ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2011.319.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Novembru 2011
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE
(2011/780/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-Anness XIII mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) jinsabu dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi rigward it-trasport. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (2) għandu bħala l-għan prinċipali tiegħu li jiġi stabbilit u miżmum livell uniformi għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fi ħdan l-Unjoni. |
(3) |
L-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jistgħu jaffettwaw il-livell tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu għalhekk ikun inkorporat fil-Ftehim sabiex tkun permessal-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati tal-EFTA fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. |
(5) |
Ladarba r-Regolament (KE) Nru 216/2008 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 (3), li ġie inkorporat fil-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim. |
(6) |
L-Anness XIII mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
(7) |
L-Unjoni għandha għalhekk tieħu l-pożizzjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, stipulata fl-abbozz tad-Deċiżjoni li jinsab mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda maħsuba għall-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
K. SZUMILAS
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea (ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2011/UE
ta’ …
li temenda l-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII mal-Ftehim kien emendat b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … (1). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (2) għandu bħala l-għan prinċipali tiegħu li jiġi stabbilit u miżmum livell uniformi għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fi ħdan l-Unjoni. |
(3) |
L-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jistgħu jaffettwaw il-livell tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu għalhekk ikun inkorporat fil-Ftehim sabiex tkun permessal-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati tal-EFTA fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li ġie inkorporat fil-Ftehim Nru 1592/2002 u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil- …, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, …
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
The President
The Secretaries to the EEA Joint Committee
(1) ĠU L …
(*) [L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.] [Ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.]
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru … li tinkorpora fil-Ftehim ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE
“Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jittratta fost affarijiet oħra dwar l-awtorità li jiġu imposti multi u ħlasijiet penali perjodiċi fil-kamp tas-sikurezza tal-avjazzjoni. L-inkorporazzjoni ta’ dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għas-soluzzjonijiet istituzzjonali rigward atti futuri li jagħtu setgħat biex jiġu imposti sanzjonijiet.”
ANNESS
mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …
L-Anness XIII mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 66a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91) u 66r (id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
(2) |
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 68a (Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE): “, kif emendat permezz ta’:
|
(3) |
It-test ta’ punt 66n (ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “32008 R 0216: Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
REGOLAMENTI
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1244/2011
tal-1 ta’ Diċembru 2011
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 tad-9 ta' Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja u f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), persuni u entitajiet oħra għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżlin fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 442/2011, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1.
(2) Ara paġna 56 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Mohammad Al-Jleilati |
Data tat-twelid 1945, PoB Damascus |
Ministru tal-Finanzi. Responsabbli għall-ekonomija Sirjana. |
1.12.2011 |
2. |
Dr. Mohammad Nidal Al-Shaar |
Data tat-twelid 1956, PoB Aleppo |
Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ. Responsabbli għall-ekonomija Sirjana. |
1.12.2011 |
3. |
Logotenent Ġeneral Fahid Al-Jassim |
|
Kap tal-Persunal. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
4. |
Ġeneral Maġġur Ibrahim Al-Hassan |
|
Viċi Kap tal-Persunal. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
5. |
Brigadier Khalil Zghraybih |
|
L-14-il Diviżjoni. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
6. |
Brigadier Ali Barakat |
|
Il-103 Brigata tad-Diviżjoni tal-Gwardja Repubblikana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
7. |
Brigadier Talal Makhluf |
|
Il-103 Brigata tad-Diviżjoni tal-Gwardja Repubblikana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
8. |
Brigadier Nazih Hassun |
|
Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
9. |
Kaptan Maan Jdiid |
|
Gwardja Presidenzjali. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
10. |
Muahmamd Al-Shaar |
|
Diviżjoni tas-Sigurtà Politika. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
11. |
Khald Al-Taweel |
|
Diviżjoni tas-Sigurtà Politika. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
12. |
Ghiath Fayad |
|
Diviżjoni tas-Sigurtà Politika. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||
1. |
Cham Press TV |
|
Kanal tat-televixin li jipparteċipa f'kampanji ta' informazzjoni ħażina u ta' inċitament għall-vjolenza kontra d-dimostranti |
1.12.2011 |
|||||
2. |
Al Watan |
|
Ġurnal ta' kuljum li jipparteċipa f'kampanji ta' informazzjoni ħażina u ta' inċitament għall-vjolenza kontra d-dimostranti |
1.12.2011 |
|||||
3. |
Centre d’études et de recherches syrien (CERS) (magħruf bħala CERS, Centre d’Etude et de Recherche Scientifique; magħruf bħala SSRC, Scientific Studies and Research Center; magħruf bħala Centre de Recherche de Kaboun |
Barzeh Street, PO Box 4470, Damascus |
Jagħti appoġġ lill-armata Sirjana għall-kisba ta' materjali li jservu direttament għas-sorveljanza u għar-repressjoni tad-dimostranti. |
1.12.2011 |
|||||
4. |
Business Lab |
|
Kumpannija fittizja li sservi għall-kisba ta' materjal sensittiv mis-CERS. |
1.12.2011 |
|||||
5. |
Industrial Solutions |
|
Kumpannija fittizja li sservi għall-kisba ta' materjal sensittiv mis-CERS. |
1.12.2011 |
|||||
6. |
Mechanical Construction Factory (MCF) |
P.O. Box 35202, Industrial Zone, Al-Qadam Road, Damascus |
Kumpannija fittizja li sservi għall-kisba ta' materjal sensittiv mis-CERS. |
1.12.2011 |
|||||
7. |
Syronics – Syrian Arab Co. for Electronic Industries |
|
Kumpannija fittizja li sservi għall-kisba ta' materjal sensittiv mis-CERS. |
1.12.2011 |
|||||
8. |
Handasieh – Organization for Engineering Industries |
|
Kumpannija fittizja li sservi għall-kisba ta' materjal sensittiv mis-CERS. |
1.12.2011 |
|||||
9. |
Syria Trading Oil Company (Sytrol) |
Prime Minister Building, 17 Street Nissan, Damascus, Syria |
Kumpannija tal-istat responsabbli mill-esportazzjoni kollha taż-żejt mis-Sirja. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
1.12.2011 |
|||||
10. |
General Petroleum Corporation (GPC). |
|
Kumpannija taż-żejt tal-istat. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
1.12.2011 |
|||||
11. |
Al Furat Petroleum Company- |
|
Joint venture 50 % ta' proprjetà tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
1.12.2011 |
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1245/2011
tal-1 ta’ Diċembru 2011
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Waqt li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Waqt li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran. |
(2) |
Il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi, kif tinsab fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 961/2010, li għaliha japplika l-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament. Meta għamel dan, il-Kunsill ħa kont tal-osservazzjonijiet ippreżentati minn dawk ikkonċernati. |
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 961/2010 għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti għalihom fih. |
(4) |
Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-entrati li jikkonċernaw ċerti entitajiet inklużi fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 961/2010 għandhom jiġu emendati. |
(5) |
Barra minn dan, fid-dawl tat-tħassib kontinwu dwar l-espansjoni tal-programmi nukleari u missilitiċi tal-Iran espress mill-Kunsill Ewropew fit-23 ta' Ottubru 2011 u f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2), għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet addizzjonali fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 961/2010. |
(6) |
Il-lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 961/2010 għandha tiġi aġġornata kif adatt, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 961/2010 għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 281, 27.10.2010, p. 1.
