġustat għaż-żjieda fil-prezzijiet skont dan. |
(d) |
Il-Parteċipanti jirriservaw id-dritt li jbiddlu l-prattika tagħhom u jallinjaw il-prattiki tal-Parteċipanti li jikkompetu f’relazzjoni maż-żmien magħżul tal-ewwel ħlas lura tal-kapital fejn għandhom x’jaqsmu l-magni ta’ riserva u l-partijiet li jistgħu jinbidlu. |
34. Il-kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz
Il-Parteċianti jistgħu joffru appoġġ uffiċjali għall-finanzjament b’terminu ta’ ħlas lura sa sentejn għall-kuntratti ta’ manutenzjoni u ta’ servizz.
KAPITOLU VIII
IL-PROĊEDURI
35. In-notifika minn qabel, l-allinjament u l-iskambju tal-informazzjoni
Il-proċeduri għan-notifika minn qabel, għall-allinjament u għall-iskambju tal-informazzjoni li ġew stabbiliti fl-Arranġament għandu japplikaw għal din il-Parti tal-Ftehim Settorjali. Barra minn hekk, il-Parteċipanti jistgħu jitolbu konsultazzjoni jekk hemm kwalunkwe raġuni biex jemmnu li Parteċipant ieħor qed joffri kreditu uffiċjalment appoġġjat skont termini li ma jikkonformawx mal-Ftehim Settorjali. Il-konsultazzjoni għandha tinżamm f’għaxart ijiem, imma mill-bqija għandha ssegwi l-proċeduri li ġew stabbiliti fl-Artikolu 54 tal-Arranġament.
36. Ir-reviżjoni
Il-Parteċipanti għandhom jirrivedu l-proċeduri u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Settorjali b’mod regolari sabiex jinġiebu eqreb tal-kondizzjonijiet tas-suq. Madankollu, jekk il-kondizzjonijiet tas-suq jew il-prattiki għall-finanzjament tas-soltu jinbidlu b’mod konsiderevoli, tista’ tintalab reviżjoni jkun meta jkun.
L-Appendiċi I
IL-LISTA ILLUSTRATTIVA
L-inġenji tal-ajru l-oħra kollha li huma simili li jistgħu jiġu introdotti fil-futur għandhom ikunu koperti minn dan il-Ftehim Settorjali u għandhom jiġu miżjuda mal-lista xierqa fiż-żmien xieraq. Dawn il-listi mhumiex eżawrjenti u jservu biss biex jindikaw it-tip ta’ inġenju tal-ajru li għandu jiġi inkluż fil-kategoriji differenti fejn jistgħu jinqalgħu dubji.
L-INĠENJI TAL-AJRU L-KBAR ĊIVILI
Manifattur |
Deskrizzjoni |
Airbus |
A 300 |
Airbus |
A 310 |
Airbus |
A 318 |
Airbus |
A 319 |
Airbus |
A 320 |
Airbus |
A 321 |
Airbus |
A 330 |
Airbus |
A 340 |
Boeing |
B 737 |
Boeing |
B 747 |
Boeing |
B 757 |
Boeing |
B 767 |
Boeing |
B 777 |
Boeing |
B 707, 727 |
British aerospace |
Rj70 |
British aerospace |
Rj85 |
British aerospace |
Rj100 |
British aerospace |
Rj115 |
British aerospace |
Bae146 |
Fairchild dornier |
728 jet |
Fairchild dornier |
928 jet |
Fokker |
F 70 |
Fokker |
F 100 |
Lockheed |
L-100 |
Mcdonnell douglas |
Is-serje md-80 |
Mcdonnell douglas |
Is-serje md-90 |
Mcdonnell douglas |
Md-11 |
Mcdonnell douglas |
Dc-10 |
Mcdonnell douglas |
Dc-9 |
Lockheed |
L-1011 |
Ramaero |
1.11-495 |
L-INĠENJI TAL-AJRU TAL-KATEGORIJA A
L-inġenji tal-ajru li jaħdmu bit-turbini – inklużi l-ħelikopters (eż. L-inġenji tal-ajru turbo ġet, turbo-prop u turbo-fan), b’ġeneralment bejn 30 u 70 sit. F’każ li qed jiġi żviluppat inġenju tal-ajru li jaħdem bit-turbini kbir u ġdid b’aktar minn 70 sit, għandhom jinżammu konsultazzjonijiet immedjati jekk issir talba biex isir dan ħalli jkun hemm ftehim dwar il-klassifikazzjoni ta’ inġenju tal-ajru bħal dan f’dan il-kategorija jew fil-Parti 1 ta’ dan il-Ftehim minħabba s-sitwazzjoni kompetittiva.
Manifattur |
Deskrizzjoni |
Aeritalia |
G 222 |
Aeritalia/aerospatiale |
ATR 42 |
Aeritalia/aerospatiale |
ATR 72 |
Aerospatiale/mbb |
C160 Transall |
De havilland |
Dash 8 |
De havilland |
Dash 8 - 100 |
De havilland |
Dash 8 - 200 |
De havilland |
Dash 8 - 300 |
Boeing vertol |
234 Chinook |
Broman (U.S.) |
BR 2000 |
British Aerospace |
BAe ATP |
British Aerospace |
BAe 748 |
British Aerospace |
BAe Jetstream 41 |
British Aerospace |
BAe Jetstream 61 |
Canadair |
CL 215T |
Canadair |
CL 415 |
Canadair |
RJ |
Casa |
CN235 |
Dornier |
DO 328 |
Eh industries |
EH-101 |
Embraer |
EMB 120 Brasilia |
Embraer |
EMB 145 |
Fairchild dornier |
528 Jet |
Fairchild dornier |
328 Jet |
Fokker |
F 50 |
Fokker |
F 27 |
Fokker |
F 28 |
Gulfstream america |
Gulfstream i-4 |
Let |
610 |
Saab |
SF 340 |
Saab |
2000 |
Short |
SD 3-30 |
Short |
SD 3-60 |
Short |
Sherpa |
L-INĠENJI TAL-AJRU TAL-KATEGORIJA B
Inġenji tal-ajru li jaħdmu bit-turbini oħra, inklużi l-ħelikopters.
Manifattur |
Deskrizzjoni |
Aerospatiale |
AS 332 |
Agusta |
A 109, A 119 |
Beech |
1900 |
Beech |
Super King Air 300 |
Beech |
Starship 1 |
Bell Helicopter |
206b |
Bell Helicopter |
206 l |
Bell Helicopter |
212 |
Bell Helicopter |
230 |
Bell Helicopter |
412 |
Bell Helicopter |
430 |
Bell Helicopter |
214 |
Bombardier/Canadair |
Global Express |
British Aerospace |
BAe Jetstream 31 |
British Aerospace |
BAe 125 |
British Aerospace |
BAe 1000 |
British Aerospace |
BAe Jetstream Super 31 |
Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co. |
Hawker 1000 |
Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co. |
Hawker 800 |
Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co. |
King Air 350 |
Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co. |
Is-serje Beechjet 400 |
Beech Aircraft Corpn d/b/a Raytheon Aircraft Co. |
Starship 2000a |
Bell |
B 407 |
Canadair |
Challenger 601-3a |
Canadair |
Challenger 601-3r |
Canadair |
Challenger 604 |
Casa |
C 212-200 |
Casa |
C 212-300 |
Cessna |
Citation |
Cessna |
Is-serje 441 Conquest III u Caravan 208 |
Claudius Dornier |
Cd2 |
Dassault Breguet |
Falcon |
Dornier |
Do 228-200 |
Embraer |
EMB 110 p. 2 |
Embraer/FAMA |
CBA 123 |
Eurocopter |
AS 350, AS 355, EC 120, AS 365, EC 135 |
Eurocopter |
B0105ls |
Fairchild |
Merlin/300 |
Fairchild |
Metro 25 |
Fairchild |
Metro III V |
Fairchild |
Metro III |
Fairchild |
Metro III A |
Fairchild |
Merlin IVC-41 |
Gulfstream America |
Gulfstream II, III, IV u V |
IAI |
Astra SP u SPX |
IAI |
Arava 101 B |
Learjet |
Is-serje 31 A, 35 A, 45 u 60 |
MBB |
BK 117 C |
MBB |
BO 105 CBS |
McDonnell Helicopter System |
MD 902, MD 520, MD 600 |
Mitsubishi |
Mu2 Marquise |
Piaggio |
P 180 |
Pilatus Britten-Norman |
BN2T Islander |
Piper |
400 LS |
Piper |
T 1040 |
Piper |
PA-42-100 (Cheyenne 400) |
Piper |
PA-42-720 (Cheyenne III A) |
Piper |
Cheyenne II |
Reims |
Cessna-Caravan II |
SIAI-Marchetti |
SF 600 Canguro |
Short |
Tucano |
Westland |
W30 |
L-ANNESS IV
IL-FTEHIM SETTORJALI DWAR IL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI, IL-PROĠETTI TAL-ENERĠIJI RINOVABBLI U TAL-ILMA, FIS-SEĦĦ GĦAL PERJODU TA’ PROVA SAT-30 TA’ ĠUNJU 2007
KAPITOLU I
ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. L-ambitu tal-applikazzjoni
Dan il-Ftehim Settorjali, li jikkomplementa l-Arranġament, jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li jistgħu japplikaw għall-krediti tal-esportazzjoni uffiċjalment appoġġjati li jirrelataw mal-kuntratti għall-proġetti tal-enerġiji rinnovabbli u tal-ilma; l-ambitu tas-setturi eliġibbli ġie stabbilit fl-Appendiċi 1.
KAPITOLU II
IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET FINANZJARJI GĦALL-KREDITI TAL-ESPORTAZZJONI
2. It-termini massimi ta’ ħlas lura
It-terminu massimu ta’ ħlas lura, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-pajjiż kif ġiet stabbilita fl-Artikolu 11 tal-arranġament, huwa ta’ 15-il sena.
3. Il-ħlas lura tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax
(a) |
Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni għandu jitħallas lura f’rati ndaqs. |
(b) |
Il-kapital għandha jitħallas lura u l-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull sitt xhur u l-ewewl rata tal-kapital u tal-imgħax għandha ssir mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
(c) |
Għall-krediti tal-esportazzjoni li ġew ipprovduti b’appoġġ għat-transazzjonijiet ta’ kiri, jistgħu jiġu applikati ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital u tal-imgħax ikkombinati flimkien minflok ħlasijiet lura ndaqs tal-kapital kif ġie stabbilit fil-paragrafu a). |
4. Ir-rati minimi tal-imgħax iffissat taħt appoġġ uffiċjali għall-finanzjament
Parteċipant li jipprovdi appoġġ uffiċjali għall-finanzjament permezz ta’ finanzjament dirett, finanzjament mill-ġdid u appoġġ għar-rata tal-imgħax għandu japplika dawn ir-rati minimi tal-imgħax li ġejjin:
(a) |
Għal terminu ta’ ħlas lura sa u li jinkludi t-12-il sena, il-Parteċipant għandu japplika r-Rata ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (RRIK), skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament. |
(b) |
Għal terminu ta’ ħlas lura li jeċċedi t-12-il sena u sa u li jinkludi l-14-il sena, għandu japplika ħlas barrani ta’ 20 punt bażi ‘il fuq mir-RRIK għall-muniti kollha. |
(c) |
Għal terminu ta’ ħlas lura li jeċċedi l-14-il sena, għandha tapplika r-Rata ta’ Referenza Speċjali tal-Imgħax Kummerċjali (RRSIK) rilevanti skont l-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim Settorjali għall-muniti kollha. |
5. Il-kostruzzjoni tar-RRSIK
Ir-RRSIK għandhom ikunu ffissati f’marġni ffissat ta’ 75 punt bażi ‘l fuq mir-rrik għall-munita kkonċernata, ħlief għall-Jen Ġappuniż, il-marġni għandu jkun ta’ 40 punt bażi. Għal dawk il-muniti li għandhom iktar minn RRIK waħda, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20 a) tal-arranġament, għandha tintuża r-RRIK għall-itwal terminu biex jinbnew ir-RRSIK.
KAPITOLU III
IL-PROĊEDURI
6. In-notifika minn qabel mingħajr diskussjoni
Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti l-oħra kollha mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn li huwa koperti mill-ambitu ta’ dan il-Ftehim Settorjali skont l-Anness V tal-Arranġament.
KAPITOLU IV
IR-REVIŻJONI
7. Il-perjodu ta’ prova u l-monitoraġġ
(a) |
It-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji li ġew stabbiliti f’dan il-Ftehim Settorjali għandhom japplikaw għal Perjodu ta’ Prova ta’ sentejn, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2007. Matul il-perjodu ta’ prova ta’ sentejn, il-Parteċipanti għandhom jirrivedu l-operazzjoni ta’ dan il-Ftehim Settorjali biex iqisu l-esperjenza miksuba. |
(b) |
Dawn it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjari għandhom jitwaqqfu fi tmiem il-Perjodu ta’ Prova sakemm il-Parteċipanti ma jiftiehmux dwar waħda minn dawn li ġejjin:
|
(c) |
Is-Segretarjat għandu jirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji. |
L-Appendiċi 1
IS-SETTURI ELIĠIBBLI
Is-setturi tal-enerġiji rinnovabbli u tal-ilma li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għat-termini u għall-kondizzjonijiet finanzjarji li ġew stabbiliti f'dan il-Ftehim Settorjali sakemm l-impatti tagħhom jiġu indirizzati skont ir-Rakkomandazzjoni tal-OECD dwar il-Metodi Komuni għall-Ambjent u għall-Krediti tal-Esportazzjoni Uffiċjalment Appoġġjati tal-2003 (1) (kif ġiet emendata sussegwentement mill-Membri tal-Grupp ta’ Ħidma tal-OECD dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni u dwar il-Garanzija tal-Kreditu (ECG) u miftiehma mill-Kunsill OECD) mill-1 ta’ Lulju 2005:
(a) |
L-enerġija tar-riħ |
(b) |
L-enerġija ġeotermali |
(c) |
L-enerġija tal-frugħ u l-mili tal-baħar u tax-xmajjar |
(d) |
L-enerġija tal-mewġ |
(e) |
L-enerġija fotovoltajka tax-xemx |
(f) |
L-enerġija termali tax-xemx |
(g) |
L-enerġija termali tal-oċeani |
(h) |
Il-bijoenerġija: il-bijomassa sostenibbli kollha, il-gass mill-miżbliet, il-gass mill-impjanti tat-trattament tad-dranaġġ, u l-installazzjonijiet tal-enerġija tal-bijogass. “Bijomassa” għandha tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, tal-iskart u tar-residwi mill-agrikoltura (inklużi s-sustanzi veġetali u mill-annimali), mill-forestrija u mill-industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u muniċipali. |
(i) |
Il-proġetti relatati mal-provvista tal-ilma għall-użu mill-bniedem u għall-faċilitajiet tat-trattament tal-ilma tad-dranaġġ:
|
(j) |
L-enerġija tal-ilma |
(1) Huwa mifhum li r-Rakkomandazzjoni tal-OECD tapplika bl-istess mod għall-proġett li mhumiex eliġibbli għal dawn it-termini u l-kondizzjonijiet finanzjarji.
L-ANNESS V
L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI
L-informazzjoni li ġiet elenkata fit-Taqsima I t'aktar 'l isfel għandha tkun provduta għan-notifiki kollha li saru taħt l-Arranġament (inklużi l-Annessi tiegħu). Barra minn hekk, l-informazzjoni li ġiet speċifikata fit-Taqsima II għandha tkun provduta, kif inhu xieraq, b'relazzjoni mat-tip speċifiku tan-notifika li qed issir.
