ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2011.306.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
23.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1173/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 136, flimkien mal-Artikolu 121(6) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom interess u responsabilità partikolari biex ikollhom politika ekonomika li tippromwovi l-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja u biex tiġi evitata politika li tipperikola dak il-funzjonament. |
(2) |
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi fiż-żona tal-euro li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri kollha, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sew tal-unjoni ekonomika u monetarja. |
(3) |
L-esperjenza miksuba u l-iżbalji li saru matul l-ewwel deċennju tal-unjoni ekonomika u monetarja juru l-ħtieġa ta’ governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq il-bażi ta’ sjieda nazzjonali aktar b’saħħitha ta’ regoli u linji ta’ politika li jkun intlaħaq qbil dwarhom b’mod komuni u fuq il-bażi ta’ qafas aktar robust fil-livell tal-Unjoni għas-sorveljanza tal-linji ta’ politika ekonomika nazzjonali. |
(4) |
Il-qafas imtejjeb ta’ governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq diversi linji interkonnessi u koerenti ta’ politika għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, b’mod partikolari strateġija tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi, b’attenzjoni partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-trawwim tal-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività, Simestru Ewropew għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni ta’ linji ta’ politika ekonomika u baġitarja, qafas effikaċi biex jiġu evitati u korretti każijiet ta’ defiċit eċċessiv tal-gvernijiet (il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP)), qafas b’saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, u regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju, inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
(5) |
L-SGP u l-qafas komplut tal-governanza ekonomika jikkompletaw u jkunu kompatibbli mal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. L-interkonnessjonijiet bejn il-linji differenti m’għandhomx jipprovdu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-SGP. |
(6) |
Il-ksib u ż-żamma ta’ suq intern dinamiku għandhom jitqiesu bħala element tal-funzjonament xieraq u mingħajr xkiel tal-unjoni ekonomika u monetarja. |
(7) |
Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b’saħħtu fil-proċedura msaħħa ta’ sorveljanza fir-rigward tal-evalwazzjonijieti huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet ta’ fuq il-post, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet. Meta jieħu deċiżjonijiet dwar sanzjonijiet, ir-rwol tal-Kunsill għandu jkun limitat u għandha tintuża l-votazzjoni permezz tal-maġġoranza kwalifikata bil-maqlub. |
(8) |
Bil-għan li jiġi żgurat djalogu permanenti mal-Istati Membri li qed jimmiraw li jilħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq missjonijiet ta’ sorveljanza. |
(9) |
Il-Kummissjoni għandha, f’intervalli regolari, tagħmel evalwazzjoni wiesgħa tas-sistema tal-governanza ekonomika, b’mod partikolari tal-effikaċja u l-adegwatezza tas-sanzjonijiet tagħha. Dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu kkumplementati minn proposti rilevanti jekk ikun meħtieġ. |
(10) |
Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis is-sitwazzjoni ekonomika kurrenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
(11) |
It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jinkludi involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali. |
(12) |
Jista’ jiġi stabbilit djalogu ekonomiku mal-Parlament Ewropew, li għandu jagħmilha possibbli li l-Kummissjoni tagħmel l-analiżi tagħha pubbliċi u li l-President tal-Kunsill, l-Kummissjoni u, fejn xieraq, il-President tal-Kunsill Ewropew jew il-President tal-Grupp tal-Euro biex jiddiskutu. Dibattitu pubbliku bħal dan jista’ jagħmel possibbli d-diskussjoni ta’ effetti paralleli ta’ deċiżjonijiet nazzjonali u jagħmel possibbli il-pressjoni pubblika tal-pari fuq atturi rilevanti. Filwaqt li jirrikonoxxi li l-kontrapartijiet tal-Parlament Ewropew fil-qafas ta’ dak id-djalogu huma l-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u r-rappreżentanti tagħhom, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri opportunità ta’ parteċipazzjoni fi skambju ta’ opinjonijiet lil Stat Membru li jkun indirizzat minn deċiżjoni tal-Kunsill meħuda skont l-Artikoli 4, 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament. Il-parteċipazzjoni tal-Istat Membru f’tali skambju ta’ opinjonijiet hija volontarja. |
(13) |
Jinħtieġu sanzjonijiet addizzjonali sabiex l-infurzar tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro jsir iktar effettiv. Dawk is-sanzjonijiet għandhom isaħħu l-kredibbiltà tal-qafas ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni. |
(14) |
Ir-regoli stabbiliti minn dan ir-Regolament għandhom jiżguraw mekkaniżmi ġusti, fil-ħin, gradwati u effettivi għall-konformità mal-partijiet preventivi u korrettivi tal-SGP, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (5), fejn il-konformità mad-dixxiplina baġitarja tkun eżaminata fuq il-bażi tad-defiċit tal-gvern u l-kriterji tad-dejn tal-gvern. |
(15) |
Is-sanzjonijiet taħt dan ir-Regolament u li huma bbażati fuq il-parti preventiva tal-SGP fir-rigward tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jipprovdu inċentivi għall-aġġustament u ż-żamma tal-objettiv baġitarju għall-perjodu medju. |
(16) |
Bħala deterrent kontra r-rappreżentanza ħażina, kemm intenzjonalment kif ukoll minħabba negliġenza serja, tad-data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern, liema data hija element essenzjali għall-koordinament tal-politika ekonomika fl-Unjoni, għandhom jiġu imposti multi fuq l-Istati Membri responsabbli. |
(17) |
Sabiex jiġu ssupplimentati r-regoli dwar il-kalkolu tal-multi fir-rigward tal-manipulazzjoni tal-istatistiċi kif ukoll ir-regoli dwar il-proċedura li għandha ssegwi l-Kummissjoni għall-investigazzjoni ta’ tali azzjonijiet, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kriterji dettaljati għall-istabiliment tal-ammont tal-multa u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(18) |
Fir-rigward tal-parti preventiva tal-SGP, l-aġġustament u l-aderenza mal-objettiv baġitarju għall-perjodu medju għandhom jiġu żgurati permezz ta’ obbligu, temporanjament impost fuq Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro u li ma jkunx qed jagħmel biżżejjed progress fil-konsolidazzjoni baġitarja li jagħmel temporanjament depożitu li jħalli l-interessi. Dan għandu jkun il-każ meta Stat Membru, inkluż Stat Membru b’defiċit taħt it-3 % tal-valur referenzjali tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), jiddevja b’mod sinifikanti mill-objettiv baġitarju għall-perjodu medju jew il-pjan tal-aġġustament adattat lejn dak l-objettiv u ma jirnexxilux jirranġa d-devjazzjoni. |
(19) |
Id-depożitu impost li jħalli l-interessi għandu jiġi rilaxxat lill-Istat Membru kkonċernat flimkien mal-interessi li jkunu nġemgħu minnu ladarba l-Kunsill ikun sodisfatt li s-sitwazzjoni li wasslet għall-obbligu biex isir id-depożitu tkun intemmet. |
(20) |
Fir-rigward tal-parti korrettiva tal-SGP, is-sanzjonijiet għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-forma ta’ obbligu li jħallu depożitu li ma jħallix interessi marbut ma’ deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv jekk ikun diġà ġie impost id-depożitu li jħalli l-interessi fuq l-Istat Membru kkonċernat fil-parti preventiva tal-SGP jew f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità partikolarment serja mal-obbligi tal-politika baġitarja stabbiliti fil-SGP, jew l-obbligu li titħallas multa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jiġi rranġat id-defiċit eċċessiv tal-gvern. |
(21) |
Sabiex jiġi evitat li jiġu applikati b’mod retroattiv is-sanzjonijiet taħt il-parti preventiva tal-SGP previsti f’dan ir-Regolament, huma għandhom japplikaw biss fir-rigward tad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-Kunsill taħt ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Bl-istess mod, biex jiġi evitat li jiġu applikati b’mod retroattiv is-sanzjonijiet taħt il-parti preventiva tal-SGP previsti f’dan ir-Regolament, huma għandhom japplikaw biss fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet rilevanti biex jiġi korrett defiċit eċċessiv tal-gvern adottati mill-Kunsill wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
(22) |
L-ammont tad-depożiti li jħallu l-interessi, tad-depożiti li ma jħallix interessi u tal-multi previsti f’dan ir-Regolament għandu jkun stabbilit b’tali mod li tiġi żgurata l-gradwazzjoni ġusta ta’ sanzjonijiet fil-partijiet preventivi u korrettivi tal-SGP u biex jingħataw inċentivi biżżejjed lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro biex jikkonformaw mal-qafas fiskali tal-Unjoni. Il-multi taħt l-Artikolu 126(11) tat-TFUE u kif speċifikat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 huma magħmula minn komponent fiss li huwa ta’ 0,2 % tal-PDG u komponent varjabbli. Għalhekk, il-gradwazzjoni u t-trattament ugwali bejn l-Istati Membri jkunu żgurati jekk id-depożitu li jħalli l-interessi, id-depożitu li ma jħallix interessi u l-multa speċifikata f’dan ir-Regolament jkunu ta’ 0,2 % tal-PDG, bħala l-ammont tal-komponent fiss tal-multa marbut mal-Artikolu 126(11) tat-TFUE. |
(23) |
Għandu jkun hemm il-possibbiltà għall-Kunsill li jnaqqas jew iħassar is-sanzjonijiet imposti fuq l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-parti korrettiva tal-SGP, il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista’ tirrakkomanda li jitnaqqas l-ammont ta’ sanzjoni jew li titħassar għal kollox fuq il-bażi ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali. |
(24) |
Id-depożitu li ma jħallix interessi għandu jiġi rilaxxat meta ssir il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv filwaqt li l-interessi fuq dawn id-depożiti u l-multi miġbura għandhom jiġu assenjati għal mekkaniżmi ta’ stabbiltà biex jipprovdu għajnuna finanzjarja, maħluqa minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha kemm hi. |
(25) |
Is-setgħa biex jiġu adottati deċiżjonijiet individwali għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kunsill. Bħala parti mill-koordinament tal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri li saru fi ħdan il-Kunsill kif previst mill-Artikolu 121(1) tat-TFUE, dawn id-deċiżjonijiet individwali huma segwitu integrali għall-miżuri adottati mill-Kunsill skont l-Artikoli 121 u 126 tat-TFUE u r-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97. |
(26) |
Ladarba dan ir-Regolament fih regoli ġenerali għall-infurzar effettiv tar-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97, huwa għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja msemmija fl-Artikolu 121(6) tat-TFUE. |
(27) |
Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tinħoloq sistema ta’ sanzjonijiet għat-tisħiħ tal-infurzar tal-partijiet preventivi u korrettivi tal-SGP fiż-żona tal-euro, ma jistax jinkiseb suffiċjentement fil-livell tal-Istati Membri, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta’ sanzjonijiet għat-tisħiħ tal-infurzar tal-partijiet preventivi u korrettivi tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fiż-żona tal-euro.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“il-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir” tfisser is-sistema ta’ sorveljanza multilaterali kif organizzata skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97; |
(2) |
“il-parti korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir” tfisser il-proċedura għall-evitar tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri kif regolata mill-Artikolu 126 tat-TFUE u r-Regolament (KE) Nru 1467/97; |
(3) |
“ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali” tfisser ċirkostanzi fejn eċċess ta’ defiċit tal-gvern ‘il fuq mill-valur ta’ referenza huwa meqjus eċċezzjonali fl-ambitu tat-tifsira tat-tieni inċiż tal-punt (a) tal-Artikolu 126(2) tat-TFUE u kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1467/97. |
KAPITOLU II
DJALOGU EKONOMIKU
Artikolu 3
Djalogu ekonomiku
Sabiex jitjieb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u sabiex ikunu żgurati trasparenza u responsabilizzazzjoni akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-Kunsill, il-Kummissjoni u, fejn xieraq, il-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Grupp tal-Euro biex jidhru quddiem il-kumitat sabiex jiddiskutu deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 4, 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament.
Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat minn deċiżjonijiet bħal dawn li jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet.
KAPITOLU III
IS-SANZJONIJIET FIL-PARTI PREVENTIVA TAL-PATT TA’ STABBILTÀ U TKABBIR
Artikolu 4
Depożiti li jħallu l-interessi
1. Jekk il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi li Stat Membru jkun naqas li jieħu azzjoni fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 20 jum mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tirrakkomanda li l-Kunsill, b’deċiżjoni ulterjuri, jesiġi li l-Istat Membru kkonċernat jiddepożita mal-Kummissjoni depożitu li jħalli l-interessi li għandu jammonta għal 0,2 % tal- PDG tiegħu fis-sena preċedenti.
2. Id-deċiżjoni li tesiġi depożitu għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix b’maġġoranza kwalifikata li jiċħad ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.
3. Il-Kunsill, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u jadotta t-test kif emendat bħala deċiżjoni tal-Kunsill.
4. Il-Kummissjoni tista’, wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi li Stat Membru jkun naqas li jieħu azzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tirrakkomanda li l-Kunsill inaqqas l-ammont tad-depożitu li jħalli l-interessi jew li jħassru.
5. Id-depożitu li jħalli l-interessi għandu jkollu rata ta’ interessi li tirrifletti r-riskju ta’ kreditu tal-Kummissjoni u l-perjodu ta’ investiment rilevanti.
6. Jekk is-sitwazzjoni li twassal għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 ma tibqax teżisti, il-Kunsill, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni oħra mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi li d-depożitu u l-interessi li nġemgħu minnu jingħataw lura lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kunsill jista’, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jemenda r-rakkomandazzjoni ulterjuri tal-Kummissjoni.
KAPITOLU IV
IS-SANZJONIJIET FIL-PARTI KORRETTIVA TAL-PATT TA’ STABBILTÀ U TKABBIR
Artikolu 5
Depożiti li ma jħallux interessi
1. Jekk il-Kunsill, billi jaġixxi taħt l-Artikolu 126(6) tat-TFUE, jiddeċiedi li jeżisti defiċit eċċessiv fi Stat Membru li għamel depożitu li jħalli l-interessi mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, jew fejn il-Kummissjoni tkun identifikat nuqqas ta’ konformità partikolarment serju mal-obbligi tal-politika baġitarja stabbiliti fil-SGP ġie identifikat, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 20 jum mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tirrakkomanda li l-Kunsill, b’deċiżjoni ulterjuri, jesiġi li l-Istat Membru kkonċernat jiddepożita mal-Kummissjoni depożitu li jħalli l-interessi li għandu jammonta għal 0,2 % tal- PDG tiegħu fis-sena preċedenti.
2. Id-deċiżjoni li tesiġi depożitu għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix b’maġġoranza kwalifikata li jiċħad ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.
3. Il-Kunsill, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u jadotta t-test kif emendat bħala deċiżjoni tal-Kunsill.
4. Il-Kummissjoni tista’, fuq bażi ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(8) tat-TFUE imsemmija fil-paragrafu 1, tirrakkomanda li l-Kunsill inaqqas l-ammont tad-depożitu li ma jħallix interessi jew li jħassru.
5. Id-depożitu għandu jsir mal-Kummissjoni. Jekk l-Istat Membru jkun għamel depożitu li jħalli l-interessi mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 4, dak id-depożitu li jħalli l-interessi għandu jiġi kkonvertit f’depożitu li ma jħallix interessi.
Jekk l-ammont tad-depożitu li jħalli l-interessi depożitat skont l-Artikolu 4 u tal-interessi akkumulati fuqu jeċċedi l-ammont tad-depożitu li ma jħallix interessi li għandu jiġi depożitat taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-eċċess għandu jingħata lura lill-Istat Membru.
Jekk l-ammont tad-depożitu li ma jħallix interessi jeċċedi l-ammont tad-depożitu li jħalli l-interessi depożitat skont l-Artikolu 4 u tal-interessi akkumulati fuqu, l-Istat Membru għandu jħallas l-ammont li jifdal meta jagħmel id-depożitu li ma jħallix interessi.
Artikolu 6
Multi
1. Jekk il-Kunsill, billi jaġixxi skont l-Artikolu 126(8) tat-TFUE, jiddeċiedi li l-Istat Membru ma ħax azzjoni effettiva sabiex jikkorreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 20 jum minn dik id-deċiżjoni, tirrakkomanda li l-Kunsill, b’deċiżjoni oħra, jimponi multa li tammonta għal 0,2 % tal- PDG tal-Istat Membru fis-sena preċedenti.
2. Id-deċiżjoni li timponi multa għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix b’maġġoranza kwalifikata li jiċħad ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.
3. Il-Kunsill, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u jadotta t-test kif emendat bħala deċiżjoni tal-Kunsill.
4. Il-Kummissjoni tista’, fuq bażi ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(8) tat-TFUE imsemmija fil-paragrafu 1, tirrakkomanda li l-Kunsill inaqqas l-ammont tal-multa jew li jħassarha.
5. Jekk l-Istat Membru għamel depożitu li ma jħallix interessi mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 5, id-depożitu li ma jħallix interessi għandu jiġi kkonvertit fil-multa.
Jekk l-ammont ta’ depożitu li ma jħallix interessi depożitat skont l-Artikolu 5 jeċċedi l-ammont tal-multa, l-eċċess għandu jingħata lura lill-Istat Membru.
Jekk l-ammont tal-multa jeċċedi l-ammont ta’ depożitu li ma jħallix interessi depożitat skont l-Artikolu 5, jew jekk ma sar ebda depożitu li ma jħallix interessi, l-Istat Membru għandu jħallas l-ammont li jifdal meta jħallas il-multa.
Artikolu 7
Ħlas lura ta’ depożiti li ma jħallux interessi
Jekk il-Kunsill, billi jaġixxi taħt l-Artikolu 126(12) tat-TFUE, jiddeċiedi li jħassar xi deċiżjoni jew id-deċiżjonijiet kollha tiegħu, kwalunkwe depożitu li ma jħallix interessi li jkun sar mal-Kummissjoni għandu jitħallas lura lill-Istat Membru kkonċernat.
KAPITOLU V
SANZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-MANIPULAZZJONI TAL-ISTATISTIKA
Artikolu 8
Sanzjonijiet li jikkonċernaw il-manipulazzjoni tal-istatistika
1. Il-Kunsill, billi jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi li jimponi multa fuq Stat Membru li intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, jirrappreżenta ħażin id-data dwar id-defiċit u d-dejn rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 121 jew 126 tat-TFUE, jew għall-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv anness mat-TUE u mat-TFUE.
2. Il-multi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effikaċi, dissważivi u proporzjonati għan-natura, is-serjetà u t-tul tar-rappreżentanza ħażina. L-ammont tal-multa m’għandux jaqbeż iz-0,2 % tal-PDG tal-Istat Membru kkonċernat.
3. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji kollha sabiex tistabbilixxi l-eżistenza tar-rappreżentanza ħażina msemmija fil-paragrafu 1. Hija tista’ tiddeċiedi li tibda investigazzjoni meta tikkonstata li hemm indikazzjonijiet serji dwar l-eżistenza ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu tali rappreżentanza ħażina. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga r-rappreżentanza ħażina putattiva filwaqt li tqis kwalunkwe kumment sottomess mill-Istat Membru kkonċernat. Sabiex twettaq il-kompiti tagħha, il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi li l-Istat Membru jipprovdi informazzjoni, u tista’ tagħmel ispezzjonijiet fil-post u taċċedi l-kontijiet tal-entitajiet governattivi kollha fil-livell ċentrali, statali, lokali u dak tas-sigurtà soċjali. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jeħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja minn għall-ispezzjonijiet fil-post, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-applikazzjonijiet meħtieġa.
Meta tlesti l-investigazzjoni tagħha u qabel ma tippreżenta kwalunkwe proposta lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li jinstema’ dwar il-kwistjonijiet taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibbaża kull proposta tagħha lill-Kunsill fuq il-fatti biss li l-Istat Membru kkonċernat kellu l-opportunità li jikkummenta dwarhom.
Il-Kummissjoni għandha tirrispetta kompletament id-drittijiet għad-difiża tal-Istat Membru kkonċernat matul l-investigazzjonijiet.
4. Il-Kummissjoni b’dan għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 11 dwar:
(a) |
kriterji dettaljati li jistabbilixxu l-ammont tal-multa; |
(b) |
regoli dettaljati dwar il-proċedura tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, miżuri assoċjati u r-rappurtar dwar l-investigazzjonijiet; |
(c) |
regoli dettaljati dwar il-proċedura mmirati biex jiggarantixxu d-drittijiet għad-difiża, l-aċċess għall-fajl, ir-rappreżentanza legali, il-kunfidenzjalità u dispożizzjonijiet dwar l-iskeda u l-ġbir ta’ multi msemmi fil-paragrafu 1. |
5. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni illimitata għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kunsill jimponi multa taħt il-paragrafu 1. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa hekk imposta.
KAPITOLU VI
IN-NATURA AMMINISTRATTIVA TAS-SANZJONIJIET U T-TQASSIM TA’ INTERESSI U MULTI
Artikolu 9
In-natura amministrattiva tas-sanzjonijiet
Is-sanzjonijiet imposti skont l-Artikoli 4 sa 8 għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva.
