ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.271.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 271

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
18 ta' Ottubru 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1027/2011 tat-13 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għall-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2011 tat-13 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali fiż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2011 tat-13 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2011 tat-13 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2011 tat-13 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd taċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1032/2011 tat-13 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għall-merlangu fiż-żona VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1033/2011 tat-13 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-megrims fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2011 tas-17 ta’ Ottubru 2011 dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 ( 1 )

15

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 tas-17 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010 ( 1 )

23

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1036/2011 tas-17 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi r-rati tal-imgħax li għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet għas-sena fiskali tal-2012 tal-FAEG

42

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1037/2011 tas-17 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

44

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1038/2011 tas-17 ta’ Ottubru 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

46

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/691/PESK tas-17 ta’ Ottubru 2011 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo

48

 

 

2011/692/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2011 fuq talba tar-Renju Unit biex taċċetta d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7228)

49

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

 

2011/693/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2005 dwar il-pjan ta’ ristrutturar tal-industrija Spanjola tal-faħam u l-għajnuna statali għas-snin 2003-2005, implementata minn Spanja għas-snin 2003 u 2004 (notifikata bid-dokument numru C(2005) 5410)  ( 1 )

50

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1027/2011

tat-13 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għall-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

50/T&Q

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

WHM/ATLANT

Speċi

Marlin Abjad (Tetrapturus albidus)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data

5.9.2011


18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1028/2011

tat-13 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali fiż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012, l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011 u l-2012.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

51/DSS

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

ALF/3X14-

Speċi

Alfonsinos (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Data

5.9.2011


18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1029/2011

tat-13 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

40/T&Q

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

ANF/8ABDE.

Speċi

Petriċa (Lophiidae)

Żona

Iż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

Data

13.8.2011


18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1030/2011

tat-13 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-lipp tal-qawwi fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula kwoti għall-2011 u l-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru, eżawrew il-kwota allokata għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

53/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

GFB/89-

Speċi

Lipp tal-qawwi (Phycis blennoides)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX

Data

25.6.2011


18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1031/2011

tat-13 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd taċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond (2), jistipula kwoti għall-2011 u l-2012.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru, eżawrew il-kwota allokata għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd tal-2011 għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament u allokata lill-Istat Membru msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

52/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

BSF/8910-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali ta’ VIII, IX u X

Data

12.7.2011


18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1032/2011

tat-13 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd għall-merlangu fiż-żona VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

41/T&Q

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

WHG/08.

Speċi

Merlangu (Merlangius merlangus)

Żona

Iż-żona VIII

Data

13.8.2011


18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1033/2011

tat-13 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-megrims fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.01.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

46/T&Q

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

LEZ/8ABDE.

Speċi

Megrims (Lepidorhombus spp.)

Żona

VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

Data

13.8.2011


18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1034/2011

tas-17 ta’ Ottubru 2011

dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja [ajru] fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Arja [Ajru]) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 8b tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (‘l-Aġenzija’), hija meħtieġa li tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni rilevanti sabiex tipprovdi sett ta’ rekwiżiti regolatorji tas-sikurezza għall-implimentazzjoni ta’ funzjoni effettiva ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM). L-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jeħtieġ li dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni jiġu żviluppati fuq il-bażi tar-regolamenti adottati skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (4). Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar sorveljanza tas-sikurezza fl-amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 (5).

(2)

Hemm il-ħtieġa li jiġu definiti aktar l-irwol u l-funzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament tal-interoperabilita’) (6) (ir-Regolament ta’ interoperabilità). Dawn ir-regolamenti jinkludu rekwiżiti dwar is-sikurezza tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru. Filwaqt li l-fornituri huma responsabbli għall-forniment sikur tas-servizzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw superviżjoni effettiva permezz tal-awtoritajiet kompetenti.

(3)

Dan ir-Regolament ma għandux ikopri l-operazzjonijiet u t-taħriġ militari, kif previst fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u l-Artikolu 1(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(4)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki u reviżjonijiet regolatorji tas-sikurezza f’konformità ma’ dan ir-Regolament, bħala parti mill-ispezzjonijiet u l-istħarriġ xierqa meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regolament (KE) Nru 550/2004.

(5)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-użu tal-approċċ ta’ sorveljanza tas-sikurezza li hemm f’dan ir-Regolament f’oqsma oħra ta’ sorveljanza, kif ikun xieraq, sabiex isseħħ superviżjoni effiċjenti u koerenti.

(6)

Is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, kif ukoll il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM) u l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru (ASM), jużaw sistemi funzjonali li jippermettu l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Għaldaqstant, kwalunke tibdil fis-sistemi funzjonali għandu jkun soġġett għas-sorveljanza tas-sikurezza.

(7)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji f’każ li sistema jew kostitwent ta’ xi sistema ma jkunux konformi mar-rekwiżiti rilevanti. F’dan il-kuntest, u b’mod partikolari meta tkun trid tinħareġ direttiva dwar is-sikurezza, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra li tavża lill-korpi nnotifikati, involuti fil-ħruġ tad-Dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 jew fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 biex iwettqu investigazzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ dik is-sistema teknika.

(8)

Ir-rappurtar annwali dwar is-sorveljanza tas-sikurezza mill-awtoritajiet kompetenti għandu jikkontribwixxi għat-trasparenza u l-kontabilità tas-sorveljanza tas-sikurezza. Tali rapporti għandhom jiġu indirizzati lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istat Membru li jinnomina jew li jistabbilixxi l-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, ir-rapporti annwali dwar is-sorveljanza tas-sikurezza għandhom jintużaw fil-kuntest tal-kooperazzjoni reġjonali, l-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u l-monitoraġġ internazzjonali tas-sorveljanza tas-sikurezza. Il-kontenut tar-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza, il-konformità tal-organizzazzjonijiet sorveljati mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli dwar is-sikurezza, il-programm ta’ verifiki regolatorji tas-sikurezza, ir-reviżjoni tal-argumenti tas-sikurezza, it-tibdil fis-sistemi funzjonali implimentat mill-organizzazzjonijiet skont il-proċeduri aċċettati mill-awtorità kompetenti u d-direttivi dwar is-sikurezza maħruġa minn tali awtorità.

(9)

Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu arranġamenti xierqa għal kooperazzjoni mill-qrib bejniethom biex jiżguraw superviżjoni adegwata tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru li jipprovdu servizzi relatati mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru differenti minn dak l-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-ċertifikat. Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-awtoritajiet kompetenti għandhom b’mod partikolari jiskambjaw informazzjoni xierqa dwar is-sorveljanza tas-sikurezza tal-organizzazzjonijiet.

(10)

L-Aġenzija għandha tevalwa aktar id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk relatati mas-sorveljanza tas-sikurezza tal-bidliet, u toħroġ opinjoni sabiex taddatta tali tibdiliet għal approċċ totali tas-sistema, billi tikkunsidra l-integrazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fl-istruttura regolatorja komuni futura għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u l-esperjenza miksuba mill-partijiet interessati u l-awtoritajiet kompetenti. L-opinjoni tal-Aġenzija għandha tfittex ukoll li tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Programm tal-Istat dwar is-Sikurezza (SSP) tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fi ħdan l-Unjoni bħala parti minn dan l-approċċ totali tas-sistema.

(11)

L-eżekuzzjoni sikura ta’ wħud mill-funzjonijiet tan-netwerk stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tirrikjedi li l-entità involuta tkun soġġetta għal ċerti rekwiżiti ta’ sikurezza. Dawn ir-rekwiżiti, li għandhom l-għan li jiżguraw li tali entità jew organizzazzjoni topera b’mod sikur jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (7). Dawn ir-rekwiżiti jikkonċernaw l-organizzazzjoni tas-sikurezza u li huma ferm simili għar-rekwiżiti ġenerali li jinsabu fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 (8), iżda adattati għar-respnsabbiltajiet tas-sikurezza tal-funzjonijiet tan-netwerk. Sabiex ikun appoġġat approċċ ta’ sistema totali għal regolament dwar is-sikurezzà fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, l-eżekuzzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti trid tiġi sorveljata bl-istess mod ta’ kif jiġu sorveljati l-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru.

(12)

Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu ta’ Lulju 2007, il-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Qafas Regolatorju enfasizza l-ħtieġa li s-sorveljanza regolatorja tiġi separata mill-forniment tas-servizzi jew funzjonijiet. F’konformità ma’ dan il-prinċipju, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 emendat jipprevedi li l-entità nnominata biex twettaq il-funzjonijiet tan-netwerk għandha tkun soġġetta għal arranġamenti ta’ sorveljanza xierqa. Minħabba li l-Aġenzija diġà twettaq l-funzjoni indipendenti ta’sorveljanza tas-sikurezza tal-fornituri pan-Ewropej tal-ATM/ANS skont l-Artikolu 22a tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, din tkun kompletament konformi mal-politika Ewropea dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni jekk din tiġi fdata bl-appoġġ għall-Kummissjoni fit-twettiq tal-istess kompiti dwar il-funzjonijiet tan-netwerk Ewropew.

(13)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1315/2007 għandu jitħassar.

(14)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 (9) għandu jiġi emendat sabiex jiġi addattat għal dan ir-Regolament.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu applikati fl-eżerċizzju ta’ sorveljanza tas-sikurezza mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM), il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru (ASM) għat-traffiku ġenerali tal-ajru u funzjonijiet oħra tan-netwerk.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti u tal-entitajiet ikkwalifikati li jaġixxu f’isimhom fir-rigward tas-sorveljanza tas-sikurezza tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, l-ATFM, l-ASM u funzjonijiet oħra tan-netwerk.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Madankollu, id-definizzjoni ta’ ‘ċertifikat’ fl-Artikolu 2 punt (15) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 ma tapplikax.

Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll:

(1)

‘azzjoni korrettiva’ tfisser azzjoni sabiex telimina l-kawża ta’ xi nuqqas ta’ konformità żvelat;

(2)

‘sistema funzjonali’ tfisser taħlita ta’ sistemi, proċeduri u riżorsi umani organizzati biex iwettqu funzjoni fil-kuntest tal-ATM;

(3)

‘Maniġer tan-Netwerk’ tfisser il-korp kompetenti u imparzjali taħt l-Artikolu 6(2) jew 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 biex twettaq il-kompiti deskritti f’dak l-Artikolu u f’dan ir-Regolament;

(4)

‘funzjonijiet tan-Netwerk’ tfisser il-funzjonijiet speċifiċi deskritti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004;

(5)

‘organizzazzjoni’ tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru jew entità li tipprovdi ATFM jew ASM jew funzjonijiet oħra tan-netwerk;

(6)

‘proċess’ tfisser sett ta’ attivitajiet relatati ma’ xulxin jew interattivi li jibdel l-inputs f’outputs;

(7)

‘argument ta’ sikurezza’ tfisser il-wiri u l-evidenza li bidla proposta f’sistema funzjonali tista’ tiġi implimentata fi ħdan il-miri u l-istandards stabbiliti permezz tal-qafas regolatorju eżistenti b’mod konsistenti mar-rekwiżiti regolatorji tas-sikurezza;

(8)

‘direttiva dwar is-sikurezza’ tfisser dokument maħruġ jew adottat minn awtorità kompetenti, li jordna l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu fuq sistema funzjonali sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sikurezza, meta l-evidenza turi li s-sikurezza tal-avjazzjoni tista’ inkella tiġi kompromessa;

(9)

‘għan tas-sikurezza’ tfisser stqarrija kwalitattiva jew kwantitattiva li tiddefinixxi l-frekwenza jew il-probabbiltà massima li biha jista’ jkun mistenni li jseħħ xi periklu;

(10)

‘verifika regolatorja tas-sikurezza’ tfisser eżami sistematiku u indipendenti li jitwettaq minn, jew f’isem, awtorità kompetenti sabiex jiġi stabbilit jekk l-arranġamenti kompleti relatati mas-sikurezza jew xi elementi tagħhom, relatati mal-proċessi u r-riżultati, il-prodotti jew is-servizzi tagħhom, ikunux konformi mal-arranġamenti meħtieġa relatati mas-sikurezza u jekk ikunux implimentati b’mod effettiv u humiex adattati sabiex jinkisbu r-riżultati mistennija;

(11)

‘rekwiżiti regolatorji tas-sikurezza’ tfisser ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Unjoni jew ir-regolamenti nazzjonali għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru jew funzjonijiet ta’ ATFM u ASM jew funzjonijiet oħra tan-netwerk li jirrigwardaw ukoll il-kompetenza u l-adegwatezza teknika u operattiva għall-forniment ta’ dawn is-servizzi u funzjonijiet, il-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom, kif ukoll is-sistemi, il-kostitwenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati;

(12)

‘rekwiżit tas-sikurezza’ tfisser tnaqqis tar-riskju, definit mill-istrateġija ta’ tnaqqis tar-riskji li jilħaq għan partikolari tas-sikurezza, inklużi r-rekwiżiti organizzattivi, operattivi, proċedurali, funzjonali, ta’ prestazzjoni u ta’ interoperabilità jew il-karatteristiċi ambjentali;

(13)

‘verifika’ tfisser il-konferma permezz tal-forniment ta’ evidenza oġġettiva, li r-rekwiżiti speċifikati jkunu ġew sodisfatti;

(14)

‘ATM/ANS pan-Ewropew’ tfisser attività li tkun maħsuba u stabbilita għal utenti fi ħdan l-Istati Membri kollha jew fil-biċċa l-kbira minnhom u li tista’ testendi wkoll lil hinn mill-ispazju tal-ajru tat-territorju li fih japplika t-Trattat.

Artikolu 3

Awtoritatijet kompetenti għas-sorveljanza

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati ANSP skont l-Artikolu 7(8) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-awtoritajiet kompetenti għas-sorveljanza għandhom jkunu:

(a)

għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post prinċipali tal-operat tagħhom u, jekk applikabbli, l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f’wieħed mill-Istati Membri filwaqt li tipprovdi lis-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, tkun l-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni nominata jew stabbilita minn dak l-Istat Membru;

(b)

għall-organizzazzjonijiet fejn skont il-ftehimiet konklużi bejn l-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, ir-responsabbiltajiet għas-sorveljanza tas-sikurezza jkunu ġew allokati b’mod differenti mill-paragrafu 1, tkun/ikunu l-awtorità(jiet) kompetenti nnominati jew stabbilità/i skont dawk il-ftehimiet. Dawn il-ftehimiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(3) sa (6) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004;

(c)

għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu ATM/servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru fl-ispazju tal-ajru tat-territorju li għalih japplika t-Trattat u li jkollhom il-post prinċipali tal-operat tagħhom u, jekk applikabbli, l-uffiċċju rreġistrat tagħhom barra mit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”);

(d)

għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu ATM/servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru pan-Ewropew kif ukoll għall-funzjonijiet tan-netwerk kollha l-oħra fl-ispazju tal-ajru tat-territorju li fih japplika t-Trattat, tkun l-Aġenzija.

Artikolu 4

Funzjoni ta’ sorveljanza tas-sikurezza

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom teżerċita s-sorveljanza tas-sikurezza bħala parti mis-superviżjoni tagħha tar-rekwiżiti applikabbli għas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru kif ukoll għall-ATFM, ASM u għall-funzjonijiet l-oħrajn tan-netwerk, sabiex timmonitorja l-forniment sikur ta’ dawn l-attivitajiet u biex tivverifika li jintlaħqu r-rekwiżiti regolatorji applikabbli tas-sikurezza u l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni tagħhom.

2.   Meta jiġi konkluż ftehim dwar is-superviżjoni ta’ organizzazzjonijiet attivi fi blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali li jkopru l-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ iżjed minn Stat Membru wieħed jew f’każi ta’ fornimenti transkonfinali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jidentifikaw u jallokaw ir-responsabbiltajiet għas-sorveljanza tas-sikurezza b’mod li jiżgura li:

(a)

jeżistu punti speċifiċi ta’ responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ kull dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-sikurezza u r-riżultati tagħhom ikunu viżibbli għall-Istati Membri;

(c)

ikun żgurat l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti bejn l-awtorità(jiet) ta’ sorveljanza u l-awtorità li tiċċertifika.

L-Istati Membri għandhom jirrevedu regolarment il-ftehim u l-implimentazzjoni prattika tiegħu, partikolarment fid-dawl tar-riżultati miksuba fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza.

3.   Meta jiġi konkluż ftehim dwar is-superviżjoni ta’ organizzazzjonijiet attivi fi blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali (FAB) jew f’attivitajiet transkonfinali li fihom l-Aġenzija tkun l-awtorità kompetenti għal tal-inqas waħda mill-organizzazzjonijiet skont l-Artikolu 3 punt (b), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkordinaw mal-EASA sabiex ikun żgurat li l-punti (a), (b) u (c) fil-paragrafu 2 ikunu ġew sodisfatti.

Artikolu 5

Monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu monitoraġġ u valutazzjoni regolari tal-livelli ta’ sikurezza milħuqa sabiex jiddeterminaw jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli tas-sikurezza fil-blokok ta’ spazju tal-ajru li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw ir-riżultati tal-monitoraġġ tas-sikurezza sabiex jiddeterminaw b’mod partikolari l-oqsma li fihom tkun meħtieġa bħala prijorità, il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti regolatorji tas-sikurezza.

Artikolu 6

Verifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti regolatorji tas-sikurezza

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċess sabiex jivverifikaw:

(a)

il-konformità mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli tas-sikurezza qabel ma jinħareġ jew jiġġedded iċ-ċertifikat meħtieġ għall-forniment tal-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, inklużi l-kundizzjonijiet relatati mas-sikurezza li jkun hemm marbuta miegħu;

(b)

il-konformità ma’ kwalunkwe obbligu relatat mas-sikurezza fl-att tan-nomina maħruġ skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004;

(c)

il-konformità kontinwa tal-organizzazzjonijiet mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli tas-sikurezza;

(d)

l-implimentazzjoni tal-għanijiet u r-rekwiżiti tas-sikurezza, u kundizzjonijiet oħra relatati mas-sikurezza identifikati ġewwa:

(i)

id-dikjarazzjonijiet ta’ verifika tas-sistemi, fosthom kwalunkwe dikjarazzjoni rilevanti dwar il-konformità jew l-adegwatezza għall-użu, ta’ kostitwenti tas-sistemi, maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 552/2004;

(ii)

il-proċeduri ta’ valutazzjoni u tnaqqis tar-riskji, meħtieġa mir-rekwiżiti regolatorji tas-sikurezza applikabbli għas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, l-ATFM, l-ASM u l-Maniġer tan-Netwerk;

(e)

l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar is-sikurezza.

2.   Il-proċess imsemmi fil-paragrafu 1 għandu:

(a)

ikun ibbażat fuq proċeduri dokumentati;

(b)

ikun appoġġat b’dokumentazzjoni maħsuba speċifikament sabiex tipprovdi lill-persunal ta’ sorveljanza tas-sikurezza, gwida dwar kif għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom;

(c)

jipprovdi lill-organizzazzjoni kkonċernata, indikazzjoni tar-riżultati tal-attività ta’ sorveljanza tas-sikurezza;

(d)

ikun ibbażat fuq verifiki regolatorji tas-sikurezza u reviżjonijiet imwettqa skont l-Artikoli 7, 9 u 10;

(e)

jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti l-evidenza meħtieġa sabiex issostni aktar azzjonijiet, inkluż il-miżuri previsti mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Artikolu 7(7) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u mill-Artikoli 10, 25 u 68 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 f’sitwazzjonijiet fejn ma jkunux qegħdin jitħarsu r-rekwiżiti regolatorji tas-sikurezza.

Artikolu 7

Verifiki regolatorji tas-sikurezza

1.   L-awtoritajiet kompetenti, jew l-entitajiet ikkwalifikati kif iddelegati minnhom, għandhom iwettqu l-verifiki regolatorji tas-sikurezza.

2.   Il-verifiki regolatorji tas-sikurezza msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti evidenza tal-konformità mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli tas-sikurezza u l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni billi jevalwaw il-ħtieġa ta’ titjib jew azzjoni korrettiva;

(b)

ikunu indipendenti mill-attivitajiet interni ta’ awditjar li jsiru mill-organizzazzjoni kkonċernata bħala parti mis-sistemi tagħha ta’ ġestjoni tas-sikurezza jew tal-kwalità;

(c)

jitwettqu minn awdituri kwalifikati skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 12;

(d)

japplikaw għal arranġamenti ta’ implimentazzjoni kompluti jew elementi tagħhom, u għal proċessi, prodotti jew servizzi;

(e)

jistabbilixxu jekk:

(i)

l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni jikkonformawx mar-rekwiżiti regolatorji tas-sikurezza;

(ii)

l-azzjonijiet meħuda jikkonformawx mal-arranġamenti ta’ implimentazzjoni;

(iii)

ir-riżultati tal-azzjonijiet meħuda jaqblux mar-riżultati mistennija mill-arranġamenti ta’ implimentazzjoni;

(f)

iwasslu għall-korrezzjoni ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità identifikat skont l-Artikolu 8.

3.   Bħala parti mill-programm ta’ spezzjoni meħtieġ mill-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw tal-anqas darba kull sena, programm ta’ verifiki regolatorji tas-sikurezza sabiex:

(a)

ikopru l-oqsma kollha ta’ tħassib potenzjali għas-sikurezza, b’enfasi fuq dawk l-oqsma fejn ikunu ġew identifikati xi problemi;

(b)

ikopru l-organizzazzjonijiet, is-servizzi u l-funzjonijiet tan-netwerk kollha li joperaw taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti;

(c)

jiżguraw li l-verifiki jitwettqu b’mod proporzjonat mal-livell ta’ riskju ppreżentat mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni;

(d)

jiżguraw li jitwettqu biżżejjed verifiki, matul perjodu ta’ sentejn, sabiex jivverifikaw il-konformità ta’ dawn l-organizzazzjonijiet kollha mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli tas-sikurezza fl-oqsma rilevanti kollha tas-sistema funzjonali;

(e)

jiżguraw li tkun segwita l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jimmodifikaw l-ambitu tal-verifiki ppjanati minn qabel u jinkludu verifiki addizzjonali, kull fejn ikun meħtieġ.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu liema arranġamenti, elementi, servizzi, funzjonijiet, prodotti, postijiet fiżiċi u attivitajiet għandhom jiġu vverifikati fi żmien speċifikat.

6.   Għandhom jiġu dokumentati l-osservazzjonijiet tal-verifika u n-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati. Dawn tal-aħħar għandhom ikunu appoġġjati minn evidenza, u identifikati skont ir-rekwiżiti regolatorji tas-sikurezza applikabbli u l-arranġamenti tal-implimentazzjoni tagħhom li jkunu l-bażi li fuqhom twettqet il-verifika.

7.   Għandu jitħejja rapport tal-verifika li jkun jinkludi d-dettalji tan-nuqqasijiet ta’ konformità.

Artikolu 8

Azzjonijiet korrettivi

1.   L-awtoritatjiet kompetenti għandhom jikkomunikaw is-sejbiet tal-verifika lill-organizzazzjoni vverifikata u fl-istess ħin għandha titlob li jittieħdu azzjonijiet korrettivi sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet ta’ konformità identifikati, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa mir-rekwiżiti regolatorji applikabbli tas-sikurezza.

2.   L-organizzazzjoni vverifikata għandha tiddetermina l-azzjonijiet korrettivi meqjusa neċessarji sabiex tindirizza n-nuqqas ta’ konformità u ż-żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħhom.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-azzjonijiet korrettivi u l-implimentazzjoni determinata mill-organizzazzjoni verifikata, u taċċettahom jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li huma suffiċjenti sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet ta’ konformità.

4.   L-organizzazzjoni verifikata għandha tibda l-azzjonijiet korrettivi aċċettati mill-awtorità kompetenti. Dawn l-azzjonijiet korrettivi u l-proċess ta’ segwitu sussegwenti għandhom jitlestew saż-żmien aċċettat mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 9

Sorveljanza tas-sikurezza ta’ tibdil fis-sistemi funzjonali

1.   L-organizzazzjonijiet għandhom jużaw biss proċeduri aċċettati mill-awtorità kompetenti tagħhom meta jiddeċiedu jekk idaħħlux tibdil relatat mas-sikurezza fis-sistemi funzjonali tagħhom. Fil-każ tal-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta dawn il-proċeduri fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1035/2011.

2.   L-organizzazzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar kwalunkwe tibdil ippjanat relatat mas-sikurezza. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri amministrattivi xierqa skont il-liġi nazzjonali.

3.   Sakemm ma jkunx japplika l-Artikolu 10, l-organizzazzjonijiet jistgħu jimplimentaw it-tibdil innotifikat wara l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 10

Proċedura ta’ reviżjoni tat-tibdil propost

1.   L-awtorità kompetenti għandha tirrevedi l-argumenti ta’ sikurezza assoċjati ma’ sistemi funzjonali ġodda jew il-bidliet fis-sistemi funzjonali eżistenti propost minn organizzazzjoni meta:

(a)

il-valutazzjoni tas-severità mwettqa skont l-Anness II, il-punt 3.2.4 tar-Regolament (UE) Nru 1035/2011, tiddetermina livell ta’ severità 1 jew livell ta’ severità 2 għall-effetti potenzjali tal-perikli identifikati; jew

(b)

l-implimentazzjoni tal-bidliet tirrikjedi li jiddaħħlu standards ġodda tal-avjazzjoni.

Meta l-awtorità kompetenti tiddetermina l-ħtieġa ta’ reviżjoni f’sitwazzjonijiet differenti minn dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), din għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni li hija tkun ser tagħmel reviżjoni tas-sikurezza tat-tibdil innotifikat.

2.   Ir-reviżjoni għandha titwettaq b’mod proporzjonat mal-livell ta’ riskju ppreżentat mis-sistema funzjonali l-ġdida jew mit-tibdil fis-sistemi funzjonali eżistenti.