I. L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA GĦAN-NOTIFIKI KOLLHA
(a) L-Informazzjoni Bażika
1. |
Il-pajjiż li qed jinnotifika |
2. |
Id-data tan-notifika |
3. |
Isem l-awtorità/aġenzija li qed tinnotifika |
4. |
In-numru ta’ referenza |
5. |
In-notifika oriġinali jew ir-reviżjoni għan-notifika ta’ qabel (in-numru ta’ reviżjoni kif inhu rilevanti) |
6. |
In-numru tal-qatgħa (jekk inhu rilevanti) |
7. |
In-numru ta’ referenza tal-linja tal-kreditu (jekk inhu rilevanti) |
8. |
L-Artikolu(Artikoli) tal-Arranġament li taħtu(taħthom) qed issir in-notifika |
9. |
In-numru ta’ referenza tan-notifika li qed tiġi allinjata (jekk inhu rilevanti) |
10. |
Id-deskrizzjoni tal-appoġġ li qed jiġi allinjat (jekk inhu rilevanti) |
(b) L-informazzjoni dwar ix-Xerrej/Dak li Qed Jissellef/il-Garanti
11. |
Il-pajjiż xerrej/li qed jissellef |
12. |
Isem ix-xerrej/dak li qed jissellef |
13. |
Post ix-xerrej/dak li qed jissellef |
14. |
L-istatus tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef |
15. |
Il-Pajjiż Garanti (jekk inhu rilevanti) |
16. |
Isem il-Garanti (jekk inhu rilevanti) |
17. |
Post il-Garanti (jekk inhu rilevanti) |
18. |
L-Istatus tal-Garanti (jekk inhu rilevanti) |
(c) L-informazzjoni dwar l-Oġġetti u/jew is-Servizzi li Qed Jiġu Esportati u dwar il-Proġett
19. |
Id-deskrizzjoni tal-oġġetti u/jew tas-servizzi li qed jiġu esportati |
20. |
Id-deskrizzjoni tal-proġett (jekk inhi rilevanti) |
21. |
Il-post tal-proġett (jekk inhu rilevanti) |
22. |
Id-data tal-egħluq tal-offerta (jekk inhi rilevanti) |
23. |
Id-data tal-iskadenza tal-linja tal-kreditu (jekk inhi rilevanti) |
24. |
Il-valur tal-kuntratt(i) appoġġjat(i), jew il-valur effettiv (għal-linji tal-kreditu u għat-transazzjonijiet tal-finanzi tal-proġetti kollha jew għal kwalunkwe transazzjoni individwali fuq bażi volontarja) jew skont l-iskala li ġejja f'miljuni ta’ SDRs:
|
25. |
Il-munita tal-kuntratt(i) |
(d) It-Termini u l-Kondizzjonijiet Finanzjarji ta’ Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu tal-Esportazzjoni
26. |
Il-valur tal-kreditu; il-valur effettiv għan-notifiki li jinvolvu l-linji tal-kreditu u t-transazzjonijiet tal-finanzi tal-proġett jew għal kwalunkwe transazzjoni individwali fuq bażi volontarja, jew skont l-iskala tal-SDR |
27. |
Il-munita tal-kreditu |
28. |
Il-ħlas parzjali (il-perċentwali tal-valur totali tal-kuntratti appoġġjati) |
29. |
L-Ispejjeż Lokali (il-perċentwali tal-valur totali tal-kuntratti appoġġjati) |
30. |
Il-punt tal-bidu tal-kreditu u r-referenza għas-subparagrafu applikabbli tal-Artikolu 10 |
31. |
It-tul tal-perjod ta’ ħlas lura |
32. |
Il-bażi tar-rata tal-imgħax |
33. |
Ir-rata jew il-marġni tal-imgħax |
II. L-INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI LI GĦANDHA TKUN PROVDUTA, KIF INHU XIERAQ, GĦAN-NOTIFIKI LI SARU F'RELAZZJONI MAD-DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI
(a) L-Artikolu 14 d) 5 tal-Arranġament
1. |
Il-profil tal-ħlas lura |
2. |
Il-frekwenza tal-ħlas lura |
3. |
It-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ħlas lura tal-kapital |
4. |
L-ammont ta’ imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu |
5. |
It-tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu ta’ ħlas lura |
6. |
L-ispjegazzjoni tar-raġuni għaliex ma ġiex provdut appoġġ skont il-paragrafi a) sa c) tal-Artikolu 14 |
(b) L-Artikoli 24 u 28 tal-Arranġament
1. |
Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż xerrej/li qed jissellef jew tal-istituzzjoni multilaterali/reġjonali |
2. |
It-tul tal-perjodu ta’ żburżament |
3. |
Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju tal-pajjiż |
4. |
Il-kwalità tal-kopertura (jiġifieri taħt l-istandard, standard, 'il fuq mill-istandard) |
5. |
L-MPR ibbażata fuq il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż xerrej/li qed jissellef fin-nuqqas ta’ kwalunkwe garanzija ta’ pajjiż terz, tal-involviment ta’ istituzzjoni multilaterali/reġjonali u/jew tal-mitigazzjoni/tal-esklużjoni tar-riskju |
6. |
L-MPR applikabbli |
7. |
Ir-rata effettiva tal-primjum mitluba (espressa fil-format tal-MPR bħala perċentwali tal-kapital) |
(c) L-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 24 e) tal-Arranġament
1. |
Il-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż garanti |
2. |
Il-konferma li l-garanzija tkopri l-ħames riskji tal-pajjiż kollha li ġew elenkati fl-Artikolu 25 a) għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu |
3. |
L-indikazzjoni dwar jekk l-ammont totali li qiegħed f'riskju (jiġifieri l-kapital u l-imgħax) hux koperti mill-garanzija |
4. |
Il-konferma li l-garanti huwa idoneu għall-kreditu f'relazzjoni mad-daqs tad-dejn iggarantit |
5. |
Il-konferma li l-garanzija hija legalment valida u tista' tiġi infurzata fil-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz |
6. |
L-indikazzjoni dwar jekk teżistix kwalunkwe relazzjoni finanzjarja bejn il-garanti u x-xerrej/dak li qed jissellef |
7. |
Fil-każ li hemm relazzjoni bejn il-garanti u x-xerrej/dak li qed jissellef:
|
(d) L-Artikolu 28 tal-Arranġament
1. |
It-teknika tal-mitigazzjoni/tal-esklużjoni tar-riskju li ntużat |
2. |
L-MEF applikat |
3. |
L-ispjegazzjoni sħiħa ta’ liema riskji tal-kreditu ta’ pajjiż jew ġew esternalizzati/mneħħija jew limitati/esklużi fit-transazzjoni individwali, kif ukoll spjegazzjoni ta’ kemm esternalizzazzjoni/tneħħija jew limitazzjoni/esklużjoni bħal din tar-riskji tal-kreditu ta’ pajjiż jiġġustifikaw l-MEF applikat. |
(e) L-Artikoli 46 u 47 tal-Arranġament
1. |
Il-forma tal-għajnuna marbuta (jiġifieri l-għajnuna għall-iżvilupp jew kreditu premist jew finanzi assoċjati) |
2. |
Il-livell ta’ konċessjonalità totali tal-finanzjament tal-għajnuna marbuta u tal-għajnuna parzjalment mhux marbuta li ġie kkalkulat skont l-Artikolu 37 |
3. |
Id-DDR li ntużat għall-kalkulazzjoni tal-konċessjonalità |
4. |
It-trattament tal-ħlasijiet bi flus kontanti fil-kalkulazzjoni tal-livell ta’ konċessjonalità |
5. |
Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-linji ta’ kreditu |
(f) L-Artikolu 10 tal-Anness II
1. |
Il-profil tal-ħlas lura |
2. |
Il-frekwenza tal-ħlas lura |
3. |
It-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ħlas lura tal-kapital |
4. |
L-appoġġ għall-ispiża lokali: it-termini tal-ħlas u n-natura tal-appoġġ |
5. |
Il-porzjon tal-proġett li għandu jkun iffinanzjat (b'informazzjoni separata dwar it-tagħbijiet tal-fjuwil fejn ikun xieraq) |
6. |
Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra (inklużi r-referenzi għall-każi relatati) |
(g) L-Artikolu 6 tal-Anness IV
1. |
Id-deskrizzjoni mtejba tal-proġett, inkluż is-settur speċifiku kif ġie elenkat fl-Appendiċi tal-ftehim Settorjali dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni, il-Proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli u tal-Ilma (l-Anness IV). |
2. |
Spjegazzjoni sħiħa għaliex huma meħtieġa t-termini finanzjarji. |
3. |
Fejn għandha x'taqsam ir-rata tal-imgħax, l-informazzjoni dwar il-livell tal-ħlas barrani 'l fuq mir-RRIK fejn japplika l-Artikolu 4 b) jew c) tal-ftehim Settorjali dwar il-Krediti tal-Esportazzjoni, il-Proġetti tal-Enerġiji Rinnovabbli u tal-Ilma (l-Anness IV). |
(h) L-Artikolu 5 tal-Anness X
1. |
L-ispjegazzjoni dwar għaliex it-termini tal-finanzi tal-proġett qed jiġu provduti |
2. |
Il-valur tal-kuntratt f'relazzjoni mal-kuntratt ċwievet f'idejk, porzjon tas-subkuntratti, eċċ. |
3. |
Id-deskrizzjoni mtejba tal-proġett |
4. |
It-tip ta’ kopertura provdut qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu |
5. |
Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju politiku qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu |
6. |
Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju kummerċjali qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu |
7. |
It-tip ta’ kopertura provdut wara l-punt tal-bidu tal-kreditu |
8. |
Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju politiku wara l-punt tal-bidu tal-kreditu |
9. |
Il-perċentwali tal-kopertura għar-riskju kummerċjali wara l-punt tal-bidu tal-kreditu |
10. |
It-tul tal-perjodu ta’ kostruzzjoni (jekk inhu applikabbli) |
11. |
It-tul tal-perjodu ta’ żburżament |
12. |
It-tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tal-ħlas lura |
13. |
Il-profil tal-ħlas lura |
14. |
Il-frekwenza tal-ħlas lura |
15. |
It-tul ta’ żmien bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u l-ewwel ħlas lura tal-kapital |
16. |
Il-perċentwali tal-kapital li tħallas lura sal-punt nofsani tal-kreditu |
17. |
L-ammont ta’ imgħax ikkapitalizzat qabel il-punt tal-bidu tal-kreditu |
18. |
Ħlasijiet oħra li ġew riċevuti mill-ECA, eż. Il-ħlasijiet ta’ impenn (mhux bilfors, ħlief fil-każ ta’ transazzjonijiet ma’ xerrejja fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli) |
19. |
Ir-rata tal-primjum (mhux bilfors, ħlief fil-każ ta’ proġetti fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli) |
20. |
Il-konferma (u jekk tkun meħtieġa l-ispjegazzjoni) li t-transazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:
|
(i) L-Artikolu 5 tal-anness X għall-proġetti fil-Pajjiżi tal-OECD bi Dħul Għoli
1. |
L-ammont totali tas-sindikazzjoni tad-dejn għall-proġett, inklużi s-selliefa uffiċjali u dawk privati |
2. |
L-ammont totali tas-sindikazzjoni tad-dejn mis-selliefa privati |
3. |
Il-perċentwali tas-sindikazzjoni tad-dejn li ġiet ipprovduta mill-Parteċipanti |
4. |
Il-konferma li:
|
(*) Indika n-numru tal-multipli tal-40 miljun SDR li jeċċedu l-280 miljun SDR, eż. 410 miljun SDR għandhom ikunu nnotifikati bħala l-Kategorija XV + 4.
L-ANNESS VI
IL-KALKULAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM
Il-formula biex tkun ikkalkulata l-MPR applikabbli għal kreditu tal-esportazzjoni hija:
MPR = ((a * HOR) + b) * (PC/0.95) * QPF * PCF * (1-MEF) * BRF
Fejn:
— |
a u b huma l-koeffiċjenti assoċjati mal-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli |
— |
HOR huwa l-orrizont tar-riskju |
— |
PC hija tal-perċentwali tal-kopertura |
— |
QPF hija l-kwalità tal-fattur tal-prodott |
— |
PCF hija l-perċentwali tal-fattur ta’ kopertura |
— |
MEF huwa l-fattur tal-mitigazzjoni/tal-esklużjoni tar-riskju tal-pajjiż |
— |
BRF huwa l-fattur tal-kopertura tar-riskju tax-xerrej |
Il-valuri għal-koeffiċjenti a u b jinkisbu mit-tabella li ġejja:
|
Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż |
|||||||
0 |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
a |
M/a |
0,100 |
0,225 |
0,392 |
0,585 |
0,780 |
0,950 |
1,120 |
b |
M/a |
0,350 |
0,350 |
0,400 |
0,500 |
0,800 |
1,200 |
1,800 |
L-Orizzont tar-Riskju (HOR) jiġi kkalkulat kif ġej:
|
Għall-profili ta’ ħlas lura standard (jiġifieri ħlasijiet lura tal-kapital indaqs u semi-annwali): HOR = (it-tul tal-perjodu ta’ żburżament * 0.5) + it-tul tal-perjodu ta’ ħlas lura |
|
Għall-profili ta’ ħlas lura li mhumiex standard, il-perjodu ta’ ħlas lura ekwivalenti (espress f'termini ta’ rati ndaqs u semi-annwali) jiġi kkalkulat billi tintuża l-formula li ġejja: HOR = (it-tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu ta’ ħlas lura - 0.25)/0.5 |
L-użu ta’ snin jew xhur fil-formula m'għandu l-ebda impatt fuq il-kalkulazzjoni sakemm tintuża l-istess unità għall-perjodu ta’ żburżament u ta’ ħlas lura.
Il-Perċentwali tal-Kopertura (PC) tiġi espressa bħala valur deċimali (jiġifieri 95 fil-mija jiġi espress bħala 0.95)
Il-Kwalità tal-Fattur tal-Prodott (QPF) jinkiseb mit-tabella li ġejja:
|
Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż |
|||||||
Il-Kwalità tal-Prodott |
0 |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
Inqas mill-istandard |
M/a |
0,9965 |
0,9935 |
0,9850 |
0,9825 |
0,9825 |
0,9800 |
0,9800 |
Standard |
M/a |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
1,0000 |
'il fuq mill-istandard |
M/a |
1,0035 |
1,0065 |
1,0150 |
1,0175 |
1,0175 |
1,0200 |
1,0200 |
Il-Perċentwali tal-Kopertura (PCF) tiġi ddeterminata kif ġej:
|
Għal PC <= 0.95, PCF = 1 |
|
Għal PC > 0.95, PCF = 1 + ((PC - 0.95)/0.05) * il-perċentwali tal-koeffiċjent ta’ kopertura |
|
Il-Kategorija tar-Riskju tal-Pajjiż |
|||||||
0 |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
Il-perċentwali tal-koeffiċjent ta’ kopertura |
M/a |
0,00000 |
0,00337 |
0,00489 |
0,01639 |
0,03657 |
0,05878 |
0,08598 |
Il-Fattur tal-Mitigazzjoni/tal-Esklużjoni tar-Riskju tal-Pajjiż (MEF) jiġi ddeterminat kif ġej:
|
Għall-krediti tal-esportazzjoni bl-ebda mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż, MEF = 0 |
|
Għall-krediti tal-esportazzjoni bil-mitigazzjoni tar-riskju tal-pajjiż, l-MEF jiġi ddeterminat skont il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Anness VIII. |
Il-Fattur tal-Kopertura tar-Riskju tax-Xerrej (BRF) jiġi ddeterminat kif ġej:
|
Meta l-kopertura għar-riskju tax-xerrej tiġi eskluża kompletament, BRF = 0.90 |
|
Meta l-kopertura għar-riskju tax-xerrej ma tiġix eskluża, BRF = 1 |
L-ANNESS VII
IL-KRITERJI U L-KONDIZZJONIJIET LI JIREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ LI TIRRIFLETTI L-GARANTI TA' PAJJIŻ TERZ JEW ISTITUZZJONI MULTILATERALI JEW REĠJONALI
IL-FINI
Dan l-Anness jipprovdi l-kriterji u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż li tirrifletti garanti ta’ pajjiż terz jew istituzzjoni multilaterali jew reġjonali skont is-sitwazzjonijiet li ġew desrkitti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi tal-Artikolu 24 e) tal-Arranġament.
L-APPLIKAZZJONI
Il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż li Tirrifletti l-Garanti ta’ Pajjiż Terz
Każ 1: Il-Garanzija għall-Ammont Totali f'Riskju
Meta tiġi provduta sigurtà fil-forma ta’ garanzija minn entità li tinsab barra mill-pajjiż tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef għall-ammont totali f'riskju (jiġifieri l-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-pajjiż fejn jinsab il-garanti meta l-kriterji li ġejjin jiġu sodisfatti:
— |
Il-garanzija tkopri kemm idum il-kreditu. |
— |
Il-garanzija hija irrevokabbli, mingħajr kondizzjonijiet u disponibbli meta tintalab. |
— |
Il-garanzija hija legalment valida u tista' tkun infurzata fil-ġuriżdizzjoni tal-pajjiż garanti. |
— |
Il-garanzija hija għall-ħames riskji tal-kreditu tal-pajjiż fuq il-pajjiż xerrej/li qed jissellef. |
— |
Il-garanti huwa idoneu għall-kreditu f'relazzjoni mad-daqs tad-dejn iggarantit. |
— |
Il-garanti huwa soġġett għar-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment monetarju tal-pajjiż fejn jinsab. |
— |
Jekk il-garanti huwa kumpanija sussidjarja/parent tal-entità ggarantita, fuq bażi ta’ każ b'każ, il-Parteċipanti għandhom jiddeterminaw jekk: (1) meta titqies ir-relazzjoni bejn il-kumpanija sussidjarja/parent u l-grad ta’ impenn legali min-naħa tal-kumpanija parent, il-kumpanija sussidjarja/parent hiex legalment u finanzjarjament indipendenti u tistax tissodisfa l-obbligi tal-ħlas tagħha; (2) il-kumpanija sussidjarja/parent tistax tiġi affetwata minn avvenimenti/regolamenti lokali jew minn intervent sovran; u (3) l-Uffiċċju Prinċipali għandux fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas iqis lilu nnifsu bħala responsabbli. |
Każ 2: Garanzija Limitata fl-ammont
Meta tiġi provduta sigurtà fil-forma ta’ garanzija minn entità li tinsab barra mill-pajjiż tax-xerrej/ta' dak li qed jissellef għal ammont limitat f'riskju (jiġifieri il-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-pajjiż fejn jinsab il-garanti għall-porzjon tal-kreditu li huwa soġġett għall-garanzija. Barra mill-kriterji li ġew elenkati fil-Każ 1, tista' tiġi applikata l-klassifikazzjoni tal-pajjiż tal-garanti biss meta jew l-ammont iggarantit (l-ammont kapitali flimkien mal-imgħax relatat) huwa jew: (1) ikbar minn jew daqs l-10 fil-mija tal-kapital flimkien mal-imgħax relatat; jew (2) ħames miljun SDRs bħala kapital flimkien mal-imgħax relatat jekk it-transazzjoni teċċedi l-50 miljun SDRs.
Għall-porzjon mhux iggarantit, il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli hija dik tal-pajjiż xerrej.
