ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.289.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 289

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
8 ta' Novembru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1116/2011 tal-31 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1117/2011 tal-31 ta’ Ottubru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Lough Neagh Eel (IĠP)]

6

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1118/2011 tal-31 ta’ Ottubru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Coppa di Parma (IĠP)]

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2011 tal-31 ta’ Ottubru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Brovada (DPO)]

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1120/2011 tal-31 ta’ Ottubru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carciofo Brindisino (IĠP)]

12

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1121/2011 tal-31 ta’ Ottubru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Native Shetland Wool (DPO)]

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1122/2011 tal-31 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2011 tal-31 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u IIb min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1124/2011 tal-31 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIIIc, IX u X; u fl-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2011 tal-31 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

22

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1126/2011 tas-7 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 dwar l-ammonti għall-finanzjament ta’ skemi ta’ appoġġ speċifiku previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

24

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1127/2011 tas-7 ta’ Novembru 2011 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva l-aċidu 2-naftilossaċetiku, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

26

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1128/2011 tas-7 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

28

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/724/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2011/003 DE/Arnsberg u Düsseldorf – Industrija awtomobilistika mill-Ġermanja)

30

 

 

2011/725/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/017 DK/Midtjylland Makkinarju mid-Danimarka)

31

 

 

2011/726/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/026 FR/Rohde mill-Portugall)

32

 

 

2011/727/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fid-Danimarka fl-2010 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7850)

33

 

 

2011/728/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/15 dwar l-amministrazzjoni tas-self tal-EFSF lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/31 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2011/16)

35

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1116/2011

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta’ djamanti mhux maħduma (1), u partikolarment l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Waqt il-laqgħa plenarja ta’ Ġerusalemm f’Novembru 2010, il-parteċipanti tal-Proċess ta’ Kimberley approvaw b’mod provviżorju, b’deċiżjoni tal-Plenarja, iż-żieda tas-Sważiland mal-lista tal-parteċipanti fil-KP, liema approvazzjoni għandha tiġi kkonfermata permezz ta’ avviż mill-presidenza tal-KP hekk kif ċerti kwistjonijiet pendenti jiġu riżolti.

(2)

Il-presidenza tal-KP ikkonfermat, permezz ta’ avviż fit-30 ta’ Mejju 2011 li s-Sważiland issa ġie ammess bħala Parteċipant fil-KP.

(3)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 għandu jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 huwa mibdul bit-test ippreżentat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Viċi-President


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.


ANNESS

“ANNESS II

Il-lista tal-parteċipanti fl-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, maħtura kif xieraq, kif hemm imniżżel fl-Artikoli 2, 3, 8, 9, 12, 17, 18, 19 u 20

L-ANGOLA

Ministry of Geology and Mines

Rua Hochi Min

C.P # 1260

Luanda

l-Angola

L-ARMENJA

Department of Gemstones and Jewellery

Ministry of Trade and Economic Development

M. Mkrtchyan 5

Yerevan

L-Armenja

L-AWSTRALJA

Department of Foreign Affairs and Trade

Trade Development Division

R.G. Casey Building

John McEwen Crescent

Barton ACT 0221

L-Awstralja

IL-BANGLADEXX

Export Promotion Bureau

TCB Bhaban

1, Karwan Bazaar

Dhaka

Il-Bangladexx

IL-BELARUS

Ministry of Finance

Department for Precious Metals and Precious Stones

Sovetskaja Str., 7

220010 Minsk

Ir-Repubblika tal-Belarus

IL-BOTSWANA

Ministry of Minerals, Energy & Water Resources

PI Bag 0018

Gaborone

Il-Botswana

Il-BRAŻIL

Ministry of Mines and Energy

Esplanada dos Ministérios - Bloco “U” – 4o andar

70065 - 900 Brasilia - DF

Il-Brażil

IL-KANADA

 

International:

Department of Foreign Affairs and International Trade

Peace Building and Human Security Division

Lester B Pearson Tower B - Room: B4-120

125 Sussex Drive Ottawa, Ontario K1A 0G2

Il-Kanada

 

General Enquiries:

Kimberley Process Office

Minerals and Metals Sector (MMS)

Natural Resources Canada (NRCan)

580 Booth Street, 9th floor

Ottawa, Ont.