Artikolu 10
Tqassim ta’ interessi u multi
L-interessi li taqla’ l-Kummissjoni fuq id-depożiti li jkunu tħallsu skont l-Artikolu 5 u l-multi miġbura skont l-Artikoli 6 u 8 għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-TFUE, u għandhom jiġu assenjati lill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja. Meta l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro joħolqu mekkaniżmu ta’ stabbiltà ieħor għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha kemm hi, l-interessi u l-multi għandhom jiġu assenjati lil dak il-mekkaniżmu.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 11
L-eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin mit-13 ta' Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 12
Votazzjoni fil-Kunsill
1. Għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 8, il-membri tal-Kunsill biss li jirrappreżentaw lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jivvutaw, u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat.
2. Maġġoranza kkwalifikata tal-membri tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi definita skont il-punt (b) tal-Artikolu 238(3) tat-TFUE.
Artikolu 13
Reviżjoni
1. Sal-14 ta' Diċembru 2014 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:
(a) |
l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament, inkluża l-possibbiltà li l-Kunsill u l-Kummissjoni jkollhom l-opportunità li jaġixxu sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet li jirriskjaw li jagħmlu ħsara lill-funzjonament xieraq tal-unjoni monetarja; |
(b) |
il-progress fl-iżgurar ta’ koordinament eqreb tal-linji ta’ politika ekonomika u tal-konverġenza kontinwa tar-rendiment ekonomiku tal-Istati Membri skont it-TFUE. |
2. Fejn xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.
3. Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Qabel it-tmiem tal-2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-possibbiltà tal-introduzzjoni ta’ titoli Ewropej.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(1) ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.
(2) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 46.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011.
23.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/8 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1174/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 136, flimkien mal-Artikolu 121(6) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Il-qafas imtejjeb ta’ governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq bosta linji politiċi interkonnessi u koerenti għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, b’mod partikolari strateġija tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi, b’attenzjoni partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-trawwim tal-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività, Simestru Ewropew għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni ta’ linji ta’ politika ekonomika u baġitarja, qafas effikaċi biex jiġu evitati u korretti każijiet ta’ defiċit eċċessiv tal-gvernijiet (il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP)), qafas b’saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, u regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju, inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
(2) |
Hija d-data tal-istatistika affidabbli li hija l-bażi għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Sabiex tkun iggarantita statistika soda u indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandha tkun konsistenti mal-kodiċi Ewropew tal-prattika fl-istatistika kif jingħad fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (4). Barra minn hekk, id-disponibbiltà ta’ data fiskali soda hija wkoll relevanti għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Dan ir-rekwiżit għandu jkun iggarantit mir-regoli previsti f’dan ir-rigward fir-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (5), b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu. |
(3) |
Il-koordinazzjoni tal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri fl-Unjoni għandha tkun żviluppata fil-kuntest ta’ linji gwida ġenerali ta’ politika ekonomika u l-linji gwida ta’ impjieg, kif stipulat mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u għandha twassal għal konformità mal-prinċipji ta’ gwida ta’ prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kondizzjonijiet monetarji sodi u sostenibbli u bilanċ ta’ pagamenti sostenibbli. |
(4) |
L-esperjenza miksuba u l-iżbalji li saru matul l-ewwel deċennju tal-unjoni ekonomika u monetarja turi ħtieġa għal governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq sjieda nazzjonali aktar b’saħħitha tar-regoli u l-linji ta’ politika maqbula komunement u fuq qafas aktar b’saħħtu fil-livell tal-Unjoni ta’ sorveljanza tal-linji ta’ politika ekonomika nazzjonali. |
(5) |
Il-kisba u ż-żamma ta’ suq intern dinamiku għandhom jitqiesu bħala element tal-funzjonament xieraq u bla problemi tal-unjoni ekonomika u monetarja. |
(6) |
B’mod partikolari, is-sorveljanza tal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri għandha titwessa’ lil hinn mis-sorveljanza baġitarja biex tinkludi qafas iktar dettaljat u formali għall-prevenzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u biex l-Istati Membri affettwati jkunu megħjuna sabiex jistabilixxu pjanijiet korrettivi qabel mad-diverġenzi jrabbu l-għeruq u qabel ma l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji jaqbdu triq twila f’direzzjoni eċċessivament mhux favorevoli. Dan it-tip ta’ twessigħ tas-sorveljanza tal-politika ekonomika għandha sseħħ b’mod parallel mal-approfondiment tas-sorveljanza fiskali. |
(7) |
Sabiex tgħin fil-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, jeħtieġ li tiġi stabbilita proċedura dettaljata fil-leġislazzjoni |
(8) |
Huwa xieraq li tkun supplimentata l-proċedura tas-sorveljanza multilaterali msemmija fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 121 tat-TFUE b’regoli speċifiċi għall-iskoperta, ta’ żbilanċi makroekonomiċi kif ukoll il-prevenzjoni u l-korrezjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fi ħdan l-Unjoni. Huwa essenzjali li l-proċedura tkun inkorporata fiċ-ċiklu tas-sorveljanza multilaterali annwali. |
(9) |
It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jinkludi involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali. Filwaqt li jirrikonoxxi li l-kontrapartijiet tal-Parlament Ewropew fil-qafas tad-djalogu huma l-istituzzjonijiet relevanti tal-Unjoni u r-rappreżentanti tagħhom, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri l-opportunità għal parteċipazzjoni fl-iskambju ta’opinjonijiet lill-Istat Membru li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li timponi depożitu li jħalli l-interessi jew multa annwali, tkun indirizzata, b’konformità ma’ dan ir-Regolamenti. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f’dan l-iskambju ta’ opinjonijiet hija volontarja. |
(10) |
Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b’saħħtu fil-proċedura tas-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet fuq il-post, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet. |
(11) |
L-infurzar tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 fuq il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi (6) għandu jkun imsaħħaħ billi jiġu stabbiliti depożiti li jħallu l-interessi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rakkomandazzjoni biex tittieħed l-azzjoni korrettiva. Dawn it-tip ta’ depożiti għandhom ikunu kkonvertiti f’multa annwali f’każ ta’ nuqqas kontinwu ta’ konformità mar-rakkomandazzjoni li jkunu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fil-istess proċedura ta’ żbilanċ. Dawk il-miżuri ta’ infurzar huma applikabbli għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(12) |
F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rakkomandazzjonijet tal-Kunsill, id-depożitu li jħalli l-interessi jew il-multa għandhom ikunu imposti sa meta l-Kunsill jistabbilixxi li l-Istat Membru ħa azzjoni korrettiva biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu. |
(13) |
Barra minn hekk, jekk l-Istat Membru jonqos b’mod ripetut milli jfassal pjan ta’ azzjoni korrettiva biex tiġi indirizzata r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, dan għandu wkoll ikun suġġett b’mod għal multa annwali bħala regola, sakemm il-Kunsill jistabbilixxi li l-Istat Membru ipprovda pjan ta’ azzjoni korrettiva li jindirizza b’mod suffiċjenti r-rakkomandazzjoni tiegħu. |
(14) |
Sabiex ikun żgurat trattament ugwali bejn l-Istati Membri, id-depożitu li jħalli l-interessi u l-multa għandhom ikunu l-istess għall-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro u ugwali għal 0,1 % tal-prodott domestiku gross (PDĠ) tal-Istat Membru kkonċernat fis-sena ta’ qabel. |
(15) |
Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrakkomanda r-riduzzjoni tal-ammont ta’ sanzjoni jew li tikkanċellaha fuq il-bażi ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali. |
(16) |
Il-proċedura għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet għal dawk l-Istati Membri li jonqsu milli jieħdu miżuri effettivi biex jikkoreġu l-iżbilanċi makroekonomċi eċċessivi għandha titfassal b’tali mod li l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet lil dawk l-Istati Membri tkun ir-regola u mhux l-eċċezzjoni. |
(17) |
Il-multi msemmijin f’dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-TFUE, u għandhom jiġu assenjati għal mekkaniżmi ta’ stabbiltà biex jipprovdu assistenza finanzjarja, li ġew maħluqa minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha. |
(18) |
Is-setgħa li tadotta deċiżjonijiet individwali għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament għandha tiġi kkonferita lill-Kunsill. Bħala parti mill-koordinazzjoni tal-linji politiċi ekonomiċi tal-Istati Membri mmexxija fil-Kunsill kif provdut fl-Artikolu 121(1) tat-TFUE, dawk id-deċiżjonijiet individwali huma segwitu integrali tal-miżuri adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 121 tat-TFUE u r-Regolament (UE) Nru 1176/2011. |
(19) |
Ladarba dan ir-Regolament fih regoli ġenerali għall-infurzar effettiv tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011, dan għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja msemmija fl-Artikolu 121(6) tat-TFUE. |
(20) |
Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-infurzar effettiv tal-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba fl-interkonnessjoni kummerċjali u finanzjarji profondi bejn l-Istati Membri u r-riperkussjonijiet tal-linji ta’ politika ekonomika nazzjonali fuq l-Unjoni u fuq iż-żona tal-euro b’mod ġenerali, u dan jista’ għaldaqstant jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta’ sanzjonijiet għall-korrezzjoni effettiva ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011.
Addizzjonalment, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:
“ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali” tfisser ċirkostanzi fejn eċċess ta’ defiċit tal-gvern fuq il-valur ta’ referenza jitqies eċċezzjonali fi ħdan it-tifsira tat-tieni inċiż ta’ punt (a) tal-Artikolu 126(2) tat-TFUE u kif speċifikat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (7).
Artikolu 3
Penali
1. Għandu jiġi impost depożitu li jħalli l-interessi b’deċiżjoni tal-Kunsill, li jkun qed jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jekk tiġi adottata deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi nuqqas ta’ konformità, skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011, fejn il-Kunsill jikkonkludi li l-Istat Membru kkonċernat ma ħax l-azzjoni korrettiva rrakkomandata mil-Kunsill.
2. Għandha tiġi imposta multa annwali permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, fejn:
(a) |
żewġ rakkomandazzjonijiet suċċessivi tal-Kunsill fl-istess proċedura ta’ żbilanċ ikunu addottati skont it-termini tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011, u, l-Kunsill iqis li l-Istat Membru jkun issottometta pjan insuffiċjenti ta’ azzjoni korrettiv; jew |
(b) |
żewġ deċiżjonijiet suċċessivi tal-Kunsill fl-istess proċedura ta’ żbilanċ jiġu adottati li jistabbilixxu nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011. F’dan il-każ, il-multa annwali għandha tiġi imposta permezz tal-konverżjoni tad-depożitu li jħalli l-interessi f’multa annwali. |
3. Id-deċiżjonijiet li hemm riferiment għalihom fil-paragrafu 1 u 2 għandhom jitqiesu li ġew adottati mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix b’maġġoranza kwalifikata, li jiċħad ir-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata li jemenda r-rakkomandazzjoni.
4. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill għandha tinħareġ fi żmien 20 jum minn meta jiġu milħuqa l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2.
5. Id-depożitu li jħalli l-interessi jew il-multa annwali rakkomandati mill-Kummissjoni għandhom ikunu ta’ 0,1 % tal-PGD tas-sena preċedenti tal-Istat Membru kkonċernat.
6. B’deroga mill-paragrafu 5, il-Kummissjoni tista’, minħabba raġunijiet ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10 tijiem minn mindu l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u 2 jkunu ġew sodisfatti, tipproponi li tnaqqas jew tikkanċella lid-depożitu li jħalli l-interessi jew il-multa annwali.
7. Jekk Stat Membru jkun ikkostitwixxa depożitu bl-interessi jew ikun ħallas multa annwali għal sena kalendarja partikolari u l-Kunsill wara dan jikkonkludi, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 li l-Istat Membru ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata matul dak id-depożitu mħallas għal dik is-sena flimkien mal-interessi li jkun iddekorra fuqu jew il-multa mħallsa għal dik is-sena għandha tingħata lura lill-Istat Membru pro rata temporis.
Artikolu 4
L-allokazzjoni tal-multi
Il-multi msemmijin fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-TFUE, u għandhom jiġu assenjati lill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja. Meta l-Istat Membru li jħaddan il-munita tal-euro joħloq mekkaniżmu ta’ stabbilità ieħor li jipprovdi assistenza finanzjarja sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha, dawk il-multi għandhom jiġu assenjati lil dak il-mekkaniżmu.
Artikolu 5
Votazzjoni fil-Kunsill
1. Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, il-membri tal-Kunsill biss li jirrappreżentaw lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jivvutaw, u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru kkonċernat.
2. Maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi definita skont il-punt (b) tal-Artikolu 238(3) tat-TFUE.
Artikolu 6
Djalogu ekonomiku
Biex jitjieb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex ikunu żgurati aktar trasparenza u responsabbiltà politika, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-Kunsill, il-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, lill-President tal-Kunsill Ewropew jew lill-President tal-Eurogroup biex jidher quddiem il-kumitat ħalli jiddiskutu d-deċiżjonijiet meħudin skont it-termini tal-Artikolu 3.
Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat b’ tali deċiżjonijiet li jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet.
Artikolu 7
Reviżjoni
1. Sal-14 ta’ Diċembru 2014 u wara kull ħames snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:
(a) |
l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
il-progress magħmul biex tiġi żgurata koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-linji ta’ politika ekonomika u konverġenza sostnuta ta’ rendimenti ekonomiċi tal-Istati Membri skont it-TFUE. |
2. Fejn ikun xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta sabiex dan ir-Regolament jiġi emendat.
3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(1) ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.
(2) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 53.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2011 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011.
(4) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(5) Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) Ara l-paġna 25 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
23.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/12 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1175/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(6) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Il-koordinazzjoni tal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri fi ħdan l-Unjoni, kif previst mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandha tinvolvi l-konformità mal-prinċipji gwida ta’ prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kundizzjonijiet monetarji sodi u bilanċ tal-pagamenti sostenibbli. |
(2) |
Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP) inizjalment kien jikkonsisti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (4) u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (5). Ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97 ġew emendati fl-2005 bir-Regolamenti (KE) Nru 1055/2005 (6) u (KE) Nru 1056/2005 (7) rispettivament. Barra minn hekk, ġie adottat ir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2005 dwar “Titjib tal-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir” (8). |
(3) |
L-SGP huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi governattivi sodi bħala mezz sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu bbażat fuq stabbiltà finanzjarja, u b’hekk jappoġġa li jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli u impjiegi. |
(4) |
Il-parti preventiva tal-SGP teħtieġ mill-Istati Membri li jiksbu u jżommu objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien u jippreżentaw programm ta’ stabbiltà u konverġenza għal dak il-għan. Hija tibbenefika minn forom aktar stretti ta’ sorveljanza biex tiġi żgurata l-konsistenza u l-konformità tal-Istati Membri mal-qafas ta’ koordinament baġitarju tal-Unjoni. |
(5) |
Il-kontenut tal-programmi ta’ stabbiltà u konverġenza kif ukoll il-proċedura għall-eżami tagħhom għandhom jiġu żviluppati aktar, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak tal-Unjoni, fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tal-SGP. |
(6) |
Il-miri baġitarji fil-programmi ta’ stabbiltà u konverġenza għandhom iqisu b’mod espliċitu l-miżuri adottati f’konformità mal-linji gwida wesgħin ta’ politika ekonomika u tal-linji gwida tal-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni u, b’mod ġenerali, il-programmi ta’ riforma nazzjonali. |
(7) |
Il-preżentazzjoni u l-valutazzjoni ta’ programmi ta’ stabbilità u konverġenza għandhom isiru qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet kruċjali dwar il-budgets nazzjonali għas-snin ta’ wara. Għalhekk, għandha tiġi stabbilita skadenza adegwata għall-preżentazzjoni tal-programmi ta’ stabbiltà u konverġenza. B’kont meħud tal-ispeċifikazzjonijiet tas-sena baġitarja tar-Renju Unit, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali għad-data tal-preżentazzjoni tal-programmi ta’ konverġenza tagħha. |
(8) |
L-esperjenza miksuba u l-iżbalji li saru matul l-ewwel deċennju tal-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja turi ħtieġa ta’ governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq sjieda nazzjonali aktar b’saħħitha tar-regoli u l-linji politiċi maqbula komunement u fuq qafas aktar b’saħħtu ta’ sorveljanza fil-livell tal-Unjoni għas-sorveljanza tal-politika ekonomika nazzjonali. |
(9) |
Il-qafas imtejjeb ta’ governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq diversi linji interkonnessi u koerenti ta’ politika għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, b’mod partikolari strateġija tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi, b’attenzjoni partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-trawwim tal-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività, Simestru Ewropew għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni ta’ linji ta’ politika ekonomika u baġitarja (Simestru Ewropew), qafas effikaċi biex jiġu evitati u korretti każijiet ta’ defiċit eċċessiv tal-gvernijiet (il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP)), qafas b’saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, u regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju, inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
(10) |
L-SGP u l-qafas komplut tal-governanza ekonomika jikkompletaw u jappoġġaw l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. L-interkonnessjonijiet bejn il-linji differenti m’għandhomx jipprovdu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-SGP. |
(11) |
It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jinkludi l-involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali. Filwaqt li jirrikonoxxi li l-kontrapartijiet tal-Parlament Ewropew fil-qafas tad-djalogu huma l-istituzzjonijiet relevanti tal-Unjoni u r-rappreżentanti tagħhom, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri l-opportunità li jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet lil Stat Membru li jkun indirizzat minn rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 10(2). Il-parteċipazzjoni tal-Istat Membru f’tali skambju ta’ opinjonijiet hija volontarja. |
(12) |
Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b’saħħtu fil-proċedura tas-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet ta’ fuq il-post, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet. |
(13) |
Il-programmi ta’ stabbiltà jew konverġenza u l-programmi nazzjonali ta’ riforma għandhom ikunu ppreparati b’mod koerenti u l-ħinijiet tal-preżentazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu allinjati. Dawk il-programmi għandhom jitressqu quddiem il-Kunsill u l-Kummissjoni. Huma għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku. |
(14) |
Taħt is-Simestru Ewropew, is-sorveljanza tal-politika u ċ-ċiklu tal-koordinazzjoni bdew kmieni fis-sena b’reviżjoni orizzontali li biha, il-Kunsill Ewropew, abbażi ta’ input mill-Kummissjoni u mill-Kunsill, jidentifika l-isfidi ewlenin li jaffaċċjaw l-Unjoni u ż-żona euro u joffri gwida strateġika dwar il-linji politiċi. Għandha ssir ukoll diskussjoni fil-Parlament Ewropew fil-bidu taċ-ċiklu annwali ta’ sorveljanza fi żmien xieraq qabel ma ssir id-diskussjoni fil-Kunsill Ewropew. Meta jippreparaw il-programmi tagħhom ta’ stabbiltà jew konverġenza u l-programmi ta’ riforma nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu l-gwida orizzontali mill-Kunsill Ewropew. |
(15) |
Sabiex tissaħħaħ is-sjieda nazzjonali tal-SGP, l-oqfsa baġitarji nazzjonali għandhom ikunu allinjati għalkollox mal-objettivi ta’ sorveljanza multilaterali fl-Unjoni, u, b’mod partikolari, mas-Simestru Ewropew. |