Il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż li Tirrifletti Istituzzjoni Multilaterali jew Reġjonali
Każ 1: Garanzija għall-Ammont Totali f'Riskju
Meta tiġi provduta sigurtà fil-forma ta’ garanzija minn istituzzjoni multilaterali jew reġjonali kklassifikata għall-ammont totali f'riskju (jiġifieri l-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-istituzzjoni multilaterali jew reġjonali meta jiġu sodisfatti l-kriterji li ġejjin:
— |
Il-garanzija tkopri kemm idum il-kreditu. |
— |
Il-garanzija hija irrevokabbli, mingħajr kondizzjonijiet u disponibbli meta tintalab. |
— |
Il-garanzija hija għall-ħames riskji ta’ kreditu tal-pajjiż fuq il-pajjiż xerrej/li qed jissellef. |
— |
Il-garanti huwa legalment impenjat għall-ammont totali tal-kreditu. |
— |
Il-ħlasijiet lura jsiru direttament lill-kreditur. |
Każ 2: Garanzija Limitata fl-Ammont
Meta tiġi provduta sigurtà fil-forma ta’ garanzija minn istituzzjoni multilaterali jew reġjonali kklassifikata għal ammont limitat f'riskju (jiġifieri il-kapital u l-imgħax), il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-istituzzjoni multilaterali jew reġjonali għall-porzjon tal-kreditu li huwa soġġett għall-garanzija. Minbarra l-kriterji li ġew elenkati fil-Każ 1, il-klassifikazzjoni tal-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali tista' tiġi applikata biss meta jew l-ammont iggarantit (l-ammont kapitali flimkien mal-imgħax relatat) huwa jew: (1) ikbar minn jew daqs l-10 fil-mija tal-kapital flimkien mal-imgħax relatat; jew (2) ħames miljuni SDRs bħala kapital flimkien mal-imgħax relatat jekk it-transazzjoni teċċedi l-50 miljun SDRs.
Għall-porzjon mhux iggarantit, il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli hija dik tal-pajjiż xerrej.
Kaz 3: L-Istituzzjoni Multilaterali jew Reġjonali bħala Dik li Qed Tissellef
Meta istituzzjoni multilaterali jew reġjonali kklassifikata hija dik li qed tissellef, il-Klassifikazzjoni tar-Riskju tal-Pajjiż applikabbli tista' tkun dik tal-istituzzjoni multilaterali jew reġjonali.
Il-Klassifikazzjoni tal-Istituzzjonijiet Multilaterali jew Reġjonali
L-istituzzjonijiet multilaterali jew reġjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-klassifikazzjoni jekk l-istituzzjoni hija eżenti b'mod ġenerali mir-regolamenti dwar il-kontroll u t-trasferiment monetarju tal-pajjiż fejn tinsab. Istituzzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu kklassifikati fil-Kategoriji tar-Riskju tal-Pajjiż 0 sa 7 fuq bażi ta’ każ b'każ skont valutazzjoni tar-riskju ta’ kull waħda fuq il-merti tagħha u billi jitqies jekk:
— |
L-istituzzjoni għandiex indipendenza statutarja u finanzjarja; |
— |
L-assi kollha tal-istituzzjoni humiex immuni min-nazzjonalizzazzjoni jew mill-konfiska; |
— |
L-istituzzjoni għandiex libertà sħiħa għat-trasferiment u għall-konverżjoni tal-fondi; |
— |
L-istituzzjoni hiex soġġetta għal intervent governattiv fil-pajjiż fejn tinsab; |
— |
L-istituzzjoni għandiex immunità fiskali; u |
— |
Hemmx obbligu li l-pajjiżi Membri kollha tagħha jipprovdu kapital addizzjonali sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-istituzzjoni. |
Il-valutazzjoni għandha tqis ukoll ir-rekord storiku tal-ħlasijiet f'sitwazzjoniiet ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ riskji ta’ kreditu tal-pajjiż jew fil-pajjiż fejn tinsab jew fil-pajjiż xerrej/li qed jissellef; u kwalunkwe fattur ieħor li jista' jitqies xieraq fil-proċess ta’ valutazzjoni.
Il-lista tal-istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali kklassifikati mhix magħluqa u Parteċipant jista' jinnomina istituzzjoni biex tkun riveduta skont il-konsiderazzjonijiet li ġew elenkati aktar ‘il fuq. Il-Parteċipanti għandhom jagħmlu pubbliċi l-klassifikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet multilaterali u reġjonali.
L-ANNESS VIII
IL-KRITERJI U L-KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPLIKAZZJONI TAL-MITIGAZZJONI/TAL-ESKLUŻJONI TAR-RISKJU TAL-PAJJIŻ FIL-KALKULAZZJONI TAR-RATI MINIMI TAL-PRIMJUM
IL-FINI
Dan l-Anness jipprovdi d-dettalji dwar l-użu tat-tekniki tal-mitigazzjoni/tal-esklużjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ pajjiż li ġew elenkati fl-Artikolu 28 b) tal-Arranġament; dan jinkludi l-kriterji, il-kondizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li japplikaw għall-użu tagħhom kif ukoll l-MEFs applikabbli.
L-APPLIKAZZJONI ĠENERALI
Għat-tekniki kollha tal-mitigazzjoni/tal-esklużjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ pajjiż li ġew elenkati fl-Artikolu 28 b) tal-Arranġament:
— |
L-MEFs elenkati huma l-massimu li għandu jkun previst fl-aħjar ċirkostanzi u għandhom ikunu ġġustifikati fuq bażi ta’ każ b’każ. |
— |
Il-Parteċipanti għandhom jiżguraw irwieħhom jekk l-arranġamenti tas-sigurtà jistgħux jiġu infurzati b’mod validu fl-ambjent legali/ġudizzjarju tagħhom. |
— |
L-MPR li tirriżulta mill-użu tat-tekniki tal-mitigazzjoni/tal-esklużjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ pajjiż m’għandiex tnaqqas l-istabbiltà tal-ipprezzar tas-suq privat f’ċirkostanzi simili. |
— |
Fil-każ fejn transazzjoni tiġi ffinanzjata b’mod parallel minn sorsi oħra, kwalunkwe sigurtà li tinżamm f’relazzjoni mal-kreditu uffiċjali tal-esportazzjoni tiġi trattata, għall-inqas, pari passu mal-istess sigurtà miżmuma mis-sorsi l-oħra. |
L-APPLIKAZZJONI SPEĊIFIKA
1. Struttura lil Hinn Mix-Xtut tal-Fluss Futur (Offshore Future Flow Structure) Ikkombinata mal-Kont Ta’ Depożitu f’idejn Terz Lil Hinn Mix-Xtut (Offshore Escrow Account)
Id-definizzjoni:
Dokument miktub, bħal ftehim iffirmat jew rilaxx jew arranġament tal-fiduċjarji, issiġġilat u kkonsenjat lil parti terza, jiġifieri persuna li mhix parti għall-istrument, biex jinżamm minn parti terza bħal din sakemm jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet u mbagħad jiġi kkonsenjat minnha lill-parti l-oħra biex jidħol fis-seħħ. Jekk il-kriterji li ġejjin jiġu sodisfatti bla ħsara għall-konsiderazzjoni tal-fatturi addizzjonali elenkati, din it-teknika tista’ tnaqqas jew tneħħi r-riskji ta’ trasferiment, prinċipalment fil-kategoriji tal-pajjiżi b’riskju ogħla.
Il-kriterji:
— |
Il-kont ta’ depożitu f’idejn terz huwa relatat ma’ proġett ta’ qligħ minn munita barranija u l-flussi fil-kont ta’ depożitu f’idejn terz jiġu ġġenerati mill-proġett innifsu u/jew minn ammonti riċevibbli tal-esportazzjoni lil hinn mix-xtut. |
— |
Il-kont ta’ depożitu f’idejn terz jinżamm lil hinn mix-xtut, jiġifieri jinsab barra mill-pajjiż xerrej/li qed jissellef fejn hemm riskji ta’ trasferiment jew riskji oħra tal-pajjiż tassew limitati (jiġifieri pajjiż ikklassifikat fil-Kategorija 0). |
— |
Il-kont ta’ depożitu f’idejn terz jinsab f’bank tal-ewwel klassi li mhux ikkontrollat b’mod dirett jew b’mod indirett mill-interessi tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew mill-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef. |
— |
Il-fondi tal-kont jiġu garantiti permezz ta’ kuntratti għal medda twila ta’ żmien jew kuntratti xierqa oħra. |
— |
Il-kombinazzjoni tas-sorsi tad-dħul (jiġifieri, iġġenerati mill-proġett innifsu u/jew mis-sorsi l-oħra) tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef li jiċċirkolaw mill-kont huma f’munita aċċettata minn kulħadd u huwa mistenni b’mod raġonevoli li jkunu kollettivament biżżejjed għas-servizz tad-dejn għal kemm se jdum il-kreditu, u ġejja minn klijent barrani wieħed li huwa idoneu għal-kreditu jew aktar li jinsab f’pajjiżi b’riskju aħjar mill-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef (jiġifieri, normalment il-pajjiżi li jiġu kklassifikati fil-Kategorija 0). |
— |
Ix-xerrej/dak li qed jissellef jagħti istruzzjonijiet, b’mod irrevokabbli, lill-klijenti barranin biex iħallsu direttament fil-kont (jiġifieri, il-ħlasijiet ma jintbagħtux permezz ta’ kont li huwa kkontrollat mix-xerrej/minn dak li qed jissellef jew mill-pajjiż tiegħu). |
— |
Il-fondi li jridu jinżammu fil-kont huma tajbin għal mill-inqas sitt xhur ta’ servizz tad-dejn. Fejn qed jiġu applikati termini ta’ ħlas lura flessibbli taħt struttura ta’ finanzi ta’ proġett, għandu jinżamm fil-kont ammont ekwivalenti għal sitt xhur effettivi ta’ servizz tad-dejn taħt termini flessibbli bħal dawn; dan l-ammont jista’ jvarja matul iż-żmien jiddependi mill-profil tas-servizz tad-dejn. |
— |
Ix-xerrej/dak li qed jissellef għandu aċċess ristrett għall-kont (jiġifieri, biss wara l-ħlas tas-servizz tad-dejn taħt il-kreditu). |
— |
Id-dħul iddepożitat fil-kont jiġi assenjat lis-sellief bħala benefiċjarju dirett, għat-tul ta’ żmien kollu tal-kreditu. |
— |
Il-ftuħ tal-kont ingħata l-awtorizzazzjonjiet legali meħtieġa kollha mill-awtoritajiet lokali u minn kwalunkwe awtorità oħra xierqa. |
— |
Il-kont ta’ depożitu f’idejn terz u l-arranġamenti kuntrattwali ma jistax ikollhom kondizzjonijiet marbuta magħhom u/jew ikunu revokabbli u/jew limitati f’kemm idumu. |
Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:
It-teknika tapplika bla ħsara għal konsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi t’aktar “il fuq u, inter alia, fir-rigward ta”:
— |
Il-pajjiż, ix-xerrej/dak li qed jissellef (jiġifieri, jew pubbliku jew privat), is-settur, il-vulnerabbiltà f’relazzjoni mal-komoditajiet jew mas-servizzi involuti, inkluża d-disponibbiltà tagħhom għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu, il-klijenti; |
— |
L-istrutturi legali, eż. Jekk il-mekkaniżmu hux biżżejjed immuni kontra l-influwenza tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew tal-pajjiż tiegħu; |
— |
Il-grad safejn it-teknika tibqa’ soġġetta għall-interferenza, għat-tiġdid jew għall-irtirar tal-gvern; |
— |
Jekk il-kont hux imħares biżżejjed mir-riskji relatati mal-proġett; |
— |
L-ammont li se jiċċirkola fil-kont u l-mekkaniżmu biex titkompla l-provvista xierqa; |
— |
Is-sitwazzjoni fir-rigward tal-Klabb ta’ Pariġi (eż. Eżenzjoni possibbli); |
— |
L-impatt possibbli tar-riskji tal-pajjiż għajr għar-riskju tat-trasferiment; |
— |
Il-ħarsien mir-riskji tal-pajjiż fejn jinsab il-kont; |
— |
Il-kuntratti mal-klijenti, inklużi n-natura tagħhom u kemm idumu; u |
— |
L-ammont globali tal-qligħ barrani mistenni f’relazzjoni mal-ammont totali tal-kreditu. |
L-MEF applikabbli
L-MEF massimu applikabbli huwa ta’ 0.2 sakemm:
|
Il-Każ Speċifiku 1: L-MEF massimu applikabbli huwa 0.4 jekk il-kriterji addizzjonali li ġejjin jiġu sodisfatti:
|
|
Il-Każ Speċifiku 2: L-MEF massimu applikabbli huwa 0.30 jekk il-kriterji addizzjonali li ġejjin jiġu sodisfatti:
|
2. Sigurtà Soda Lil Hinn Mix-Xtut (Offshore Hard Security)
Id-definizzjoni:
Sigurtà fil-forma ta’ pleġġijiet jew ċessjonijiet ta’ sigurtajiet miżmuma lil hinn mix-xtut tal-ewwel jew tat-tieni prijorità minn azzjonista tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew mix-xerrej/dak li qed jissellef innifsu, jew flus kontanti ddepożitati f’kont lil hinn mix-xtut.
Il-kriterji:
— |
Is-sigurtajiet jiġu ddefiniti bħala stokks u bonds elenkati pubblikament li jinħarġu minn entitajiet li jinsabu f’pajjiż b’riskju aħjar li jinsab barra l-pajjiż xerrej/li qed jissellef u ġew innegozjati f’kambji f’pajjiżi kklassifikati fil-Kategorija 0. |
— |
Il-flus kontanti jiġu ddefiniti bħala depożiti f’muniti aċċettati minn kulħadd ta’ pajjiżi kklassifikati fil-Kategorija 0 jew bħala teżoreriji f’muniti aċċettati minn kulħadd maħruġa minn pajjiżi kklassifikati fil-Kategorija 0. |
— |
Is-sigurtà hija mingħajr kondizzjonijiet u hija irrevokabbli għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu. |
— |
Il-pajjiż fejn tinsab is-sigurtà jirrappreżenta riskju aħjar mill-pajjiż xerrej/li qed jissellef u normalment għandu jkun pajjiż ikklassifikat fil-Kategorija 0. |
— |
Is-sigurtà ma tistax tintlaħaq mix-xerrej/minn dak li qed jissellef u tinsab lil hinn mill-ġuriżdizzjoni tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef. |
— |
Il-valur fis-suq ipproġġettat li ġie vvalutat b’mod prudenti tas-sigurtajiet jikkorrispondi matul il-perjodu kollu tal-ħlas lura għall-ammont ta’ dejn li għad irid jitħallas li huwa kopert mis-sigurtà. |
— |
Fi kwalunkwe każ, id-depożitu ta’ flus kontanti jew il-valur prudenti tas-sigurtajiet (li għandu jkopri kemm il-Kapital kif ukoll l-Imgħax) għandu jkun għal (1) mhux inqas minn 10 fil-mija tal-ammont Kapitali flimkien mal-Imgħax relatat, jew (2) ħames miljun SDRs bħala Kapital flimkien mal-Imgħax relatat jekk it-transazzjoni teċċedi l-50 miljun SDRs. |
— |
Is-sigurtà tista’ tkun realizzata b’mod legali u mingħajr kondizzjonijiet fi kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ ħlas (jiġfieri tar-riskji ta’ kreditu tal-pajjiż fil-pajjiż xerrej/li qed jissellef). |
— |
Il-qligħ mis-sigurtajiet jew mid-depożitu tal-flus kontanti jista’ jiġi konvertit bil-libertà kollha fil-munita tal-kreditu jew fi kwalunkwe munita oħra aċċettata minn kulħadd. |
— |
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, is-sigurtajiet jiġu ttrasferiti direttament lill-kreditur, jew id-depożitu tal-flus kontanti jitħallas direttament lill-kreditur għall-ammont xieraq. |
Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:
It-teknika normalment tapplika għall-pajjiżi, għax-xerrejja/għal dawk li qed jissellfu u għas-setturi kollha, bla ħsara għal konsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi t’aktar “il fuq u, inter alia, fir-rigward ta”:
— |
L-implikazzjonijiet tas-sjieda (jew pubblika jew privata) tas-sigurtajiet jew tad-depożitu ta’ flus kontanti, eż. Fir-rigward tal-probabbiltà tar-realizzazzjoni ta’ din is-sigurtà fil-każ ta’ debituri pubbliċi. |
— |
Il-valur prospettiv tas-sigurtajiet u l-probabbiltà tar-realizzazzjoni f’relazzjoni mal-entità, mas-settur u mal-pajjiż minfejn joriġinaw. |
— |
L-ambjent legali. |
L-MEF applikabbli
L-MEF speċifiku li għandu jiġi applikat għandu:
— |
Jirrifletti l-grad ta’ esternalizzazzjoni potenzjali bla ħsara, inter alia, għall-valur kontinwu tal-assi, kif ukoll għall-inċertezzi possibbli fir-rigward tar-realizzazzjoni tas-sigurtà; |
— |
Ikun iddeterminat każ b’każ biex jirrifletti, inter alia, fuq bażi, il-valur tas-sigurtà provduta f’relazzjoni mal-valur kapitali tal-kreditu u l-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż applikabbli fejn tinsab is-sigurtà. |
Il-valur tas-sigurtà tal-flus kontanti għandu jitqies b’mhux iktar mit-80 fil-mija u l-valur tal-istokks jew tal-bonds għandu jitqies b’mhux iktar mill-35 fil-mija tal-valutazzjoni prudenti tiegħu.