Il-Kanada K1A 0E4

RÉPULIQUE CENTRAFRICAINE

Secrétariat Permanent du Processus de Kimberley

BP 26

Bangui

Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

IĊ-ĊINA (Ir-Repubblika Popolari ta’)

Department of Inspection and Quarantine Clearance

General Administration of Quality Supervision, Inspection and Quarantine (AQSIQ)

9 Madiandonglu

Haidian District, Beijing 100088

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

ĦONG KONG, Reġjun Amministrattiv Speċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Department of Trade and Industry

Ir-Reġjun Speċjali Amministrattiv tal-Ħong Kong

Peoples Republic of China

Room 703, Trade and Industry Tower

700 Nathan Road

Kowloon

Ħong Kong

Iċ-Ċina

IL-KONGO (Ir-Repubblika Demokratika ta')

Centre d’Evaluation, d’Expertise et de Certification (CEEC)

17th floor, BCDC Tower

30th June Avenue

Kinshasa

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-CONGO (Ir-Repubblika ta')

Bureau d’expertise, d’évaluation et de certification (BEEC)

Ministère des Mines, des Industries Minières et de la Géologie

BP 2474

Brazzaville

Ir-Repubblika tal-Kongo

IL-KROAZJA

Ministry of Economy, Labour and Entrepreneurship tar-Repubblika tal-Kroazja

Ulica grada Vukovara 78

10000 Zagreb

Il-Kroazja

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

DĠ Relazzjonijiet Esterni/A/2

170, rue de la Loi

B-1049 Brussell

Il-Belġju

IL-GANA

Precious Minerals Marketing Company (Ltd.)

Diamond House,

Kinbu Road,

Box M. 108

Accra

il-Gana

IL-GINEA

Ministry of Mines and Geology

BP 2696

Conakry

Il-Ginea

IL-GUYANA

Geology and Mines Commission

P O Box 1028

Upper Brickdam

Stabroek

Georgetown

Il-Gujana

L-INDJA

The Gem & Jewellery Export Promotion Council

Diamond Plaza, 5th Floor 391-A

Mumbai 400 004

L-Indja

L-INDONEŻJA

Directorate-General of Foreign Trade

Ministry of Trade

JI M.I. Ridwan Rais No. 5

Blok I Iantai 4

Jakarta Pusat Kotak Pos. 10110

Jakarta

L-Indoneżja

L-IŻRAEL

Ministry of Industry, Trade and Labor

Office of the Diamond Controller

3 Jabotinsky Road

Ramat Gan 52520

L-Iżrael

IL-ĠAPPUN

United Nations Policy Division

Foreign Policy Bureau

Ministry of Foreign Affairs

2-2-1 Kasumigaseki, Chiyoda-ku

100-8919 Tokyo, Japan

Il-Ġappun

IL-KOREA (Ir-Repubblika ta')

Export Control Policy Division

Ministry of Knowledge Economy

Government Complex

Jungang-dong 1, Gwacheon-si

Gyeonggi-do 427-723

Seoul

Il-Korea

IL-LAOS, (Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’)

Department of Import and Export

Ministry of Industry and Commerce

Vientiane

Il-Laos

IL-LIBANU

Ministry of Economy and Trade

Lazariah Building

Down Town

Beirut

Il-Libanu

IL-LESOTO

Department of Mines and Geology

Box 750

Maseru 100

Il-Lesoto

IL-LIBERJA

Government Diamond Office

Ministry of Lands, Mines and Energy

Capitol Hill

Box 10-9024

1000 Monrovia 10

Il-Liberja

MALAYSIA

Ministry of International Trade and Industry

Trade Cooperation and Industry Coordination Section

Blok 10

Komplek Kerajaan Jalan Duta

50622 Kuala Lumpur

Il-Malasja

IL-MESSIKU

Secretaría de Economía

Dirección General de Política Comercial

Alfonso Reyes No. 30, Colonia Hipodromo Condesa, Piso 16.

Delegación Cuactemoc, Código Postal: 06140 México, D.F.