(16) |
F’konformità mal-arranġamenti legali u politiċi ta’ kull Stat Membru, il-parlamenti nazzjonali għandhom ikunu involuti kif suppost fis-Simestru Ewropew u fil-preparazzjoni tal-programmi ta’ stabbiltà, il-programmi ta’ konverġenza u l-programmi nazzjonali ta’ riforma sabiex jiżdiedu t-trasparenza, is-sjieda u r-responsabbiltà tad-deċiżjonijiet meħuda. Fejn ikun xieraq, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kumitat tal-Politika Ekonomika, il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jridu jiġu kkonsultati fil-qafas tas-Simestru Ewropew. Il-partijiet interessati relevanti, b’mod partikolari s-sħab soċjali, għandhom ikunu involuti, fejn hu xieraq, fil-qafas tas-Simestru Ewropew dwar il-kwistjonijiet ta’ politika ewlenija, f’ konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE u l-arranġamenti legali u politiċi nazzjonali. |
(17) |
Il-konformità mal-objettiv fuq perjodu medju ta’ żmien tal-pożizzjonijiet baġitarji għandha tippermetti lill-Istati Membri jkollhom marġini ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PGD, li jiżguraw finanzi pubbliċi sostenibbli jew progress rapidu lejn is-sostenibbiltà, filwaqt li jħallu spazju għall-immanuvrar baġitarju, partikolarment billi jqisu l-ħtieġa ta’ investiment pubbliku. L-objettiv baġitarju fuq perjodu ta’ żmien medju għandu jiġi aġġornat regolarment abbażi ta’ metodoloġija maqbula komunement li tirrifletti b’mod adegwat ir-riskji ta’ responsabbiltajiet espliċiti u impliċiti għall-finanzi pubbliċi kif inkorporati fl-għanijiet tal-SGP. |
(18) |
L-obbligu li jinkiseb u jinżamm l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien jeħtieġ li jitpoġġa fis-seħħ, permezz tal-ispeċifikazzjoni tal-prinċipji għall-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv fuq perjodu medju ta’ żmien. Dawk il-prinċipji għandhom, inter alia, jiżguraw li dħul imprevist, b’mod partikolari dħul ta’ aktar milli huwa normalment mistenni mit-tkabbir ekonomiku, jiġi allokat għat-tnaqqis tad-dejn. |
(19) |
L-obbligu li jinkiseb u jinżamm l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien għandu japplika għall-Istati Membri kollha. |
(20) |
Il-progress suffiċjenti lejn l-objettiv baġitarju għal perjodu medju ta’ żmien għandu jkun ivvalutat abbażi ta’ valutazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri tad-dħul diskrezzjonali. F’dan ir-rigward, u sakemm dan l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ma jinkisibx, ir-rata tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern ġeneralment ma għandhiex taqbeż rata ta’ referenza ta’ tkabbir potenzjali tal-PGD fuq perjodu medju ta’ żmien, b’żidiet akbar minn dik in-norma li jkunu jikkorrispondu għal żidiet diskrezzjonali fid-dħul tal-gvern u tnaqqis diskrezzjonali fid-dħul li jkun ikkumpensat bi tnaqqis fl-infiq. Ir-rata ta’ referenza fuq perjodu medju ta’ żmien tat-tkabbir potenzjali tal-PGD għandha tkun ikkalkulata skont metodoloġija maqbula b’mod komuni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-metodu ta’ kalkolu ta’ dawk il-previżjonijiet u r-rata ta’ referenza fuq perjodu ta’ żmien medju li tirriżulta tat-tkabbir potenzjali tal-PGD. Għandha titqies il-varjabbiltà potenzjalment kbira ħafna tal-infiq tal-investiment, b’mod speċjali fil-każ ta’ Stati Membri żgħar. |
(21) |
Għandu jkun meħtieġ pjan ta’ aġgustament aktar mgħaġġel lejn l-objettivi baġitarji fuq perjodu ta’ żmien medju għall-Istati Membri li qed jiffaċċjaw livell ta’ dejn li jaqbeż is-60 % tal-PGD jew b’riskji kbar f’termini ta’ sostenibbiltà tad-dejn ġenerali. |
(22) |
Għandha tiġi permessa devjazzjoni temporanja mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju f’każ li jkun hemm avveniment mhux tas-soltu li mhux fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li għandu impatt kbir fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f’każ ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku serju għaż-żona tal-euro jew għall-Unjoni kollha, sakemm din ma tipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fil-perjodu medju, sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru ekonomiku. Għandu jittieħed ukoll kont tal-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali kbar biex tiġi permessa devjazzjoni temporanja mill-objettiv baġitarju fuq perjodu ta’ żmien medju jew l-aġġustament adattat għal dan, bil-kondizzjoni li tinżamm marġni ta’ sigurtà fir-rigward tal-valur referenzjali tad-defiċit. Għandha tingħata attenzjoni speċjali f’dan il-kuntest, għar-riformi sistemiċi ta’ pensjonijiet, fejn id-devjazzjoni għandha tirrifletti l-ispiża inkrementali diretta tad-devjazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet mill-pilastru ġestit b’mod pubbliku għal dak kompletament iffinanzjat. Il-miżuri li jittrasferixxu l-assi tal-pilastru kompletament iffinanzjat, lura għall-pilastru ġestit b’mod pubbliku għandhom jitqiesu ta’ darba waħda u temporanji fin-natura tagħhom u għalhekk esklużi mill-bilanċ strutturali użat għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu ta’ żmien medju. |
(23) |
F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju, għandha tiġi indirizzata twissija mill-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat, li għandha tiġi segwita fi żmien xahar minn eżami tas-sitwazzjoni mill-Kunsill u rakkomandazzjoni għall-miżuri ta’ aġġustament neċessarji. Ir-rakkomandazzjoni għandha tistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn ħames xhur għall-indirizzar tad-devjazzjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos milli jieħu azzjoni adattata fl-iskadenza stabbilita mill-Kunsill, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva u jirrapporta lill-Kunsill Ewropew. Huwa importanti li nuqqasijiet mill-Istati Membri li jieħdu azzjoni xierqa jkunu stabbiliti fi żmien xieraq, b’mod partikolari meta n-nuqqas ikompli. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill li jadotta rakkomandazzjonijiet riveduti. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tistieden lill-BĊE biex jipparteċipa f’missjoni ta’ sorveljanza għall-Istati Membri taż-żona euro u l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (9) (ERM 2) fejn ikun xieraq. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultat tal-missjoni u, jekk ikun xieraq, għandha tkun tista’ tiddeċiedi li tagħmel ir-riżultati tagħha disponibbli għall-pubbliku. |
(24) |
Il-Kunsill għandu jingħata s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet individwali li jistabbilixxu n-nonkonformità mar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 121(4) tat-TFUE li jistabbilixxi miżuri politiċi f’każ li Stat Membru jiddevja b’mod sinifikanti mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien. Bħala parti mill-koordinazzjoni tal-linji politiċi ekonomiċi tal-Istati Membri mmexxija fil-Kunsill, kif speċifikat fl-Artikolu 121(1) TFUE, dawn id-deċiżjonijiet individwali huma segwitu integrali għar-rakkomandazzjonijiet msemmija adottati mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 121(4) tat-TFUE. Is-sospensjoni tad-drittijiet tal-vot tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro għall-adozzjoni mill-Kunsill ta’ deċiżjoni li tistabbilixxi n-nonkonformità mar-rakkomandazzjoni ndirizzata lil Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro abbażi tal-Artikolu 121(4) tat-TFUE, hija konsegwenza diretta tal-fatt li dik id-deċiżjoni hija segwitu integrali ta’ dik ir-rakkomandazzjoni u tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 139(4) tat-TFUE li tirriżerva d-dritt tal-vot dwar tali rakkomandazzjonijet għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(25) |
Sabiex tiġi żgurta l-konformità mal-qafas ta’ sorveljanza baġitarja tal-Unjoni għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu speċifiku ta’ infurzar fuq il-bażi tal-Artikolu 136 tat-TFUE għall-każijiet ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu ta’ żmien medju. |
(26) |
Ir-referenzi li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 1466/97 għandhom jieħdu kont tan-numerazzjoni ġdida tal-Artikoli tat-TFUE. |
(27) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistipula r-regoli li jkopru l-kontenut, is-sottomissjoni, l-eżami u il-monitoraġġ ta’ programmi ta’ stabbiltà u programmi ta’ konverġenza bħala parti mis-sorveljanza multilaterali mill-Kunsill u mill-Kummissjoni sabiex jipprevjeni, fi stadju bikri, l-okkorrenza ta’ defiċit eċċessiv tal-gvern ġenerali u sabiex jippromwovi s-sorveljanza u l-koordinament tal-linji ta’ politika ekonomika biex b’hekk jappoġġa l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.”. |
(2) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:
|
(3) |
Tiddaħħal it-taqsima li ġejja: “TAQSIMA 1-A IS-SIMESTRU EWROPEW GĦALL-KOORDINAMENT TAL-POLITIKA EKONOMIKA Artikolu 2-a 1. Biex jiġi żgurat il-koordinament eqreb tal-linji ta’ politika ekonomika u konverġenza sostnuta tal-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri, il-Kunsill għandu jwettaq is-sorveljanza multilaterali bħala parti integrali tas-Simestru Ewropew għall-koordinament tal-politika ekonomika f’konformità mal-objettivi u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). 2. Is-Simestru Ewropew għandu jinkludi:
3. Matul is-Simestru Ewropew, sabiex jiġi pprovdut parir tal-politika fil-ħin u integrat dwar intenzjonijiet tal-politika makrofiskali u makrostrutturali, il-Kunsill għandu, bħala regola, wara l-valutazzjoni ta’ dawn il-Programmi fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni, joffri gwida lill-Istati Membri filwaqt li jagħmel użu sħiħ tal-istrumenti legali previsti fl-Artikoli 121 u 148 tat-TFUE, u skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 1176/2011. L-Istati Membri għandhom jieħdu kont xieraq tal-gwida indirizzata lilhom fl-iżvilupp tal-linji ta’ politika ekonomika, tal-impjiegi u baġitarji tagħhom qabel jieħdu deċiżjonijiet ewlenin dwar il-budgets nazzjonali għas-snin ta’ wara. Il-progress għandu jkun immonitorjat mill-Kummissjoni. In-nuqqas ta’ Stat Membru li jieħu azzjoni dwar il-gwida li tkun ingħatatlu jista jagħti lok għal:
L-implimentazzjoni tal-miżuri għandha tkun suġġetta għal monitoraġġ imsaħħaħ mill-Kummissjoni u tista’ tinkludi missjonijiet ta’ sorveljanza skont l-Artikolu -11 ta’ dan ir-Regolament. 4. Il-Parlament Ewropew għandu jkun involut kif suppost fis-Simestru Ewropew sabiex jiżdiedu t-trasparenza, is-sjieda u r-responsabbiltà tad-deċiżjonijiet meħuda, b’mod partikolari permezz tad-djalogu ekonomiku li jsir skont l-Artikolu 2-ab ta’ dan ir-Regolament. Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kumitat tal-Politika Ekonomika, il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali għandhom jiġu kkonsultati fil-qafas tas-Simestru Ewropew fejn hu xieraq. Il-partijiet interessati relevanti, b’mod partikolari s-sħab soċjali, għandhom ikunu involuti, fejn hu xieraq, fil-qafas tas-Simestru Ewropew dwar il-kwistjonijiet ta’ politika ewlenija, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE u l-arranġamenti legali u politiċi nazzjonali. Il-President tal-Kunsill, u il-Kummissjoni skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, u, fejn ikun xieraq, il-President tal-Eurogroup, għandhom jirrapportaw annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew dwar ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu parti mid-Djalogu Ekonomiku msemmi fl-Artikolu 2–ab ta’ dan ir-Regolament. |
(4) |
Tiddaħħal it-taqsima li ġejja: “TAQSIMA 1-Aa DJALOGU EKONOMIKU Artikolu 2-ab 1. Biex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex jiġu żgurati trasparenza u responsabbiltà akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-Kunsill, il-President tal-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, il-President tal-Kunsill Ewropew jew il-President tal-Eurogroup, biex jidhru quddiem il-kumitat biex jiddiskutu:
2. Il-Kunsill mistenni, bħala regola, isegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-proposti tal-Kummissjoni jew jispjega l-pożizzjoni tiegħu pubblikament. 3. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri l-opportunità lil Stat Membru li jkun indirizzat minn rakkomandazzjoni tal-Kunsill, taħt l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 10(2), li jipparteċipa fl-iskambju tal-opinjonijiet. 4. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw b’mod regolari lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”. |
(5) |
L-Artikolu 2a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2a Kull Stat Membru għandu jkollu objettiv divrenzjat fuq terminu medju ta’ żmien għall-pożizzjoni baġitarja tiegħu. Dawn l-objettivi baġitarji fuq terminu medju ta’ żmien li huma speċifiċi għall-pajjiż jistgħu jitbiegħdu mill-ħtieġa ta’ pożizzjoni qrib il-bilanċ jew f’bilanċ favorevoli, filwaqt li jipprovdu marġini ta’ sikurezza fir-rigward tal-proporzjon ta’ 3 % tal-PGD għad-defiċit tal-gvern. L-objettivi baġitarji fuq terminu medju ta’ żmien għandhom jiżguraw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi jew progress rapidu lejn din is-sostenibbiltà filwaqt li jippermettu l-ispazju għall-immanuvrar baġitarju, b’konsiderazzjoni partikolarment tal-ħtieġa ta’ investiment pubbliku. B’kont meħud ta’ dawn il-fatturi, għall-Istati Membri parteċipanti u għall-Istati Membri li jipparteċipaw fl-ERM 2, l-objettivi baġitarji fuq terminu medju ta’ żmien li huma speċifiċi għall-pajjiż għandhom ikunu speċifikati f’firxa definita bejn -1 % tal-PGD u bilanċ jew bilanċ favorevoli, f’termini aġġustati ċiklikament, mingħajr miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħrajn. L-objettiv baġitarju fuq terminu medju ta’ żmien għandu jiġi rivedut kull tliet snin. Fil-każ tal-implimentazzjoni ta’ riforma b’impatt ewlieni fuq is-sostenibbiltà ta’ finanzi pubbliċi, l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien ta’ Stat Membru jista’ jiġi rivedut b’mod ulterjuri. Ir-rispett tal-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien għandu jkun inkluż fl-oqfsa baġitarji nazzjonali għal perjodu medju ta’ żmien f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (**). |
(6) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 1. Il-programmi ta’ stabbiltà għandhom jiġu sottomessi kull sena f’April, preferibbilment sa nofs April u mhux aktar tard mit-30 ta’ April. 2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-programmi ta’ stabbiltà tagħhom.”. |
(8) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. Fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kunsill għandu, fi ħdan il-qafas ta’ sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, jeżamina l-objettivi baġitarji fuq perjodu medju ta’ żmien ippreżentati mill-Istati Membri kkonċernati fil-programmi ta’ stabbiltà tagħhom, jivvaluta jekk is-suppożizzjonijiet ekonomiċi li fuqhom ikun ibbażat il-programm humiex plawsibbli, jekk il-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien huwiex adattat, inkluża kunsiderazzjoni tal-perkors ta’ akkumpanjament għall-proporzjon tad-dejn, u jekk il-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jiġi rrispettat dak il-perkors ta’ aġġustament humiex biżżejjed sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien matul iċ-ċiklu. Meta jivvalutaw il-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk l-Istat Membru kkonċernat hux jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tal-budget aġġustat b’mod ċikliku li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu ta’ żmien, b’0,5 % tal-PGD bħala valur referenzjali u mingħajr ma jqis il-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji. Għall-Istati Membri ffaċċjati b’livell ta’ dejn li jaqbeż is-60 % tal-PGD jew b’riskji evidenti ta’ sostenibilità ġenerali ta’ dejn, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-budget aġġustat b’mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji, ikunx ogħla minn 0,5 % tal-PGD. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw jekk ikunx qed isir sforz ta’ aġġustament akbar fi żminijiet ekonomiċi tajba, filwaqt li l-isforz jista’ jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. B’mod partikolari, għandu jitqies id-dħul imprevist u n-nuqqas tad-dħul. Il-progress suffiċjenti lejn l-objettiv baġitarju għal perjodu medju ta’ żmien għandu jkun ivvalutat abbażi ta’ valutazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala r-referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri tad-dħul diskrezzjonali. Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jivvalutaw jekk il-perkors tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, meħud flimkien mal-effett tal-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu ppjanati min-naħa tad-dħul, ikunx konsistenti mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-infiq totali għandu jeskludi l-infiq fuq l-interessi, infiq fuq programmi tal-Unjoni korrisposti bis-sħiħ mid-dħul tal-fondi tal-Unjoni u mill-bidliet mhux diskrezzjonali fl-infiq tal-benefiċċju tal-qgħad. L-eċċess fit-tkabbir fl-infiq fuq ir-referenza ta’ perjodu medju ta’ żmien m’għandux jitqies bħala inadempjenza mal-valur referenzjali sal-limitu li dan ikun ibbilanċjat kompletament biż-żidiet tad-dħul li huma obbligatorji skont il-liġi. Ir-rata ta’ referenza fuq perjodu medju tat-tkabbir potenzjali tal-PDG għandha tiġi determinata abbażi ta’ previżjonijiet li jħarsu ’l quddiem, u abbażi ta’ stimi retrospettivi. Il-previżjonijiet għandhom ikunu aġġornati f’intervalli regolari. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku metodu tagħha ta’ kalkolu għal dawk il-previżjonijiet u r-rata ta’ referenza fuq perjodu ta’ żmien medju li tirriżulta tat-tkabbir potenzjali tal-PGD. Meta jiddefinixxu l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux dan l-objettiv u meta jippermettu devjazzjoni temporanja minn dan l-objettiv għall-Istati Membri li jkunu diġà laħquh, sakemm jiġi ppreservat marġini xieraq ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza tad-defiċit u li l-pożizzjoni baġitarja tkun mistennija li terġa’ lura għall-objettiv baġitarju għall-perjodu medju ta’ żmien matul il-perjodu tal-programm, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali prinċipali li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti, fosthom billi jżidu t-tkabbir sostenibbli potenzjali, u għalhekk impatt verifikabbli fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq perjodu twil ta’ żmien. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-riformi fil-pensjonijiet li jintroduċu sistema b’aktar minn pilastru wieħed li tinkludi pilastru mandatorju, kompletament iffinanzjat. L-Istati Membri li jkunu qegħdin jimplimentaw tali riformi għandhom jitħallew jiddevjaw mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu ta’ żmien medju jew mill-objettiv innifsu, bid-devjazzjoni tirrifletti l-ammont tal-impatt dirett inkrementali tar-riforma fuq il-bilanċ tal-gvern ġenerali, sakemmjiġi ppreservat marġini adegwat ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur referenzjali tad-defiċit. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ukoll jeżaminaw jekk il-programm ta’ stabbiltà jiffaċilitax il-kisba ta’ konverġenza sostenuta u reali fiż-żona euro u l-koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-linji ta’ politika ekonomika, u jekk il-linji ta’ politika ekonomika tal-Istat Membru kkonċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika u mal-linji gwida tal-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni. F’każ ta’ avveniment mhux tas-soltu li ma jkunx fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li jkollu impatt prinċipali fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f’perjodi ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona euro jew l-Unjoni kollha, l-Istati Membri jistgħu jitħallew jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu, sakemm dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fuq perjodu medju ta’ żmien. 2. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw il-programm ta’ stabbiltà f’mhux aktar minn tliet xhur mis-sottomissjoni tiegħu. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, għandu, jekk ikun meħtieġ, jadotta opinjoni dwar il-programm. Fejn il-Kunsill, skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, iqis li l-objettivi u l-kontenut tal-programm għandhom jiġu msaħħa b’referenza partikolari għall-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, il-Kunsill għandu, fl-opinjoni tiegħu, jistieden lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jaġġusta l-programm tiegħu.” |
(9) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 1. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) tat-TFUE, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ stabbiltà, abbażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri parteċipanti u tal-valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, b’mod partikolari bil-għan li jiġu identifikati diverġenzi sinifikanti attwali jew mistennija tal-pożizzjoni baġitarja mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, jew mill-perkors ta’ aġġustament xieraq lejh. 2. F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, u sabiex jiġi evitat li jinħoloq defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE, tindirizza twissija lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kunsill, fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tat-twissija imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu janalizza s-sitwazzjoni u jadotta rakkomandazzjoni għall-miżuri ta’ politika neċessarji abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 121(4) tat-TFUE. Ir-rakkomandazzjoni għandha tistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn ħames xhur għall-indirizzar tad-devjazzjoni. L-iskadenza għandha titnaqqas għal tliet xhur jekk il-Kummissjoni, fit-twissija tagħha, tqis li s-sitwazzjoni hi partikolarment serja u teħtieġ azzjoni urġenti. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika. Fl-iskadenza stabbilita mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda bħala tweġiba għar-rakkomandazzjoni. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos li jieħu l-azzjoni xierqa sal-iskadenza speċifikata f’rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda immedjatament lill-Kunsill li jadotta, b’maġġoranza kwalifikata, deċiżjoni li tistabbilixxi li ma kien hemm l-ebda azzjoni effikaċi. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE dwar miżuri ta’ politika neċessarji. F’każ li l-Kunsill ma jadottax id-deċiżjoni dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effikaċi, u li għadu jippersisti n-nuqqas ta’ azzjoni xierqa min-naħa tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni, xahar wara r-rakkomandazzjoni preċedenti tagħha, għandha tirrakkomanda lill-Kunsill jadotta d-deċiżjoni li tiddetermina li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effikaċi. Id-deċiżjoni għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b’maġġoranza sempliċi, li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni sa għaxart ijiem minn meta l-Kummissjoni tadottaha. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE dwar miżuri ta’ politika neċessarji. Meta tittieħed id-deċiżjoni dwar nonkonformità msemmija fir-raba’ u l-ħames subparagrafi, il-membri tal-Kunsill biss li jirrappreżentaw lill-Istati Membri parteċipanti għandhom jivvutaw u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru kkonċernat. Il-Kunsill għandu jissottometti rapport formali lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-każ. 3. Devjazzjoni mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien jew mill-perkors xieraq ta’ aġġustament lejh għandha tkun ivvalutata abbażi ta’ evalwazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali ta’ dħul, kif definiti fl-Artikolu 5(1). Il-valutazzjoni jekk id-devjazzjoni tkunx sinifikanti għandha b’mod notevoli tinkludi l-kriterji li ġejjin:
Id-devjazzjoni tal-iżviluppi fl-infiq ma għandhiex tiġi kkunsidrata sinifikanti jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun qabeż l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, filwaqt li jitqiesu l-possibbiltà ta’ dħul sinifikanti imprevist u l-pjanijiet baġitarji stipulati fil-programm ta’ stabbilità ma jipperikolawx dan l-objettiv matul il-perjodu tal-programm. Bl-istess mod, id-devjazzjoni tista’ wkoll ma tiġix ikkunsidrata meta tirriżulta minn avveniment mhux tas-soltu li mhux fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li għandu impatt kbir fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f’każ ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona tal-euro jew għall-Unjoni kollha, sakemm din ma tipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fil-perjodu medju.”. |
(10) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 1. Il-programmi ta’ konverġenza għandhom jiġu sottomessi f’April, preferibbilment sa nofs April u mhux aktar tard mit-30 ta’ April. 2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-programmi tagħhom ta’ konverġenza.”. |
(12) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 1. Fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kunsill għandu, fil-qafas tas-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, jeżamina l-objettivi baġitarji fuq terminu medju ppreżentati mill-Istati Membri kkonċernati fil-programmi ta’ konverġenza tagħhom, jivvaluta jekk is-suppożizzjonijiet ekonomiċi li fuqhom ikun ibbażat il-programm humiex plawsibbli, jekk il-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien huwiex adattat, inkluża kunsiderazzjoni tal-perkors ta’ akkumpanjament għall-proporzjon tad-dejn, u jekk il-miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew jiġu proposti sabiex jiġi rrispettat dak il-perkors ta’ aġġustament ikunux suffiċjenti sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien matul iċ-ċiklu u sabiex tinkiseb konverġenza sostenuta. Meta jivvalutaw il-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu qasir ta’ żmien, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw jekk ikunx qed isir sforz akbar ta’ aġġustament fi żminijiet ekonomiċi tajba, filwaqt li l-isforz jista’ jkun iżjed limitat fi żminijiet ekonomiċi ħżiena. B’mod partikolari, għandu jitqies id-dħul imprevist u n-nuqqas tiegħu. Għall-Istati Membri ffaċċjati b’livell ta’ dejn li jaqbeż is-60 % tal-PGD jew b’riskji evidenti ta’ sostenibilità ġenerali ta’ dejn, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk it-titjib annwali fil-bilanċ tal-budget aġġustat b’mod ċikliku, esklużi l-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji, ikunx ogħla minn 0,5 % tal-PGD. Għall-Istati Membri li jipparteċipaw fl-ERM 2, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw jekk l-Istat Membru kkonċernat ikunx qed jagħmel it-titjib annwali xieraq fil-bilanċ tiegħu aġġustat b’mod ċikliku u li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv baġitarju tiegħu fuq perjodu medju ta’ żmien, b’0,5 % tal-PGD bħala valur referenzjali u mingħajr ma jqis il-miżuri ta’ darba u miżuri oħra temporanji. Il-progress suffiċjenti lejn l-objettiv baġitarju għal perjodu medju ta’ żmien għandu jkun ivvalutat abbażi ta’ valutazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala r-referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri tad-dħul diskrezzjonali. Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jivvalutaw jekk il-perkors tat-tkabbir fl-infiq tal-gvern, meħud flimkien mal-effett ta’ miżuri li jkunu qegħdin jittieħdu jew li jkunu ppjanati min-naħa tad-dħul, ikunx konsistenti mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-infiq totali għandu jeskludi l-infiq fuq l-interessi, infiq fuq programmi tal-Unjoni korrisposti bis-sħiħ mid-dħul tal-fondi tal-Unjoni u mill-bidliet mhux diskrezzjonali fl-infiq tal-benefiċċju tal-qgħad. L-eċċess fit-tkabbir fl-infiq ’il fuq mir-referenzi ta’ perjodu medju ta’ żmien m’għandux jitqies bħala inadempjenza mal-valur referenzjali sal-limitu li dan ikun ibbilanċjat kompletament biż-żidiet tad-dħul li huma obbligatorji skont il-liġi. Ir-rata ta’ referenza fuq perjodu ta’ żmien medju tat-tkabbir potenzjali tal-PDG għandha tiġi determinata abbażi ta’ previżjonijiet li jħarsu ’l quddiem, u abbażi ta’ stimi retrospettivi. Il-previżjonijiet għandhom ikunu aġġornati f’intervalli regolari. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubbliku l-metodu ta’ kalkolu għal dawk il-previżjonijiet u r-rata ta’ referenza fuq perjodu ta’ żmien medju li tirriżulta tat-tkabbir potenzjali tal-PGD. Meta jiddefinixxu l-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux dan l-objettiv u meta jippermettu devjazzjoni temporanja minn dan l-objettiv għall-Istati Membri li jkunu diġà laħquh, sakemm jiġi ppreservat marġini xieraq ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur ta’ referenza tad-defiċit u li l-pożizzjoni baġitarja tkun mistennija li terġa’ lura għall-objettiv baġitarju għall-perjodu medju ta’ żmien matul il-perjodu tal-programm, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali prinċipali li għandhom effetti baġitarji pożittivi diretti, fosthom billi jżidu t-tkabbir sostenibbli potenzjali, u għalhekk impatt verifikabbli fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fuq perjodu twil ta’ żmien. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-riformi fil-pensjonijiet li jintroduċu sistema b’aktar minn pilastru wieħed li tinkludi pilastru mandatorju, kompletament iffinanzjat. L-Istati Membri li jkunu qegħdin jimplimentaw tali riformi għandhom jitħallew jiddevjaw mill-pjan ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju tagħhom fuq perjodu ta’ żmien medju jew mill-objettiv innifsu, bid-devjazzjoni tirrifletti l-ammont tal-impatt dirett inkrementali tar-riforma fuq il-bilanċ tal-gvern ġenerali, sakemm jiġi ppreservat marġini adegwat ta’ sikurezza fir-rigward tal-valur referenzjali tad-defiċit. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ukoll jeżaminaw jekk il-kontenut tal-programm ta’ konverġenza jiffaċilitax il-ksib ta’ konverġenza sostnuta u reali u l-koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-linji ta’ politika ekonomika u jekk il-linji ta’ politika ekonomika tal-Istat Membru kkonċernat ikunux konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika u mal-linji gwida għall-impjiegi tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Barra minn hekk, għall-Istati Membri li jipparteċipaw fl-ERM 2, il-Kunsill għandu jeżamina jekk il-programm ta’ konverġenza jiżgurax parteċipazzjoni mingħajr problemi fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju. F’każ ta’ avveniment mhux tas-soltu li ma jkunx fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li jkollu impatt prinċipali fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f’perjodi ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona euro jew l-Unjoni kollha, l-Istati Membri jistgħu jitħallew jiddevjaw temporanjament mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu, sakemm dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fuq perjodu medju ta’ żmien. 2. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw il-programm ta’ konverġenza f’mhux aktar minn tliet xhur mis-sottomissjoni tiegħu. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, għandu, jekk ikun meħtieġ, jadotta opinjoni dwar il-programm. Fejn il-Kunsill, skont l-Artikolu 121 tat-TFUE, iħoss li l-objettivi u l-kontenut tal-programm għandhom jiġu msaħħa b’referenza partikolari għall-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, il-Kunsill għandu, fl-opinjoni tiegħu, jistieden lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jaġġusta l-programm tiegħu.”. |
(13) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10 1. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) tat-TFUE, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ konverġenza, fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri b’deroga u tal-valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, b’mod partikolari bil-għan li jiġu identifikati diverġenzi sinifikanti attwali jew mistennija tal-pożizzjoni baġitarja mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, jew mill-perkors ta’ aġġustament xieraq lejh Barra minn hekk, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jimmonitorjaw il-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri mhux parteċipanti fid-dawl tal-objettivi ta’ programmi ta’ konverġenza bil-ħsieb li jiżguraw li l-linji politiċi tagħhom jadattaw irwieħhom għall-istabbiltà u b’hekk jevitaw miżallinjamenti fir-rati reali tal-kambju u oxxillazzjonijiet eċċessivi fir-rati nominali tal-kambju. 2. F’każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament, u sabiex jiġi evitat li jinħoloq defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza twissija lill-Istat Membru kkonċernat, skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE. Il-Kunsill, fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tat-twissija msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu janalizza s-sitwazzjoni u jadotta rakkomandazzjoni għall-miżuri ta’ politika neċessarji abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 121(4) tat-TFUE. Ir-rakkomandazzjoni għandha tistabbilixxi skadenza ta’ mhux aktar minn ħames xhur għall-indirizzar tad-devjazzjoni. L-iskadenza għandha titnaqqas għal tliet xhur jekk il-Kummissjoni, fit-twissija tagħha, tqis li s-sitwazzjoni hi partikolarment serja u teħtieġ azzjoni urġenti. Il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika. Fl-iskadenza stabbilita mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-azzjoni meħuda bħala tweġiba għar-rakkomandazzjoni. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jonqos li jieħu l-azzjoni xierqa sal-iskadenza speċifikata f’rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda immedjatament lill-Kunsill li jadotta, b’maġġoranza kwalifikata, deċiżjoni li tistabbilixxi li ma kien hemm l-ebda azzjoni effikaċi. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE dwar miżuri ta’ politika neċessarji. F’każ li l-Kunsill ma jadottax id-deċiżjoni dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effikaċi, u li għadu jippersisti n-nuqqas ta’ azzjoni xierqa min-naħa tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni, xahar warar-rakkomandazzjoni preċedenti tagħha, għandha tirrakkomanda lill-Kunsill jadotta d-deċiżjoni li tistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effikaċi. Id-deċiżjoni għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm dan ma jiddeċidix, b’maġġoranza sempliċi, li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni sa għaxart ijiem minn meta l-Kummissjoni tadottaha. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill li jadotta rakkomandazzjoni riveduta skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE dwar miżuri ta’ politika neċessarji. Meta jieħu d-deċiżjoni dwar in-nonkonformità msemmija fir-raba’ u l-ħames subparagrafi, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru kkonċernat. Il-Kunsill għandu jissottometti rapport formali lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-każ. 3. Devjazzjoni mill-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien jew mill-perkors xieraq ta’ aġġustament lejh għandha tkun ivvalutata abbażi ta’ evalwazzjoni ġenerali bil-bilanċ strutturali bħala referenza, inkluża analiżi tal-infiq mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonali ta’ dħul, kif definiti fl-Artikolu 9(1). Il-valutazzjoni jekk id-devjazzjoni tkunx sinifikanti għandha, b’mod partikolari, tinkludi l-kriterji li ġejjin:
Id-devjazzjoni tal-iżviluppi fl-infiq ma għandhiex tiġi kkunsidrata sinifikanti jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun qabeż l-objettiv baġitarju fuq perjodu medju ta’ żmien, filwaqt li titqies il-possibbiltà ta’ dħul sinifikanti imprevist u l-pjanijiet baġitarji stipulati fil-programm ta’ konverġenza ma jipperikolawx dak l-objettiv matul il-perjodu tal-programm. Bl-istess mod, id-devjazzjoni tista’ wkoll ma tiġix ikkunsidrata meta tirriżulta minn avveniment mhux tas-soltu li mhux fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat u li għandu impatt kbir fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern ġenerali jew f’każ ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku għaż-żona tal-euro jew għall-Unjoni kollha, sakemm din ma tipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fil-perjodu medju.”; |
(14) |
Tiddaħħal it-taqsima li ġejja: “TAQSIMA 3 A IL-PRINĊIPJU TAL-INDIPENDENZA STATISTIKA Artikolu 10a Bil-għan li jiġi żgurat li s-sorveljanza multilaterali tkun ibbażata fuq statistika soda u indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li tkun konsistenti mal-kodiċi ta’ prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulata fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (***). Bħala minimu dan għandu jirrikjedi:
|
(15) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu -11 1. Il-Kummissjoni għandha tassigura djalogu permanenti mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri skont l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tagħmel missjonijiet għall-għan tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika fl-Istati Membri u l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe riskju jew diffikultà biex jikkonformaw mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. 2. Il-Kummissjoni tista’ twettaq missjonijiet ta’ sorveljanza msaħħa fi Stati Membri li huma s-suġġett tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa taħt l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 10(2) biex isir monitoraġġ fuq il-post. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha għall-preparazzjoni u t-twettiq ta’ dawk il-missjonijiet. 3. Meta l-Istat Membru kkonċernat ikun Stat Membru parteċipanti jew Stat Membru li jipparteċipa fl-ERM 2, il-Kummissjoni tista’ tistieden rappreżentanti tal-Bank Ċentrali Ewropew, jekk tqis dan xieraq, biex jieħdu sehem fil-missjonijiet ta’ sorveljanza. 4. Il-Kummissjoni ser tirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultat tal-missjonijiet msemmija fil-paragrafu 2, u jekk hu xieraq, tista’ tiddeċiedi li tagħmel ir-riżultati tagħha disponibbli għall-pubbliku. 5. Meta torganizza l-missjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-riżultati proviżorji tagħha lill-Istati Membri kkonċernati għall-kummenti tagħhom.”; |
(16) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 12a 1. Sal-14 ta’ Diċembru 2014 u kull ħames snin minn din id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:
2. Fejn ikun xieraq, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament, fosthom għall-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. 3. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”; |
(17) |
Ir-referenzi kollha għall-“Artikolu 99 tat-Trattat” fir-Regolament kollu għandhom jiġu ssostitwiti b’referenzi għall-“Artikolu 121 tat-TFUE”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(1) ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011.
(6) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1055/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 1).
(7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1056/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).
(8) Ara d-dokument st 7423/3/05 fuq http://www.consilium.europa.eu/documents.aspx?lang=mt.
(9) ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.
23.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/25 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1176/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2011
dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 121(6) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Il-koordinazzjoni tal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri fl-Unjoni għandha tkun żviluppata fil-kuntest ta’ linji gwida ġenerali ta’ politika ekonomika u tal-linji gwida dwar l-impjiegi, kif stipulat mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u għandha twassal għal konformità mal-prinċipji ta’ gwida ta’ prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kondizzjonijiet monetarji sodi u sostenibbli u bilanċ ta’ pagamenti sostenibbli. |
(2) |
Jeħtieġ li wieħed jitgħallem mill-ewwel deċennju tal-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja u, b’mod partikolari, għal governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni li għandha tinbena fuq sjieda nazzjonali aktar b’saħħitha. |
(3) |
Il-kisba u ż-żamma ta’ suq intern dinamiku għandhom jitqiesu bħala element tal-funzjonament xieraq u bla problemi tal-unjoni ekonomika u monetarja. |
(4) |
Il-qafas imtejjeb ta’ governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq diversi linji interkonnessi u koerenti ta’ politika għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, b’mod partikolari strateġija tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi, b’attenzjoni partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-trawwim tal-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività, Simestru Ewropew għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni ta’ linji ta’ politika ekonomika u baġitarja (Simestru Ewropew), qafas effikaċi biex jiġu evitati u korretti każijiet ta’ defiċit eċċessiv tal-gvernijiet (il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP)), qafas b’saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, u regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju, inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ESRB). |
(5) |
It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jinkludi l-involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali. Filwaqt li jirrikonoxxi li l-kontrapartijiet tal-Parlament Ewropew fil-qafas ta’ dan id-djalogu huma l-Istituzzjonijiet Ewropej rilevanti tal-Unjoni u r-Rappreżentanti tagħhom, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri l-opportunità għal parteċipazzjoni fl-iskambju ta’ opinjonijiet lil Stat Membru li jkun indirizzat minn rakkomandazzjoni jew deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2) jew l-Artikolu 10(4) ta’ dan ir-Regolament. Il-parteċipazzjoni tal-Istat Membru f’tali skambju ta’ opinjonijiet hija volontarja. |
(6) |
Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b’saħħtu fil-proċedura ta’ sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet fuq il-post, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet. |
(7) |
B’mod partikolari, is-sorveljanza tal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri għandha titwessa’ lil hinn mis-sorveljanza baġitarja biex tinkludi qafas aktar dettaljat u formali sabiex jiġu evitati żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u tgħin lill-Istati Membri effettwati jistabbilixxu l-pjanijiet korrettivi qabel ma d-diverġenzi jrabbu l-għeruq. Twessigħ tal-qafas tas-sorveljanza tal-politika ekonomika għandha sseħħ b’mod parallel mal-approfondiment tas-sorveljanza fiskali. |
(8) |
Sabiex tgħin il-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, teħtieġ titpoġġa proċedura dettaljata fil-leġiżlazzjoni |
(9) |
Huwa xieraq li l-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali msemmija fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 121tat-TFUE tkun issuplementata b’regoli speċifiċi għall-identifikazzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi, kif ukoll il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni. Huwa essenzjali li l-proċedura tkun allinjata maċ-ċiklu tas-sorveljanza multilaterali annwali. |
(10) |
Il-proċedura għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ twissija għall-identifikazzjoni bikrija tal-iżbilanċi makroekonomiċi li jitfaċċaw. Għandha tkun ibbażata fuq l-użu ta’ “tabella ta’ valutazzjoni” indikattiva u trasparenti li tinkludi limiti indikattivi, ikkumbinata mal-ġudizzju ekonomiku. Dan il-ġudizzju għandu jqis, inter alia, il-konverġenza nominali u reali ġewwa u barra ż-żona tal-euro. |
(11) |
Sabiex tiffunzjona b’mod effiċjenti bħala parti mill-mekkaniżmu ta’ twissija, it-tabella ta’ valutazzjoni, għandha tikkonsisti f’sett limitat ta’ indikaturi ekonomiċi, finanzjarji u strutturali rilevanti għall-identifikar tal-iżbilanċi makroekonomiċi, bil-livelli ta’ limitu indikattivi korrispondenti. L-indikaturi u l-livelli ta’ limitu għandhom jiġu aġġustati fejn neċċessarju, sabiex jadattaw għan-natura li dejjem tinbidel tal-iżbilanċi makroekonomiċi minħabba, inter alia theddid li jevolvi għall-istabilità makroekonomika, u sabiex tieħu kont, id-disponibilità ikbar ta’ statistika rilevanti. L-indikaturi m’għandhomx jinfthemu bħala għanijiet għall-politka ekonomikafihom infushom iżda bħala għodda sabiex jitqies il-karattru evoluttiv tal-iżbilanċi makroekonomiċi fl-Unjoni. |
(12) |
Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill fit-tfassil tat-tabella ta’ valutazzjoni u s-sett ta’ indikaturi makroekonomiċi u makrofinanzjarji għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta suġġerimenti għal kummenti lill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjanijiet biex jiġu stabbiliti u aġġustati l-indikaturi u l-livelli ta’ limitu. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-bidliet tal-indikaturi li jista’ jkun hemm u l-livelli ta’ limitu u tispjega r-raġunijiet tagħha għal tali bidliet. |
(13) |
