ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.320.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 320

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
3 ta' Diċembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul il-proċess tal-adeżjoni tagħhom għall-Unjoni Ewropea

1

 

 

2011/790/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2011 dwar l-iffirmar ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tar-Regolamenti tal-Forestrija, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Injam u tal-Prodotti Derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1256/2011 tat-30 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2012 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1124/2010

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1257/2011 tat-23 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat ta’ kwalità għolja

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1258/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għan-nitrati fl-oġġetti tal-ikel ( 1 )

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1259/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward ta’ livelli massimi għad-diossini, PCBs simili għad-diossini u PCBs mhux simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel ( 1 )

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1260/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2010 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2011 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

24

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1261/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

26

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/791/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/734/UE indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv

28

 

 

2011/792/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/4/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

32

 

 

2011/793/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2011 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Anness 9 għall-imsemmi Ftehim

33

 

 

2011/794/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2010 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8714)

37

 

 

2011/795/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-marda vexxikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2009 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8715)

39

 

 

2011/796/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-Influwenza Avjarja fi Cloppenburg, il-Ġermanja f’Diċembru 2008 u f’Jannar 2009 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8716)

41

 

 

2011/797/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8717)

43

 

 

2011/798/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fi Spanja fl-2009 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8721)

45

 

 

2011/799/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Polonja fl-2007 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8722)

47

 

 

2011/800/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-bluetongue fil-Ġermanja fl-2007 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8723)

49

 

 

2011/801/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta' emerġenza kontra l-bluetongue fi Franza fl-2007 u l-2008 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8727)

50

 

 

2011/802/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fl-Italja fl-2007 u l-2008 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8728)

52

 

 

2011/803/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza għal kontra l-bluetongue fl-Awstrija bejn l-2007 u l-2008 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8729)

54

 

 

2011/804/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2007 u fl-2008 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8732)

56

 

 

2011/805/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fl-Isvezja fl-2007 u l-2008 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8737)

58

 

 

2011/806/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fil-Lussemburgu fl-2007 u l-2008 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8742)

60

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/1


Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul il-proċess tal-adeżjoni tagħhom għall-Unjoni Ewropea

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul il-proċess tal-adeżjoni tagħhom għall-Unjoni Ewropea (1) ser jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2011.


(1)  ĠU L 317, 30.11.2011, p. 11.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Novembru 2011

dwar l-iffirmar ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tar-Regolamenti tal-Forestrija, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Injam u tal-Prodotti Derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

(2011/790/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l- l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(3) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’Mejju 2003, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “L-Infurzar tar-Regolamenti tal-Forestrija, Governanza u Kummerċ (FLEGT) – Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea”, li għamlet appell għal miżuri biex jiġi indirizzat il-qtugħ illegali tas-siġar permezz tal-iżvilupp ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja mal-pajjiżi li jipproduċu l-injam. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dan il-Pjan ta’ Azzjoni ġew adottati f’Ottubru tal-2003 (1) u l-Parlament Ewropew għadda riżoluzzjoni dwar dan is-suġġet fil-11 ta’ Lulju tal-2005 (2).

(2)

Fil-5 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati dwar ftehimiet ta’ sħubija sabiex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni fwar il-FLEGT.

(3)

Fl-20 ta’ Diċembru 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2173/2005 (3) għall-għoti ta’ liċenzji għall-importazzjonijiet tal-injam fl-Unjoni minn pajjiżi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja.

(4)

In-negozjati mar-Repubblika Ċentru-Afrikana ġew konklużi, u l-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tar-Regolamenti tal-Forestrija, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Injam u tal-Prodotti Derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie inizjalat fil-21 ta’ Diċembru 2010.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tar-Regolamenti tal-Forestrija, il-Governanza u l-Kummerċ tal-Injam u tal-Prodotti Derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 157E, 6.7.2006, p. 482.

(3)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

(4)  It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat b’mod konġunt mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1256/2011

tat-30 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2012 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1124/2010

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Europea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jistipula li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) jirrikjedi li l-miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u t-twettiq sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd ikunu stabbiliti b’kont meħud tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli u, b’mod partikolari, tar-rapport magħmul mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), u wkoll fid-dawl ta’ kull parir riċevut minn Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

(3)

Il-Kunsill għandu l-obbligu li jadotta l-miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd permezz tas-sajd jew grupp ta’ sajd, inklużi ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif adatt. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b’tali mod li f’kull Stat Membru tiġi żgurata stabbiltà relattiva ta’ attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew sajd u b’kunsiderazzjoni għall-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(4)

Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, billi jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjo-ekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinijonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, b’mod partikolari fil-laqgħat mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura u l-Kunsilli Reġjonali Konsultattivi kkonċernati.

(5)

Għall-istokkijiet soġġetti għal pjani pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regoli stabbiliti f’dawn il-pjani. Konsegwentement, il-limiti tal-qbid u l-limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (2) (“il-Pjan għall-Merluzz tal-Baħar Baltiku”).

(6)

Fid-dawl tal-parir xjentifiku l-aktar reċenti, il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz tal-Baħar Baltiku tista’ tiġi introdotta mingħajr ma tfixkel l-għanijiet tal-Pjan għall-Merluzz tal-Baħar Baltiku u mingħajr ma tirriżulta f’żieda fil-mortalità tas-sajd. Tali flessibbiltà tkun tista’ tippermetti ġestjoni effiċjenti tal-isforz tas-sajd fejn il-kwoti mhumiex allokati ugwalment fost il-flotot tal-Istati Membri u tiffaċilità reazzjonijiet rapidi għal skambji ta’ kwoti. Għalhekk għandu jkun permissibbli għal Stat Membru biex jalloka, lil bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta’ jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti oħra li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru.

(7)

Fid-dawl tal-parir xjentifiku l-aktar reċenti, huwa meħtieġ li tiġi introdotta tali flessibbiltà fil-ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz tal-Baħar Baltiku diġà fl-2011. Konsegwentement, l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1124/2010 tad- 29 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (3) għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(8)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbilit f’dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (4) u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu dwar rispettivament ir-reġistrar ta’ qabdiet u l-isforz tas-sajd u l-informazzjoni dwar data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kodiċi relatati mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta tintbagħat data lill-Kummissjoni.

(9)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (5), għandhom jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għall-miżuri varji msemmija fih.

(10)

Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li dawk iż-żoni ta’ sajd jinfetħu fl-1 ta’ Jannar 2012. Madankollu, ladarba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1124/2010 japplika mill-1 ta’ Jannar 2011, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jippermettu l-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz tal-Baħar Baltiku għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2012 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar Baltiku u jemenda r-Regolament (UE) Nru 1124/2010 fir-rigward tal-ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tal-UE li joperaw fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES)” huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (6);

(b)

“Baħar Baltiku” tfisser is-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-32;

(c)

“bastiment tal-UE” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(d)

“qabda totali permissibli” (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(e)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(f)

“jum nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perijodu kontinwu ta’ 24 siegħa jew parti minnu li fih il-bastiment ikun nieqes mill-port.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

TACs u allokazzjonijiet

It-TACs, l-allokazzjonijiet ta’ dawn it-TACs fost l-Istati Membri, u l-kondizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn meħtieġ, huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

1.   L-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbiliti f’dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b)

riallokazzjonjiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

ħatt l-art addizzjonali permessi skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d)

kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 37, 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.   Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għal stokkijiet soġġetti għal TAC ta’ prekawzjoni u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitika.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali

Ħut minn stokkijiet li għalihom huma stabbiliti l-limiti tal-qbid, għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk:

(a)

il-qabdiet ikunu saru minn bastimenti ta’ Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma ġietx eżawrita; jew

(b)

il-qabdiet jikkonsistu f’sehem ta’ kwota tal-Unjoni li ma kinitx ġiet allokata permezz ta’ kwota fost l-Istati Membri, u dik il-kwota tal-Unjoni ma ġietx eżawrita.

Artikolu 7

Limiti tal-isforz tas-sajd

1.   Il-limiti tal-isforz tas-sajd huma stabbiliti fl-Anness II.

2.   Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għas-Suddiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-Suddiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

3.   Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għas-Suddiviżjoni tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-Suddiviżjoni.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 8

Trasmissjoni tad-data

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni relatata mal-iżbark [il-ħatt l-art] tal-kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Emenda għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1124/2010

L-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1124/2010 jinbidel bit-test li jidher fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Madankollu, l-Artikolu 9 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 04, Vol 05, p. 460).

(2)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 318, 4.12.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(5)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(6)  ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.


ANNESS I

TACS APPLIKABBLI SKONT L-ISPEĊIJIET U Ż-ŻONI GĦALL-BASTIMENTI TAL-UE F’ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACS

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kondizzjonijiet marbuta magħhom b’mod funzjonali, fejn meħtieġ.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetika li ġejja tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament qed tingħata t-tabella li ġejja ta’ korrispondenzi ta’ ismijiet bil-Latin u ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alpha-3

Isem komuni

Clupea harengus

HER

Aringa

Chaceon (Geryon) quinquedens

CRR

Merluzz

Pleuronectes platessa

CYO

Barbun tat-tbajja’

Salmo salar

SĠK

Salamun tal-Atlantiku

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Speċijiet

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Suddiviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Finlandja

86 905

TAC Analitika

Svezja

19 095

Unjoni

106 000

TAC

106 000


Speċijiet

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Suddiviżjonijiet 22-24

HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24.

Danimarka

2 930

TAC Analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

11 532

Finlandja

1

Polonja

2 719

Svezja

3 718

Unjoni

20 900

TAC

20 900


Speċijiet

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32.

Danimarka

1 725

TAC Analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

457

L-Estonja

8 810

Finlandja

17 197

Latvja

2 174

Litwanja

2 289

Polonja

19 537

Svezja

26 228

Unjoni

78 417

TAC

Mhux rilevanti


Speċijiet

:

Aringa

Clupea harengus

Żona

:

Suddiviżjoni 28.1

HER/03D.RG

Estonja

14 120

TAC Analitika

Latvja

16 456

Unjoni

30 576

TAC

30 576


Speċijiet

:

Merluzz

Chaceon (Geryon) quinquedens

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 25-32

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32.

Danimarka

15 587

TAC Analitika

Ġermanja

6 200

Estonja

1 519

Finlandja

1 193

Latvja

5 795

Litwanja

3 818

Polonja

17 947

Svezja

15 791

Unjoni

67 850

TAC

Mhux rilevanti


Speċijiet

:

Merluzz

Chaceon (Geryon) quinquedens

Żona

:

Suddiviżjonijiet 22-24

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Danimarka

9 298

TAC Analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

4 546

Estonja

206

Finlandja

183

Latvja

769

Litwanja

499

Il-Polonja

2 487

Svezja

3 312

Unjoni

21 300

TAC

21 300


Speċijiet

:

Barbun tat-tbajja’

Pleuronectes platessa

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-32

PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Danimarka

2 070

TAC ta’ prekawzjoni

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

230

Polonja

433

Svezja

156

Unjoni

2 889

TAC

2 889


Speċijiet

:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-31

SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31.

Danimarka

25 396  (1)

TAC Analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

2 826  (1)

Estonja

2 581  (1)

Finlandja

31 667  (1)

Latvja

16 153  (1)

Litwanja

1 899  (1)

Polonja

7 704  (1)

Svezja

34 327  (1)

Unjoni

122 553  (1)

TAC

Mhux rilevanti


Speċijiet

:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjoni 32

SAL/3D32.

Estonja

1 581  (2)

TAC Analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Finlandja

13 838  (2)

Unjoni

15 419  (2)

TAC

Mhux rilevanti


Speċijiet

:

Laċċa kaħla u qabdiet inċidentali assoċjati

Sprattus sprattus

Żona

:

Ilmijiet tal-UE tas-Suddiviżjonijiet 22-32

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Danimarka

22 218

TAC Analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

14 076

Estonja

25 800

Finlandja

11 631

Latvja

31 160

Litwanja

11 272

Polonja

66 128

Svezja

42 952

L-Unjoni

225 237  (3)

TAC

Mhux rilevanti


(1)  Espress f’numru ta’ ħut individwali.

(2)  Espress f’numru ta’ ħut individwali.

(3)  Tal-inqas 92 % tal-ħatt l-art li jitqiesu mat-TAC għandhom ikunu ta’ laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali ta’ aringi għandhom jitqiesu mat-8 % li jibqa’ tat-TAC.


ANNESS II

LIMITI TAL-ISFORZI TAS-SAJD

1.

L-Istati Membri għandhom jallokaw id-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li jistadu bi xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew ikbar, bl-għeżula, bi xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, b’konzijiet tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix li jkunu sa:

(a)

163 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-24, bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 sat-30 ta’ April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, u

(b)

160 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 25-28, bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

2.