3. Sigurtà Bbażata fuq l-Assi Lil Hinn Mix-Xtut (Offshore Asset-Based Security)
Id-definizzjoni:
Sigurtà fil-forma ta’ ipoteki tal-ewwel prijorità fuq assi reali (jiġifieri immobbli) li jinżammu lil hinn mix-xtut.
Il-kriterji:
— |
Is-sigurtà hija mingħajr kondizzjonijiet u irrevokabbli għal perjodu kollu kemm idum il-kreditu. |
— |
L-assi reali għandhom valur fis-suq ipproġettat li ġie vvalutat b’mod prudenti u jirrappreżentaw għas-sid qatgħa ta’ ishma sostanzjali. Dan il-valur ipproġettat jikkorrispondi mal-perjodu kollu tal-ħlas lura għall-ammont ta’ dejn li għad irid jitħallas fuq ix-xerrej/dak li qed jissellef. |
— |
Is-sigurtà tista’ tiġi realizzata b’mod legali u mingħajr kondizzjonijiet fi kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ ħlas (eż. Tar-riskji ta’ kreditu tal-pajjiż fil-pajjiż xerrej/li qed jissellef). |
— |
Il-qligħ jista’ jiġi konvertit fil-munita tal-kreditu jew f’munita oħra aċċettata minn kulħadd. |
— |
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, il-qligħ xieraq jitħallas jew jiġi assenjat direttament lill-kreditur. |
— |
Il-pajjiż fejn is-sigurtà tista’ tiġi infurzata jirrappreżenta kategorija ta’ riskju aħjar mill-pajjiż xerrej/li qed jissellef, jiġifieri normalment jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-aħjar riskju. |
Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:
It-teknika normalment tapplika għall-pajjiżi, għax-xerrejja/għal dawk li qed jissellfu u għas-setturi kollha, bla ħsara għal konsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi t’aktar “il fuq u, inter alia, fir-rigward ta”:
— |
L-implikazzjonijiet tas-sjieda tal-assi reali (jew pubbliċi jew privati), eż. Fir-rigward tal-probabbiltà tar-realizzazzjoni ta’ din is-sigurtà fil-każ ta’ sidien pubbliċi. |
— |
In-natura tal-assi reali (eż. is-settur) li jista’ jkollha impatt fuq il-kontinwità fil-valur tagħhom u fuq il-probabbiltà li jiġu realizzati. |
— |
L-ambjent legali. |
L-MEF applikabbli
L-MEF speċifiku li għandu jiġi applikat għandu:
— |
Jirrifletti l-grad ta’ esternalizzazzjoni potenzjali soġġetta, inter alia, għall-valur kontinwu tal-assi, kif ukoll għall-inċertezzi possibbli fir-rigward tar-realizzazzjoni tas-sigurtà; u |
— |
Ikun iddeterminat każ b’każ biex jirrifletti, inter alia, fuq bażi, il-valur tas-sigurtà provduta f’relazzjoni mal-valur kapitali tal-kreditu u mal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż applikabbli tal-pajjiż fejn tinsab is-sigurtà. |
Id-differenza bejn l-MPR li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ din it-teknika u l-MPR li għandha tapplika mitigazzjoni assenti m’għandiex tkun akbar minn 15 fil-mija tad-differenza bejn l-MPR li għandha tapplika mitigazzjoni tar-riskju assenti u l-MPR li għandha tirriżulta mill-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż tal-pajjiż fejn jinsabu l-assi.
Fiċ-ċirkostanzi li ġejjin, l-implikazzjonijiet għall-ipprezzar japplikaw fuq bażi kif ġie deskritta fil-qosor hawn isfel:
— |
Is-sigurtà (li għandha tkopri kemm il-Kapital kif ukoll l-Imgħax) hija limitata fl-ammont fuq bażi uniformi għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu u għal (1) mhux inqas minn 10 fil-mija tal-ammont Kapitali flimkien mal-Imgħax relatat, jew (2) ħames miljuni SDRs bħala Kapital flimkien mal-Imgħax relatat jekk it-transazzjoni teċċedi l-50 miljun SDRs; f’dan il-każ l-implikazzjoni għall-ipprezzar tapplika fuq bażi pro-rata għall-Kapital/għall-ammont Kapitali tal-kreditu iggarantit. |
— |
Is-sigurtà (li għandha tkopri kemm il-Kapital kif ukoll l-Imgħax) hija limitata fl-ammont fuq bażi mhux uniformi għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu u għal (1) mhux inqas minn 10 fil-mija tal-ammont Kapitali flimkien mal-Imgħax relatat, jew (2) ħames miljuni SDRs bħala Kapital flimkien mal-Imgħax relatat jekk it-transazzjoni teċċedi l-50 miljun SDRs. F’dan il-każ, l-implikazzjoni għall-ipprezzar tapplika fuq bażi pro-rata li ġejja mill-użu tal-kunċett tat-tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi). |
4. Finanzjament Garantit bl-Assi u Bbażat fuq l-Assi Lil Hinn Mix-Xtut (Offshore Asset-Secured and Asset-Based Financing)
Id-definizzjoni:
Sigurtà fil-forma ta’ kiri jew ipoteka tal-ewwel prijorità fuq assi mobbli lil hinn mix-xtut li mhix
(1) |
Użata biex ir-riskji tal-kreditu tal-pajjiż isiru aċċettabli (eż. Għall-pajjiżi f’kategoriji ta’ riskju għoli), jew |
(2) |
Prinċipalment relatata max-xerrej/ma’ dak li qed jissellef jew mar-riskji tal-kerrej. |
Il-kriterji:
— |
L-assi huma tipikament relatati b’mod dirett mat-transazzjoni. |
— |
L-assi huma identifikabbli u mobbli jew trasferibbli u jistgħu jittieħdu mill-ġdid/jinqabdu b’mod legali mill-kreditur, mill-aġent tiegħu jew mill-persuna maħtura minnu barra mill-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew ta’ min qed jikri. |
— |
Is-sigurtà hija irrevokabbli u mingħajr kondizzjonijiet għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu. |
— |
L-assi għandhom valur fis-suq ipproġġettat li kien ivvalutat b’mod prudenti li jikkorrispondi matul il-perjodu kollu tal-ħlas lura għall-ammont tad-dejn li għad irid jitħallas. |
— |
Is-sigurtà hija rreġistrata lil hinn mix-xtut f’ġuriżdizzjoni aċċettabli. |
— |
L-assi jistgħu jinbiegħu bil-libertà kollha u joffru opportunitajiet biex jintużaw barra mill-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew ta’ min qed jikri. |
— |
Il-qligħ jista’ jiġi konvertit fil-munita tal-kreditu jew fi kwalunkwe munita oħra li hija aċċettata minn kulħadd. |
— |
Fil-każ tar-realizzazzjoni tas-sigurtà, il-qligħ għandu jitħallas direttament lill-kreditur. |
Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:
Fl-ewwel każ, it-teknika tapplika għal eż. inġenji tal-ajru, bastimenti u pjattaformi taż-żejt, primarjament maħsuba biex jintużaw barra mill-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew ta’ min qed jikri, Madankollu tista’ tiġi applikata għall-pajjiżi, għax-xerrejja/għal dawk li qed jissellfu u għas-setturi kollha, bla ħsara għal konsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi t’aktar “il fuq u, inter alia, fir-rigward ta”:
— |
In-natura tal-assi li jista’ jkollhom impatt fuq il-mobilità kompleta tagħhom, fuq il-possibbiltà li jerġgħu jittieħdu barra mill-pajjiż tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef jew ta’ min qed jikri u fuq il-valur kummerċjali fis-suq ipproġettat tagħhom. |
— |
L-ispejjeż tal-qbid, tat-trasport, tal-arranġament mill-ġdid u tal-bejgħ mill-ġdid tal-assi, kif ukoll l-ispejjeż tal-imgħax li jakkumulaw sakemm isir il-bejgħ mill-ġdid. |
— |
Il-possibbiltà li jinqabdu l-assi fil-pajjiżi bl-aħjar riskju li joffru ambjent legali xieraq. |
L-MEF applikabbli
L-MEF speċifiku li għandu jiġi applikat għandu:
— |
Jirrifletti l-grad ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż potenzjali jiddependi, inter alia, mill-valur kontinwu tal-assi kif ukoll mill-inċertezzi possibbli fir-rigward tal-rekuperabilità internazzjonali tagħhom; |
— |
Ikun iddeterminat fuq bażi ta’ każ b’każ; u |
— |
Ma jeċċedix 0.10, jew 0.20 fil-każ tal-inġenji tal-ajru |
Fil-każ fejn is-sigurtà (li għandha tkopri kemm il-Kapital kif ukoll l-Imgħax) hija limitata fl-ammont fuq bażi uniformi għall-perjodu kollu kemm idum il-kreditu u għal: (1) mhux inqas minn 10 fil-mija tal-ammont Kapitali flimkien mal-Imgħax relatat, jew (2) ħames miljuni SDRs bħala Kapital flimkien mal-Imgħax relatat jekk it-transazzjoni teċċedi l-50 miljun SDRs, fejn l-MEF għandu jkun ikkalkulat fuq bażi li tirrifletti l-ammont tas-sigurtà meta mqabbel mal-Kapital/l-ammont Kapitali tal-kreditu ggarantit.
5. Il-Kofinanzjament mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI)
Id-definizzjoni:
Il-kreditu tal-esportazzjoni (jiġifieri l-assigurazzjoni/il-garanzija/is-self) jiġi kofinanzjat b’IFI li ġie kklassifikat mill-Parteċipanti għall-finijiet tal-primjum.
Il-kriterji:
— |
L-IFI għandu status ta’ kreditur ippreferut. |
— |
L-IFI vvaluta l-proġett, l-aspetti tekniċi, ekonomiċi u finanzjarji tiegħu u l-ambjent tar-riskju tal-pajjiż. |
— |
Jitqies li l-IFI jsegwi t-twettiq u l-ħlas lura tal-proġett. |
Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:
It-teknika tapplika għall-pajjiżi/għax-xerrejja/għal dawk li jissellfu u għas-setturi kollha fejn l-IFI jista’ jintervjeni skont l-istatus u s-suġġett tal-politika tiegħu bla ħsara għal konsiderazzjoni każ b’każ tal-karatteristiċi t’aktar “il fuq u, inter alia, fir-rigward ta” jekk, fejn għandu x’jaqsam il-proġett:
— |
Il-Parteċipant u l-IFI żviluppawx skambji mill-qrib matul il-proċess ta’ evalwazzjoni u ta’ stabbiliment tal-proġett u tal-finanzjament tiegħu; |
— |
Il-Parteċipant kisbix mingħand l-IFI l-benefiċċju ta’ klawżoli pari passu u ta’ responsabbiltà reċiproka għall-ammont kollu tal-kreditu u għall-perjodu kollu kemm idum; |
— |
Il-klawżoli u l-kooperazzjoni bejn il-Parteċipant u l-IFI humiex se japplikaw ukoll fil-każ li l-iskeda tal-maturità taż-żewġ krediti mhix parallela; u |
— |
L-istess arranġamenti tal-IFI japplikawx għal kwalunkwe offerta li tikkompeti mingħand Parteċipant. |
L-MEF applikabbli
L-MEF massimu applikabbli m’għandux ikun ikbar minn 0.05.
6. Il-Finanzjament bil-Munita Lokali (Local Currency Financing)
Id-definizzjoni:
Il-kuntratt u l-finanzjament innegozjati f’muniti lokali li jistgħu jiġu konvertiti u li huma disponibbli, għajr għal muniti li huma aċċettati minn kulħadd u li kienu ffinanzjati lokalment li jneħħi jew itaffi r-riskju ta’ trasferiment. Fil-prinċipju, l-obbligu primarju tad-dejn f’munita lokali m’għandux ikun affetwat mis-seħħ tal-ewwel żewġ riskji tal-kreditu tal-pajjiż.
Il-kriterji:
— |
Il-ħlas tad-dejn u tal-klejms tal-ECA jew il-ħlas lis-Sellief Dirett jiġu espressi/isiru l-ħin kollu bil-munita lokali. |
— |
Normalment, l-ECA mhix esposta għar-riskju ta’ trasferiment. |
— |
Normalment, mhu se jkun hemm l-ebda rekwiżit għal depożiti ta’ munita lokali biex ikunu konvertiti f’munita li hija aċċettata minn kulħadd. |
— |
Il-ħlas lura ta’ dak li qed jissellef bil-munita tiegħu u fil-pajjiż tiegħu huwa ħlas validu ta’ obbligu ta’ dejn. |
— |
Jekk id-dħul ta’ dak li qed jissellef huwa fil-munita lokali, dak li qed jissellef huwa mħares minn movimenti avversi tar-rata tal-kambju. |
— |
Ir-regolamenti dwar it-trasferiment fil-pajjiż ta’ dak li qed jissellef m’għandhomx jaffetwaw l-obbligi ta’ ħlas lura ta’ dak li qed jissellef, li għandhom jibqgħu fil-munita lokali. |
— |
Wara avveniment ta’ nuqqas ta’ ħlas li wassal għal ħlas ta’ klejms fil-munita lokali, il-valur ta’ dik il-klejm jiġi tradott, kif ġie stabbilit b’mod espliċitu fil-ftehim tas-self, f’ammont ekwivalenti f’munita li hija aċċettata minn kulħadd. Il-ġbir lura tal-ħlas tal-klejms għandu jkun f’munita lokali bħala kontrovalur tal-valur f’munita li hija aċċettata minn kulħadd fiż-żmien tal-ħlas tal-klejms. |
— |
Ir-responsabbiltà għall-konverżjoni tal-ħlasijiet lura b’munita lokali mix-xerrej/minn dak li qed jissellef se tkun tal-parti assigurata li għandha ġġorr ukoll ir-riskju tal-kambju tad-devalwazzjoni jew tal-apprezzament tal-irċevuti tal-munita lokali. (Filwaqt li Sellief Dirett jista’ jkun espost b’mod dirett għall-varjazzjonijiet tal-munita, mhux relatat mar-riskji tal-pajjiż jew mar-riskji tax-xerrej/ta’ dak li qed jissellef). |
Il-Fatturi Addizzjonali li għandhom Jitqiesu:
It-teknika tapplika fuq bażi selettiva fejn għandhom x’jaqsmu muniti li jistgħu jiġu konvertiti u li huma trasferibbli, fejn l-ekonomija tal-bażi hija soda. L-ECA Parteċipanti għandha tkun f’pożizzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha li tħallas il-klejms li ġew espressi fil-munita tagħha fil-każ li l-munita lokali ssir jew “mhux trasferibbli” jew “ma tkunx tista’ tiġi konvertita” wara li l-ECA tieħu d-dejn. (Madankollu Sellief Dirett għandu jġorr din l-espożizzjoni.)
It-traduzzjoni ta’ ammont li ma tħallasx (mhux il-valur sħiħ tas-self) f’ammont ekwivalenti ta’ munita li hija aċċettata minn kulħadd xorta għandha tħalli lil dak li qed jisself b’obbligu kontinwu tal-munita lokali, għalkemm ta’ valur “miftuħ”, f’relazzjoni mal-valur ekwivalenti f’munita li hija aċċettata minn kulħadd tal-ammont li ma tħallasx. Għandu jkun meħtieġ li l-ħlas eventwali bil-munita lokali minn dak li qed jissellef tad-dejn li ma tħallasx ikun ekwivalenti għall-valur f’munita li hija aċċettata minn kulħadd tal-ħlas tal-klejms fiż-żmien tal-ħlas tal-klejms.
L-MEF applikabbli
L-MEF speċifiku li għandu jkun applikat għandu jiġi ddeterminat fuq bażi ta’ każ b’każ, Madankollu, jekk l-ewwel tliet riskji ta’ kreditu tal-pajjiż jiġu speċifikatament esklużi, l-MEF massimu huwa 0.50. Jekk ir-riskju huwa biss imtaffi, jiġifieri ma ġiex eskluż b’mod espliċitu, l-MEF massimu huwa 0.35.
7. Assigurazzjoni jew Garanzija Kondizzjonali ta’ Pajjiż Terz
8. Debitur li Jirrappreżenta Riskju Aħjar mis-Sovran
L-użu tat-tekniki 7 u 8 ta’ dan l-Anness huwa soġġett għal aktar diskussjonijiet fost il-Parteċipanti.
(1) Il-kalkulazzjonijiet tal-LLCR u tal-ADSCR għandhom isiru skont il-konvenzjonijiet li normalment jiġu applikati mis-selliefa prudenti internazzjonali biex ikun stabbilit każ bankarju miftiehem (xenarju ċentrali) fi jew qrib l-egħluq finanzjarju, wara li tkun ikkompletata d-diliġenza dovuta sħiħa (teknika u ekonomika).