(2) Ara paġna 71 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
L-Anness VIII għar-Regolament (UE) Nru 961/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness VIII: I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi A. Persuni
B. Entitajiet
II. Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Islamika (IRGC) A. Persuni
B. Entitajiet
III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) A. Persuni
B. Entitajiet
|
2. |
L-entrati għall-entitajiet imsemmijin hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti mill-entrata mniżżla hawn taħt: I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet ta' missili nukleari jew ballistiċi B. Entitajiet
III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) B. Entitajiet
|
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/32 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1246/2011
tad-29 ta’ Novembru 2011
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mantecados de Estepa (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni minn Spanja biex id-denominazzjoni “Mantecados de Estepa” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS
Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 510/2006:
Klassi 2.4. Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar
SPANJA
Mantecados de Estepa (IĠP)
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/34 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1247/2011
tad-29 ta’ Novembru 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta’ prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li hu marbut mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||
(1) |
(2) |
(3) |
||
|
8538 90 99 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 (c) għas-Sezzjoni XVI u l-mod tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8538 , 8538 90 u 8538 90 99 . Minħabba li l-modulu huwa interfaċċja bejn apparati esterni u apparat numeriku ta’ kontroll tat-titolu 8537 , klassifikazzjoni skont it-titolu 8471 bħala unità tal-input hija eskluża. Ladarba l-modulu jirċievi, jikkonverti, jiproċessa u jibgħat sinjali elettriċi lill-PLC, klassifikazzjoni skont it-titolu 8536 bħala swiċċ jew rilej biex jagħmel konnessjonijiet ma’ jew f’ċirkwiti elettriċi hija eskluża. Minħabba li l-modulu ma jikkontrollax waħdu l-apparat estern, iżda jikkostitwixxi biss interfaċċja bejn tali apparat u l-PLC, klassifikazzjoni taħt it-titolu 8537 bħala apparat elettriku ta’ kontroll hija eskluża. Ladarba l-konverżjoni minn analog għal diġitali hija proċess intermedju biss, klassifikazzjoni taħt it-titolu 8543 bħala magni u apparat elettriku b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi bnadi oħra fil-Kapitolu 85 hija eskluża. Minħabba li l-użu intenzjonat tal-modulu hu li jirċievi, jikkonverti u jipproċessa sinjali li jjirrappreżentaw il-kejl irċevut minn apparat estern u jibgħathom lill-PLC, il-modulu huwa essenzjali għall-operazzjoni tal-PLC tat-titlu 8537 . L-artiklu għandu għalhekk ikun klassifikat taħt it-titlu 8538 bħala parti mill-apparat tat-titli 8535 sa 8537 |
||
|
8538 90 99 |
Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 (c) għas-Sezzjoni XVI u l-mod tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8538 , 8538 90 u 8538 90 99 . Minħabba li l-modulu huwa interfaċċja bejn apparati esterni u apparat numeriku ta’ kontroll tat-titolu 8537 , klassifikazzjoni skont it-titolu 8471 bħala unità tal-output hija eskluża. Ladarba l-modulu jirċievi, jipproċessa u jibgħat sinjali elettriċi lil apparati esterni, klassifikazzjoni skont it-titolu 8536 bħala swiċċ jew rilej biex jagħmel konnessjonijiet ma’ jew f’ċirkwiti elettriċi hija eskluża. Punti ta’ konnessjoni tal-output (magħmula minn rilejs elettromanjetiċi) huma biss parti mill-modulu li jikkonsisti, flimkien mal-punti ta’ konnessjoni, mill-interfaċċja tat-tip bus, il-proċessur u l-konvertitur minn diġitali għal analog. Addizzjonalment, il-modulu ma jikkontrollax waħdu l-apparat estern, iżda jikkostitwixxi biss l-interfaċċja bejn il-PLC u apparat simili. Klassifikazzjoni skont it-titlu 8537 bħala apparat elettriku ta’ kontroll hija b’hekk eskluża. Ladarba l-konverżjoni minn diġitali għal analog hija proċess intermedju biss, klassifikazzjoni taħt it-titolu 8543 bħala magni u apparat elettriku b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi bnadi oħra fil-Kapitolu 85 hija eskluża. Minħabba li l-użu intenzjonat tal-modulu hu li jirċievi, jipproċessa u jikkonverti sinjali li jjirrappreżentaw is-sinjal mixgħul/mitfi li jkun irċevut mill-PLC u jibgħathom lil apparat estern, il-modulu huwa essenzjali għall-operazzjoni tal-PLC tat-titlu 8537 . L-artiklu għandu għalhekk ikun klassifikat taħt it-titlu 8538 bħala parti mill-apparat tat-titli 8535 sa 8537 |
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/37 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1248/2011
tad-29 ta’ Novembru 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalitá tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||
Magna użata ma’ lifts, b’dimensjonijiet ta’ madwar 83 × 70 × 30 ċm u piż ta’ 418 kg, (hekk imsejħa “magna tat-trazzjoni mingħajr ingranaġġ”) li tikkonsisti fi:
Il-magna hija installata f’xaft tal-lifts għat-tlugħ u nżul tal-kabina. |
8425 31 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(a) għas-Sezzjoni XVI u mil-lingwaġġ tal-kodiċi tan-NM 8425 u 8425 31 00 . Il-magna tikkonsisti f’mutur elettroniku u taljola fuq ix-xaft tal-mutur. Minħabba l-karatteristiċi tagħha, għandha tiġi kkunsidrata bħala winċ tal-intestatura 8425 . Il-preżenza ta’ sistema ta’ ibbrejkjar jew l-assenza ta’ kejbil jew ċintura ma teskludix il-klassifikazzjoni bħala winċ (ara wkoll l-opinjoni tal-klassifikazzjoni HS 8425.31/1). Il-preżenza tas-sistema ta’ sorveljanza għas-sigurtà ma tibdilx il-karatteristiċi ta’ winċ. Għalhekk, il-klassifikazzjoni bħala parti minn lift taħt l-intestatura 8431 hija eskluża. Għalhekk il-magna għandha tiġi klassifikata taħt il-kodiċi NM 8425 31 00 bħala winċ operat b’mutur elettroniku. |
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/39 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1249/2011
tad-29 ta’ Novembru 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta’ oġġetti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li tkun inħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fi ħdan il-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||
Apparat portabbli li jaħdem bil-batteriji, biex jiġi rrekordjat il-vidjow, b’dimensjonijiet ta’ madwar 10 × 5,5 × 2 ċm (hekk imsejjaħ “pocket sized video recorder”) li jikkonsisti f’:
L-apparat huwa kapaċi biss li jirrekordja l-fajls tal-vidjow fil-forma ta’ sekwenzi ta’ stampi fil-format ta’ MPEG4-AVI. Il-vidjow huwa rikordjat b’riżoluzzjoni ta’ 640 × 480 pixels bi 30 frame kull sekonda għal massimu ta’ sagħtejn. Is-sekwenzi tal-vidjow rekordjati mill-apparat jistgħu jiġu trasferiti f’magna awtomatika għall-iproċessar tad-dejta (ADP), permezz ta’ interface tal-USB, mingħajr ma jiġi modifikat il-format tal-fajls tal-vidjow, jew għal rekorder tal-vidjow diġitali, moniter jew sett tat-televixin permezz ta’ interface AV. Il-fajls tal-vidjow jistgħu jiġu trasferiti għall-apparat minn magna ADP, permezz ta’ interface USB. |
8525 80 99 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tal-kliem użat fil-kodiċi NM 8525 , 8525 80 u 8525 80 99 . Minħabba li l-apparat huwa kapaċi biss li jirrekordja l-vidjow, il-klassifikazzjoni bħala kamera diġitali taħt il-kodiċi NM 8525 80 30 hija eskluża. Minħabba l-karatteristiċi tiegħu, l-apparat huwa rikorder bil-kamera tal-vidjow. Minħabba li l-apparat huwa kapaċi jirrekordja fajls tal-vidjow minn sorsi oħra apparti dawk inkorporati f’kamera tat-televixin, il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8525 80 91 bħala rikorders bil-kamera tal-vidjow li huma kapaċi biss li jirrekordjaw ħoss u stampi meħuda minn kamera tat-televixin, hija eskluża. Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8525 80 99 bħala rikorders tal-kamera tal-vidjow oħra. |
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/41 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1250/2011
tad-29 ta’ Novembru 2011
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Πατάτα Νάξου (Patata Naxou) (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Greċja biex id-denominazzjoni “Πατάτα Νάξου” (Patata Naxou) tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 91, 23.3.2011, p. 15.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum uman elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati
IL-ĠREĊJA
Πατάτα Νάξου (Patata Naxou) (IĠP)
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/43 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1251/2011
tat-30 ta’ Novembru 2011
li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 78 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tagħha,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehimiet milħuqa fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (4), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar il-Kuntratti Pubbliċi (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Ftehim’) Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta’ xiri b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (minn hawn ‘il quddiem “il-limiti”) stipulati fil-Ftehim u indikati bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. |
(2) |
Wieħed mill-għanijiet tad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE huwa li jippermetti li l-entitajiet kontraenti u l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dawk id-Direttivi biex fl-istess ħin ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-limiti stabbiliti f’dawk id-Direttivi għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi assigurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f’euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-limiti stipulati fil-Ftehim. |
(3) |
Għal raġunijiet ta’ koerenza, huwa xieraq li dawn il-limiti jkunu allinjati wkoll fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE li ma humiex koperti mill-Ftehim. Fl-istess ħin, il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2009/81/KE għandhom jiġu allinjati mal-limiti riveduti kif stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/17/KE. |
(4) |
Id-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE għalhekk għandhom jiġu emendati kif meħtieġ. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2004/17/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Id-Direttiva 2004/18/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 56, l-ammont “EUR 4 845 000” jinbidel b’“EUR 5 000 000”. |
(4) |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(1), l-ammont “EUR 4 845 000” jinbidel b’“EUR 5 000 000”. |
(5) |
l-Artikolu 67(1) huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 3
L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/81/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punt (a), l-ammont “EUR 387 000” jinbidel b’“EUR 400 000”. |
(2) |
Fil-punt (b), l-ammont “EUR 4 845 000” jinbidel b’“EUR 5 000 000”. |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(3) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.
(4) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1.
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/45 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1252/2011
tat-30 ta’ Novembru 2011
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żona VII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
ANNESS
Nru |
76/T&Q |
Stat Membru |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Stokk |
ANF/07. |
Speċi |
Petriċa (Lophiidae) |
Żona |
Iż-żona VII |
Data |
11.11.2011 |
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/47 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1253/2011
tal-1 ta’ Diċembru 2011
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 1064/2009 li jiftħu kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea għall-importazzjoni taċ-ċereali li ġejjin minn pajjiżi terzi u jipprovdu għall-ġestjoni tagħhom
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali [tariffarja] għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 306 215-il tunnellata ta’ xgħir li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1003 00. |
(2) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (3) fetaħ kwota tariffarja annwali ta’ 242 074 tunnellata ta’ qamħirrum li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1005 10 90 u 1005 90 00. |
(3) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari [tariffarji] Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga [jidderoga] mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (4) fetaħ kwota tariffarja annwali ta’ 2 989 240 tunnellata ta’ qamħ komuni li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1001 90 99 u li huwa ta’ kwalità differenti minn dik superjuri. |
(4) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1064/2009 tal-4 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tax-xgħir tal-maltu [tal-birra] minn pajjiżi terzi (5) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 50 000 tunnellata ta’ xgħir tal-birra li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1003 00 u li huwa maħsub għall-manifattura ta’ birra li titħalla timmatura fi btieti li fihom il-fagu. |
(5) |
Il-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Arġentina skont l-Artikolu XXIV(6) u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 dwar l-emenda tal-konċessjonijiet mogħtija fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul il-proċess tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (6) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li ġie approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/769/UE (7), jipprovdi, fost l-oħrajn, għaż-żieda ta’ 122 790 tunnellata ta’ qamħ komuni (ta’ kwalità medja u baxxa), ta’ 890 tunnellata ta’ xgħir, ta’ 890 tunnellata ta’ xgħir tal-birra u ta’ 35 914-il tunnellata ta’ qamħirrum mal-kwoti tariffarji rispettivi tal-UE. |
(6) |
Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana [it-tariffa doganali komuni] (8) jipprevedi emendi fil-kodiċijiet tan-NM għaċ-ċereali b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(7) |
Għalhekk, ir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 1064/2009 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(8) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni amministrattiva tal-kwoti li tkun effettiva, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003 għandu jinbidel bit-test li ġej:
“1. Għandha tinfetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 307 105 tunnellati ta’ xgħir li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1003 (bin-numru tas-serje 09.4126).”