In-numru massimu ta’ jiem nieqes mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni msemmija fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu speċifikati fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla min-numru massimu ta’ jiem nieqes mill-port allokati għal waħda minn dawn iż-żewġ żoni.

3.

B’deroga mill-punt 1 sa 2, u fejn il-ġestjoni effiċjenti tal-opportunitajiet tas-sajd hekk teħtieġ, Stat Membru jista’ jalloka d-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu ta’ sajd għal numru ta’ jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta’ jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti oħra li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu soġġetti għal restrizzjoni tal-isforz fl-istess żona u fejn il-kapaċità, f’termini ta’ kW, ta’ kull bastiment donatur tkun daqs jew akbar minn dik tal-bastimenti riċeventi. In-numru ta’ bastimenti riċeventi ma jistax jeċċedi l-10 % tan-numru totali ta’ bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fil-punt 1.


ANNESS III

“ANNESS II

LIMITI TAL-ISFORZ TAS-SAJD

1.

L-Istati Membri għandhom jallokaw id-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li jistadu bi xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b'malji ta’ 90 mm jew ikbar, bl-għeżula, bi xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, b'konzijiet tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix li jkunu sa:

(a)

163 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-24, bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 sat-30 ta’ April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, u

(b)

160 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 25-28, bl-eċċezzjoni tal-perijodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

2.

In-numru massimu ta’ jiem nieqes mill-port kull sena li fihom bastiment jista' jkun preżenti fiż-żewġ żoni msemmija fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu speċifikati fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla min-numru massimu ta’ jiem nieqes mill-port allokati għal waħda minn dawn iż-żewġ żoni.

3.

B'deroga mill-punt 1 sa 2, u fejn il-ġestjoni effiċjenti tal-opportunitajiet tas-sajd hekk teħtieġ, Stat Membru jista' jalloka d-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu ta’ sajd għal numru ta’ jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta’ jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti oħra li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu soġġetti għal restrizzjoni tal-isforz fl-istess żona u fejn il-kapaċità, f'termini ta’ kW, ta’ kull bastiment donatur tkun daqs jew akbar minn dik tal-bastimenti riċeventi. In-numru ta’ bastimenti riċeventi ma jistax jeċċedi l-10 % tan-numru totali ta’ bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fil-punt 1.”.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1257/2011

tat-23 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat ta’ kwalità għolja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-Iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2008 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għal-laħam ta’ annimali bovini frisk, imkessaħ jew iffriżat ta’ kwalità għolja kopert mill-kodiċijiet tan-NM 0201 u 0202, għall-prodotti koperti mill-kodiċijiet tan-NM 0206 10 95 u 0206 29 91 u għal-laħam tal-buflu ffriżat u bla għadam kopert mill-kodiċi tan-NM 0202 30 90.

(2)

L-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 810/2008 jalloka 28 000 tunnellata ta’ ċanga mingħajr għadam koperta mill-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00 u 0206 10 95 għal qatgħat taċ-ċanga magħżula li jissodisfaw definizzjoni preċiża.

(3)

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (3) approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/769/UE (4), jipprevedi żieda ta’ 1 500 tunnellata fil-pajjiż allokat (l-Arġentina) il-kwota tariffarja tal-UE “laħam tal-annimali bovini mingħajr għadam, frisk jew imkessaħ”. Għall-ewwel erba’ snin tal-implimentazzjoni, iż-żieda għandha tkun 2 000 tunnellata kull sena. Dak il-Ftehim jipprovdi wkoll għall-ħolqien ta’ allokazzjoni għal pajjiż (l-Arġentina) ta’ 200 tunnellata taħt il-kwota tariffarja tal-UE “Laħam tal-buflu mingħajr għadam, iffriżat “, l-allokazzjoni tal-Arġentina tkopri wkoll “frisk u mkessaħ”.

(4)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza huwa xieraq li jkun speċifikat il-pajjiż minn fejn joriġina l-laħam tal-buflu.

(5)

L-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 810/2008 jalloka 1 300 tunnellata laħam kopert mill-kodiċijiet tan-NM 0201 20 90, 0201 30, 0202 20 90, 0202 30, 0206 10 95 u 0206 29 91 għal qatgħat taċ-ċanga ta’ kwalità għolja li jissodisfaw definizzjoni preċiża.

(6)

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (5) approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/767/UE (6), jipprovdi għal bidla fid-definizzjoni tal-kwota tariffarja tal-UE ta’ 1 300 tunnellata “ċanga ta’ kwalità għolja”.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2008 jeħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

66 750 tunnellata laħam ta’ annimali bovini frisk, imkessaħ jew iffrizat ta’ kwalità għolja kopert mill-kodiċijiet tan-NM 0201 u 0202 u għall-prodotti koperti mill-kodiċijiet tan-NM 0206 10 95 u 0206 29 91. Għall-perjodu tal-importazzjoni 2011/2012, l-ammont totali huwa 66 625 tunnellata u għall-perjodi tal-importazzjoni 2012/2013, 2013/2014, 2014/2015, l-ammont totali huwa 67 250 tunnellata.”

(b)

il-punt (b) huwa sostiwit b’dan li ġej:

“(b)

2 250 tunnellata ta’ laħam tal-buflu ffriżat u bla għadam kopert mill-kodiċi tan-NM 0202 30 90, espressi bħala użin ta’ laħam mingħajr għadam, li joriġina mill-Awstralja. Din il-kwota ġġib in-numru tal-ordni 09.4001.”

(c)

jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

200 tunnellata “laħam tal-buflu mingħajr għadam, frisk, imkessaħ jew iffriżat” kopert mill-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00 u 0202 30 90, espressi bħala użin ta’ laħam mingħajr għadam, li joriġina mill-Arġentina Din il-kwota ġġib in-numru tal-ordni 09.4004.”

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

29 500 tunnellata ta’ ċanga mingħajr għadam koperta mill-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00 u 0206 10 95 u li tissodisfa d-definizzjoni li ġejja:

“Qatgħat taċ-ċanga magħżulin minn għoġġiela, għoġġiela żgħar jew erieħ li kielu biss ħaxix tal-mergħat minn mindu waqfu jerdgħu. Il-karkassi tal-għoġġiela għandhom jiġu klassifikati bħala “JJ”, “J”, “U” jew “U2”, il-karkassi tal-għoġġiela żgħar u tal-erieħ għandhom jiġu klassifikati bħala “AA”, “A”, jew “B” skont il-klassifikazzjoni uffiċjali taċ-ċanga stabbilita mis-Segretarjat tal-Agrikoltura, il-Bhejjem, is-Sajd u l-Ikel fl-Arġentina (Secretaría de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentos — SAGPyA)”.

Madankollu, għall-perjodu tal-importazzjoni 2011/2012, l-ammont totali huwa 29 375 tunnellata u għall-perjodi tal-importazzjoni 2012/2013, 2013/2014 u 2014/2015 jitla’ għal 30 000 tunnellata.

Il-qatgħat għandhom ikunu ttikkettati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

L-indikazzjoni “Ċanga ta’ Kwalità Għolja” tista’ tiżdied mat-tagħrif fuq it-tikketta.

Din il-kwota ġġib in-numru tal-ordni 09.4450.

(*)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.”"

(b)

fil-punt (e), id-definizzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

“Qatgħat taċ-ċanga magħżulin li ġejjin minn għoġġiela jew erieħ li kielu biss ħaxix tal-mergħat, li l-karkassi tagħhom meta jkunu mnaddfa għandhom piż ta’ mhux iktar minn 370 kilogrammi. Il-karkassi għandhom jiġu klassifikati bħala A, L, P, T jew F, jiġu mirquma skont il-ħxuna tax-xaħam tat-tip P jew inqas u bi klassifikazzjoni ta’ muskolatura ta’ 1 jew 2 skont is-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi amministrata mill-Bord tal-Laħam ta’ New Zealand”.

(3)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-importazzjonijiet tal-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(b) u (c) u fl-Artikolu 2(a) sa (e) u (g) għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzji tal-importazzjoni maħruġin skont l-Artikolu 4(a) u (b) u l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, mar-rilaxx tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa.”

(4)

Fl-Artikolu 10, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1)(b) u (c) u fl-Artikolu 2(a) sa (e) u (g) ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, minbarra fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.”

(5)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu ta’ wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni, għall-kwota tariffarja tal-importazzjoni bin-numri tal-ordni 09.4001 u 09.4004, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi dawk nulli, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni matul il-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni preċedenti;”

(b)

Fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“In-notifiki dwar il-kwantitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(b) u fl-Artikolu 2(a) sa (e) u (g) ta’ dan ir-Regolament għandhom isiru skont kif inhu indikat fl-Annessi IV, V u VI ta’ dan ir-Regolament.”

(6)

Fl-Anness I, id-definizzjoni hija sostitwita b’ dan li ġej:

Ċanga ta’ kwalità għolja li toriġina minn …

(definizzjoni xierqa)

jew laħam tal-buflu li joriġina mill-Awstralja

jew laħam tal-buflu li joriġina mill-Arġentina.

(7)

Fl-Anness II, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“MINISTERIO DE ECONOMÍA Y FINANZAS PÚBLICAS:

Għal-laħam li joriġina mill-Arġentina:

(a)

li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1)

(b)

li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(a)”

(8)

Fl-Annessi IV, V u VI huma miżjuda n-numru tal-ordni u l-pajjiż tal-oriġini li ġejjin:

“09.4004”

“l-Arġentina”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 219, 14.8.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 317, 30.11.2011, p. 11.

(4)  ĠU L 317, 30.11.2011, p. 10.

(5)  ĠU L 317, 30.11.2011, p. 3.

(6)  ĠU L 317, 30.11.2011, p. 2.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1258/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għan-nitrati fl-oġġetti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (2) jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ nitrati f'ċerti ħxejjex werrieqa.

(2)

F'xi każijiet, minkejja żviluppi fi prattiki agrikoli tajbin, il-livelli massimi jinqabżu u għaldaqstant ingħatat deroga temporanja lil ċerti Stati Membri biex dawn iqiegħdu fis-suq tagħhom ċerti ħxejjex werrieqa, imkabbra u maħsuba għall-konsum fit-territorju tagħhom stess b'livelli ta’ nitrati ogħla mil-livelli stabbiliti massimi.

(3)

Mindu ġew applikati livelli massimi ta’ nitrati fil-ħass u l-ispinaċi, saru bosta investigazzjonijiet dwar il-fatturi involuti fil-preżenza tan-nitrati fil-ħass u l-ispinaċi u dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu biex titnaqqas kemm jista' jkun il-preżenza tan-nitrati fil-ħass u l-ispinaċi. Minkejja l-progress miksub fil-prattiki agrikoli tajbin biex titnaqqas il-preżenza tan-nitrati fil-ħass u l-ispinaċi u l-applikazzjoni stretta ta’ dawn il-prattiki agrikoli tajbin, mhux possibbli li jinkisbu b'mod konsistenti livelli ta’ nitrati taħt il-livelli massimi attwali fil-ħass u l-ispinaċi frisk f'ċerti reġjuni tal-Unjoni. Ir-raġuni hija li l-klima u b'mod partikolari l-kundizzjonijiet tad-dawl huma l-fatturi determinanti ewlieni fir-rigward tal-preżenza tan-nitrati fil-ħass u l-ispinaċi. Dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi, il-produttur la jista' jimmaniġġjahom u lanqas jibdilhom.

(4)

Biex tiġi pprovduta bażi xjentifika aġġornata rigward l-istrateġija fit-tul ta’ żmien għall-immaniġġjar tar-riskju li jfeġġ minħabba n-nitrati fil-ħxejjex, inħtieġet valutazzjoni xjentifika tar-riskju mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), li tikkunsidrat informazzjoni ġdida. Din il-valutazzjoni kellha tqis kwalunkwe kunsiderazzjonijiet rilevanti dwar ir-riskji u l-benefiċċji, pereżempju, billi tqabbel l-impatt negattiv possibli tan-nitrati mal-effetti pożittivi possibbli miksuba meta wieħed jiekol il-ħxejjex, bħall-attivitajiet antiossidanti jew karatteristiċi oħrajn li jafu b'xi mod jibbilanċjaw jew ipattu għar-riskji li jfeġġu minħabba n-nitrati u l-komposti nitrużi li jirriżultaw minnhom.

(5)

Fuq talba tal-Kummissjoni, il-Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (il-Bord), fl-10 ta’ April 2008, adotta opinjoni Xjentifika dwar in-nitrati fil-ħxejjex (3). Il-Bord qabbel ir-riskji u l-benefiċċji tal-esponiment għan-nitrati mill-ħxejjex. Kollox ma’ kollox, l-esponimenti għan-nitrati stmati mill-ħxejjex aktarx li ma jwasslux għal riskji apprezzabbli għas-saħħa, u għalhekk, jipprevalu l-effetti ta’ benefiċċju rikonoxxuti tal-konsum tal-ħxejjex. Il-Bord għaraf li hemm ċirkustanzi okkażżjonali (eż. kundizzjonijiet ta’ produzzjoni lokali/domestika mhux favorevoli) fil-każ ta’ ħxejjex li jkunu jikkostitwixxu parti kbira mid-dieta, jew individwi b'dieta li tinkludi kontenut qawwi ta’ ħxejjex bħar-rukola, li jeħtieġ li jiġu evalwati abbażi ta’ każ każ.