Għandha:

(a)

tuża proċeduri dokumentati;

(b)

tkun appoġġata b’dokumentazzjoni maħsuba speċifikament sabiex tipprovdi lill-persunal ta’ sorveljanza tas-sikurezza, gwida dwar kif għandhom iwettqu l-funzjonijiet tagħhom;

(c)

tikkunsidra l-għanijiet tas-sikurezza, ir-rekwiżiti tas-sikurezza u kundizzjonijiet oħra li relatati mas-sikurezza li huma relatati mat-tibdil ikkunsidrat, li jkunu ġew identifikati ġewwa:

(i)

id-dikjarazzjonijiet ta’ verifika tas-sistemi msemmijin fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004;

(ii)

id-dikjarazzjonijiet dwar il-konformità jew l-adegwatezza għall-użu, ta’ kostitwenti tas-sistemi, msemmijin fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004; jew

(iii)

id-dokumentazzjoni dwar il-valutazzjoni u t-tnaqqis tar-riskji, stabbilita skont ir-rekwiżiti regolatorji applikabbli tas-sikurezza;

(d)

tidentifika kundizzjonijiet addizzjonali relatati mas-sikurezza, assoċjati mal-implimentazzjoni tat-tibdil, kull fejn ikun meħtieġ;

(e)

tivvaluta l-aċċettabilità tal-argumenti tas-sikurezza ppreżentati, billi tikkunsidra:

(i)

l-identifikazzjoni tal-perikli;

(ii)

il-konsistenza fl-allokazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tas-severità;

(iii)

il-validità tal-għanijiet tas-sikurezza;

(iv)

il-validità, l-effikaċja u l-fattibbilità tar-rekwiżiti tas-sikurezza u kwalunkwe kundizzjoni oħra identifikata, relatata mas-sikurezza;

(v)

il-wiri li l-għanijiet u r-rekwiżiti tas-sikurezza, u kundizzjonijiet oħra relatati mas-sikurezza, ikunu qegħdin jintlaħqu kontinwament;

(vi)

il-wiri li l-proċess użat sabiex jinħolqu l-argumenti tas-sikurezza jissodisfa r-rekwiżiti regolatorji applikabbli tas-sikurezza;

(f)

tivverifika l-proċessi użati mill-organizzazzjonijiet sabiex joħolqu l-argumenti tas-sikurezza marbuta mas-sistema funzjonali l-ġdida jew il-bidliet fis-sistemi funzjonali eżistenti li jkunu qegħdin jiġu kkunsidrati;

(g)

tidentifika l-ħtieġa għall-verifika ta’ konformità kontinwa;

(h)

tinkludi kwalunkwe attività meħtieġa ta’ koordinazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza tal-ajrunavigabbiltà u l-operazzjonijiet tat-titjir;

(i)

tipprovdi notifika tal-aċċettazzjoni, bil-kundizzjonijiet fejn applikabbli, jew taċ-ċaħda, bir-raġunijiet ta’ sostenn, tat-tibdil li jkun qed jiġi kkunsidrat.

3.   Id-dħul fis-servizz, tat-tibdil li jkun qed jiġi kkunsidrat fir-reviżjoni, għandu jkun soġġett għall-aċċettazzjoni mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 11

Entitajiet kwalifikati

1.   Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tiddelega t-twettiq tal-verifiki regolatorji tas-sikurezza jew ir-reviżjonijiet skont dan ir-Regolament lil entità kkwalifikata, hija għandha tiżgura li l-kriterji użati sabiex tintgħażel entità minn fost dawk ikkwalifikati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, ikunu jinkludu dan li ġej:

(a)

l-entità kwalifikata jkollha esperjenza preċedenti fl-evalwazzjoni tas-sikurezza f’entitajiet tal-avjazzjoni;

(b)

l-entità kwalifikata ma tkunx involuta fl-istess ħin f’attivitajiet interni tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza jew tal-kwalità, tal-organizzazzjoni kkonċernata;

(c)

il-persunal kollu li għandu x’jaqsam mat-twettiq tal-verifiki regolatorji tas-sikurezza jew tar-reviżjonijiet, ikun imħarreġ u kkwalifikat b’mod adegwat u jissodisfa l-kriterji ta’ kwalifika li hemm fl-Artikolu 12(3) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-entità kwalifikata għandha taċċetta l-possibbiltà li tiġi verifikata mill-awtorità kompetenti jew minn kwalunkwe korp li jaġixxi f’isimha.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rekord tal-entitajiet kwalifikati kkummissjonati sabiex iwettqu verifiki regolatorji tas-sikurezza jew reviżjonijiet f’isimhom. F’dawn ir-rekords għandha tinżamm dokumentazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti inklużi fil-paragrafu 1.

Artikolu 12

Kapaċitajiet ta’ Sorveljanza tas-Sikurezza

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-kapaċità neċessarja sabiex jiżguraw is-sorveljanza tas-sikurezza tal-organizzazzjonijiet kollha li joperaw taħt is-superviżjoni tagħhom, inkluż riżorsi suffiċjenti sabiex iwettqu l-azzjonijiet identifikati f’dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipproduċu u jaġġornaw kull sentejn, valutazzjoni tar-riżorsi umani meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza tas-sikurezza, li tkun ibbażata fuq l-analiżi tal-proċessi meħtieġa minn dan ir-Regolament u l-applikazzjoni tagħhom.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-persuni kollha involuti fl-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza jkunu kompetenti sabiex iwettqu l-funzjoni meħtieġa. Għaldaqstant huma għandhom:

(a)

jiddefinixxu u jiddokumentaw l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-għarfien tekniku u operattiv, l-esperjenza u l-kwalifiki rilevanti għad-doveri ta’ kull pożizzjoni involuta fl-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza fi ħdan l-istruttura tagħhom;

(b)

jiżguraw taħriġ speċifiku għal dawk involuti f’attivitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza fi ħdan l-istruttura tagħhom;

(c)

jiżguraw li l-persunal maħtur sabiex iwettaq il-verifiki regolatorji tas-sikurezza, inkluż il-persunal ta’ verifika mill-entitajiet ikkwalifikati, jissodisfa l-kriterji speċifiċi ta’ kwalifika definiti mill-awtorità kompetenti. Dawn il-kriterji għandhom jindirizzaw:

(i)

l-għarfien u l-fehim tar-rekwiżiti relatati mas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, l-ATFM, l-ASM u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk, li bihom jistgħu jsiru l-verifiki regolatorji tas-sikurezza;

(ii)

l-użu ta’ tekniki ta’ valutazzjoni;

(iii)

il-ħiliet meħtieġa għat-twettiq ta’ verifika;

(iv)

il-wiri tal-kompetenza tal-awdituri permezz ta’ evalwazzjoni jew mezzi oħra aċċettabbli.

Artikolu 13

Direttivi dwar is-sikurezza

1.   L-awtorità kompetenti għandha toħroġ direttiva dwar is-sikurezza meta tiddetermina l-eżistenza ta’ kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza f’sistema funzjonali li tkun teħtieġ azzjoni immedjata.

2.   Id-direttiva dwar is-sikurezza għandha tintbagħat lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati, u bħala minimu, għandha tinkludi din l-informazzjoni:

(a)

l-identifikazzjoni tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ sikurezza;

(b)

l-identifikazzjoni tas-sistema funzjonali milquta;

(ċ)

l-azzjonijiet meħtieġa u l-ġustifikazzjoni għalihom;

(d)

il-limitu taż-żmien għall-konformità tal-azzjonijiet meħtieġa, mad-direttiva dwar is-sikurezza;

(e)

id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tibgħat kopja tad-direttiva dwar is-sikurezza lill-Aġenzija u lil kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata, b’mod partikolari dawk involuti fis-sorveljanza tas-sikurezza tas-sistema funzjonali, u lill-Kummissjoni.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità mad-direttivi applikabbli dwar is-sikurezza.

Artikolu 14

Rekords dwar is-sorveljanza tas-sikurezza

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu u jħallu aċċess għar-rekords ix-xierqa relatati mal-proċessi tagħhom ta’ sorveljanza tas-sikurezza, inklużi r-rapporti tal-verifiki regolatorji kollha tas-sikurezza u rekords oħra relatati mas-sikurezza li għandhom x’jaqsmu maċ-ċertifikati, il-ħatriet, is-sorveljanza tas-sikurezza tal-bidliet, id-direttivi dwar is-sikurezza u l-użu tal-entitajiet kwalifikati.

Artikolu 15

Rappurtar tas-sorveljanza tas-sikurezza

1.   L-awtorità kompetenti għandha tipproduċi rapport annwali tas-sorveljanza tas-sikurezza dwar l-azzjonijiet skont dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu wkoll jinkludi informazzjoni dwar dan li ġej:

(a)

l-istruttura u l-proċeduri organizzattivi tal-awtorità kompetenti;

(b)

l-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jkunu stabbilixxew jew nnominaw l-awtorità kompetenti, jekk applikabbli, u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti;

(c)

l-entitajiet kwalifikati kkummissjonati sabiex iwettqu l-verifiki regolatorji tas-sikurezza;

(d)

il-livelli eżistenti ta’ riżorsi tal-awtorità;

(e)

kwalunkwe kwistjoni ta’ sikurezza identifikata waqt il-proċessi ta’ sorveljanza tas-sikurezza operati mill-awtorità kompetenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jużaw ir-rapporti magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom meta jippreżentaw ir-rapporti annwali tagħhom lill-Kummissjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

Ir-rapport annwali dwar is-sorveljanza tas-sikurezza għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kkonċernati fil-każ ta’ blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali, tal-Aġenzija u tal-programmi jew attivitajiet imwettqa fl-ambitu ta’ arranġamenti internazzjonali għall-monitoraġġ jew il-verifika tal-implimentazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, l-ATFM, l-ASM u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk.

Artikolu 16

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu arranġamenti għal kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikoli 10 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni xierqa sabiex jiżguraw is-sorveljanza tas-sikurezza tal-organizzazzjonijiet kollha li jipprovdu servizzi jew funzjonijiet transkonfinali.

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   L-azzjonijiet li jinbdew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament abbażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 għandhom jiġu ġestiti skont mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità ta’ Stat Membru li kellha r-responsabbiltà għas-sorveljanza tas-sikurezza ta’ organizzazzjonijiet li għalihom, l-Aġenzija kienet l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 3, għandha tittrasferixxi l-funzjoni ta’ sorveljanza tas-sikurezza ta’ dawn l-organizzazzjonijiet lill-Aġenzija, tnax-il (12) xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, minbarra fil-każ ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-Maniġer tan-Netwerk fejn it-trasferiment, jekk ikun hemm, lill-Kummissjoni, megħjun mill-Aġenzija, għandu jitwettaq fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1315/2007 huwa revokat.

Artikolu 19

Emendi għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010

Fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 691/2010, il-Punt 1.1(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

ir-rapporti tal-NSA dwar is-sikurezza kif jissemma fl-Artikoli 7, 8 u 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2011 (*) kif ukoll ir-rapporti tal-NSA dwar ir-reżoluzzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sikurezza identifikati li huma soġġetti għal pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva;

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(3)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 291, 9.11.2007, p. 16.

(6)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(7)  ĠU L 185,15.7.2011, p. 1.

(8)  Ara paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(9)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1.


18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1035/2011

tas-17 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (1) (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz), u b’mod partikolari l-Artikoli 4, 6 u 7 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8b(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”), hija mitluba tadotta regoli ta’ implimentazzjoni għall-forniment ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ATM/ANS) fl-Unjoni kollha. L-Artikolu 8b(6) ta’ dak ir-Regolament jirrikjedi li dawk ir-regoli ta’ implimentazzjoni jkunu bbażati fuq ir-regolamenti adottati skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (3).

(2)

Il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fi ħdan l-Unjoni għandu jkun soġġett għal ċertifikazzjoni mill-Istati Membri jew mill-Aġenzija. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru li jikkonformaw irwieħhom mar-rekwiżiti komuni għandhom jirċievu ċertifikat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u l-Artikolu 8b(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(3)

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti komuni stabbiliti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandha tkun mingħajr preġudizzju għas-sovranità tal-Istati Membri fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom u għar-rekwiżiti tal-Istati Membri relatati mal-ordni pubbliku, mas-sikurezza pubblika u ma’ kwistjonijiet ta’ difiża, kif stipulat fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004. Ir-rekwiżiti komuni ma għandhomx ikopru l-operazzjonijiet u t-taħriġ militari, kif previst fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(4)

Id-definizzjoni ta’ rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandha tikkunsidra b’mod xieraq l-istatus legali tal-fornituri ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fl-Istati Membri. Barra minn hekk, meta organizzazzjoni twettaq attivitajiet oħra għajr il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, ir-rekwiżiti komuni ma għandhomx japplikaw għal tali attivitajiet oħrajn jew għal riżorsi allokati għal attivitajiet lil hinn mill-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor.

(5)

L-applikazzjoni ta’ rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandha tkun proporzjonata għar-riskji marbuta mal-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull attività bħalma huma l-għadd u/jew in-natura u l-karatteristiċi tal-movimenti pproċessati. F’każ li ċerti fornituri ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jagħżlu li ma jagħmlux użu mill-opportunità li jipprovdu servizzi transkonfinali fi ħdan l-ajru uniku Ewropew, awtorità kompetenti għandu tkun intitolata li tippermetti li dawk il-fornituri jikkonformaw irwieħhom bl-istess mod, rispettivament, ma’ ċerti rekwiżiti ġenerali għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u ma’ ċerti rekwiżiti speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru. Konsegwentement, il-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat għandhom jirriflettu n-natura u l-ambitu tad-deroga.

(6)

Sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-derogi mogħtija mill-awtorità kompetenti tagħhom fil-kuntest tar-rapporti annwali tagħhom.

(7)

It-tipi differenti ta’ attivitajiet ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru mhux neċessarjament ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti. Għalhekk huwa neċessarju li r-rekwiżiti komuni jiġu aġġustati skont il-karatteristiċi speċjali ta’ kull tip ta’ attività.

(8)

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandu jkollhom l-obbligu li jagħtu prova tal-konformità, għall-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat u għas-servizzi kollha koperti minnu.

(9)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti komuni, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ superviżjoni u spezzjoni regolari tal-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti komuni u mal-kundizzjonijiet speċifikati fiċ-ċertifikat. L-awtorità kompetenti għandha teżamina l-adegwatezza ta’ fornitur qabel ma toħroġ ċertifikat u għandha tivvaluta l-konformità kontinwa tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru li tkun iċċertifikat fuq bażi annwali. Konsegwentement, hija għandha tistabbilixxi u taġġorna kull sena, programm ta’ spezzjoni indikattiv li jkopri lill-fornituri kollha li tkun iċċertifikat, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji. Il-programm għandu jippermetti l-ispezzjoni tal-partijiet kollha rilevanti tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Meta tivvaluta l-konformità tal-fornituri magħżula ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru u ta’ servizzi meteoroloġiċi, l-awtorità kompetenti għandha tkun intitolata tivverifika r-rekwiżiti rilevanti li jirriżultaw mill-obbligi internazzjonali fuq l-Istat Membru ikkonċernat.

(10)

Ir-reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu jippromwovu ulterjorment approċċ komuni għas-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-Aġenzija, tista’ tagħmel arranġamenti għal dawn ir-reviżjonijiet bejn il-pari, li għandhom ikunu kkoordinati mal-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-Artikoli 24 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u kwalunkwe programm internazzjonali ieħor ta’ monitoraġġ u ta’ sorveljanza. Dan għandu jevita d-duplikazzjoni tax-xogħol. Sabiex ikun jista’ jsir skambju tal-esperjenzi u tal-aħjar prassi waqt reviżjoni bejn il-pari, l-esperti għandhom preferibbilment ikunu ġejjin minn awtorità kompetenti.

(11)

L-Eurocontrol żviluppa Rekwiżiti Regolatorji tas-Sikurezza (ESARRs) li kienu tal-ikbar importanza għall-forniment sikur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru. Skont ir-Regolament (KE) Nru 550/2004, il-Kummissjoni għandha tidentifika u tadotta d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ESARRs fir-Regolamenti tal-Unjoni. L-ESARRs trasposti fir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 kienu l-bażi għal dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni. (4)

(12)

Meta adottat ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx xieraq li tirrepeti d-dispożizzjonijiet tal-ESARR 2 dwar ir-rappurtar u l-valutazzjoni tal-okkorrenzi tas-sikurezza fl-ATM, li huma koperti mir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (5) u mid-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta’ okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (6). Madankollu, għandhom jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda dwar l-okkorrenzi tas-sikurezza li jitolbu li awtorità kompetenti, kif ġiet iddefinita minn dan ir-Regolament, tivverifika jekk il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru, u anki l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza, jissodisfawx l-arranġamenti mitluba sabiex ikopru r-rappurtar u l-valutazzjoni ta’ tali okkorrenzi.

(13)

B’mod partikolari għandu jiġi rikonoxxut li, qabel xejn, il-ġestjoni tas-sikurezza hija dik il-funzjoni tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru li tiżgura li r-riskji kollha għas-sikurezza jkunu ġew identifikati, ivvalutati u mtaffija b’mod sodisfaċenti, u li, it-tieni nett, approċċ formali u sistematiku għall-ġestjoni tas-sikurezza u għas-sistemi ta’ ġestjoni, lejn approċċ totali tas-sistema, għandu jimmassimizza l-benefiċċji tas-sikurezza b’mod viżibbli u traċċabbli. L-Aġenzija għandha tevalwa ulterjorment ir-rekwiżiti tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament u tintegrahom fi struttura regolatorja komuni għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.

(14)

Sakemm l-Aġenzija tkun abbozzat il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jittrasponu l-istandards rilevanti tal-ICAO f’miżuri ta’ implimentazzjoni, f’mezzi aċċettabbli ta’ konformità, fi speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u f’materjal ta’ gwida tal-Unjoni, il-fornituri ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom joperaw f’konformità mal-istandards rilevanti tal-ICAO. Sabiex jiffaċilitaw il-forniment transkonfinali tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, u sakemm tiġi finalizzata l-ħidma tal-Aġenzija biex tabbozza l-miżuri rilevanti li jittrasponu l-istandards tal-ICAO, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija, li fejn ikun rilevanti jaġixxu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Eurocontrol, għandhom jaħdmu sabiex jimminimizzaw id-differenzi nnotifikati mill-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-istandards tal-ICAO fil-qasam tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru bil-għan li jintlaħaq sett komuni ta’standards bejn l-Istati Membri fi ħdan l-ajru uniku Ewropew.

(15)

L-arranġamenti nazzjonali differenti fir-rigward tar-responsabbiltà ma għandhomx jipprevjenu lill-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru milli jagħmlu ftehimiet dwar il-forniment transkonfinali ta’ servizzi, ladarba l-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru jkunu stabbilixxew arranġamenti biex ikopru t-telf għad-danni mġarrba mir-responsabbiltajiet skont il-liġi applikabbli. Il-metodu li jintuża għandu jkun konformi mar-rekwiżiti legali nazzjonali. L-Istati Membri li jippermettu l-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fl-ispazju tal-ajru kollu li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jew f’parti minnu, mingħajr ċertifikazzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 550/2004, għandhom ikopru r-responsabbiltajiet ta’ dawk il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru.

(16)

L-Aġenzija għandha tevalwa ulterjorment id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk relatati mal-valutazzjoni tas-sikurezza tal-bidliet fil-forniment tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru mill-organizzazzjoni ċċertifikata u mal-persunal tal-inġinerija u dak tekniku, u għandha toħroġ Opinjoni sabiex tadattahom għal approċċ totali tas-sistema, billi tikkunsidra l-integrazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fl-istruttura regolatorja komuni għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u l-esperjenza miksuba mill-partijiet interessati u mill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tas-sikurezza.

(17)

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-ajru) (7) jeżiġi li għandhom jiġu stabbiliti funzjonijiet speċifiċi msejħa funzjonijiet tan-netwerk sabiex jippermettu użu ottimali tal-ispazju tal-ajru u tar-riżorsi skarsi, filwaqt li jippermettu li l-utenti jkollhom l-ikbar aċċess possibbli għall-ispazju tal-ajru kif ukoll il-ħila li joperaw trajettorji ppreferuti. Kif inhu pprovdut fir-Regolament (KE) Nru 551/2004, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (8) jinkludi d-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet għall-entità involuta fil-forniment ta’ dawn il-funzjonijiet.

(18)

Għall-eżekuzzjoni sikura ta’ ċerti funzjonijiet tan-netwerk, l-entità involuta hi soġġetta għal ċerti rekwiżiti. Dawn ir-rekwiżiti għandhom l-għan li jiżguraw li l-entità jew l-organizzazzjoni topera b’mod sikur u huma stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010. Dawn huma rekwiżiti għas-sikurezza tal-organizzazzjoni li huma ferm simili għal dawk ir-rekwiżiti ġenerali li huma applikabbli għall-fornituri ta’ ANS imma ġew adattati għar-responsabbiltajiet tas-sikurezza tal-funzjonijiet tan-netwerk. Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar ir-regolamentazzjoni tal-avjazzjoni -enfasizza l-ħtieġa biex is-sorveljanza regolatorja tiġi separata mill-forniment ta’ servizzi jew ta’ funzjonijiet. F’konformità ma’ dan il-prinċipju, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 jistipula li l-entità nnominata sabiex twettaq il-funzjonijiet ta’ ġestjoni tan-netwerk jeħtieġ li tkun soġġetta għal arranġamenti ta’ sorveljanza xierqa. Is-sorveljanza tal-Maniġer tan-Netwerk għandha titwettaq mill-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija.

(19)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 għandu jiġi mħassar.

(20)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà [sikurezza] tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 (9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru (10) għandhom jiġu emendati sabiex ikunu adattati għal dan ir-Regolament.

(21)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku li ġie stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru.

Madankollu, sakemm l-Anness I jew II ma jipprovdux mod ieħor, dawk ir-rekwiżiti komuni ma japplikawx għal:

(a)

attivitajiet oħrajn għajr il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru minn fornitur;

(b)

riżorsi allokati għal attivitajiet lil hinn mill-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament Regolament (KE) Nru 549/2004 u l-Artikolu 3 tar-regolament (KE) Nru 216/2008. Madankollu, id-definizzjoni ta’ “ċertifikat” fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tapplikax.

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“xogħol fl-ajru” tfisser operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru fejn inġenju tal-ajru jintuża għal servizzi speċjalizzati bħall-agrikoltura, il-kostruzzjoni, il-fotografija, l-istħarriġ, l-osservazzjoni u l-pattulja, it-tfittxija u s-salvataġġ jew ir-reklami fl-ajru;

(2)

“trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru li tinvolvi t-trasport ta’ passiġġieri, ta’ merkanzija jew ta’ posta bi ħlas jew b’kiri;

(3)

“sistema funzjonali” tfisser kombinament ta’ sistemi, proċeduri u riżorsi umani organizzati sabiex iwettqu funzjoni fi ħdan il-kuntest tal-ATM;

(4)

“avjazzjoni ġenerali” tfisser kwalunkwe operazzjoni b’inġenji tal-ajru ċivili minbarra xogħol fl-ajru jew trasport kummerċjali bl-ajru;

(5)

“awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali” tfisser il-korp jew il-korpi nnominat(i) jew stabbilit(i) mill-Istati Membri bħala l-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza tagħhom skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004;

(6)

“periklu” tfisser kwalunkwe kundizzjoni, avveniment, jew ċirkustanza li tista’ tikkaġuna aċċident;

(7)

“organizzazzjoni” tfisser entità li tipprovdi servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru;

(8)

“organizzazzjoni operattiva” tfisser organizzazzjoni responsabbli mill-forniment ta’ servizzi tal-inġinerija u tekniċi li jappoġġjaw servizzi tat-traffiku tal-ajru, ta’ komunikazzjoni, ta’ navigazzjoni jew ta’ sorveljanza;

(9)

“riskju” tfisser il-kombinament tal-probabbiltà globali, jew il-frekwenza tal-okkorrenza ta’ effett li jagħmel il-ħsara kkaġunat minn periklu u s-severità ta’ dak l-effett;

(10)

“assigurazzjoni tas-sikurezza” tfisser l-azzjonijiet ippjanati u sistematiċi kollha neċessarji sabiex tkun fornuta fiduċja adegwata li prodott, servizz, organizzazzjoni jew sistema funzjonali jilħaq sikurezza aċċettabbli jew tollerabbli;

(11)

“objettiv tas-sikurezza” tfisser dikjarazzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva li tiddefinixxi l-frekwenza jew il-probabbiltà massima li biha jista’ jkun mistenni li jseħħ periklu;

(12)

“rekwiżit tas-sikurezza” tfisser mezz ta’ mitigazzjoni tar-riskju, iddefinit mill-istrateġija ta’ mitigazzjoni tar-riskju, li jikseb objettiv partikolari tas-sikurezza, inklużi rekwiżiti organizzattivi, operattivi, proċedurali, funzjonali, ta’ prestazzjoni, u ta’ interoperabbiltà jew karatteristiċi ambjentali;

(13)

“servizzi” tfisser jew servizz tan-navigazzjoni tal-ajru jew grupp ta’ tali servizzi;

(14)

“servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru pan-Ewropew” tfisser servizz li huwa mfassal u stabbilit għall-utenti fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jew fl-Istati Membri kollha u li jista’ jkun estiż ukoll lil hinn mill-ispazju tal-ajru tat-territorju li għalih japplika t-Trattat.

(15)

“Fornitur ta’ Servizz tan-Navigazzjoni tal-Ajru” tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata li tipprovdi ANS għal traffiku tal-ajru ġenerali, inkluża organizzazzjoni li tkun ressqet applikazzjoni għal ċertifikat sabiex tipprovdi tali servizzi.

Artikolu 3

Awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni

1.   Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandha tkun:

(a)

għall-organizzazzjonijiet li jkollhom il-post prinċipali tal-ħidma tagħhom u, jekk jeżisti, l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru, l-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali nnominata jew stabbilita minn dak l-Istat Membru;

(b)

għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ispazju tal-ajru tat-territorju li għalih japplika t-Trattat u li jkollhom il-post prinċipali tal-ħidma tagħhom u, jekk jeżisti, l-uffiċċju rreġistrat tagħhom barra mit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, l-Aġenzija;

(c)

għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru pan-Ewropej fl-ispazju tal-ajru tat-territorju li għalih japplika t-Trattat, l-Aġenzija.

2.   L-awtorità kompetenti għas-sorveljanza tas-sikurezza għandha tkun l-awtorità iddeterminata skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2011 (11).

Artikolu 4

Għoti taċ-ċertifikati

1.   Sabiex jiksbu ċ-ċertifikat neċessarju biex ikunu jistgħu jipprovdu ANS, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, l-organizzazzjonijiet għandhom jikkonformaw irwieħhom ma’ li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti ġenerali għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru stabbiliti fl-Anness I;

(b)

ir-rekwiżiti speċifiċi addizzjonali stabbiliti fl-Annessi II sa V skont it-tip ta’ servizz li jipprovdu.