L-ANNESS IX
IL-LISTA TA’ KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP
IL-LISTA TA’ KONTROLL TAL-KWALITÀ TAL-IŻVILUPP TAL-PROĠETT FFINANZJATI MILL-GĦAJNUNA
F’dawn l-aħħar snin, id-DAC żviluppa numru ta’ kriterji biex ikun żgurat li l-proġetti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma ffinanzjati b’mod sħiħ jew b’mod parzjali mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) jikkontribwixxu għall-iżvilupp. Essenzjalment jinsabu fid-dokumenti li ġejjin:
— |
Il-Prinċipji għall-Valutazzjoni tal-Proġett tad-DAC, 1988; |
— |
Prinċipji ta’ Gwida għall-Finanzjament Assoċjat u għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp Marbuta u Parzjalment Mhux Marbuta tad-DAC, 1987; u |
— |
Prattiki Tajba tax-Xiri għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, 1986. |
IL-KONSISTENZA TAL-PROĠETT MAL-PRIJORITAJIET TAL-INVESTIMENT ĠENERALI TAL-PAJJIŻ RIĊEVENTI (L-GĦAŻLA TAL-PROĠETT)
Il-proġett huwa parti mill-programmi ta’ investiment u ta’ nefqa pubblika li diġà ġew approvati mill-awtoritajiet finanzjarji u tal-ippjanar ċentrali tal-pajjiż riċeventi?
(Speċifika d-dokument tal-politika li jsemmi l-proġett, eż. Programm ta’ investiment pubbliku tal-pajjiż riċevent.)
Il-proġett qed ikun kofinanzjat ma’ istituzzjoni internazzjonali tal-finanzi għall-iżvilupp?
Teżisti evidenza li l-proġett tqies u kien irrifjutat minn istituzzjoni internazzjonali tal-finanzi għall-iżvilupp jew minn Membru ieħor tad-DAC minħaba prijorità baxxa tal-iżvilupp?
Fil-każ ta’ proġett tas-settur privat, kien approvat mill-gvern tal-pajjiż riċeventi?
Il-proġett huwa kopert minn ftehim intergovernattiv li jipprovdi firxa usa’ ta’ attivitajiet ta’ għajnuna mid-donatur fil-pajjiż riċeventi?
IL-PREPARAZZJONI U L-VALUTAZZJONI TAL-PROĠETT
Il-proġett kien ippreparat, imfassal u vvalutat skont sett ta’ standards u kiterji li ġeneralment huma konsistenti mal-Prinċipji għall-Valutazzjoni tal-Proġett tad-DAC (PPA)? Il-prinċipji rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-proġett taħt:
(a) |
L-aspetti ekonomiċi (il-paragrafi 30 sa 38 tal-PPA). |
(b) |
L-aspetti tekniċi (il-paragrafu 22 tal-PPA). |
(c) |
L-aspetti finanzjarji (il-paragrafi 23 sa 29 tal-PPA). |
Fil-każ ta’ proġett li jipproduċi dħul, partikolarment jekk qed jipproduċi għal suq kompetittiv, l-element konċessjonali tal-finanzjament tal-għajnuna ġie mgħoddi lill-utent finali tal-fondi? (paragrafu 25 tal-PPA).
(a) |
Il-valutazzjoni istituzzjonali (il-paragrafi 40 sa 44 tal-PPA). |
(b) |
L-analiżi soċjali u tad-distribuzzjoni (il-paragrafi 47 sa 57 tal-PPA). |
(c) |
Il-valutazzjoni ambjentali (il-paragrafi 55 sa 57 tal-PPA). |
IL-PROĊEDURI TA’ XIRI
Liema mod ta’ xiri se jintuża fost dawn li ġejjin? (Għad-definizzjonijiet, ara l-Prinċipji elenkati fil-Prattiki Tajba tax-Xiri għall-ODA).
(a) |
Irkant kompetittiv internazzjonali (il-Prinċipju tax-Xiri III u l-Anness 2 għalih: Il-kondizzjonijiet minimi għal irkant kompetittiv internazzjonali effettiv). |
(b) |
Irkant kompetittiv nazzjonali (il-Prinċipju tax-Xiri IV). |
(c) |
Kompetizzjoni informali jew negozjati diretti (il-Prinċipji tax-Xiri V A jew B). |
Huwa previst li jkunu kkontrollati l-prezz u l-kwalità tal-provvisti (paragrafu 63 tal-PPA)?
L-ANNESS X
IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TRANSAZZJONIJIET TA' PROĠETT TAL-FINANZI
KAPITOLU I
ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. L-ambitu tal-applikazzjoni
(a) |
Dan l-Anness jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet li l-Parteċipanti jistgħu jappoġġjaw għat-transazzjonijiet tal-finanzi ta’ proġett li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibilità li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 1. |
(b) |
Fejn f'dan l-Anness ma teżisti l-ebda dispożizzjoni korrispondenti, għandhom japplikaw it-termini tal-Arranġament. |
KAPITOLU II
IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET FINANZJARJI
2. It-termini massimi tal-ħlas lura
It-terminu massimu tal-ħlas lura huwa 14-il sena, ħlief meta l-appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni provdut mill-Parteċipanti jinkludi aktar minn 35 fil-mija tas-sindikazzjoni għal proġett f'pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli, it-terminu massimu tal-ħlas lura huwa ta’ għaxar snin.
3. Il-ħlas lura tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax
Is-somma kapitali ta’ kreditu tal-esportazzjoni tista' titħallas lura f'rati mhux ndaqs, u l-kapital u l-imgħax jistgħu jitħallasu bi frekwenza ta’ inqas minn rati semi-annwali, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a) |
L-ebda ħlas lura waħdu tal-kapital jew serje ta’ ħlasijiet kapitali f'perjodu ta’ sitt xhur m'għandu jeċċedi l-25 fil-mija tas-somma kapitali tal-kreditu. |
(b) |
L-ewwel ħlas lura tal-kapital għandu jsir mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu u mhux inqas minn tnejn fil-mija tas-somma kapitali tal-kreditu għadha tkun ġiet imħallsa lura 24 xahar wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
(c) |
L-imgħax għandu jitħallas bi frekwenza ta’ mhux inqas minn kull 12-il xahar u l-ewwel ħlas tal-imgħax għandu jsir mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-punt tal-bidu tal-kreditu. |
(d) |
It-tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tal-ħlas lura m'għandux jeċċedi is-seba' snin u tliet xhur, ħlief meta l-appoġġ uffiċjali għall-kreditu tal-esportazzjoni provdut mill-Parteċipanti jinkludi iktar minn 35 fil-mija tas-sindikazzjoni għal proġett f'pajjiż tal-OECD bi Dħul Għoli, it-tul ta’ żmien medju mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-perjodu tal-ħlas lura m'għandux jeċċedi l-ħames snin u tliet xhur. |
(e) |
Il-Parteċipant għandu jagħti notifika minn qabel skont l-Artikolu 5 ta’ dan l-Anness. |
4. Ir-rati minimi ffissati tal-imgħax
Fejn il-Parteċipanti qed jipprovdu appoġġ uffiċjali għall-finanzjament għal self b'rati ffissati:
(a) |
Għal termini ta’ ħlas lura sa u li jinkludu t-12-il sena, il-Parteċipanti għandhom japplikaw ir-Rati ta’ Referenza tal-Imgħax Kummerċjali (RRIK) rilevanti li nbnew skont l-Artikolu 20 tal-Arranġament. |
(b) |
Għal termini ta’ ħlas lura li jeċċedu t-12-il sena, għandu japplika ħlas barrani ta’ 20 punt bażi fuq ir-RRIK għall-muniti kollha. |
KAPITOLU III
IL-PROĊEDURI
5. In-notifika minn qabel għat-transazzjonijiet tal-finanzi ta' proġett
Parteċipant għandu jinnotifika lill-Parteċipanti kollha bil-ħsieb li jipprovdi appoġġ skont it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ dan l-Anness mill-inqas għaxart ijiem kalendarji qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn. In-notifika għandha tkun provduta skont l-Anness V tal-Arranġament. Jekk kwalunkwe Parteċipant jitlob spejgazzjoni fejn għandhom x'jaqsmu t-termini u l-kondizzjonijiet li qed jiġu appoġġjati matul dan il-perjodu, il-Parteċipant li qed jinnotifika għandu jistenna għaxart ijiem kalendarji oħra qabel ma joħroġ kwalunkwe impenn.
L-Appendiċi 1
IL-KRITERJI TA' ELIĠIBILITÀ GĦAT-TRANSAZZJONIJIET TAL-FINANZI TA' PROĠETT
I. Il-kriterji bażiċi
It-transazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:
(a) |
Il-finanzjament ta’ unità ekonomika partikolari fejn is-sellief huwa sodisfatt li jqis id-dħul u l-ħruġ tal-flus u l-qligħ ta’ dik l-unità ekonomika bħala s-sors tal-fondi minfejn se jitħallas lura self u l-assi tal-unità ekonomika bħala kollaterali għas-self. |
(b) |
Il-finanzjament tat-transazzjonijiet tal-esportazzjoni ma’ kumpanija ta’ proġett indipendenti (legalment u ekonomikament), eż. Kumpanija b’fini speċjali, fejn għandhom x’jaqsmu l-proġetti ta’ investiment li jiġġeneraw id-dħul tagħhom stess. |
(ċ) |
Qsim tar-riskju xieraq fost l-imsieħba tal-proġett, eż. Azzjonisti privati jew pubbliċi idonei għall-kreditu, esportaturi, kredituri, dawk li jiddeċiedu li jidħlu għal self, inklużi ishma adegwati. |
(d) |
Biżżejjed dħul u ħruġ tal-flus tal-proġett matul il-perjodu kollu ta’ ħlas lura biex ikunu koperti l-ispejjeż operattvi u s-servizz tad-dejn għall-fondi barranija. |
(e) |
It-tnaqqis prijoritajru mid-dħul tal-proġett tal-ispejjeż operattivi u tas-servizz tad-dejn. |
(f) |
Xerrej/dak li qed jissellef mhux sovran bl-ebda garanzija ta’ ħlas lura sovrana (ma tinkludix il-garanziji tar-rendiment, eż. Arranġamenti ta’ teħid ta’ dejn minn terzi persuni). |
(g) |
Is-sigurtajiet bbażati fuq l-assi għall-qligħ/l-assi tal-proġett, eż. Ċessjonijiet, pleġġijiet, kontijiet ta’ qligħ; |
(h) |
Dritt ta’ rivalsa limitat jew l-ebda dritt ta’ rivalsa għall-isponsers tal-azzjonisti/isponsers tas-settur privat tal-proġett wara li ġie kkompletat. |
II. Il-kriterji addizzjonali għat-transazzjonijiet tal-finanzi tal-proġett fil-pajjiżi tal-oecd bi qligħ għoli
It-transazzjoni tinvolvi/hija kkaratterizzata minn:
(a) |
Parteċipazzjoni f’sindikazzjoni ta’ self ma’ istituzzjonijiet finanzjarji privati li ma jibbenefikawx mill-Appoġġ Uffiċjali għall-Kreditu tal-Esportazzjoni, fejn:
|
(b) |
Ir-rati tal-primjum għal kwalunkwe appoġġ uffiċjali li ma jnaqqasx l-istabbiltà tal-finanzjament disponibbli tas-suq privat u li huma proporzjonati għar-rati korrispondenti li qed jintalbu mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati l-oħra li qed jipparteċipaw fis-sindikazzjoni. |
L-ANNESS XI
IL-LISTA TAD-DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet tal-Arranġament:
(a) |
Impenn: kwalunkwe dikjarazzjoni, f’liema forma tkun, fejn tiġi kkomunikata lill-pajjiż riċeventi, lix-xerrej, lil dak li qed jissellef, lill-esportatur jew lill-istituzzjoni finanzjarja r-rieda tajba jew l-intenzjoni li jkun provdut appoġġ uffiċjali. |
(b) |
Linja Komuni: ftehim bejn il-Parteċipanti sabiex jiftiehmu, għal transazzjoni partikolari jew f’ċirkostanzi speċjali, dwar termini u kondizzjonijiet finanzjarji speċifiċi għal appoġġ uffiċjali. Ir-regoli ta’ Linja Komuni miftiehma jieħdu post ir-regoli tal-Arranġament biss għat-transazzjoni jew fiċ-ċirkostanzi li ġew speċifikati fil-Linja Komuni. |
(c) |
Il-Livell ta’ Konċessjonalità tal-Għajnuna Marbuta: fil-każ ta’ għotjiet, il-livell ta’ konċessjonalità huwa ta’ 100 fil-mija. Fil-każ tas-self, il-livell ta’ konċessjonalità huwa d-differenza bejn il-valur nominali tas-self u l-valur preżenti bi skont tal-ħlasijiet futuri tas-servizz tad-dejn li għandhom isiru minn dak li qed jissellef. Din id-differenza tiġi espressa bħala perċentwali tal-valur nominali tas-self. |
(d) |
Il-Valur tal-Kuntratt tal-Esportazzjoni: l-ammont totali li għandu jitħallas minn jew f’isem ix-xerrej għall-oġġetti u/jew għas-servizzi esportati, jiġifieri esklużi l-ispejjeż lokali kif inhuma ddefiniti aktar ‘il quddiem. Fil-każ ta’ kiri, jeskludi l-porzjon tal-ħlas tal-kiri li huwa ekwivalenti għall-imgħax. |
(e) |
Impenn Finali: għal transazzjoni tal-kreditu tal-esportazzjoni(jew fil-forma ta’ transazzjoni waħda jew bħala linja ta’ kreditu), jeżisti impenn finali meta l-Parteċipant jimpenja ruħu għal termini u kondizzjonijiet finanzjarji preċiżi u kompleti, jew permezz ta’ ftehim reċiproku jew permezz ta’ att unilaterali. |
(f) |
Appoġġ għar-Rata tal-Imgħax: arranġament bejn gvern u banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li jħalli l-provvista ta’ finanzi għall-esportazzjoni b’rata ffissata bi jew ‘il fuq mir-RRIK. |
(g) |
Linja ta’ Kreditu: qafas, f’liema forma jkun, għall-krediti tal-esportazzjoni li jkopri serje ta’ transazzjonijiet li jistgħu jew ma jistgħux ikunu marbuta ma’ proġett speċfiku. |
(h) |
Spejjeż Lokali: in-nefqa għal oġġetti u servizzi fil-pajjiż tax-xerrej li huma meħtieġa jew għat-twettiq tal-kuntratt tal-esportatur jew biex ikun ikkompletat il-proġett li minnu jifforma parti l-kuntratt tal-esportatur. Dawn jeskludu l-kummissjoni li titħallas lill-aġent tal-esportatur fil-pajjiż xerrej. |
(i) |
Sempliċi Kopertura: appoġġ uffiċjali provdut minn jew f’isem gvern bħala garanzija jew assigurazzjoni għall-kreditu tal-esportazzjoni biss, jiġifieri li ma jibbenefikax minn appoġġ uffiċjali għall-finanzjament. |
(j) |
It-terminu tal-ħlas lura: il-perjodu li jibda fil-punt tal-bidu tal-kreditu, kif jiġi ddefinit f’dan l-Anness, u li jintemm fid-data tal-kuntratt tal-ħlas lura finali tal-kapital. |
(k) |
Il-Punt tal-Bidu tal-Kreditu:
|
(l) |
Għajnuna Marbuta: għajnuna li tabilħaqq (fil-liġi jew fil-fatt) hija marbuta max-xiri ta’ oġġetti u/jew servizzi mill-pajjiż donatur u/jew numru ristrett ta’ pajjiżi; tinkludi self, għotjiet jew pakketti ta’ finanzjament assoċjat b’livell ta’ konċessjonalità akbar minn żero fil-mija. Din id-definizzjoni tapplika kemm jekk l-“irbit” huwa permezz ta’ ftehim formali jew permezz ta’ kwalunkwe ftehim informali bejn il-pajjiż riċeventi u dak donatur, jew jekk pakkett jinkludi komponenti mill-forom li ġew stabbiliti fl-Artikolu 31 tal-Arranġament li mhumiex disponibbli b’mod liberu u b’mod sħiħ għax-xiri finanzjarju mill-pajjiż riċeventi, sostanzjalment il-pajjiżi li qed jiżviluppaw l-oħra kollha u mill-Parteċipanti, jew jekk jinvolvi prattiki li d-DAC jew il-Parteċipanti jqis ekwivalenti għal irbit bħal dan. |
(m) |
Għajnuna Mhux Marbuta: għajnuna li tinkludi self jew għotjiet li l-qligħ minnhom huma disponibbli b’mod sħiħ u liberu għax-xiri finanzjarju minn kwalunke pajjiż. |
(n) |
It-Tul ta’ Żmien Medju differenzjat tal-Perjodu tal-Ħlas Lura: iż-żmien li hemm bżonn biex ikun irtirat nofs il-kapital ta’ kreditu. Dan jiġi kkalkulat bħala s-somma taż-żmien (fi snin) bejn il-punt tal-bidu tal-kreditu u kull ħlas lura tal-kapital b’piż differenzjat skont il-porzjon tal-kapital li jitħallas lura f’kull data ta’ pagament. |
DIRETTIVI
8.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 326/113 |
DIRETTIVA 2011/89/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju (3) tagħti lill-awtoritajiet kompetenti fis-settur finanzjarju setgħat u strumenti supplimentari għas-superviżjoni ta’ gruppi komposti minn bosta entitajiet regolati, li huma attivi f’setturi differenti tas-swieq finanzjarji. Tali gruppi (konglomerati finanzjarji) huma esposti għal riskji (riskji tal-grupp) li jinkludu: ir-riskju ta’ kontaġju, fejn ir-riskji huma mifruxa minn tarf ta’ grupp għal ieħor; il-konċentrazzjoni tar-riskju, fejn l-istess tip ta’ riskju jimmaterjalizza f’partijiet varji tal-grupp fl-istess ħin; il-kumplessità tal-ġestjoni ta’ bosta entitajiet legali differenti; kunflitti ta’ interess potenzjali; u l-isfida tal-allokazzjoni ta’ kapital regolatorju lill-entitajiet regolati li jagħmlu parti mill-konglomerat finanzjarju, u b’hekk jiġi evitat l-użu multiplu tal-kapital. Il-konglomerati finanzjarji, għalhekk, għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni supplimentari fuq bażi individwali, ikkonsolidata jew fuq bażi ta’ grupp, mingħajr ma jiġi dupplikat jew effettwat il-grupp, u irrispettivament mill-istruttura legali tal-grupp. |
(2) |
Huwa xieraq li tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-għanijiet tad-Direttiva 2002/87/KE fuq naħa waħda, u d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE (4) u 92/49/KEE (5), u d-Direttivi 98/78/KE (6), 2002/83/KE (7), 2004/39/KE (8), 2005/68/KE (9), 2006/48/KE (10), 2006/49/KE (11), 2009/65/KE (12), 2009/138/KE (13) u 2011/61/UE (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq in-naħa l-oħra, sabiex tippermetti s-supervizjoni tal-gruppi tal-assigurazzjoni u tal-banek, inkluż fejn ikunu jiffurmaw parti minn strutturata’ holding finanzjarja mħallta. |
(3) |
Huwa neċessarju li l-konglomerati finanzjarji jiġu identifikati fl-Unjoni kollha skont kemm ikunu esposti għar-riskji tal-grupp, abbażi ta’ linji gwida komuni li għandhom jiġu maħruġa mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilità bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) (EBA), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) (AEAPX) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) (AETS) f’konformita’ mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“il-Kumitat Konġunt”). Huwa importanti wkoll li r-rekwiżiti fir-rigward tar-rinunzja tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari jiġu applikati b’mod ibbażat fuq ir-riskju skont dawn il-linji gwida. Dan huwa partikolarment importanti fil-każ tal-konglomerati finanzjarji akbar, li joperaw internazzjonalment. |
(4) |
Il-monitoraġġ komprensiv u adegwat tar-riskji ta’ grupp f’konglomerati finanzjarji kbar, kumplessi u li joperaw internazzjonalment, kif ukoll is-superviżjoni tal-politiki kapitali għall-grupp kollu ta’ tali gruppi, huma possibbli biss meta l-awtoritajiet kompetenti jiġbru informazzjoni superviżorja u jippjanaw miżuri superviżorji lil hinn mill-ambitu nazzjonali tal-mandat tagħhom. Għalhekk huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw is-superviżjoni supplimentari tal-konglomerati finanzjarji li joperaw internazzjonalment bejn l-awtoritajiet kompetenti li huma kkunsidrati l-iżjed rilevanti għas-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerat finanzjarju. Il-kulleġġ tal-awtoritajiet rilevanti kompetenti ta’ konglomerat finanzjarju għandu jirrifletti n-natura supplimentari ta -Direttiva 2002/87/KE, u bħala tali m’għandux jidduplikahom jew jissostitwixihom iżda pjuttost iżid il-valur għall-attivitajiet ta’ kulleġġi eżistenti relevanti għas-sottogrupp bankarju u s-sottogrupp tal-assigurazzjoni f’dawk il-konglomerati finanzjarji. Kulleġġ għal konglomerat finanzjarju għandu biss ikun ikkostitwit fejn la kulleġġ settorjali bankarju u lanqas ta’ assigurazzjoni ma jkun stabbilit. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata superviżjoni regolatorja xierqa, huwa neċessarju li l-istruttura legali u l-istruttura ta’ governanza u ta’ organizzazzjoni, inklużi l-entitajiet regolati kollha, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti tal-banek, l-impriżi ta’ assigurazzjoni u l-konglomerati finanzjarji b’attivitajiet transkonfinali, jiġu mmonitorjati mill-ABE, l-AEAPX, l-AETS (flimkien imsejħa “l-ASE”) u l-Kumitat Konġunt, kif inhu xieraq, u li tkun magħmula disponibbli informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti relevanti. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata superviżjoni supplementari effettiva tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju, b’mod partikolari fejn l-uffiċċju prinċipali ta’ waħda mis-sussidjarji jinsab f’pajjiż terz, l-impriżi li għalihom din id-Direttiva tapplika għandhom jinkludu kwalunkwe impriża, partikolarment istituzzjoni ta’ kreditu li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni kieku l-uffiċċju reġistrat tagħha kien fl-Unjoni. |
(7) |
Is-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerati finanzjarji kbar, kumplessi, li joperaw internazzjonalment, teħtieġ koordinazzjoni madwar l-Unjoni kollha, sabiex tikkontribwixxi għall-istabilità tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jridu jaqblu dwar l-approċċi superviżorji li għandhom jiġu applikati għal dawk il-konglomerati finanzjarji. L-ESAs għandhom joħorġu, skont l-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, permezz tal-Kumitat Konġunt linji gwida komuni għal dawn l-approċċi superviżorji komuni, u b’hekk jiżguraw qafas prudenzjali komprenżiv tal-għodda u s-setgħat superviżorji disponibbli fid-direttivi bankarji, tal-assigurazzjoni, tas-sigurtajiet u tal-kongolmerazzjonijiet finanzjarji. Il-linji gwida li huma previsti fid-Direttiva 2002/87/KE għandhom jirriflettu n-natura supplimentari tas-superviżjoni skont din id-Direttiva, u jikkumplimentaw is-superviżjoni speċifika għas-settur kif previst fid-Direttivi 73/239/KEE, 92/49/KEE, 98/78/KE, 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE. |
(8) |
Hemm bżonn ġenwin li jiġu mmonitorjati u kkontrollati r-riskji potenzjali tal-grupp, li jiffaċċja l-konglomerat finanzjarju u li joħorġu minn parteċipazzjonijiet f’kumpanniji oħra. Għal dawk il-każijiet fejn is-setgħat superviżorji speċifiċi previsti mid-Direttiva 2002/87/KE jidhru li mhumiex suffiċjenti, il-komunità superviżorja għandha tiżviluppa metodi alternattivi sabiex tindirizza u tikkunsidra b’mod xieraq dawn ir-riskji, preferibbilment permezz ta’ ħidma mwettqa mill-ESAs permezz tal-Kumitat Konġunt. Jekk il-parteċipazzjoni tkun l-uniku element għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, is-superviżuri għandhom ikunu permessi jivvalutaw jekk il-grupp huwiex espost għal riskji tal-grupp u jekk ikun xieraq jeżentaw il-ħtieġa għas-superviżjoni supplimentari. |