(6)

Wara diskussjoni dwar il-miżuri xierqa u t-tħassib espress dwar ir-riskji possibbli għat-tfal ta’ età infantili u t-tfal iż-żgħar li jkunu ġew esposti b'mod akut fid-dieta tagħhom, il-Kummissjoni talbet lill-EFSA għal stqarrija xjentifika kumplimentari dwar in-nitrati fil-ħxejjex, li permezz tagħha jiġu vvalutati aktar fid-dettall ir-riskji possibbli għat-tfal iż-żgħar b'rabta mal-preżenza tan-nitrati fil-ħxejjex friski, b'kunsiderazzjoni wkoll tal-konsum akut fid-dieta, b'kunsiderazzjoni ta’ dejta riċenti dwar l-okkorrenza tal-preżenza tan-nitrati fil-ħxejjex, dejta aktar dettaljata dwar il-konsum tal-ħxejjex mit-tfal iż-żgħar u l-possibbiltà tal-istabbiliment ta’ livelli massimi kemxejn aktar għoljin minn dawk preżenti fil-każ tan-nitrati fil-ħxejjex werrieqa. Fl-1 ta’ Diċembru 2010, il-Bord adotta Stqarrija dwar ir-riskji possibbli għas-saħħa pubblika fil-każ tat-tfal ta’ età infantili u t-tfal iż-żgħar minħabba l-preżenza tan-nitrati fil-ħxejjex werrieqa (4).

(7)

F'dik l-istqarrija l-Bord ikkonkluda li l-esponiment għan-nitrat fil-livelli massimi attwali jew previsti fl-ispinaċi msajra minn spinaċi friska aktarx ma jkunx ta’ tħassib għas-saħħa, għalkemm ma jistax jiġi eskluż ir-riskju għal tfal ta’ età infantili u tfal żgħar li jieklu aktar minn ikla spinaċi waħda kuljum. L-EFSA osservat li ma qisetx il-bidliet possibbli tal-kontenut tan-nitrat minħabba l-ipproċessar tal-oġġetti tal-ikel, bħall-ħasil, it-tqaxxir u/jew it-tisjir, peress li dan ma setax jitqies minħabba nuqqas ta’ dejta rappreżentattiva. In-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-impatt kwantitattiv tal-ipproċessar tal-ikel fuq il-livelli tan-nitrati jaf għaldaqstant iwassal għal stima aktar għolja mir-realtà tal-esponiment. Barra minn hekk, ġie konkluż ukoll li l-livelli tan-nitrat fil-ħass mhumiex ta’ tħassib għas-saħħa tat-tfal. L-infurzar tal-livelli massimi attwali għan-nitrati fil-ħass u l-ispinaċi, jew il-livelli massimi previsti ta’ 500 mg/kg ogħla mil-livelli massimi attwali, ikollu impatt minuri.

(8)

Biex tiġi pprovduta sikurezza legali għall-produtturi fir-reġjuni kollha tal-Unjoni Ewropea li permezz tagħha jiġu applikati strettament il-prattiki agrikoli tajbin ħalli kemm jista' jkun titnaqqas il-preżenza tan-nitrati fl-ispinaċi u l-ħass, jixraq għalhekk li li jiġi miżjud kemxejn il-livell massimu tan-nitrati fil-ħass u l-ispinaċi friski bla ma tiġi pperikolata s-saħħa pubblika.

(9)

Peress li xi drabi jinstabu livelli għoljin ferm ta’ nitrati fir-rukola, jixraq li jiġi ffissat livell massimu għar-rukola. Il-livell massimu għar-rukola għandu jiġi analizzat fi żmien sentejn (2) bil-ħsieb li jitnaqqsu l-livelli wara li jkunu ġew identifikati l-fatturi involuti fil-preżenza tan-nitrati fir-rukola u wara l-implimentazzjoni sħiħa ta’ prattiki agrikoli tajbin fir-rukola sabiex jitnaqqas il-kontenut tan-nitrati.

(10)

Billi l-EFSA ngħatat il-mandat mill-Kummissjoni biex tiġbor f'bażi ta’ dejta waħda d-dejta kollha tal-okkorrenza dwar il-kontaminanti fl-ikel, inklużi n-nitrati, jixraq li r-riżultati jiġu kkomunikati direttament lill-EFSA.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 1, 2 u 3 jitħassru.

(2)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jeħodlu postu dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-livelli tan-nitrati fil-ħxejjex li jista' jkun fihom livelli sinifikanti, b'mod partikolari ħxejjex werrieqa ħodor, u jikkomunikaw ir-riżultati fuq bażi regolari lill-EFSA.”

(3)

Fl-Anness, Taqsima 1: Nitrat huwa sostitwit bit-Taqsima fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Madankollu, il-livelli massimi fil-każ tar-rukola stipulati fil-punt 1.5 tal-Anness, għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

(3)  Opinion of the Scientific Panel on Contaminants in the Food chain on a request from the European Commission to perform a scientific risk assessment on nitrate in vegetables, The EFSA Journal (2008) numru tal-Ġurnal, 689, p. 1. http://www.efsa.europa.eu/en/scdocs/doc/689.pdf

(4)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Scientific Opinion on possible health risks for infants and young children from the presence of nitrates in leafy vegetables. EFSA Journal 2010;8(12):1935.doi:10.2903/j.efsa.2010.1935. http://www.efsa.europa.eu/en/scdocs/doc/1935.pdf


ANNESS

“Taqsima 1:   Nitrat

Oġġetti tal-ikel (1)

Livelli massimi (mg NO3/kg)

1.1

Spinaċi friska (Spinacia oleracea) (2)

 

3 500

1.2

Spinaċi ippriżervata, iffriżata b'temperatura baxxa ħafna jew iffrizata

 

2 000

1.3

Ħass frisk (Lactuca sativa L.) (protett u ikkultivat fil-beraħ) li jeskludi l-ħass elenkat fil-punt 1.4.

Maħsud mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu:

 

ħass ikkultivat taħt protezzjoni

5 000

ħass ikkultivat fil-beraħ

4 000

Maħsud mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru:

 

ħass ikkultivat taħt protezzjoni

4 000

ħass ikkultivat fil-beraħ

3 000

1.4

Ħass tat-tip ‘Iceberg’

Ħass ikkultivat taħt protezzjoni

2 500

Ħass ikkultivat fil-beraħ

2 000

1.5

Rukola (Eruca sativa, Diplotaxis sp, Brassica tenuifolia, Sisymbrium tenuifolium)

Maħsuda mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Marzu:

7 000

Maħsuda mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru:

6 000

1.6

Ikel ipproċessat b'bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-tfal ta’ età infantili u għat-tfal iż-żgħar (3) (4)

 

200 ”


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1259/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward ta’ livelli massimi għad-diossini, PCBs simili għad-diossini u PCBs mhux simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (2) jistabbilixxi livelli massimi għad-diossini u PCBs simili għad-diossini f'varjetà ta’ oġġetti tal-ikel.

(2)

Id-diossini huma parti minn grupp ta’ 75 konġeneru ta’ dibenżo-p-diossina poliklorinata (PCDD) u 135 konġeneru ta’ dibenżofuran poliklorinat (PCDF), li 17 minnhom huma ta’ tħassib tossikoloġiku. Il-poliklorobifenili (PCBs) huma grupp ta’ 209 konġeneru differenti li jistgħu jinqasmu f'żewġ gruppi skont il-proprjetajiet tossikoloġiċi tagħhom: 12-il konġeneru għandhom proprjetajiet tossikoloġiċi simili għad-diossini u għaldaqstant ħafna drabi jissejħu “PCBs simili għad-diossini” (DL-PCB). Il-PCBs l-oħra ma għandhomx tossiċità simili għad-diossina iżda għandhom profil tossikoloġiku differenti u huma msejħa bħala “PCB mhux simili għad-diossina” (NDL-PCB).

(3)

Kull konġeneru ta’ diossini jew DL-PCBs għandhom livell differenti ta’ tossiċità. Sabiex tkun tista' tiġi kkalkulata t-tossiċità ta’ dawn id-diversi konġeneri, ġie introdott il-kunċett ta’ fatturi ta’ ekwivalenza tossikoloġika (TEFs) biex jiġu ffaċilitati l-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll regolatorju. Dan ifisser li r-riżultati analitiċi li jirrigwardaw il-konġeneri individwali kollha tad-diossini u PCBs simili għad-diossini ta’ tħassib tossikoloġiku huma espressi fit-termini ta’ unità kwantifikabbli, jiġifieri l-ekwivalenza tossikoloġika tat-TCDD (TEQ).

(4)

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) organizzat sessjoni ta’ ħidma għall-esperti mit-28 sat-30 ta’ Ġunju 2005 dwar il-valuri tat-TEF, li id-WHO kienet qablet dwarhom fl-1998. Inbidlu għadd ta’ valuri tat-TEF, b'mod partikolari għall-PCBs, il-konġeneri ottaklorinati u l-furani pentaklorinati. Id-dejta dwar l-effett tal-valuri tat-TEF il-ġodda u l-okkorenza riċenti huma miġbura fir-rapport xjentifiku tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) “Results of the monitoring of dioxin levels in food and feed” (3). Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu riveduti l-livelli massimi tal-PCBs filwaqt li tiġi kkunsidrata din id-dejta l-ġdida.

(5)

Fuq talba mill-Kummissjoni, il-Panel Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari tal-EFSA adotta opinjoni dwar il-preżenza ta’ NDL-PCBs fl-għalf u fl-ikel (4).

(6)

L-ammont tas-sitt PCBs markaturi jew indikaturi (PCB 28, 52, 101, 138, 153 u 180) jinkludi madwar nofs l-ammont tat-total ta’ NDL-PCB li huwa preżenti fl-għalf u fl-ikel. Dak l-ammont huwa kkunsidrat bħala marka xierqa għall-okkorenza u l-esponiment uman għall-NDL-PCB u għaldaqstant għandu jiġi stabbilit bħala livell massimu.

(7)

Il-livelli massimi ġew stabbiliti filwaqt li ġiet ikkunsidrata okkurenza riċenti ta’ dejta miġbura mir-rapport xjentifiku tal-EFSA “Riżultati tal-monitoraġġ ta’ PCBs mhux simili għad-diossina fl-ikel u fl-għalf” (5). Għalkemm huwa possibbli li jinkisbu limiti aktar baxxi ta’ kwantifikazzjoni (LOQ), jista' jiġi osservat li numru konsiderevoli ta’ laboratorji japplikaw LOQ ta’ 1 μg/kg ta’ xaħam jew saħansitra 2 μg/kg ta’ xaħam. Jekk jiġu stabbiliti livelli massimi li huma stretti ħafna anki jekk ma ġie kwantifikat l-ebda PCB, meta wieħed jesprimi r-riżultat analitiku bħala livell ta’ fuq, f'xi każijiet dan se jirriżulta f'livell viċin il-livell massimu. Ġie rikonoxxut ukoll li għal ċerti kategoriji tal-ikel id-dejta ma kinitx estensiva ħafna. Għaldaqstant, ikun xieraq li jiġu riveduti l-livelli massimi fi żmien tliet (3) snin, ibbażati fuq bażi ta’ dejta aktar estensiva miksuba b'metodu ta’ analiżi b'livell ta’ sensittività li huwa suffiċjenti għal livelli baxxi ta’ kwantifikazzjoni.

(8)

Ingħataw derogi lill-Finlandja u lill-Isvezja biex iqiegħdu fis-suq ħut li joriġina fir-reġjun Baltiku u li hu maħsub għall-konsum fit-territorju tagħhom b'livelli ta’ diossina ogħla mil-livelli massimi stabbiliti għad-diossini u l-ammont ta’ diossini u DL-PCBs fil-ħut. Dawk l-Istati Membri ssodisfaw il-kundizzjonijiet fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-tagħrif lill-konsumaturi dwar ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta. Kull sena l-Finlandja u l-Isvezja jirrappurtaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-monitoraġġ tagħhom tal-livelli tad-diossini fil-ħut mir-reġjun Baltiku u l-miżuri għat-trażżin tal-esponiment tal-bniedem għad-diossini mir-reġjun Baltiku.

(9)

Fuq il-bażi tar-riżultati tal-livelli ta’ monitoraġġ tad-diossini u DL-PCBs li saru mill-Finlandja u mill-Isvezja, id-deroga mogħtija tista' tkun limitata għal ċerti speċi ta’ ħut. Meta wieħed iżomm f'moħħu l-preżenza persistenti ta’ diossini u ta’ PCBs fl-ambjent u konsegwentament fil-ħut, huwa xieraq li tingħata din id-deroga mingħajr limitu ta’ żmien.