Il-Messiku

IL-MAWRIZJU

Import Division

Ministry of Industry, Small & Medium Enterprises, Commerce & Cooperatives

4th Floor, Anglo Mauritius Building

Intendance Street

Port Louis

Il-Mawrizju

IN-NAMIBJA

Diamond Commission

Ministry of Mines and Energy

Private Bag 13297

Windhoek

In-Namibja

IN-NEW ZEALAND

 

Certificate Issuing Authority:

Middle East and Africa Division

Ministry of Foreign Affairs and Trade

Private Bag 18 901

Wellington

In-New Zealand

 

Import and Export Authority:

New Zealand Customs Service

PO Box 2218

Wellington

In-New Zealand

IN-NORVEĠJA

Section for Public International Law

Department for Legal Affairs

Royal Ministry of Foreign Affairs

Box 8114

0032 Oslo

In-Norveġja

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

Gokhran of Russia

14, 1812 Goda St.

121170 Moscow

Ir-Russja

SJERRA LEONE

Ministry of Mineral Resources

Gold and Diamond Office (GDO)

Youyi Building

Brookfields

Freetown

Sjerra Leone

SINGAPOR

Ministry of Trade and Industry

100 High Street

#0901, The Treasury,

Singapor 179434

L-AFRIKA T’ISFEL

South African Diamond and Precious Metals Regulator

SA Diamond Centre

240 Commissioner Street

Johannesburg 2000

L-Afrika t’Isfel

IS-SRI LANKA

National Gem and Jewellery Authority

25, Galleface Terrace

Colombo 03

Is-Sri Lanka

IS-SWAŻILAND

Office for the Commissioner of Mines

Ministry of Natural Resources and Energy

Mining department

Lilunga House (3rd floor, Wing B)

Somhlolo Road

PO Box 9,

Mbabane H100

is-Sważiland

L-IŻVIZZERA

State Secretariat for Economic Affairs (SECO)

Task Force Sanctions

Effingerstrasse 27

3003 Berne

L-Isvizzera

IT-TAJWAN, PENGU, KINMEN U MATSU, TERRITORJU DOGANALI SEPARAT

Export/Import Administration Division

Bureau of Foreign Trade

Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi

1, Hu Kou Street

Taipei, 100

It-Tajwan

IT-TANŻANIJA

Commission for Minerals

Ministry of Energy and Minerals

PO Box 2000

Dar es Salaam

It-Tanżanija

IT-TAJLANDJA

Department of Foreign Trade

Ministry of Commerce

44/100 Nonthaburi 1 Road

Muang District, Nonthaburi 11000

it-Tajlandja

IT-TOGO

Ministry of Mine, Energy and Water

Head Office of Mines and Geology

B.P. 356

216, Avenue Sarakawa

Lomé

It-Togo

IT-TURKIJA

Foreign Exchange Department

Undersecretariat of Treasury

T.C. Bașbakanlık Hazine

Müsteșarlığı İnönü Bulvarı No:36

06510 Emek - Ankara

It-Turkija

Import and Export Authority:

Istanbul Gold Exchange

Rıhtım Cad. No:81

34425 Karaköy – İstanbul

It-Turkija

L-UKRAINA

Ministry of Finance

State Gemological Center

Degtyarivska St. 38-44

Kiev 04119

L-Ukraina

L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA

U.A.E Kimberley Process Office

Dubai Multi Commodities Center

Dubai Airport Free Zone

Emirates Security Building

Block B, 2nd Floor, Office # 20

Dubai

L-Emirati Għarab Magħquda

L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA

United States Kimberley Process Authority

11 West 47 Street 11th floor

New York, NY 10036

L-Istati Uniti tal-Amerika

U.S. Department of State

Room 4843 EB/ESC

2201 C Street, NW

Washington D.C. 20520

L-Istati Uniti tal-Amerika

IL-VJETNAM

Ministry of Industry and Trade

Import Export Management Department

54 Hai Ba Trung

Hanoi

Il-Vjetnam

IŻ-ŻIMBABWE

Principal Minerals Development Office

Ministry of Mines and Mining Development

Private Bag 7709, Causeway

Harare

Iż-Żimbabwe”