(9) |
Fir-rigward ta’ ċerti strutturi tal-grupp, is-superviżuri tħallew bla setgħat fil-kriżi attwali peress li l-kombinazzjoni tad-direttivi ġegħlithom jagħżlu bejn is-superviżjoni speċifika skont is-settur jew is-superviżjoni supplimentari. Filwaqt li għandu jsir rieżami tad-Direttiva 2002/87/KE fil-kuntest tax-xogħol tal-G20 fuq il-konglomerati finanzjarji, is-setgħat superviżorji meħtieġa għandhom jiġu pprovduti mill-aktar fis. |
(10) |
Huwa xieraq li tiġi żgurata konsistenza bejn l-għanijiet tad-Direttiva 2002/87/KE u d-Direttiva 98/78/KE. Id-Direttiva 98/78/KE, għalhekk, għandha tiġi emendata sabiex tiddefinixxi u tinkludi l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta. Sabiex tkun żgurta superviżjoni koerenti f’waqtha, id-Direttiva 98/78/KE għandha tiġi emendata, minkejja l-applikazzjoni imminenti tad-Direttiva 2009/138/KE, li għandha tiġi emendata għall-istess skop. |
(11) |
Filwaqt li l-ittestjar tal-istress għandu jsir regolarment għas-sottogruppi tal-qasam bankarju u tal-assigurazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, huwa r-rwol tal-koordinatur maħtur f’konformita’ mad-Direttiva 2002/87/KE li jiddeċiedi l-adegwatezza u l-paramenti u meta għandu jsir it-test tal-istress għal konglomerat finanzjarju individwali b’mod ġenerali. Għal testijiet tal-istress mal-Unjoni kollha, imwettqa mill-ESAs f’kuntest speċifiku għas-settur, ir-rwol tal-Kumitat Konġunt għandu jkun li jiżgura li tali testijiet tal-istress isiru b’mod konsistenti tul is-setturi. Għal dawn ir-raġunijiet, l-ESAs, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom ikunu kapaċi jiżviluppaw parametri supplementari għat-testijiet tal-istress mal-Unjoni kollha, u jkopru r-riskji tal-grupp speċifiċi li tipikament jimmaterjalizzaw f’konglomerati finanzjarji u għandhom ikunu jistgħu jippubblikaw ir-riżultati ta’ dawk it-testijiet fejn il-leġislazzjoni settorjali tippermetti dan. L-esperjenza minn testijiet tal-istress preċedenti madwar l-Unjoni għandha tiġi kkunsidrata. Pereżempju, it-testijiet tal-istress għandhom iqisu l-likwidità u r-riskji ta’ solvenza tal-konglomerati finanzjarji. |
(12) |
Il-Kummissjoni għandha tkompli tiżviluppa sistema koerenti u konklużiva ta’ superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji. Ir-rieżami sħiħ li se jsir tad-Direttiva 2002/87/KE għandu jkopri l-entitajiet mhux regolati, partikolarment l-istrumenti bi skop preċiż, u għandu jiżviluppa applikazzjoni bbażata fuq ir-riskju ta’ konċessjonijiet disponibbli għas-superviżuri fid-determinazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, filwaqt li l-użu ta’ tali konċessjonijiet jiġi limitat. Wara li jkun ikkunsidra d-Direttiva settorjali, ir-rieżami għandu jikkunsidra wkoll konglomerati finanzjarji sistemikament relevanti, li l-kobor, l-interkonnettività jew il-kumplessità tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli. Tali konglomerazzjonijiet għandhom jiġu identifikati b’analoġija mal-istandards dejjem jevolvu tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja u tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-possibilità li tipproponi azzjoni regolatorja f’dan il-qasam. |
(13) |
Huwa xieraq li tiġi żgurata konsistenza bejn l-għanijiet tad-Direttiva 2002/87/KE u d-Direttiva 2006/48/KE. Id-Direttiva 2006/48/KE, għalhekk, għandha tiġi emendata sabiex tiddefinixxi u tinkludi l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta. |
(14) |
Id-disponibbiltà rrestawrata tas-setgħat fil-livell tal-kumpannija holding finanzjarja mħallta timplika li ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE jew 2009/138/KE japplikaw f’dan il-livell simultanjament. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jkunu jew ekwivalenti, speċjalment fir-rigward tal-elementi kwalitattivi tal-proċess tal-eżami superviżorju. Pereżempju, rekwiżiti adatti u identiċi għall-ġestjoni tal-kumpanniji holding huma koperti mid-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE. Sabiex tiġi evitata s-sovrapożizzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tas-superviżjoni fl-ogħla livell, is-superviżuri għandhom ikunu kapaċi japplikaw dispożizzjoni partikolari darba biss, waqt li jikkonformaw mad-dispożizzjoni identiċi fid-direttivi l-oħra kollha applikabbli. Fejn id-dispożizzjonijiet ma jkunux ifformulati b’mod identiku, għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti, jekk ikunu simili fis-sustanza, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju. Fil-valutazzjoni tal-ekwivalenza, is-superviżuri għandhom jiċċekkjaw, fi ħdan il-kulleġġi, jekk, fir-rigward ta’ kull direttiva applikabbli, l-ambitu huwiex kopert u l-objettivi humiex miksuba, mingħajr ma jitbaxxew l-istandards ta’ superviżjoni. Għandu jkun possibbli li l-valutazzjonijiet ta’ ekwivalenza jevolvu pass pass mat-tibdil fl-oqfsa u l-prattiki ta’ superviżjoni. Il-valutazzjonijiet tal-ekwivalenza, għalhekk, għandhom ikunu suġġetti għal proċess miftuħ u li jevolvi. Dak il-proċess għandu jippermetti soluzzjonijiet każ b’każ sabiex il-karatteristiċi relevanti ta’ grupp partikolari jiġu kkunsidrati. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fi ħdan qafas superviżorju għal grupp wieħed partikolari u biex jinkisbu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fost il-konglomerati finanzjarji kollha fl-Unjoni, hija meħtieġa kooperazzjoni superviżorja xierqa. Għal dak il-għan, l-ESAs, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw linji gwida bil-għan li jkun hemm il-konverġenza tal-valutazzjonijiet ta’ ekwivalenza u jaħdmu sabiex jinħarġu standards tekniċi vinkolanti. |
(15) |
Sabiex tittejjeb is-superviżjoni supplementari ta ‘entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandhom ikunu delegati lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ adattazzjonijiet tekniċi li għandhom isiru fid-Direttiva 2002/87/KE rigward id-definizzjonijiet, l-allinjament tat-terminoloġija u l-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-imsemmija Direttiva. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, fil-waqt u adegwata ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(16) |
Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju, ma jistgħax jinkisebu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan. |
(17) |
Id-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE għalhekk għandhom jiġu emendati, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 98/78/KE
Id-Direttiva 98/78/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 2(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. Kull impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li l-impriża prinċipali tagħha tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni, kumpannija holding finanzjarja mħallta, assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża ta’ riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru għandha tkun soġġetta għal superviżjoni supplimentari bil-mod preskritt fl-Artikolu 5(2), u l-Artikoli 6, 8 u 10.”. |
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a Livell ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta 1. Meta kumpannija holding finanzjarja mħallta hija suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, kif ukoll tad-Direttiva 2002/87/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, l-awtorità kompetenti responsabbli biex teżerċita superviżjoni tista’ tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati, li tapplika biss id-dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva 2002/87/KE lil dik il-kumpannija holding finanzjarja mħallta. 2. Fejn kumpannija holding finanzjarja mħallta hija soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti kemm skont din id-Direttiva kif ukoll skont id-Direttiva 2006/48/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, l-awtorità kompetenti responsabbli biex teżerċita s-superviżjoni supplimentari tista’ tiddeċiedi, bi ftehim mas-superviżur ta’ konsolidazzjoni fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment, sabiex tapplika biss id-dispożizzjoni tad-direttiva relatata mas-settur l-aktar sinifikattiv kif determinat f’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE. 3. L-awtorità kompetenti responsabbli biex teżerċita superviżjoni supplementari għandha tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) (‘ABE’), u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) (‘AEAPX’) dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafi 1 u 2. L-ABE, l-AEAPX u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Komitat Konġunt), jiżviluppaw linji gwida mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, li huma għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ dawk il-linji gwida. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament. (*) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12." |
(4) |
L-Artikolu 3(1) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “1. L-eżerċizzju tas-superviżjoni supplimentari skont l-Artikolu 2 ma għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol superviżorju fir-rigward ta’ impriżi tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, ta’ kumpanniji holding tal-assigurazzjoni, ta’ kumpanniji holding finanzjarja mħallta jew ta’ kumpanniji holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta meqjusa individwalment.”. |
(5) |
L-Artikolu 4(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. Meta impriżi tal-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, kumpannija holding finanzjarja mħallta jew kumpannija holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati jistgħu jilħqu ftehim fuq min minnhom għandu jkun responsabbli sabiex jeżerċita s-superviżjoni supplimentari.”. |
(6) |
L-Artikolu 10 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10 Kumpanniji holding tal-assigurazzjoni, kumpanniji holding finanzjarji mħallta, kumpanniji tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru u kumpanniji tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru 1. Fir-rigward tal-Artikolu 2(2), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-metodu ta’ superviżjoni supplementari jiġi applikat bi qbil mal-Anness II. Il-kalkolu għandu jinkludi l-impriżi relatati kollha tal-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, il-kumpannija holding finanzjarja mħallta, l-impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew l-impriża tar-riassigurazjoni minn pajjiż mhux membru. 2. Jekk, fuq il-bażi tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li s-solvenza ta’ impriża sussidjarja tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, tal-kumpannija holding finanzjarja mħallta, tal-impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew tal-impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru hija, jew tista’ tkun, fil-periklu, huma għandhom jieħdu miżuri xierqa fil-livell ta’ dik l-impriża ta’ assigurazzjoni jew ta’ riassigurazzjoni.”. |
(7) |
L-Annessi I u II għandhom jiġu emendati skont l-Anness I għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 2002/87/KE
Id-Direttiva 2002/87/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikoli 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għas-superviżjoni supplimentari ta’ entitajiet regolati li jkunu kisbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE (****), l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/39/KE (*****), l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE (******), l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/48/KE (*******), l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE (********), l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE Solvenza (*********) jew l-Artikoli 6 sa 11 tad-Direttiva 2011/61/UE (**********), u li huma parti minn konglomerat finanzjarju. Din id-Direttiva temenda wkoll ir-regoli settorjali rilevanti li japplikaw għall-entitajiet regolati minn dawn id-Direttivi. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(****) Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1)." (*****) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1)." (******) Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1)." (*******) Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1)." (********) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32)." (*********) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)." (**********) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1)." (***********) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201." |
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 3 u 4 huma ssostitwiti b’dan li ġej: “3. Għall-għanijiet tal-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta’ adegwatezza tal-kapital imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari f’konformita’ mal-Anness I:
4. Meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti tal-adegwatezza tal-kapital supplimentari fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju bl-applikazzjoni tal-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-kontabilità) imsemmi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, il-fondi proprji u r-rekwiżiti ta’ solvenza tal-entitajiet fil-grupp għandhom jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni tar-regoli settorjali korrispondenti għall-forma u l-livell ta’ konsolidazzjoni kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikoli 133 u 134 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 221 tad-Direttiva 2009/138/KE. Meta jiġi applikat il-metodu 2 (Tnaqqis u aggregazzjoni) imsemmi fl-Anness I, il-kalkolu għandu jikkunsidra l-proporzjon tal-kapital sottoskritt miżmum direttament jew indirettament mill-impriża prinċipali jew impriża li jkollha parteċipazzjoni f’entità oħra tal-grupp.”. |
(6) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 9b Ittestjar ta’ stress 1. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-koordinatur jiżgura l-ittestjar tal-isrtess xieraq u regolari tal-konglomerati finanzjarji. Huma għandhom jeħtieġu l-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex jikkooperaw totalment mal-koordinatur. 2. Għall-finijiet tal-ittestjar tal-istess fuq skala tal-Unjoni, l-ASEjistgħu, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’kooperazzjoni mal- Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (*****************), jiżviluppaw parametric supplementary li jaqbdu r-riskji speċifiċi assoċjati mal-konglomerati finanzjarji, skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-kordinatur għandu jikkomunika r-riżultati tal-ittestjar lill-Kumitat Konġunt. |
(10) |
L-Artikolu 10(2)(b) huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
(13) |
Fl-Artikolu 12a, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Il-koordinaturi għandhom jipprovdu lill-Kumitat Konġunt l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) u fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1). Il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni rigward l-istrutturi legali, l-istrutturi ta’ governanza u organizzattivi ta’ konglomerati finanzjarji.”. |
(14) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 12b Linji gwida komuni 1. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw linji gwida komuni dwar kif għandhom jitwettqu mill-awtorità kompententi l-valutazzjonijiet tal-konglomerati finanzjarji bbażati fuq ir-riskju. Dawk il-linji gwida għandhom, partikolarment, jiggarantixxu li l-valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji jinkludu l-istrumenti xierqa sabiex jivvalutaw ir-riskji tal-gruppi maħluqa għall-konglomerati finanzjarji. 2. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida komuni mmirati għall-iżvilupp tal-prattiki superviżorji li jippermettu superviżjoni supplementari tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta biex jikkomplementaw b’mod xieraq is-superviżjoni tal-gruppi skont id-Direttivi 98/78/KE u 2009/138/KE jew, kif xieraq, is-superviżjoni konsolidata skont id-Direttiva 2006/48/KE. Dawk il-linji gwida għandhom jippermettu r-riskji rilevanti kollha li jiġu inkorporati fis-superviżjoni, filwaqt li jiġu eliminati s-sovrapożizzjonijiet superviżorji u prudenzjali potenzjali.”. |
(15) |
L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
(16) |
L-Artikolu 19 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 19 Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi L-Artikolu 39(1) u (2) tad-Direttiva 2006/48/KE, l-Artikolu 10a tad-Direttiva 98/78/KE u l-Artikolu 264 tad-Direttiva 2009/138/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis għan-negozjar ta’ ftehimiet ma’ pajjiż terz jew aktar fir-rigward tal-mezzi tal-eżerċizzju tas-superviżjoni supplementari tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju.”. |
(17) |
It-titolu tal-Kapitolu III huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“ATTI DELEGATI U MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI”. |
(18) |
L-Artikolu 20 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 20 Setgħat konferiti lill-Kummissjoni Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 21c, dwar l-adattamenti tekniċi li għandhom isiru lid-Direttiva fl-oqsma li ġejjin:
Dawk il-miżuri ma għandhomx jinkludu s-suġġett tas-setgħa delegate u konferita lill-Kummissjoni fir-rigward tal-punti elenkati fl-Artikolu 21a.”. |
(19) |
Fl-Artikolu 21, il-paragrafi 2, 3 u 5 jitħassru. |
(20) |
L-Artikolu 21a huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu fil-Kapitolu III: “Artikolu 21b Linji Gwida Komuni L-ABE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu l-linji gwida komuni msemmija fl-Artikolu 3(8), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(6), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 12b u l-Artikolu 21(4) skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament. Artikolu 21c Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 20 għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin mid-9 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa delegate sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun prorogata b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm ma l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu t-tali proroga mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm lid-delega tas-setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Hija tiddekorri mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ. 4. Malli tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se jesprimu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi prorogat bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”. |
(22) |
Fl-Artikolu 30, l-ewwel subparagrafu jiġi mibdul b’li ġej: “Sakemm ikun hemm aktar kordinazzjoni ta’ regoli settorjali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inklużjoni ta’ kumpanniji li jimmaniġġaw assi:
|
(23) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 30a Maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi 1. Sakemm ikun hemm aktar koordinament ta’ regoli settorjali, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-inklużjoni ta’ maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi:
2. Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, jew jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom is-setgħa li jiddeċiedu, skont liema regoli settorjali (settur bankarju, settur tal-assigurazzjoni jew settur tas-servizzi ta’ investiment) il-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandhom jiġu inklużi fis-superviżjoni konsolidata u jew supplementari msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-regoli settorjali fir-rigward tal-forma u l-portata tal-inklużjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Għall-finijiet ta’ superviżjoni supplementari msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, il-maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandu jiġi ttrattat bħala parti ta’ dak is-settur li fih ikun ġie inkluż permezz tal-punt (a) tal-paragrafu 1. F’każ li l-maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi jkun parti minn konglomerat finanzjarju, ir-riferimenti għall-entitajiet regolati, u għall-awtoritajiet kompetenti u rilevanti għandhom għalhekk, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jinftehmu bħala komprensivi, rispettivament, tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi u tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Dan japplika mutatis mutandis fir-rigward ta’ gruppi kif msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.”. |