Fl-iżvilupp tat-tabella ta’ valutazzjoni, għandu jitqies ukoll l-indirizzar taċ-ċirkostanzi ekonomiċi eteroġenji, inklużi l-effetti ta’ rkupru. |
(14) |
Il-qbiż ta’ limitu indikattiv wieħed jew aktar m’għandux bilfors jimplika li qed jitfaċċaw l-iżbilanċi makroekonomiċi, peress li t-tfassil tal-politika għandu jqis l-interkonnessjoni bejn il-varjanti makroekonomiċi. M’għandhomx jintlaħqu konklużjonijiet mill-qari awtomatiku tat-tabella ta’ valutazzjoni: il-ġudizzju ekonomiku għandu jiżgura li l-biċċiet kollha ta’ informazzjoni, sew jekk ġejjin mit-tabella ta’ valutazzjoni, sew jekk le, jitpoġġew f’perspettiva u jsiru parti minn analiżi komprensiva. |
(15) |
Ibbażata fuq il-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali u l-mekkaniżmu ta’ twissija, jew fil-każ ta’ żviluppi ekonomiċi sinifikanti mhux mistennija li jeħtieġu analiżi urġenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-Istati Membri li jridu jkunu soġġetti għal reviżjoni fil-fond. Ir-reviżjoni fil-fond għandha ssir mingħajr is-suppożizzjoni li jeżisti żbilanċ u għandu jkopri analiżi dettaljata tas-sorsi tal-iżbilanċi fl-Istat Membru li jkun qed jiġi investigat, b’kunsiderazzjoni dovuta tal-kondizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi ekonomiċi speċifiċi għal dak il-pajjiż u ta’ sett usa’ ta’ għodod analitiċi, indikaturi u informazzjoni kwalitattiva li huma ta’ natura speċifika għal dak il-pajjiż. Meta l-Kummissjoni tkun qed tagħmel ir-reviżjoni fil-fond, l-Istat Membru għandu jikkoopera biex jiġi żgurat li l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni tkun kemm jista’ jkun kompleta u korretta. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra b’mod dovut kwalunkwe informazzjoni oħra li, fil-fehma tal-Istati Membri kkonċernati tkun rilevanti, u li l-Istat Membru jkun ressaq quddiem il-Kunsil uil-Kummissjoni. |
(16) |
Ir-reviżjoni fil-fond għandha tiġi diskussa fil-Kunsill, u fi ħdan il-grupp tal-Euro fil-każ tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Ir-reviżjoni fil-fond għandha tqis, fejn xieraq, ir-rakkomandazzjonijiet jew l-istediniet tal-Kunsill indirizzati lill-Istati Membri li jkunu qed jiġu eżaminati adottati skont l-Artikoli 121, 126 u 148 tat-TFUE u taħt l-Artikoli 6, 7, 8 u 10 ta’ dan ir-Regolament, u l-intenzjonijiet ta’ politika tal-Istat Membru li jkun qed jiġi eżaminat, kif rifless fil-programmi nazzjonali ta’ riforma, kif ukoll l-aħjar prattiċi internazzjonali f’dawk li huma indikaturi u metodoloġiji. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel studju fil-fond f’każ ta’ żviluppi ekonomiċi sinifikanti u mhux mistennija li jeħtieġu analiżi urġenti, hija għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati. |
(17) |
Fl-istima tal-iżbilanċi makroekonomiċi, għandhom jiġu kkunsidrati s-severita’ tagħhom u l-effetti negattivi laterali potenzjali, ekonomiċi u finanzjarji, tagħhom li jaggravaw il-vulnerabbiltà tal-ekonomija tal-Unjoni u li huma ta’ theddida għall-funzjonament mingħajr xkiel tal-unjoni ekonomika u monetarja. Jinħtieġu azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi u d-diverġenzi fil-kompetittività fl-Istati Membri kollha, partikolarment fiż-żona tal-euro. Madankollu, in-natura, l-importanza u l-urġenza tal-isfidi ta’ politika jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti skont l-Istati Membri kkonċernati. Minħabba l-vulnerabbiltajiet u d-daqs tal-aġġustament meħtieġ, il-ħtieġa ta’ azzjoni ta’ politika hija partikolarment urġenti fi Stati Membri li persistentement juru defiċits kbar fil-kontijiet kurrenti u telf kbir fil-kompetittività. Barra minn hekk, fl-Istati Membri li jakkumulaw bilanċi favorevoli kbar fil-kontijiet kurrenti, il-linji ta’ politika għandhom ikollhom l-għan li jidentifikaw u jimplimentaw miżuri li jsaħħu t-tisħiħ tad-domanda domestika u l-potenzjal tat-tkabbir tagħhom. |
(18) |
Għandhom jitqiesu wkoll il-kapaċità tal-aġġustament ekonomiku u l-istorja riċenti tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-konformità ma’ rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa skont dan ir-Regolament u rakkomandazzjonijiet oħra maħruġa skont l-Artikolu 121 TFUE bħala parti mis-sorveljanza multilaterali, b’mod partikolari l-linji gwida għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni għandhom ukoll jiġu ikkunsidrati. |
(19) |
Proċedura li tissorvelja u tikkoreġi żbilanċi makroekonomiċi negattivi, b’elementi preventivi u korrettivi, se teħtieġ għodda ta’ sorveljanza msaħħa bbażati fuq dawk użati fil-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali. Din tista’ tinkludi missjonijiet ta’ sorveljanza msaħħa lejn Stati Membri mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jew l-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fil-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-istati Memebri barra miż-żona tal-euro, dwar il-proċeduri tal-operat rigwardanti il-mekkaniżmu tar-rata ta’ skambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetraja (4) (ERM II), u rappurtar addizzjonali mill-Istat Membru fil-każ ta’ żbilianċi severi, inklużi żbilanċi li jipperikolaw il-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja. Is-sħab soċjali u partijiet interessati nazzjonali oħra għandhom, meta jkun xieraq, ikunu involuti fid-djalogu. |
(20) |
Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi, għandhom jiġu indirizzati rakkomandazzjonijiet, li fejn ikun xieraq jinvolvu lill-kumitati rilevanti, lill-Istat Membru kkonċernat biex tiġi pprovduta gwida dwar reazzjonijiet politiċi adattati. Ir-reazzjoni politika tal-Istat Membru kkonċernat għandha tkun f’waqtha u għandha tuża l-istrumenti politiċi kollha disponibbli taħt il-kontroll tal-awtoritajiet pubbliċi. Fejn ikun xieraq, il-partijiet interessati nazzjonali rilevanti, inklużi s-sħab soċjali għandhom ikunu involuti wkoll b’konformità mat-TFUE u l-arranġamenti nazzjonali legali u politiċi. Ir-reazzjoni politika għandha titfassal skont l-ambjent u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat u għandha tkopri l-oqsma ta’ linji ta’ politika ekonomika ewlenin, li potenzjalment jinkludi l-linji ta’ politika fiskali u tal-pagi, is-swieq tax-xogħol, is-swieq tal-prodotti u s-servizzi u r-regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju. Jeħtieġ li jitqiesu l-impenji skont il-ftehimiet ERM II. |
(21) |
It-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet mill-ESRB lill-Istati Membri jew lill-Unjoni jindirizzaw riskji ta’ natura makrofinanzjarja. Dawn għandhom ukoll jippermettu azzjoni ta’ segwitu xierqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi, fejn ikun xieraq. Is-sistema ta’ indipendenza u kunfidenzjalità tal-ESRB għandha tiġi strettament rispettata. |
(22) |
Jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi severi, inklużi żbilanċi li jxekklu l-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja, għandha tinbeda proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv li tista’ tinkludi ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru, ħtiġijiet ta’ sorveljanza u monitoraġġ imsaħħin u, fir-rispett tal-Istat Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, il-possibilità ta’ infurzar skont ir-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jiġu ikkoreġuti żbilanċi eċċessivi makroekonomiċi fiż-żona tal-euro (5) fl-eventwalità ta’ nuqqas sostnut biex tittieħed azzjoni korrettiva. |
(23) |
Stat Membru li jkun suġġett għall-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv għandu jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni korrettiva li jistipula dettalji tal-politiki tiegħu mfassla biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. Il-pjan ta’ azzjoni korrettiva għandu jinkludi tabella ta’ skadenza li timplimenta il-miżuri previsti. Din għandha tkun approvata permezz ta’ rakkomandazzjoni mill-Kunsill. Din ir-rakkomandazzjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew. |
(24) |
Il-Kunsill għandu jingħata s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet individwali fejn tiġi determinata n-nonkonformità mar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill fil-qafas tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva. Bħala parti mill-koordinazzjoni tal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri mwettqa fi ħdan il-Kunsill, kif provdut fl-Artikolu 121(1) tat-TFUE, dawn id-deċiżjonijiet individwali huma segwitu integrali tar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 121(4) tat-TFUE fil-kuntest ta’ pjan ta’ azzjoni korrettiva. |
(25) |
Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw bis-sħiħ ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali u s-sħab soċjali kif ukoll jirrispettaw id-differenzi fis-sistemi nazzjonali, bħas-sistemi għall-formazzjoni tal-pagi. |
(26) |
Jekk il-Kunsill iqis li Stat Membru m’għadux milqut minn żbilanċ makroekonomiku eċċessiv, il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv għandha tingħalaq wara li l-Kunsill jirrevoka fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni dawk r-rakkomandazzjonijiet rilevanti li jkun għamel. Din ir-revoka għandha ssir fuq il-bażi ta’ analiżi komprensiva mill-Kummissjoni li turi li l-Istat Membru aġixxa f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill u li l-kawżi sottostanti u r-riskji assoċjati identifikati fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-ftuħ tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv m’għadhomx jeżistu, billi jitqiesu, inter alia, l-prospetti u l-iżviluppi makroekonomiċi kif ukoll l-effetti laterali. L-għeluq tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv għandu jkun wieħed pubbliku. |
(27) |
Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi qafas effettiv għad-detezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi u għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba interkonnessjonijiet kummerċjali u finanzjarji qawwija bejn l-Istati Membri u l-effett laterali tal-linji ta’ politika ekonomika nazzjonali fuq l-Unjoni u ż-żona tal-euro, u għaldaqstant jista’ jinkiseb aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-identifikazzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi, kif ukoll il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni.
2. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat fil-kuntest tas-Simestru Ewropew kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (6).
3. L-applikazzjoni tar-Regolament għandha tosserva bis-sħiħ l-Artikolu 152 tat-TFUE, u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa taħt dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw l-istituzzjonijiet u l-prattiċi nazzjonali għall-formazzjoni tal-pagi. Dan ir-Regolament għandu jikkunsidra l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant ma teffettwax id-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi jew jinforza ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prattiċi nazzjonali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
(1) |
“żbilanċi” tfisser kwalunkwe xejra li tagħti bidu għal żviluppi makroekonomiċi li qed jaffettwaw negattivament jew għandhom il-potenzjali li jaffettwaw negattivament, il-funzjonament korrett tal-ekonomija ta’ Stat Membru jew tal-unjoni ekonomika u monetarja, jew tal-Unjoni b’mod ġenerali; |
(2) |
“żbilanċi eċċessivi” tfisser żbilanċi severi, inklużi żbilanċi li jxekklu jew li jistgħu jxekklu l-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja. |
KAPITOLU II
L-ISKOPERTA TAL-IŻBILANĊI
Artikolu 3
Mekkaniżmu ta’ twissija
1. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ twissija biex jiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali li jkun fih valutazzjoni ekonomika u finanzjarja kwalitattiva bbażata fuq tabella ta’ valutazzjoni b’sett ta’ indikaturi li l-valuri tagħhom ikunu komparati mal-limiti indikattivi tagħhom, kif previst fl-Artikolu 4. Ir-rapport annwali, inklużi l-valuri tal-indikaturi tat-tabella ta’ valutazzjoni, għandu jsir pubbliku.
2. Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni għandu jkun fih valutazzjoni ekonomika u finanzjarja li tqiegħed il-moviment tal-indikaturi f’perspettiva, u jekk meħtieġ, juża, indikaturi ekonomiċi u finanzjarja rilevanti oħra meta jeżamina l-evoluzzjoni tal-iżbilanċi. M’għandhomx jintlaħqu konklużjonijiet mill-qari mekkaniku tal-indikaturi tat-tabella ta’ valutazzjoni. Il-valutazzjoni għandha tqis l-evoluzzjoni tal-iżbilanċi fl-Unjoni u fiż-żona tal-euro. Ir-rapport għandu jindika wkoll jekk il-qbiż tal- limiti fi Stat Membru wieħed jew aktar jurix li possibbilment qed jitfaċċaw żbilanċi. Il-valutazzjoni ta’ Stati Membri li juru defiċits kbar fil-kontijiet kurrenti tista’ tvarja minn dik ta’ Stati Membri li jakkumulaw bilanċi favorevoli kbar fil-kontijiet kurrenti.
3. Ir-rapport annwali għandu jidentifika l-Istati Membri li l-Kummissjoni tqis li jistgħu jintlaqtu minn żbilanċi jew li jistgħu jkunu f’periklu li jintlaqtu minn żbilanċi.
4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport annwali b’mod f’waqtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
5. Bħala parti mis-sorveljanza multilaterali skont l-Artikolu 121(3) tat-TFUE, il-Kunsill għandu jiddiskuti u jwettaq valutazzjoni ġenerali tar-rapport annwali tal-Kummissjoni. Il-grupp tal-Euro għandu jiddiskuti r-rapport safejn dan ikun relatat ma’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Artikolu 4
Tabella ta’ valutazzjoni
1. It- tabella ta’ valutazzjoni li tinkludi sett ta’indikaturi għandha tintuża bħala għodda biex ikunu ffaċilitati l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi.
2. It-tabella ta’ valutazzjoni għandha tinkludi għadd żgħir ta’ indikaturi makroekonomiċi u makrofinanzjarji rilevanti, prattiċi, sempliċi, li jistgħu jitkejlu u disponibbli għall-Istati Membri. Din għandha tippermetti l-identifikazzjoni bikrija tal-iżbilanċi makroekonomiċi li jitfaċċaw f’perjodu ta’ żmien qasir u l-iżbilanċi li jinħolqu minħabba xejriet strutturali u fit-tul.
3. It-tabella ta’ valutazzjoni għandha, inter alia, tinkludi indikaturi li jkunu utli għall-identifikazzjoni bikrija ta’:
(a) |
żbilanċi interni, inklużi dawk li jistgħu jinħolqu mid-dejn pubbliku u privat; l-iżviluppi tas-swieq finanzjarji u tal-assi, inklużi s-settur tad-djar; l-evoluzzjoni tal-flussi ta’ kreditu tas-settur privat; u l-evoluzzjoni tal-qgħad; |
(b) |
żbilanċi esterni, inklużi dawk li jistgħu jinħolqu mill-evoluzzjoni tal-kont kurrenti u l-pożizzjonijiet tal-investimenti netti tal-Istati Membri; tar-rati ta’ kambju reali effettivi; tal-ishma tas-swieq tal-esportazzjoni; u tal-bidliet fl-iżviluppi tal-prezzijiet u l-ispejjeż; u il-kompetittività mhux marbuta mal-prezzijiet, filwaqt li jitqiesu l-komponenti differenti tal-produttività. |
4. Fil-qari ekonomiku tat-tabella ta’ valutazzjoni fil-mekkaniżmu ta’ twissija, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni mill-qrib fir-rigward tal-iżviluppi fl-ekonomija reali, inklużi t-tkabbir ekonomiku, ir-rendiment tal-impjiegi u l-qgħad, il-konverġenza ekonomika nominali u reali ġewwa u barra ż-żona tal-euro, l-iżviluppi tal-produttività u l-elementi rilevanti tagħha li jmexxu, bħall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp u l-investiment barrani u domestiku, kif ukoll l-iżviluppi settorjali inkluż is-settur tal-enerġija, li jaffettwaw il-PDG u l-prestazzjoni tal-kont kurrenti.
It-tabella ta’ valutazzjoni għandu jkun fiha wkoll limiti indikattivi għall-indikaturi, biex iservu ta’ livelli ta’ twissija. L-għażla tal-indikaturi u l-limiti għandha twassal għall-promozzjoni tal-kompetittività fl-Unjoni.
It-tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi għandu jkollha limiti tat-twissija massimi u minimi, sakemm dan ma jkunx xieraq, li għandhom ikunu differenzjati għall-Istati Membri fiż-żona tal-euro u għal dawk li mhumiex jekk ġustifikat minn karatteristiċi speċifiċi tal-unjoni monetarja u ċirkostanzi ekonomiċi rilevanti. Fl-iżvilupp tat-tabella ta’ valutazzjoni, għandu jitqies, l-indirizzar taċ-ċirkostanzi ekonomiċi eteroġenji, inklużi l-effetti ta’ rkupru.
5. Ix-xogħol tal-ESRB għandu jingħata l-konsiderazzjoni dovuta fit-tfassil tal-indikaturi rilevanti għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-ESRB biex jipprovdi l-fehmiet tiegħu dwar l-abbozz ta’ indikaturi, rilevanti għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji.
6. Il-Kummissjoni għandha tagħmel is-sett ta’ indikaturi u l-limiti fit-tabella ta’ valutazzjoni pubbliċi.
7. Il-Kummissjoni għandha tevalwa fuq bażi regolari l-adegwatezza tat-tabella ta’ valutazzjoni, inkluż il-kompożizzjoni tal-indikaturi, il-limiti stabbiliti u l-metodoloġija użata, u għandhom jiġu aġġustati u modifikati meta meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tagħmel it-tibdiliet fil-metodoloġija sottostanti u l-kompożizzjoni tat-tabella ta’ valutazzjoni u l-limiti assoċjati pubbliċi.
8. Il-Kummissjoni għandha taġġorna il-valuri tal-indikaturi fuq it-tabella ta’ valutazzjoni tal-anqas fuq bażi annwali.
Artikolu 5
Reviżjoni fil-fond
1. Wara li jitqiesu kif dovut id-diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill u fil-grupp tal-Euro kif imsemmi fl-Artikolu 3(5), jew f’każ ta’ żviluppi ekonomiċi sinifikanti u mhux mistennija li jeħtieġu analiżi urġenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni fil-fond għal kull Stat Membru li hi tikkunsidra li jista’ jiġi affettwat jew li jista’ jkun f’periklu, li jiġi affettwat, mill-iżbilanċi.
Ir-reviżjoni fil-fond għandha tjun imsejsa fuq analiżi dettaljati taċ-ċirkustanzi speċifiċi għal dak il-pajjiż, inklużi l-pożizzjonijiet ta’ tluq differenti fost l-Istati Membri; din għandha teżamina l-firxa wiesgħa ta’ varjanti ekonomiċi u għandha tinvolvi l-użu ta’ għodod analitiċi u informazzjoni kwalitattiva speċifiċi għal dak il-pajjiż. Għandha tirrikonoxxi l-ispeċifitajiet nazzjonali fir-rigward tar-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali.
Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll b’mod dovut kwalunkwe informazzjoni oħra li, l-Istat Membru kkonċernat iħoss li tkun rilevanti, u li jkun ikkomunika lil Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni fil-fond fl-istess żmien li jsiru l-missjonijiet ta’ sorveljanza fl-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 13.
2. Ir-reviżjoni fil-fond tal- Kummissjoni għandha tinkludi stima ta’ jekk l-Istat Membru ikkonċernat hux milqut mill-iżbilanċi, u jekk dawn l-iżbilanċi humiex żbilanċi eċċessivi. Din għandha teżamina l-oriġini tal-iżbilanċi identifikati fl-isfond taċ-ċirkostanzi ekonomiċi prevalenti, inklużi l-interkonnessjonijiet kummerċjali u finanzjarji qawwija bejn l-Istati Membri u l-effetti laterali tal-linji ta’ politika ekonomika nazzjonali. Ir-reviżjoni fil-fond għandha tanalizza l-iżviluppi rilevanti relatati mal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. Din għandha tqis ukoll ir-rilevanza tal-iżviluppi ekonomiċi fl-Unjoni u fiż-żona tal-euro b’mod ġenerali. Għandha, b’mod partikolari, ukoll tqis:
(a) |
fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet u l-istediniet tal-Kunsill indirizzati lill-Istati Membri taħt ir-reviżjoni adottati skont l-Artikoli 121, 126 u 148 tat-TFUE u skont l-Artikoli 6, 7, 8 u 10 ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
l-intenzjonijiet politiċi tal-Istat Membru taħt ir-reviżjoni, kif riflessi fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u fejn xieraq fil-programm ta’ stabbiltà u konverġenza; |
(c) |
kwalunkwe twissija jew rakkomandazzjoni mill-ESRB dwar riskji sistemiċi indirizzati lil jew li jkunu rilevanti lill-Istat Membru li qed issirlu reviżjoni. Is-sistema ta’ kunfidenzjalità tal-ESRB għandu jkun osservat. |
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-reviżjoni fil-fond u għandha tagħmilhom pubbliċi.
Artikolu 6
Azzjoni preventiva
1. Jekk, fuq il-bażi tar-reviżjoni fil-fond msemmija fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tqis li Stat Membru qed jesperjenza żbilanċi, din għandha tinforma b’dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-grupp tal-Euro kif meħtieġ. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista’ jindirizza r-rakkomandazzjonijiet neċessarji lill-Istat Membru kkonċernat, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 121(2) tat-TFUE.
2. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bir-rakkomandazzjoni u jagħmilha pubblika.
3. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandhom josservaw b’mod sħiħ l-Artikolu 152 tat-TFUE u għandhom iqisu l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
4. Il-Kunsill għandu jagħmel reviżjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu kull sena fil-kuntest tas-Simestru Ewropew u jista’, jekk ikun xieraq, jaġġustaha skont il-paragrafu 1.
KAPITOLU III
PROĊEDURA TA’ ŻBILANĊ EĊĊESSIV
Artikolu 7
Ftuħ tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv
1. Jekk, fuq il-bażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat huwa affettwat bi żbilanċi eċċessivi, din għandha tinforma b’dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-grupp tal-Euro kif meħtieġ.
Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti u lill-ESRB. L-ESRB huwa mistieden jieħu l-passi li huwa jqis neċessarji.
2. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista’, skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE, jadotta rakkomandazzjoni li tiddetermina żbilanċ eċċessiv u li tirrakkomanda li l-Istat Membru kkonċernat jieħu azzjoni korrettiva.
Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha tistabbilixxi n-natura u l-implikazzjonijiet tal-iżbilanċi u għandha tispeċifika sett ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ politika biex jiġu segwiti u d-data ta’ skadenza sa meta l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta pjan ta’ azzjoni korrettiva. Il-Kunsill jista’, kif previst fl-Artikolu 121(4) tat-TFUE, jagħmel ir-rakkomandazzjoni pubblika.
Artikolu 8
Pjan ta’ azzjoni korrettiva
1. Kwalunkwe Stat Membru li għalih tinfetaħ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv għandu jippreżenta pjan ta’ azzjoni korrettiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’, u sad-data ta’ skadenza li trid tkun definita fir-rakkomdanzzjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 7(2). Il-pjan ta’ azzjoni korrettiva għandu jistabbilixxi l-azzjonijiet politiċi speċifiċi li l-Istat Membru kkonċernat implimenta jew għandu l-intenzjoni li jimplimenta u għandu jinkludi tabella ta’ skadenza għall-azzjonijiet kollha. Il-pjan ta’ azzjoni korrettiva għandu jqis l-impatt ekonomiku u soċjali tal-azzjonijiet ta’ politika u għandu jkun konsistenti mal-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika u l-linji gwida dwar l-impjiegi.