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1117/2011

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Lough Neagh Eel (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mir-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Lough Neagh Eel” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ma ntbagħtet ebda oġġeżżjoni lill-Kummissjoni, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 47, 15.2.2011, p. 12.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.7.   Ħut frisk, molluski u krustaċji friski u prodotti li ġejjin minnhom

IR-RENJU UNIT

Lough Neagh Eel (IĠP)


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1118/2011

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Coppa di Parma (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni “Coppa di Parma” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 37, 5.2.2011, p. 24.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Kategorija 1.2.   Prodotti abbażi tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Coppa di Parma (IĠP)


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1119/2011

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Brovada (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mill-Italja biex id-denominazzjoni “Brovada” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 35, 4.2.2011, p. 19.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Brovada (DPO)


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1120/2011

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Carciofo Brindisino (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mill-Italja biex id-denominazzjoni “Carciofo Brindisino” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 29, 29.1.2011, p. 27.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Carciofo Brindisino (IĠP)


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1121/2011

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Native Shetland Wool (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mir-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Native Shetland Wool” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ma ntbagħtet ebda oġġeżżjoni lill-Kummissjoni, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 45, 12.2.2011, p. 21.


ANNESS

Prodotti agrikoli msemmija fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Klassi 3.6.   Suf

IR-RENJU UNIT

Native Shetland Wool (DPO)


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1122/2011

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

61/T&Q

Stat Membru

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Stokk

ANF/04-N

Speċi

Petriċi (Lophiidae)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV

Data

10.10.2011


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1123/2011

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u IIb min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

64/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

COD/1/2B

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

I u IIb

Data

26.9.2011


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1124/2011

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIIIc, IX u X; u fl-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

63/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

ANF/8C3411

Speċi

Petriċi (Lophiidae)

Żona

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1

Data

28.9.2011


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1125/2011

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

62/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

SOL/8AB.

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

Iż-żoni VIIIa u VIIIb

Data

28.9.2011


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1126/2011

tas-7 ta’ Novembru 2011

li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 dwar l-ammonti għall-finanzjament ta’ skemi ta’ appoġġ speċifiku previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b'mod partikolari ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 69(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 49(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (2), sal-1 ta’ Awwissu ta’ kwalunkwe sena kalendarja mill-2010, l-Istati Membri jistgħu jitolbu r-reviżjoni tal-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-kalkolu stipulat fl-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 meta l-ammont li jirriżulta minn applikazzjoni tal-kalkolu stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(7) ta’ dak ir-regolament għas-sena finanzjarja inkwistjoni jkun fih differenza ta’ aktar minn 20 % mill-ammont iffissat fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009.

(2)

Id-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja ressqu talba lill-Kummissjoni għal reviżjoni tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 b’effett mill-2012.

(3)

Wara li d-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja ressqu t-talbiet tagħhom, il-Kummissjoni wettqet il-kalkolu neċessarju sabiex tivverifika li l-limitu ta’ 20% msemmi fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 kien intlaħaq fis-sena finanzjarja 2010. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 69(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni użat ir-rata medja tal-modulazzjoni stmata għad-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja rispettivament meta ffissat il-limitu nett stabbilit fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(4)

Skont dan il-kalkolu, fil-każ tad-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja, l-ammont li rriżulta mill-applikazzjoni tal-kalkolu stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għas-sena finanzjarja 2010 juri differenza ta’ 47 %, 29 % u 47 % rispettivament mill-ammont iffissat fl-Anness III għar-Regolament (KE) 1120/2009.

(5)

L-ammont iffissat għad-Danimarka, il-Finlandja u s-Slovenja fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 għandu għaldaqstant jiġi rivedut. Dawn l-ammonti riveduti għandhom ikunu applikabbli mis-sena kalendarja 2012, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-annotazzjoni li tikkonċerna d-Danimarka tinbidel b'li ġej:

“Id-Danimarka

23,25 ”

(b)

L-annotazzjoni li tikkonċerna l-Finlandja tinbidel b'li ġej:

“Il-Finlandja

6,19 ”

(ċ)

L-annotazzjoni li tikkonċerna s-Slovenja tinbidel b'li ġej:

“Is-Slovenja

3,52 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 130, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1127/2011

tas-7 ta’ Novembru 2011

dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva l-aċidu 2-naftilossaċetiku, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet stabbilita l-kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (3). L-aċidu 2-naftilossaċetiku hija sustanza attiva li għaliha ġiet ivverifikata l-kompletezza skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (4) u (KE) Nru 2229/2004 (5) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-aċidu 2-naftilossaċetiku.