(10)

Fir-rigward ta’ salamun selvaġġ maqbud, il-Latvja talbet deroga simili bħal dik li ngħatat lill-Finlandja u l-Isvezja. Għal dak il-għan, il-Latvja wriet li l-esponiment tal-bniedem għad-diossini u DL-PCBs fit-territorju tagħha mhuwiex ogħla mill-ogħla livell medju fi kwalunkwe Stat Membru u li għandha sistema sew sabiex tiżgura li l-konsumaturi huma infurmati bi sħiħ dwar ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta fir-rigward ta’ restrizzjonijiet dwar il-konsum tal-ħut mir-reġjun Baltiku minn taqsimiet vulnerabbli tal-populazzjoni li huma identifikati sabiex jevitaw riskji potenzjali għas-saħħa. Barra minn hekk, għandu jitwettaq il-monitoraġġ tal-livelli ta’ diossini u DL-PCBs fil-ħut mir-reġjun Baltiku u r-riżultati u l-miżuri li ttieħdu biex jitnaqqas l-esponiment tal-bniedem għal diossini u DL-PCBs minn ħut mir-reġjun Baltiku għandhom jiġu rrapurtati lill-Kummissjoni. Il-miżuri meħtieġa ġew implimentati sabiex ikun aċċertat li l-ħut u l-prodotti tal-ħut li ma jikkonformawx mal-livelli massimi tal-UE għal PCBs ma jitqiegħdux fis-suq fi Stati Membri oħrajn.

(11)

Meta wieħed jikkunsidra li l-mudell ta’ kontaminazzjoni ta’ NDL-PCBs fil-ħut mir-reġjun Baltiku juri xebh mal-kontaminazzjoni ta’ diossini u ta’ DL-PCBs u meta wieħed jikkunsidra li l-NDL-PCBs huma wkoll persistenti ħafna fl-ambjent, huwa xieraq li tingħata deroga simili fir-rigward tal-preżenza tal-NDL-PCBs għal dik għal diossini u DL-PCBs fil-ħut mir-reġjun Baltiku.

(12)

L-EFSA ntalbet tagħti opinjoni xjentifika fir-rigward tal-preżenza ta’ diossini u PCBs simili għad-diossina fil-fwied tan-nagħaġ u taċ-ċriev u dwar kemm hu xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi għal diossini u PCBs fil-fwied u prodotti magħmulin minnu abbażi tal-prodott aktar milli abbażi tax-xaħam, kif inhu l-każ bħalissa. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet dwar il-fwied u prodotti magħmula minnu għandhom jiġu riveduti b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-fwied tan-nagħaġ u taċ-ċriev ladarba tkun disponibbli l-opinjoni tal-EFSA. Sadanittant huwa xieraq li jiġi stabbilit il-livell massimu għad-diossini u PCBs abbażi ta’ xaħam.

(13)

Ikel b'inqas minn 1 % ta’ xaħam sa issa kien eskluż mil-livell massimu għad-diossini u DL-PCBs, meta wieħed jikkunsidra li dak l-ikel huwa b'mod ġenerali kontributur minuri għall-esponiment tal-bniedem. Madankollu, kien hemm każijiet b'ikel li għandu inqas minn 1 % ta’ xaħam iżda b'livelli għoljin ħafna ta’ diossini u DL-PCBs fix-xaħam. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi applikat livell massimu għal tali ikel, iżda fuq bażi ta’ prodott. Filwaqt li wieħed jikkunsidra li livell massimu huwa stabbilit fuq bażi ta’ prodott għal ċertu ikel b'kontenut baxx ta’ xaħam, huwa xieraq li jiġi applikat livell massimu fuq bażi ta’ prodott għal ikel li għandu inqas minn 2 % ta’ xaħam.

(14)

Fid-dawl tad-dejta ta’ monitoraġġ għad-diossini u DL-PCBs fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar, huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi aktar baxxi għad-diossini u DL-PCBs fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar. L-Istitut Federali għall-Valutazzjoni tar-Riskju mill-Ġermanja għamel talba speċifika lill-EFSA biex tivvaluta r-riskju tal-preżenza ta’ diossini u PCBs simili għad-diossina fl-ikel għal trabi u tfal żgħar. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet dwar l-ikel għal trabi u tfal żgħar għandhom jiġu riveduti ladarba tkun disponibbli l-opinjoni tal-EFSA.

(15)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-titolu “Derogi temporanji” huwa sostitwit b'“Derogi”.

(b)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1, il-Finlandja, l-Isvezja u l-Latvja jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ salamun selvaġġ maqbud (Salmo salar) u prodotti tiegħu li joriġinaw mir-reġjun Baltiku u li huma maħsuba għall-konsum fit-territorju tagħhom b'livelli ta’ diossini u/jew PCBs simili għad-diossini u/jew PCBs mhux simili għad-diossini li jkunu ogħla minn dawk stipulati fil-punt 5,3 tal-Anness, bil-kondizzjoni li tinġieb fis-seħħ sistema sabiex taċċerta li l-konsumaturi jkunu infurmati bi sħiħ dwar ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta fir-rigward tar-restrizzjonijiet dwar il-konsum ta’ salamun selvaġġ maqbud mir-reġjun Baltiku u prodotti tiegħu minn taqsimiet vulnerabbli identifikati tal-popolazzjoni sabiex jiġu evitati riskji għas-saħħa potenzjali.

Il-Finlandja, l-Isvezja u l-Latvja għandhom ikomplu japplikaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li s-salamun selvaġġ maqbud u l-prodotti tiegħu li ma jikkonformawx mal-punt 5,3 tal-Anness ma jitqiegħdux fis-suq ta’ Stati Membri oħra.

Il-Finlandja, l-Isvezja u l-Latvja se jirrapurtaw kull sena lill-Kummissjoni l-miżuri li huma ħadu sabiex jinfurmaw b'mod effettiv lit-taqsimiet vulnerabbli identifikati tal-popolazzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta u biex jiżguraw li s-salamun selvaġġ maqbud u l-prodotti tiegħu li ma jikkonformawx mal-livelli massimi ma jitqiegħdux fis-suq fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk huma għandhom jipprovdu evidenza dwar l-effettività ta’ dawn il-miżuri.”

(c)

Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

“5.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 1, il-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ aringi selvaġġi maqbuda li huma akbar minn 17-il cm (Clupea harengus), ħut żgħir selvaġġ maqbud li jixbah lit-troti (Salvelinus spp) u buwaħħala tax-xmajjar selvaġġa maqbuda (Lampetra fluviatilis) u troti selvaġġ maqbud (Salmo trutta) u prodotti tagħhom li joriġinaw mir-reġjun Baltiku u li huma maħsuba għall-konsum fit-territorju tagħhom b'livelli ta’ diossini u/jew livelli ta’ PCBs simili għad-diossini li jkunu ogħla minn dawk stipulati fil-punt 5,3 tal-Anness, bil-kondizzjoni li s-sistema hija regolata sabiex tiżgura li l-konsumaturi jkunu infurmati bi sħiħ dwar ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta fir-rigward tar-restrizzjonijiet dwar il-konsum tal-aringi selvaġġi li nqabdu li huma akbar minn 17-il cm, ħut żgħir selvaġġ maqbud li jixbah lit-troti, buwaħħala tax-xmajjar selvaġġa maqbuda u troti selvaġġ maqbud mir-reġjun Baltiku u l-prodotti tagħhom minn taqsimiet vulnerabbli identifikati tal-popolazzjoni sabiex jiġu evitati riskji potenzjali għas-saħħa.

Il-Finlandja u l-Isvezja għandhom ikomplu japplikaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-aringi selvaġġi maqbuda li huma akbar minn 17-il cm, il-ħut żgħir selvaġġ maqbud li jixbah lit-troti u troti selvaġġ maqbud u l-prodotti tagħhom li ma jikkonformawx mal-punt 5,3 tal-Anness ma jitqiegħdux fis-suq ta’ Stati Membri oħra.

Il-Finlandja u l-Isvezja se jirrapurtaw kull sena lill-Kummissjoni l-miżuri li huma ħadu sabiex jinfurmaw b'mod effettiv lit-taqsimiet vulnerabbli identifikati tal-popolazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar id-dieta u biex jiżguraw li l-ħut u l-prodotti tiegħu li ma jikkonformawx mal-livelli massimi ma jitqiegħdux fis-suq fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk huma għandhom jipprovdu evidenza dwar l-effettività ta’ dawn il-miżuri.”

(2)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(3):1385, http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/1385.pdf

(4)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2005) 284, p. 1, http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/284.pdf

(5)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(7):1701, http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/1701.pdf


ANNESS

It- Taqsima 5: Id-diossini u l-PCBs tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huma emendati kif ġej:

(a)

Taqsima 5: Id-diossini u l-PCBs huma sostitwiti b’dan li ġej:

Taqsima 5:   Diossini u PCBs (31)

Oġġetti tal-ikel

Livelli massimi

Total ta’ diossini (WHO-PCDD/F-TEQ) (32)

Total ta’ diossini u PCBs simili għad-dioissina (WHO-PCDD/F-TEQ) (32)

Total ta’ PCB28, PCB52, PCB101, PCB138, PCB153 U PCB180 (ICES – 6) (32)

5.1

Laħam u prodotti tal-laħam (ħlief il-ġewwieni li jittiekel) tal-annimali li ġejjin (6):

 

 

 

annimali bovini u nagħaġ

2,5 pg/g xaħam (33)

4,0 pg/g xaħam (33)

40 ng/g xaħam (33)

tjur tal-irziezet

1,75 pg/g xaħam (33)

3,0 pg/g xaħam (33)

40 ng/g xaħam (33)

majjali

1,0 pg/g xaħam (33)

1,25 pg/g xaħam (33)

40 ng/g xaħam (33)

5.2

Fwied ta’ annimali terrestri li jissemmew f’5.1. (6), u prodotti li ġejjin minnhom,

4,5 pg/g xaħam (33)

10,0 pg/g xaħam (33)

40 ng/g xaħam (33)

5.3

Laħam tal-muskoli tal-ħut u tal-prodotti mis-sajd u prodotti tagħhom (25) (34),

sallur selvaġġ maqbud

ħut selvaġġ maqbud tal-ilma ħelu, bl-esklużjoni ta’ speċi tal-ħut diadromous maqbuda fl-ilma ħelu

fwied tal-ħut u prodotti li ġejjin minnu

żjut tal-ħut

Il-livell massimu għall-krustaċej japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi u l-addome (44). Fil-każ tal-granċijiet u krustaċej simili għall-granċijiet (Brachyura u Anomura) dan japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi.

3,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma

6,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma

75 ng/g piż bil-kontenut tal-ilma

5.4

Laħam tal-muskoli tal-ħut tal-ilma ħelu selvaġġ maqbud, bl-esklużjoni ta’ speċi tal-ħut diadromous maqbuda fl-ilma ħelu u prodotti tiegħu (25)

3,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma

6,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma

125 ng/g piż bil-kontenut tal-ilma

5.5

Laħam tal-muskoli tas-sallur selvaġġ maqbud (Anguilla anguilla) u prodotti tagħhom

3,5 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma

10,0 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma

300 ng/g piż bil-kontenut tal-ilma

5.6

Fwied tal-ħut u prodotti derivati minnu għajr għal żjut tal-ħut imsemmija fil-punt 5,7

20,0 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma (38)

200 ng/g piż bil-kontenut tal-ilma (38)

5.7

Żjut tal-ħut (żjut mill-ġisem tal-ħut, żjut mill-fwied tal-ħut u minn organiżmi tal-baħar oħrajn intenzjonati għall-konsum mill-bniedem)

1,75 pg/g xaħam

6,0 pg/g xaħam

200 ng/g xaħam

5.8

Ħalib nej (6) u prodotti tal-ħalib (6), inkluż xaħam tal-butir

2,5 pg/g xaħam (33)

5,5 pg/g xaħam (33)

40 ng/g xaħam (33)

5.9

Bajd tat-tiġieġ u prodotti tal-bajd (6)

2,5 pg/g xaħam (33)

5,0 pg/g xaħam (33)

40 ng/g xaħam (33)

5.10

Xaħam tal-annimali li ġej minn:

 

 

 

annimali bovini u nagħaġ

2,5 pg/g xaħam

4,0 pg/g xaħam

40 ng/g xaħam

tjur tal-irziezet

1,75 pg/g xaħam

3,0 pg/g xaħam

40 ng/g xaħam

majjali

1,0 pg/g xaħam

1,25 pg/g xaħam

40 ng/g xaħam

5.11

Xaħam imħallat tal-annimali

1,5 pg/g xaħam

2,50 pg/g xaħam

40 ng/g xaħam

5.12

Żjut tal-ikel u xaħam

0,75 pg/g xaħam

1,25 pg/g xaħam

40 ng/g xaħam

5.13

Ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar (4)