2. Il-Kunsill fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni, għandu jivvaluta l-pjan ta’ azzjoni korrettiva fi żmien xahrejn wara l-preżentazzjoni ta’ dak il-pjan. Jekk fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iqis li l-pjan ta’ azzjoni korrettiva huwa suffiċjenti għandu japprovah permezz ta’ rakkomandazzjoni li telenka l-azzjonijiet speċifiċi u d-dati ta’ skadenza meħtieġa biex dawn jittieħdu, u għandu jistabbilixxi skeda ta’ żmien għas-sorveljanza, bl-attenzjoni dovuta tal-kanali ta’ trażmissjoni u filwaqt li jirrikonoxxi li jista’ jkun hemm dewmien twil bejn l-adozzjoni tal-azzjoni korrettiva u r-riżoluzzjoni reali tal-iżbilanċi.
3. Jekk, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill jikkunsidra li l-azzjonijiet meħudin jew previsti fil-pjan ta’ azzjoni korrettiva huma insuffiċjenti, hu għandu jadotta rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru biex jippreżenta, bħala regola fi żmien xahrejn, pjan ta’ azzjoni korrettiva ġdid fi żmien xahrejn bħala regola. Il-Kunsill għandu jeżamina il-pjan ta’ azzjoni korrettiva l-ġdid skont il-proċedura stipulata f’dan l-Artikolu.
4. Il-pjan ta’ azzjoni korrettiva, ir-rapport tal-Kummissjoni u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 għandhom isiru pubbliċi.
Artikolu 9
Monitoraġġ ta’ azzjoni korrettiva
1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill adottata taħt l-Artikolu 8(2). Għal dak il-għan, l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f’intervalli regolari rapporti ta’ progress, li l-frekwenza tagħhom għandha tkun stabbilita mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2).
2. Il-Kunsill għandu jagħmel ir-rapport ta’ progress tal-Istati Membri pubbliċi.
3. Il-Kummissjoni tista’ twettaq missjonijiet imtejba ta’ sorveljanza fl-Istat Membru kkonċernat biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva, b’kooperazzjoni mal-BĊE meta dawk il-missjonijiet jikkonċernaw l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jew Stati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-ERM II. Il-Kummissjoni għandha fejn hu xieraq, tinvolvi s-sħab soċjali u partijiet interessati nazzjonali oħrajn fid-djalogu matul dawk il-missjonijiet.
4. F’każ ta’ bidla rilevanti kbira fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista’ jemenda r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 8(2) b’konformità mal-proċedura stabbilita f’dak l-Artikolu. Fejn ikun xieraq, il-Kunsill għandu jistieden l-Istat Membru kkonċernat jissottometti pjan ta’ azzjoni korrettiva rivedut, u għandu jevalwa, dak il- pjan ta’ azzjoni korrettiva rivedut skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8.
Artikolu 10
Valutazzjoni tal-azzjoni korrettiva
1. Fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-Istat Membru kkonċernat ikunx ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata b’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill maħruġa skont l-Artikolu 8(2).
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapport pubbliku.
3. Il-Kunsill għandu jagħmel il-valutazzjoni tiegħu sad-data ta’ skadenza stabbilita mill-Kunsill fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu adottati skont l-Artikolu 8(2).
4. Fejn iqis li l-Istat Membru ma jkunx ħa l-azzjoni korrettiva rrakkomandata, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jaddotta deċiżjoni li tiddetermina n-nonkonformità flimkien mar-rakkomandazzjoni li tistabbilixxi skadenzi ġodda biex tittieħed azzjoni korrettiva. F’dan il-każ, il-Kunsill għandu jinforma lill-Kunsill Ewropew, u għandu jagħmel pubbliku l-konklużjonijiet tal-missjonijiet ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 9(3).
Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tan-nonkonformità għandha titqies li ġiet adottata mill-Kunsill, sakemm dan ma jiddeċidix, b’maġġoranza kkwalifikata li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mill-addozzjoni tagħha mill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob li ssir laqgħa tal-Kunsill f’dak il-perjodu biex issir votazzjoni dwar id-deċiżjoni.
5. Fejn il-Kunsill, fuq il-bażi tar-rapport tal-Kummissjoni imsemmi fl-ewwel paragrafu jikkunsidra li l-Istat Membru jkun ħa l-azzjoni korrettiva, irrakkomandata skont l-Artikolu 8(2), il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv għandha titqies li miexja fit-triq it-tajba u għandha tinżamm fi stat ta’ sospensjoni. Madanakollu filwaqt li s-sorveljanza għandha tkompli skont l-iskeda ta’ żmien imsemmija fir-rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2). Il-Kunsill għandu jagħmel pubbliċi r-raġunijiet tiegħu għaliex żamm il-proċedura f’pożizzjoni ta’ sospensjoni filwaqt li jirrikonoxxi l-azzjonijiet ta’ politika korrettivi li ttieħdu mill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 11
Għeluq tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv
Il-Kunsill għandu fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni jirrevoka r-rakkomandazzjonijiet maħruġa skont l-Artikoli 7, 8 jew 10 malli jqis li l-Istat Membru kkonċernat m’għadux milqut minn żbilanċi eċċessivi kif deskritt fir-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2). Il-Kunsill għandu jagħmel dikjarazzjoni pubblika li tirrifletti dak il-fatt.
Artikolu 12
Votazzjoni fil-Kunsill
Għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 7 sa 11, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 13
Missjonijiet ta’ sorveljanza
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura djalogu permanenti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri skont l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, twettaq missjonijiet bl-iskop li tagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika fl-Istat Membru u tidentifika kwalunkwe riskju jew diffikultajiet fil-konformità mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni tista’ twettaq missjonijiet imtejba ta’ sorveljanza fir-rigward tal-Istati Membri li jkunu suġġetti għal rakkomandazzjoni fuq l-eżistenza ta’ pożizzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv skont l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament għall-finijiet ta’ monitoraġġ fuq il-post.
3. Fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew li jkun qed jipparteċipa fl-ERM II, il-Kummissjoni tista’ jekk ikun xieraq, tistieden rappreżentanti tal-Bank Ċentrali Ewropew, biex jipparteċipaw fil-missjonijiet ta’ sorveljanza.
4. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultat tal-missjonijiet ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 2 u tista’, jekk ikun xieraq tiddeċiedi li tagħmel ir-riżultati tagħha disponibbli għall-pubbliku.
5. Meta torganizza l-missjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tittrażmetti r-riżultati proviżorji tagħha lill-Istati Membri kkonċernati għall-kummenti.
Artikolu 14
Djalogu ekonomiku
1. Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex jiġu żgurati trasparenza u responsabilità ikbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-Kunsill, il-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, lill-President tal-Kunsill Ewropew jew lill-President tal-grupp tal-Euro biex jidhru quddiem il-kumitat sabiex jiddiskutu:
(a) |
l-informazzjoni pprovduta mill-Kunsill dwar il-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE; |
(b) |
il-gwida ġenerali tal-Istati Membri maħruġa mill-Kummissjoni fil-bidu taċ-ċiklu annwali tas-sorveljanza; |
(c) |
il-konklużjoni tal-Kunsill Ewropew li jikkonċerna l-orjentazzjonijiet għal-linji ta’ politika ekonomika fil-kuntest tas-Simestru Ewropew; |
(d) |
ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali li tkun saret skont dan ir-Regolament; |
(e) |
il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li jikkonċernaw l-orjentazzjonijiet għas-sorveljanza multilaterali u r-riżultati tagħha; |
(f) |
reviżjoni tat-twettiq ta’ sorveljanza multilaterali fit-tmiem tas-Simestru Ewropew; |
(g) |
ir-rakkomandazzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10(4) ta’ dan ir-Regolament. |
2. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri l-opportunita’ li jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet lill-Istat Membru li jkun indirizzat minn rakkomandazzjoni jew deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2) jew l-Artikolu 10(4).
3. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinformaw regolarment lill-Parlament Ewropew bir-riżultati tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Rappurtar annwali
Kull sena l-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament inkluż l-aġġornar tat-tabella ta’ valutazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 4 u għandha tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest tas-Simestru Ewropew.
Artikolu 16
Reviżjonijiet
1. Sal-14 ta’ Diċembru 2014 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa u tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Dawk ir-rapporti għandhom jevalwaw, inter alia:
(a) |
l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament |
(b) |
il-progress magħmul biex jiġu żgurati koordinazzjoni eqreb tal-linji ta’ politika ekonomika u konverġenza sostnuta ta’ rendimenti ekonomiċi tal-Istati Membri skont it-TFUE. |
Fejn xieraq, dawk ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati bi proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti imsemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
W. SZCZUKA
(1) ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.
(2) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 53.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2011 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011.
(4) ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.
(5) Ara l-paġna 8 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) Ara l-paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
23.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/33 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1177/2011
tat-8 ta’ Novembru 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 126(14) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Il-koordinazzjoni tal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri fl-Unjoni, kif stipulat mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandha twassal għal konformità mal-prinċipji ta’ gwida ta’ prezzijiet stabbli, finanzi pubbliċi u kondizzjonijiet monetarji sodi u bilanċ ta’ pagamenti sostenibbli. |
(2) |
Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP) inizjalment kien jikkonsisti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (4) u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (5). Ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u (KE) Nru 1467/97 ġew emendati bir-Regolamenti (KE) Nru 1055/2005 (6) u (KE) Nru 1056/2005 (7) rispettivament. Barra minn hekk, ġie adottat ir-Rapport tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2005 dwar “Titjib tal-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir” (8). |
(3) |
L-SGP huwa bbażat fuq l-għan ta’ finanzi governattivi sodi u sostenibbli bħala mezz sabiex jissaħħu l-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli b’saħħtu bbażat fuq stabbiltà finanzjarja, u b’hekk jappoġġa li jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni għal tkabbir sostenibbli u impjiegi. |
(4) |
L-esperjenza miksuba u l-iżbalji li saru matul l-ewwel deċennju tal-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja turi ħtieġa għal governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq sjieda nazzjonali aktar b’saħħitha tar-regoli u l-linji politiċi maqbula komunement u fuq qafas aktar b’saħħtu ta’ sorveljanza fil-livell tal-Unjoni għas-sorveljanza tal-politika ekonomika nazzjonali. |
(5) |
Il-qafas komuni għall-governanza ekonomika jeħtieġ li jkun imsaħħaħ, inkluża s-sorveljanza baġitarja mtejba, b’konformità mal-grad għoli ta’ integrazzjoni bejn l-ekonomiji tal-Istati Membri fl-Unjoni, u b’mod partikolari fiż-żona tal-euro. |
(6) |
Il-qafas imtejjeb ta’ governanza ekonomika għandu jsejjes ruħu fuq bosta linji politiċi interkonnessi u koerenti għal tkabbir u impjiegi sostenibbli, b’mod partikolari strateġija tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi, b’attenzjoni partikolari fuq l-iżvilupp u t-tisħiħ tas-suq intern, it-trawwim tal-kummerċ internazzjonali u l-kompetittività, Simestru Ewropew għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni ta’ linji ta’ politika ekonomika u baġitarja, qafas effikaċi biex jiġu evitati u korretti defiċit eċċessivi tal-gvernijiet (SGP), qafas b’saħħtu biex jiġu evitati u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi, rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali, u regolamentazzjoni u superviżjoni msaħħa tas-suq finanzjarju, inkluża s-superviżjoni makroprudenzjali mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
(7) |
Il-kisba u ż-żamma ta’ suq intern dinamiku għandhom jiġu kkunsidrati bħala element tal-funzjonament xieraq u bla problemi tal-unjoni ekonomika u monetarja. |
(8) |
L-SGP u l-qafas komplut tal-governanza ekonomika għandhom jikkompletaw u jappoġġaw l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. L-interkonnessjonijiet bejn il-linji differenti m’għandhomx jipprovdu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-SGP. |
(9) |
It-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandu jinkludi involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali. Filwaqt li jirrikonoxxi li l-kontrapartijiet tal-Parlament Ewropew fil-qafas ta’ dan id-djalogu huma l-istituzzjonijiet relevanti tal-Unjoni u r-Rappreżentanti tagħhom, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri opportunità għall-iskambju ta’ opinjonijiet lil Stat Membru li lilu l-Kunsill indirizza deċiżjoni taħt l-Artikolu 126(6) tat-TFUE, rakkomandazzjoni taħt l-Artikolu 126(7) tat-TFUE, avviż taħt l-Artikolu 126(9) tat-TFUE jew deċiżjoni taħt l-Artikolu 126(11) tat-TFUE. Il-parteċipazzjoni tal-Istat Membru f’tali skambju ta’ opinjonijiet tkun volontarja. |
(10) |
Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar b’saħħtu fil-proċedura tas-sorveljanza msaħħa fir-rigward tal-evalwazzjonijiet li huma speċifiċi għal kull Stat Membru, il-monitoraġġ, il-missjonijiet ta’ fuq il-post, ir-rakkomandazzjonijiet u t-twissijiet. |
(11) |
Il-Kunsill u l-Kummissjoni, meta japplikaw dan ir-Regolament, għandhom jikkunsidraw, skont il-każ, il-fatturi rilevanti kollha u s-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri konċernati. |
(12) |
Ir-regoli dwar id-dixxiplina baġitarja għandhom jissaħħu, b’mod partikolari billi jingħata rwol aktar prominenti lil-livell u l-evoluzzjoni tad-dejn u lis-sostenibbiltà ġenerali. Il-mekkaniżmi sabiex jiżguraw konformità ma’ dawn ir-regoli u l-infurzar tagħhom għandhom jissaħħu wkoll. |
(13) |
L-implimentazzjoni tal-proċedura eżistenti ta’ defiċit eċċessiv abbażi kemm tal-kriterju tad-defiċit kif ukoll tal-kriterju tad-dejn teħtieġ valur referenzjali numeriku li jieħu kont taċ-ċiklu kummerċjali, li miegħu ssir il-valutazzjoni dwar jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-Prodott Domestiku Gross (PDG) huwiex qed jonqos biżżejjed u joqrob il-valur referenzjali b’pass sodisfaċenti. Għandu jiġi introdott perjodu ta’ transizzjoni biex l-Istati Membri li huma soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv fid-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jadattaw il-linji politiċi tagħhom għall-valur referenzjali numeriku għat-tnaqqis tad-dejn. Dan għandu japplika wkoll għall-Istati Membri li huma soġġetti għal programm ta’ aġġustament tal-Unjoni jew tal-Fond Monetarju Internazzjonali. |
(14) |
In-nuqqas ta’ konformità mal-valur referenzjali numeriku għat-tnaqqis tad-dejn ma għandux ikun suffiċjenti sabiex jistabbilixxi l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv, li għandu jieħu kont ta’ firxa sħiħa ta’ fatturi rilevanti koperti mir-rapport tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 126(3) tat-TFUE. B’mod partikolari, il-valutazzjoni tal-effett taċ-ċiklu u l-kompożizzjoni tal-aġġustament tal-flussi tal-istokks fir-rigward ta’ żviluppi tad-dejn jistgħu jkunu suffiċjenti biex jevitaw li jiġi determinat defiċit eċċessiv abbażi tal-kriterju tad-dejn. |
(15) |
Fejn jiġu stabbiliti l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv ibbażat fuq il-kriterju tad-defiċit u l-passi li jwasslu għalih, hemm il-ħtieġa li jittieħed kont tal-firxa kollha tal-fatturi rilevanti koperti mir-rapport tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 126(3) tat-TFUE jekk il-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-PDG ma jaqbiżx il-valur referenzjali. |
(16) |
Meta jittieħed kont ta’ riformi sistemiċi tal-pensjonijiet fost il-fatturi rilevanti, il-konsiderazzjoni ċentrali għandha tkun jekk dawk ir-riformi jsaħħux is-sostenibbiltà għall-perjodu twil tas-sistema ġenerali tal-pensjoni, filwaqt li ma jżidux ir-riskji għall-pożizzjoni baġitarja għall-perjodu medju. |
(17) |
Ir-rapport tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 126(3) tat-TFUE għandu jqis b’mod adattat il-kwalità tal-qafas fiskali nazzjonali, minħabba li dan għandu rwol kruċjali fl-appoġġ għall-konsolidazzjoni fiskali u l-finanzi pubbliċi sostenibbli. Din il-konsiderazzjoni għandha tinkludi r-rekwiżiti minimi kif imniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (9) u rekwiżiti oħra mixtieqa li fuqhom ikun hemm ftehim għad-dixxiplina fiskali. |
(18) |
Sabiex jingħata appoġġ għall-monitoraġġ tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet u l-avviżi tal-Kunsill għall-korrezzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ defiċit eċċessiv, hemm il-ħtieġa li dawn jispeċifikaw miri baġitarji annwali konsistenti mat-titjib fiskali meħtieġ f’termini aġġustati ċiklikament, netti minn miżuri ta’ darba jew temporanji. F’dan il-kuntest, il-0,5 % tal-valur referenzjali annwali tal-PDG għandu jinftiehem bħala l-medja annwali. |
(19) |
Il-valutazzjoni ta’ azzjoni effettiva se tibbenefika meta l-konformità mal-miri tan-nefqa ġenerali tal-gvern tittieħed bħala referenza flimkien mal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ dħul speċifiċi ppjanati. |
(20) |
Fil-valutazzjoni tal-każ għall-estensjoni tal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari lit-tnaqqis gravi fir-ritmu ekonomiku fiż-żona tal-euro jew fl-Unjoni ġeneralment, bil-kondizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali fil-perjodu medju. |
(21) |
Huwa xieraq li tiżdied l-applikazzjoni ta’ penali finanzjarji previsti fl-Artikolu 126(11) tat-TFUE sabiex jikkostitwixxu inċentiv reali għall-konformità mal-avviżi taħt l-Artikolu 126(9) tat-TFUE. |
(22) |
Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-qafas ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, għandhom jitfasslu sanzjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 136 tat-TFUE, biex ikunu żgurati mekkaniżmi ġusti, f’waqthom u effettivi għall-konformità mar-regoli tal-SGP. |
(23) |
Il-multi msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-TFUE, u għandhom jiġu assenjati lill-mekkaniżmi ta’ stabbiltà biex tingħata għajnuna finanzjarja, maħluqa mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex tiġi salvagwardata l-istabbiltà taż-żona tal-euro inġenerali. |
(24) |
Ir-referenzi li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 1467/97 għandhom jieħdu kont tan-numerazzjoni ġdida tal-Artikoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tas-sostituzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 (10) bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (11). |
(25) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1467/97 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1467/97 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet biex titħaffef u tiġi ċċarata l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Dan l-għan tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv huwa sabiex jiġu evitati defiċits eċċessivi tal-gvern u, jekk iseħħu, li jinkoraġġixxi aktar il-korrezzjoni tagħhom, meta l-konformità mad-dixxiplina baġitarja tkun eżaminata abbażi tad-defiċit tal-gvern u l-kriterji tad-dejn tal-gvern. 2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament ‘Stati Membri parteċipanti’ għandha tfisser ‘dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.”; |
(2) |
L-Artikolu 2 jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
Tiddaħħal it-taqsima li ġejja: “TAQSIMA 1 A DJALOGU EKONOMIKU Artikolu 2a 1. Bl-iskop li jitjieb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u bl-iskop li jkunu żgurati aktar trasparenza u responsabbiltà politika, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-Kunsill, lill-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, lill-President tal-Kunsill Ewropew jew lill-President tal-Eurogroup sabiex jidhru quddiem il-kumitat biex jiddiskutu d-deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(6) tat-TFUE, ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(7) tat-TFUE, avviżi taħt l-Artikolu 126(9) tat-TFUE u deċiżjonijiet tal-Kunsill meħuda skont l-Artikolu 126(11) tat-TFUE. Il-Kunsill huwa mistenni li, bħala regola, jsegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-proposti tal-Kummissjoni jew jispjega l-pożizzjoni tiegħu b’mod pubbliku. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat minn dawn id-deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew avviżi sabiex jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet 2. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”; |
(4) |
L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej: “1. Kull deċiżjoni mill-Kunsill taħt l-Artikolu 126(8) tat-TFUE sabiex jagħmel pubbliċi r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fejn ikun stabbilit li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva għandha tittieħed immedjatament wara li jiskadi l-limitu ta’ żmien stabbilit skont l-Artikolu 3(4) ta’ dan ir-Regolament. 2. Il-Kunsill, meta jikkunsidra jekk itteħditx azzjoni effettiva b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu magħmula b’konformità mal-Artikolu 126(7) tat-TFUE, għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq ir-rapport ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 3(4a) ta’ dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll fuq kwalunkwe deċiżjoni oħra mħabbra pubblikament mill-gvern tal-Istat Membru kkonċernat. Meta l-Kunsill jistabbilixxi, skont l-Artikolu 126(8) tat-TFUE, li l-Istat Membru kkonċernat naqas milli jieħu azzjoni effettiva, huwa għandu għaldaqstant jirrapporta lill-Kunsill Ewropew.”; |
(6) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej: “1. Kull deċiżjoni tal-Kunsill li jingħata avviż lill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat biex jieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit f’konformità mal-Artikolu 126(9) tat-TFUE għandha tittieħed fi żmien xahrejn mid-deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(8) tat-TFUE li tistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva. Fl-avviż, il-Kunsill għandu jitlob li l-Istat Membru jilħaq miri baġitarji annwali li, abbażi tat-tbassir li huwa l-bażi tal-avviż, huma konsistenti ma’ titjib annwali minimu ta’ mill-inqas 0,5 % tal-PDG bħala valur referenzjali, fil-bilanċ nett tiegħu aġġustat ċiklikament minn miżuri ta’ darba jew temporanji, sabiex tkun żgurata l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv qabel l-iskadenza stipulata fl-avviż. Il-Kunsill għandu wkoll jindika miżuri li jwasslu għall-kisba ta’ dawk il-miri. 1a. B’segwitu għall-avviż tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(9) tat-TFUE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda b’reazzjoni għalih. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern u għal miżuri diskrezzjonarji fin-naħa tan-nefqa u d-dħul, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-Kunsill sabiex il-Kunsill ikun jista’ jieħu, jekk ikun meħtieġ, deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament. L-Istat Membru għandu jagħmel ir-rapport pubbliku. 2. Jekk azzjoni effettiva tkun ittieħdet f’konformità mal-avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE u wara l-adozzjoni ta’ dak l-avviż iseħħu avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mingħand il-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE. L-avviż rivedut, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, bħala regola, jista’, partikolarment, jestendi l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv b’sena. Il-Kunsill jista’ jivvaluta l-eżistenza ta’ avvenimenti ekonomiċi negattivi b’konsegwenzi maġġuri żvantaġġużi għall-finanzi tal-gvern kontra t-tbassir ekonomiku fl-avviż tiegħu. Fil-każ ta’ tnaqqis gravi fir-ritmu ekonomiku fiż-żona tal-euro jew fl-Unjoni ġeneralment, il-Kunsill jista’ wkoll jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li jadotta avviż rivedut skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE fuq il-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-sostenibbiltà fiskali għall-perjodu medju.”; |