2.   Awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità ta’ organizzazzjoni mar-rekwiżiti komuni qabel ma toħroġilha ċertifikat.

3.   Organizzazzjoni għandha tikkonforma ruħha mar-rekwiżiti komuni sa mhux aktar tard miż-żmien meta jinħareġ iċ-ċertifikat skont:

(a)

l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004;

(b)

l-Artikolu 8b(2) u l-Artikolu 22a(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Artikolu 5

Derogi

1.   B’deroga mil-Artikolu 4(1), ċerti fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu mill-opportunità li jipprovdu servizzi transkonfinali u jistgħu jirrinunzjaw għad-dritt ta’ rikonoxximent reċiproku fi ħdan l-ajru uniku Ewropew.

F’dawk iċ-ċirkustanzi, huma jistgħu jressqu applikazzjoni għal ċertifikat li jkun limitat għall-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

2.   Sabiex jagħmel tali applikazzjoni, fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jipprovdi servizzi jew jippjana li jipprovdihom biss fir-rigward ta’ kategorija waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

xogħol fl-ajru;

(b)

avjazzjoni ġenerali;

(c)

trasport kummerċjali bl-ajru limitat għal inġenji tal-ajru b’inqas minn 10 tunnellati ta’ massa ta’ tluq massima jew inqas minn 20 sit tal-passiġġieri;

(d)

trasport kummerċjali bl-ajru b’inqas minn 10 000 moviment fis-sena, irrispettivament mill-massa ta’ tluq massima u min-numru ta’ sitijiet tal-passiġġieri, fejn il-“movimenti” jingħaddu bħala t-total tat-tluq u ta’ nżul u jiġu kkalkulati bħala medja fuq it-tliet snin preċedenti.

Sabiex issir tali applikazzjoni, fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għajr fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru, għandu jkollu fatturat annwali gross ta’ EUR 1 000 000 jew inqas fir-rigward tas-servizzi li jipprovdi jew li qed jippjana li jipprovdi.

Fejn, minħabba raġunijiet oġġettivi prattiċi, fornitur ta’ ANS ma jkunx jista’ jipprovdi evidenza li huwa jissodisfa dawk il-kriterji, l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta figuri jew previżjonijiet analogi fir-rigward tal-limiti massimi ddefiniti fit-tielet u fir-raba’ subparagrafi.

Meta jissottometti applikazzjoni bħal din, il-fornitur ta’ ANS għandu, fl-istess ħin, jissottometti lill-awtorità kompetenti, l-evidenza rilevanti rigward il-kriterji ta’ kwalifika.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi speċifiċi lill-applikanti li jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 1, b’mod proporzjonat għall-kontribut tagħhom għall-ATM fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.

Dawn id-derogi jistgħu jkunu relatati biss mar-rekwiżiti mniżżla fl-Anness I.

Madankollu, ma għandha tingħata l-ebda deroga għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

kompetenza u kapaċità tekniċi u operattivi (punt 1);

(b)

ġestjoni tas-sikurezza (punt 3.1);

(c)

riżorsi umani (punt 5);

(d)

forniment miftuħ u trasparenti tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru (punt 8.1).

4.   Minbarra d-derogi msemmijin fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi lill-applikanti li jipprovdu servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjir minn ajrudromi billi joperaw regolarment mhux iżjed minn pożizzjoni waħda ta’ ħidma fi kwalunkwe ajrudrom. Hija għandha tagħmel dan b’mod proporzjonat għall-kontribut tal-applikanti għall-ATM fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.

Dawk id-derogi jistgħu jkunu relatati biss mar-rekwiżiti li ġejjin tal-punt 3 tal-Anness II,:

(a)

ir-responsabbiltà għall-ġestjoni tas-sikurezza kif ukoll servizzi u provvisti esterni (il-punt 3.1.2 (b) u (e));

(b)

l-istħarriġ dwar is-sikurezza (il-punt 3.1.3(a));

(c)

ir-rekwiżiti tas-sikurezza għall-valutazzjoni u għall-mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-bidliet (il-punt 3.2).

5.   Ma għandha tingħata l-ebda deroga mir-rekwiżiti fl-Anness III, IV jew V.

6.   Skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 550/2004, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tispeċifika n-natura u l-ambitu tad-deroga fil-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat billi tindika l-bażi legali tagħha;

(b)

tillimita l-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat, fejn dan ikun ikkunsidrat bħala neċessarju għal finijiet ta’ sorveljanza;

(c)

timmonitorja jekk il-fornituri ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jibqgħux jikkwalifikaw għad-deroga.

Artikolu 6

Turija tal-konformità

1.   L-organizzazzjonijiet għandhom jipprovdu l-evidenza kollha rilevanti biex juru l-konformità mar-rekwiżi komuni applikabbli, meta jintalbu jagħmlu dan mill-awtorità kompetenti. L-organizzazzjonijiet jistgħu jagħmlu użu sħiħ mid-dejta eżistenti.

2.   Organizzazzjoni ċċertifikata għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti bil-bidliet ippjanati fil-forniment ta’ ANS tagħha li jistgħu jaffettwaw il-konformità tagħha mar-rekwiżiti komuni applikabbli jew mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat, fejn dan ikun applikabbli.

3.   Meta organizzazzjoni ċċertifikata ma tibqax iktar konformi mar-rekwiżiti komuni applikabbli jew, fejn ikun applikabbli, mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat, l-awtorità kompetenti, fi żmien xahar minn meta tiskopri n-nuqqas ta’ konformità, għandha teżiġi li l-organizzazzjoni tieħu azzjoni korrettiva.

Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-organizzazzjoni rilevanti.

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-azzjoni korrettiva tkun ġiet implimentata qabel ma tinnotifika l-approvazzjoni tagħha lill-organizzazzjoni rilevanti.

Fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-azzjoni korrettiva ma tkunx ġiet implimentata sewwa fl-iskeda ta’ żmien miftiehma mal-organizzazzjoni, hija għandha tieħu miżuri xierqa ta’ infurzar kif inhu pprovdut fl-Artikolu 7(7) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u fl-Artikolu 10, l-Artikolu 22a(d), u l-artikoli 25 u 68 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, filwaqt li tikkunsidra l-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru.

Artikolu 7

Faċilitazzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità

L-organizzazzjonijiet għandhom jiffaċilitaw l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ mill-awtorità kompetenti jew minn entità kkwalifikata li taġixxi f’isem din tal-aħħar, inklużi ż-żjarat fuq il-post u ż-żjarat mingħajr avviż minn qabel.

Il-persuni awtorizzati għandhom jingħataw is-setgħa biex iwettqu l-atti li ġejjin:

(a)

jeżaminaw ir-rekords, id-dejta u l-proċeduri rilevanti kif ukoll kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru;

(b)

jieħdu kopji ta’, jew siltiet minn tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor;

(c)

jitolbu spjegazzjoni orali fuq il-post;

(d)

jidħlu f’bini, f’artijiet jew f’mezzi ta’ trasport rilevanti.

Tali spezzjonijiet u stħarriġ, meta jsiru minn awtorità kompetenti jew minn entità kkwalifikata li qed taġixxi f’isimhom, għandhom jitwettqu f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru li fih ikunu se jitwettqu.

Artikolu 8

Konformità kontinwa

L-awtorità kompetenti għandha, abbażi tal-evidenza għad-dispożizzjoni tagħha, timmonitorja kull sena l-konformità kontinwa tal-organizzazzjonijiet li tkun iċċertifikat.

Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u taġġorna fuq bażi annwali programm ta’ spezzjoni indikattiv li jkopri lill-fornituri kollha li tkun iċċertifikat u li jkun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet differenti li jikkostitwixxu s-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajruipprovduti. Hija għandha tikkonsulta lill-organizzazzjoni kkonċernata kif ukoll lil kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata, jekk dan ikun xieraq, qabel ma tistabbilixxi tali programm.

Il-programm għandu jindika l-intervall previst tal-ispezzjonijiet tas-siti differenti.

Artikolu 9

Regolamentazzjoni tas-sikurezza tal-persunal tal-inġinerija u dak tekniku

Fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru, ta’ komunikazzjoni, ta’ navigazzjoni jew ta’ sorveljanza, l-awtorità kompetenti jew kwalunkwe awtorità oħra nnominata minn Stat Membru sabiex twettaq dan il-kompitu għandha:

(a)

toħroġ regoli xierqa dwar is-sikurezza għall-persunal tal-inġinerija u dak tekniku li jwettaq kompiti relatati mas-sikurezza operattiva;

(b)

tiżgura sorveljanza adegwata u xierqa tas-sikurezza tal-persunal tal-inġinerija u dak tekniku li jkun assenjat minn kwalunkwe organizzazzjoni operattiva sabiex iwettaq kompiti relatati mas-sikurezza operattiva;

(c)

għal raġunijiet validi u wara investigazzjoni xierqa, tieħu azzjoni adegwata fir-rigward tal-organizzazzjoni operattiva u/jew tal-persunal tekniku u tal-inġinerija tagħha li ma jissodisfawx id-dispożizzjonijiet tal-punt 3.3 tal-Anness II;

(d)

tivverifika li jkun hemm stabbiliti metodi xierqa li jiżguraw li terzi persuni assenjati għal kompiti relatati mas-sikurezza operattiva jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 3.3 tal-Anness II.

Artikolu 10

Proċedura tar-reviżjoni bejn il-pari

1.   Il-Kummissjoni, li taġixxi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-Aġenzija, tista’ tagħmel arranġamenti għal reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali skont il-paragrafi 2 sa 6.

2.   Reviżjoni bejn il-pari għandha ssir minn tim ta’ esperti nazzjonali u, fejn ikun xieraq, minn osservaturi mill-Aġenzija.

Tim għandu jkun magħmul minn esperti li jkunu ġejjin minn tal-anqas tliet Stati Membri differenti u mill-Aġenzija.

L-esperti ma għandhomx jipparteċipaw f’reviżjonijiet bejn il-pari fl-Istat Membru fejn ikunu impjegati.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm grupp ta’ esperti nazzjonali, innominati mill-Istati Membri, li għandu jkopri l-aspetti kollha tar-rekwiżiti komuni kif ġie elenkat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

3.   Mhux inqas minn tliet xhur qabel reviżjoni bejn il-pari, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru u lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali kkonċernata bir-reviżjoni bejn il-pari, id-data meta jkun skedat li se ssir u l-identità tal-esperti li se jieħdu sehem fiha.

L-Istat Membru li l-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tiegħu tkun soġġetta għal reviżjoni għandu japprova t-tim ta’ esperti qabel ma dan ikun jista’ jagħmel ir-reviżjoni.

4.   Fi żmien perjodu ta’ tliet xhur wara r-reviżjoni, it-tim ta’ reviżjoni għandu jfassal rapport, mibni fuq il-kunsens tal-membri tat-tim, li jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet.

Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħa mal-Aġenzija, mal-esperti u mal-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali sabiex tiddiskuti r-rapport.

5.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-rapport lill-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru jista’, fi żmien tliet xhur minn meta jirċevih, jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jinkludu, fejn ikun rilevanti, il-miżuri li jkun ħa jew li jkun biħsiebu jieħu l-Istat Membru biex iwieġeb għar-reviżjoni f’perjodu ta’ żmien partikolari.

Sakemm ma jintlaħaqx ftehim mod ieħor mal-Istat Membru kkonċernat, ir-rapport tar-reviżjoni u s-segwitu tiegħu ma għandhomx jiġu ppubblikati.

6.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri, permezz tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, bis-sejbiet prinċipali ta’ dawn ir-reviżjonijiet fuq bażi annwali.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajruli jkollhom ċertifikat maħruġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkunsidrati bħala li għandhom ċertifikat maħruġ skont dan ir-Regolament.

2.   L-applikanti għal ċertifikat ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajruli jkunu ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u ma kienx għadu nħarġilhom ċertifikat f’dik id-data, għandhom juru konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat.

3.   Fejn l-organizzazzjonijiet li, l-Aġenzija għandha tkun l-awtorità kompetenti tagħhom skont l-Artikolu 3, ikunu ressqu applikazzjoni quddiem awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali ta’ Stat Membru għall-ħruġ ta’ ċertifikat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu jiffinalizza l-proċess ta’ ċertifikazzjoni f’koordinazzjoni mal-Aġenzija u għandu jittrasferixxi l-fajl lill-Aġenzija malli jinħareġ iċ-ċertifikat.

Artikolu 12

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 2096/2005 huwa mħassar.

Artikolu 13

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 482/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 482/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4(5), ir-referenza għar-“Regolament (KE) Nru 2096/2005” għandha tiġi sostitwita b’referenza għar-“Regolament tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 (*);

(2)

l-Artikolu 6 jitħassar.

(3)

fil-punt 1 u fil-punt 2 tal-Anness I, ir-referenzi għar-“Regolament (KE) Nru 2096/2005” għandhom jiġu sostitwiti b’referenza għar-“Regolament tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011”.

Artikolu 14

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 691/2010

Fir-Regolament (UE) Nru 691/2010, l-Artikolu 25 huwa mħassar.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 335, 21.12.2005, p. 13.

(5)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.

(6)  ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23.

(7)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(8)  ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1.

(9)  ĠU L 141, 31.5.2008, p. 5.

(10)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1.

(11)  Ara paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(*)  ĠU L 271, 18.10.2011, p 23.”


ANNESS I

Rekwiżiti ġenerali għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru

1.   KOMPETENZA U KAPAĊITÀ TEKNIĊI U OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom ikunu jistgħu jipprovdu s-servizzi tagħhom b’mod sikur, effiċjenti, kontinwu u sostenibbli li jkun konsistenti ma’ kwalunkwe livell raġonevoli ta’ domanda ġenerali għal spazju tal-ajru partikolari. Għal dan il-għan, huma għandhom iżommu kapaċità u kompetenza teknika u operattiva adegwati.

2.   STRUTTURA U ĠESTJONI ORGANIZZATTIVI

2.1.   Struttura organizzattiva

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jistabbilixxu u jiġġestixxu l-organizzazzjoni tagħhom skont struttura li tappoġġa l-forniment sikur, effiċjenti u kontinwu ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru.

L-istruttura organizzattiva għandha tiddefinixxi:

(a)

l-awtorità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-karigi nnominati, b’mod partikolari tal-persunal tal-maniġment inkarigat minn funzjonijiet relatati mas-sikurezza, il-kwalità, is-sigurtà, il-finanzi u r-riżorsi umani;

(b)

ir-relazzjoni u l-linji ta’ rappurtar bejn partijiet u proċessi differenti tal-organizzazzjoni.

2.2.   Ġestjoni organizzattiva

2.2.1.   Pjan tan-negozju

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandhom jipproduċu pjan tan-negozju li jkopri perjodu minimu ta’ ħames snin. Il-pjan tan-negozju għandu:

(a)

jistabbilixxi l-għanijiet u l-miri ġenerali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajruu l-istrateġija tiegħu sabiex jilħaqhom b’mod konsistenti ma’ kwalunkwe pjan ġenerali għal perjodu itwal ta’ żmien tal-fornitur u mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni għall-iżvilupp tal-infrastruttura jew ta’ teknoloġija oħra;

(b)

ikun fih miri xierqa ta’ prestazzjoni f’termini ta’ sikurezza, kapaċità, ambjent u kost-effettività, kif jista’ jkun applikabbli.

L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) u (b) għandha tkun konsistenti mal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u, sa fejn jikkonċerna d-dejta dwar is-sikurezza, għandha tkun konsistenti mal-Programm tas-Sikurezza tal-Istat imsemmi fl-Istandard 2.27.1 tal-Anness 11 għall-ICAO, l-Emenda 47B mill-20 ta’ Lulju 2009, kif ikun applikabbli.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jipproduċu ġustifikazzjonijiet f’termini ta’ sikurezza u ta’ negozju għal proġetti kbar ta’ investiment inkluż, fejn ikun rilevanti, l-impatt stmat fuq il-miri tal-prestazzjoni xierqa msemmija fil-punt 2.2(b) u għandhom jidentifikaw l-investimenti li jirriżultaw mir-rekwiżiti legali assoċjati mal-implimentazzjoni tas-SESAR.

2.2.2.   Pjan annwali

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jipproduċu pjan annwali li jkopri s-sena li jmiss, li għandu jispeċifika ulterjorment il-karatteristiċi tal-pjan tan-negozju u jiddeskrivi kwalunkwe bidla li tkun saritlu.

Il-pjan annwali għandu jkopri d-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar il-livell u l-kwalità tas-servizz bħal-livell mistenni tal-kapaċità, tas-sikurezza, tal-ħarsien ambjentali u ta’ kost-effettività kif jista’ jkun applikabbli:

(a)

informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura ġdida jew żviluppi oħrajn u dikjarazzjoni dwar kif dawn se jagħtu kontribut għat-titjib tal-prestazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, inklużi l-livell u l-kwalità tas-servizzi;

(b)

indikaturi tal-prestazzjoni konsistenti mal-pjan ta’ prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali msemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 li abbażi tagħhom ikunu jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli kemm il-livell tal-prestazzjoni kif ukoll il-kwalità tas-servizz;

(ċ)

informazzjoni dwar il-miżuri previsti għall-mitigazzjoni tar-riskji għas-sikurezza identifikati fil-pjan tas-sikurezza tal-fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, inklużi l-indikaturi tas-sikurezza għal monitoraġġ tar-riskju għas-sikurezza u, fejn ikun xieraq, l-ispiża stmata tal-miżuri ta’ mitigazzjoni;

(d)

il-pożizzjoni finanzjarja mistennija tul perjodu qasir ta’ żmien tal-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrukif ukoll kwalunkwe bidla fi, jew kwalunkwe impatt fuq il-pjan tan-negozju.

2.2.3.   Parti tal-prestazzjoni tal-pjan

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandu jqiegħed il-kontenut tal-parti tal-prestazzjoni tal-pjan tan-negozju u tal-pjan annwali għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-liġi nazzjonali.

3.   ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA U TAL-KWALITÀ

3.1.   Ġestjoni tas-sikurezza

Il-fornituri ta’ ANS għandhom jiġġestixxu s-sikurezza tas-servizzi kollha tagħhom. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jistabbilixxu interfaċċji formali mal-partijiet interessati kollha li jistgħu jinfluwenzaw direttament is-sikurezza tas-servizzi tagħhom.

Il-fornituri għandhom jiżviluppaw proċeduri għall-ġestjoni tas-sikurezza meta jintroduċu sistemi funzjonali ġodda jew meta jibdlu s-sistemi funzjonali eżistenti.

3.2.   Sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandu jkollhom fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità li tkopri lis-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrukollha li jipprovdu, skont il-prinċipji li ġejjin.

Is-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għandha:

(a)

tiddefinixxi l-politika ta’ kwalità b’tali mod li tissodisfa kemm jista’ jkun il-ħtiġijiet ta’ utenti differenti;

(b)

tistabbilixxi programm ta’ assigurazzjoni tal-kwalità li jkun jinkludi proċeduri mfassla sabiex jivverifikaw li l-operazzjonijiet kollha jkunu qed jitwettqu skont ir-rekwiżiti, l-istandards u l-proċeduri applikabbli;

(ċ)

tipprovdi evidenza tal-funzjonament tas-sistema ta’ kwalità permezz ta’ manwali u ta’ dokumenti ta’ monitoraġġ;

(d)

taħtar rappreżentanti tal-maniġment sabiex jimmonitorjaw il-konformità ma’, u l-adegwatezza tal-proċeduri ħalli jkunu żgurati prattiki operattivi sikuri u effiċjenti;

(e)

twettaq eżamijiet tas-sistema ta’ kwalità fis-seħħ u tieħu azzjonijiet ta’ rimedju, kif ikun xieraq.

Ċertifikat EN ISO 9001, maħruġ minn organizzazzjoni akkreditata b’mod xieraq, li jkopri lis-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrutal-fornitur, għandu jiġi kkunsidrat bħala mezz suffiċjenti ta’ konformità. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandu jaċċetta l-iżvelar tad-dokumentazzjoni relatata maċ-ċertifikazzjoni lill-awtorità kompetenti jekk jiġi mitlub biex jagħmel dan minn din tal-aħħar.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrujistgħu jintegraw is-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza, tas-sigurtà u tal-kwalità fis-sistema ta’ ġestjoni tagħhom.

3.3.   Manwali tal-operazzjonijiet

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jipprovdu u jżommu aġġornati l-manwali tal-operazzjonijiet relatati mal-forniment tas-servizzi tagħhom għall-użu u għall-gwida tal-persunal tal-operazzjonijiet.

Huma għandhom jiżguraw li:

(a)

il-manwali tal-operazzjonijiet ikun fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa mill-persunal tal-operazzjonijiet sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom;

(b)

il-partijiet rilevanti tal-manwali tal-operazzjonijiet ikunu aċċessibbli għall-persunal ikkonċernat;

(ċ)

il-persunal tal-operazzjonijiet jiġi informat minnufih bl-emendi fil-manwal tal-operazzjonijiet li jkunu japplikaw għad-dmirijiet tiegħu kif ukoll bid-dħul fis-seħħ tagħhom.

4.   SIGURTÀ

Il-fornituri servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà sabiex jiżguraw:

(a)

is-sigurtà tal-faċilitajiet u tal-persunal tagħhom ħalli jipprevjenu interferenza illegali fil-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru;

(b)

is-sigurtà tad-dejta operattiva li jirċievu jew li jipproduċu jew li jużaw b’mod ieħor, ħalli l-aċċess għaliha jkun ristrett għal dawk li jkunu awtorizzati biss.

Is-sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà għandha tiddefinixxi:

(a)

il-proċeduri relatati mal-valutazzjoni u mal-mitigazzjoni tar-riskju għas-sigurtà, il-monitoraġġ u t-titjib tas-sigurtà, ir-reviżjonijiet tas-sigurtà u t-tixrid tal-għarfien miksub;

(b)

il-mezzi mfassla ta’ detezzjoni ta’ ksur tas-sigurtà u biex jiġbdu l-attenzjoni tal-persunal bi twissijiet xierqa dwar is-sigurtà;

(ċ)

il-mezzi sabiex jitrażżnu l-effetti tal-ksur tas-sigurtà u biex jiġu identifikati proċeduri ta’ azzjoni ta’ rkupru u ta’ mitigazzjoni ħalli ma jitħalliex li dawn jerġgħu jseħħu.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jiżguraw l-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal tagħhom, jekk dan ikun xieraq, u għandhom jikkoordinaw mal-awtoritajiet ċivili u militari rilevanti sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-faċilitajiet, tal-persunal u tad-dejta tagħhom.

Is-Sistemi ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza, tal-Kwalità u tas-Sigurtà jistgħu jkunu mfassla u jitħaddmu bħala sistema integrata ta’ ġestjoni.

5.   RIŻORSI UMANI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom jimpjegaw persunal b’ħiliet xierqa sabiex jiżguraw il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrub’mod sikur, effiċjenti, kontinwu u sostenibbli. F’dan il-kuntest, għandhom jistabbilixxu politiki għar-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal.

6.   SAĦĦA FINANZJARJA

6.1.   Kapaċità ekonomika u finanzjarja

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom, bħalma huma l-ispejjeż fissi u varjabbli tat-tħaddim jew l-ispejjeż tal-investimenti kapitali. Huma għandhom jużaw sistema xierqa ta’ kontabbiltà tal-ispejjeż. Huma għandhom juru l-kapaċitajiet tagħhom permezz tal-pjan annwali kif imsemmi fil-punt 2.2.2 kif ukoll permezz tal-karti tal-bilanċ u l-kontabbiltà kif ikun prattikabbli skont l-istatut legali tagħhom.

6.2.   Verifika finanzjarja

Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom juru li qed issirilhom verifika indipendenti fuq bażi regolari.

7.   RESPONSABBILTÀ U KOPERTURA TAL-ASSIGURAZZJONI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandu jkollhom stabbiliti arranġamenti sabiex ikunu koperti r-responsabbiltajiet tagħhom li jirriżultaw mil-liġi applikabbli.

Il-metodu użat sabiex tkun ipprovduta l-kopertura għandu jkun adattat għat-telf u għad-dannu potenzjali inkwistjoni, fejn jiġu kkunsidrati l-istatus legali tal-organizzazzjoni u l-livell tal-kopertura tal-assigurazzjoni kummerċjali disponibbli.

Fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajruli jagħmel użu mis-servizzi ta’ fornitur ieħor ta’ ANS għandu jiżgura ruħu li l-ftehimiet ikopru l-allokazzjoni tar-responsabbiltà bejniethom.

8.   KWALITÀ TAS-SERVIZZI

8.1.   Forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru miftuħ u trasparenti

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandhom jipprovdu servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrub’mod miftuħ u trasparenti. Huma għandhom jippubblikaw il-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-servizzi tagħhom u għandhom jistabbilixxu proċess ta’ konsultazzjoni formali mal-utenti tal-ANS fuq bażi regolari, b’mod individwali jew b’mod kollettiv, u mill-anqas darba fis-sena.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajruma għandhomx jagħmlu diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew tal-identità tal-utent jew tal-klassi tal-utenti skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni.

8.2.   Pjanijiet ta’ kontinġenza

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandu jkollhom stabbiliti pjanijiet ta’ kontinġenza għas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrukollha li jipprovdu f’każ ta’ avvenimenti li jwasslu għal degradazzjoni jew interruzzjoni sinifikanti tal-operazzjonijiet tagħhom.

9.   REKWIŻITI TA’ RAPPURTAR

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom ikunu jistgħu jipprovdu rapport annwali tal-attivitajiet tagħhom lill-awtorità kompetenti rilevanti.

Dan ir-rapport għandu jkopri r-riżultati finanzjarji tagħhom mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004, kif ukoll il-prestazzjoni operattiva tagħhom u kwalunkwe attività u żvilupp sinifikanti oħrajn b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza.

Bħala minimu, ir-rapport annwali għandu jinkludi:

(a)

valutazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni tas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru ġġenerati,

(b)

il-prestazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrumeta mqabbla mal-miri tal-prestazzjoni stabbiliti fil-pjan tan-negozju msemmi fil-punt 2.2.1, li tirrikonċilja l-prestazzjoni effettiva mal-pjan annwali permezz tal-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fil-pjan annwali,

(ċ)

jipprovdi spjegazzjoni għad-differenzi mal-miri, u jidentifika miżuri sabiex titneħħa kwalunkwe diskrepanza matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004,

(d)

l-iżviluppi fl-operazzjonijiet u fl-infrastruttura,

(e)

ir-riżultati finanzjarji, sakemm dawn ma jkunux ippubblikati separatament skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004,

(f)

informazzjoni dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni formali mal-utenti tas-servizzi tiegħu,

(g)

informazzjoni dwar il-politika tar-riżorsi umani.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajrugħandhom iqiegħdu l-kontenut tar-rapport annwali għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija, meta jintalbu jagħmlu dan, u tal-pubbliku skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-liġi nazzjonali.