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:
1) |
L-Artikolu 1(1) għandu jinbidel bit-test li ġej: “1. Għandha tinfetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 277 988 tunnellata ta’ qamħirrum li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1005 10 90 u 1005 90 00 (bin-numru tas-serje 09.4131).” |
2) |
L-Artikolu 2(1) għandu jinbidel bit-test li ġej: “1. Il-kwota għandha tinqasam f’żewġ sottoperjodi ta’ sitt xhur il-wieħed ta’ 138 994 tunnellata, li jkopru d-dati li ġejjin:
|
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
1) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej: “B’deroga mill-Artikolu 135 u mill-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nruo 1234/2007, għandu jiġi ffissat id-dazju fuq l-importazzjoni tal-qamħ komuni li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1001 99 00, li huwa ta’ kwalità differenti minn dik superjuri ddefinita fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2010 (*), fil-kuntest tal-kwota miftuħa b’dan ir-Regolament. |
2) |
L-Artikolu 2(1) għandu jinbidel bit-test li ġej: “1. Fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena għandha tinfetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 3 112 030 tunnellata ta’ qamħ komuni li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1001 99 00 u li huwa ta’ kwalità differenti minn dik superjuri.” |
3) |
L-Artikolu 3(1) għandu jinbidel bit-test li ġej: “1. Il-kwota tariffarja tal-importazzjoni globali għandha tinqasam f’erba’ subkwoti:
|
4) |
L-ewwel inciż tal-Artikolu 4(2) għandu jinbidel bit-test li ġej:
|
Artikolu 4
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1064/2009 għandu jinbidel bit-test li ġej:
“1. Dan ir-Regolament jiftaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 50 890 tunnellata ta’ xgħir tal-birra li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1003 u li huwa maħsub għall-manifattura ta’ birra li titħalla timmatura fi btieti li fihom il-fagu. In-numru tas-serje ta’ din il-kwota għandu jkun 09.0076.”
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7.
(3) ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.
(4) ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.
(5) ĠU L 291, 7.11.2009, p. 14.
(6) ĠU L 317, 30.11.2011, p. 11.
(7) ĠU L 317, 30.11.2011, p. 10.
(8) ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/49 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1254/2011
tal-1 ta’ Diċembru 2011
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Diċembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
62,0 |
IL |
98,1 |
|
MA |
39,4 |
|
MK |
68,6 |
|
TN |
143,0 |
|
TR |
85,0 |
|
ZZ |
82,7 |
|
0707 00 05 |
EG |
193,3 |
TR |
92,8 |
|
ZZ |
143,1 |
|
0709 90 70 |
MA |
35,4 |
TR |
131,7 |
|
ZZ |
83,6 |
|
0805 20 10 |
MA |
74,6 |
ZZ |
74,6 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
HR |
34,1 |
IL |
79,1 |
|
TR |
84,0 |
|
UY |
71,0 |
|
ZZ |
67,1 |
|
0805 50 10 |
TR |
62,9 |
ZZ |
62,9 |
|
0808 10 80 |
CA |
120,5 |
CL |
90,0 |
|
CN |
74,9 |
|
MK |
36,4 |
|
US |
107,2 |
|
ZA |
180,1 |
|
ZZ |
101,5 |
|
0808 20 50 |
CN |
59,0 |
TR |
133,1 |
|
ZZ |
96,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/781/PESK
tal-1 ta' Diċembru 2011
dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 28, l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-8 ta' Diċembru 2009 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/906/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH). Dik id-Deċiżjoni tiskadi fit-31 ta' Diċembru 2011. |
(2) |
L-EUPM għandha titkompla sat-30 ta' Ġunju 2012. |
(3) |
L-istruttura ta' kmand u kontroll tal-EUPM għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-EUPM. |
(4) |
Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUPM. |
(5) |
L-EUPM ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Missjoni
1. Il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH), stabbilita mill-Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK (2), għandha titkompla mill-1 ta' Jannar 2012 sat-30 ta' Ġunju 2012.
2. L-EUPM għandha topera f'konformità mad-dikjarazzjoni tal-missjoni stabbilita fl-Artikolu 2 u għandha twettaq il-kompiti ewlenin stabbiliti fl-Artikolu 3.
Artikolu 2
Dikjarazzjoni tal-Missjoni
Bħala parti mill-approċċ wiesa’ għall-istat tad-dritt fil-BiH u fir-reġjun, l-EUPM għandha tappoġġa lill-Aġenziji rilevanti għall-Infurzar tal-Liġi (LEAs) fil-BiH u s-sistema ta' ġustizzja kriminali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, billi ssaħħaħ l-interazzjoni bejn il-pulizija u l-prosekuturi u billi trawwem il-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali.
L-EUPM għandha tipprovdi parir operattiv lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) biex tappoġġah fir-rwol tiegħu. Permezz tal-ħidma tagħha u n-netwerk tagħha fil-pajjiż, l-EUPM għandha tikkontribwixxi għall-isforzi ġenerali biex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun kompletament informata dwar l-iżviluppi fil-BiH.
Bil-ħsieb ta' għeluq tal-missjoni, l-EUPM għandha tħejji t-trasferiment li jkun baqa' ta' biċċiet ta' xogħol importanti lill-Uffiċċju tar-RSUE.
L-EUPM għandha tappoġa l-arranġamenti temporanji għall-ħżin tal-Politika Komuni tas-Sigurtà u d-Difiża (PKSD) sakemm jiġu ffurmati l-arraġamenti ta' ħżin permanenti.
Artikolu 3
Kompiti ewlenin tal-missjoni
Sabiex twettaq il-Missjoni tagħha, il-kompiti ewlenin tal-EUPM għandhom ikunu li:
(1) |
tipprovdi konsulenza strateġika għall-LEAs u l-awtoritajiet politiċi fil-BiH fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni; |
(2) |
tippromwovi u tiffaċilità l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni vertikalment kif ukoll orizzontalment bejn il-LEAs relevanti, b'fokus partikolari fuq l-aġenziji f'livell ta' Stat; |
(3) |
tiżgura trasferiment ta' responsabbiltà b'suċċess bejn l-EUPM u l-Uffiċċju tar-RSUE; |
(4) |
tikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tal-isforzi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-istat tad-dritt. |
Artikolu 4
Struttura tal-Missjoni
1. L-EUPM għandha tikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
(a) |
il-kwartieri ġenerali prinċipali f'Sarajevo, magħmulin mill-Kap tal-Missjoni u l-persunal kif definit fil-Pjan Operattiv (OPLAN); |
(b) |
erbgħa Uffiċċji fuq il-post f'Sarajevo, Banja Luka, Mostar u Tuzla. |
2. Dawn l-elementi ta' hawn fuq għandhom ikunu soġġetti għal iżjed arranġamenti dettaljati fl-OPLAN.
Artikolu 5
Kmandat tal- Operazzjoni Ċivili
1. Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUPM.
2. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUPM fil-livell strateġiku.
3. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effikaċi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, inkluż bil-ħruġ ta' istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u billi jagħtih pariri u appoġġ tekniku.
4. Il-persunal sekondat kollu għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat li sekondah jew tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv tal-persunal, it-timijiet u l-unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
5. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jkollu responsabbiltà ġenerali sabiex jiżgura li d-dmir ta' diliġenza tal-Unjoni jiġi attwat korrettament.
6. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u r-RSUE għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.
Artikolu 6
Kap tal-Missjoni
1. Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà għal, u jeżerċita kmand u kontroll tal-EUPM fil-livell operattiv fuq il-post.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, gruppi u unitajiet minn Stati kontribwenti kif allokati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluża dik mill-assi, mir-riżorsi u mill-informazzjoni mqiegħdin għad-dispożizzjoni tal-EUPM.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-EUPM għat-twettiq effikaċi tal-EUPM fil-post, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta' kuljum tagħha, u jsegwi l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
4. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-EUPM. Għal dan il-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali jew tal-Unjoni, konċernata.
6. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta l-EUPM fil-qasam tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata tagħha.
7. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif adatt, ma' atturi oħrajn tal-Unjoni fuq il-post. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE.
Artikolu 7
Persunal tal-EUPM
1. In-numri u l-kompetenza tal-persunal tal-EUPM għandhom ikunu konsistenti mal-mandat tal-missjoni espost fl-Artikolu 2, il-kompiti ewlenin tal-missjoni mniżżla fl-Artikolu 3 u l-istruttura mniżżla fl-Artikolu 4.
2. L-EUPM għandha tikkonsisti primarjament f'persunal sekondat mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Kull Stat Membru jew istituzzjoni tal-Unjoni għandu jerfa' l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe persunal sekondat minnu, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-iskjerament, is-salarji, il-kopertura medika u l-allowances minbarra allowances tal-ġurnata applikabbli, kif ukoll allowances għat-tbatija u għar-riskju.
3. Il-persunal ċivili internazzjonali u persunal lokali jistgħu jiġu reklutati wkoll mill-EUPM, kif meħtieġ, fuq bażi kuntrattwali, jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux provduti minn persunal sekondat mill-Istati Membri. Eċċezzjonalment, u f'każijiet debitament ġustifikati, fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda applikazzjoni kwalifikata mill-Istati Membri, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, kif adatt.
4. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-istandards operattivi minimi ta' sigurtà speċifiċi għall-Missjoni u l-pjan ta' sigurtà tal-Missjoni li jappoġġaw il-politika tal-Unjoni ta' sigurtà fuq il-post. Fir-rigward tal-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE li l-persunal ikun fdat biha waqt li jwettaq dmirijietu, il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/KE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta' sigurta għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (3).
Artikolu 8
Status tal-Missjoni u l-persunal tal-EUPM
1. L-arranġamenti meħtieġa għandhom isiru fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni u l-BiH tal-4 ta' Ottubru 2002 dwar l-attivitajiet tal-EUPM fil-BiH matul l-EUPM.
2. L-Istat jew l-istituzzjoni tal-Unjoni li jkunu ssekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli sabiex iwieġbu għal kwalunkwe pretensjoni marbuta mas-sekondar, minn jew dwar il-membru tal-persunal. L-Istat jew l-istituzzjoni tal-Unjoni inkwistjoni għandhom ikunu responsabbli biex titieħed kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna sekondata.
3. Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal ċivili internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-membru tal-persunal.
Artikolu 9
Linja ta' kmand
1. L-EUPM għandha jkollha linja ta' kmand unifikata bħala operazzjoni ta' maniġġar ta' kriżi.
2. Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUPM.
3. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, għandu jkun il-kmandant tal-EUPM fil-livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.
4. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUPM fil-livell operattiv fuq il-post u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
Artikolu 10
Kontroll politiku u direzzjoni strateġika
1. Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUPM. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-għan f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat- TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-RGħ, u biex jiġu emendati il-Kunċett ta’ Operazzjonijiet (CONOPS) u l-OPLAN. Is-setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-EUPM għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.
2. Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.
3. Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.
Artikolu 11
Parteċipazzjoni ta' Stati terzi
1. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija għat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall-EUPM, sakemm dawn jerfgħu l-ispejjeż tal-persunal sekondat minnhom, inklużi s-salarji, l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, l-allowances ta' sussistenza ta' kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-BiH, u sakemm dawn jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi tal-EUPM, kif adatt.
2. L-Istati terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet lill-EUPM għandhom l-istess drittijiet u obbligi fil-ġestjoni ta' kuljum tal-EUPM daqs l-Istati Membri.
3. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta' Kontributuri.
4. L-arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom jiġu koperti bil-ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 37 TUE u f'konformità mal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Ir-RGħ jista' jinnegozja tali ftehimiet. Fejn l-Unjoni u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' dak l-Istat terz f'operazzjonijiet tal-Unjoni ta' maniġġar ta' kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta' dak il-ftehim għandhom japplikaw tal-EUPM.
Artikolu 12
Arranġamenti finanzjarji
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPM għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-30 ta' Ġunju 2012 għandu jkun ta' EUR 5 250 000.
2. In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-Kap tal-Missjoni jista' jikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' Stati Membri, ma' Stati terzi parteċipanti, u ma' atturi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-provvista ta' tagħmir, servizzi u siti lill-EUPM. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ta' maħżen li jaħżen tagħmir użat li jista' jintuża wkoll bħala rispons għal rekwiżiti urġenti fl-iskjeramenti tal-PKSD. Iċ-ċittadini ta’ Stati terzi parteċipanti u ċittadini tal-pajjiż ospitanti għandhom ikunu permessi li jressqu offerti għall-kuntratti.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta totalment lill-Kummissjoni u jiġi ssorveljat minnha, rigward l-attivitajiet imwettqin fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.
4. L-arranġamenti finanzjarji għandhom isegwu l-ħtiġiet ta’ l-operazzjoni ta’ l-EUPM, inkluża l-kompatibilità tat-tagħmir u l-interoperabilità tat-timijiet tagħha.
5. In-nefqa relatata mal-EUPM għandha tkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2012.
Artikolu 13
Sigurtà
1. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri ta' sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni xierqa u effettiva tagħhom għall-EUPM skont l-Artikoli 5 u 9, f'koordinazzjoni mad-Direttorat tal-Uffiċċju ta' Sigurtà tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-EUPM u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta' sigurtà applikabbli għall-EUPM, konformement mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-TUE, u l-istrumenti ta' sostenn tiegħu.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Anzjan tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mad-Direttorat ta' Sigurtà tas-SEAE.
4. Il-Kap tal-Missjoni, f'konsultazzjoni mad-Direttorat ta' Sigurtà tas-SEAE, għandu jaħtar Uffiċjali tas-Sigurtà Distrettwali fl-erba' uffiċċji fuq il-post, li, taħt l-awtorità tal-SMSO, għandhom ikunu responsabbli mill-amministrazzjoni ta' kuljum tal-aspetti kollha ta' sigurtà tal-elementi rispettivi tal-EUPM.
5. Il-persunal tal-EUPM għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta' sigurtà qabel ma jibda dmirijietu, f'konformità mal-OPLAN. Hu għandu jingħata taħriġ regolari ta' aġġornament fuq il-post organizzat mill-SMSO.
Artikolu 14
Koordinazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jaġixxi f'koordinazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-BiH sabiex jiżgura konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni b'appoġġ għall-BiH.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib mal-Kapijiet ta' Missjoni tal-Unjoni fil-BiH.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoopera mal-atturi internazzjonali l-oħrajn preżenti fil-pajjiż, partikolarment l-Organizazzjoni għas-sigurtà u l-kooperazzjoni fl-Ewropa, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Programm Internazzjonali ta' Assistenza għat-Taħriġ dwar l-Investigazzjoni Kriminali.
Artikolu 15
Rilaxx ta' informazzjoni klassifikata
1. Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, kif adatt u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-EUPM, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE" li jiġu ġenerati għall-finijiet tal-EUPM, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE.
2. Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE" li jiġu ġenerati għall-finijiet tal-EUPM, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Fil-każijiet l-oħra kollha, din l-informazzjoni u dawn id-dokumenti għandhom jiġu rrilaxxati lill-Istat ospitanti f'konformità mal-proċeduri applikabbli għall-kooperazzjoni mill-Istat ospitanti mal-Unjoni.
3. Ir-RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-EUPM u li jkunu koperti mill-obbligu ta' segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (4).
Artikolu 16
Kapaċità tal-Għassa
Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUPM.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 322, 9.12.2009, p. 22.
(3) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.
(4) Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/782/PESK
tal-1 ta’ Diċembru 2011
dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja. (1) |
(2) |
Fit-23 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni ser timponi aktar miżuri kontra r-reġim Sirjan dment li kienet ser titkompla r-ripressjoni tal-popolazzjoni ċivili. |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Kunsill iqis li jeħtieġ jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali. |
(4) |
Barra minn hekk, aktar persuni u entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK. |
(5) |
Għall-finijiet ta' ċarezza, il-miżuri imposti mid-Deċiżjoni 2011/273/PESK u l-miżuri addizzjonali għandhom jiġu integrati fi strument legali wieħed. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK għandha għalhekk titħassar. |
(7) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma effettivi, għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-addozzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU 1
RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI U L-IMPORTAZZJONI
Artikolu 1
1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, lis-Sirja minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew l-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti, kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.
2. Għandu jiġi pprojbit:
(a) |
il-provvista, b'mod dirett jew indirett, ta’ għajnuna teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-provvista, il-manifatturar, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fis-Sirja; |
(b) |
il-provvista, b'mod dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-provvista ta’ għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fis-Sirja. |
Artikolu 2
1. L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:
(a) |
forniment u għajnuna teknika maħsuba unikament għas-sostenn ta' jew l-użu mill-Forza tan-Nazzjonijiet Uniti Inkarigata mill-Osservanza tad-Diżimpenn (UNDOF); |
(b) |
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari li ma joqtolx jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi għall-bini tal-istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Unjoni Ewropea, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet; |
(c) |
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fis-Sirja; |
(d) |
il-provvista ta’ għajnuna teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tali tagħmir, jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet; |
(e) |
il-provvista ta’ finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet; |
bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet u għajnuna jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.
2. L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn is-Sirja minn persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
Artikolu 3
Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew software intiż primarjament għal użu ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni mir-reġim Sirjan, jew f'ismu, tal-Internet u tal-komunikazzjoni bit-telefon fuq netwerks mobbli jew fissi fis-Sirja u l-provvediment ta' assistenza għall-installazzjoni, tħaddim jew aġġornament ta' tali tagħmir jew software għandhom jiġu pprojbiti.
L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom jiġu koperti b'dan l-Artiklu.
Artikolu 4
1. Ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mis-Sirja ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi huma pprojbiti.
2. Huwa pprojbit l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ finanzjament jew ta’ għajnuna finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 5
Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta’ Novembru 2011, ta’ obbligi previsti f’kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Settembru 2011.
Artikolu 6
1. Il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' apparat jew teknoloġija prinċipali għas-setturi ewlenija li ġejjin taż-żejt u tal-industrija tal-gass naturali fis-Sirja, jew għas-Sirjani jew ta' intrapriżi b'sjieda Sirjana involuti f'dawk is-setturi barra mis-Sirja, minn ċittadini nazzjonali tal-Istati Membri, jew minn territorji tal-Istati Membri, jew jużaw bastimenti jew vetturi ta' l-ajru taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stati Membri għandhom jiġu projbiti jekk joriġinaw jew anke jekk ma joriġinawx fit-territorji tagħhom:
a) |
raffinar; |
b) |
gass naturali imdewweb |
c) |
esplorazzjoni |
d) |
produzzjoni |
L-Unjoni għandha tieħu il-miżuri neċċessarji sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom jiġu koperti b'dan il-paragrafu.