(24) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness II għal din id-Direttiva. |
Artikolu 3
Emendi fid-Direttiva 2006/48/KE
Id-Direttiva 2006/48/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. L-Artikolu 39 u l-Artikoli 124 sa 143 għandhom japplikaw għall-kumpanniji holding finanzjarja jew il-kumpanniji holding finanzjarja mħallta, u għall-kumpanniji holding b’attività mħallta li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-Unjoni.” |
(2) |
L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 14 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 14 Kull awtorizzazzjoni għandha tkun notifikata lill-ABE. L-isem ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu li lilha tkun ingħatat l-awtorizzazzoni għandha tiddaħħal f’lista li l–ABE għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq il-websajt tagħha. L-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lill-ABE bl-informazzjoni kollha dwar il-grupp bankarju skont l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 73(3), partikolarment fir-rigward tal-istruttura ġuridika u l-istruttura tal-governanza u organizzattiva tal-grupp.”. |
(4) |
L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 69 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw l-għażla prevista mill-paragrafu 1 meta l-impriża prinċipali hija kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni ta’ kreditu, sakemm tkun suġġetta għall-istess superviżjoni bħal dik applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u b’mod partikolari għall-istandards stabbiliti fl-Artikolu 71(1).”. |
(6) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 71 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 68, 69 u 70, l-istituzzjonijiet tal-kreditu kontrollati minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew kumpannija holding finanzjarja fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, safejn u bil-mod preskritt fl-Artikolu 133, mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 75, 120, 123 u t-Taqsima 5 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata ta’ dik il-kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta. Fejn aktar minn istituzzjoni ta’ kreditu waħda hija kkontrollata minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, l-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-istituzzjoni ta’ kreditu li s-superviżjoni fuq bażi konsolidata tagħha tapplika f’konformità mal-Artikoli 125 u 126.”. |
(7) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 72 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. L-istituzzjonijiet tal-kreditu kontrollati minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew minn kumpannija holding prinċipali mħallta fl-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu 5 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata ta’ dik il-kumpannija holding finanzjarja jew dik il-kumpannija holding finanzjarja mħallta. Is-sussidjarji sinifikanti ta’ kumpanniji holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpanniji holding finanzjarja prinċipali mħaltta fl-UE għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XII, il-Parti 1, il-punt 5, fuq bażi individwali jew subkonsolidata.”. |
(8) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 72a 1. Meta kumpannija holding finanzjarja mħallta hija suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti fl-ambitu ta’ din id-Direttiva kif ukoll tad-Direttiva 2002/87/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superiżur tal-konsolidazzjoni tista’ tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji, li tapplika għal dik il-kumpannija holding finanzjarja mħallta dikid-dispożizzjoni biss tad-Direttiva 2002/87/KE li hija rilevanti. 2. Meta kumpannija holding finanzjarja mħallta hija suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti kemm f’din id-Direttiva kif ukoll fl-ambitu tad-Direttiva 2009/138/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is- superiżur tal-konsolidazzjoni tista’ tiddeċiedi, bi ftehim komuni mas-supervizur tal-grupp fis-settur tal-assigurazzjoni, li tapplika għal dik il-kumpannija holding finanzjarja mħallta, dik id-dispożizzjoni biss tad-Direttiva relatata mal-aktar settur finanzjarju sinifikanti kif determinat mill-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KEkumpannija. 3. Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinforma lill-ABE u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******************) (‘AEAPX’) tad-deċiżjonijiet meħudin skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. L-ABE, l-AEAPX u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******************) (“AETS”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“il-Kumitat Komġunt”), jiżviluppaw linji gwida mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, li huma għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-linji gwida. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
(9) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 73 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu sussidjarji japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 75, 120 u 123 u t-Taqsima 5 ta’ din id-Direttiva fuq bażi subkonsolidata jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew l-impriża prinċipali tagħhom fejn dik l-impriża finanzjarja hija kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, għandhom istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja jew kumpannija tal-immaniġġar tal-assi kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/87/KE bħala sussidjarja stabbilita f’pajjiż terz, jew għandhom parteċipazzjoni f’tali impriża.”. |
(10) |
Fl-Artikolu 80(7), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
(11) |
L-Artikolu 84 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
Fl-Artikolu 89(1), il-punt (e) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
|
(13) |
Il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikoli 105 huma ssostitwiti b’dan li ġej: “3. Meta Approċċ ta’ Kejl Avanzat ikun maħsub sabiex jintuża minn istituzzjoni prinċipali tal-kreditu fl-UE u s-sussidjarji tagħha jew mis-sussidjarji ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet ġuridiċi differenti għandhom jikkooperaw mill-qrib kif ipprovdut fl-Artikoli 129 sa 132. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-elementi elenkati fil-Parti 3 tal-Anness X. 4. Fejn istituzzjoni prinċipali tal-kreditu fl-UE u s-sussidjarji tagħha jew is-sussidjarji ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE jużaw Approċċ ta’ Kejl Avanzat fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-kriterji ta’ kwalifika stipulati fil-Parti 3 tal-Anness X,jintlaħqu mill-kumpannija prinċipali u s-sussidjarji tagħha kkunsidrati flimkien.”. |
(14) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 122a huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-UE, jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta, jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha, bħala oriġinatur jew sponsor, tittitolizza skoperturi minn diversi istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi sodisfatt abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE, tal-kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew tal-kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE relatata. Dan il-paragrafu għandu japplika biss fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet finanzjarji li ħolqu l-iskoperturi titolizzati impenjaw ruħhom li jaderixxu mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 u jipprovdu fil-waqt, lill-oriġinatur jew l-isponsor u, lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE, lill-kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew lill-kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 7 kumpannijakumpannija.”. |
(15) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 125 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. Fejn il-kumpannija prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tkun kumpannija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, l-awtoritajiet kompetenti li awtorizzaw dik l-istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 6 għandhom jeżerċitaw is-superviżjoni fuq bażi konsolidata.”. |
(16) |
L-Artikolu 126 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 126 1. Meta istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-kumpannija prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, l-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, l-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew l-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata fl-Istat Membru li fih tkun twaqqfet il-kumpannija holding finanzjarja jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta. Meta l-kumpanniji prinċipali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jinkludu iżjed minn kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta waħda bl-uffiċċji prinċipali tagħhom fi Stati Membri differenti u jkun hemm istituzzjoni ta’ kreditu f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ. 2. Meta iżjed minn istituzzjoni tal-kreditu waħda awtorizzata fl-Unjoni Ewropea jkollhom bħala l-kumpannija prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding finanzjarja jew l-istess kumpannija holding finanzjarja mħallta u l-ebda waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tal-kreditu ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih tkun twaqqfet il-kumpannija holding finanzjarja jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-istituzzjoni ta’ kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, li għandha titqies, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, bħala l-istituzzjoni tal-kreditu kontrollata minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE. 3. F’każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu bi ftehim komuni jirrinunzjaw il-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jekk l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx xierqa, filwaqt li jqisu l-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom f’pajjiżi differenti, u jaħtru awtorità kompetenti differenti sabiex teżerċita superviżjoni fuq bażi konsolidata. Qabel ma jaqblu dwar eżenzjoni ta’ dan it-tip, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-istituzzjoni tal-kreditu prinċipali fl-UE, lill-kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE, lill-kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, jew lill-istituzzjoni tal-kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, kif ikun xieraq, l-opportunità li tagħti l-opinjoni tagħha dwar dik id-deċiżjoni. 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ABE bi kwalunkwe eżenzjoni skont il-paragrafu 3.”. |
(17) |
L-Artikolu 127 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(18) |
L-Artikolu 129 huwa emendat kif ġej:
|
(19) |
Fl-Artikolu 131a(2), is-sitt subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Dawn li ġeejin jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri:
|
(20) |
L-Artikolu 132(1) huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
L-Artikolu 135 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 135 L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju ta’ kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom biżżejjed esperjenza biex iwettqu dawk id-dmirijiet.”. |
(22) |
Fl-Artikolu 139(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, bil-ftehim li, fil-każ ta’ kumpanniji holding finanzjarji, ta’ kumpanniji holding finanzjarji mħallta, ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ impriżi ta’ servizzi anċillari, il-ġbir jew il-pussess tal-informazzjoni ma għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma rikjesti jiżvolġu rwol ta’ superviżjoni fir-rigward ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew l-impriżi li jinnegozjaw għal rashom.”. |
(23) |
L-Artikolu 140 huwa emendat kif ġej:
|
(24) |
L-Artikoli 141 u 142 huma ssostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 141 Fejn, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu jixtiequ f’każijiet speċifiċi jivverifikaw l-informazzjoni dwar istituzzjoni ta’ kreditu, kumpannija holding finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta’ servizzi anċillari, kumpannija holding b’attività mħallta, kumpannija holding finanzjarja mħallta, sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 137 jew sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 127(3), li tinsab fi Stat Membru ieħor, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor sabiex titwettaq dik il-verifika. L-awtoritajiet li jirċievu talba bħal din għandhom, fil-qafas tal-kompetenza tagħhom, jaġixxu dwarha jew billi jwettqu l-verifika huma stess, billi jħallu lill-awtoritajiet li għamlu t-talba jwettquha huma, jew billi jħallu awditur jew espert iwettaqha. L-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba tista’tipparteċipa fil-verifika meta ma twettaqx il-verifika hija stess. Artikolu 142 Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu imposti penalitajiet u miżuri mmirati sabiex itemmu l-ksur osservat jew il-kawżi ta’ tali ksur, fuq kumpanniji holding finanzjarja, kumpanniji holding finanzjarja mħallta u kumpanniji holding b’attività mħallta jew fuq il-maniġers effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ppromulgati sabiex jimplimentaw l-Artikoli 124 sa 141 u dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li dawk il-penalitajiet jew miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa, speċjalment meta l-amministrazzjoni ċentrali jew l-istabbiliment prinċipali ta’ kumpannija holding finanzjarja jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta jew kumpannija holding b’attività mħallta ma jkunux jinsabu fl-istess Stat Membru bħal dak fejn hemm l-uffiċċju prinċipali tagħha.”. |
(25) |
L-Artikolu 143 huwa emendat kif ġej:
|
(26) |
Jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 146a L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiddivulgaw pubblikament, fil-livell tal-grupp bankarju, fuq bażi annwali, jew kompletament jew permezz ta’ referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura ġuridika u l-istrutturi ta’ governanza u organizzattiva tagħhom.”. |
(27) |
L-Anness X huwa emendat skont l-Anness III għal din id-Direttiva. |
Artikolu 4
Emendi fid-Direttiva 2009/138/KE
Id-Direttiva 2009/138/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikoli 212(1), il-punti (f) u (g) huma ssostitwiti b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 213, il-paragrafi 2 u 3 huma ssostitwiti b’dan li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżjoni fil-livell tal-grupp tapplika għal dawn li ġejjin:
3. Fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni tkun jew impriża relatata ta’, jew tkun fiha nnfisha entità regolata jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li tkun suġġetta għal superviżjoni supplimentari f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur tal-grupp jista’, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, jiddeċiedi li ma jwettaqx is-superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 244 ta’ din id-Direttiva, is-superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp imsemmija fl-Artikolu 245 ta’ din id-Direttiva, jew it-tnejn li huma, fil-livell ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti jew ta’ dik il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta,. 4. Meta kumpannija holding finanzjarja mħallta tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2002/87/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur tal-grupp jista’, wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, japplika biss id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/87/KE lil dik il-kumpannija holding finanzjarja mħallta. 5. Fejn kumpannija holding finanzjarja mħallta tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2006/48/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur tal-grupp jista’, bi ftehim mas-superviżur għall-konsolidament fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment, japplika biss id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li għandha x’taqsam mal-aktar settur importanti kif stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE. 6. Is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********************) (‘ABE’) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (‘AEAPX’) (*********************) dwar id-deċiżjonijiet meħudin skont il-paragrafi 4 u 5. L-ABE, l-AEAPX u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 (**********************) (“AETS”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt), jiżviluppaw linji gwida mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, li huma għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ dawk il-linji gwida. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament. (********************) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12." |
(3) |
L-Artikolu 214(1) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “1. L-eżerċizzju tas-superviżjoni tal-grupp f’konformità mal-Artikolu 213 m’għandux jimplika li jeħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom rwol ta’ superviżjoni rigward l-impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, l-impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta meħuda individwalment, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 257 safejn huma kkonċernati l-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpanniji holding finanzjarji mħallta.”. |
(4) |
Fl-Artikolu 215, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Fejn l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta msemmija fl-Artikolu 213(2)(a) u (b) hija fiha nfisha impriża sussidjarja ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni oħra jew ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni oħra jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta oħra li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, l-Artikoli 218 sa 258 għandhom japplikaw biss fil-livell tal-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni. 2. Fejn l-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, hija impriża sussidjarja ta’ impriża soġġetta għal superviżjoni supplimentari f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur tal-grupp jista’, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, jiddeċiedi li ma jwettaqx, is-superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 244, is-superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp imsemmija fl-Artikolu 245, jew it-tnejn li huma, fil-livell ta’ dik l-impriża jew il-kumpanija prinċipali aħħarija.”. |
(5) |
L-Artikolu 216(1) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “1. Fejn l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 213(2), ma għandhiex l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru tal-impriża prinċipali aħħarija fil-livell tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 215, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom jiddeċiedu, wara konsultazzjoni mas-superviżur tal-grupp u dik l-impriża prinċipali aħħarija fil-livell tal-Unjoni, li jpoġġu l-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta fil-livell nazzjonali għas-superviżjoni tal-grupp.”. |
(6) |