0,1 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma

0,2 pg/g piż bil-kontenut tal-ilma

1,0 ng/g piż bil-kontenut tal-ilma”

(b)

In-nota 31 f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(31)

Diossini (is-somma ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDDs) u dibenżofurani polikolorinati (PCDFs), expressi bħala ekwivalenza ta tossiċità tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) permezz tal-fatturi ta’ ekwivalenza ta’ tossiċità tad-WHO (WHO-TEFs)) u s-somma tad-diossini u tal-PCBs simili għad-diossini (is-somma tal-PCDDs, PCDFs u l-poliklorobifenili (PCBs), expressi bħala ekwivalenza tossikoloġika tad-WHO permezz tad-WHO-TEFs). Id-WHO-TEFs għall-valutazzjoni tar-riskju tal-bniedem ibbażata fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-esperti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) – Programm Internazzjonali dwar is-Sikurezza Kimika (IPCS) li saret f’Ġinevra f’Ġunju 2005 (Martin van den Berg et al., The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds. Toxicological Sciences 93(2), 223–241 (2006))

Konġeneru

Valur TEF

Dibenżo-p-diossini (“PCDDs”)

2,3,7,8-TCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

Dibenżofurans (“PCDFs”)

2,3,7,8-TCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003

PCB “simili għad-diossini” PCBs mhux orto + PCBs Mono-orto

PCBs mhux orto

PCB 77

0,0001

PCB 81

0,0003

PCB 126

0,1

PCB 169

0,03

PCBs mono-orto

PCB 105

0,00003

PCB 114

0,00003

PCB 118

0,00003

PCB 123

0,00003

PCB 156

0,00003

PCB 157

0,00003

PCB 167

0,00003

PCB 189

0,00003

Abbrevjazzjonijiet użati: “T” = tetra; “Pe” = penta; “Hx” = eża; “Hp” = etta; “O” = otta; “CDD” = klorodibenżodiossina; “CDF” = klorodibenżofuran; “CB” = klorobifenili.”

(c)

In-nota 33 f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“(33)

Il-livell massimu espress dwar ix-xaħam mhuwiex applikabbli għall-ikel li fih inqas minn 2 % ta’ xaħam. Għal ikel li għandu inqas minn 2 % ta’ xaħam, il-livell massimu applikabbli huwa l-livell abbażi tal-prodott li jikkorrispondi mal-livell abbażi tal-prodott għall-ikel li għandu 2 % ta’ xaħam, ikkalkulat mil-livell massimu stabbilit abbażi tax-xaħam, li jużaw il-formula li ġejja:

Il-livell massimu espress abbażi tal-prodott għal ikel li fih inqas minn 2 % ta’ xaħam = livell massimu espress f’xaħam għal dak l-ikel x 0,02”


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1260/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2010 li jadotta l-pjan li jalloka lill-Istati Membri riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2011 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 807/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS Unika) (1), u b'mod partikolari l-punti (f) u (g) tal-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (2), b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Għandu jkun ikkunsidrat li d-disponibbiltà ta’ ħażniet ta’ intervent għall-provvista tal-iskema għat-tqassim tal-ikel lill-iktar persuni fil-bżonn fil-pjan annwali tal-2012 adottat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 562/2011 (3) hija sostanzjalment imnaqqsa meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, xieraq li jkun estiż il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan annwali tal-2011 adottat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2010 (4) sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkumplimentaw l-oġġetti tal-ikel li għandhom jingħataw lir-riċevituri finali skont il-pjan annwali tal-2012 b'riżorsi li jistgħu jkunu ffrankati mill-pjan annwali 2011.

(2)

Bħala riżultat tal-appelli mnedija kontra l-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti u d-dewmien fil-proċeduri ġudizzjarji rilevanti, il-Greċja ma kinetx kapaċi ttemm il-ħlasijiet għal ċertu xiri ta’ prodotti tal-ikel fis-suq u biex tirtira parti mill-kwantità allokata ta’ butir mill-ħażniet ta’ intervent tal-Unjoni. L-awtoritajiet Griegi ressqu talba lill-Kummissjoni għall-estensjoni tad-data tal-iskedenza stipulata bl-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010 tal-14 ta’ Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (5) u tad-data ta’ skadenza stipulata bl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 945/2010. Il-Portugall ippreżenta talba simili relatata mal-iskadenza għall-operazzjonijiet ta’ pagament stabbiliti bl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010. Fl-isfond tas-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli affaċċjata minn dawn l-Istati Membri, xieraq li jkunu jistgħu jikkompletaw il-pagamenti tagħhom għall-prodotti mobilizzati fis-suq u li jkunu jistgħu jirtiraw il-kwantitajiet li baqa' ta’ stokkijiet ta’ intervent, sabiex dawn l-allokazzjonijiet jibqgħu disponibbli sabiex iżidu l-kwantità ta’ prodotti tal-ikel imqassma lil dawk l-iktar fil-bżonn. Għalhekk, jeħtieġ li tingħata estensjoni għal dawn iż-żewġ dati ta’ skadenza. Sabiex ikun żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri, id-derogi għandhom ikopru l-pagamenti kollha għall-prodotti mobilizzati fis-suq u l-irtirar kollu tal-prodotti tal-ħalib mill-ħażniet ta’ intervent skont il-pjan annwali tal-2011. Peress li d-data ta’ skadenza għall-pagamenti għall-prodotti mobilizzati fis-suq kienet stabbilita għall-1 ta’ Settembru u għall-irtirar tal-prodotti tal-ħalib mill-ħażniet ta’ intervent tal-Unjoni fit-30 ta’ Settembru, dawn iż-żewġ derogi għandhom japplikaw b'mod retroattiv.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 945/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Għandu jiżdied l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

B'deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, il-perjodu ta’ implimentazzjoni għall-pjan ta’ tqassim annwali tal-2011 għandu jintemm fid-29 ta’ Frar 2012.”

(2)

Fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“B'deroga mill-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta’ tqassim tal-2011, l-irtirar ta’ butir u tat-trab tal-ħalib xkumat mill-ħażniet tal-intervent għandu jseħħ bejn l-1 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru 2011. L-ispejjeż li joriġinaw miż-żamma tal-kwantitajiet allokati ta’ butir u ħalib xkumat fil-ħażniet ta’ intervent bejn it-30 ta’ Settembru u d-data tal-irtirar reali mill-ħażna ta’ intervent għandhom ikunu merfugħa mill-Istat Membru li għalih huma allokati l-prodotti skont il-pjan ta’ tqassim tal-2011.”

(3)

Għandu jiżdied l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

B'deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, għall-pjan ta’ tqassim annwali tal-2011, il-pagamenti għall-prodotti li għandhom ikunu pprovduti mill-operatur għandhom, fil-każ ta’ prodotti li għandhom ikunu mobilizzati fis-suq skont l-Artikolu 2(3)(iii) u (iv) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010, jagħlqu qabel il-31 ta’ Diċembru 2011.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(2) u (3) għandu japplika mill-31 ta’ Awwissu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 152, 11.6.2011, p. 24.

(4)  ĠU L 278, 22.10.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 242, 15.9.2010, p. 9.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1261/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

58,8

IL

98,1

MA

39,1

MK

68,6

TN

143,0

TR

75,8

ZZ

80,6

0707 00 05

EG

193,3

TR

97,0

ZZ

145,2

0709 90 70

MA

31,4

TR

125,9

ZZ

78,7

0805 10 20

AR

36,9

BR

41,5

MA

56,6

UY

42,5

ZA

50,9

ZZ

45,7

0805 20 10

MA

66,2

ZZ

66,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

31,3

IL

78,6

JM

129,1

TR

88,8

UY

71,0

ZZ

79,8

0805 50 10

TR

56,9

ZZ

56,9

0808 10 80

CA

120,5

CL

90,0

CN

74,9

US

119,9

ZA

180,1

ZZ

117,1

0808 20 50

CN

59,0

TR

133,1

ZZ

96,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/734/UE indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv

(2011/791/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 126(9) u l-Artikolu 136 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1)(a) tat-TFUE jipprevedi l-possibiltà li jiġu adottati miżuri adattati b’mod speċifiku għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro bil-ħsieb li jsaħħu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja.

(2)

L-Artikolu 126 tat-TFUE jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċits eċċessivi tal-gvern u għal dan l-iskop jistipula l-proċedura dwar defiċit eċċessiv. Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, li fil-parti korrettiva tiegħu jimplimenta l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, jipprovdi l-qafas li jsostni l-politiki tal-gvern biex jerġgħu lura minnufih għal pożizzjonijiet baġitarji tajbin fid-dawl tal-qagħda ekonomika.

(3)

Fis-27 ta’ April 2009, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE), li kien jeżisti defiċit eċċessiv fil-Greċja.

(4)

Fl-10 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill adotta Deċiżjoni 2010/320/UE (1) indirizzata lill-Greċja skont l-Artikolu 126 (9) u l-Artikolu 136, bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali, u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv mhux aktar tard mid-data tal-għeluq tal-2014. Il-Kunsill stabbilixxa issegwenti pjan ta’ aġġustament għall-korrezzjoni tad-defiċit: defiċits tal-gvern li ma jaqbżux EUR 18 508 miljuni fl-2010, EUR 17 065 miljun fl-2011, EUR 14 916-il miljun fl-2012, EUR 11 399 miljun fl-2013 u EUR 6 385 miljun fl-2014.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/320/UE ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi (2). Minħabba li kien jeħtieġ li jsiru emendi ulterjuri, ġiet imfassla mil-ġdid fit-12 ta’ Lulju 2011, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/734/UE (3) fl-interessi taċ-ċarezza.

(6)

F’ Settembru 2011, kien evidenti li, meta titqies l-eżekuzzjoni baġitarja sa dak is-Settembru, b’politiki li ma nbidlux, il-miri tal-2011 għad-defiċit ma kienux ser jintlaħqu b’ammont konsiderevoli li kien ser jippreġudika l-kredibbiltà kumplessiva tal-programm. F’Ottubru 2011, il-gvern Grieg ħabbar fil-baġit tal-2011 miżuri mmirati biex inaqqsu l-iżvijjar u ppreżenta abbozz ta’ baġit għall-2012 immirat biex jirrispettaw il-limitu massimu għall-2012 stabbilit bid-Deċiżjoni 2010/320/UE. Dawn il-miżuri ser isiru liġi sal-aħħar ta’ Ottubru 2011. Saru diskussjonijiet estensivi dwar dawn il-miżuri bejn l-awtoritajiet Griegi u s-servizzi tal-Kummissjoni.

(7)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, jidher xieraq li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2011/734/UE f’għadd ta’ aspetti, filwaqt li titħalla kif inhi l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2011/734/UE huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

Ġie mdaħħal il-paragrafu li ġej:

“6a.   Il-Greċja għandha tadotta u timplimenta l-miżuri li ġejjin mingħajr dewmien:

(a)

tnaqqis fl-eżenzjonijiet fiskali, b’mod partikolari l-limiti massimi mhux taxxabbli tad-dħul personali, bl-għan li jiżdied id-dħul b’mill-inqas EUR 2 831 miljun fl-2012;

(b)

taxxa permanenti fuq il-proprjetà immobbli, miġbura permezz tal-kontijiet tal-elettriku, bl-għan li jinġabru mill-inqas EUR 1 667 miljun fl-2011 u EUR 1 750 miljun kull sena mill-2012 lill-hemm;

(c)

implimentazzjoni immedjata tal-istruttura riveduta tal-pagi tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku biex b’hekk jikkontribwixxu għal tnaqqis fin-nefqa b’mill-inqas EUR 101 miljun fl-2011, u b’trasferiment ta’ mill-inqas EUR 552 miljun għall-2012, minbarra l-iffrankar provdut fl-MTFS matul l-2015. Din ir-riforma għandha tkopri lill-impjegati kollha tal-amministrazzjoni pubblika, minbarra dawk koperti minn skemi speċjali ta’ pagi. Dan l-iffrankar nett jieħu f’kunsiderazzjoni l-impatt ta’ din il-miżura fuq it-taxxa tad-dħul u l-kontribuzzjonijiet soċjali, kif ukoll il-bonuses imħallsa lill-kategoriji speċifiċi ta’ impjegati;

(d)

tnaqqis fil-pensjonijiet ewlenija u supplimentari, kif ukoll fis-somom imħallsa f’daqqa meta wieħed jirtira, bl-għan li jkunu ffrankati mill-inqas EUR 219-il miljun fl-2011 bi trasferiment ta’ EUR 446 miljun fl-2012, minbarra l-iffrankar previst fl-MTFS;

(e)

l-iffissar tal-limitu ta’ 5 % fuq id-depożiti tal-infiq mill-Fond Ekoloġiku bl-għan li jiġu ffrankati EUR 360 miljun fl-2012;