(7) |
L-Artikoli 6 sa 8 huma ssostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 6 1. Meta jikkunsidra jekk ittieħditx azzjoni effettiva b’reazzjoni għall-avviż tiegħu magħmul f’konformità mal-Artikolu 126(9) tat-TFUE, il-Kunsill għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq ir-rapport imressaq mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 5(1a) ta’ dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll fuq kull deċiżjoni oħra mħabbra pubblikament mill-gvern tal-Istat Membru kkonċernat. Ir-riżultat tal-missjoni ta’ sorveljanza mwettaq mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi kkunsidrat. 2. Meta l-kondizzjoniet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 126(11) tat-TFUE jiġu sodisfatti, il-Kunsill għandu jimponi sanzjonijiet f’konformità ma’ dak l-Artikolu. Kull deċiżjoni bħal din għandha tittieħed mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(9) tat-TFUE li tagħti avviż lill-Istat Membru parteċipanti kkonċernat biex jieħu l-miżuri. Artikolu 7 Jekk Stat Membru parteċipanti ma jikkonformax mal-atti suċċessivi tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) u (9) tat-TFUE, id-deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(11) tat-TFUE li jimponi sanzjonijiet għandha tittieħed bħala regola fi żmien sittax-il xahar mid-dati ta’ rapportaġġ stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2009. Fejn jiġu applikati l-Artikolu 3(5) jew l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, l-iskadenza ta’ sittax-il xahar għandha tiġi għaldaqstant aġġustata. Għandha ttintuża proċedura xierqa fil-każ ta’ defiċit ippjanat deliberatament li l-Kunsill jiddeċiedi li hu eċċessiv. Artikolu 8 Kull deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(11) tat-TFUE biex jintensifika s-sanzjonijiet għandha tittieħed mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009. Kull deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(12) tat-TFUE biex jitneħħew uħud mid-deċiżjonijiet tiegħu jew id-deċiżjonijiet tiegħu kollha skont l-Artikolu 126(12) tat-TFUE għandha tittieħed malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahrejn wara d-dati tar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2009.”; |
(8) |
Fl-Artikolu 9(3), ir-referenza għall-“Artikolu 6” hija ssostitwita bir-referenza għall-“Artikolu 6(2)”. |
(9) |
L-Artikolu 10 jiġi emendat kif ġej:
|
(10) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 10a 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura djalogu permanenti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri skont l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tagħmel missjonijiet ta’ valutazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika attwali fl-Istat Membri u l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe riskju jew diffikultà ta’ konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. 2. Tista’ ssir sorveljanza msaħħa għal Stati Membri li jkunu s-suġġett ta’ rakkomandazzjonijiet u avviżi b’segwitu għal deċiżjoni skont l-Artikolu 126(8) tat-TFUE u deċiżjonijiet skont l-Artikolu 126(11) tat-TFUE għall-finijiet ta’ monitoraġġ ta’ fuq il-post. L-Istati Membri konċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-preparazzjoni u t-tmexxija tal-missjoni. 3. Il-Kummissjoni tista’ tistieden rappreżentanti tal-Bank Ċentrali Ewropew, jekk ikun xieraq, biex jieħdu sehem f’missjonijiet ta’ sorveljanza fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew li jipparteċipa fil-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (*) (ERM II). 4. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultat tal-missjoni msemmija fil-paragarafu 2 u tista’ tiddeċiedi li tagħmel il-konklużjonijiet tagħha disponibbli għall-pubbliku. 5. Meta torganizza missjonijiet ta’ sorveljanza msemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-konklużjonijiet proviżorji tagħha lill-Istati Membri konċernati għall-kummenti tagħhom. |
(11) |
L-Artikoli 11 u 12 huma ssostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 11 Kull meta l-Kunsill jiddeċiedi, taħt l-Artikolu 126(11) tat-TFUE, li jimponi sanzjonijiet fuq Stat Membru parteċipanti, bħala regola għandha tkun meħtieġa multa. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jissupplimenta tali multa bil-miżuri l-oħrajn previsti fl-Artikolu 126(11) tat-TFUE. Artikolu 12 1. L-ammont tal-multa għandu jikkonsisti minn komponent fiss ugwali għal 0,2 % tal-PDG, u komponent li jvarja. Il-komponent varjabbli għandu jammonta għal wieħed minn għaxra tal-valur assolut tad-differenza bejn il-bilanċ bħala perċentwal tal-PDG fis-sena preċedenti u jew il-valur referenzjali għall-bilanċ tal-gvern, jonkella, jekk in-nuqqas ta’ konformità mad-dixxiplina baġitarja jinkludi l-kriterju tad-dejn, il-bilanċ tal-gvern bħala perċentwal tal-PDG li kellu jinkiseb fl-istess sena skont l-avviż maħruġ skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE. 2. Kull sena sussegwenti għal dik li fiha tkun imposta multa, sa meta tiġi revokata d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat ikunx ħa azzjoni effettiva b’reazzjoni għall-avviż tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 126(9) tat-TFUE. F’din il-valutazzjoni annwali, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, f’konformità mal-Artikolu 126(11) tat-TFUE, li jintensifika s-sanzjonijiet, sakemm l-Istat Membru parteċipanti kkonċernat ma jkunx ikkonforma mal-avviż tal-Kunsill. Jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jimponi multa addizzjonali, għandha tkun ikkalkulata bl-istess mod bħal tal-komponent varjabbli tal-multa msemmija fil-paragrafu 1. 3. L-ebda multa waħdanija msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandha taqbeż 0,5 % tal-PDG.”; |
(12) |
L-Artikolu 13 huwa b’dan imħassar u r-referenzi għalih fl-Artikolu 15 huma ssostitwiti b’referenza għall-“Artikolu 12”; |
(13) |
L-Artikolu 16 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 16 Il-multi msemmija fl-Artikolu 12 għandhom jikkostitwixxu dħul ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 311 tat-TFUE, u għandhom jiġu assenjati għall-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja. Meta l-Istati Membri parteċipanti joħolqu mekkaniżmu ta’ stabbiltà ieħor li jipprovdi assistenza finanzjarja sabiex tkun salvagwardjata l-istabbiltà taż-żona tal-euro kollha, l-ammont tal-multi għandu jiġi assenjat lil dak il-mekkaniżmu.”; |
(14) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 17a 1. Sat-28 ta’ Diċembru 2014 u kull hames snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jivvaluta, inter alia:
2. Fejn ikun xieraq, ir-rapport imsemmi fil-paragrau 1 għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament. 3. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”; |
(15) |
Fir-Regolament (KE) 1467/97kollu, ir-referenzi kollha għall-“Artikolu 104 tat-Trattat” huma ssostitwiti b’referenzi għall-“Artikolu 126 tat-TFUE”; |
(16) |
Fil-punt 2 tal-Anness, ir-referenzi fil-Kolonna I għall-“Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93” huma ssostitwiti b’referenzi għall-“Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VINCENT-ROSTOWSKI
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.
(6) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1055/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 1; MT - ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 183).
(7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1056/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5; MT - ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 187).
(8) Ara d-dokument 7423/05 fuq http://www.consilium.europa.eu/documents.aspx?lang=mt.
(9) Ara l-paġna 41 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(10) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7).
(11) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.
II Atti mhux leġiżlattivi
DIRETTIVI
23.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/41 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2011/85/UE
tat-8 ta’ Novembru 2011
dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 126(14) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Jeħtieġ li sservi ta’ sisien l-esperjenza miksuba matul l-aħħar deċennju tal-unjoni ekonomika u monetarja. L-iżviluppi ekonomiċi reċenti ħolqu sfidi ġodda għat-tmexxija tal-politika fiskali fl-Unjoni kollha u b’mod partikolari enfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sjieda nazzjonali u li jkun hemm rekwiżiti uniformi fir-rigward tar-regoli u l-proċeduri li jifformaw l-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li jkun speċifikat x’għandhom jagħmlu l-awtoritajiet nazzjonali biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu. |
(2) |
Il-gvernijiet u s-sottosetturi tal-gvernijiet tal-Istati Membri jżommu sistemi ta’ kontabbiltà pubblika li jinkludu elementi bħaż-żamma tal-kotba, il-kontroll intern, ir-rappurtar finanzjarju, u l-verifika. Għandha ssir distinzjoni bejn dawk is-sistemi u d-data tal-istatistika relatata mar-riżultati tal-finanzi tal-gvern abbażi ta’ metodoloġiji tal-istatistika, u minn tbassir jew azzjonijiet ta’ bbaġitjar relatati mal-finanzi futuri tal-gvern. |
(3) |
Il-prattiċi tal-kontabbiltà pubblika kompleti u affidabbli għas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika huma prekondizzjoni għall-produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja li tkun komparabbli fl-Istati Membri kollha. Il-kontroll intern għandu jiżgura li r-regoli eżistenti jiġu infurzati fis-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika ġenerali. L-awditjar indipendenti mwettaq minn istituzzjonijiet pubbliċi bħall-qrati tal-awdituri jew minn korpi privati tal-awditjar għandu jinkoraġġixxi l-aqwa prattiki internazzjonali. |
(4) |
Id-disponibbiltà ta’ data fiskali hija kruċjali għall-funzjonament tajjeb tal-qafas ta’ sorveljanza baġitarja tal-Unjoni. Id-disponibbiltà regolari ta’ data fiskali f’waqtha u affidabbli hija ċ-ċavetta għal monitoraġġ tajjeb u f’waqtu, li mbagħad jippermetti azzjoni rapida fil-każ ta’ żviluppi baġitarji mhux mistennija. Element kruċjali fl-iżgurar tal-kwalità ta’ data fiskali, huwa t-trasparenza, li għandha tinvolvi disponibbiltà pubblika u regolari ta’ data bħal din. |
(5) |
Fir-rigward tal-istatistika, ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (3) stabbilixxa qafas leġislattiv għall-produzzjoni ta’ statistika Ewropea bil-ħsieb tal-formulazzjoni, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-linji ta’ politika tal-Unjoni. Dak ir-Regolament stabbilixxa wkoll il-prinċipji li jirregolaw l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea: l-indipendenza professjonali, l-imparzjalità, l-oġġettività, l-affidabbiltà, il-kunfidenzjalità tal-statistika u l-effettività tal-infiq, filwaqt li jagħti definizzjonijiet preċiżi ta’ kull wieħed minn dawn il-prinċipji. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (4), saħħaħ is-setgħat tal-Kummissjoni biex tivverifika d-data tal-istatistika użata fil-proċedura ta’ defiċit eċċessiv. |
(6) |
Id-definizzjonijiet ta’ ‘gvern’, ‘defiċit’ u ‘investiment’ huma stabbiliti fil-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv b’referenza għas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA), sostitwita bis-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (adottata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (5) (ESA 95). |
(7) |
Id-disponibbiltà u l-kwalità tad-data tal-ESA 95 huma kruċjali biex jiġi żgurat funzjonament tajjeb tal-qafas ta’ sorveljanza fiskali tal-Unjoni. L-ESA95 toqgħod fuq informazzjoni pprovduta fuq bażi tad-dovuti. Madanakollu, din l-istatistika fiskali tad-dovuti tiddipendi mill-kompilazzjoni preċedenti ta’ data bbażata fuq flus kontanti, jew l-ekwivalenti tagħha. Dawn jista’ jkollhom rwol rilevanti fit-tisħiħ ta’ monitoraġġ baġitarju f’waqtu, sabiex jiġi evitat is-sejbien tard ta’ żbalji baġitarji sinifikanti. Id-disponibbiltà tas-serje ta’ żmien ta’ data bbażata fuq flus kontanti tal-iżviluppi baġitarji, tista’ tikxef tendenzi li jkun jistħoqqilhom sorveljanza aktar mill-qrib. Id-data fiskali bbażata fuq flus kontanti (jew ċifri ekwivalenti mill-kontabbiltà pubblika jekk id-data bbażata fuq flus kontanti ma tkunx disponibbli) li għandha tiġi ppubblikata għandha tinkludi mill-inqas bilanċ ġenerali, dħul totali u nfiq totali. Fejn ikun ġustifikat, pereżempju fejn hemm numru kbir ta’ korpi governattivi lokali, il-pubblikazzjoni fil-ħin ta’ data tista’ sserraħ fuq tekniki ta’ stima adatti bbażati fuq kampjun ta’ korpi, b’reviżjoni sussegwenti bl-użu ta’ data sħiħa. |
(8) |
It-tbassir makroekonomiku u baġitarju ppreġudikat u mhux realistiku jista’ jxekkel b’mod konsiderevoli l-effettività tal-ippjanar fiskali u konsegwentement ifixkel l-impenn għal dixxiplina baġitarja, waqt li t-trasparenza u d-diskussjoni dwar il-metodoloġiji tat-tbassir jistgħu jżidu b’mod sinifikanti l-kwalità tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali. |
(9) |
Element kruċjali biex jiġi żgurat l-użu ta’ tbassir realistiku għat-twettiq ta’ politika baġitarja huwa t-trasparenza, li għandha tinvolvi d-disponibbiltà pubblika mhux biss tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali mħejji għall-ippjanar fiskali, iżda wkoll tal-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-parametri rilevanti li fuqhom huwa bbażat tali tbassir. |
(10) |
L-analiżi tas-sensittività u l-projezzjonijiet baġitarji korrispondenti li jissupplimentaw ix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli jippermettu l-analiżi ta’ kif il-varjabbli fiskali ewlenin jistgħu jevolvu taħt suppożizzjonijiet ta’ rati ta’ tkabbir u ta’ imgħax varji u b’hekk inaqqsu ħafna r-riskju li d-dixxiplina baġitarja tkun ipperikolata minn żbalji fit-tbassir. |
(11) |
It-tbassir mill-Kummissjoni u l-informazzjoni dwar il-mudelli li fuqhom ikunu bbażati jistgħu jipprovdu lill-Istati Membri b’punt ta’ referenza utli għax-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli, filwaqt li jsaħħaħ il-validità tat-tbassir użat għall-ippjanar baġitarju. Madanaollu, il-livell safejn l-Istati Membri jistgħu jkunu mistennija jqabblu t-tbassir użat għall-ippjanar baġitarju mat-tbassir tal-Kummissjoni jvarja skont iż-żmien tat-tħejjija tat-tbassir u l-komparabbiltà tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet tat-tbassir. It-tbassir minn korpi indipendenti oħra jista’ jipprovdi punti ta’ referenza utli wkoll. |
(12) |
Id-differenzi sinifikanti bejn ix-xenarju makrofiskali magħżul u t-tbassir tal-Kummissjoni għandhom jiġu deskritti u għalihom għandhom jingħataw raġunijiet, b’mod partikolari jekk il-livell jew it-tkabbir tal-fatturi varjabbli fis-suppożizzjonijiet esterni jitbiegħed b’mod sinifikanti mill-valuri li jinsabu fit-tbassir tal-Kummissjoni. |
(13) |
Fid-dawl tal-interdipendenza bejn il-budgets tal-Istati Membri u l-budget tal-Unjoni, sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati fit-tħejjija tat-tbassir baġitarju tagħhom, il-Kummissjoni għandha tipprovdi tbassir għall-infiq tal-Unjoni bbażat fuq il-livell ta’ nfiq programmat fil-qafas finanzjarju multiannwali. |
(14) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-produzzjoni tat-tbassir użat għall-ippjanar baġitarju u jiġu ċċarati d-differenzi bejn it-tbassir tal-Istati Membri u dawk tal-Kummissjoni, kull Stat Membru għandu jkollu, fuq bażi annwali, l-opportunità li jiddiskuti mal-Kummissjoni s-suppożizzjonijiet li fuqhom tkun ibbażata t-tħejjija tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju. |
(15) |
Il-kwalità tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali tissaħħaħ b’mod sinifikanti b’evalwazzjoni regolari, imparzjali u komprensiva bbażata fuq kriterji oġġettivi. Verifika bir-reqqa tinkludi skrutinju tas-suppożizzjonijiet ekonomiċi, tqabbil mat-tbassir imħejji minn istituzzjonijiet oħra u evalwazzjoni tal-prestazzjoni tat-tbassir fil-passat. |
(16) |
B’kont meħud tal-effettività ddokumentata ta’ oqfsa baġitarji bbażati fuq ir-regoli tal-Istati Membri fit-tisħiħ tas-sjieda nazzjonali tar-regoli fiskali tal-Unjoni u fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja, fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja, regoli fiskali numeriċi sodi li jkunu speċifiċi għall-pajjiż u li huma konsistenti mal-objettivi baġitarji fil-livell tal-Unjoni, għandhom ikunu l-pedament tal-qafas imsaħħaħ ta’ sorveljanza baġitarja msaħħa tal-Unjoni. Ir-regoli fiskali numeriċi sodi għandhom ikollhom definizzjonijiet speċifikati sew tal-miri flimkien ma’ mekkaniżmi għal monitoraġġ effettiv u f’waqtu. Dawk ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq analiżi affidabbli u indipendenti mwettqa minn korpi indipendenti jew korpi li għandhom awtonomija funzjonali vis-à-vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri. Barra minn hekk, l-esperjenza tal-politika wriet li biex ir-regoli fiskali numeriċi jaħdmu b’mod effettiv, għandu jkun hemm konsegwenzi marbutin man-nuqqas ta’ konformità, fejn l-ispejjeż involuti jistgħu jkunu sempliċiment reputazzjonali. |
(17) |
Permezz tal-Protokoll (Nru 15) dwar ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq, anness mat-TUE u mat-TFUE, il-valuri referenzjali msemmija fil-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness ma’ dawk it-Trattati mhumiex direttament vinkolanti għar-Renju Unit. L-obbligu li jkun hemm regoli fiskali numeriċi li jippromwovu b’mod effettiv konformità mal-valuri referenzjali speċifiċi għad-defiċit eċċessivi, u l-obbligu relatat għall-objettivi multiannwali f’oqsfa baġitarji ta’ perjodu medju biex ikunu konsistenti ma’ regoli bħal dawn, għalhekk ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit. |
(18) |
L-Istati Membri għandhom jevitaw linji ta’ politika fiskali li jkunu proċikliċi u l-isforzi ta’ konsolidazzjoni fiskali għandhom ikunu akbar f’perjodi ta’ żminijiet ekonomiċi tajbin. Regoli fiskali numeriċi speċifikati tajjeb għandhom iwasslu għal dawn l-objettivi u għandhom ikunu riflessi fil-leġislazzjoni baġitarja annwali tal-Istati Membri. |
(19) |
L-ippjanar fiskali nazzjonali jista’ jkun konsistenti kemm mal-parti preventiva kif ukoll mal-parti korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP) biss jekk jadotta perspettiva multiannwali u jsegwi b’mod partikolari l-kisba tal-objettivi baġitarji għal perjodu medju. L-oqfsa baġitarji għal perjodu medju huma strettament strumentali biex ikun żgurat li l-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri huma konsistenti mal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Fl-ispirtu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (6) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit (7) eċċessiv, il-parti preventiva u l-parti korrettiva tal-SGP ma għandhomx jitqiesu f’iżolament. |
(20) |
Għalkemm l-approvazzjoni tal-leġislazzjoni tal-budget annwali hija pass ewlieni fil-proċess tal-budget li fih jiġu adottati deċiżjonijiet baġitarji importanti fl-Istati Membri, il-parti l-kbira tal-miżuri fiskali għandhom implikazzjonijiet baġitarji li jmorru lil hinn sewwa miċ-ċiklu baġitarju annwali. Perspettiva ta’ sena waħda għalhekk tipprovdi bażi dgħajfa għal linji ta’ politika baġitarja sodi. Sabiex il-perspettiva baġitarja multiannwali tal-qafas ta’ sorveljanza baġitarja tal-Unjoni tiġi inkorporata, l-ippjanar tal-leġislazzjoni tal-budget annwali għandu jkun ibbażat fuq ippjanar fiskali multiannwali li jirriżulta mill-qafas baġitarju għal perjodu medju. |
(21) |
Dak il-qafas baġitarju għal perjodu medju għandu jkollu fih, fost oħrajn, projezzjonijiet ta’ kull suġġett ta’ nfiq u dħul maġġuri għas-sena tal-budget u lil hinn minnha abbażi ta’ linji ta’ politika mingħajr tibdil. Kull Stat Membru għandu jkun kapaċi jiddefinixxi b’mod adatt linji ta’ politika mingħajr tibdil u dawk id-definizzjonijiet għandhom isiru pubbliċi flimkien mas-suppożizzjonijiet involuti, il-metodoloġiji u parametri rilevanti oħrajn. |
(22) |
Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi gvern ġdid ta’ Stat Membru milli jaġġorna l-qafas baġitarju tiegħu għal perjodu medju biex jirrifletti l-prijoritajiet politiċi ġodda tiegħu. F’dan il-każ, il-gvern il-ġdid għandu jenfasizza d-differenzi mill-qafas baġitarju preċedenti għal perjodu medju. |
(23) |
Id-dispożizzjonijiet tal-qafas ta’ sorveljanza baġitarja stabbilita mit-TFUE u b’mod partikolari l-SGP japplikaw għall-amministrazzjoni pubblika fl-intier tagħha, li tinkludi s-sottosetturi tal-gvern ċentrali, il-gvern statali, il-gvern lokali, u l-fondi tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 2223/96. |
(24) |
Numru sinifikanti ta’ Stati Membri ġarrbu diċentralizzazzjoni fiskali mdaqqsa bid-divoluzzjoni tas-setgħat baġitarji lil gvernijiet sottonazzjonali. Ir-rwol ta’ tali gvernijiet sottonazzjonali biex jiżguraw il-konformità mal-SGP b’hekk żdiedet b’mod konsiderevoli, u għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li s-sottosetturi tal-amministrazzjoni pubblika kollha jkunu koperti kif jixraq mill-kamp ta’ applikazzjonital-obbligi u l-proċeduri stabbiliti fl-oqfsa baġitarji domestiċi, partikolarment, iżda mhux esklużivament, f’dawk l-Istati Membri. |
(25) |
Biex ikunu effettivi fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, l-oqfsa baġitarji għandhom ikopru l-finanzi pubbliċi b’mod komprensiv. Għal din ir-raġuni, l-operazzjonijiet ta’ dawk il-korpi ta’ amministrazzjoni pubblika u fondi ġenerali li ma jiffurmawx parti mill-budgets regolari fil-livell sottosettur u li għandhom impatt immedjat jew għal perjodu medju fuq il-pożizzjonijiet baġitarji tal-Istati Membri għandhom jingħataw attenzjoni partikolari. L-impatt kombinat tagħhom fuq il-bilanċi u d-dejn ta’ amministrazzjoni pubblika għandu jiġi ppreżentat fil-qafas tal-proċessi baġitarji annwali u fil-pjanijiet baġitarji għal perjodu medju. |
(26) |
Bl-istess mod, l-eżistenza ta’ debiti kontinġenti teħtieġ attenzjoni xierqa. B’mod aktar speċifiku, id-debiti kontinġenti jkopru obbligazzjonijiet possibbli li jiddipendu minn xi avveniment futur inċert li jista’ jseħħ, jew obbligazzjonijiet preżenti fejn x’aktarx il-ħlas ma jsirx jew l-ammont tal-ħlas probabbli ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Huma jkopru pereżempju informazzjoni rilevanti dwar garanziji tal-gvern, is-self inadepjenti, u d-debiti li jiġu mill-operat ta’ korporazzjonijiet pubbliċi, inkluż, fejn ikun il-każ, il-probabbiltà u d-data dovuta potenzjali tal-infiq fir-rigward ta’ debiti kontinġenti. Is-sensittivitajiet tas-suq għandhom jitqiesu kif adatt. |
(27) |
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għandhom jiġu identifikati u kondiviżi l-aħjar prattiċi rigward id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jittrattaw l-aspetti differenti tal-oqfsa baġitarji nazzjonali. |
(28) |
Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-konformità uniformi mad-dixxiplina baġitarja kif meħtieġ mit-TFUE, ma tistax tinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u tista’ tinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(29) |
F’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (8), l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess li, safejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dettaljati rigward il-karatteristiċi tal-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri. Dawk ir-regoli huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi taħt it-TFUE fir-rigward tal-evitar ta’ defiċits eċċessivi tal-gvern.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ ‘gvern’, ‘defiċit’ u ‘investiment’ stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-TUE u mat-TFUE. Id-definizzjoni tas-sottosetturi ta’ amministrazzjoni pubblika stabbilita fil-punt 2.70 tal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 2223/96 għandha tapplika wkoll.