2. Għandu jiġi projbit il-provvediment ta' dan li ġej, lill-intrapriżi Sirjani li huma involuti f'setturi importanti tal-industrija Sirjana taż-żejt u tal-gass imsemmija fil-paragrafu 1 jew ta' Sirjani, jew ta' intrapriżi b'sjieda Sirjana involuti f'dawk is-setturi barra mis-Sirja:
a) |
assistenza teknika jew taħriġ u servizzi oħra relatati mat-tagħmir u t-teknoloġija prinċipali kif imsemmija fil-paragrafu 1; |
b) |
l-iffinanzjar jew l-assistenza finanzjarja ta' kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tagħmir u teknoloġija prinċipali kif imniżżla fil-paragrafu 1 jew għal provediment ta' assistenza teknoloġika relatata jew taħriġ. |
Artikolu 7
1. Il-projbizzjoni fl-Artikolu 6(1) għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligu relatat mal-wasla ta' oġġetti provduti f'kuntratti mogħtija jew konklużi qabel l-1 ta’ Diċembru 2011.
2. Il-projbizzjonijiet fl-Artiklu 6 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' l-obbligi li joħorġu minn kuntratti mogħtija jew konklużi qabel l-1 ta’ Diċembru 2011 u relatati ma' investimenti magħmula fis-Sirja qabel it-23 ta' Settembru 2011 minn intrapriżi stabbiliti fl-Istati Membri.
Artikolu 8
Il-konsenja tal-karti tal-flus u muniti denominati Sirjani lill-Bank Ċentrali tas-Sirja għandha tiġi pprojbita.
RESTRIZZJONIJIET FUQ FINANZJAMENT TA' ĊERTI INTRAPRIŻI
Artikolu 9
Dan li ġej għandu jkun ipprojbit:
(a) |
l-għoti ta’ kwalunkwe self finanzjarju jew kreditu lil intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fl-industrija Sirjana taż-żejt fis-setturi tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew ir-raffinar, jew lil intrapriżi Sirjani jew bi sjieda Sirjana involuti f’dawk is-setturi barra mis-Sirja; |
(b) |
l-għoti ta’ kwalunkwe self finanzjarju jew kreditu lil intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fil-kostruzzjoni ta' stallazzjonijiet ġodda li jipproduċu l-enerġija eletrika fis-Sirja; |
(c) |
l-akkwist jew l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni f’intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fl-industrija Sirjana taż-żejt fis-setturi tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew ir-raffinar, jew f’intrapriżi Sirjani jew bi sjieda Sirjana li huma involuti f’dawk is-setturi barra mis-Sirja, inkluż l-akkwist b’mod sħiħ ta’ tali intrapriżi u l-akkwist ta’ ishma jew ta’ titoli ta’ natura parteċipattiva; |
(d) |
l-akkwist jew l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni f’intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fil-kostruzzjoni ta' stallazzjonijiet ġodda li jipproduċu l-enerġija elettrika fis-Sirja, inkluż l-akkwist b’mod sħiħ ta’ tali intrapriżi u l-akkwist ta’ ishma jew ta’ titoli ta’ natura parteċipattiva; |
(e) |
il-ħolqien ta’ kwalunkwe impriża konġunta ma’ intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fl-industrija Sirjana taż-żejt fis-setturi tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew ir-raffinar u ma’ kwalunkwe sussidjarja jew affiljat taħt il-kontroll tagħhom; |
(f) |
il-ħolqien ta’ kwalunkwe joint venture ma’ intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fil-kostruzzjoni ta' stallazzjonijiet ġodda li jipproduċu l-enerġija elettrika fis-Sirja u ma’ kwalunkwe sussidjarja jew affiljat taħt il-kontroll tagħhom. |
Artikolu 10
1. Il-projbizzjonijiet imniżżla fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9:
(i) |
għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu li jirriżulta minn kuntratti jew ftehimiet konklużi qabel it-23 ta' Settembru 2011; |
(ii) |
m’għandhomx iwaqqfu l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni, jekk tali estensjoni hija obbligu taħt ftehim konkluż qabel it-23 ta' Settembru 2011. |
2. Il-projbizzjonijiet imniżżla fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 9:
(i) |
għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligu li jirriżulta minn kuntratti jew ftehimiet konklużi qabel l-1 ta’ Diċembru 2011; |
(ii) |
m'għandhomx jipprevjenu l-estensjoni ta' parteċipazzjoni, jekk tali estenzjoni hija obbligu taħt ftehim konkluż qabel l-1 ta’ Diċembru 2011. |
RESTRIZZJONIJIET FUQ PROĠETTI INFRASTRUTTURALI
Artikolu 11
1. Parteċipazzjoni fil-kostruzzjoni ta' stallazzjonijiet ġodda li jipproduċu l-enerġija elettrika fis-Sirja.
2. Għandu jiġi projbit il-provediment ta' assistenza teknika jew finanzjament jew assitenza finanzjarja għall-kostruzzjoni ta' stallazzjonijiet ġodda li jipproduċu l-enerġija elettrika fis-Sirja.
3. Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligi li jirriżultaw minn kuntratti jew ftehimiet konklużi qabel l-1 ta’ Diċembru 2011.
RESTRIZZJONIJIET FUQ SOSTENN FINANZJARJU GĦALL-KUMMERĊ
Artikolu 12
1. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw trażżin fid-dħul ta' impenji ġodda fuq terminu qasir u medju għal sostenn finanzjarju pprovdut b'mod pubbliku u privat għall-kummerċ mas-Sirja, inkluż l-għoti ta’ krediti ta' esportazzjoni, garanziji jew assigurazzjoni, liċ-ċittadini jew l-entitajiet tagħhom involuti f’tali kummerċ, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ammonti pendenti tagħhom, b'mod partikolari biex jiġi evitat kwalunkwe sostenn finanzjarju li jikkontribwixxi għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Barra minn hekk, l-Istati Membri m'għandhomx jidħlu f'impenji ġodda fuq terminu twil għal sostenn finanzjarju pprovdut b'mod pubbliku u privat għall-kummerċ mas-Sirja.
2. Il-Paragrafu 1 m'għandux jaffettwa l-impenji stabbiliti qabel l-1 ta’ Diċembru 2011.
3. Il-Paragrafu 1 m'għandux jikkonċerna kummerċ għal finijiet alimentari, agrikoli, mediku jew finijiet oħra umanitarji.
KAPITOLU 2
SETTUR FINANZJARJU
Artikolu 13
L-Istati Membri m’għandhomx jidħlu f’impenji ġodda għal għotjiet, assistenza finanzjarja jew self aġevolanti lill-Gvern tas-Sirja, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, ħlief għal finijiet umanitarji u ta’ żvilupp.
Artikolu 14
Dan li ġej għandu jkun ipprojbit:
(a) |
kwalunkwe ħruġ ta’ flus jew pagament mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) taħt jew f'konnessjoni ma' kwalunkwe ftehim ta' self eżistenti li daħlu għalih bejniethom is-Sirja u l-BEI; |
(b) |
il-kontinwazzjoni mill-BEI ta' kwalunkwe Kuntratt eżistenti dwar Servizz ta' Assistenza Teknika għal proġetti sovrani li qegħdin fis-Sirja. |
Artikolu 15
Li ġej għandu jiġi projbit: il-bejgħ jew ix-xiri dirett jew indirett, jew is-senserija jew l-assistenza fil-ħruġ ta' bonds Sirjani pubbliċi jew iggarantiti mill-awtoritajiet pubbliċi maħruġa wara l-1 ta’ Diċembru 2011 lil u mill-Gvern tas-Sirja, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, il-Bank Ċentrali tas-Sirja jew banek domiċiljati fis-Sirja, jew fergħat u sussidjarji fi u barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fis-Sirja, jew entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fis-Sirja u lanqas ma huma fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, iżda huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fis-Sirja kif ukoll kwalunkwe persuni u entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.
Artikolu 16
1. Il-ftuħ ta' fergħat ġodda, sussidjarji, jew uffiċċji ta' rappreżentanza ta' banek Sirjani fit-territorji tal-Istati Membri, u l-istabbiliment ta' impriżi konġunti ġodda, jew it-teħid ta' interess ta' sjieda fi, jew l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ġodda bankarji korrispondenti minn banek Sirjani, inkluż il-Bank Ċentrali tas-Sirja, il-fergħat u sussidjarji tiegħu u entitajiet finanzjarji li mhumiex domiċiljati fis-Sirja, iżda huma kkontrollati minn persuni jew entitajiet domiċiljati fis-Sirja, ma' banek fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti.
2. L-istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom ikunu pprojbiti milli jiftħu uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji jew kontijiet bankarji fis-Sirja.
Artikolu 17
1. Il-provvediment ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni lill-Gvern tas-Sirja, il-korpi pubbliċi tiegħu, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji jew lil kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew lill-entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, inklużi permezz ta' mezzi illeċiti, għandu jiġi pprojbit.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-provvediment ta':
(a) |
assigurazzjonijiet tas-saħħa jew tal-ivvjaġġar għal persuni fiżiċi; |
(b) |
assigurazzjoni obbligatorja jew għar-responsabbiltà ċivili lil persuni, entitajiet jew korpi Sirjani bbażati fl-Unjoni; |
(c) |
assigurazzjoni jew riassigurazzjoni lill-proprjetarju ta' bastiment, inġenju tal-ajru jew vettura mikrija għal użu speċifiku minn persuna, entità jew korp Sirjan u li dik il-persuna, entità jew korp mhumiex elenkati fl-Anness I jew II. |
KAPITOLU 3
RESTRIZZJONIJIET FUQ L-AMMISSJONI
Artikolu 18
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, persuni li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga Stat Membru li jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
3. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
(a) |
bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali; |
(b) |
bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha; |
(c) |
taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew |
(d) |
taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja. |
4. Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika wkoll f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew minħabba attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fis-Sirja.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonax bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tiġi rċevuta l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. Fejn, skont il-paragrafi 3 sa 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, tal-persuni elenkati fl-Anness I, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u għall-persuna kkonċernata minnha.