ANNESS II

Rekwiżiti speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru

1.   SJIEDA

Il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jagħmlu espliċiti lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004:

(a)

L-istatus legali tagħhom, l-istruttura tas-sjieda tagħhom u kwalunkwe arranġament li jkollu impatt sinifikanti fuq il-kontroll tal-assi tagħhom,

(b)

kwalunkwe konnessjoni ma’ organizzazzjonijiet li mhumiex involuti fil-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, inklużi l-attivitajiet kummerċjali li jkunu involuti fihom direttament jew permezz ta’ impriżi relatati, li jammontaw għal iżjed minn 1 % tad-dħul mistenni tagħhom. Barra minn hekk, huma għandhom jinnotifikaw kwalunkwe bidla fi kwalunkwe sehem waħdieni li jirrappreżenta 10 % jew aktar tal-ishma totali tagħhom.

Il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jipprevjenu kwalunkwe sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi li tista’ tikkomprometti l-forniment imparzjali u oġġettiv tas-servizzi tagħhom.

2.   FORNIMENT TA’ SERVIZZI MIFTUĦ U TRASPARENTI

Minbarra l-punt 8.1 tal-Anness I, u fejn Stat Membru jiddeċiedi li jorganizza l-forniment ta’ servizzi speċifiċi ta’ traffiku tal-ajru f’ambjent kompetittiv, dak l-Istat Membru jista’ jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżgura ruħu li l-fornituri ta’ dawn is-servizzi speċifiċi tat-traffiku tal-ajru la jkollhom imġiba li jkollha bħala l-objettiv jew l-effett tagħha l-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, u lanqas ikollhom imġiba li tammonta għal abbuż minn pożizzjoni dominanti skont il-liġi nazzjonali u l-liġi tal-Unjoni applikabbli.

3.   SIKUREZZA TAS-SERVIZZI

3.1.   Sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza (SMS)

3.1.1.   Rekwiżiti ġenerali tas-sikurezza

Il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru, bħala parti integrali mill-ġestjoni tas-servizzi tagħhom, għandu jkollhom fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza (SMS) li:

(a)

tiżgura approċċ formalizzat, espliċitu u proattiv għal ġestjoni sistematika tas-sikurezza ħalli jiġu sodisfatti r-responsabbiltajiet tas-sikurezza tagħhom fil-forniment tas-servizzi tagħhom; topera fir-rigward tas-servizzi kollha tagħhom u tal-arranġamenti ta’ appoġġ li jaqgħu taħt il-kontroll maniġerjali tagħha; u tinkludi, bħala l-bażi tagħha, dikjarazzjoni tal-politika tas-sikurezza li tiddefinixxi l-approċċ fundamentali tal-organizzazzjoni biex tiġġestixxi s-sikurezza (ġestjoni tas-sikurezza),

(b)

tiżgura li kull min huwa involut fl-aspetti tas-sikurezza tal-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru jkollu responsabbiltà individwali mis-sikurezza għall-azzjonijiet tagħhom stess, li l-maniġers ikunu responsabbli mill-prestazzjoni tas-sikurezza tad-dipartimenti jew tad-diviżjonijiet rispettivi tagħhom u li l-maniġment superjuri tal-fornitur iġorr ir-responsabbiltà kumplessiva tas-sikurezza (responsabbiltà tas-sikurezza),

(ċ)

tiżgura li l-kisba ta’ sikurezza sodisfaċenti fis-servizzi tat-traffiku tal-ajru tingħata l-ogħla prijorità (prijorità tas-sikurezza),

(d)

tiżgura li filwaqt li jkunu pprovduti servizzi tat-traffiku tal-ajru, l-objettiv prinċipali tas-sikurezza jkun li jiġi minimizzat il-kontribut tagħha għar-riskju ta’ aċċident ta’ inġenju tal-ajru sakemm dan ikun raġonevolment prattikabbli (objettiv tas-sikurezza).

3.1.2.   Rekwxiżiti għall-kisba tas-sikurezza

Fit-tħaddim tal-SMS, il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom:

(a)

jiżguraw irwieħhom li l-persunal ikun imħarreġ b’mod adegwat u jkun kompetenti għax-xogħol li jkun meħtieġ jagħmel, minbarra li jkollu liċenzja xierqa jekk dan ikun mitlub u jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-kundizzjoni medika (kompetenza),

(b)

jiżguraw irwieħhom li tkun identifikata funzjoni tas-SMS mar-responsabbiltà organizzattiva għall-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza; jiżguraw irwieħhom li dan il-punt ta’ responsabbiltà jkun indipendenti mill-amministrazzjoni, u jkun irid jingħata rendikont tiegħu direttament lill-ogħla livell tal-organizzazzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ organizzazzjonijiet żgħar fejn il-kombinament tar-responsabbiltajiet jista’ jipprevjeni indipendenza suffiċjenti f’dan ir-rigward, l-arranġamenti għall-assigurazzjoni tas-sikurezza għandhom jiġu supplimentati b’mezzi indipendenti addizzjonali; u jiżguraw irwieħhom li l-maniġment superjuri tal-organizzazzjoni tal-fornitur tas-servizzi jkun involut b’mod attiv fl-iżgurar ta’ ġestjoni tas-sikurezza (responsabbiltà tal-ġestjoni tas-sikurezza),

(ċ)

jiżguraw li, kull fejn ikun prattikabbli, ikunu dderivati livelli kwantitattivi ta’ sikurezza u li dawn jinżammu għas-sistemi funzjonali kollha (livelli kwantitattivi tas-sikurezza),

(d)

jiżguraw li l-SMS tiġi ddokumentata sistematikament b’mod li jipprovdi konnessjoni ċara mal-politika dwar is-sikurezza tal-organizzazzjoni (dokumentazzjoni tal-SMS),

(e)

jiżguraw ġustifikazzjoni adegwata tas-sikurezza tas-servizzi u tal-provvisti pprovduti esternament, wara li jikkunsidraw is-sinifikat f’termini ta’ sikurezza tagħhom fil-forniment tas-servizzi tagħhom (servizzi u provvisti esterni),

(f)

jiżguraw li jitwettqu valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju f’livell xieraq sabiex ikun żgurat li tingħata kunsiderazzjoni dovuta lill-aspetti kollha tal-forniment ta’ ATM (valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju). Fir-rigward tal-bidliet fis-sistema funzjonali tal-ATM, għandu japplika l-punt 3.2,

(g)

jiżguraw li l-okkorrenzi operattivi jew tekniċi tal-ATM li jkunu kkunsidrati bħala li għandhom implikazzjonijiet sinifikanti għas-sikurezza jiġu investigati minnufih, u li tittieħed kwalunkwe azzjoni korrettiva neċessarja (okkorrenzi tas-sikurezza). Huma għandhom juru wkoll li jkunu implimentaw ir-rekwiżiti dwar ir-rappurtar u l-valutazzjoni tal-okkorrenzi tas-sikurezza skont il-liġi nazzjonali u l-liġi tal-Unjoni applikabbli.

3.1.3.   Rekwiżiti għall-assigurazzjoni tas-sikurezza

Fl-operat tal-SMS, il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw li:

(a)

isir stħarriġ tas-sikurezza bħala kwistjoni ta’ rutina, sabiex ikun rakkomandat titjib fejn dan ikun meħtieġ, biex tingħata assigurazzjoni lill-maniġers tas-sikurezza tal-attivitajiet li jaqgħu taħt l-oqsma tagħhom u tkun ikkonfermata l-konformità mal-partijiet rilevanti tal-SMS (stħarriġ tas-sikurezza),

(b)

jiddaħħlu fis-seħħ metodi ta’ detezzjoni ta’ bidliet fis-sistemi jew fl-operazzjonijiet li jistgħu jissuġġerixxu li xi element ikun qiegħed joqrob lejn punt fejn l-istandards aċċettabbli tas-sikurezza ma jkunux jistgħu jintlaħqu aktar, u li tittieħed azzjoni korrettiva (monitoraġġ tas-sikurezza),

(ċ)

jinżammu rekords tas-sikurezza sakemm iddum taħdem l-SMS bħala bażi sabiex tingħata assigurazzjoni tas-sikurezza lil dawk kollha assoċjati ma’ responsabbli għal, jew dipendenti fuq is-servizzi pprovduti, u lill-awtorità kompetenti (rekords tas-sikurezza).

3.1.4.   Rekwiżiti għall-promozzjoni tas-sikurezza

Fl-operat tal-SMS, il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw li:

(a)

il-persunal kollu jkun konxju mill-perikli potenzjali għas-sikurezza konnessi mad-dmirijiet tagħhom (kuxjenza mis-sikurezza),

(b)

l-għarfien miksub li jirriżulta mill-investigazzjonijiet tal-okkorrenzi tas-sikurezza u minn attivitajiet oħra dwar is-sikurezza jiġi mxerred fi ħdan l-organizzazzjoni fuq il-livelli maniġerjali u operattivi (tixrid tal-għarfien miksub),

(ċ)

il-persunal kollu jiġi mħeġġeġ b’mod attiv sabiex jipproponi soluzzjonijiet għal perikli identifikati, u jsiru bidliet sabiex tittejjeb is-sikurezza fejn jidher li dawn ikunu meħtieġa (titjib tas-sikurezza).

3.2.   Rekwiżiti tas-sikurezza għall-valutazzjoni u għall-mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-bidliet

3.2.1.   Taqsima 1

Fl-operat tal-SMS, il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw li l-identifikazzjoni tal-perikli kif ukoll il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju jitwettqu b’mod sistematiku għal kwalunkwe bidla f’dawk il-partijiet tas-sistema funzjonali tal-ATM u fl-arranġamenti ta’ appoġġ taħt il-kontroll maniġerjali tagħhom, f’mod li jindirizza:

(a)

iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-parti kostitwenti tas-sistema funzjonali tal-ATM taħt kunsiderazzjoni, mill-ippjanar u d-definizzjoni inizjali sal-operazzjonijiet ta’ wara l-implimentazzjoni, il-manutenzjoni u d-dekummissjonament;

(b)

il-komponenti fl-ajru, fl-art u, jekk ikun xieraq, spazjali tas-sistema funzjonali tal-ATM, permezz ta’ kooperazzjoni mal-partijiet responsabbli; u

(ċ)

it-tagħmir, il-proċeduri u r-riżorsi umani tas-sistema funzjonali tal-ATM, l-interazzjonijiet bejn dawn l-elementi u l-interazzjonijiet bejn il-parti kostitwenti taħt kunsiderazzjoni u l-bqija tas-sistema funzjonali tal-ATM.

3.2.2.   Taqsima 2

Il-proċessi ta’ identifikazzjoni tal-perikli, ta’ valutazzjoni tar-riskju kif ukoll ta’ mitigazzjoni tar-riskju għandhom jinkludu:

(a)

determinazzjoni tal-ambitu, tal-limiti u tal-interfaċċji tal-parti kostitwenti li tkun qed tiġi kkunsidrata, kif ukoll l-identifikazzjoni tal-funzjonijiet li għandha twettaq il-parti kostitwenti u l-ambjent tal-operazzjonijiet li fih mistennija topera;

(b)

determinazzjoni tal-objettivi tas-sikurezza li għandhom jitqiegħdu fuq il-parti kostitwenti, li tinkorpora:

(i)

identifikazzjoni tal-perikli u tal-kundizzjonijiet ta’ ħsara kredibbli relatati mal-ATM flimkien mal-effetti kombinati tagħhom,

(ii)

valutazzjoni tal-effetti li jista’ jkollhom fuq is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, kif ukoll valutazzjoni tas-severità ta’ dawk l-effetti, bl-użu tal-iskema ta’ klassifikazzjoni tas-severità stabbilita fit-Taqsima 4,

(iii)

determinazzjoni tat-tollerabbiltà tagħhom, f’termini tal-probabbiltà massima tal-okkorrenza tal-periklu, derivata mis-severità u l-probabbiltà massima tal-effetti tal-periklu, b’mod konsistenti mat-Taqsima 4;

(ċ)

id-derivazzjoni, kif ikun xieraq, ta’ strateġija ta’ mitigazzjoni tar-riskju li:

(i)

tispeċifika d-difiżi li għandhom jiġu implimentati biex jipproteġu kontra l-perikli li fihom ir-riskji,

(ii)

tinkludi, kif ikun neċessarju, l-iżvilupp ta’ rekwiżiti tas-sikurezza li potenzjalment jistgħu jaffettwaw il-parti kostitwenti taħt kunsiderazzjoni, jew partijiet oħrajn tas-sistema funzjonali tal-ATM, jew l-ambjent tal-operazzjonijiet, u

(iii)

tippreżenta assigurazzjoni tal-fattibbiltà u tal-effikaċja tagħha;

(d)

verifika li l-objettivi tas-sikurezza u r-rekwiżiti tas-sikurezza kollha li ġew identifikati jkunu ntlaħqu:

(i)

qabel ma timplimenta l-bidla,

(ii)

matul kwalunkwe fażi ta’ tranżizzjoni għas-servizz operattiv,

(iii)

matul il-ħajja operattiva tagħha, u

(iv)

matul kwalunkwe fażi ta’ tranżizzjoni sad-dekummissjonament.

3.2.3.   Taqsima 3

Ir-riżultati, il-prinċipji bażiċi assoċjati u l-evidenza tal-proċessi ta’ valutazzjoni u ta’ mitigazzjoni tar-riskju, inkluża l-identifikazzjoni tal-perikli, għandhom jinġabru u jiġu ddokumentati b’mod li jiżgura li:

(a)

jiġu stabbiliti argumenti kompluti sabiex jintwera li l-parti kostitwenti taħt kunsiderazzjoni, kif ukoll is-sistema funzjonali globali tal-ATM huma, u se jibqa’ jkollhom livell tollerabbli ta’ sikurezza billi jilħqu l-objettivi u r-rekwiżiti allokati tas-sikurezza. Dan għandu jinkludi, kif ikun xieraq, l-ispeċifikazzjonijiet ta’ kwalunkwe teknika ta’ previżjoni, ta’ monitoraġġ jew ta’ stħarriġ li tkun qed tintuża,

(b)

ir-rekwiżiti kollha tas-sikurezza relatati mal-implimentazzjoni ta’ bidla jkunu traċċabbli għall-operazzjon-jiet/funzjonijiet intenzjonati.

3.2.4.   Taqsima 4

Identifikazzjoni tal-perikli u valutazzjoni tas-severità

Għandha ssir identifikazzjoni sistematika tal-perikli. Is-severità tal-effetti tal-perikli f’ambjent partikolari ta’ operazzjonijiet għandha tiġi ddeterminata permezz tal-iskema ta’ klassifikazzjoni murija fit-tabella li ġejja, filwaqt li l-klassifikazzjoni tas-severità għandha tkun imsejsa fuq argument speċifiku li juri l-effett l-aktar probabbli tal-perikli, fl-iktar sitwazzjoni ħażina possibbli.

Klassi ta’ severità

Effett fuq l-operazzjonijiet

1

(L-ogħla livell ta’ severità)

Aċċident kif definit bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

2

Inċident serju kif definit bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010

3

Inċident kbir assoċjat mal-operat ta’ inġenju tal-ajru, fejn is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru setgħet ġiet kompromessa, billi wasslet biex l-inġenju tal-ajru għal ftit ma ħabatx ma’ inġenju tal-ajru ieħor, mal-art jew ma’ xi ostakli

4

Inċident sinifikanti li jinvolvi ċirkustanzi li jindikaw li seta’ seħħ aċċident, inċident serju jew inċident kbir, li kieku r-riskju ma ġiex ġestit fi ħdan il-marġini tas-sikurezza, jew li kieku fil-qrib kien hemm inġenju tal-ajru ieħor

5

(L-inqas livell ta’ severità)

L-ebda effett immedjat fuq is-sikurezza

Sabiex ikun dedott l-effett ta’ periklu fuq l-operazzjonijiet u sabiex tiġi ddeterminata s-severità tiegħu, l-approċċ/il-proċess sistematiku għandu jinkludi l-effetti tal-perikli fuq id-diversi elementi tas-sistema funzjonali tal-ATM, bħalma huma l-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-kapaċitajiet funzjonali tal-inġenju tal-ajru, il-kapaċitajiet funzjonali tal-parti fuq l-art tas-sistema funzjonali tal-ATM, u l-abbiltà li jiġu pprovduti servizzi tat-traffiku tal-ajru sikuri.

Skema ta’ klassifikazzjoni tar-riskji

L-objettivi tas-sikurezza bbażati fuq ir-riskju għandhom jiġu stabbiliti f’termini tal-probabbiltà massima ta’ okkorrenza tal-periklu, li tkun idderivata kemm mis-severità tal-effett tiegħu kif ukoll mill-probabbiltà massima tal-effett tal-periklu.

Bħala kompliment neċessarju għat-turija li l-objettivi kwantitattivi stabbiliti ġew sodisfatti, għandhom jiġu applikati kunsiderazzjonijiet addizzjonali dwar il-ġestjoni tas-sikurezza sabiex kull meta jkun raġonevoli, tiġi miżjuda aktar sikurezza mas-sistema tal-ATM.

3.2.5.   Taqsima 5

Sistema ta’ garanzija tas-sikurezza tas-softwer

Fl-operat tas-sistema ta’ SMS, fornitur ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jimplimenta sistema ta’ garanzija tas-sikurezza tas-softwer skont ir-Regolament (KE) Nru 482/2008

3.3.   Rekwiżiti tas-sikurezza għall-persunal tal-inġinerija u dak tekniku li jwettaq kompiti relatati mas-sikurezza operattiva

Il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiżguraw irwieħhom li l-persunal tekniku u tal-inġinerija, inkluż il-persunal tal-organizzazzjonijiet operattivi sottokuntrattati li joperaw u li jaħdmu fuq il-manutenzjoni tat-tagħmir tal-ATM approvat għall-użu operattiv tagħhom, ikollu u jżomm għarfien u fehim suffiċjenti tas-servizzi li jkun qed jappoġġja, tal-effetti reali u potenzjali tax-xogħol tiegħu dwar is-sikurezza ta’ dawk is-servizzi, u tal-limiti ta’ ħidma xierqa li jridu jiġu applikati.

Fir-rigward tal-persunal involut f’kompiti relatati mas-sikurezza, inkluż il-persunal ta’ organizzazzjonijiet operattivi sottokuntrattati, il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jiddokumentaw l-adegwatezza tal-kompetenza tal-persunal; l-arranġamenti stabbiliti għat-tfassil ta’ skeda tax-xogħol (roster) sabiex ikunu żgurati kapaċità u kontinwità suffiċjenti tas-servizz; l-iskemi ta’ u l-politika dwar il-kwalifiki tal-persunal, il-politika dwar it-taħriġ tal-persunal, il-pjanijiet u r-rekords tat-taħriġ kif ukoll l-arranġamenti għas-superviżjoni ta’ persunal mhux ikkwalifikat. Huma għandu jkollhom proċeduri stabbiliti għal każijiet fejn il-kundizzjoni fiżika jew mentali tal-persunal tkun dubjuża.

Il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom iżommu reġistru ta’ informazzjoni dwar l-għadd, l-istatus u l-użu tal-persunal involut f’kompiti relatati mas-sikurezza.

Dak ir-reġistru għandu:

(a)

jidentifika l-maniġers responsabbli mill-funzjonijiet relatati mas-sikurezza;

(b)

iżomm rekord tal-kwalifiki rilevanti tal-persunal tekniku u operattiv skont ir-rekwiżiti tal-ħiliet u tal-kompetenzi mitluba;

(ċ)

jispeċifika l-postijiet u d-dmirijiet li l-persunal tekniku u operattiv ikun assenjat fihom, inkluża kwalunkwe metodoloġija ta’ tfassil ta’ skeda tax-xogħol.

4.   METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu jistgħu juru li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi tagħhom huma konformi mal-istandards fl-annessi li ġejjin għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru kkonċernat:

(a)

L-Anness 2 dwar ir-regoli tal-ajru fl-10 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2005, inklużi l-emendi kollha sa Nru 42;

(b)

L-Anness 10 dwar it-telekomunikazzjonijiet ajrunawtiċi, Volum II dwar il-proċeduri ta’ komunikazzjoni inklużi dawk bi Status ta’ PANS fis-sitt edizzjoni tiegħu ta’ Ottubru 2001, inklużi l-emendi kollha sa Nru 85;

(ċ)

L-Anness 11 dwar is-servizzi tat-traffiku tal-ajru fit-13-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha sa Nru 47-B.


(1)  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35.


ANNESS III

Rekwiżiti speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi meteoroloġiċi

1.   KOMPETENZA U KAPAĊITÀ TEKNIĊI U OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi meteoroloġiċi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meteoroloġika, neċessarja għat-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom u f’forma adattata għall-utenti, tkun disponibbli għal:

(a)

l-operaturi u l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira għall-ippjanar ta’ qabel u ta’ waqt it-titjira,

(b)

il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru u ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjiriet,

(ċ)

l-unitajiet tas-servizzi ta’ tfittxija u ta’ salvataġġ,

(d)

l-ajrudromi.

Il-fornituri ta’ servizzi meteoroloġiċi għandhom jikkonfermaw il-livell ta’ eżattezza li jista’ jintlaħaq tal-informazzjoni mqassma għall-operazzjonijiet, inkluż is-sors ta’ tali informazzjoni, filwaqt li jiżguraw ukoll li tali informazzjoni titqassam suffiċjentement fi żmien xieraq, u tiġi aġġornata kif ikun meħtieġ.

2.   METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi meteoroloġiċi għandhom ikunu jistgħu juru li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi tagħhom huma konformi mal-istandards fl-annessi li ġejjin għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi meteoroloġiċi fl-ispazju tal-ajru kkonċernat:

(a)

L-Anness 3 dwar is-servizz meteoroloġiku għan-navigazzjoni internazzjonali tal-ajru fis-17-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2010, inklużi l-emendi kollha sa Nru 75;

(b)

L-Anness 11 dwar is-servizzi tat-traffiku tal-ajru fit-13-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha sa Nru 47-B;

(ċ)

L-Anness 14 dwar l-ajrudromi fil-verżjonijiet li ġejjin:

(i)

Il-Volum I dwar id-disinn u l-operazzjonijiet tal-ajrudromi fil-5 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2009, inklużi l-emendi kollha sa Nru 10-B,

(ii)

Il-Volum II dwar il-ħeliporti fit-3 edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2009, inklużi l-emendi kollha sa Nru 4.


ANNESS IV

Rekwiżiti speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika

1.   KOMPETENZA U KAPAĊITÀ TEKNIĊI U OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizz ta’ informazzjoni ajrunawtika għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u d-dejta jkunu disponibbli għall-operazzjonijiet f’forma adattata għal:

(a)

persunal li jopera t-titjira, inkluż l-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll għalll-ippjanar tat-titjiriet, is-sistemi ta’ ġestjoni tat-titjiriet u s-simulaturi tat-titjiriet, u

(b)

il-fornituri ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru li jkunu responsabbli mis-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjiriet, mis-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjiriet tal-ajrudromi u mill-forniment ta’ informazzjoni ta’ qabel it-titjira.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika għandhom jiżguraw l-integrità tad-dejta u għandhom jikkonfermaw il-livell ta’ eżattezza tal-informazzjoni mqassma għall-operazzjonijiet, inkluż is-sors ta’ tali informazzjoni, qabel ma tali informazzjoni tiġi mqassma.

2.   METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika għandhom ikunu jistgħu juru li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi tagħhom huma konformi mal-istandards

(a)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 (1);

(b)

fl-annessi li ġejjin għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sa fejn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika fl-ispazju tal-ajru kkonċernat:

(i)

L-Anness 3 dwar is-servizz meteoroloġiku għan-navigazzjoni internazzjonali tal-ajru fis-17-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2010, inklużi l-emendi kollha sa Nru 75;

(ii)

L-Anness 4 dwar il-mapep ajrunawtiċi fil-11-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2009, inklużi l-emendi kollha sa Nru 56;

(iii)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 73/2010, l-Anness 15 dwar is-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika fit-13-il edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2010, inklużi l-emendi kollha sa Nru 36.


(1)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6.


ANNESS V

Rekwiżiti speċifiċi għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza

1.   KOMPETENZA U KAPAĊITÀ TEKNIĊI U OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza għandhom jiżguraw id-disponibbiltà, il-kontinwità, l-eżattezza u l-integrità tas-servizzi tagħhom.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza għandhom jikkonfermaw il-livell ta’ kwalità tas-servizzi li jkunu qed jipprovdu u għandhom juru li t-tagħmir tagħhom qed jingħata manutenzjoni regolari u, fejn ikun meħtieġ, jiġi kkalibrat.

2.   SIKUREZZA TAS-SERVIZZI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt 3 tal-Anness II dwar is-sikurezza tas-servizzi.

3.   METODI TA’ ĦIDMA U PROĊEDURI OPERATTIVI

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza għandhom ikunu jistgħu juru li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi tagħhom huma konformi mal-istandards tal-Anness 10 dwar it-telekomunikazzjonijiet ajrunawtiċi għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fil-verżjonijiet li ġejjin sa fejn dawn ikunu rilevanti għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni, navigazzjoni jew sorveljanza fl-ispazju tal-ajru kkonċernat:

(a)

Il-Volum I dwar l-għajnuniet għan-navigazzjoni bir-radju fis-sitt edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2006, inklużi l-emendi kollha sa Nru 85;

(b)

Il-Volum II dwar il-proċeduri ta’ komunikazzjoni inklużi dawk bi status ta’ PANS fis-sitt edizzjoni tiegħu ta’ Ottubru 2001, inklużi l-emendi kollha sa Nru 85;

(c)

Il-Volum III dwar is-sistemi ta’ komunikazzjoni fit-tieni edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2007, inklużi l-emendi kollha sa Nru 85;

(d)

Il-Volum IV dwar is-sistemi ta’ sorveljanza bir-radar u għall-evitar tal-kolliżjonijiet fir-raba’ edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2007, inklużi l-emendi kollha sa Nru 85;

(e)

Il-Volum V dwar l-użu tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju ajurunawtiku fit-tieni edizzjoni tiegħu ta’ Lulju 2001, inklużi l-emendi kollha sa Nru 85.