(3)

Skont l-Artikolu 24f tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 u l-Artikolu 25(1)(a) u (2)(b) ta’ dak ir-Regolament, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/65/KE tas-26 ta’ Jannar 2009 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ 2-Naphtyloxyacetic acid fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (6) ġiet adottata.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn issa ‘l quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida bit-talba li tiġi applikata l-proċedura aċċellerata, kif stipulat fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Italja, li tissostitwixxi lil Franza li oriġinarjament kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-utilizzazzjonijiet indikati huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2009/65/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(6)

L-Italja evalwat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Bagħtet dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fil-21 ta’ Mejju 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-aċidu 2-naftilossaċetiku lill-Kummissjoni fit-28 ta’ April 2011 (7). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u finalizzati fis-27 ta’ Settembru 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-aċidu 2-naftilossaċetiku.

(7)

Abbażi tad-dejta l-ġdida mibgħuta mill-applikant u inkluża fir-rapport addizzjonali tista’ tiġi stabbilita doża aċċettabbli ta’ kuljum. Iżda, matul l-evalwazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġew identifikati għadd ta’ punti ta’ tħassib. B’mod partikolari, ma kienx possibbli li ssir evalwazzjoni tal-espożizzjoni tal-konsumatur, billi kienet nieqsal-informazzjoni meħtieġa dwar l-espożizzjoni tal-annimali, il-metaboliżmu tal-pjanti, provi dwar ir-residwi, studji ta’ pproċessar u definizzjoni tar-residwu tal-pjanti. Barra minn hekk kienet nieqsa wkoll id-dejta biex tintlaħaq konklużjoni dwar ir-riskju għan-naħal, id-dud u makro-organiżmi tal-ħamrija.

(8)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti dwar l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni. L-applikant ressaq l-osservazzjonijiet tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(9)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, ma setax jitwarrab għal kollox it-tħassib imsemmi fil-premessa 7. Għaldaqstant, ma ġiex ippruvat li wieħed jista’ jistenna li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-aċidu 2-naftilossaċetiku jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-aċidu 2-naftilossaċetiku, għaldaqstant, ma għandux jiġi approvat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(11)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni 2009/65/KE għandha tiġi revokata.

(12)

Dan ir-Regolament ma jmurx kontra s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-aċidu 2-naftilossaċetiku skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva, l-aċidu 2-naftilossaċetiku, mhijiex approvata.

Artikolu 2

Revoka

Id-Deċiżjoni 2009/65/KE hija revokata.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(5)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(6)  OJ L 23, 27.1.2009, p. 33.

(7)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance 2-naphthyloxyacetic acid. Il-Ġurnal tal-EFSA 2011; 9(5):2152 [52 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.2152. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1128/2011

tas-7 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Novembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

61,3

MA

47,5

MK

61,4

TR

85,9

ZZ

64,0

0707 00 05

AL

62,0

EG

161,4

TR

138,1

ZZ

120,5

0709 90 70

MA

69,6

TR

108,8

ZZ

89,2

0805 20 10

MA

70,7

ZA

130,9

ZZ

100,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

AR

54,5

HR

32,0

IL

76,2

MA

79,7

TR

77,1

UY

69,9

ZZ

64,9

0805 50 10

AR

58,5

BO

59,5

TR

53,6

ZA

36,5

ZZ

52,0

0806 10 10

BR

249,3

CL

73,3

EC

65,7

LB

291,0

TR

140,7

US

249,8

ZA

80,8

ZZ

164,4

0808 10 80

CA

145,0

CL

90,0

CN

86,4

MK

41,0

NZ

127,6

ZA

82,8

ZZ

95,5

0808 20 50

CN

44,1

TR

133,1

ZZ

88,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/30


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2011/003 DE/Arnsberg u Düsseldorf – Industrija awtomobilistika mill-Ġermanja)