Barra minn hekk, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:
“qafas baġitarju” tfisser is-sett ta’ arranġamenti, proċeduri, regoli u istituzzjonijiet li huma l-bażi għat-twettiq tal-linji ta’ politika baġitarja ta’ amministrazzjoni pubblika, b’mod partikolari:
(a) |
is-sistemi ta’ kontabbiltà baġitarja u rapportar tal-istatistika; |
(b) |
ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw it-tħejjija tat-tbassir għall-ippjanar baġitarju; |
(c) |
ir-regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż, li jikkontribwixxu għall-konsistenza tat-twettiq tal-politika fiskali mill-Istati Membri mal-obbligi rispettivi tagħhom skont it-TFUE imfissra f’termini ta’ indikatur sommarju tal-prestazzjoni baġitarja, bħad-defiċit, is-self, id-dejn tal-budget tal-gvern, jew komponent maġġuri tiegħu; |
(d) |
il-proċeduri baġitarji li jkopru regoli proċedurali li jappoġġaw il-proċess tal-budget fl-istadji kollha; |
(e) |
l-oqfsa baġitarji għal perjodu medju bħala sett speċifiku ta’ proċeduri baġitarji nazzjonali li jestendu l-perjodu għat-tfassil tal-politika fiskali lil hinn mill-kalendarju baġitarju annwali, inkluż l-istabbiliment tal-prijoritajiet ta’ politika u tal-objettivi baġitarji għal perjodu medju; |
(f) |
l-arranġamenti għal monitoraġġ u analiżi indipendenti għat-tisħiħ tat-trasparenza ta’ elementi tal-proċess tal-budget; |
(g) |
mekkaniżmi u regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet fiskali bejn l-awtoritajiet pubbliċi fis-sottosetturi tal-amministrazzjoni pubblika. |
KAPITOLU II
KONTABBILTÀ U STATISTIKA
Artikolu 3
1. Fir-rigward tas-sistemi nazzjonali tal-kontabbiltà pubblika, l-Istati Membri għandu jkollhom stabbiliti sistemi ta’ kontabbiltà pubblika li komprensivament u konsistentement ikopru s-sottosetturi kollha tal-aministrazzjoni pubblika u jkollhom fihom l-informazzjoni meħtieġa biex biex tiġi ġġenerata data bbażata fuq id-dovuti bl-għan li titħejja data bbażata fuq l-istandard tal-ESA 95. Dawk is-sistemi ta’ kontabbiltà pubblika għandhom ikunu soġġetti għal kontroll intern u awditjar indipendenti.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw disponibbiltà pubblika f’waqtha u regolari tad-data fiskali għas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 2223/96. B’mod partikolari l-Istati Membri għandhom jippubblikaw:
(a) |
data fiskali bbażata fuq flus kontanti (jew iċ-ċifra ekwivalenti mill-kontabbiltà pubblika jekk data bbażata fuq flus kontanti ma tkunx disponibbli) bil-frekwenza li ġejja:
|
(b) |
tabella ta’ rikonċiljazzjoni dettaljata li turi l-metodoloġija tat-transizzjoni bejn data bbażata fuq flus kontanti (jew iċ-ċifri ekwivalenti mill-kontabbiltà pubblika jekk data bbażata fuq flus kontanti ma tkunx disponibbli) u data bbażata fuq l-istandard tal-ESA 95. |
KAPITOLU III
TBASSIR
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ippjanar fiskali jkun ibbażat fuq tbassir makroekonomiku u baġitarju realistiku bl-użu tal-aktar informazzjoni aġġornata. L-ippjanar baġitarju għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju makrofiskali l-aktar probabbli jew fuq xenarju aktar prudenti. It-tbassir makroekonomiku u baġitarju għandu jitqabbel mat-tbassir l-aktar aġġornat tal-Kummissjoni u, jekk ikun xieraq, ma’ dak ta’ korpi indipendenti oħra. Id-differenzi sinifikanti bejn ix-xenarju makrofiskali magħżul u t-tbassir tal-Kummissjoni għandhom jiġu deskritti bir-raġunijiet għalihom, b’mod partikolari jekk il-livell jew it-tkabbir tal-fatturi varjabbli fis-suppożizzjonijiet esterni jitbiegħed b’mod sinifikanti mill-valuri li jinsabu fit-tbassir tal-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-parametri rilevanti li fuqhom ikun ibbażat it-tbassir makroekonomiku u baġitarju tagħha.
3. Biex l-Istati Membri jiġu appoġġati fit-tħejjija tat-tbassir baġitarju tagħhom, il-Kummissjoni għandha tipprovdi tbassir għall-infiq tal-Unjoni bbażat fuq il-livell ta’ nfiq programmat fil-qafas finanzjarju multiannwali.
4. Fil-qafas ta’ analiżi tas-sensittività, it-tbassir makroekonomikuu baġitarju għandu jeżamina t-tendenzi ta’ fatturi fiskali varjabbli prinċipali taħt suppożizzjonijiet differenti ta’ rati ta’ tkabbir u ta’ interessi. Il-firxa ta’ suppożizzjonijiet alternattivi użati fit-tbassir makroekonomiku u baġitarju għandha tkun iggwidata mill-prestazzjoni tat-tbassir tal-passat u għandha tagħmel ħilitha biex tieħu kont tax-xenarji rilevanti tar-riskju.
5. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw liema istituzzjoni hija responsabbli għall-produzzjoni tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju u għandhom jippubblikaw it-tbassir makroekonomiku u baġitarju uffiċjali mħejji għall-ippjanar fiskali, inklużi l-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-parametri rilevanti li hu bbażat fuqhom dak it-tbassir. Mill-inqas darba fis-sena l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom djalogu tekniku dwar is-suppożizzjonijiet li fuqhom hija bbażata t-tħejjija tat-tbassir makroekonomiku u baġitarju.
6. It-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali għandu jkun soġġett għal evalwazzjoni regolari, imparzjali u komprensiva bbażata fuq kriterji oġġettivi, inkluża evalwazzjoni ex post. Ir-riżultat ta’ dik l-evalwazzjoni għandu jiġi ppubblikat u jitqies kif adatt fit-tbassir makroekonomiku u baġitarju futur. Jekk l-evalwazzjoni tidentifika preġudizzju sinifikanti li jaffettwa t-tbassir makroekonomiku fuq perjodu ta’ mill-inqas erba’ snin konsekuttivi, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa u jippubblikaha.
7. Il-livelli ta’ kull tliet xhur tad-dejn u tad-defiċit tal-Istati Membri għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni (Eurostat) kull tliet xhur.
KAPITOLU IV
REGOLI FISKALI NUMERIĊI
Artikolu 5
Kull Stat Membru għandu jkollu stabbiliti regoli fiskali numeriċi li jkunu speċifiċi għalih u li jippromwovu b’mod effettiv il-konformità mal-obbligi tiegħu derivanti mit-TFUE fil-qasam tal-politika baġitarja fuq orizzont multiannwali għall-amministrazzjoni pubblika ġenerali fl-intier tagħha. Regoli bħal dawn għandhom jippromwovu b’mod partikolari:
(a) |
il-konformità mal-valuri referenzjali dwar id-defiċit u d-dejn stabbiliti f’konformità mat-TFUE; |
(b) |
l-adozzjoni ta’ perjodu ta’ ppjanar fiskali multiannwali, li jinkludi konformità mal-objettivi baġitarji għal perjodu medju tal-Istati Membri. |
Artikolu 6
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar il-qafas ta’ sorveljanza baġitarja tal-Unjoni, ir-regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż għandhom jinkludu speċifikazzjonijiet dwar l-elementi li ġejjin:
(a) |
id-definizzjoni tal-miri u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli; |
(b) |
il-kontroll effettiv u f’waqtu rigward il-konformità mar-regoli bbażat fuq analiżi affidabbli u indipendenti mwettqa minn korpi indipendenti jew korpi li għandhom awtonomija funzjonali vis-à-vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri; |
(c) |
il-konsegwenzi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità. |
2. Jekk ir-regoli fiskali numeriċi jkollhom fihom klawsoli ta’ non-applikabbiltà, dawn il-klawsoli għandhom jistabbilixxu numru limitat ta’ ċirkostanzi speċifiċi konsistenti mal-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw mit-TFUE fil-qasam tal-politika baġitarja u proċeduri stretti għal meta huwa permess nuqqas ta’ konformità temporanju mar-regola.
Artikolu 7
Il-leġislazzjoni tal-budget annwali tal-Istati Membri għandha tirrifletti r-regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż li fih ikunu fis-seħħ.
Artikolu 8
L-Artikoli 5 sa 7 ma għandhomx japplikaw għar-Renju Unit.
KAPITOLU V
OQFSA BAĠITARJI GĦAL PERJODU MEDJU
Artikolu 9
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas baġitarju kredibbli, effettiv għal perjodu medju li jipprevedi l-adozzjoni ta’ perjodu ta’ ppjanar fiskali ta’ mill-inqas tliet snin biex ikun żgurat li l-ippjanar fiskali nazzjonali jsegwi perspettiva ta’ ppjanar fiskali multiannwali.
2. L-oqfsa baġitarji għal perjodu medju għandhom jinkludu proċeduri għall-istabbiliment tal-punti li ġejjin:
(a) |
objettivi baġitarji multiannwali komprensivi u trasparenti fir-rigward tad-defiċit, id-dejn u ta’ kwalunkwe indikatur fiskali sommarju ieħor bħall-infiq tal-amministrazzjoni pubblika biex jiġi żgurat li dawn ikunu konsistenti ma’ kwalunkwe regola fiskali numerika kif previst fil-Kapitolu IV fis-seħħ; |
(b) |
projezzjonijiet għal kull suġġett ta’ nfiq u dħul maġġuri tal-amministrazzjoni pubblika b’aktar speċifikazzjonijiet dwar il-gvern ċentrali u l-livell tas-sigurtà soċjali, għas-sena tal-budget u lil hinn minnha, ibbażati fuq linji ta’ politika mingħajr tibdil; |
(c) |
deskrizzjoni ta’ linji ta’ politika mbassra għall-perjodu medju b’impatt fuq il-finanzi tal-amministrazzjoni pubblika mqassma skont is-suġġett ta’ dħul u nfiq maġġuri li turi kif jinkiseb l-aġġustament lejn l-objettivi baġitarji għal perjodu medju meta mqabbel mal-projezzjonijiet taħt il-linji ta’ politika mingħajr tibdil; |
(d) |
evalwazzjoni ta’ kif, fid-dawl tal-impatt dirett tagħhom fuq perjodu twil fuq il-finanzi tal-amministrazzjoni pubblika, il-linji ta’ politika mbassra x’aktarx li jaffettwaw is-sostenibbiltà fuq perjodu twil tal-finanzi pubbliċi. |
3. Il-projezzjonijiet adottati fi ħdan l-oqfsa baġitarji għal perjodu medju għandhom ikunu bbażati fuq tbassir makroekonomiku u baġitarju realistiku f’konformità mal-Kapitolu III.
Artikolu 10
Il-leġislazzjoni tal-budget annwali għandha tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-qafas baġitarju għal perjodu medju. B’mod speċifiku, il-projezzjonijiet u l-prijoritajiet ta’ dħul u ħruġ li jirriżultaw mill-qafas baġitarju għal perjodu ta’ żmien medju kif stabbilit fl-Artikolu 9(2) għandhom jikkostitwixxu l-bażi għat-tħejjija tal-budget annwali. Kwalunkwe devjazzjoni minn dawn id-dispożizzjonijiet għandha tkun debitament spjegata.
Artikolu 11
Ebda dispożizzjoni f’din id-Direttiva ma tipprojbixxi gvern ġdid ta’ Stat Membru milli jaġġorna l-qafas baġitarju tiegħu għal perjodu medju biex jirrifletti l-prijoritajiet politiċi ġodda tiegħu. F’dan il-każ, il-gvern il-ġdid għandu jindika d-differenzi mill-qafas baġitarju preċedenti għal perjodu medju.
KAPITOLU VI
TRASPARENZA TAL-FINANZI TAL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA U L-AMBITU KOMPRENSIV TAL-OQFSA BAĠITARJI
Artikolu 12
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe miżura mwettqa għal konformità mal-Kapitoli II, III u IV, tkun konsistenti fis-sottosetturi kollha, u komprensiva fil-kopertura tas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika. B’mod partikolari dan għandu jeħtieġ il-konsistenza tar-regoli u l-proċeduri tal-kontabbiltà u l-integrità tas-sistemi tal-ġbir u l-ipproċessar tad-data sottostanti tagħhom.
Artikolu 13
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa ta’ koordinazzjoni fis-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika biex jipprevedu kopertura komprensiva u konsistenti tas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika fl-ippjanar fiskali, fir-regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż u fit-tħejjija tat-tbassir baġitarju u l-istabbiliment ta’ ppjanar multiannwali kif stabbilit, b’mod partikolari, fil-qafas baġitarju multiannwali.
2. Sabiex tiġi promossal-kontabbiltà fiskali, għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar ir-responsabbiltajiet baġitarji tal-awtoritajiet pubbliċi fis-sottosetturi varji tal-amministrazzjoni pubblika.
Artikolu 14
1. Fil-qafas tal-proċessi baġitarji annwali, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jippreżentaw il-korpi tal-amministrazzjoni pubblika u fondi li ma jiffurmawx parti mill-budgets regolari fil-livell tas-sottosettur, flimkien ma’ informazzjoni rilevanti oħra. L-impatt ikkombinat fir-rigward ta’ bilanċi u dejn ta’ dawk il-korpi tal-amministrazzjoni pubblika u fondi għandhom jiġu ppreżentati fil-qafas tal-proċessi baġitarji annwali u l-pjanijiet baġitarji għal perjodu medju.
2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata rigward l-impatt li l-infiq fuq it-taxxa jkollu fuq id-dħul.
3. Għas-sottosetturi kollha ta’ amministrazzjoni pubblika, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni rilevanti dwar id-debiti kontinġenti b’impatti potenzjalment kbar fuq il-budgets pubbliċi, inklużi l-garanziji governattivi, is-self inadempjenti u d-debiti li jirriżultaw mill-operat ta’ korporazzjonijiet pubbliċi, inkluż id-daqs tagħhom. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ukoll informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika fil-kapital ta’ korporazzjonijiet pubbliċi u privati fir-rigward ta’ ammonti ekonomikament sinifikanti.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 15
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2013. Dawn għandhom jibagħtu minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Il-Kunsill jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex għalihom u fl-interessi tal-Unjoni, ifasslu t-tabelli ta’ korrelazzjoni proprji li, kemm jista’ jkun, ser juru l-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jkunu disponibbli għall-pubbliku.
2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
3. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport interim ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ din id-Direttiva abbażi tal-informazzjoni rilevanti mill-Istati Membri, li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta’ Diċembru 2012.
4. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 16
1. Sat-28 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tippubblika reviżjoni tal-adegwatezza tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
2. Ir-reviżjon għandha tevalwa, inter alia, l-adegwatezza ta’:
(a) |
ir-rekwiżiti tal-istatistika għas-sottosetturi kollha tal-gvern; |
(b) |
it-tfassil u l-effikaċja tar-regoli fiskali numeriċi fl-Istati Membri; |
(c) |
il-livell ġenerali ta’ trasparenza tal-finanzi pubbliċi fl-Istati Membri. |
3. Sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-adegwatezza tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà fis-Settur Pubbliku għall-Istati Membri.
Artikolu 17
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 18
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VINCENT-ROSTOWSKI
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2011 (għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.
(3) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(4) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.
(5) ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.
(8) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.