18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/42


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1036/2011

tas-17 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi r-rati tal-imgħax li għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-ispejjeż għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet għas-sena fiskali tal-2012 tal-FAEG

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 fir-rigward tal-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Billi

(1)

L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) tal-miżuri ta’ intervent taħt forma ta’ operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku u l-kontabbiltà tal-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri (2), jipprovdi li n-nefqa marbuta mal-ispejjeż finanzjarji mġarrba mill-Istati Membri waqt il-mobilizzazzjoni tal-fondi biex jinxtraw il-prodotti għandha tkun determinata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness IV għar-Regolament.

(2)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-punt I.1 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006 il-kalkolu tal-ispejjeż finanzjarji konċernati jsir abbażi ta’ rata tal-imgħax li hija l-istess fl-Unjoni kollha u li hija stabbilita mill-Kummissjoni fil-bidu ta’ kull sena fiskali. Din ir-rata tal-imgħax tikkorrispondi għal medja tar-rati bil-quddiem tal-Euribor għal terminu ta’ tliet xhur u ta’ tnax-il xahar, miġbura matul is-sitt xhur ta’ qabel il-komunikazzjoni mill-Istati Membri stabbilita fl-ewwel paragrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV imsemmi qabel, u b’valur ta’ terz u żewġ terzi rispettivament. Din ir-rata trid tiġi ffissata fil-bidu ta’ kull sena fiskali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG).

(3)

Madankollu, jekk ir-rata tal-imgħax ikkomunikata minn Stat Membru tkun inqas mir-rata tal-imgħax li hija l-istess fl-Unjoni kollha, għandha tiġi stabbilita rata tal-imgħax fil-livell tat-taxxa nnotifikata f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006.

(4)

Barra minn hekk, f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe komunikazzjoni minn Stat Membru, fil-forma u sal-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV imsemmi, ir-rata tal-imgħax li hija r-responsabbiltà ta’ dak l-Istat Membru għandha titqies li hija ta’ żero. Jekk Stat Membru jiddikjara li ma ġarrab l-ebda spejjeż tal-imgħax għaliex ma kellux prodotti agrikoli mqegħda fil-ħżin pubbliku matul il-perjodu ta’ referenza, ir-rata tal-imgħax li hija l-istess fl-Unjoni kollha ffissata mill-Kummissjoni tapplika għal dak l-Istat Membru. Id-Danimarka, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall u s-Slovenja ddikjaraw li huma ma kellhom l-ebda spiża tal-imgħax għaliex ma kellhomx prodotti agrikoli mqegħda fil-ħżin pubbliku matul il-perjodu ta’ referenza.

(5)

Fid-dawl tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni, ir-rati tal-imgħax applikabbli għas-sena fiskali tal-2012 tal-FAEG għandhom jiġu stabbiliti billi jitqiesu dawn id-diversi fatturi.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi man-notifika tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan-nefqa marbuta mal-ispejjeż finanzjarji mġarrba mill-Istati Membri fil-mobilizzazzjoni tal-fondi intenzjonati għax-xiri ta’ prodotti ta’ intervent li għandhom jitħallsu mis-sena fiskali 2012 tal-Fondi Agrikoli Ewropej ta’ Garanzija (FAEG), ir-rati tal-imgħax previsti fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006 skont l-Artikolu 4(1)(a) tal-istess Regolament għandhom ikunu ta’:

(a)

0,0 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli f’Ċipru, l-Estonja u l-Litwanja

(b)

0,5 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fil-Finlandja

(ċ)

0,6 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fir-Renju Unit

(d)

0,9 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fil-Ġermanja

(e)

1,0 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fl-Irlanda

(f)

1,2 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fil-Belġju

(g)

1,3 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fl-Awstrija

(h)

1,4 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fir-Repubblika Ċeka

(i)

1,8 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fl-Isvezja

(j)

1,9 % fil-każ tar-rata tal-imgħax li hija l-istess għall-Unjoni kollha applikabbli fl-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.


18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/44


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1037/2011

tas-17 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

EC

31,1

MA

42,0

MK

55,2

ZA

35,6

ZZ

41,0

0707 00 05

TR

132,0

ZZ

132,0

0709 90 70

EC

33,4

TR

116,3

ZZ

74,9

0805 50 10

AR

65,1

BR

38,2

CL

60,5

TR

65,3

UY

56,8

ZA

76,2

ZZ

60,4

0806 10 10

BR

182,7

CL

79,6

TR

119,8

ZA

64,2

ZZ

111,6

0808 10 80

AR

61,9

BR

62,6

CA

105,2

CL

69,3

CN

66,1

NZ

115,4

US

96,0

ZA

101,5

ZZ

84,8

0808 20 50

AR

50,6

CL

85,4

CN

104,3

TR

133,7

ZZ

93,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/46


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1038/2011

tas-17 ta’ Ottubru 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/12 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1004/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 267, 12.10.2011, p. 9.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-18 ta’ Ottubru 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

49,78

0,00

1701 11 90  (1)

49,78

0,00

1701 12 10  (1)

49,78

0,00

1701 12 90  (1)

49,78

0,00

1701 91 00  (2)

51,45

2,03

1701 99 10  (2)

51,45

0,00

1701 99 90  (2)

51,45

0,00

1702 90 95  (3)

0,51

0,21


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/691/PESK

tas-17 ta’ Ottubru 2011

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (1)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2), u l-Azzjoni Konġunta 2008/123/PESK (3) li taħtar lis-Sur Pieter FEITH bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo.

(2)

Fil-5 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/270/PESK (4) li taħtar lis-Sur Fernando GENTILINI bħala r-RSUE fil-Kosovo sal-31 ta’ Lulju 2011.

(3)

Fit-28 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/478/PESK (5) li testendi l-mandat tar-RSUE sat-30 ta’ Settembru 2011.

(4)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż sal-31 ta’ Jannar 2012.

(5)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ twaqqaf milli jintlaħqu l-objettivi tal-azzjoni esterni tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċizjoni 2011/270/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sur Fernando GENTILINI huwa b’dan maħtur bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo mill-1 ta’ Mejju 2011 sal-31 ta’ Jannar 2012. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”.

(2)

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Mejju 2011 sat-30 ta’ Settembru 2011 għandu jkun ta’ EUR 690 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Jannar 2012 għandu jkun ta’ EUR 770 000.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2011.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(3)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 88.

(4)  ĠU L 119, 7.5.2011, p. 12.

(5)  ĠU L 197, 29.7.2011, p. 12.


18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Ottubru 2011

fuq talba tar-Renju Unit biex taċċetta d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7228)

(It-test Ingliż biss hu awtentiku)

(2011/692/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 331(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw fil-5 ta’ April 2011 d-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (1);

(2)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit ma pparteċipax fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhux marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(3)

Skont l-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Lulju 2011 dwar l-intenzjoni li taċċetta d-Direttiva.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2011/36/UE għandha tapplika għar-Renju Unit.

Artikolu 2

Id-Direttiva 2011/36/UE għandha tidħol fis-seħħ għar-Renju Unit mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

18.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2005

dwar il-pjan ta’ ristrutturar tal-industrija Spanjola tal-faħam u l-għajnuna statali għas-snin 2003-2005, implementata minn Spanja għas-snin 2003 u 2004

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 5410)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/693/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, b’mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom, b’mod konformi mal-Artikolu msemmi (1) u filwaqt li kkunsidrat dawn l-osservazzjonijiet,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2002, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, pjan ta’ ristrutturar tal-industrija Spanjola tal-faħam skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament(KE) Nru 1407/2002 tat-23 ta’ Lulju 2002 dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (2).

(2)

Permezz tal-ittri tad-19 ta’ Frar 2003 u tal-31 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali. Spanja ppreżentat din l-informazzjoni fl-ittri mibgħuta fit-18 ta’ April 2003 u fit-3 ta’ Ottubru 2003.

(3)

Permezz tal-ittra tas-16 ta’ Ġunju 2003, Spanja introduċiet l-EKO-Ordni Ministerjali 768/2003 tas-17 ta’ Marzu, li tirregola l-għajnuna lill-industrija tal-minjieri tal-faħam għas-sena 2003.

(4)

Permezz tal-ittra tat-8 ta’ Awwissu 2003, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, Spanja rrappurtat l-ammont ta’ għajnuna pprovduta lill-kumpanija tal-minjieri għas-sena 2003.

(5)

Permezz tal-ittri tat-18 ta’ Awwissu 2003 u tat-18 ta’ Settembru 2003, Spanja bagħtet informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-unitajiet ta’ produzzjoni, skont kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/871/KE tas-17 ta’ Ottubru 2002 li tistabbilixxi qafas konġunt għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni bżonnjuża għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002 dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (3).

(6)

Permezz tal-ittra tal-10 Frar 2004, Spanja ppreżentat l-Ordni Ministerjali li tirregola l-għajnuna lill-industrija tal-minjieri tal-faħam għas-sena 2004.

(7)

Permezz tal-ittra tat-30 ta’ Marzu 2004 l-Kummissjoni infurmat lil Spanja li, wara li analizzat l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli, iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2). Din id-deċiżjoni ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

(8)

Permezz tal-ittri tat-30 ta’ Ġunju 2004 u tas-16 ta’ Lulju 2004, Spanja pprovdiet informazzjoni addizzjonali dwar il-pjan ta’ ristrutturar.

(9)

Permezz tal-ittra tad-19 ta’ Frar 2005, Spanja ppreżentat l-Ordni Ministerjali li tirregola l-għajnuna lill-industrija tal-minjieri tal-faħam għas-sena 2005.

(10)

Permezz tal-ittra tas-7 ta’ Settembru 2005, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali. Permezz tal-ittra tal-20 ta’ Ottubru 2005, Spanja rrispondiet billi pprovdiet informazzjoni addizzjonali dwar il-pjan ta’ ristrutturar.

(11)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata minn Spanja, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar ir-ristrutturar tal-industrija Spanjola tal-faħam u, f’każ li dik l-opinjoni fuq il-pjan tkun favorevoli, ukoll dwar l-għajnuna għas-snin 2003, 2004 u 2005.

(12)

Għall-pjan ta’ ristrutturar u l-miżuri finanzjarji jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1407/2002. Skont l-Artikolu 10(1) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-konformità tal-pjan ta’ ristrutturar mal-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikoli 4 sa 8 u dwar ir-rilevanza tagħhom skont l-għanijiet tar-Regolament imsemmi. Barra minn hekk, jekk il-Kummissjoni tagħti opinjoni favorevoli dwar il-pjan, għandha tivverifika wkoll, skont l-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament, jekk il-miżuri nnotifikati għas-snin 2003-2005 humiex konformi mal-pjan ta’ ristrutturar u, b’mod ġenerali, jekk l-għajnuna hix kompatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq komuni.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA FID-DETTALL

(13)

Fit-3 ta’ Ġunju 1998 il-Kummissjoni approvat il-pjan ta’ ristrutturar tal-industrija Spanjola tal-faħam għall-perjodu 1998-2002 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/637/KEFA tat-3 ta’ Ġunju 1998, dwar l- għajnuna minn Spanja għall-industrija tal-faħam fl-1998 (5). Dan il-pjan kien ibbażat fuq il-Pjan ta’ Ristrutturar tal-Industrija tal-Faħam u l-Iżvilupp Alternattiv tar-Reġjuni tal-Minjieri (1998-2005), li ġie ffirmat fil-15 ta’ Lulju 1997. Il-pjan kien ir-riżultat ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet Spanjoli u l-partijiet interessati fis-settur tal-faħam, u jinkludi dispożizzjonijiet applikabbli għall-kumpaniji li jirċievu għajnuna. Il-Kummissjoni ħarġet opinjoni pożittiva dwar il-pjan ta’ ristrutturar għall-perjodu 1998-2002 wara li eżaminat il-konformità tiegħu mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 3632/93/KEFA, tat-28 ta’ Diċembru 1993, li tistabbilixxi r-regoli Komunitarji għall-għajnuna mill-Istati Membri lill-industrija tal-faħam (6).

(14)

Peress li l-Gvern Spanjol kellu l-intenzjoni li jagħti għajnuna lill-industrija tal-faħam wara li jiskadi t-Trattat tal-KEFA fit-23 ta’ Lulju 2002, u skont ir-Regolament (KE) Nru 1407/2002 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 9(10) tiegħu, l-awtoritajiet Spanjoli infurmaw lill-Kummissjoni fid-19 ta’ Diċembru 2002 dwar Pjan proviżorju ta’ aċċess għar-riservi tal-faħam u l-għeluq ta’ unitajiet tal-produzzjoni għall-perjodu 2003-2005.

(15)

Dan il-pjan ta’ ristrutturar jirreferi għall-intenzjoni tal-awtoritajiet Spanjoli li jkomplu jappoġġjaw lill-industrija tal-faħam tul il-perjodu mill-2003 sal-2005 billi tingħata għajnuna kemm għall-produzzjoni kif ukoll biex tkopri l-ispejjeż eċċezzjonali tal-proċess ta’ ristrutturar. Din il-proposta għall-perjodu li jispiċċa fl-2005 tassumi li jinżamm l-isforz magħmul mill-impriżi u mill-ħaddiema biex jirristrutturaw lill-industrija tul il-perjodu 1998-2002, fuq il-bażi tal-pjan Spanjol għar-ristrutturar tal-industrija 1998-2005, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, jiġifieri, volum iżgħar prodott b’inqas għajnuna u inqas persunal, u b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni.

(16)

L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li r-realtà soċjali għandha tkun waħda mill-kriterji sabiex jiġi deċiż liema unitajiet ta’ produzzjoni għandhom jinżammu f’livell minimu ta’ attività sabiex ikun żgurat aċċess għar-riservi tal-faħam. Kriterji oħra għandhom ikunu l-eżistenza ta’ suq tal-faħam, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-liġijiet ambjentali, li jiddeterminaw liema impjanti tal-enerġija jistgħu jkomplu joperaw.

(17)

Minbarra l-kriterji msemmija hawn fuq, l-awtoritajiet Spanjoli kkunsidraw li t-tnaqqis ġenerali tal-għajnuna proposta fil-pjan 2003-2005 se jikkawża li l-kumpaniji jitolbu tnaqqis fil-kapaċità volontarja. Il-possibbiltà li tingħata għajnuna għall-għeluq ta’ unitajiet tal-produzzjoni awtomatikament tfisser tnaqqis fil-kapaċità, b’tali mod li, sat-tmiem tal-2005, dan se jkun ta’ madwar it-12-il miljun tunnellata proposti bħala l-mira. L-awtoritajiet Spanjoli assiguraw lill-Kummissjoni li l-għajnuna għall-għeluq tal-kapaċità ta’ produzzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, se tintuża biss biex tkopri l-ispejjeż ta’ dan l-għeluq ta’ unitajiet.

(18)

L-ekonomija u l-impjiegi fiż-żoni tal-minjieri għadhom ferm taħt il-livell li kien hemm qabel ir-ristrutturar tas-settur. Għal din ir-raġuni, l-awtoritajiet Spanjoli ħabbru li għandhom bżonn iktar żmien sabiex jimplimentaw politiki ta’ żvilupp ekonomiku u impjieg alternattiv għall-minjieri tal-faħam. Mhux possibbli li jiġi aċċellerat il-proċess tal-konverżjoni tal-minjieri tal-faħam f’livell akbar milli dak antiċipat fil-pjanijiet. L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-proċess ta’ ristrutturar ilu jopera biss ħames snin, ħafna inqas minn f’pajjiżi oħra li kellhom industrija tal-faħam sinifikanti.

(19)

L-awtoritajiet Spanjoli użaw l-għażla prevista fl-Artikolu 9(8) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, fejn l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni, għal raġunijiet ġustifikati, rigward l-identifikazzjoni ta’ kull waħda mill-unitajiet ta’ produzzjoni li jagħmlu parti mill-pjanijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu sa mhux aktar tard minn Ġunju 2004.

(20)

Skont id-Deċiżjoni 2002/871/KE, l-awtoritajiet Spanjoli infurmaw ukoll lill-Kummissjoni rigward l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-unitajiet ta’ produzzjoni fis-sena finanzjarja 2001-2002 u l-perjodu 2003-2005.

(21)

Skont id-definizzjoni ta’ “unità ta’ produzzjoni” fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/871/KE, il-kumpaniji kollha tas-settur tal-industrija tal-faħam, ħlief Hunosa, iddefinixxew l-oqsma tagħhom ta’ minjieri ta’ taħt l-art u l-infrastruttura relatata bħala “unità ta’ produzzjoni ta’ taħt l-art” waħda, u l-postijiet tagħhom ta’ minjieri fil-wiċċ u l-infrastrutturi relatati, bħala “unità ta’ produzzjoni opencast” waħda.

L-unitajiet ta’ produzzjoni rrappurtati u l-produzzjoni għas-sena ta’ referenza (2001/2002) huma dawn li ġejjin:

Unità ta’ produzzjoni

S: ta’ taħt l-art

CA: opencast

Kapaċità ta’ produzzjoni tas-sena ta’ referenza

(tef: tunnellati ta’ ekwivalenti f’faħam)

Alto Bierzo, S.A.

S

104 405

Antracitas de Arlanza, S.L.

S

10 360

Antracitas de Guillón, S.A.

S

57 100

Antracitas La Granja, S.A.

S

51 550

CA

8 930

Antracitas de Tineo, S.A.

S

50 100

Campomanes Hermanos, S.A.

S

43 320

CARBONAR, S.A.

S

320 000

Carbones de Arlanza, S.A.

S

25 332

Carbones de Linares, S.L.

S

12 817

Carbones del Puerto. S.A.

S

3 400

Carbones El Túnel, S.L.

S

17 420

Carbones de Pedraforca, S.A.

S

75 110

Carbones San Isidro y María, S.L.

S

31 920

Compañía General Minera de Teruel, S.A.

S

21 000

CA

71 000

Coto Minero del Narcea, S.A.

Monasterio

S

9 000

Brañas

S

69 000

Coto Minero Jove, S.A.

S

82 334

E.N. Carbonífera del Sur, S.A.

Pozo María

S

18 210

Peñarroya

CA

381 240

Emma, Puerto Llano

CA

464 040

ENDESA, S.A. (TERUEL)

Andorra

S

55 070

Andorra

CA

354 310

González y Díez, S.A.

Tineo

S

113 098

Buseiro

CA

16 605

Hijos de Baldomero García, S.A.

S

60 340

Hullas de Coto Cortes, S.A.

S

282 120

CA

48 340

Hullera Vasco-Leonesa, S.A.

S

713 533

CA

320 882

INCOMISA, S.A.

S

9 370

La Carbonífera del Ebro, S.A.

S

38 426

MALABA, S.A.

S

26 310

Mina Adelina, S.A.

S

8 200

Mina Escobal, S.L.

S

3 079

Mina La Sierra, S.A.

S

5 560

Mina Los Compadres, S.L.

S

5 610

Minas de Navaleo, S.L.

S

19 636

Minas de Valdeloso, S.L.

S

9 870

Minas del Principado, S.A.

S

16 903

MINEX, S.A.

S

59 520

Minera del Bajo Segre, S.A.

S

25 164

Minero Siderurgia de Ponferrrada S.A.

S

643 000

CA

154 000

Muñoz Solé Hermanos, S.A.

S

23 141

Promotora de Minas del Carbón

CA

50 580

S.A. Catalano-Aragonesa

S

324 550

CA

504 800

Unión Minera del Norte, S.A. (UMINSA)

S

736 430

CA

86 850

Unión Minera Ebro-Segre, S.A. (UMESA)

S

14 090

Viloria Hermanos, SA.

S

73 964

CA

29 844

Virgilio Riesco S.A.

S

24 680

Mina La Camocha

S

 

HUNOSA – Aller

S

314 000

HUNOSA – Figaredo

S

89 000

HUNOSA – San Nicolás

S

110 000

HUNOSA – Montsacro

S

107 000

HUNOSA – Carrio

S

105 000

HUNOSA – Sotón

S

86 000

HUNOSA – María Luisa

S

172 000

HUNOSA – Candil

S

94 000

HUNOSA – Pumarabule

S

73 000

Total (Tef)

 

8 023 203

(22)

Permezz tal-ittra tat-3 ta’ Ottubru 2003, l-awtoritajiet Spanjoli nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-unitajiet ta’ produzzjoni ta’ taħt l-art ta’ Endesa, u Antracitas de Guillón Encasur SA kienu se jagħlqu fl-2005 u li l-kumpanija Promotora de Minas de C SA. (PMC) kellha tagħlaq l-unità opencast tagħha.

2.1.   Tnaqqis ta’ għajnuna operattiva

(23)

Għall-kumpaniji tal-minjieri tal-faħam, it-tnaqqis tal-għajnuna li tkopri d-defiċit tal-operat previst huwa ta’ 4 % fis-sena għas-snin 2003, 2004 u 2005, ħlief fil-każ ta’ Hunosa, li se jkollu medja ta’ tnaqqis annwali ta’ 5.75 %.

2.2.   Kapaċità ta’ produzzjoni

(24)

Fir-rigward tal-kapaċità tal-produzzjoni, il-Gvern Spanjol ippropona li jagħti għajnuna għal kapaċità ta’ bejn wieħed u ieħor 12-il miljun tunnellata fl-2005. Fl-2002 il-produzzjoni kienet qrib it-13 400 000 tunnellata.

2.3.   Baġit

(25)

L-ammont totali ta’ għajnuna operattiva u l-ispejjeż tekniċi u soċjali rappurtati huma:

(f’EUR)

Sena

Għajnuna operattiva (7)

Spejjeż tekniċi (8)

Kostijiet soċjali (9)

2003

568 647 000

81 299 000

469 072 000

2004

539 854 000

82 987 000

490 112 000

2005

513 046 000

96 739 000

484 866 000

(26)

Għal dak li jirrigwarda s-snin 2006-2007, l-awtoritajiet Spanjoli rrappurtaw li preżentement mhuwiex possibbli li jiġu stabbiliti miri speċifiċi għal dak il-perjodu. Għalhekk, huma jipproponu li titkompla titnaqqas l-għajnuna għal rata annwali ta’ 4 %. Ladarba jintlaħaq qbil dwar il-pjan ta’ aċċess għar-riservi tal-faħam, għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni d-dettalji tad-distribuzzjoni tal-għajnuna u tal-produzzjoni (f’tunnellati).

2.4.   Il-pjan ta’ Hunosa

(27)

L-awtoritajiet Spanjoli rrappurtaw f’aktar dettall il-pjan għall-kumpanija pubblika tal-minjieri Hunosa. Għall-perjodu 2002-2005 huwa mistenni tnaqqis fil-kapaċità, li jinżel minn 1 800 000 tunnellata fl-2001 għal 1 340 000 tunnellata fl-2005. L-għajnuna biex tkopri d-defiċit operattiv titnaqqas minn 321 091 000 EUR fl-2001 għal 239 281 000 EUR fl-2005.

(28)

L-għanijiet ewlenin tal-Pjan ta’ Hunosa 2002-2005 kienu, l-ewwel nett, ir-ristrutturar tal-kumpanija u t-tnaqqis tat-telf, b’tali mod li jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ Hunosa fil-baċir ċentrali Asturjan mill-miżuri ta’ tnaqqis ta’ attività meħtieġa skont il-pjan nazzjonali tal-minjieri u l-leġiżlazzjoni Komunitarja. Barra minn hekk, kien meħtieġ li jiġu stabbiliti s-sisien għall-iżvilupp futur taż-żona li jinsab fiha l-baċir ċentrali Asturjan, billi jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġġeneraw l-impjiegi alternattivi fil-minjieri tal-faħam. Il-pjan finalment jinvolvi t-tnaqqis tat-telf kurrenti ta’ Hunosa b’aktar minn 30 % u tnaqqis ta’ 33,6 % fil-persunal tagħha, u b’hekk ikun hemm żieda ta’ 21,4 % fil-produttività.

(29)

Il-Pjan ta’ Hunosa jipprovdi għall-implimentazzjoni ta’ sett ta’ miżuri mfassla sabiex jiżguraw li jitnaqqsu l-livelli ta’ produzzjoni. L-ewwel nett, ġie deċiż li jingħalqu tnejn mid-disa’ unitajiet ta’ produzzjoni eżistenti. Ma’ dawn se jiżdied ukoll l-għeluq tal-post tal-ħasil. L-għeluq ta’ dawn it-tliet ċentri tal-produzzjoni jirrappreżenta 25 % tal-kapaċità produttiva. It-tieni nett, ittieħdu passi għat-titjib massimu tal-produttività, li jiffokaw fuq l-għażla tad-depożiti, il-livell ta’ modernizzazzjoni u l-proċess tal-ħasil. L-isforzi kienu ffukati fuq il-bjar li joffru l-akbar produttività, l-inqas spejjeż totali u l-ogħla kwalità. Fil-bidu, parti mill-produzzjoni għandha tkun irriservata għall-impjant ta’ enerġija fil-qrib u Hunosa kellha tipprovdi ammont annwali ta’ faħam fis-sena ekwivalenti għal 100 jum ta’ konsum. It-tielet nett, dan it-tnaqqis ippjanat fl-attività jagħmel meħtieġ li jitnaqqas il-persunal. Fl-aħħar nett, bħala riżultat tal-miżuri mwettqa, il-produzzjoni matul il-perjodu ta’ eżistenza tal-Pjan se tonqos b’26,1 % globalment minn 1 800 000 tunnellata fl-2001 għal 1 340 000 tunnellata fl-2005.

(30)

Il-Pjan ta’ Hunosa ppreveda l-impjieg ta’ 550 ħaddiem ġdid matul il-perjodu 2002-2005. L-awtoritajiet Spanjoli żguraw li dawn il-ħaddiema ġodda, f’każ li jkun meħtieġ li jiġu impjegati, ikunu jikkonsistu f’persuni qiegħda minn kumpaniji oħra tal-minjieri magħluqa preċedentement, ħlief f’żewġ każijiet speċifiċi: ir-reklutaġġ ta’ speċjalisti u ta’ dixxendenti fl-ewwel grad ta’ ħaddiema ta’ Hunosa li mietu f’inċidenti fuq il-post tax-xogħol.