(f)

deċiżjonijiet ministerjali jew ċirkolarijiet dwar il-miżuri fiskali fuq gass naturali, żejt għat-tisħin u taxxi fuq il-vetturi previsti fl-MTFS;

(g)

deċiżjonijiet ministerjali biex il-benefiċċji tas-saħħa pprovduti minn diversi fondi tas-sigurtà soċjali jkunu rregolati b’mod uniformi;

(h)

leġiżlazzjoni għall-ġbir tal-imposta tas-solidarjetà permezz ta’ taxxa miġbura minn ras il-għajn;

(i)

deċiżjonijiet ministerjali li jibdew l-għeluq, l-amalgamazzjoni jew it-tnaqqis sostanzjali tal-entitajiet. Dan jaffettwa lil KED, ETA, ODDY, in-National Youth Institute (Istitut Nazzjonali taż-Żgħażagħ), EOMEX, IGME, OSK, DEPANOM, THEMIS, ETHYAGE u ERT, u 35 entitàjiet żgħar oħra;

(j)

deċiżjonijiet ministerjali li jispeċifikaw il-kriterji ta’ diżabbiltà għall-attribuzzjoni ta’ pensjonijiet tad-diżabbiltà, konsistenti mal-ksib tal-objettivi tal-iffrankar tal-MTFS;

(k)

liġi biex jiġi ffriżat l-indiċjar tal-pensjonijiet ġenerali u supplimentari matul l-2015;

(l)

l-iffinalizzar tal-lista pożittiva għall-prodotti farmaċewtiċi li jistabbilixxi l-prezzijiet imposti lill-fondi tas-sigurtà soċjali;

(m)

jittrasferixxi għall-fond ta’ privatizzazzjoni, il-“Hellenic Republic Asset Development Fund” (HRADF) tal-assi li ġejjin: Alpha Bank (0,619 % tal-ishma); Il-Bank Nazzjonali tal-Greċja (1,234 % tal-ishma); Piraeu Bank (1,308 % tal-ishma); l-awtorità tal-Port ta’ Piraeus (23, 1 % tal-ishma); L-awtorità tal-Port ta’ Thessaloniki (23,3 % tal-ishma); L-awtoritajiet tal-portijiet ta’ Elefsina, Lavrio, Igoumenitsa, Alexandroupolis, Volos, Kavala, Corfu, Patras, Rafina, Heraklion (100 %); Il-Kumpanija tal-Ilma u d-Drenaġġ ta’ Ateni (27,3 %); Il-kumpanija tal-Ilma u d-Drenaġġ ta’ Thessaloniki (40 %); L-ajruporti reġjonali tal-Istat (trasferiment tad-drittijiet ta’ konċessjoni); il-faċilità lil hinn mill-kosta għall-ħżin tal-gass naturali ‘South Kavala’ (trasferiment ta’ drittijiet ta’ konċessjonijiet kurrenti u futuri); L-awtostradi tal-Greċja (trasferiment tad-drittijiet ekonomiċi ta’ konċessjonijiet kurrenti u futuri); Egnatia odos (100 %); Il-posta tal-Greċja (90 %); OPAP, SA (29 %); erbgħa binjiet tal-Istat;

(n)

jinħatru konsulenti legali, tekniċi u finanzjarji għal mill-inqas erbatax minn dawn il-privatizzazzjonijiet li huma pjanati sa tmiem l-2012;

(o)

abbażi ta’ djalogu mal-imsieħba soċjali u b’kunsiderazzjoni tal-objettiv tal-ħolqien u l-preservazzjoni tal-impjiegi u t-titjib tal-kompetittività tal-kumpaniji, l-addozzjoni ta’ miżuri ulterjuri li jippermettu l-adattament tal-pagi għall-kundizzjonijiet ekonomiċi. B’mod partikolari: l-estensjoni ta’ ftehimiet kollettivi tas-settur jew okkupazzjonali u l-hekk imsejjaħ prinċipju ta’ favorabbiltà għandhom jiġu sospiżi matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-MTFS b’tali mod li ftehimiet fil-livell tal-kumpaniji jieħdu preċedenza fuq il-ftehimiet tas-settur jew okkupazzjonali; il-kuntratti kollettivi fil-livell ta’ kumpaniji jistgħu jiġu ffirmati jew minn trejdunjins jew meta fil-livell tal-kumpanija ma jkunx hemm trejdunjin, minn kunsilli tal-impjegati jew minn rappreżentanti oħra tal-impjegati, irrispettivament mid-daqs tal-kumpanija.”.

2.

Il-paragrafu 7, huwa emendat kif ġej:

(a)

Punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

baġit għall-2012 f’konformità mal-miri MTFS u mal-limiti massimi tad-defiċit imniżżla f’ din id-Deċiżjoni; aġġornament u pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar id-diversi miżuri previsti fl-MTFS; u l-atti leġiżlattivi fiskali u dwar in-nefqa li huma neċessarji għall-implimentazzjoni tal-baġit fl-istess ħin tal-baġit;”.

(b)

Punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

valutazzjoni tar-riżultati tal-ewwel fażi tar-reviżjoni funzjonali indipendenti tal-amministrazzjoni ċentrali li se tirriżulta fi pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-politika operazzjonali. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiddeterminaw kif jista’ jintlaħaq servizz pubbliku iktar issimplifikat u effikaċi, jiddefinixxu b’mod ċar ir-responsabbiltajiet u l-linji ta’ kmand tad-dipartimenti ministerjali filwaqt li jeliminaw il-kompetenzi li jikkoinċidu u jtejbu l-mobbilità interministerjali u intraministerjali; l-iffinalizzar tar-reviżjoni funzjonali li għaddejja bħalissa tal-programmi soċjali eżistenti;”.

(c)

Qed jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(i)

ħatra ta’ konsulenti għat-tranżazzjonijiet l-oħrajn marbuta mal-privatizzazzjoni ppjanati għall-2012 u mhux inklużi fil-punt (n) tal-paragrafu 6a; aċċellerazzjoni tar-reġistrazzjoni tas-sjieda ta’ art tal-istat u leġiżlazzjoni sekondarja dwar akkomodazzjoni turistika u dwar l-użu tal-art; l-istabbiliment u l-operat ta’ Segretarjat Ġenerali ġdid tal-Proprjetà Pubblika li jaħdem flimkien mal-KED/ETA li għadhom kemm ġew amalgamati (istituzzjonijiet li jimmaniġaw proprjetà immobbli u proprjetà immobbli turistika rispettivament) li jridu jippreparaw il-proprjetà immobbli għall-privatizzazzjoni ta’ assi kummerċjali u negozjabbli. L-għan huwa li jitjieb l-immaniġġar tal-assi tal-proprjetà immobbli, jinħelsu mill-impedimenti u jiġu ppreparati għall-privatizzazzjoni; il-ħolqien ta’ sitt portafolli mill-HRDAF; l-adozzjoni tal-att legali dwar it-trasferiment lill-Istat tal-assi mobbli u immobbli tal-entitajiet li jingħalqu;

(j)

ir-riforma tal-amministrazzjon tad-dħul permezz ta’: l-attivazzjoni ta’ unità kbira tal-kontribwenti fiskali; it-tneħħija tal-ostakli għal amministrazzjoni fiskali effettiva billi jkunu implimentati r-riformi ewlenin tal-liġi l-ġdida tat-taxxa, inkluża s-sostituzzjoni ta’ maniġers li ma jilħqux il-miri tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-kwalifiki tal-awdituri fiskali; l-operat tal-entità għas-soluzzjoni mgħaġġla ta’ tilwim amministrattiv li għadha kemm twaqqfet biex titratta b’rapidità każijiet kbar ta’ tilwim (jiġifieri fi żmien 90 jum); iċ-ċentralizzazzjoni tal-funzjonijiet u l-amalgamazzjoni ta’, mill-inqas 31 uffiċċju tat-taxxa;

(k)

għat-tisħiħ tal-kontroll tan-nefqa: il-ħatra ta’ uffiċjali tal-kontabbiltà finanzjarja permanenti fil-Ministeri kollha;

(l)

pubblikazzjoni ta’ pjan tal-persunal għal perjodu ta’ żmien medju sal-2015 f’konformità mar-regola ta’ reklutaġġ 1 għal kull 5 persuni li jitilqu li tapplika għall-amministrazzjoni pubblika kollha mingħajr eċċezjonijiet settorjali; trasferiment ta’ madwar 15 000 persuna mill-persunal li bħalissa huma impjegati minn diversi entitajiet tal-gvern għar-riserva ta’ ħaddiema u tpoġġiha ta’ madwar 15 000 ħaddiem f’irtirar kmieni. Persunal fir-riżerva tal-ħaddiema jew ta’ irtirar kmieni, iridu jitħallsu 60 % tas-salarju bażiku tagħhom (minbarra l-overtime u l-ħlasijiet extra) għal mhux iktar minn 12-il xahar. Għall-persunal li jkun wasal biex jirtira, dawn it-12-il xahar jistgħu jiġu estiżi sa 24 xahar. Pagamenti lil ħaddiema waqt li jkunu fir-riżerva ta’ ħaddiema, huma parti mil-paga tagħhom ta’ severanza;

(m)

reviżjoni tal-lista ta’ xogħlijiet ta’ strapazz u ta’ diffikultà sabiex tkopri inqas minn 10 % tal-impjegati. Reviżjoni fil-fond ta’ kif jaħdmu l-fondi pubbliċi sekondarji/supplimentari tal-pensjonijiet, inklużi l-fondi għall-benesseri u l-iskemi ta’ somom imħallsa f’daqqa, bil-għan li tiġi stabbilizzata n-nefqa tal-pensjonijiet, u tiġi iggarantita n-newtralità baġitarja ta’ dawn l-iskemi u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistema fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul. Ir-reviżjoni għandha twassal għal: tnaqqis akbar fl-għadd ta’ fondi eżistenti; l-eliminazzjoni tal-iżbilanċi f’dawk il-fondi b’defiċits; l-istabilizzazzjoni tal-infiq kurrenti f’livell sostenibbli, permezz ta’ aġġustamenti xierqa li għandhom isiru mill-1 ta’ Jannar 2012; u s-sostenibilità fit-tul ta’ skemi sekondarji permezz ta’ rabta stretta bejn il-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji.”.

3.

Fil-paragrafu (8), qed jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(c)

it-twettiq tat-tieni fażi tar-reviżjoni funzjonali eżistenti tal-programmi soċjali li jinkludu analiżi aktar iddettaljata tal-programmi speċifiċi, bl-għan li titnaqqas il-frammentazzjoni eċċessiva, ikun ġenerat it-tfaddil u jinħolqu l-effiċjenzi;

(d)

kopertura tal-atti mediċi kollha permezz ta’ preskrizzjonijiet elettroniċi (mediċini, riferimenti, dijanjożi, kirurġija) kemm fil-faċilitajiet u l-fornituri tas-sistema nazzjonali tas-saħħa (NHS) u fornituri ikkuntrattati mill-EOPYY u il-fondi tas-sigurtà soċjali; produzzjoni ta’ verifiki ddettaljati kull xahar mill-faċilitajiet u l-fornituri tal-NHS; assoċjazzjoni ta’ rata iżgħar ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż għal-mediċini ġeneriċi li jkollhom prezz konsiderevolment orħos mill-prezz referenzjarju (anqas minn 60 % tal-prezz referenzjarju) abbażi tal-esperjenza ta’ Stati Membri oħra; pubblikazzjoni mill-fondi tas-sigurtà soċjali ta’ rapport annwali dwar preskrizzjonijiet tal-mediċini; adozzjoni mill-isptarijiet kollha tar-reġistri ta’ impenn;

(e)

bidla lejn sistema ċentralizzata ġdida ta’ akkwist pubbliku ta’ prodotti farmaċewtiċi u mediċini għall-NHS permezz ta’ Kumitat tal-Koordinazzjoni tal-Provvisti bl-appoġġ tal-Kumitat tal-ispeċifikazzjonijiet, bl-użu ta’ sistema uniformi ta’ kkodifikar għall-provvisti ta’ mediċini u prodotti farmaċewtiċi;

(f)

sabiex ikun imsaħħaħ il-kontroll tan-nefqa, l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tissimplifika l-proċedura għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni ta’ baġits supplimentari; kontinwazzjoni tal-proċess għat-twaqqif ta’ reġistri tal-impenn, li jkopru il-gvern ġenerali kollu.”.

4.