L-Artikolu 219 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 219 Frekwenza tal-kalkolu 1. Is-superviżur tal-grupp għandu jiżgura li l-kalkoli msemmija fl-Artikolu 218(2) u (3) jitwettqu tal-inqas darba fis-sena, mill-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni, jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta. Id-data rilevanti għal u r-riżultati ta’ dak il-kalkolu għandhom jiġu ppreżentati lis-superviżur tal-grupp mill-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew, fejn l-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-impriża fil-grupp identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp innifsu. 2. L-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni u l-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandhom jimmonitorjaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp fuq bażi kontinwa. Fejn il-profil tar-riskju tal-grupp jiddevja konsiderevolment mis-suppożizzjonijiet sottostanti fl-aħħar Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp irrappurtat, il-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp għandu jiġi kkalkulat mill-ġdid mingħajr dewmien u rrappurtat lis-superviżur tal-grupp. Fejn ikun hemm evidenza biżżejjed li turi li l-profil tar-riskju tal-grupp inbidel konsiderevolment mid-data li fih ġie rrappurtat l-aħħar ir-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp, is-superviżur tal-grupp jista’ jeħtieġ li jiġi kkalkulat mill-ġdid il-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp.”. |
(7) |
L-Artikolu 226 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 226 Il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni intermedjarji 1. Meta tiġi kkalkulata s-solvenza tal-grupp ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għandha parteċipazzjoni f’impriża tal-assigurazzjoni relatata, f’impriża tar-riassigurazzjoni relatata, f’impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew f’impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, permezz ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, għandu jittieħed kont tas-sitwazzjoni ta’ tali kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta. Għall-iskop uniku ta’ dak il-kalkolu, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni intermedja jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja għandha tiġi ttrattata bħallikieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni soġġetta għar-regoli stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I, fir-rigward tal-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza u soġġetta għall-istess kondizzjonijiet stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I fir-rigward tal-fondi proprji eliġibbli għall-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza. 2. Fil-każijiet fejn kumpannija holding tal-assigurazzjoni intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja għandha dejn subordinat jew fondi proprji eliġibbli oħra soġġetti għal limitazzjoni f’konformità mal-Artikolu 98, dawn għandhom jiġu rikonoxxuti bħala fondi proprji eliġibbli sal-ammonti kkalkulati bl-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 98 għall-fondi proprji eliġibbli totali pendenti fuq il-livell ta’ grupp kif imqabbla mal-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza fuq il-livell ta’ grupp. Kwalunkwe fond proprju eliġibbli ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja, li jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità superviżorja f’konformità mal-Artikolu 90 jekk kien miżmum minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jista’ jiġi inkluż fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp biss safejn ikun ġie debitament awtorizzat mis-superviżur tal-grupp.”. |
(8) |
Fl-Artikolu 231(1), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: “1. Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-permess biex jiġi kkalkulat i-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp konsolidat, kif ukoll il-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp, abbażi ta’ mudell intern, imressqa minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-impriżi relatati tagħha, jew b’mod konġunt mill-impriżi relatati ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew minn kumpannija holding finanzjarja mħallta, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jikkooperaw biex tintlaħaq deċiżjoni dwar jekk jagħtux dak il-permess jew le u biex jiġu determinati t-termini u l-kondizzjonijiet, jekk hemm, li għalihom huwa soġġett tali permess.”. |
(9) |
L-Artikolu 233(5) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “5. Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-permess biex jiġi kkalkulat il-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp abbażi ta’ mudell intern, imressqa minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-impriżi relatati tagħha, jew b’mod konġunt mill-impriżi relatati ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta, l-Artikolu 231 għandu japplika mutatis mutandis.”. |
(10) |
Fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tat-Titolu III, it-titolu tas-Subtaqsima 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“Superviżjoni tas-solvenza tal-grupp għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma s-sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta”. |
(11) |
L-Artikolu 235 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 235 Solvenza tal-grupp ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta 1. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni huma s-sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta, is-superviżur tal-grupp għandu jiżgura li l-kalkolu tas-solvenza tal-grupp jitwettaq fil-livell tal-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew tal-kumpannija holding finanzjarja mħallta bl-applikazzjoni tal-Artikolu 220(2) sal-Artikolu 233. 2. Għall-iskop ta’ dak il-kalkolu, l-impriża prinċipali għandha tiġi ttrattata bħallikieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni soġġetta għar-regoli stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I, fir-rigward tal-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza u soġġetta għall-istess kondizzjonijiet stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I fir-rigward tal-fondi proprji eliġibbli għall-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza.”. |
(12) |
L-Artikolu 243 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 243 Sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni u ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta L-Artikoli 236 sa 242 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma s-sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta.”. |
(13) |
L-Artikolu 244(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpanniji holding finanzjarji mħallta jirrappurtaw, fuq bażi regolari u mill-inqas kull sena, lis-superviżur tal-grupp dwar kwalunkwe konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti fil-livell tal-grupp, sakemm ma japplikax l-Artikolu 215(2). L-informazzjoni meħtieġa għandha titressaq quddiem is-superviżur tal-grupp mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tmexxi l-grupp jew, fejn il-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-grupp li tkun identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp. Il-konċentrazzjonijiet tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni superviżorja mis-superviżur tal-grupp.”. |
(14) |
L-Artikolu 245(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta jirrappurtaw fuq bażi regolari, u mill-inqas kull sena, lis-superviżur tal-grupp dwar kwalunkwe tranżazzjoni sinifikanti fost il-grupp mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp partikolari, fosthom dawk imwettqa ma’ persuna fiżika b’rabtiet mill-qrib ma’ impriża fil-grupp, sakemm ma japplikax l-Artikolu 215(2). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li jsir ir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet sinifikanti fost il-grupp minnufih malli dan ikun possibbli. L-informazzjoni meħtieġa għandha titressaq quddiem is-superviżur tal-grupp mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tmexxi l-grupp jew, fejn il-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-grupp li tkun identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp. It-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni superviżorja mis-superviżur tal-grupp.”. |
(15) |
Fl-Artikolu 246(4), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej: “4. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni, lill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew lill-kumpannija holding finanzjarja mħallta biex, fil-livell tal-grupp, titwettaq il-valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 45. Il-valutazzjoni tar-riskju proporju u tas-solvenza mwettqa fuq il-livell tal-grupp għandha tkun suġġetta għal reviżjoni superviżorja b’konformita’ mal-Kapitolu III. Meta l-kalkolu tas-solvenza fil-livell tal-grupp jitwettaq f’konformità mal-metodu 1, kif imsemmi fl-Artikolu 230, l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha tfiehem lis-superviżur tal-grupp id-differenza bejn l-ammont tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kollha relatati tal-grupp u tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat. L-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta tista’, soġġetta għall-kunsens tas-supeviżur tal-grupp, twettaq kwalunkwe valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 45 fil-livell tal-grupp u fil-livell ta’ kwalunkwe sussidjarja fil-grupp fl-istess ħin, u tista’ tħejji dokument wieħed li jkopri l-valutazzjonijiet kollha.”. |
(16) |
Fl-Artikolu 247(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(17) |
Fl-Artikolu 249(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u l- AEAPX bl-informazzjoni dwar il-grupp, f’konformità mal-Artikolu 19, l-Artikolu 51(1) u l-Artikolu 254(2), b’mod partikulari fir-rigward tal-istruttura ġuridika u l-istruttura ta’ governanza u organizzattiva tal-grupp.”. |
(18) |
Fl-Artikolu 256, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni parteċipanti, il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta biex jiżvelaw pubblikament, fuq bażi annwali, rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja fil-livell tal-grupp. L-Artikoli 51, 53, 54 u 55 għandhom japplikaw mutatis mutandis. 2. Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta tista’, soġġetta għall-kunsens tas-superviżur tal-grupp, tipprovdi rapport wieħed dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tagħha li għandu jinkludi dan li ġej:
Qabel jagħti kunsens f’konformità mal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp għandu jikkonsulta u jieħu kont b’mod debitu ta’ kwalunkwe fehma u riżerva tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri.”. |
(19) |
L-Artikolu 257 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 257 Korp amministrattiv, maniġerjali u superviżorju ta’ kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u ta’ kumpanniji holding finanzjarji mħallta L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-persuni kollha li effettivament imexxu l-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta huma kompetenti u xierqa biex iwettqu l-kompiti tagħhom. L-Artikolu 42 għandu japplika mutatis mutandis.”. |
(20) |
Fl-Artikolu 258, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej: “1. Fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi grupp ma jkunux konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 218 sa 246 jew fejn ikunu sodisfatti r-rekwiżiti iżda s-solvenza xorta waħda tista’ tiġi pperikolata, jew fejn tranżazzjonijiet fost il-grupp jew il-konċentrazzjonijiet ta’ riskju huma theddida għall-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzoni, għandhom jiġu adottati l-miżuri neċessarji sabiex jirranġaw is-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun minn:
Fejn, fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp mhux wieħed mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet superviżorji dwar is-sejbiet tiegħu bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa. Fejn, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp mhux wieħed mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih il-kumpannija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet superviżorji dwar is-sejbiet tiegħu bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet superviżorji tagħhom fir-rigward tal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta. L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, li jinkludu s-superviżur tal-grupp, fejn ikun xieraq għandu jikkoordina l-miżuri tagħhom. 2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jimponu sanzjonijiet fuq jew jadottaw il-miżuri relatati mal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti, jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li ddaħħlu fis-seħħ biex jiġi traspost dan it-Titolu, jew fir-rigward tal-persuna li tkun qiegħda effettivament tamministra dawk il-kumpanniji. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li tali sanzjonijiet jew miżuri jkunu effettivi, speċjalment meta l-amministrazzjoni ċentrali jew l-istabbiliment prinċipali ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta ma tkunx tinsab fl-istess Stat Membru bħall-uffiċċju prinċipali tagħha.”. |
(21) |
L-Artikolu 262 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 262 Impriżi prinċipali reġistrati f’pajjiż terz: in-nuqqas ta’ ekwivalenza 1. Fejn il-verifika mwettqa skont l-Artikolu 260 turi li jkun hemm nuqqas tas-superviżjoni ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kemm l-Artikoli 218 sa 258, bl-istess mod u bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 236 sa 243, jew wieħed mill-metodi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-prinċipji ġenerali u l-metodi stabbiliti fl-Artikoli 218 sa 258 għandhom japplikaw fil-livell tal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni, tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta, tal-impriżi tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew tal-impriżi tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz. Għall-fini uniku tal-kalkolu tas-solvenza tal-grupp, l-impriża prinċipali għandha tiġi trattata daqs li kieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġetta għall-istess kondizzjonijiet kif stabbilit fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I fir-rigward tal-fondi tagħha stess eliġibbli għall-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza u kwalukwe milli ġejjin:
2. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom biex japplikaw metodi oħra li jiżguraw superviżjoni xierqa tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp. Dawk il-metodi għandhom jiġu miftiehma mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati. L-awtoritajiet superviżorji jistgħu b’mod partikolari jeħtieġu l-istabbilitment ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni u japplikaw dan it-Titolu għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp immexxi minn dik il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta. Il-metodi magħżula għandhom jippermettu li jinkisbu l-objettivi tas-superviżjoni tal-grupp kif definit f’dan it-Titolu u għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u lill-Kummissjoni.”. |
(22) |
Fl-Artikolu 263, l-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “Fejn l-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 260 hija fiha nfisha sussidjarja ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz jew ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-verifika prevista fl-Artikolu 260 biss fil-livell tal-impriża prinċipali aħħarija li hija kumpannija holding tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, kumpannija holding finanzjarja mħallta minn pajjiż terz, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz. L-awtoritajiet superviżorji jistgħu, madankollu, fin-nuqqas tas-superviżjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 260, iwettqu verifika ġdida f’livell aktar baxx fejn teżisti impriża prinċipali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kemm jekk tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, kumpannija holding finanzjarja mħallta minn pajjiż terz, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz.”. |
Artikolu 5
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva 2002/87/KE sħiħa, inklużi l-atti delegati u implimentattivi adottati skont dan. Wara dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sal-31 ta’ Diċembru 2012, filwaqt li jiġi indirizzat, b’mod partikolari, l-ambitu ta’ dik id-Direttiva, inkluż jekk l-ambitu għandux jiġi estiż billi jiġi rivedut l-Artikolu 3, u l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva għal entitajiet mhux irregolati, b’mod partikolari vetturi b’għanijiet speċifiċi. Ir-rapport għandu jkopri wkoll il-kriterji ta’ identifikazzjoni tal-konglomerati finanzjarji ta’ gruppi mhux finanzjarji usa’ li l-attivitajiet totali tagħhom fis-settur bankarju, is-settur tal-assigurazzjoni u s-settur tas-servizzi tal-investiment huma materjalment relevanti fis-suq intern għas-servizzi finanzjarji.
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll jekk l-ESA għandhomx, permezz ta’ Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida għall-valutazzjoni ta’ din ir-relevanza materjali.
Fl-istess kuntest, ir-rapport għandu jkopri b’mod sistematiku konglomerati finanzjarji relevanti, li l-kobor, l-interkonnettività jew il-kumplessità tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli, u li jridu jiġu identifikati b’analoġija mal-istandards li jevolvu tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja u tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja. Barra minn hekk, dak ir-rapport għandu jirrevedi l-possibilità li jiġu introdotti testijiet tal-istress obbligatorji. Ir-rapport għandu jiġi segwit, jekk hu neċessarju, minn proposti leġislattivi xierqa.
Artikolu 6
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 1, 2 u 3 ta’ din id-Direttiva sal-10 ta’ Ġunju 2013. Huma għandhom jibagħtu immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva mill-10 ta’ Ġunju 2013. Huma għandhom jibagħtu immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.
3. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sat-22 ta’ Lulju 2013 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 2(23) ta’ din id-Direttiva kif ukoll mal-Artikolu 2(1), (2)(a) ta’ din id-Direttiva, safejn dawk id-dispożizzjonijiet jemendaw l-Artikolu 1, l-Artikolu 2(4), (5a) u (16), l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE fir-rigward tal-maniġers alternattivi tal-fondi tal-investiment. Huma għandhom jibagħtu immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.
4. Meta l-Istati Membri jadottaw tali miżuri rreferuti f’dan il-paragrafu, dawn irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.
5. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011.
(4) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta ħlief għal assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1).
(6) Id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassikurazzjoni fi grupp tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1).
(8) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).
(11) Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpanniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201).
(12) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(13) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(14) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(15) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(16) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
(17) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
ANNESS I
L-Annessi I u II għad-Direttiva 98/78/KE huma emendati kif ġej:
A. |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
B. |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
Fl-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE, taħt “II. Metodi Tekniċi tal-Kalkolu”, il-Metodu 3 u l-Metodu 4 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
“Metodu 3: ‘Metodu ta’ kombinazzjoni’
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu kombinazzjoni tal-metodu 1 u l-metodu 2.”.
ANNESS III
Fid-Direttiva 2006/48/KE, il-punt 30 tat-Taqsima 3 tal-Parti 3 tal-Anness X huwa sostitwit b’dan li ġej:
“30. |
Meta Approċċ ta’ Kejl Avanzat ikun maħsub sabiex jintuża mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE u mis-sussidjarji tagħha, jew mis-sussidjarji ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, l-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-metodoloġija użata sabiex jiġi allokat il-kapital operazzjonali tar-riskju bejn l-entitajiet differenti tal-grupp.”. |