(31)

L-awtoritajiet Spanjoli rrappurtaw l-ispejjeż għal kull tef li ġejjin tal-unitajiet ta’ produzzjoni ta’ Hunosa li pproponew li jżommu miftuħa matul il-perjodu ta’ ristrutturar:

Unità ta’ produzzjoni

Ħlas medju (EUR/tef)

Tnaqqis (%)

Sena 2001

Sena 2005

Aller

271

237

12,5

San Nicolás

429

317

26,1

Montsacro

342

251

26,6

Carrio

261

223

14,5

Sotón

376

304

19,1

Mo Luisa

371

331

10,8

Candil

411

340

17,3

Medja

344

278

19,2

(32)

L-awtoritajiet Spanjoli kkunsidraw li dan it-tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni, stmat għal madwar 20 % matul il-perjodu 2002-2005, juri l-possibiltajiet ta’ tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ Hunosa, u li din ix-xejra tista’ tkompli tissaħħaħ fil-futur. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, dan it-tnaqqis tal-ispejjeż tal-produzzjoni huwa ekwivalenti għal tnaqqis ta’ 25 % fl-għajnuna lill-kumpanija, u li din it-tendenza tista’ tiżdied fil-ġejjieni.

(33)

Skont l-għanijiet tal-Pjan, huwa propost li tiġi mwettqa sensiela ta’ inizjattivi sabiex jiġi inkoraġġit il-ħolqien ta’ struttura ekonomika li tipprovdi alternattiva għall-industrija tal-faħam fiż-żona ġeografika ta’ attività ta’ Hunosa. F’dan is-sens, l-awtoritajiet Spanjoli u t-trade unions laħqu kompromess sabiex, permezz ta’ politiki varji ta’ dan il-Pjan, jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ 650 impjieg fil-baċir ċentrali Asturjan matul il-perjodu 2002-2005.

(34)

F’dak li jirrigwarda għajnuna sabiex jiġu koperti l-ispejjeż eċċezzjonali ta’ ristrutturar u d-djun li jintirtu li jakkumpanjaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri tekniċi dwar il-konċentrazzjoni u l-għażla ta’ depożiti u l-aġġustamenti korrispondenti tal-kapaċità, l-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li huma meħtieġa miżuri soċjali, b’mod partikolari sabiex jiffinanzjaw l-iskema ta’ rtirar kmieni. L-għajnuna li permezz tagħha se jintlaħqu dawn il-miżuri u oħrajn proposti se tonqos gradwalment.

(35)

It-tabella li ġejja turi t-tnaqqis tal-persunal u l-ammonti totali ta’ għajnuna li għandha tingħata skont il-Pjan ta’ Hunosa, kif propost fil-pjan ta’ ristrutturar.

Sena

Persunal fl-aħħar tas-sena

Għajnuna għat-tnaqqis tal-attività (10)

(f’EUR)

Għajnuna għal spejjeż eċċezzjonali (11)

(f’EUR)

2003

4 902

271 593 000

302 557 000

2004

4 437

254 682 000

298 983 000

2005

4 079

239 281 000

286 203 000

(36)

Permezz tal-ittra tat-22 ta’ April 2003, l-awtoritajiet Spanjoli nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-Pjan ta’ Hunosa kellu l-għan, fost affarijiet oħra, li jżomm produzzjoni minima ta’ faħam, bħala miżura ta’ prekawzjoni, sabiex jiġi żgurat l-aċċess għar-riżervi.

(37)

F’din l-ittra, l-awtoritajiet Spanjoli ġġustifikaw li l-produzzjoni minima ta’ Hunosa għas-sena 2005 tilħaq il-figura ta’ 1 340 000 tunnellata, sabiex jintlaħqu 30 % tal-ħtiġijiet (100 jum) tal-impjanti elettriċi qrib il-minjieri tal-kumpanija, u pproponew li jiġi applikat l-istess kriterju wara l-2005. Huma kkunsidraw ukoll li ż-żamma ta’ produzzjoni strateġika fil-viċinanza tal-impjanti kien għan ta’ prijorità tal-pjan ta’ aċċess għar-riservi.

2.5.   Tul tal-iskema

(38)

L-għajnuna se tkun disponibbli matul il-perjodu 2003-2005.

2.6.   Forma ta’ għajnuna

(39)

L-għajnuna se tieħu l-forma ta’ għotjiet.

2.7.   Benefiċjarji

(40)

Unitajiet ta’ produzzjoni tal-kumpaniji Spanjoli tal-minjieri tal-faħam imsemmija fil-premessa 21.

2.8.   Bażi legali

(41)

L-Ordni ministerjali ECO/2731/2003, l-Ordni ministerjali ECO/768/2003, l-Ordni ministerjali ECO/180/2004 u l-Ordni ministerjali ITC/626/2005.

2.9.   Is-Sitwazzjoni tal-enerġija u l-ambjent fi Spanja

(42)

Skont it-tbassir tal-ġenerazzjoni tal-elettriku magħmul minn Spanja għall-perjodu 2000-2011, is-sehem tal-faħam se jitnaqqas minn 35,9 % fl-2000 għal 15 % fl-2011. L-elettriku ġġenerat mill-gass naturali se jiżdied minn 9,7 % għal 33,1 % fl-istess perjodu. L-enerġiji rinnovabbli se jżidu s-sehem tagħhom minn 16,9 % fl-2000 għal 28,4 % fl-2011. Il-ġenerazzjoni tal-elettriku tammonta biss għal 28 % tal-emissjonijiet totali tas-CO2. Spanja ma tikkunsidrax li huwa loġiku li torbot l-għoti ta’ għajnuna nazzjonali għall-faħam mal-emissjonijiet tas-CO2. Ir-relazzjoni għandha tiġi stabbilita bejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-emissjonijiet. L-impjanti tal-elettriku se jaħdmu sakemm ikunu vijabbli teknikament u ekonomikament, li m’għandu x’jaqsam xejn mal-faħam ikkunsmat li huwa prodott nazzjonalment jew importat.

2.10.   Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura

(43)

Fit-30 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha rigward il-konformità tal-pjan innotifikat mal-kundizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1407/2002 kif ukoll rigward il-livell ta’ twettiq tal-għanijiet ta’ dan tal-aħħar. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-pjan ma kienx ippreżenta biżżejjed dettall. Għaldaqstant, permezz tal-ittra tat-30 ta’ Marzu 2004 talbet lill-awtoritajiet Spanjoli biex:

(a)

jindikaw l-ammont totali tal-produzzjoni tal-faħam totali mistenni fis-sena tal-faħam u l-ammont ta’ għajnuna pprovduta għat-tnaqqis ta’ attività għal kull sena tal-faħam, skont kif stabbilit fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002;

(b)

jiċċaraw il-kriterji ta’ għażla li għandhom jintlaħqu mill-unitajiet tal-produzzjoni sabiex jiġu inklużi fil-pjan ta’ aċċess għar-riservi tal-faħam u jissottomettu l-ammonti totali ta’ produzzjoni stmata ta’ faħam għal kull sena tal-faħam u l-ammont stmat ta’ għajnuna għall-aċċess għar-riservi tal-faħam, kif jitlob l-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002;

(c)

jiċċaraw jekk l-għajnuna għat-tnaqqis tal-attività għal kull sena tal-faħam, kif previst fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, għandhiex tkun mill-inqas l-għajnuna li Spanja kienet ippjanat li tagħti lill-kumpaniji/unitajiet ta’ produzzjoni msemmija fil-premessa 18 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/826/KEFA, tat-2 ta’ Lulju 2002 dwar l-interventi finanzjarji minn Spanja għall-industrija tal-faħam fl-2001 u fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2002 u t-23 ta’ Lulju 2002 (12)

(d)

jipprovdu l-informazzjoni disponibbli kollha dwar l-applikazzjoni tal-kriterju ta’ tnaqqis gradwali tal-għajnuna, u biex iwieġbu l-mistoqsijiet dwar jekk dawn jikkunsidrawx il-fatturi kompetittivi bħall-bidliet fl-ispejjeż tal-produzzjoni u jekk l-inklużjoni tal-unità ta’ produzzjoni fi pjan ta’ għeluq tkunx ikkunsidrata bħala fattur għat-tnaqqis ulterjuri ta’ għajnuna;

(e)

jiċċaraw jekk, qabel il-31 ta’ Diċembru 2005, humiex se jingħalqu l-unitajiet tal-produzzjoni ekwivalenti għal kapaċità ta’ 1 660 000 tunnellata;

(f)

jiċċaraw jekk l-unitajiet ta’ produzzjoni ta’ Antracitas de Guillón, ENDESA-ta’ taħt l-art u ENCASUR-ta’ taħt l-art irċivewx għajnuna operattiva fl-2003; jirrappurtaw jekk l-għajnuna rċevuta minn dawn l-unitajiet ta’ produzzjoni bejn l-1998 u l-2002 sabiex ikopru l-ispejjeż eċċezzjonali skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 3632/93/KEFA jaqbżux dawk l-ispejjeż, u jiċċaraw jekk, f’każ li l-għajnuna teċċedi l-ispejjeż, Spanja hix se tirkupra d-differenza;

(g)

jindikaw l-ammont totali ta’ għajnuna lil Hunosa fl-2003, 2004 u 2005, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ispejjeż imnaqqsa tal-produzzjoni rrapurtati mill-kumpanija;

(h)

jiċċaraw l-għadd massimu ta’ impjiegi meħtieġa f’Hunosa għall-ħaddiema b’ħiliet tekniċi speċifiċi;

(i)

jispjegaw fid-dettall il-bidliet tal-Ordni Ministerjali ECO/2731/2003 sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, u jikkonfermaw li huma intitolati li jagħżlu l-għajnuna lill-unitajiet ta’ produzzjoni notifikati skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2002/871/KE.

3.   KUMMENTI MINN SPANJA

(44)

Dawn li ġejjin huma kummenti li waslu mingħand l-awtoritajiet Spanjoli wara l-bidu tal-proċeduri mill-Kummissjoni. Ebda kummenti ma ġew sottomessi minn partijiet terzi.

3.1.   Għajnuna għat-tnaqqis tal-attività (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002) u għajnuna għall-aċċess għar-riservi tal-faħam (l-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-Regolament)

(45)

L-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw rapporti dwar l-għajnuna mħallsa fl-2003 u fl-2004 u l-previżjonijiet ta’ ħlasijiet għall-2005, li kklassifikaw l-għajnuna filwaqt li ġie kkunsidrat jekk ingħatawx skont l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002. L-għajnuna mogħtija u li se tingħata lil HUNOSA hija kklassifikata skont jekk hix iffinanzjata mill-baġit statali jew mis-SEPI (13).

3.1.1.   Produzzjoni fil-perjodu 2003-2005

(46)

It-tendenza tal-produzzjoni li tirriżulta mill-għeluq tal-kapaċità ta’ produzzjoni li l-industrija impenjat ruħha li twettaq, hija din li ġejja:

(Unità: kilotunnellati)

 

2001

2002

2003

2004

2005

Produzzjoni

13 993

13 372

12 576

12 400

12 000

3.1.2.   Kriterji

(47)

L-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw il-kriterji li ġew applikati biex jistabbilixxu kategoriji ta’ unitajiet ta’ produzzjoni bħala benefiċjarji ta’ għajnuna skont l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002. Bħala l-kriterju prinċipali ġie stabbilit il-ħlas tal-produzzjoni għal kull tunnellata ta’ faħam ekwivalenti (tef). U bħala kriterji sekondarji ġew stabbiliti dawn li ġejjin:

(a)

l-eżistenza ta’ suq, jiġifieri li għandu jkun hemm impjant ta’ enerġija li jaħdem f’raġġ ta’ 100 kilometru;

(b)

solvenza tal-kumpanija li tippossjedi l-unità ta’ produzzjoni; f’dan ir-rigward, jista’ jkun meħtieġ proporzjon minimu bejn il-fondi tal-kumpanija u l-assi totali.

(48)

Fl-aħħar nett, wieħed għandu jikkunsidra r-realtà soċjali u reġjonali tal-post tal-unità ta’ produzzjoni. Skont il-Gvern Spanjol, il-ħtieġa li jinżamm il-kriterju soċjali u reġjonali hija realtà li ma tistax tiġi injorata. Madankollu, huwa jkun ippreparat biex jikkunsidra l-metodi li, meta jiġu applikati, jindikaw is-servizzi tal-Kummissjoni.

(49)

Id-definizzjoni ta’ “unità ta’ produzzjoni” ġiet verifikata mal-kumpaniji ta’ kapaċità ta’ produzzjoni akbar u li, għalhekk, jista’ jkollhom iktar minn unità ta’ produzzjoni waħda. Sa issa, ħlief fil-każ ta’ HUNOSA, l-analiżi tal-għajnuna ġiet imwettqa fil-livell tal-kumpanija, flimkien mal-unitajiet operattivi ta’ minjieri ta’ taħt l-art u opencast.

3.1.3.   Għajnuna għat-tnaqqis fl-attività

(50)

L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li, kif muri fir-rapport, il-kumpaniji kollha li fl-2002 ġew ikklassifikati bħala benefiċjarji ta’ għajnuna skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 3632/93/KEFA bħalissa huma klassifikati bħala intrapriżi li jirċievu għajnuna skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002.

3.1.4.   Tnaqqis gradwali fl-għajnuna

(51)

L-awtoritajiet Spanjoli jiddikjaraw li sa tmiem l-2005, it-tnaqqis tal-għajnuna għandu jkun komprensiv u ta’ 4 % fis-sena.

3.2.   Għajnuna biex tkopri spejjeż eċċezzjonali

(52)

L-awtoritajiet Spanjoli infurmaw lill-Kummissjoni li l-Ordni ECO/2731/2003 ġiet emendata sabiex taġġusta l-kontenut tagħha skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002. L-Ordni tista’ tapplika biss għall-unitajiet ta’ produzzjoni li jagħlqu effettivament qabel il-31 ta’ Diċembru 2005, u ma tistax tapplika għal programmi ta’ għeluq qabel dak il-limitu ta’ żmien. Barra minn hekk, il-kumpens ta’ EUR 13 għal kull 1 000 unità termali ta’ faħam ikkanċellata permezz tal-għeluq tal-unità ta’ produzzjoni li pprovdiet il-fjuwil huwa stabbilit bħala għajnuna massima li tkopri t-tipi ta’ spejjeż elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002. Se jitħallsu biss l-ispejjeż attwali tal-għeluq ġustifikati kif xieraq.

3.3.   Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni

3.3.1.   Għeluq li sar sal-31 ta’ Diċembru 2005

(53)

Il-Gvern Spanjol juri l-impenn tiegħu li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-premessa 18 tad-Deċiżjoni 2002/826/KEFA mal-għeluq definittiv tal-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 1 660 000 tunnellata korrispondenti għall-kumpaniji msemmija fil-premessa qabel il-31 ta’ Diċembru 2005. Xi wħud minn dawn il-kumpaniji diġà bdew inaqqsu l-kapaċità ta’ produzzjoni tagħhom fl-2002.

3.3.2.   Unitajiet ta’ produzzjoni li rċevew għajnuna għall-ispejjeż eċċezzjonali tal-għeluq

(54)

Kif rifless fir-rapporti ta’ għajnuna tal-2003, l-2004 u l-2005, l-għajnuna mogħtija fl-2003 lil Antracitas de Gijón, ENCASUR, ENDESA u PMC (qabel l-għeluq fl-2004) u dawk ippjanati għall-2004 u l-2005, hija għajnuna għat-tnaqqis fl-attività. L-għajnuna mogħtija għall-finanzjament tal-ispejjeż eċċezzjonali ta’ għeluq bejn l-1998 u l-2002 fil-każ ta’ ENDESA u ENCASUR kienet ġustifikata dak iż-żmien bħala għajnuna biex tkopri d-differenzi fil-perċezzjonijiet fost l-irtirar kmieni ġenerali u l-100 % mħallsa minn dawn il-kumpaniji. L-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw ittri ta’ impenn li jirratifikaw l-għeluq tal-unitajiet ta’ produzzjoni bil-wiegħda li jagħlqu mill-kumpaniji fi tmiem l-2005.

3.4.   Il-pjan ta’ HUNOSA

3.4.1.   Kummenti dwar l-isforz tar-ristrutturar ta’ HUNOSA

(55)

L-awtoritajiet Spanjoli pprovdew dettalji dwar il-livell notevoli ta’ ristrutturar mibdi fis-snin riċenti u l-livell ta’ twettiq tal-Pjan 2002-2005. Dan il-Pjan jinvolvi l-għeluq ta’ żewġt ibjar, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 700 000 tunnellata fil-kapaċità ta’ estrazzjoni.

3.4.2.   Għajnuna tul il-perjodu 2003-2005 lil HUNOSA

(56)

L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li l-ammont ta’ għajnuna għar-ristrutturar għandu jinżamm fil-limiti stretti tal-ispejjeż li jikkorrispondu għall-esternalizzazzjoni tal-impenji soċjali u pprovdew l-ispjegazzjonijiet xierqa.

(57)

Il-kontradizzjoni evidenti bejn l-isforz sinifikanti fit-tnaqqis tal-ispejjeż u t-tnaqqis inqas drastiku tal-għajnuna għall-produzzjoni, kienet prinċipalment minħabba l-evoluzzjoni tad-dħul bħala riżultat tal-prezz internazzjonali tal-faħam importat u r-rata ta’ skambju bejn id-dollaru u l-ewro. L-awtoritajiet Spanjoli ssottomettew informazzjoni dettaljata dwar il-kalkolu tad-dħul u spjegaw għaliex dan huwa ġeneralment aktar baxx mill-prezz internazzjonali tal-faħam impurtat.

(58)

Barra minn hekk, ipprovdew ukoll spjegazzjonijiet dettaljati dwar l-għajnuna biex tkopri spejjeż eċċezzjonali tal-proċess ta’ ristrutturar.

3.4.3.   Informazzjoni dwar ir-reklutaġġ ta’ tekniċi speċjalizzati

(59)

L-awtoritajiet Spanjoli indikaw li dan ir-reklutaġġ huwa soġġett għall-ħtieġa stretta li jimtlew impjiegi ta’ natura essenzjali, speċjalment għal raġunijiet ta’ sigurtà. Madankollu, għandu jiġi nnutat li s’issa, fl-ewwel sentejn tal-pjan, ma kien hemm ebda reklutaġġ ġdid. Minkejja dan, bħala prekawzjoni, l-awtoritajiet Spanjoli jżommu stima massima ta’ żidiet skont dan il-kunċett, li ma tkunx taqbeż il-100 ħaddiem.

4.   EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

4.1.   Modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87(1)

(60)

Sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri tal-pjan jikkostitwixxux għajnuna li hija applikabbli għall-Artikolu 87(1) tat-Trattat, għandu jiġi stabbilit jekk l-għajnuna tkunx mogħtija mill-Istati Membri jew permezz ta’ fondi statali, jekk hix favur ċerti kumpaniji, jekk tfixkilx jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u jekk tistax taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(61)

L-ewwel kundizzjoni tal-Artikolu 87 tirreferi għall-għajnuna li tkun ġiet mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ fondi statali. F’dan il-każ partikolari, l-eżistenza ta’ riżorsi statali tintwera billi tiġi ffinanzjata effettivament l-għajnuna mill-baġit statali u, sa ċertu punt inqas prominenti, minn SEPI, kumpanija pubblika kkontrollata kompletament mill-Istat.

(62)

It-tieni kundizzjoni tal-Artikolu 87(1) tirreferi għall-possibbiltà li l-miżuri jiffavorixxu ċerti kumpaniji. Huwa meħtieġ li, l-ewwel nett, jiġi stabbilit jekk l-intrapriżi benefiċjarji jiħdux benefiċċju ekonomiku u, it-tieni nett, jekk dan il-benefiċċju jingħatax lil tip speċifiku ta’ kumpaniji. L-għajnuna tagħti b’mod ċar vantaġġ ekonomiku lill-kumpaniji tal-minjieri tal-faħam sal-punt li tikkostitwixxi sussidju dirett li jkopri l-ispejjeż attwali li kieku kien ikollhom iħallsu huma stess. Dawn l-ispejjeż huma d-differenza bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni u d-dħul prevedibbli flimkien mal-ispejjeż ta’ ristrutturar tal-prodott, u l-kumpaniji tal-minjieri tal-faħam jibbenefikaw peress li jiġu parzjalment ikkumpensati għal dawn l-ispejjeż. Barra minn hekk, dawn il-miżuri huma indirizzati biss għall-kumpaniji tal-minjieri tal-faħam fi Spanja. Għalhekk, jiffavorixxu ċerti intrapriżi aktar milli l-kompetituri tagħhom, jiġifieri huma selettivi.

(63)

Skont it-tielet u r-raba’ kundizzjoni tal-Artikolu 87(1), l-għajnuna m’għandhiex tfixkel jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni jew taffettwa jew tkun tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fil-każ preżenti, il-miżuri jheddu li jgħawġu l-kompetizzjoni peress li jsaħħu l-pożizzjoni finanzjarja u l-qasam ta’ azzjoni tal-kumpaniji benefiċjarji fir-rigward tal-kompetituri tagħhom, li ma jingħatawx dawn il-benefiċċji. Għalkemm il-kummerċ intra-Komunitarju tal-faħam huwa żgħir ħafna u l-kumpaniji inkwistjoni ma jesportawx, il-kumpaniji stabbiliti fi Stati Membri oħrajn għandhom inqas ċans li jesportaw il-prodotti tagħhom fis-suq Spanjol.

(64)

Għal dawn ir-raġunijiet, il- miżuri jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat u jistgħu jiġu kkunsidrati kumpatibbli mas-suq komuni biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jirċievu waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fit-Trattat.

4.2.   Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002

(65)

Billi t-Trattat tal-KEFA u d-Deċiżjoni Nru 3632/1993/KEFA skadew fit-23 ta’ Lulju 2002, u meta jiġi kkunsidrat l-Artikolu 87(3)(e) tat-Trattat, il-kumpatibbiltà tal-miżuri nnotifikati għandha tiġi evalwata skont ir-Regolament (KE) Nru 1407/2002.

(66)

Ir-Regolament (KE) Nru 1407/2002 jistabbilixxi r-regoli għall-għoti ta’ għajnuna statali lill-industrija tal-faħam bl-għan li tikkontribwixxi għar-ristrutturar tagħha. Dawn ir-regoli jqisu l-aspetti soċjali u reġjonali tar-ristrutturar tas-settur u l-ħtieġa li jinżamm livell minimu ta’ produzzjoni tal-faħam li jiggarantixxi aċċess għar-riservi tal-faħam. Il-proċess ta’ ristrutturar tal-industrija tal-faħam għandu jitkompla peress li hemm żbilanċ fil-kompetizzjoni bejn il-faħam tal-Komunità u dak importat.

(67)

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-produzzjoni tal-faħam issussidjat għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-għan ta’ tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista enerġetika. Fir-rigward ta’ din il-kwistjoni, il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-Komunikazzjoni tagħha msejħa “L-Iżvilupp Sostenibbli fl-Ewropa għal Dinja Aħjar: Strateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli”, imsejħa wkoll “L-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli ta’ Gothenburg”, li tistabbilixxi bħala l-għan tagħha “it-tnaqqis fit-tibdil fil-klima u ż-żieda fl-użu ta’ enerġija nadifa” (14).

(68)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna biex titnaqqas l-attività. Waħda mill-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu huwa li l-operat ta’ dawn l-unitajiet ta’ produzzjoni għandu jifforma parti minn pjan ta’ għeluq.

(69)

Barra minn hekk, b’mod konformi mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, tista’ tingħata għajnuna lill-produzzjoni ta’ kumpanija maħsuba speċifikament għal xi unitajiet tal-produzzjoni jew grupp ta’ unitajiet tal-produzzjoni. F’dan il-każ, waħda mill-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati hija li l-operat tal-unitajiet ta’ produzzjoni kkonċernati jew tal-grupp ta’ unitajiet tal-produzzjoni tal-istess kumpanija jkun jifforma parti minn pjan ta’ aċċess għar-riservi tal-faħam.

(70)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna biex tkopri spejjeż eċċezzjonali li jinħolqu waqt ir-razzjonalizzazzjoni u r-ristrutturar tas-settur tal-faħam li ma tkunx relatata mal-produzzjoni kurrenti, jekk l-ammont ma jkunx akbar minn dawn l-ispejjeż. Il-kategoriji tal-ispejjeż li jirriżultaw mir-razzjonalizzazzjoni u r-ristrutturar tal-industrija tal-faħam huma stabbiliti fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(71)

Fl-ittra tagħha tat-30 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk il-pjan ta’ ristrutturar innotifikat kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1407/2002 u jekk kienx jissodisfa, fl-istess ħin, l-għanijiet tiegħu. Il-Kummissjoni ħasset li kien meħtieġ pjan aktar dettaljat. Wara din l-ittra, Spanja pprovdiet lill-Kummissjoni, diversi drabi, l-informazzjoni dettaljata dwar il-pjan ta’ ristrutturar. Minn issa ’l quddiem, il-Kummissjoni se tevalwa l-pjan u l-għajnuna għar-ristrutturar għas-snin 2003, 2004 u 2005, mogħtija fuq il-bażi tal-pjan ta ristrutturar, fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni ġdida.

4.3.   Konformità mad-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni

(72)

Fl-ittra tagħha tat-30 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-awtoritajiet Spanjoli ma kinux stabbilew b’mod ċar li għandhom jiġu rispettati l-kundizzjonijiet mitlubin mid-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni, fuq il-bażi tat-Trattat tal-KEFA, b’mod partikolari fid-Deċiżjoni 2002/826/KEFA. Din id-Deċiżjoni tawtorizza l-għoti ta’ għajnuna sakemm l-unitajiet ta’ produzzjoni inkwistjoni jiffurmaw parti minn pjan ta’ għeluq u li, sal-2005, inaqqsu l-kapaċità ta’ produzzjoni b’1 660 000 tunnellata. Spanja għandha tirrispetta dawn il-kundizzjonijiet. Il-fatt li t-Trattat tal-KEFA skada u li daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1407/2002 ma jaffettwax l-impenji ta’ qabel. Dawn għandhom ikunu rispettati bis-sħiħ u l-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjonijiet ibbażati fuq it-Trattat tal-KEFA.