(2011/724/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG twessa’ għal applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Il-Ġermanja ressqet applikazzjoni fid-9 ta’ Frar 2011 biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward tas-sensji f’ħames intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 29 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (“Il-manifattura ta’ vetturi bil-mutur, karrijiet u nofs karrijiet”) fir-reġjun NUTS II ta’ Arnsberg (DEA5) u Düsseldorf (DEA1) u kompliet tibgħat it-tagħrif addizzjonali sat-28 ta’ April 2011. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu determinati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 4 347 868.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 4 347 868 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/31


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/017 DK/Midtjylland Makkinarju mid-Danimarka)

(2011/725/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG twessa’ għal applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b’riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Id-Danimarka ippreżentat applikazzjoni fil-11 ta’ Mejju 2010 biex timmobilizza l-EGF, fir-rigward tas-sensji f’sitt intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 28 tan-NACE Reviżjoni 2 (“Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir”) fir-reġjun NUTS II ta’ Midtjylland (DK04), u ssupplimentata b’tagħrif addizzjonali sal-21 ta’ Marzu 2011. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta’ EUR 3 944 606.

(5)

L-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mid-Danimarka,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 3 944 606 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/32


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ottubru 2011

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/026 FR/Rohde mill-Portugall)

(2011/726/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja b’riżultat ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG twessa’ għal applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)

Il-Portugall ressaq applikazzjoni fis-26 ta’ Novembru 2010 għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta’ sensji fl-intrapriża Rohde u ssupplimentaha b’informazzjoni addizzjonali sad-19 ta’ Mejju 2011. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li jiġi mobilizzat l-ammont ta’ EUR 1 449 500.

(5)

Il-FEG għandu, għaldaqstant, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mill-Portugall.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 449 500 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Novembru 2011

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fid-Danimarka fl-2010

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7850)

(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

(2011/727/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet b’setgħat li ġew delegati lilhom mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Sabiex tgħin biex tinqered l-influwenza avjarja malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni inċiżi, ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/204/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fid-Danimarka u l-Pajjiżi l-Baxxi fl-2010 (3), ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fid-Danimarka fl-2010.

(5)

Fis-26 ta’ Mejju 2011, id-Danimarka bagħtet talba uffiċjali għal ħlas lura kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(6)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu tal-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet aħħarija ġew ikkomunikati lid-Danimarka permezz ta’ e-mail datata l-14 ta’ Ġunju 2011. Id-Danimarka qablet permezz ta’ e-mail datata l-14 ta’ Ġunju 2011.

(7)

L-awtoritajiet Daniżi ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(8)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ammont totali tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fid-Danimarka fl-2010 għandu issa jiġi stabbilit.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fid-Danimarka fl-2010 hija stabbilita għal EUR 183 858,72.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, hi indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 86, 1.4.2011, p. 73.


8.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/35


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-31 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/15 dwar l-amministrazzjoni tas-self tal-EFSF lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/31 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

(BĊE/2011/16)

(2011/728/UE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 17 u 21,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/15 tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar l-amministrazzjoni tas-self tal-EFSF lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (1) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-ftuħ ta’ kont ta’ flus kontanti mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) f’isem il-Faċilita' Ewropea għall-Istabbilta' Finanzjarja, Société Anonyme (EFSF), għat-tħaddim tal-ftehim dwar faċilita' ta’ self (minn issa ‘l quddiem il-“Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self”) skont il-Ftehim dwar il-Qafas tal-EFSF, li daħal fis-seħħ fl-4 t’Awwissu 2010 (minn issa ‘l quddiem il-“Ftehim dwar il-Qafas tal-EFSF”).

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (2) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-ftuħ ta’ kontijiet ta’ flus kontanti mal-BĊE f’isem il-bank ċentrali nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru rilevanti li jissellef, għat-tħaddim tal-Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self skont il-Ftehim dwar il-Qafas tal-EFSF.