Qed jiżdied il-paragrafu li ġej:

“(9)   Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Ġunju 2012:

(a)

Il-preparazzjoni tal-miżuri li għandhom jiġu adottati fl-istess żmien tal-baġit għal-2013 u fl-istess żmien tal-baġit għal-2014, il-bidu ta’ reviżjoni ta’ programmi ta’ nefqa pubblika, bl-għan li jkunu identifikati miżuri li jammontaw għal 3 % tal-PDG. Ir-reviżjoni għandha tissejjes fuq assistenza teknika esterna u għandha tiffoka fuq pensjonijiet u trasferimenti soċjali (b’mod li jippreserva l-protezzjoni soċjali bażika); tnaqqis fin-nefqa fuq id-difiża mingħajr ħsara għall-kapaċità tad-difiża tal-pajjiż; u r-ristrutturar tal-amministrazzjonijiet ċentrali u lokali; aġġustamenti għal skemi speċjali ta’ pagi; speċifikazzjoni ta’ razzjonalizzazzjoni ulterjuri tal-infiq fuq il-prodotti farmaċewtiċi u l-infiq għall-operat tal-isptarijiet, u l-benefiċċji fi flus għall-benessri.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6.

(2)  Deċiżjoni 2010/486/UE (ĠU L 241, 14.9.2010. p. 12); Deċiżjoni 2011/57/UE (ĠU L 026, 29.1.2011, p. 15); Deċiżjoni 2011/257/UE (ĠU L 110, 29.4.2011, p. 26);

(3)  ĠU L 296, 15.11.2011, p. 38.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/4/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2011/792/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(2)

Fil-5 ta’ Lulju 2011, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/3/2010 (2) dwar il-ħatra tar-Rear Admiral Thomas JUGEL bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda li jinħatar il-Kaptan Jorge MANSO bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kaptan Jorge MANSO huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2011.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 177, 6.7.2011, p. 26.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ottubru 2011

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Anness 9 għall-imsemmi Ftehim

(2011/793/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (1), u b’mod partikulari s-sitt inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (2) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

L-Artikolu 6 tal-Ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat”) li hu responsabbli għall-ġestjoni tal-Ftehim u jiżgura l-funzjonament xieraq tiegħu.

(3)

Skont l-Artikolu 6(4) u (7) tal-Ftehim, fil-21 ta’ Ottubru 2003, il-Kumitat adotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (3) u waqqaf il-gruppi ta’ ħidma meħtieġa għall-ġestjoni tal-annessi għall-Ftehim. (4)

(4)

Il-grupp ta’ ħidma bilaterali “prodotti organiċi” iltaqa’ sabiex jeżamina, b’mod partikolari, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness 9, ir-regoli ta’ importazzjoni applikati mill-Partijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni li seħħ bejniethom, sabiex jifformulaw ir-rakkomandazzjonijiet dwar dan lill-Kumitat, bil-għan li l-Anness 9 għall-Ftehim jiġi adattat.

(5)

Skont l-Artikolu 11 tal-Ftehim il-Kumitat jista’ jiddeċiedi dwar emendi tal-Annessi għall-Ftehim.

(6)

Il-kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura jesprimi l-qbil tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-verżjoni finali tal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (5),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf bl-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara li tiġi adottata.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(3)  Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fil-21 ta’ Lulju 2003; Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 1/2003 tal-21 ta’ Ottubru 2003 dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 303, 21.11.2003, p. 24).

(4)  Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fil-21 ta’ Lulju 2003; Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt Nru 2/2003 tal-21 ta’ Ottubru 2003 dwar it-twaqqif tal-gruppi ta’ ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta’ dawn il-gruppi [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 303, 21.11.2003, p. 27).

(5)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.


ANNESS

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 2/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA

tal-25 ta’ Novembru 2011

dwar l-emenda tal-Anness 9 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli

IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, u b’mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (minn hawn ‘il quddiem “il-ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

L-Anness 9 għall-Ftehim għandu l-għan li jiffaċilita u jippromwovi l-flussi kummerċjali bilaterali tal-prodotti organiċi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea u mill-Isvizzera.

(3)

Skont l-Artikolu 8 tal-Anness 9 għall-Ftehim, il-grupp ta’ ħidma dwar “prodotti organiċi” għandu jeżamina kull kwistjoni marbuta mal-Anness 9 u mal-implimentazzjoni tiegħu, u jfassal rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat. Dan il-grupp ingħaqad sabiex jeżamina b’mod partikolari l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim, ir-regoli ta’ importazzjoni applikati miż-żewġ partijiet tal-ftehim u l-iskambji ta’ informazzjoni bejniethom. Il-grupp ta’ ħidma kkonkluda li l-kontenut tal-Artikoli tal-Anness 9 dwar dawn is-suġġetti għandu jkun adattat għall-evoluzzjoni tal-produzzjoni organika u għas-suq tal-prodotti organiċi,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness 9 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kelma “pjanti” għandha tinbidel b’ “agrikoli”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa mħassar.

2.

L-Artikolu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Pajjiżi terzi u korpi ta’ kontroll f’pajjiżi terzi

1.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jiżguraw li l-arranġamenti tagħhom dwar l-importazzjoni applikabbli għall-prodotti miksubin b’mod organiku minn pajjiżi terzi jkunu ekwivalenti.

2.   Sabiex tiġi żgurata ekwivalenza fil-prattika fir-rigward tal-għarfien tal-pajjiżi terzi u l-korpi ta’ kontroll fil-pajjiżi terzi, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu kollaborazzjoni xierqa sabiex jagħmlu użu mill-esperjenzi tagħhom u jikkonsultaw flimkien qabel ma jirrikonoxxu u jinkludu pajjiż terz jew korp ta’ kontroll fil-listi stabbiliti għal dan il-għan fil-liġijiet u r-regolamenti tagħhom.”

3.

L-Artikolu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Skambju ta’ informazzjoni

1.   Skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim, il-Partijiet u l-Istati Membri għandhom jibagħtu lil xulxin, b’mod partikolari, l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin:

il-lista tal-awtoritajiet kompetenti, il-korpi ta’ kontroll u n-numri tal-kodiċi tagħhom, kif ukoll ir-rapporti dwar is-sorveljanza mill-awtoritajiet responsabbli minn din il-ħidma;

il-lista tad-deċiżjonijiet amministrattivi li jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti miksubin b’mod organiku minn pajjiżi terzi;

l-irregolaritajiet jew il-ksur tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari li jinsabu fl-Appendiċi 1 u li jbiddlu l-karattru organiku ta’ prodott. Il-livell ta’ komunikazzjoni għandu jiddependi mis-severità u l-firxa tal-irregolarità jew tal-ksur iddikjarat skont l-appendiċi.

2.   Il-Partijiet jiggarantixxu t-trattament kunfidenzjali tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, it-tielet inċiż.”

4.

L-Appendiċi 1 u l-Appendiċi 2 huma sostitwiti rispettivament bl-Appendiċi 1 u l-Appendiċi 2 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Nicolas VERLET

Il-President u l-Kap tad-delegazzjoni Svizzera

Jacques CHAVAZ

Is-Segretarju tal-Kumitat

Michäel WÜRZNER

ANNESS

“Appendiċi 1

Lista ta’ atti msemmija fl-Artikolu 3 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel miksubin b’mod organiku

Dispożizzjonijiet regolamentari applikabbli fl-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 967/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 (ĠU L 264, 3.10.2008, p. 1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 426/2011 tat-2 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 113, 13.5.2011, p. 1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 (ĠU L 161, 21.6.2011, p. 9).

Dispożizzjonijiet applikabbli fil-Konfederazzjoni Svizzera

Ordinanza tat-22 ta’ Settembru 1997 dwar l-agrikoltura organika u d-deskrizzjoni tal-prodotti u l-oġġetti tal-ikel organiċi (Ordinanza dwar l-agrikoltura organika), emendata fis-27 ta’ Ottubru 2010 (RO 2010 5859)

Ordinanza tad-Dipartiment Federali tal-Ekonomija tat-22 ta’ Settembru 1997 dwar l-agrikoltura organika, emendata fil-25 ta’ Mejju 2011 (RO 2011 2369).

Esklużjoni mill-arranġamenti ta’ ekwivalenza

Prodotti Svizzeri bbażati fuq ingredjenti prodotti fil-qafas tal-arranġamenti għall-konverżjoni lejn agrikoltura organika

Prodotti li ġejjin mit-trobbija tal-mogħoż fl-Isvizzera meta l-annimali jibbenefikaw mid-deroga prevista fl-Artikolu 39d tal-Ordinanza dwar l-agrikoltura organika u d-deskrizzjoni tal-prodotti u tal-oġġetti tal-ikel organiċi (*).

“Appendiċi 2

Termini ta’ applikazzjoni

Ir-regoli tal-ittikkettar dwar l-għalf organiku għall-annimali fis-seħħ fil-leġiżlazzjoni tal-Parti kontraenti li qed timporta għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet tal-Parti l-oħra.”


(*)  (RS 910.18)”


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2010

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8714)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(2011/794/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, qabel ma jittieħed impenn ta' nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandha tkun ittieħdet deċiżjoni ta' finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Sabiex tgħin biex tinqered l-influwenza avjarja malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni inċiżi, ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta' Frar 2005 li jistabilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/204/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fid-Danimarka u l-Pajjiżi l-Baxxi fl-2010 (3), ikkonċediet, fost oħrajn, kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta' emerġenza biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2010. Fl-20 ta' Mejju 2011, il-Pajjiżi l-Baxxi ressqu talba uffiċjali għal ħlas lura kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(5)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(6)

Il-Pajjiżi l-Baxxi, b'konsistenza mal-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, għarrfu minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-miżuri applikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħha. Skont kif jitlob l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005, it-talba għall-ħlas lura akkumpanjawha rapport finanzjarju, dokumenti ta' evidenza, rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment fejn l-annimali nqatlu jew inqerdu u r-riżultati tal-awditjar rispettiv.

(7)

L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lill-Pajjiżi l-Baxxi fit-8 ta’ Awwissu 2011. Il-Pajjiżi l-Baxxi qablu permezz ta' email datata fis-16 ta' Awwissu 2011.

(8)

Konsegwentement, l-ammont totali tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2010 issa jista' jiġi stabbilit.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2010 hija stabbilita għal EUR 54 203,48.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, hi indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 86, 1.4.2011, p. 73.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/39


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-marda vexxikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2009

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8715)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2011/795/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 3(4) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, qabel ma jittieħed impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandha tkun ittieħdet deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-marda vexxikulari tal-ħnieżer malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-Artikolu 3(6) l-ewwel inċiż ta’ dik id-Deċiżjoni jistipula r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (2) jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. L-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/143/UE tal-5 ta’ Marzu 2010 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-marda vessikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2009 (3) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Italja għall-ispejjeż imġarrba għall-qerda tal-marda vexxikulari tal-ħnieżer.

(5)

Fit-3 u l-4 ta’ Mejju 2010, l-Italja ressqet talba uffiċjali għar-rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. Il-konklużjonijiet finali tal-Kummissjoni ġew ikkomunikati lill-Italja permezz ta’ e-Mail datata fid-29 ta’ Ġunju 2011. L-Itaja qablet permezz ta’ e-Mail datata fit-23 ta’ Awwissu 2011.

(6)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

L-awtoritajiet Taljani ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(8)

Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-marda vexxikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2009 għandu issa jiġi stabbilit.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-marda vexxikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2009 hija stabbilita għal EUR 93 998,39. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 56, 6.3.2010, p. 12.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/41


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-Influwenza Avjarja fi Cloppenburg, il-Ġermanja f’Diċembru 2008 u f’Jannar 2009

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8716)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2011/796/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta' finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Sabiex tinqered l-influwenza avjarja malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni inċiżi, ta’ dik id-Deċiżjoni jidentifika l-perċentwal tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni li jistgħu jitħallsu biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta' Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/581/KE tad-29 ta' Lulju 2009 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fi Cloppenburg, il-Ġermanja f'Diċembru 2008 u Jannar 2009 (3) ipprevediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Ġermanja f'Diċembru 2008 u Jannar 2009.

(5)

Fit-3 ta' Settembru 2009, il-Ġermanja ressqet talba uffiċjali għal ħlas lura kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(6)

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni tiġi soġġetta għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

Id-Deċiżjoni 2009/581/KE pprevediet li l-ewwel somma ta' EUR 2 000 000 għandha titħallas bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(8)

Awditjar skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 li twettaq mis-servizzi tal-Kummissjoni żvela biss kwistjonijiet finanzjarji minuri.

(9)

Il-Ġermanja għaldaqstant, sa dan il-punt, ikkonformat mal-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(10)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, it-tieni somma tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fi Cloppenburg, il-Ġermanja f'Diċembru 2008 u Jannar 2009 għandha issa tiġi stabbilita.