(73)

Il-pjan preċedenti ta’ għeluq/tnaqqis fl-attività, ibbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 3632/93/KEFA, ġie approvat permezz tad-Deċiżjoni 2002/826/KEFA. F’diversi okkażjonijiet u bil-miktub, f’diversi ittri lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Spanjoli aċċettaw li għandhom jirrispettaw b’mod sħiħ l-impenji tal-passat u kkonfermaw espliċitament li d-deċiżjonijiet dwar l-għeluq tal-unitajiet ta’ produzzjoni elenkati fil-premessa 18 tad-Deċiżjoni 2002/826/KEFA għandhom jiġu infurzati skont ir-regoli fis-seħħ. Dan jimplika l-għeluq, mhux iktar tard mill-2005, ta’ kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 1 660 000 tunnellata. Mill-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli, il-Kummissjoni setgħet tivverifika jekk it-tnaqqis ta’ din il-kapaċità tal-produzzjoni kienx effettivament miksub.

(74)

Il-Kummissjoni tqis li l-unitajiet ta’ produzzjoni li naqqsu l-kapaċità ta’ produzzjoni tagħhom huma l-istess bħall-unitajiet ta’ produzzjoni bħal dawk diġà inklużi fil-pjan ta’ għeluq/tnaqqis fl-attività bbażati fuq id-Deċiżjoni Nru 3632/93/KEFA. Dawn huma l-unitajiet ta’ produzzjoni elenkati fil-premessa 18 tad-Deċiżjoni 2002/826/KEFA.

(75)

Skont il-pjan Spanjol preċedenti ta’ għeluq/tnaqqis fl-attività, l-unitajiet ta’ produzzjoni Antracitas de Guillón, Endesa ta’ taħt l-art u Encasur ta’ taħt l-art għandhom ikunu għalqu sa tmiem l-2002. Madankollu, irriżulta li fl-2003 u, parzjalment, fl-2004 dawn l-unitajiet ta’ produzzjoni kienu għadhom qed joperaw.

(76)

Wara diversi talbiet mill-Kummissjoni, ingħalqu l-unitajiet ta’ taħt l-art ta’ ENDESA u ENCASUR u l-unità ta’ produzzjoni ta’ Antracitas ta’ Guillón. L-unità ta’ produzzjoni opencast tal-Promotora de Minas de 31 ta’ Marzu 2004. Il-Kummissjoni rċeviet ittri ta’ impenn li jikkonfermaw l-għeluq ta’ unitajiet ta’ produzzjoni li jikkonfermaw li se jingħalqu minn dawn il-kumpaniji fl-2005.

(77)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni vverifikat li l-għajnuna mogħtija lil dawn il-kumpaniji, skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 3632/93/KEFA, li tkopri l-ispejjeż eċċezzjonali ta’ għeluq ta’ dawn l-unitajiet ta’ produzzjoni ma taqbiżx l-ispejjeż tal-produzzjoni.

(78)

Peress li t-tnaqqis tal-kapaċità tal-produzzjoni meħtieġa ġiet miksuba mill-unitajiet ta’ produzzjoni elenkati fil-premessa 18 tad-Deċiżjoni 2002/826/KEFA u l-unitajiet ta’ produzzjoni li, skont din id-Deċiżjoni, kellhom jingħalqu finalment ingħalqu, il-Kummissjoni tikkonkludi li Spanja rrispettat id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni.

4.4.   Għajnuna għal tnaqqis fl-attività (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002) u għajnuna għall-aċċess għar-riservi tal-faħam (l-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-Regolament)

(79)

Fl-ittra tagħha tat-30 Marzu 2004, il-Kummissjoni nnutat li l-awtoritajiet Spanjoli kienu rrappurtaw l-ammont totali ta’ għajnuna operattiva li għandha tingħata. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli ma nnotifikawx l-ammont totali ta’ għajnuna għat-tnaqqis fl-attività skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, u lanqas l-ammont totali ta’ għajnuna għall-aċċess għar-riservi tal-faħam skont l-Artikolu 5(3) ta’ dak ir-Regolament. L-awtoritajiet Spanjoli lanqas ma spjegaw il-kriterji li għandhom jissodisfaw l-unitajiet ta’ produzzjoni sabiex issir applikazzjoni għall-għajnuna.

(80)

Dubju ieħor tal-Kummissjoni kien jirrigwarda l-fatt li l-awtoritajiet Spanjoli ma ddefinewx il-kapaċità tal-produzzjoni totali li għandha tagħlaq qabel il-31 ta’ Diċembru 2005 jew qabel il-31 ta’ Diċembru 2007 bħala riżultat tal-pjan ta’ għeluq, skont kif mitlub fl-Artikolu 4(a) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002 bħala waħda mill-kundizzjonijiet neċessarji biex tikkwalifika għall-għajnuna għal tnaqqis fl-attività. L-għajnuna prevista tista’ tingħata biss jekk jiġi rappurtat it-tnaqqis globali fil-kapaċità.

(81)

F’dak li jirrigwarda l-kapaċità tal-produzzjoni u fil-livell minimu ta’ produzzjoni sabiex jiġi żgurat l-aċċess għar-riservi tal-faħam, il-Kummissjoni tikkunsidra, fl-ittra tagħha lil Spanja fit-30 ta’ Marzu 2004, li ma jidhirx li din il-ġustifikazzjoni laħqet l-għan tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002. Il-pjan ta’ aċċess għar-riservi tal-faħam u l-għajnuna għall-aċċess għar-riservi tal-faħam għandhom ikunu ġustifikati permezz tal-bżonn li jinżamm ammont minimu ta’ produzzjoni ta’ faħam li jiggarantixxi aċċess għar-riservi. L-aspetti soċjali u reġjonali ta’ ristrutturar tas-settur jistgħu jservu biss bħala ġustifikazzjoni għall-pjan ta’ għeluq u tal-għajnuna għal tnaqqis fl-attività.

(82)

L-awtoritajiet Spanjoli pprovdew informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-unitajiet ta’ produzzjoni. Għal kull kumpannija, ħlief HUNOSA, Spanja ddefiniet l-unitajiet tal-estrazzjoni ta’ taħt l-art u l-infrastruttura konnessi bħala unità waħda ta’ produzzjoni ta’ taħt l-art, u segwiet approċċ simili fil-każ ta’ unitajiet ta’ estrazzjoni opencast. L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002 hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “unità ta’ produzzjoni”. Fit-30 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk din l-informazzjoni kinitx dettaljata biżżejjed skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002.

4.4.1.   Id-distinzjoni bejn l-għajnuna għat-tnaqqis fl-attività u l-għajnuna għall-aċċess għar-riservi tal-faħam

(83)

Wara l-bidu tal-proċedura, Spanja kklassifikat l-għajnuna skont jekk din ingħatatx b’mod konformi mal-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002. Matul il-perjodu 2003–2005, ingħatat għajnuna skont l-Artikolu 4 lill-unitajiet ta’ produzzjoni li ġejjin: Antracitas de Guillón S.A., Coto Minera Jove S.A., l-unità ta’ produzzjoni ta’ taħt l-art ta’ Endesa, l-unità ta’ produzzjoni ta’ taħt l-art ta’ Encasur, González y Díez S.A., Industria y Comercial Minera S.A.(INCOMISA), Mina Escobal S.L., Mina la Camocha, Minas de Valdeloso S.L., Promotora de Minas de Carbón S.A. u Virgilio Riesco S.A. Mina Escobal S.L. li għalqet fl-2004 u Promotora de Minas de Carbón S.A. li għalqet fl-2005. Unitajiet oħra ta’ produzzjoni li rċevew għajnuna għat-tnaqqis fl-attività huma ż-żewġ unitajiet ta’ produzzjoni tal-kumpanija pubblika tal-minjieri HUNOSA li għalqu, jiġifieri Pumarabule u Figaredo. Unitajiet oħra ta’ produzzjoni rċevew għajnuna għall-aċċess għar-riservi tal-faħam. Dawn l-unitajiet huma msemmija fil-premessa 21.

(84)

Għalhekk, fuq il-bażi tal-aħħar informazzjoni rċevuta, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-awtoritajiet Spanjoli qasmu ġustament l-għajnuna għall-produzzjoni f’għajnuna għat-tnaqqis fl-attività u għajnuna għall-aċċess għar-riservi tal-faħam. Barra minn hekk, ġie kkonfermat li se tiġi sodisfatta l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(a) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, li tistabbilixxi li l-unitajiet ta’ produzzjoni li jirċievu għajnuna għat-tnaqqis fl-attività għandhom jagħlqu, mhux aktar tard mill-2007.

4.4.2.   Kriterji applikabbli

(85)

Il-Kummissjoni tinnota li, fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna għall-produzzjoni, l-awtoritajiet Spanjoli ddikjaraw li l-kriterju ewlieni li se japplikaw huwa l-ispiża tal-produzzjoni għal kull tef. Dan il-kriterju huwa konformi mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, li jista’ jiġi kkunsidrat bħala indikazzjoni ċara li l-għajnuna se tingħata lill-unitajiet li jkollhom l-aħjar prospetti ekonomiċi.

(86)

Bħala kriterji addizzjonali, l-awtoritajiet Spanjoli japplikaw l-eżistenza ta’ suq, jiġifieri għandu jkun hemm impjant ta’ enerġija li jaħdem f’raġġ ta’ 100 kilometru, u s-solvenza tal-kumpanija li tippossjedi l-unità tal-produzzjoni. F’dan ir-rigward, jista’ jkun meħtieġ proporzjon minimu bejn il-fondi tal-kumpanija u l-assi totali. Dan il-kriterju tal-aħħar se jgħin biex jingħata appoġġ lill-unitajiet bl-aħjar prospetti ekonomiċi. Il-kriterju preċedenti għandu jiġi applikat b’natura purament komplimentari. Bil-ħsieb tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija kif ukoll għal raġunijiet ekonomiċi, sakemm tkun teżisti relazzjoni mal-ispejjeż tat-trasport, għandu jiġi kkunsidrat il-post, iżda dan ma jistax ikun l-uniku fattur li jiġi evalwat. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tqis li l-kriterji applikati mill-awtoritajiet Spanjoli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002.

(87)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli, il-Kummissjoni analizzat id-definizzjoni ta’ “unità ta’ produzzjoni” kif użata fil-pjan ta’ ristrutturar. Preċedentement, Spanja għamlet l-analiżi tal-għajnuna fil-livell tal-kumpanija, billi żidet l-unitajiet operattivi ta’ taħt l-art ma’ dawk operattivi opencast. Attwalment, biddlet din l-analiżi u kkalkulat l-għajnuna għal kull unità ta’ produzzjoni kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1407/2002. Barra minn hekk, f’dan ir-rigward, ipprovdiet lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa mid-Deċiżjoni 2002/871/KE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li d-definizzjoni ta’ “unità ta’ produzzjoni” li Spanja implimentat fil-pjan ta’ ristrutturar tagħha hija konformi mar-Regolament imsemmi qabel.

(88)

Il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ ristrutturar se jirriżulta f’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 12-il miljun tunnellata. Fid-dawl tas-sitwazzjoni globali tal-enerġija fi Spanja, speċjalment meta wieħed iqis li l-Gvern Spanjol qed jippjana li jnaqqas is-sehem tal-faħam fil-ġenerazzjoni tal-elettriku minn 35,9 % għal 15 % fl-2011, it-tnaqqis fil-kapaċità għal 12-il miljun tunnellata jista’ jiġi kkunsidrat bħala miżura xierqa li se twassal biex jintlaħaq dak l-għan. Għalhekk, dan il-livell ta’ kapaċità ta’ produzzjoni, li għandu jintlaħaq sa tmiem l-2005, huwa meqjus bħala riserva strateġika skont ir-Regolament (KE) Nru 1407/2002. Konsegwentement, l-unitajiet ta’ produzzjoni għall-parti tal-pjan ta’ ristrutturar li jirreferi għall-aċċess għar-riservi tal-faħam huma meqjusa eliġibbli għall-għajnuna għal aċċess pubbliku għar-riservi tal-faħam, sakemm ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 5 tal-imsemmi Regolament.

(89)

Barra minn hekk, ġie milħuq il-kriterju prinċipali u l-bażi tar-Regolament, jiġifieri l-prinċipju li l-għajnuna għandha tonqos b’mod progressiv. L-għajnuna, mogħtija skont l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002 ġiet imnaqqsa b’4 % fis-sena. Il-Kummissjoni tqis li dan it-tnaqqis jista’ jiġi aċċettat. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-awtoritajiet Spanjoli ħabbru li, ukoll għas-snin 2006 u 2007, huwa meħtieġ li tkompli titnaqqas l-għajnuna b’4 % fis-sena.

(90)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Spanjoli ċċaraw biżżejjed il-kriterji għall-unitajiet ta’ produzzjoni sabiex dawn ikunu jistgħu jagħżlu, jew għall-għajnuna għat-tnaqqis fl-attività, jew għall-għajnuna għal aċċess għar-riservi tal-faħam. Dawn il-kriterji huma konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, b’mod partikolari l-Artikolu 4(a) u l-Artikolu 9(6)(a).

(91)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar lill-awtoritajiet Spanjoli li s-sitwazzjoni soċjali u reġjonali ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fid-deċiżjoni tar-riserva strateġika li għandha tinżamm. Il-kundizzjonijiet soċjali u reġjonali jistgħu jiġu kkunsidrati biss meta jiġu applikati l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna għat-tnaqqis fl-attività u għajnuna biex tkopri l-ispejjeż eċċezzjonali tal-proċess ta’ ristrutturar.

4.4.3.   Kalkolu tad-dħul

(92)

L-awtoritajiet Spanjoli pprovdew informazzjoni dettaljata fuq il-prezzijiet tal-faħam. Fl-informazzjoni supplimentari pprovduta mill-Gvern Spanjol, ġie spjegat li, fil-fatt, l-għajnuna pubblika mħallsa minnu kienet id-differenza bejn l-ispiża tal-produzzjoni u l-prezz tal-bejgħ medju tal-faħam Spanjol, li kien aktar baxx mill-prezz medju tal-faħam importat minn pajjiżi terzi. Dan il-prezz aktar baxx huwa dovut għall-kwalità inferjuri tal-faħam Spanjol u, sa ċertu punt, ukoll peress li l-prezzijiet huma stabbiliti f’kuntratti fit-tul filwaqt li l-prezz tal-faħam impurtat huwa l-prezz tas-suq f’jum partikolari.

(93)

L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li, fil-prattika, l-impatt tal-varjazzjoni bejn il-prezz internazzjonali u l-prezz tal-faħam domestiku jittardja b’madwar tliet trimestri. Min-naħa l-oħra, il-kwalità tal-faħam tirriżulta ħafna aktar baxxa minn dik innegozjata fis-suq internazzjonali, li jwassal għal prezz ħafna iktar baxx għall-faħam lokali. Il-prezz imħallas ivarja skont l-impjanti għax hemm differenza fil-kwalità bejn l-faħam li ġej minn unitajiet differenti. Pereżempju, il-valur kalorifiku tal-faħam jista’ jvarja bejn 7 % u 35 % skont il-post minn fejn ġie estratt.

(94)

B’mod ġenerali, il-faħam Spanjol huwa ta’ kwalità inferjuri minħabba li jkun fih ħafna rmied u ilma, u ftit materjal volatili, jew minħabba ż-żewġ ċirkustanzi. M’hemm ebda suq globali għall-faħam ta’ kwalità baxxa, peress li l-pajjiżi kollha li jipproduċuh jikkunsmawh fil-viċinanza tal-impjanti tal-minjieri. L-użu ta’ dawn it-tipi ta’ faħam fl-impjanti elettriċi jiġġenera spejjeż ta’ investiment u ta’ manutenzjoni ogħla għas-sidien tagħhom, peress li mhux biss għandhom jinstallaw berners speċjali, li l-manutenzjoni u l-użu tagħhom hija aktar għolja, iżda barra minn hekk, il-prestazzjoni ta’ dawn l-impjanti hija inqas minn dik li jikkonsma l-faħam standard.

(95)

L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li ma jkunx ekonomikament vijabbli li tittejjeb il-kwalità tal-faħam sa tali punt li jkun kumparabbli ma’ dak importat, billi l-proċess ta’ produzzjoni jkun ħafna aktar għali u inqas kompetittiv.

(96)

Mill-1998 ’l hawn, il-prezz tal-bejgħ tal-faħam huwa stabbilit permezz ta’ negozjati diretti bejn l-unitajiet tal-produzzjoni tal-minjieri u l-impjanti tal-faħam, mingħajr intervent mill-amministrazzjoni, li tista’ tintervjeni biss fil-każ ta’ kunflitt serju. L-awtoritajiet Spanjoli ssottomettew il-kuntratti bejn uħud mill-kumpaniji tal-elettriku li għandhom impjanti tal-faħam, sabiex jiġi stabbilit il-prezz imħallas lill-kumpaniji tal-minjieri. Il-kalkolu tal-prezz tal-faħam jinkludi formola dwar il-kwalità tal-faħam li tqis, fost affarijiet oħra, il-kontenut tal-materjal volatili, l-irmied, l-umdità u l-kubrit, kif ukoll il-valur kalorifiku.

(97)

Il-prezzijiet tal-faħam fi Spanja huma bbażati fuq kuntratti fit-tul bejn il-kumpaniji tal-faħam u l-klijenti tagħhom. Il-kuntratti fis-seħħ bħalissa huma validi sal-31 ta’ Diċembru 2005. Il-prezzijiet huma bbażati fuq il-parametri li ġejjin:

prezzijiet CIF (15) f’dollari Amerikani (USD) għal kull perjodu ta’ importazzjoni tal-faħam minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni Ewropea, espressi f’USD/tef u ppubblikati mill-Unjoni Ewropea;

ir-rata tal-kambju bejn id-dollaru Amerikan (USD) u l-EUR matul l-istess perjodu sabiex il-prezz CIF bil-USD jinqaleb fl-ekwivalenti tiegħu f’EUR; ir-rata tal-kambju USD/EUR żdiedet minn 0,8955 fl-2001 għal 1,25 fl-2005;

sabiex jiġi stabbilit il-prezz fl-impjant, mill-prezz li jirriżulta f’EUR titnaqqas l-ispiża tat-trasport bejn il-port u l-impjant, peress li l-prezz CIF huwa dak li jitħallas mal-kunsinna fil-port;

fl-aħħar nett, tapplika korrezzjoni, spjegata aktar tard, fir-rigward tal-kwalità.

(98)

Spanja tikkalkula l-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-faħam lejn Spanja. Il-kalkolu ta’ dawn il-prezzijiet medji ta’ importazzjoni huma bbażati fuq informazzjoni tal-istatistika pprovduta mill-kumpaniji Spanjoli li jimpurtaw il-faħam u l-kumpaniji ta’ esportazzjoni fil-pajjiżi terzi.

(99)

Sabiex din is-sistema taħdem kif suppost, huwa kruċjali li l-prezzijiet ikkalkulati għall-faħam jirriflettu b’mod preċiż il-prezz tal-faħam fis-suq dinji. Sabiex jiġi vverifikat dan l-għan, il-Kummissjoni qabblet dan il-prezz mal-“MCIS Steam Coal Market Prices”, li jservu ta’ referenza fis-suq għall-prezzijiet fuq il-post tal-faħam.

(100)

L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw id-differenza bejn il-prezz tal-“MCIS Steam Coal Marker Price” u l-prezz medju kkalkulat għalihom, filwaqt li jinnotaw li dak tal-ewwel huwa bbażat biss fuq kuntratti ffirmati f’ġurnata partikolari fis-suq fuq il-post, filwaqt li l-prezz ikkalkolat minnhom huwa bbażat fuq il-kuntratti eżistenti kollha f’ġurnata partikolari, inklużi l-kuntratti fit-tul. Għalhekk il-prezz Spanjol għandu tendenza li jkun aktar baxx mill-prezz fuq il-post fil-perjodi meta l-prezzijiet jogħlew fis-suq fuq il-post u aktar għoljin fil-perjodi meta dawn jaqgħu. Il-medja fit-tul taż-żewġ indiċijiet tirriżulta li tkun l-istess: għas-snin 1996 sa 2004, il-prezz medju tal-“MCIS Steam Coal Marker Price” kien ta’ EUR 43,3/tef. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kalkolu Spanjol tal-prezz tal-faħam jirrifletti b’mod preċiż il-prezz tal-faħam termali fis-suq dinji.

(101)

Mill-parametri msemmija hawn fuq, fl-2001 il-prezz medju kien ta’ EUR 45,85 u l-previżjoni għall-2005 kienet ta’ EUR 36. Id-dħul fl-2001 kien eċċezzjonalment għali, prinċipalment minħabba l-kontabbiltà tad-dħul gross ta’ xi dħul eċċezzjonali u atipiku f’dik is-sena. Konsegwentement, tnaqqis ta’ 20 % fl-ispiża tal-produzzjoni ma rriżultax fi tnaqqis ugwali tat-total tal-għajnuna għall-produzzjoni totali għall-perjodu 2003-2005.

(102)

L-ammont totali tal-għajnuna jiġi stabbilit wara l-preżentazzjoni għal kull unità ta’ produzzjoni ta’ rapport ta’ verifika, li jagħti l-figuri għall-ispejjeż tal-produzzjoni u d-dħul. Meta, sussegwentement, fi tmiem is-sena tal-faħam jirriżulta li d-differenza bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni u d-dħul kien aktar baxx milli mistenni, jitnaqqas it-total tal-għajnuna u jiġi rritornat l-ammont imħallas żejjed.

(103)

B’kunsiderazzjoni ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li Spanja spjegat fid-dettall kif ikkalkulat id-dħul tal-kumpaniji tal-minjieri. L-informazzjoni mogħtija kkonvinċiet lill-Kummissjoni li hija użat il-prezzijiet korretti tal-faħam meta kkalkolat id-dħul. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta, speċjalment il-kuntratti bejn l-impjanti elettriċi u l-kumpaniji tal-minjieri, il-Kummissjoni tikkonkludi li ġew rispettati l-paragrafi c) u b) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, fis-sens li l-għajnuna għall-produzzjoni ma qabżitx id-differenza bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni u d-dħul għall-perjodi rispettivi, u l-għajnuna mhux ser ikollha l-effett li l-prezzijiet tal-faħam Komunitarju mogħti jkun inqas minn dak ta’ faħam simili ta’ kwalità tajba minn pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib li fil-kuntratti l-ġodda mill-1 ta’ Jannar 2006, innegozjati bejn l-impjanti tal-elettriku u kumpaniji tal-minjieri, tingħata kunsiderazzjoni kif xieraq fil-kalkolu tal-prezz tal-faħam fis-suq dinji, li bħalissa huwa għali. Finalment, il-Kummissjoni tinnota li ġew rispettati wkoll il-kundizzjonijiet fil-paragrafi (d) u (e) tal-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

4.5.   Għajnuna biex tkopri l-ispejjeż eċċezzjonali (l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002)

(104)

Permezz tal-ittra tat-30 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-awtoritajiet Spanjoli ma ċċarawx il-kriterji li għandhom jiġu applikati għall-għoti tal-għajnuna biex tkopri spejjeż eċċezzjonali mhux relatati mal-produzzjoni kurrenti (djun li ntirtu fil-passat), fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002. Permezz tal-ittra tat-3 ta’ Ottubru 2003, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni li din l-għajnuna tingħata esklużivament lill-unitajiet ta’ produzzjoni li se jagħlqu tul il-perjodu 2003–2005, u li l-ammont tal-għajnuna ma jaqbiżx l-ispejjeż. Madankollu, l-Ordni Ministerjali ECO/2731/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003, ma nkludietx b’mod espliċitu dawn il-kundizzjonijiet. Din l-Ordni ma kienx fiha biżżejjed garanziji li l-għajnuna biex tkopri l-ispejjeż tal-għeluq tal-unitajiet ta’ produzzjoni ma taqbiżx dawn l-ispejjeż u li l-unitajiet ta’ produzzjoni inkwistjoni se jingħalqu qabel il-31 ta’ Diċembru 2005. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kriterji stabbiliti minn Spanja għall-kalkolu tal-għajnuna biex tkopri l-ispejjeż tal-għeluq tal-unitajiet ta’ produzzjoni, ibbażati fuq it-tnaqqis tal-kunsinni tal-faħam stabbiliti fil-kuntratti mal-impjanti elettriċi u f’għajnuna ta’ madwar EUR 13 għal kull elf unità tas-sħana mnaqqsa, ma jiżgurawx konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-ammonti ta’ għajnuna bbażata fuq dan l-Artikolu dehru kbar wisq, u qajmet il-kwistjoni ta’ jekk l-għajnuna proposta għal dan l-għan hix għolja wisq rigward l-intensità tal-proċess ta’ ristrutturar.

(105)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni ġdida li waslet, il-Kummissjoni tinnota li l-Ordni Ministerjali ECO/2731/2003 ġiet emendata sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002. Preżentement, din l-Ordni tapplika biss għall-unitajiet ta’ produzzjoni li jagħlqu qabel il-31 ta’ Diċembru 2005. F’dak li jirrigwarda l-kumpens ta’ EUR 13 għal kull elf unità tas-sħana tal-kuntratti tal-faħam ikkanċellati bħala riżultat tal-għeluq tal-unitajiet ta’ produzzjoni, l-Ordni ma tħalli ebda dubju li dan huwa l-ammont massimu u li jitħallsu biss l-ispejjeż attwali tal-għeluq, li jkunu ġġustifikati. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Spanjoli qalu li matul l-2004 taw inqas għajnuna. Meta mqabbel mal-2004, l-għajnuna biex tkopri l-ispejjeż eċċezzjonali effettivament mogħtija żiedet għal EUR 518 986, minflok l-ammont mistenni ta’ EUR 555 227.

(106)

Il-Kummissjoni tqis li Spanja pprovdiet spjegazzjonijiet suffiċjenti dwar l-ispejjeż eċċezzjonali marbuta mal-proċess ta’ ristrutturar li huma koperti. Spanja speċifikat l-ammonti se jingħataw skont il-kategoriji elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002. Konsegwentement, il-Kummissjoni setgħet tivverifika li l-ammonti, primarjament marbuta mal-iskemi ta’ rtirar kmieni, ma jaqbżux l-ispejjeż, filwaqt li setgħet tapprova l-għajnuniet biex tkopri l-ispejjeż eċċezzjonali ta’ ristrutturar. Minħabba t-tnaqqis fid-daqs tal-persunal, l-għeluq tal-kapaċità ta’ estrazzjoni u t-tendenza għal tnaqqis tal-għajnuna għall-produzzjoni, l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli kkonvinċiet lill-Kummissjoni li l-ispejjeż li se jkunu koperti mhumiex għoljin wisq fir-rigward tal-intensità tal-proċess ta’ ristrutturar. Fil-kapitolu li ġej se ssir evalwazzjoni separata tal-għajnuna biex tkopri spejjeż eċċezzjonali ta’ ristrutturar, mogħtija lill- kumpanija pubblika Hunosa.