(3)

Il-Ftehim dwar il-Qafas tal-EFSF ġie emendat bil-Ftehim dwar Emenda Supplimentali, li daħal fis-seħħ fit-18 t’Ottubru 2011. Il-Ftehim emendat dwar il-Qafas tal-EFSF ħoloq strumenti addizzjonali li l-EFSF tista’ tuża biex tipprovdi għajnuna finanzjarja. Skont paragrafu 2 tal-Preambolu u l-Artikolu 2(1) tal-Ftehim emendat dwar il-Qafas tal-EFSF, il-EFSF tista’ tagħti żburżar ta’ self, faċilitajiet prekawzjonarji, faċilitajiet biex tiġi ffinanzjata r-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fi Stat Membru taż-żona euro (permezz ta’ self lill-gvernijiet ta’ dawn l-Istati Membri inklużi pajjiżi li mhumiex parteċipanti fil-programm), faċilitajiet għax-xiri ta’ bonds fis-swieq sekondarji jew faċilitajiet għax-xiri ta’ bonds fis-suq primarju (dawk l-istrumenti kollha li jirrappreżentaw “Assistenza Finanzjarja”), li għandhom jingħataw permezz ta’ ftehim dwar faċilita' ta’ assistenza finanzjarja (minn issa ‘l quddiem “Ftehim dwar Faċilita' ta’ Assistenza Finanzjarja”). Il-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self jistgħu jibqgħu fis-seħħ wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim emendat dwar il-Qafas tal-EFSF.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni BĊE/2010/15 u BĊE/2010/31 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/15 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’li ġej:

"Artikolu 2

Aċċettazzjoni ta’ ħlasijiet fil-kont ta’ flus kontanti

Il-BĊE għandu jaċċetta biss ħlasijiet li għandhom isiru lil jew minn kont ta’ flus kontanti miftuħ f’isem il-EFSF, jekk dawn il-ħlasijiet jseħħu b’rabta mal-Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self jew il-Ftehim dwar Faċilita' ta’ Assistenza Finanzjarja.".

2.

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’li ġej:

"Artikolu 4

Bilanċ tal-kont ta’ flus kontanti

L-ebda ammont m’għandu jsir permanenti mal-kreditu tal-kont ta’ flus kontanti miftuħ f’isem il-EFSF wara li jkunu saru ħlasijiet marbuta ma’ kwalsiasi Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self jew Ftehim dwar Faċilita' ta’ Assistenza Finanzjarja, lanqas m’għandhom jiġu ttrasferiti ammonti għal dan il-kont ta’ flus kontanti qabel il-jum li fih ikollhom isiru l-ħlasijiret rigward kwalsiasi Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self jew Ftehim dwar Faċilita' ta’ Assistenza Finanzjarja. Fl-ebda żmien m’għandu jkun hemm ammont li jsir permanenti mad-debitu tal-kont ta’ flus kontanti miftuħ f’isem il-EFSF. Għalhekk, m’għandhom isiru l-ebda ħlasijiet mill-kont ta’ flus kontanti miftuħ f’isem il-EFSF u li jeċċedu l-ammonti permanenti mal-kreditu ta’ dak il-kont.".

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 1

Ftuħ ta’ kontijiet ta’ flus kontanti

Il-BĊE jista’, fuq talba tal-BĊN ta’ Stat Membru li jissellef, jiftaħ kontijiet ta’ flus kontanti f’isem dak il-BĊN għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet marbuta ma’ Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self jew ma’ Ftehim dwar Faċilita' ta’ Assistenza Finanzjarja (minn issa ‘l quddiem “kont ta’ flus kontanti ta’ BĊN”).”

2.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’li ġej:

"Artikolu 2

Aċċettazzjoni ta’ ħlasijiet fil-kontijiet ta’ flus kontanti

Kont ta’ flus kontanti ta’ BĊN għandu jintuża biss biex jiġu pproċessati ħlasijiet marbuta ma’ Ftehim dwar Faċilita' ta’ Self jew Ftehim dwar Faċilita' ta’ Assistenza Finanzjarja."

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Novembru 2011.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Ottubru 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 253, 28.9.2010, p. 58.

(2)  ĠU L 10, 14.1.2011, p. 7.