(11)

Il-miżuri li tipprevedi din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tieni somma ta' EUR 4 000 000 għandha titħallas lill-Ġermanja bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, hi indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 198, 30.7.2009, p. 83.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/43


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8717)

(It-test Spanjol biss huwa awtentiku)

(2011/797/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, qabel ma jsir l-impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandha tittieħed deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarju tal-Unjoni għall-miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-marda ta’ Newcastle malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ din id-Deċiżjoni jistipula r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta' Frar 2005 li jistabilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), jistabbilixxi r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/208/UE tal-1 ta' April 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009 (3), ikkonċediet, fost affarijiet oħra, li tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza biex tiġi miġġielda l-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009. Fil-31 ta’ Mejju 2011, Spanja bagħtet talba uffiċjali għar-rimborż, kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(5)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati jkunu fil-fatt ġew implimentati u li l-awtoritajiet ikunu pprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fl-iskadenzi stipulati.

(6)

B’konformità mal-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u mingħajr dewmien, Spanja infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li ġew applikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħhom. Kif mitlub mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005, it-talba għar-rimborż intbagħtet flimkien ma’ rapport finanzjarju, ma’ dokumenti ta’ sostenn, rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment fejn l-annimali ġew imbiċċra jew meqruda u r-riżultati tal-awditjar rispettivi.

(7)

L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lil Spanja fl-20 ta’ Ottubru 2011. Spanja qablet permezz ta’ e-Mail datata l-20 ta’ Ottubru 2011.

(8)

B’riżultat ta’ dan, l-ammont totali tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba b’rabta mal-qerda tal-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009 jista’ issa jiġi stabbilit.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-marda ta’ Newcastle fi Spanja fl-2009 hija stabbilita għal EUR 103 219,22.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 87, 2.4.2011, p. 29.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/45


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fi Spanja fl-2009

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8721)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2011/798/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b'setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Sabiex tinqered l-influwenza avjarja malajr kemm jista' jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-ewwel u t-tieni inċiżi tal-Artikolu 4(3) ta’ dik id-Deċiżjoni jidentifikaw il-perċentwal tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni li jistgħu jitħallsu biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/148/UE tal-5 ta’ Marzu 2010 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, u fl-Italja fl-2009 (3), ipprevediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja, fost oħrajn, fi Spanja fl-2009.

(5)

Fit-3 ta’ Mejju 2010, Spanja ressqet talba uffiċjali għal ħlas lura kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(6)

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 jagħmel lil dik il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni soġġetta għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

Awditjar li twettaq skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 li sar mis-servizzi tal-Kummissjoni żvela biss kwistjonijiet finananzjarji minuri.

(8)

Spanja b'hekk ikkonformat sa dan il-punt mal-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(9)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ewwel somma tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fi Spanja fl-2009 għandha issa tiġi stabbilita.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ewwel somma ta’ EUR 500 000, għandha titħallas lil Spanja bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, hi indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 60, 10.3.2010, p. 22.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/47


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Polonja fl-2007

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8722)

(Il-verżjoni bil-Pollakk biss hija awtentika)

(2011/799/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lejn miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bl-għan li teqred l-influwenza avjarja malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-ewwel u t-tieni inċiżi tal-Artikolu 4(3) ta’ dik id-Deċiżjoni jidentifikaw il-perċentwal tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni li jistgħu jitħallsu biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta' Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/557/KE tas-27 ta' Ġunju 2008 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fil-Polonja fl-2007 (3), ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Polonja fl-2007.

(5)

Fit-13 ta’ Marzu 2008, il-Polonja ressqet talba uffiċjali għal rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(6)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 il-ħlas ta’ din il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni huwa soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

Id-Deċiżjoni 2008/557/KE stipulat li l-ewwel somma ta’ EUR 845 000 għandha titħallas bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(8)

Awditjar skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 li twettaq mis-servizzi tal-Kummissjoni wera biss kwistjonijiet finanzjarji żgħar.

(9)

Il-Polonja għalhekk sa issa kkonformat mal-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulat fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(10)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, somma oħra tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għall-Polonja għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fl-2007 għandha issa tiġi stabbilita.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Somma oħra ta’ EUR 750 000 għandha titħallas lil Polonja bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 180, 9.7.2008, p. 15.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/49


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-bluetongue fil-Ġermanja fl-2007

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8723)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2011/800/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-bluetongue malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ dik id-Deċiżjoni jidentifika l-perċentwal tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni li jistgħu jitħallsu biex jikkumpensaw għall-ispejjeż mġarrba mill-Istati Membri.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/444/KE tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-bluetongue fil-Ġermanja fl-2007 (3) tipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-bluetongue fil-Ġermanja fl-2007.

(5)

Fis-6 ta’ Ġunju 2008, il-Ġermanja bagħtet talba uffiċjali għal rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(6)

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 jagħmel il-ħlas ta’ dik il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

Id-Deċiżjoni 2008/444/KE tipprevedi li għandha titħallas l-ewwel somma ta’ EUR 950 000 bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(8)

Awditjar skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 li twettaq mis-servizzi tal-Kummissjoni wera biss kwistjonijiet finanzjarji żgħar.

(9)

Il-Ġermanja għalhekk s’issa kkonformat mal-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(10)

Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, għandha issa tiġi stabbilita somma oħra tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-bluetongue fil-Ġermanja fl-2007.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għandha titħallas somma oħra ta’ EUR 1 950 000 lill-Ġermanja bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 156, 14.6.2008, p. 18.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta' emerġenza kontra l-bluetongue fi Franza fl-2007 u l-2008

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8727)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2011/801/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KEE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3),(4) u t-tieni inċiż ta' (6) tiegħu,

Billi:

(1)

B'mod konformi mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta' finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u għandu jiġi adottat mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom ġew delegati mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-bluetongue malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi r-regoli dwar il-perċentwali li trid tiġi applikata għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (2) jistabbilixxi r-regoli dwar il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. L-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE (3) kif ġiet modifkata bid-Deċiżjoni 2009/19/KE (4) kkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-bluetongue fi Franza fl-2007 u l-2008.

(5)

Fil-31 ta' Marzu 2009, Franza bagħtet talba uffiċjali għal ħlas lura kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(6)

Twettqet ispezzjoni FVO fi Franza mill-24 sat-28 ta' Novembru 2008, li permezz tagħha rriżultaw xi nuqqasijiet tekniċi. Madankollu dawn in-nuqqasijiet ma kkompromettewx l-implimentazzjoni ġenerali tal-programm u lanqas ma kkawżaw spejjeż addizzjonali għall-baġit tal-Unjoni.

(7)

Sar kontroll finanzjarju fi Franza mill-ewwel sal-erbgħa ta' Diċembru 2009 li minnu ħareġ li n-nefqa ppreżentata minn Franza kienet eliġibbli.

(8)

L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lil Franza f’ittra bid-data tal-14 ta’ Lulju 2011.

(9)

Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-bluetongue fi Franza fl-2007 u l-2008 issa għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/655/KE.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-bluetongue fi Franza fl-2007 u l-2008 hija stabbilita għal EUR 23 162 004,20. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa stabbilit għal EUR 2 041 295,20.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 66.

(4)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 31.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/52


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fl-Italja fl-2007 u l-2008

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8728)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2011/802/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3), (4) u t-tieni inċiż tal-paragrafu (6) tagħha,

Billi:

(1)

B’mod konformi mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jsegwi deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u għandu jiġi adottat mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom ikunu ġew delegati mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-bluetongue malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ dik id-Deċiżjoni jistipula r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (2) jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jistipula r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE (3) kif ġiet immodifikata mid-Deċiżjoni 2009/19/KE (4) ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri ta’ emerġenza biex tiġi kkontrollata l-bluetongue fl-Italja fl-2007 u l-2008.

(5)

Fit-12 ta’ Marzu 2009, l-Italja bagħtet talba uffiċjali għal rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lill-Italja f’ittra bid-data tat-28 ta’ Marzu 2011.

(6)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

L-awtoritajiet Taljani ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(8)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-bluetongue fl-Italja fl-2007 u l-2008 issa għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/655/KE.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lejn in-nefqa assoċjata mal-qerda tal-bluetongue fl-Italja fl-2007 u l-2008 hija stabbilita għal EUR 732 680,67. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa stabbilit għal EUR 1 336,20.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 66.

(4)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 31.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/54


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza għal kontra l-bluetongue fl-Awstrija bejn l-2007 u l-2008

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8729)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2011/803/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3), 4 u t-tieni inċiż (6) tagħha,

Billi:

(1)

B’mod konformi mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jsegwi deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u għandu jiġi adottat mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom ikunu ġew delegati mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-bluetongue malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ dik id-Deċiżjoni jistipula r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (2) jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jistipula r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE (3) kif immodifikata mid-Deċiżjoni 2009/19/KE (4) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri ta’ emerġenza biex tiġi kkontrollata l-marda tal-bluetongue fl-Awstrija bejn l-2007 u l-2008.

(5)

Fil-31 ta’ Marzu 2009, l-Awstrija bagħtet talba uffiċjali għal rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lill-Awstrija f’ittra bid-data tat-28 ta’ Marzu 2011.

(6)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

L-awtoritajiet tal-Awstrija ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(8)

Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ammont totali ta’ appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-bluetongue fl-Awstrija fl-2007 u l-2008 issa għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/655/KE.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lejn in-nefqa assoċjata mal-qerda tal-bluetongue fl-Awstrija fl-2007 u l-2008 hija stabbilita għal EUR 1 706 326,35. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 66.

(4)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 31.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/56


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2007 u fl-2008

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8732)

(It-test Olandiż biss huwa awtentiku)

(2011/804/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3), (4) u t-tieni inċiż tal-paragrafu (6) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u għandu jiġi adottat mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom ġew delegati mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li tgħin biex tinqered il-bluetongue malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (2) jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal sostenn finanzjarju mill-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE (3), kif modifikata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/19/KE (4) kkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza biex tiġi miġġielda l-bluetongue fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2007 u l-2008.

(5)

Fis-26 ta’ Marzu 2009, il-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw talba uffiċjali għal rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet aħħarija ġew ikkomunikati lill-Pajjiżi l-Baxxi f’ittra datata 27 ta’ Settembru 2010.

(6)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

L-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(8)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-ammont totali tas-sostenn finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-bluetongue fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2007 u l-2008 issa għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/655/KE.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-bluetongue fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2007 u l-2008 hija stabbilita għal EUR 7 672 725,00. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa stabbilit għal EUR 1 120 985.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 66.

(4)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 31.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/58


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fl-Isvezja fl-2007 u l-2008

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8737)

(It-test bl-Isvediż biss huwa awtentiku)

(2011/805/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3), (4) u t-tieni inċiż tal-paragrafu (6) tagħha,

Billi:

(1)

B'mod konformi mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u għandu jiġi adottat mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom ġew delegati mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li tgħin biex tinqered il-bluetongue malajr kemm jista' jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (2) li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal sostenn finanzjarju mill-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE (3) kif modifikata bid-Deċiżjoni 2009/19/KE (4) kkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza biex tiġi miġġielda l-bluetongue fl-Isvezja fl-2007 u l-2008.

(5)

Fit-30 ta’ Marzu 2009, l-Isvezja ppreżentat talba uffiċjali għal rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lill-Isvezja f'ittra datata 28 ta’ Marzu 2011.

(6)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

L-awtoritajiet Svediżi ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(8)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-ammont totali tas-sostenn finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-bluetongue fl-Isvezja fl-2007 u l-2008 issa għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/655/KE.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-bluetongue fl-Isvezja fl-2007 u l-2008 hija stabbilita għal EUR 1 281 076,73. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Isvezja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 66.

(4)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 31.


3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/60


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2011

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra l-bluetongue fil-Lussemburgu fl-2007 u l-2008

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8742)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2011/806/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3), (4) u t-tieni inċiż tal-paragrafu (6) tagħha,

Billi:

(1)

B'mod konformi mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jsegwi deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u għandu jiġi adottat mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom ikunu ġew delegati mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-bluetongue malajr kemm jista' jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(6) ta’ dik id-Deċiżjoni jistipula r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (2) jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju tal-miżuri ta’ emerġenza u tal-kampanja biex jiġi miġġieled ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jistipula r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/655/KE (3) kif ġiet immodifikata mid-Deċiżjoni 2009/19/KE (4) ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri ta’ urġenza biex tiġi kkontrollata l-bluetongue fil-Lussemburgu fl-2007 u l-2008.

(5)

Fis-27 ta’ Marzu 2009, il-Lussemburgu bagħat talba uffiċjali għal rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lil-Lussemburgu f'ittra bid-data tat-30 ta’ Marzu 2011.

(6)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

L-awtoritajiet Lussemburgiżi ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(8)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-bluetongue fil-Lussemburgu fl-2007 u l-2008 issa għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/655/KE.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lejn in-nefqa assoċjata mal-qerda tal-bluetongue fil-Lussemburgu fl-2007 u l-2008 hija stabbilita għal EUR 471 212,25. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa stabbilit għal EUR 18 202,25.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 66.

(4)  ĠU L 8, 13.1.2009, p. 31.