4.6.   Il-pjan ta’ Hunosa

(107)

Fir-rigward ta’ Hunosa, fl-ittra tagħha tat-30 ta’ Marzu 2004 l-Kummissjoni għamlet enfasi li din il-kumpanija ġiet irreġistrata fil-pjan ta’ għeluq fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Nru 3632/93/KEFA. Minħabba raġunijiet soċjali u reġjonali, l-għeluq seħħ, madankollu, wara l-2002. L-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ din il-kumpanija huma għoljin ħafna meta mqabbla mal-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ kumpaniji oħra fis-settur tal-faħam tal-Komunità. Il-Kummissjoni kkunsidrat li t-tnaqqis fil-persunal u l-produzzjoni kienu taħt il-medja Ewropea. Il-pjan talab li jingħalqu tnejn mid-disa’ unitajiet ta’ produzzjoni. Fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Ottubru 2003, Spanja ħabbret tnaqqis ulterjuri ta’ 20 %, tal-ispejjeż tal-produzzjoni, li jikkorrispondi għal tnaqqis fl-għajnuna ta’ 25 % fl-2005. Għalhekk, it-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ produzzjoni mħabbar minn Spanja permezz tal-ittra tat-3 ta’ Ottubru 2003 jirriżulta fi tnaqqis ulterjuri tal-għajnuniet lil Hunosa għal ammont ta’ EUR 179 460 750 fl-2005.

(108)

Fl-ittra tagħha tat-30 ta’ Marzu 2004, il-Kummissjoni stmat li kien hemm il-possibbiltà li, fir-rigward tal-kumpanija Hunosa, tiġi kkunsidrata inkompatibbli mas-suq komuni l-proposta li jitwarrbu 30 % tal-konsum tal-faħam (ekwivalenti għal madwar 100 jum ta’ konsum) għall-impjanti tal-elettrikui fir-reġjun.

4.6.1.   Il-proċess ta’ ristrutturar ta’ Hunosa

(109)

L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jkomplu l-proċess ta’ ristrutturar ta’ Hunosa skont ir-Regolament (KE) Nru 1407/2002 sabiex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-ammonti ta’ għajnuna u l-kapaċità ta’ produzzjoni, kif ukoll il-persunal fil-miżura korrispondenti. Dawn il-miżuri ta’ ristrutturar għandhom jiġu evalwati filwaqt li tiġi kkunsidrata l-importanza soċjali u reġjonali ta’ Hunosa fil-Komunità Awtonoma ta’ Asturias.

(110)

L-awtoritajiet Spanjoli pprovdew lill-Kummissjoni informazzjoni dettaljata dwar ir-ristrutturar tal-proċess ta’ ristrutturar ta’ Hunosa, l-evoluzzjoni tad-dħul u l-infiq, il-prospetti u l-ammonti tal-għajnuna li għandhom jingħataw.

(111)

Il-pjan jinkludi l-elementi li ġejjin:

tnaqqis tal-persunal ta’ 33,6 %,

tnaqqis ta’ 25 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni u l-għeluq taż-żewġ unitajiet ta’ produzzjoni (Pumarabule u Figaredo), li jfisser tnaqqis ta’ 700 000 tunnellata,

għeluq ta’ post tal-ħasil,

żieda fil-produttività b’21,4 %,

tnaqqis fil-produzzjoni ta’ 26,1 %,

tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ 20 %,

tnaqqis ta’ 25 % tal-għajnuna totali matul il-perjodu 2003–2005, meta mqabbla mat-tnaqqis ta’ 12 % tal-4 snin preċedenti.

(112)

Mill-1986, meta Spanja ssieħbet fil-Komunità, id-dejta relatata mal-proċess ta’ ristrutturar hija:

tnaqqis ta’ 71,9 % tal-persunal fil-kumpaniji Hunosa u Minas de Figaredo, bi tnaqqis minn 21 911-il ħaddiem fl-1986 għal 6 151 fl-2001,

tnaqqis ta’ 47,3 % fil-kapaċità tal-produzzjoni fir-rigward tal-minjieri ta’ taħt l-art,

tnaqqis ta’ 53,3 % fil-produzzjoni,

tnaqqis ta’ 40 % tal-ammont totali tal-għajnuna għall-produzzjoni mill-1992 ’l hawn fil-valur attwali u 56 % fil-valur kostanti.

(113)

Matul il-perjodu 1998–2004, l-għajnuna lil Hunosa naqset bi 32 % fil-valur aġġustat, li huwa ogħla mill-medja fis-settur Spanjol tal-minjieri, fejn it-tnaqqis ġenerali kien ta’ 25,7 %. Mill-1992 ’l hawn, l-ammonti totali tal-għajnuna lil Hunosa waqgħu b’54 % fil-valuri aġġustati u b’69 % fil-valur kostanti.

(114)

Barra minn hekk, irriżulta li l-awtoritajiet Spanjoli żammew il-proċess ta’ ristrutturar ta’ Hunosa lil hinn mill-pjan ta’ ristrutturar 2003–2005. Fl-2003, l-għajnuna għall-produzzjoni effettivament mogħtija ammontat għal EUR 264 480 000, filwaqt li l-previżjoni kienet ta’ 271 593 000, li jfisser tnaqqis addizzjonali ta’ 2,6 %. L-għajnuna biex tkopri spejjeż eċċezzjonali ta’ ristrutturar kienet tammonta għal EUR 240 689 000, meta mqabbla ma’ previżjoni ta’ EUR 302 557 000, li jfisser tnaqqis ta’ 20,4 %.

(115)

F’dak li jirrigwarda s-sena 2004, il-produzzjoni naqset sa 1 070 000 tunnellata, li jirrappreżenta tnaqqis addizzjonali ta’ 20 % fir-rigward tal-pjan. Fi tmiem l-2004, il-persunal kien naqas għal 4 137 persuna. L-ammont totali tal-għajnuna għall-produzzjoni effettivament mogħtija fl-2004 naqas, minflok il-EUR 254 682 mbassra, għal EUR 247 483, jiġifieri, tnaqqis ulterjuri ta’ 2,8 %.

(116)

Fi tmiem l-2005, huwa previst li l-persunal ikun jikkonsisti fi 3 500 persuna, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 14 % iktar milli mbassar fil-pjan.

(117)

Il-fatt li l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ Hunosa huma tant għoljin huwa dovut prinċipalment għall-karatteristiċi fiżiċi tal-minjieri. Id-densità tal-faħam hija baxxa ħafna, u twassal biex l-estrazzjoni ssir f’żona wiesgħa u teħtieġ livell għoli ta’ infrastruttura. Id-densità, apparti minn baxxa, hija irregolari, li jagħmel il-mekkanizzazzjoni diffiċli. Lanqas il-proċess ta’ ristrutturar, b’mod partikolari t-tnaqqis qawwi fil-persunal u n-numru għoli ta’ ħaddiema li jirtiraw kmieni, ma jikkontribwixxu għall-aħjar titjib fl-ispejjeż tal-produzzjoni. Madankollu, Hunosa naqqset l-ispejjeż tal-produzzjoni permezz tat-titjib fil-ġestjoni u l-konċentrazzjoni tal-produzzjoni fl-unitajiet li kienu aktar faċli u li kellhom spejjeż aktar baxxi ta’ mekkanizzazzjoni u estrazzjoni teknika. Permezz tal-użu ta’ għodod oħra, il-mekkanizzazzjoni u l-kompjuterizzazzjoni fis-seħħ u l-immodernizzar tal-faċilitajiet tal-proċessi ta’ produzzjoni, komplew itejbu l-produttività. B’dan il-mod, se jinkiseb aktar tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni fil-futur.

(118)

Il-Kummissjoni, madankollu, tinnota li t-tnaqqis ta’ 20 % fl-ispiża tal-produzzjoni matul il-perjodu 2001-2005 ma rriżultax f’20 % oħra tnaqqis tal-għajnuna għall-produzzjoni. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, dan huwa minħabba d-differenzi fid-dħul bejn l-2001 u l-2005. Id-dħul medju tal-2001 kien ferm ogħla minn dak tal-2005, li ammonta għal EUR 37/tef.

(119)

L-awtoritajiet Spanjoli pprovdew spjegazzjonijiet dettaljati dwar dan id-dħul ta’ Hunosa. Il-prezz huwa stabbilit f’kuntratti fit-tul, li jinnegozjaw b’mod liberu Hunosa u l-klijenti tagħha, f’suq liberu.

(120)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni ġdida rċevuta, il-Kummissjoni tqis li l-kontradizzjoni evidenti bejn l-isforz sinifikanti biex jitnaqqsu l-ispejjeż u tnaqqis, inqas ċar, tal-għajnuna għall-produzzjoni hija prinċipalment minħabba l-varjazzjonijiet fid-dħul li jirriżulta mill-prezz internazzjonali tal-faħam importat u r-rata ta’ kambju dollaru/ewro. Kif spjegat fit-taqsima 4.4.3 dwar il-kalkolu tad-dħul, id-dħul li jikkorrispondi għall-perjodu 2003-2005 kien inqas minn dak tas-sena 2001. Fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar dan ipprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli, b’mod partikolari fil-kuntratti bejn Hunosa u l-ħames impjanti tal-elettriku li jużaw il-faħam tagħha, il-Kummissjoni setgħet tivverifika jekk intużawx il-figuri korretti fil-kalkolu tad-dħul ta’ Hunosa.

4.6.2.   Għajnuna lil Hunosa għal tnaqqis fl-attività

(121)

L-għajnuna mogħtija fil-passat għat-tnaqqis fl-attività tirreferi għall-unitajiet ta’ produzzjoni ta’ Hunosa li ġew magħluqa. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkonsidra li, fir-rigward ta’ Hunosa wkoll, ġew imħarsa d-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni.

4.6.3.   Għajnuna għall-aċċess għar-riservi tal-faħam

(122)

Il-pjan ta’ Hunosa jipprevedi l-għeluq tal-minjieri Pumarabule u Figaredo, li jfisser tnaqqis irriversibbli fil-kapaċità ta’ 700 000 tunnellata. Il-Kummissjoni tifhem li wieħed jista’ jassumi li l-pjanijiet l-oħra ta’ produzzjoni huma parti mill-pjan ta’ aċċess għar-riservi tal-faħam. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli indikaw li jista’ jkun hemm bidliet wara l-2005. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta din il-fehma, u tħalli l-possibiltà miftuħa li jistgħu jitnaqqsu iktar l-ammonti totali tal-għajnuna li għandha tingħata wara l-2005.

(123)

Sabiex jispjegaw għala l-produzzjoni ta’ Hunosa tifforma parti mill-pjan ta’ aċċess għar-riservi tal-faħam, l-awtoritajiet Spanjoli jirreferu għall-aċċessibbiltà tar-riservi mil-lat tekniku, id-domanda tal-impjanti tal-elettriku li jinsabu fiż-żona, il-kwalità tal-faħam u l-ħtiġijiet tal-impjanti mgħammra b’faċilitajiet tekniċi skont il-kwalità tal-faħam prodott minn Hunosa. Il-Kummissjoni tinnota li Spanja abbandunat il-kriterju ta’ provvista ta’ 100 jum għall-impjant tal-elettriku l-aktar fil-qrib. Skont l-ispjegazzjoni tal-awtoritajiet Spanjoli, kien biss eżempju ipotetiku li qatt ma kien maħsub li jintuża bħala kriterju. Madankollu, dak li huwa eżempju ma jikkontestax il-fatt li l-awtoritajiet Spanjoli ħadu d-deċiżjoni li r-riservi ta’ Hunosa għandhom ikopru ċertu perċentwal tad-domanda tal-impjanti tal-elettriku allokati fl-istess żona. Minħabba l-flessibbiltà ta’ dan l-approċċ, il-Kummissjoni tinnota li wieħed jista’ jassumi li l-awtoritajiet Spanjoli ma jiksrux il-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija.

(124)

B’mod konformi mar-raġunament tal-awtoritajiet Spanjoli, il-Kummissjoni tqis li jirriżulta li l-produzzjoni ta’ madwar miljun tunnellata fl-2005 hija parti mir-riserva strateġika tal-produzzjoni tal-faħam li l-awtoritajiet Spanjoli jixtiequ jżommu. Il-Kummissjoni taqbel mal-analiżi tal-awtoritajiet Spanjoli li l-Pjan ta’ Hunosa 2003-2005 huwa mezz tranżitorju, iżda indispensabbli, sabiex jiffaċilita iktar l-identifikazzjoni tal-unitajiet ta’ produzzjoni li għandhom jiġu inklużi fil-pjan il-ġdid għall-perjodu 2006-2010 rigward l-aċċess għar-riservi tal-faħam. Minħabba t-tnaqqis sinifikanti kemm fil-produzzjoni kif ukoll fl-ammont ta’ għajnuna, il-pjan huwa konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1407/2002 u jipprovdi bażi utli għal iktar ristrutturar. Minħabba li r-riservi ta’ Hunosa kienu meħtieġa sabiex tinkiseb produzzjoni totali tal-faħam ta’ 12-il miljun tunnellata fl-2005, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li r-riservi Hunosa jiffurmaw parti, matul il-perjodu 2003-2005, tal-pjan ta’ aċċess għar-riservi tal-faħam. Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar lill-awtoritajiet Spanjoli li l-pjan ta’ aċċess għar-riservi tal-faħam, u b’mod partikolari l-post li tokkupa Hunosa, minħabba l-ispejjeż għoljin tagħha tal-produzzjoni, għandu jiġi rivedut għall-perjodu 2006-2010. Il-produzzjoni ta’ Hunosa u s-sussidju possibbli għandhom jitnaqqsu sostanzjalment matul dan il-perjodu.

4.6.4.   Għajnuna biex tkopri spejjeż eċċezzjonali fil-proċess ta’ ristrutturar Hunosa

(125)

L-awtoritajiet Spanjoli pprovdew informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna biex tkopri spejjeż eċċezzjonali fil-proċess ta’ ristrutturar, li huma msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, fejn dawn l-ispejjeż ġew maqsuma fi spejjeż tekniċi u spejjeż soċjali, skont it-tabella li ġejja:

EUR (1000)

 

2003

2004

2005

Xogħol ta’ sigurtà, spejjeż relatati mar-rijabilitazzjoni tal-minjieri preċedenti tal-faħam

11 684

11 984

13 766

Deprezzament intrinsiku eċċezzjonali

9 514

10 902

22 905

Spejjeż tekniċi totali

21 198

22 886

36 638

Spejjeż ta’ rtirar kmieni

277 969

273 019

247 300

Indennizzi

3 005

2 705

2 404

Provvista tal-faħam

385

373

361

Spejjeż soċjali totali

281 359

276 097

250 065

Total

302 557

298 983

286 203

(126)

Għall-perjodu 2002–2005, Hunosa tipprevedi rtirar kmieni ta’ 2 622 ħaddiem, bi spiża ta’ madwar EUR 417 000 kull wieħed. Dawn l-ispejjeż jistgħu jvarjaw, kif muri fir-rigward tas-sena 2003. L-għajnuna attwalment mogħtija kienet ta’ 20 % anqas milli kien mistenni.

(127)

B’mod konformi mal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, il-Kummissjoni kkunsidrat il-fatt li fiż-żona kkonċernata, Hunosa tikkontribwixxi 20 % tal-impjieg dirett, u huwa diffiċli li jinħoloq impjieg alternattiv, peress li diġà nħolqu 18 000 impjieg mill-1986 ’l hawn. Hunosa għandha importanza kbira ekonomika u soċjali fil-Komunità Awtonoma ta’ Asturias. Il-Kummissjoni tifhem li Spanja għandha bżonn iż-żmien biex tiżviluppa attivitajiet ekonomiċi alternattivi oħra fir-reġjun.

(128)

Il-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Spanjoli, li din l-għajnuna tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002. L-għotjiet ikopru l-miżuri elenkati fl-Anness tiegħu u ma jaqbżux l-ispejjeż.

4.6.5.   Reklutaġġ ta’ impjegati ġodda

(129)

Skont l-informazzjoni mogħtija minn Spanja, matul il-perjodu 2003-2005 ma saret ebda żieda ġdida. Il-Kummissjoni tilqa’ dan u tfakkar lill-awtoritajiet Spanjoli li huwa element importanti fl-istima tal-kompatibilità tal-miżuri ta’ ristrutturar, kemm preżentement kif ukoll fil-futur.

4.6.6.   Konklużjoni dwar il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Hunosa

(130)

Il-Kummissjoni tqis li Hunosa għamlet sforz sinifikanti ta’ ristrutturar u li, f’dan il-mument, u meta tiġi kkunsidrata l-importanza soċjali u reġjonali tagħha, ma jkunx raġonevoli li jiġu applikati miżuri iktar stretti. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Hunosa huwa konformi mal-iskop u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002. L-għajnuna ngħatat biex tikkontribwixxi għall-proċess ta’ ristrutturar u ġew ikkunsidrati l-aspetti soċjali u reġjonali tal-pożizzjoni ta’ Hunosa fil-Komunità Awtonoma ta’ Asturias. Id-dubji espressi mill-Kummissjoni biex tibda l-proċeduri, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-ammonti allokati u l-kriterji applikabbli, ġew eliminati mill-awtoritajiet Spanjoli, filwaqt li pprovdew informazzjoni dettaljata addizzjonali u adottaw miżuri ta’ ristrutturar oħra li jmorru lil hinn mill-pjan ta’ ristrutturar notifikati oriġinarjament. Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar lill-awtoritajiet Spanjoli li l-pożizzjoni ta’ Hunosa għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid fid-dawl tal-miżuri l-ġodda ta’ ristrutturar u tal-pjan ta’ aċċess għar-riservi tal-faħam għall-perjodu 2006-2010, u li huma meħtieġa miżuri ġodda għar-ristrutturar.

4.7.   Evalwazzjoni ġenerali tal-pjan ta’ ristrutturar 2003-2005

(131)

Il-pjan ta’ ristrutturar fih l-elementi tal-pjan ta’ aċċess għar-riservi tal-faħam imsemmija fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002 u tal-pjan ta’ għeluq imsemmi fl-Artikolu 9(4). Il-Kummissjoni, għalhekk, tista’ tieħu deċiżjoni pożittiva dwar il-pjanijiet proposti skont l-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament. Fl-istess ħin, fuq il-bażi tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament imsemmi, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjonijiet dwar l-għajnuna annwali mogħtija jew il-konċessjoni mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli lill-industrija tal-faħam għas-snin 2003, 2004 u 2005. Meta tittieħed deċiżjoni dwar il-konformità tagħhom, il-Kummissjoni għandha tqis il-kundizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli minn 4 sa 8 u r-rispett għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(132)

Il-Kummissjoni tqis li, b’mod konformi mal-miżuri ta’ ristrutturar notifikati minn Spanja, it-tnaqqis tal-għajnuna Statali se jwassal għal tnaqqis permanenti ġdid fil-produzzjoni tal-faħam. Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, il-volum globali tal-għajnuna jsegwi tendenza ’l isfel u fi kwalunkwe sena wara l-2003 ma jaqbeż l-ammont ta’ għajnuna awtorizzat mill-Kummissjoni għas-sena 2001. F’dak li jirrigwarda l-aċċess għar-riservi tal-faħam, kif previst fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament imsemmi, Spanja tipproponi li, fl-2005, jiġi garantit l-aċċess għar-riservi tal-faħam b’kapaċità totali ta’ 12-il miljun tef. Għal dan l-għan, il-kapaċità tal-produzzjoni ġiet imnaqqsa għal 1 600 000 tunnellata.

(133)

Għalkemm l-ispejjeż medji tal-produzzjoni tas-settur Spanjol tal-faħam naqsu ftit, l-ispejjeż tal-produzzjoni jibqgħu għoljin. Għalkemm il-prezzijiet tas-suq dinji żdiedu, is-sitwazzjoni ekonomika sfavorevoli Spanjola tal-faħam fuq l-importazzjonijiet mhix se jkollha tibdil sinifikanti matul is-snin li ġejjin.

(134)

Il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni ppreżentata u l-qafas ġenerali għas-snin 2006 u 2007 huma linji gwida tajba li fihom il-kundizzjonijiet meħtieġa kollha. Spanja żgurat li se tkompli tnaqqas kemm il-produzzjoni kif ukoll l-ammont totali tal-għajnuna matul dawn is-snin bl-istess rata li hija għamlet fl-2003–2005. Il-Kummissjoni, konsegwentement, taċċetta l-livell attwali u r-rilevanza tal-informazzjoni mogħtija minn Spanja għall-2006 u l-2007. Aktar ’il quddiem Spanja għandha tippreżenta l-informazzjoni dettaljata dwar il-volum totali ta’ għajnuna skont l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002 għall-perjodu 2006–2007, flimkien mal-miżuri ta’ ristrutturar għall-perjodu li jintemm fl-2010. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li din l-iskeda hija ġġustifikata, minħabba l-konsegwenzi soċjali u reġjonali tal-għeluq tal-unitajiet ta’ produzzjoni, filwaqt li tqis li Spanja ddikjarat espliċitament li se tissodisfa l-kundizzjoni li l-għajnuna tkompli jkollha tendenza li titnaqqas fil-perjodu wara l-2005. Dan tal-aħħar huwa punt kruċjali għall-evalwazzjoni mill-Kummissjoni, peress li l-aħħar raġuni tal-qafas stabbilit mir-Regolament huwa li jiġi żgurat tnaqqis sinifikanti tal-għajnuna mogħtija lis-settur tal-faħam.

(135)

Spanja ddeċidiet li żżomm is-sistema ta’ għoti ta’ għajnuna li użat qabel. Il-miżuri ta’ ristrutturar minn naħa waħda jiffavorixxu s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u, min-naħa l-oħra, jippermettu l-kontinwazzjoni tal-proċess ta’ ristrutturar. L-ammont tal-għajnuna nnotifikat huwa meħtieġ, peress li jiggarantixxi aċċess għar-riservi tal-faħam u tnaqqis fl-attività ta’ estrazzjoni, li hija meqjusa essenzjali. Mingħajr l-għajnuna, il-produzzjoni fi Spanja jkollha titwaqqaf, peress li l-industrija tal-faħam mhix kompetittiva.

(136)

Il-Kummissjoni tqis li huwa ġustifikabbli li l-volum stmat tal-kapaċità ta’ produzzjoni, stabbilit għal 12-il miljun tef għall-2005 fil-provvista tal-enerġija fi Spanja, meta wieħed jikkunsidra dan fid-dawl tal-politika tagħha ta’ sigurtà tal-provvista u tal-politika tal-enerġija globali tagħha. F’din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li Spanja ser iżżid il-perċentwal korrispondenti għall-enerġiji rinnovabbli fil-produzzjoni tal-enerġija minn issa sal-2010.

(137)

Peress li, mill-perspettiva tal-impjiegi, il-miżuri ta’ ristrutturar notifikati se jkollhom implikazzjonijiet sinifikanti għas-suq tax-xogħol, fl-evalwazzjoni tal-pjan il-Kummissjoni kkunsidrat il-bżonn li jitnaqqsu għall-minimu possibbli l-effetti soċjali u reġjonali tar-ristrutturar tas-settur tal-faħam Spanjol.

(138)

Il-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi tan-notifika, li l-ippjanar fis-settur tal-faħam fi Spanja huwa bbażat fuq l-għanijiet li ġejjin: tnaqqis progressiv tal-għajnuna finanzjarja meħtieġa, tnaqqis tal-produzzjoni u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, provvista garantita lill-konsumaturi bil-kwalità adattata u fil-ħin dovut, tnaqqis soċjalment aċċettabbli fin-numru ta’ impjiegi u kunsiderazzjoni tal-effett reġjonali tal-miżuri.

(139)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-pjan Spanjol ta’ ristrutturar għall-perjodu 2003–2005 huwa dettaljat u jipprovdi linji gwida tajba skont il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-2006 u l-2007. Barra minn hekk, il-pjan jippreżenta stampa korretta tar-rwol tal-faħam fil-politika tal-enerġija u tal-ambjent fil-kuntest tal-provvista tal-enerġija primarja sal-2010.

(140)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, u meta wieħed iqis li ġew adottati miżuri li jmorru lil hinn mill-pjan ta’ ristrutturar notifikat oriġinarjament, il-Kummissjoni tifhem li l-pjan ippreżentat minn Spanja huwa kumpatibbli mal-għanijiet u l-kriterji tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, u b’mod partikolari l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 9 tiegħu. Minħabba li l-għajnuna korrispondenti għas-snin 2003, 2004 u 2005 ġew mogħtija jew se jingħataw fuq il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturar u b’mod konformi miegħu, il-Kummissjoni tikkonkludi, fuq il-bażi tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament, li dawn is-sussidji ngħataw b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

5.   KONKLUŻJONI

(141)

Il-Kummissjoni tqis li Spanja tat għajnuna Statali b’mod illegali lis-settur tal-faħam fir-rigward tas-snin 2003 u 2004, bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Madankollu, wara li analizzat il-miżuri u l-informazzjoni sottomessa minn Spanja fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, il-Kummissjoni temmen li l-pjan tar-ristrutturar tal-industrija tal-faħam għall-perjodu 2003–2005 u l-għajnuna Statali korrispondenti għas-snin 2003–2005, ibbażati fuq dan il-pjan, huma kumpatibbli mas-suq komuni. Għalhekk, hija tawtorizza lil Spanja tħallas dawn l-għajnuniet.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjan ta’ ristrutturar tal-industrija tal-faħam u l-għajnuna Statali għas-snin 2003-2005, implimentati minn Spanja għas-snin 2003 u 2004, huma kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3) tat-Trattat KE. Għalhekk, Spanja hija awtorizzata li tħallas din l-għajnuna.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmula fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 182, 15.7.2004, p. 3.

(2)  ĠU L 205, 2.8.2002, p. 1. Regolament emendat permezz tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

(3)  ĠU L 300, 5.11.2002, p. 42.

(4)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(5)  ĠU L 303, 13 11.1998, p. 57.

(6)  ĠU L 329, 30.12.1993, p. 12.

(7)  L-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) nru 1407/2002.

(8)  L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) nru 1407/2002.

(9)  L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) nru 1407/2002.

(10)  L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) nru 1407/2002.

(11)  L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) nru 1407/2002.

(12)  ĠU L 296, 30.10.2002, p. 73.

(13)  Kumpanija Statali tal-Ekonomija u l-Finanzi, maħluqa fl-1996 taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi.

(14)  COM(2001)264 finali, p. 1l.

(15)  Ħlas, assigurazzjoni u trasport.