KAPITOLU 4
IFFRIŻAR TA’ FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI
Artikolu 19
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u persuni u entitajiet assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Annessi I u II, għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’, persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet elenkati fl-Annessi I u II.
3. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
(a) |
meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Annessi I u II u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew self b'garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi; |
(b) |
maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali; |
(c) |
maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew |
(d) |
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni; |
(e) |
meħtieġa għal finijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjonijiet mis-Sirja; |
(f) |
destinati sabiex jitħallsu fi, jew jinħarġu minn, kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, safejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali. |
Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti taħt dan il-paragrafu.
4. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjoni li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilità qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika jew entità msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun ġiet inkluża fl-Annessi I jew II, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data; |
(b) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament sabiex jintlaħqu l-pretensjonijiet żgurati minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet; |
(c) |
il-garanzija jew is-sentenza mhijiex għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika jew entità elenkati fl-Anness I jew II; u |
(d) |
ir-rikonoxximent tal-garanzija jew is-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat. |
Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.
5. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna jew entità nominata milli tagħmel pagament dovut taħt kuntratt li daħal fis-seħħ qabel l-elenkar ta' tali persuna jew entità, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-pagament ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.
6. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni entità nominata elenkata fl-Anness II, għal perijodu ta' xahrejn wara d-data tan-nomina tagħha, milli tagħmel pagament minn fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati rċevuti minn tali entità wara d-data tan-nomina tagħha, fejn tali pagament huwa dovut taħt kuntratt b'rabta mal-finanzjament ta' kummerċ, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-pagament ma jiġix irċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.
7. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:
(a) |
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew |
(b) |
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehim jew obbligi li kienu ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawn il-kontijiet saru soġġetti għal din id-Deċiżjoni, |
bil-kondizzjoni li kwalunkwe imgħax, dħul u pagamenti oħrajn bħal dawn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.
KAPITOLU 5
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 20
L-ebda pretensjoni, inkluża dik għal kumpens jew indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija, multi jew pretensjoni koperta minn garanzija, pretensjonijiet għal estensjoni jew pagament ta’ bond, garanzija finanzjarja, inklużi pretensjonijiet li jirriżultaw minn ittri ta’ kreditu jew minn strumenti simili f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandha tiġi konċessa lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Annessi I u II, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fis-Sirja, inkluż il-Gvern tas-Sirja, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità.
Artikolu 21
1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-listi fl-Annessi I u II.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu fuq l-elenkar, inklużi r-raġunijiet għal dan, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz tagħha huwa magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ notifika, li tipprovdi lill-persuna jew l-entità bil-possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet.
3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ.
Artikolu 22
1. L-Annessi I u II għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati.
2. L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta' twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.
Artikolu 23
Għandu jiġi projbit il-parteċipazzjoni, bil-ħsieb jew intenzjonata, f'attivitajiet l-objettiv jew l-effet ikun li jaqbeż il-projbizzjonijiet imniżżla f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 24
Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżla f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 25
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perijodu ta’ 12-il xahar. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.
Artikolu 26
Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK hija b'dan imħassra.
Artikolu 27
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.
ANNESS I
Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 18 u 19
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Bashar Al-Assad |
Twieled fil-11 ta’ Settembru 1965 f'Damas; Nru tal-passaport diplomatiku D1903 |
President tar-Repubblika; ordna u mexxa r-repressjoni kontra l-manifestanti. |
23.05.2011 |
2. |
Maher (magħruf ukoll bħala Mahir) Al-Assad |
Twieled fit-8 ta' Diċembru 1967; Nru tal-passaport diplomatiku 4138 |
Kmandant tar-raba' Diviżjoni tal-Armata, membru tal-Baath Party Central Command, strongman tal-Gwardja Repubblikana; ħu l-President Bashar Al-Assad; responsabbiltà prinċipali tal-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
3. |
Ali Mamluk (magħruf ukoll bħala Mamlouk) |
Twieled fid-19 ta' Frar 1946 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku 983 |
Kap tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence Sirjana (GID); involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
4. |
Muhammad Ibrahim Al-Sha'ar (magħruf ukoll bħala Mohammad Ibrahim Al-Chaar) |
|
Minitru tal-Intern; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
5. |
Atej (magħruf ukoll bħala Atef, Atif) Najib |
|
Qabel kien il-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika f'Deraa; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
6. |
Hafiz Makhluf (magħruf ukoll bħala Hafez Makhlouf) |
Twieled fit-2 ta' April 1971 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku 2246 |
Kurunell u Kap ta' Unità fid-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence, il-Fergħa ta' Damasku; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; qrib ta' Mahir Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
7. |
Muhammad Dib Zaytun (magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun) |
Twieled fl-20 ta' Mejju 1951 f'Damas; passaport diplomatiku Nru D000001300 |
Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
8. |
Amjad Al-Abbas |
|
Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida. |
09.05.2011 |
9. |
Rami Makhlouf |
Twieled fl-10 ta' Lulju 1969 f'Damasku, Nru tal-passaport 454224 |
Negozjant Sirjan; assoċjat ta' Mahir al-Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
10. |
Abd Al-Fatah Qudsiyah |
Twieled fl-1953 f'Hama; Nru tal-passaport diplomatiku D0005788 |
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI); involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
09.05.2011 |
11. |
Jamil Hassan |
|
Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
09.05.2011 |
12. |
Rustum Ghazali |
Twieled fit-3 ta' Mejju 1953 f'Dara'a; Nru tal-passaport diplomatiku D000000887 |
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-Fergħa tal-Kampanja ta' Damasku; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
09.05.2011 |
13. |
Fawwaz Al-Assad |
Twieled fit-18 ta' Ġunju 1962 f'Kerdala; Nru tal-passaport 88238 |
Involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha. |
09.05.2011 |
14. |
Munzir Al-Assad |
Twieled fl-1 ta' Marzu 1961 f'Lattakia; Nru tal-passaport 86449 u 842781 |
Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha. |
09.05.2011 |
15. |
Asif Shawkat |
Twieled fil-15 ta' Jannar 1950 f'Al-Madehleh, Tartus |
Deputat Kap tal-Persunal għas-Sigurtà u r-Reconnaissance; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
16. |
Hisham Ikhtiyar |
Twieled fl-1941 |
Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali Sirjana; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
17. |
Faruq Al Shar' |
Twieled fl-10 ta' Diċembru 1938 |
Viċi President tas-Sirja; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
18. |
Muhammad Nasif Khayrbik |
Twieled fl-10 ta' April 1937 (alt. 20 ta' Mejju 1937) f'Hama, Nru tal-passaport diplomatiku 0002250 |
Assistent Viċi President tas-Sirja għall-Affarijiet tas-Sigurtá Nazzjonali; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
19. |
Mohamed Hamcho |
Twieled fl-20 ta' Mejju 1966; Nru tal-passaport 002954347 |
Ħaten Mahir Al-Assad; negozjant u aġent lokali ta' diversi kumpanniji barranin; jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti. |
23.05.2011 |
20. |
Iyad (magħruf ukoll bħala Eyad) Makhlouf |
Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N001820740 |
Ħu Rami Makhlouf u Uffiċjal tal-GID involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
21. |
Bassam Al Hassan |
|
Konsulent Presidenzjali għall-Affarijiet Strateġiċi; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
22. |
Dawud Rajiha |
|
Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati responsabbli għall-involviment militari fil-vjolenza kontra d-dimostranti paċifiċi. |
23.05.2011 |
23. |
Ihab (magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab) Makhlouf |
Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N002848852 |
Viċi President ta' SyriaTel u jieħu ħsieb il-Kumpannija Amerikana ta' Rami Makhlouf; jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti. |
23.05.2011 |
24. |
Zoulhima Chaliche (Dhu al-Himma Shalish) |
Imwieled fl-1951 jew fl-1946 f'Kerdaha. |
Kap tal-protezzjoni presidenzjali; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad. |
23.6.2011 |
25. |
Riyad Chaliche (Riyad Shalish) |
|
Direttur tal-Military Housing Establishment; sors ta' finanzjament għar-reġim; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad. |
23.6.2011 |
26. |
Kmandant Brigadier Mohammad Ali Jafari (magħruf bħala Ja'fari, Aziz; magħruf bħala Jafari, Ali; magħruf bħala Jafari, Mohammad Ali; magħruf bħala Ja'fari, Mohammad Ali; magħruf bħala Jafari-Najafabadi, Mohammad Ali) |
DtT 1 ta' Settembru 1957; PtT Yazd, Iran. |
Kmandant Ġenerali tar-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. |
23.6.2011 |
27. |
Major General Qasem Soleimani (magħruf ukoll bħala Qasim Soleimany) |
|
Kmandant tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan - Qods involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. |
23.6.2011 |
28. |
Hossein Taeb (magħruf bħala Taeb, Hassan; magħruf bħala Taeb, Hosein; magħruf bħala Taeb, Hossein; magħruf bħala Taeb, Hussayn; magħruf bħala Taeb, Hojjatoleslam Hossein Ta'eb) |
DtT 1963; PtT Tehran, Iran. |
Viċi Kmandant għall-Intelligence tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. |
23.6.2011 |
29. |
Khalid Qaddur |
|
Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
30. |
Ra'if Al-Quwatli (magħruf bħala Ri’af Al-Quwatli) |
|
Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
31. |
Is-Sur Mohammad Mufleh |
|
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-belt ta' Hama, implikat fir-repressjoni kontra l-manifestanti. |
1.8.2011 |
32. |
Ġeneral Maġġur Tawfiq Younes |
|
Kap tad-Dipartiment għas-Sigurtà Interna tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
1.8.2011 |
33. |
Is-Sur Mohammed Makhlouf (magħruf ukoll bħala Abu Rami) |
Imwieled f'Latakia, Sirja 19.10.1932 |
Soċju mill-qrib u z-ziju matern ta' Bashar u Mahir al-Assad Soċju fin-negozju u missier Rami, Ihab u Iyad Makhlouf. |
1.8.2011 |
34. |
Ayman Jabir |
Imwieled f'Latakia |
Soċju ta' Mahir al-Assad għall-milizja ta' Shabiha. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u l-koordinazzjoni tal-grupp tal-milizja ta' Shabiha |
1.8.2011 |
35. |
Ġeneral Ali Habib Mahmoud |
Imwieled f'Tartous, 1939. Maħtur Ministru tad-Difiża fit-3 ta' Ġunju 2009 |
Ministru tad-Difiża. Responsabbli għat-tmexxija u l-operazzjonijiet tal-Forzi Armati Sirjani involuti fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
1.8.2011 |
36. |
Hayel Al-Assad |
|
Assistent ta' Maher Al-Assad, Kap tal-unità tal-pulizija militari tar-raba' diviżjoni tal-armata, involuta fir-repressjoni. |
23.8.2011 |
37. |
Ali Al-Salim |
|
Direttur tal-uffiċċju tal-provvisti tal-Ministeru Sirjan tad-Difiża, punt ta' dħul għall-armi kollha li jaslu għall-armata Sirjana. |
23.8.2011 |
38. |
Nizar Al-Assad (
|
Kuġin ta' Bashar Al-Assad; preċedentement kap tal-kumpannija “Nizar Oilfield Supplies”. |
Qrib ħafna ta' uffiċjali ewlenin tal-Gvern. Jiffinanzja lil Shabiha fir-reġjun ta' Latakia. |
23.8.2011 |
39. |
Brigadier Ġenerali Rafiq Shahadah |
|
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) Fergħa 293 (Affarijiet Interni) f'Damasku. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Damasku. Konsulent għall-President Bashar Al-Assad għal kwistjonijiet strateġiċi u ta' intelligence militari. |
23.8.2011 |
40. |
Brigadier Ġenerali Jamea Jamea (Jami Jami) |
|
Kap ta' Fergħa għall-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Dayr az-Zor. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f' Dayr az-Zor u Alboukamal. |
23.8.2011 |
41. |
Hassan Bin-Ali Al-Turkmani |
DtT 1935 f'Aleppo |
Deputat Viċi Ministru, eks Ministru tad-Difiża, Mibgħut Speċjali tal-President Bashar Al-Assad. |
23.8.2011 |
42. |
Muhammad Said Bukhaytan |
|
Assistent Segretarju Reġjonali tal-Partit Soċjalista Għarbi ta' Baath sa mill-2005, 2000-2005 Direttur għas-sigurtà nazzjonali tal-partit reġjonali ta' Baath. Eks Gvernatur ta' Hama (1998-2000). Soċju mill-qrib tal-President Bashar Al-Assad u Maher Al-Assad. Kien jieħu deċiżjonijiet fir-reġim dwar ir-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili. |
23.8.2011 |
43. |
Ali Douba |
|
Responsabbli għall-qtil f'Hama fl-1980, ġie msejjaħ lura f'Damasku bħala konsulent speċjali għall-President Bashar Al-Assad. |
23.8.2011 |
44. |
Brigadier Ġenerali Nawful Al-Husayn |
|
Kap tal-Fergħa tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) ta' Idlib. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fil-provinċja ta' Idlib. |
23.8.2011 |
45. |
Brigadier Husam Sukkar |
|
Konsulent Presidenzjali dwar Affarijiet ta' Sigurtà. Konsulent Presidenzjali għar-repressjoni u l-vjolenza tal-aġenziji ta' sigurtà kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.8.2011 |
46. |
Brigadier Ġenerali Muhammed Zamrini |
|
Kap ta' Fergħa għall-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Homs. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Homs. |
23.8.2011 |
47. |
Logutenent Ġenerali Munir Adanov (Adnuf) |
|
Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali, Operazzjonijiet u Taħriġ għall-Armata Sirjana. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. |
23.8.2011 |
48. |
Brigadier Ġenerali Ghassan Khalil |
|
Kap tal-Fergħa tal-Informazzjoni tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali (GID). Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. |
23.8.2011 |
49. |
Mohammed Jabir |
PtT Latakia |
Il-milizja ta' Shabiha. Soċju ta' Maher Al-Assad għall-milizja ta' Shabiha. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u fil-koordinazzjoni tal-gruppi tal-milizja ta' Shabiha. |
23.8.2011 |
50. |
Samir Hassan |
|
Soċju kummerċjali mill-qrib ta' Maher Al-Assad. Magħruf għall-appoġġ ekonomiku tar-reġim Sirjan. |
23.8.2011 |
51. |
Fares Chehabi (Fares Shihabi) |
|
President tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-industrija ta' Alep. Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan. |
2.09.2011 |
52. |
Emad Ghraiwati |
Data tat-twelid: Marzu 1959; Post tat-Twelid: Damasku, Sirja |
President tal-Kamra tal-Industrija ta' Damasku (Zuhair Ghraiwati Sons). Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan. |
2.9.2011 |
53. |
Tarif Akhras |
Data tat-twelid: 1949; Post tat-Twelid: Homs, Sirja |
Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika), Homs. Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan. |
2.9.2011 |
54. |
Issam Anbouba |
Data tat-twelid: 1949; Post tat-Twelid: Lattakia, Sirja |
President ta' Issam Anbouba Est. għall-agro-industrija. Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan. |
2.9.2011 |
55. |
Tayseer Qala Awwad |
Data tat-twelid: 1943; Post tat-Twelid Damasku |
Ministru tal-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ tal-politika u l-prattika ta' arrest u detenzjoni arbitrarji tiegħu. |
23.09.2011 |
56. |
Dr. Adnan Hassan Mahmoud |
Data tat-twelid: 1966; Post tat-Twelid Tartous |
Ministru tal-Informazzjoni. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ u l-promozzjoni tal-politika ta' informazzjoni tiegħu. |
23.09.2011 |
57. |
Ġeneral Maġġur Jumah Al-Ahmad |
|
Kmandant tal-Forzi Speċjali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja. |
14.11.2011 |
58. |
Kurunell Lu'ai al-Ali |
|
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana, Fergħa ta' Dera'a. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Dera'a. |
14.11.2011 |
59. |
Logutenent Ġenerali Ali Abdullah Ayyub |
|
Kap Deputat tal-Persunal Ġenerali (Persunal u Manodopera). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja. |
14.11.2011 |
60. |
Logutenent Ġenerali Jasim al-Furayj |
|
Kap tal-Persunal Ġenerali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja. |
14.11.2011 |
61. |
Ġeneral Aous (Aws) ASLAN |
Twieled fl-1958 |
Kap ta' Battaljun fi ħdan il-Gwardja Repubblikana. Persuna viċin Maher al-ASSAD u tal-President al-ASSAD. Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili madwar is-Sirja. |
14.11.2011 |
62. |
Ġeneral Ghassan Belal |
|
Ġeneral Kmandant tal-uffiċċju riżervat tar-Raba' Diviżjoni. Konsulent ta' Maher al-ASSAD u koordinatur tal-operazzjonijiet ta' sigurtà. Responsabbli għar-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili madwar is-Sirja. |
14.11.2011 |
63. |
Abdullah Berri |
|
Kap tal-milizzji tal-familja Berri. Responsabbli għall-milizzji progovernattivi involuti fir-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili f'Aleppo. |
14.11.2011 |
64. |
George Chaoui |
|
Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Ipparteċipa fir-repressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan. |
14.11.2011 |
65. |
Ġeneral Maġġur Zuhair Hamad |
|
Viċi Kap tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u mill-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti. |
14.11.2011 |
66. |
Amar Ismael |
|
Ċivil - Kap tal-Armata elettronika Sirjana (servizz ta' informazzjoni intelligence tal-forza tal-art). Ipparteċipa fir-repressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan. |
14.11.2011 |
67. |
Mujahed Ismail |
|
Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Ipparteċipa fir-repressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan. |
14.11.2011 |
68. |
Saqr Khayr Bek |
|
Viċi Ministru tal-Intern. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. |
14.11.2011 |
69. |
Ġeneral Maġġur Nazih |
|
Viċi Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u mill-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti. |
14.11.2011 |
70. |
Kifah Moulhem |
|
Kmandant ta' battaljun fi ħdan ir-raba' diviżjoni. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'Deir el-Zor. |
14.11.2011 |
71. |
Ġeneral Maġġur Wajih Mahmud |
|
Kmandant tat-18-il Diviżjoni Armata. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Homs. |
14.11.2011 |
72. |
Bassam Sabbagh |
Twieled fl-24 ta' Awwissu fl-1959 f'Damasku. Indirizz: Kasaa, Anwar al Attar Street, al Midani building, Damascus. Passaport Sirjan nru 004326765 maħruġ fit-2 ta' Novembru 2008, validu sa Novembru 2014. |
Avukat fil-Barreau de Paris. Imexxi l-uffiċċju Sabbagh u Associés (Damasku). Kunsillier legali u finanzjarju u amministratur tal-affarijiet ta' Rami Makhlouf u ta' Khaldoun Makhlouf. Assoċjat ma' Bashar al-Assad fil-finanzjament ta' proġett ta' bini f'Lattaquié. Jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
14.11.2011 |
73. |
Ġeneral Luogotenent Mustafa Tlass |
|
Kap Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali (Loġistika u Provvisti). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja. |
14.11.2011 |
74. |
Ġeneral Maġġur Fu'ad Tawil |
|
Viċi Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u mill-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti. |
14.11.2011 |
75. |
Mohammad Al-Jleilati |
DtT 1945, PtD Damasku |
Ministru tal-Finanzi. Responsabbli għall-ekonomija Sirjana. |
1.12.2011 |
76. |
Dr. Mohammad Nidal Al-Shaar |
DtT 1956, PtT Aleppo |
Ministru tal-ekonomija u l-Kummerċ. Responsabbli għall-ekonomija Sirjana. |
1.12.2011 |
77. |
Logutenent Ġeneral Fahid Al-Jassim |
|
Kap tal-Persunal. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
78. |
Ġeneral Maġġur Ibrahim Al-Hassan |
|
Viċi Kap tal-Persunal. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
79. |
Brigadier Khalil Zghraybih |
|
L-14-il Diviżjoni. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
80. |
Brigadier Ali Barakat |
|
Il-103 Brigata tad-Diviżjoni tal-Gwardja Repubblikana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
81. |
Brigadier Talal Makhluf |
|
Il-103 Brigata tad-Diviżjoni tal-Gwardja Repubblikana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
82. |
Brigadier Nazih Hassun |
|
Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
83. |
Kaptan Maan Jdiid |
|
Gwardja Presidenzjali. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
84. |
Muahmamd Al-Shaar |
|
Diviżjoni tas-Sigurtà Politika. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
85. |
Khald Al-Taweel |
|
Diviżjoni tas-Sigurtà Politika. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
86. |
Ghiath Fayad |
|
Diviżjoni tas-Sigurtà Politika. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs |
1.12.2011 |
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||||
1. |
Bena Properties |
|
Ikkontrollata minn Rami Makhlou; Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
||||||
2. |
Al Mashreq Investment Fund (AMIF) (psewdonomu Sunduq Al Mashrek Al Istithmari) |
|
Ikkontrollata minn Rami Makhlou; Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
||||||
3. |
Hamcho International (magħruf bħala Hamsho International Group) |
|
Taħt il-kontroll ta' Mohamed Hamcho jew Hamsho; Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
||||||
4. |
Military Housing Establishment (psewdonomu MILIHOUSE) |
|
Kumpannija ta' xogħlijiet pubbliċi taħt il-kontroll ta' Riyad Shalish u l-Ministeru tad-Difiża. Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
||||||
5. |
Direttorat tal-politika ta' sigurtà |
|
Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-repressjoni. |
23.8.2011 |
||||||
6. |
Direttorat tal-informazzjoni ġenerali |
|
Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-repressjoni. |
23.8.2011 |
||||||
7. |
Direttorat tal-informazzjoni militari |
|
Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-repressjoni. |
23.8.2011 |
||||||
8. |
Servizz tal-Informazzjoni tal-Armata tal-ajru |
|
Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-repressjoni. |
23.8.2011 |
||||||
9. |
Il-Forza Qods tal- IRGC (magħrufa wkoll bħala l-Forza Quds tal-IRGC) |
Teħeran, Iran |
Il-Forza Qods (jew Quds) hija taqsima esperta tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Il-Forza Qods hija involuta fil-forniment ta' tagħmir u appoġġ biex tgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan protesti fis-Sirja. Il-Forza Qods tal-IRGC ipprovdiet assistenza teknika, tagħmir u appoġġ lis-servizzi tas-sigurtà Sirjani biex irażżnu movimenti ta' protesti ċivili. |
23.8.2011 |
||||||
10. |
Mada Transport |
Sussidjarja ta' Cham Holding (Sehanya Daraa Highway, PO Box 9525, tel: 00 963 11 99 62) |
Entità ekonomika li tiffinanzja r-reġim. |
2.09.2011 |
||||||
11. |
Cham Investment Group |
Sussidjarja ta' Cham Holding (Sehanya daraa Highway, PO Box 9525, tel: 00 963 11 99 62) |
Entità ekonomika li tiffinanzja r-reġim. |
2.09.2011 |
||||||
12. |
Real Estate Bank |
|
Bank proprjetà tal-gvern li jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
2.09.2011 |
||||||
13. |
Addounia TV (magħrufa wkoll bħala Dounia TV) |
Telefon: +963-11-5667274, +963-11-5667271, Fax: +963-11-5667272 Sit web: http://www.addounia.tv |
Addounia TV inċitat il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. |
23.09.2011 |
||||||
14. |
Cham Holding |
|
Ikkontrollata minn Rami Makhlou; l-akbar kumpannija azzjonarja fis-Sirja, li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim. |
23.09.2011 |
||||||
15. |
El-Tel Co. (magħrufa wkoll bħala El-Tel Middle East Company) |
|
Timmanifattura u tipprovdi tagħmir għat-telekomunikazzjoni għall-Forzi Armati. |
23.09.2011 |
||||||
16. |
Ramak Constructions Co. |
|
Kostruzzjoni ta' kwartieri militari tas-suldati, kwartieri tas-suldati fil-fruntieri u bini ieħor meħtieġ għall-Forzi Armati. |
23.09.2011 |
||||||
17. |
Souruh Company (magħrufa wkoll bħala SOROH Al Cham Company) |
|
Investiment fi proġetti industrijali militari lokali, timmanifattura partijiet ta' armi u oġġetti relatati. 100 % tal-kumpannija hija proprjetà ta' Rami Makhlouf. |
23.09.2011 |
||||||
18. |
Syriatel |
|
Ikkontrollata minn Rami Makhlou; tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim: permezz tal-kuntratt ta' liċenzjar tagħha hija tħallas 50 % tal-profitti tagħha lill-Gvern. |
23.09.2011 |
||||||
19. |
Cham Press TV |
|
Kanal tat-televixin li jipparteċipa f'kampanji ta' informazzjoni ħażina u ta' inċitament għall-vjolenza kontra d-dimostranti |
1.12.2011 |
||||||
20. |
Al Watan |
|
Ġurnal ta' kuljum li jipparteċipa f'kampanji ta' informazzjoni ħażina u ta' inċitament għall-vjolenza kontra d-dimostranti |
1.12.2011 |
||||||
21. |
Centre d’études et de recherches syrien (CERS) (magħruf bħala CERS, Centre d’Etude et de Recherche Scientifique; magħruf bħala SSRC, Scientific Studies and Research Center; magħruf bħala Centre de Recherche de Kaboun |
Barzeh Street, PO Box 4470, Damascus |
Jagħti appoġġ lill-armata Sirjana għall-kisba ta' materjali li jservu direttament għas-sorveljanza u għar-repressjoni tad-dimostranti. |
1.12.2011 |
||||||
22. |
Business Lab |
|
Kumpannija fittizja li sservi għall-kisba ta' materjal sensittiv mis-CERS. |
1.12.2011 |
||||||
23. |
Industrial Solutions |
|
Kumpannija fittizja li sservi għall-kisba ta' materjal sensittiv mis-CERS. |
1.12.2011 |
||||||
24. |
Mechanical Construction Factory (MCF) |
P.O. Box 35202, Industrial Zone, Al-Qadam Road, Damascus |
Kumpannija fittizja li sservi għall-kisba ta' materjal sensittiv mis-CERS. |
1.12.2011 |
||||||
25. |
Syronics – Syrian Arab Co. for Electronic Industries |
|
Kumpannija fittizja li sservi għall-kisba ta' materjal sensittiv mis-CERS. |
1.12.2011 |
||||||
26. |
Handasieh – Organization for Engineering Industries |
|
Kumpannija fittizja li sservi għall-kisba ta' materjal sensittiv mis-CERS. |
1.12.2011 |
||||||
27. |
Syria Trading Oil Company (Sytrol)-.- |
Prime Minister Building, 17 Street Nissan, Damascus, Syria |
Kumpannija tal-istat responsabbli mill-esportazzjoni kollha taż-żejt mis-Sirja. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
1.12.2011 |
||||||
28. |
General Petroleum Corporation (GPC) |
|
Kumpannija taż-żejt tal-istat. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
1.12.2011 |
||||||
29. |
Al Furat Petroleum Company- |
|
Joint venture 50 % ta' proprjetà tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
1.12.2011 |
ANNESS II
Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikolu 19(1)
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||
1. |
Commercial Bank of Syria |
Tel: +963 11 2218890 Fax: +963 11 2216975 amministrazzjoni ġenerali: dir.cbs@mail.sy |
Bank proprjetà tal-gvern li jagħti appoġġ finanzjarju lir-reġim. |
13.10.2011 |
2.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/71 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/783/PESK
tal-1 ta’ Diċembru 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran. |
(2) |
Il-Kunsill wettaq ukoll reviżjoni sħiħa tal-lista ta' persuni u entitajiet, kif tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, li għaliha japplikaw l-Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b) ta’ dik id-Deċiżjoni. Meta għamel dan, il-Kunsill ħa kont ta' osservazzjonijiet ippreżentati minn dawk ikkonċernati. |
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti f’dik id-Deċiżjoni. |
(4) |
Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-entrati li jikkonċernaw ċerti entitajiet inklużi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom jiġu emendati. |
(5) |
Barra minn hekk, fid-dawl tat-tħassib kontinwu dwar l-espansjoni tal-programmi nukleari u missilitiċi tal-Iran espress mill-Kunsill Ewropew fit-23 ta' Ottubru 2011, persuni u entitajiet addizzjonali għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilita fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(6) |
Il-lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi aġġornata kif adatt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
ANNESS
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II: I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi A. Persuni
B. Entitajiet
II. Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Islamika (IRGC) A. Persuni
B. Entitajiet
III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) A. Persuni
B. Entitajiet
|