ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2011.269.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 269

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
14 ta' Ottubru 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/679/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll maqbul bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet

17

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011 tat-13 ta' Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1012/2011 tal-11 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1013/2011 tal-11 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-projbizzjoni tas-sajd għat-tonn għajnu kbira fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera Portugiża

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2011 tal-11 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ksampu fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

25

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2011 tat-13 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/680/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2011 li taħtar membru Portuġiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

29

 

 

2011/681/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2011 li taħtar membru Irlandiż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

30

 

 

2011/682/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda

31

 

 

2011/683/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK tat-13 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

33

 

 

2011/685/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2011 li tirrikonoxxi l-karattru operattiv kompletament tad-dejtabejż Litwana dwar l-annimali bovini (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7164)

36

 

 

2011/686/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2011 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin kif ukoll ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7168)  ( 1 )

37

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond ( ĠU L 336, 21.12.2010 )

39

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/1


DIRETTIVA 2011/76/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Settembru 2011

li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli hija element essenzjali tal-politika komuni tat-trasport. Għal dan il-għan, il-kontribut tas-settur tat-trasport għat-tibdil fil-klima u l-impatti negattivi tiegħu għandhom jitnaqqsu, b’mod partikolari l-konġestjoni, li timpedixxi l-mobbiltà u t-tniġġis tal-arja u t-tniġġis mill-istorbju, li joħolqu ħsara għas-saħħa u għall-ambjent. Barra minn hekk għandhom jiġu integrati rekwiżiti għall-protezzjoni tal-ambjent fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ linji ta’ politika oħrajn tal-Unjoni, inkluża l-politika komuni tat-trasport.

(2)

L-objettiv tat-tnaqqis tal-impatti negattivi tat-trasport għandu jinkiseb b’tali mod li jiġu evitati ostakoli sproporzjonati għal-libertà ta’ moviment fl-interess ta’ tkabbir ekonomiku sod, funzjonament adatt tas-suq intern u koeżjoni territorjali.

(3)

Sabiex isir l-aħjar użu mis-sistema tat-trasport kif meħtieġ, il-politika komuni tat-trasport għandha tuża varjetà ta’ strumenti biex l-infrastuttura tat-trasport u l-użu ta’ teknoloġiji jitjiebu u sabiex tippermetti ġestjoni aktar effiċjenti tad-domanda għat-trasport, permezz, b’mod partikolari, il-promozzjoni tat-tiġdid tal-flotta, użu aktar effiċjenti tal-infrastrutturi u l-komodalità. Dan jitlob aktar rikors għall-prinċipju ta’ “l-utent iħallas” u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” fis-settur tat-trasport fil-mezzi kollha ta’ trasport.

(4)

Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) appellat lill-Kummissjoni biex tippreżenta mudell għall-valutazzjoni tal-ispejjeż esterni kollha li jirriżultaw mill-użu tal-infrastruttura tat-trasport biex iservi bħala l-bażi għall-kalkoli futuri tat-tariffi għall-infrastruttura. Dak il-mudell kellu jkun akkumpanjat minn analiżi tal-impatt tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni għall-mezzi kollha tat-trasport u strateġija għall-implimentazzjoni pass pass tal-mudell u, jekk adatt, bi proposti għal aktar reviżjoni ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Sabiex isir progress lejn politika tat-trasport sostenibbli, il-prezzijiet tat-trasport għandhom jirriflettu aħjar l-ispejjeż relatati mat-tniġġis tal-arja u mill-istorbju minħabba t-traffiku, it-tibdil fil-klima, u l-konġestjoni kkawżati mill-użu proprju tal-mezzi kollha ta’ trasport, bħala mezz għall-kisba tal-aħjar użu tal-infrastruttura, it-tnaqqis tat-tniġġis lokali, il-maniġġar tal-konġestjoni u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bl-inqas spiża għall-ekonomija. Dan jitlob approċċ pass pass fil-mezzi kollha tat-trasport, b’kont meħud tal-karatteristiċi partikolari tagħhom.

(6)

Il-mezzi ta’ trasport diġà bdew jinternalizzaw l-ispejjeż esterni u l-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni tintroduċi din l-internalizzazzjoni gradwalment jew għall-inqas ma twaqqafhiex. Madankollu, dan il-proċess għandu bżonn jiġi mmonitorjat u mħeġġeġ aktar għall-mezzi kollha ta’ trasport li japplikaw għall-prinċipji komuni filwaqt li titqies l-ispeċifiċità ta’ kull mezz.

(7)

Fis-settur tat-trasport bit-triq, il-ħlasijiet għall-użu tat-triq ikkalkulati bħala tariffi għall-użu tal-infrastruttura bbażati fuq id-distanza jikkostitwixxu strument ekonomiku ġust u effiċjenti biex tintlaħaq politika tat-trasport sostenibbli, peress li għandhom relazzjoni diretta mal-użu tal-infrastruttura, il-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi u l-lok u l-ħin tal-użu tal-vetturi u għalhekk jistgħu jiġu stabbiliti f’livell li jirrifletti l-ispiża tat-tniġġis u l-konġestjoni kkawżati mill-użu proprju tal-vetturi. Barra minn hekk, il-ħlasijiet għall-użu tat-triq ma joħolqu l-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern peress li jitħallsu mill-operaturi kollha irrispettivament mill-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom jew fejn huma stabbiliti u huma proporzjonati mal-intensità tal-użu tan-netwerk tat-toroq.

(8)

L-analiżi tal-impatt turi li l-applikazzjoni ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq ikkalkulati abbażi tal-ispiża tat-tniġġis, u, fuq toroq bi traffiku staġnat, abbażi tal-varjazzjoni ogħla tar-rati tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq matul il-perijodi l-aktar traffikużi jista’ jkollha effett pożittiv fuq is-sistema tat-trasport u tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima. Hija tista’ tnaqqas il-konġestjoni u t-tniġġis lokali billi tinkoraġġixxi l-użu ta’ teknoloġiji aktar nodfa għall-vetturi, tikseb imġiba loġistika ottimali u tnaqqas il-vjaġġi lura bla tagħbija. Indirettament, hija jista’ jkollha rwol importanti fit-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

(9)

Din id-Direttiva ma tipprevjenix lill-Istati Membri milli japplikaw regoli nazzjonali biex jimponu tariffi fuq utenti oħra tat-toroq li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(10)

L-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja u tat-tniġġis mill-istorbju, bħalma huma l-ispejjeż tas-saħħa, inkluża l-kura medika, it-telf tal-uċuħ tar-raba’ u telf ieħor ta’ produzzjoni, u l-ispejjeż soċjali, jitħallsu fit-territorju tal-Istat Membru fejn iseħħ it-trasport. Il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas ser ikun implimentat permezz tal-impożizzjoni tal-ispiża esterna li ser tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni.

(11)

Għall-fini ta’ din id-Direttiva, il-mudell li fasslet il-Kummissjoni biex tikkalkula l-ispejjeż esterni tat-tniġġis tal-arja u l-istorbju minħabba t-traffiku jipprovdi metodi affidabbli u firxa ta’ valuri unitarji li diġà jistgħu jservu bħala bażi għall-kalkolu tat-tariffi għall-ispejjeż esterni.

(12)

Għad hemm inċertezzi rigward l-ispejjeż u l-benefiċċji tas-sistemi meħtieġa biex jiġu infurzati tariffi differenzjati f’toroq bi ftit traffiku. Sakemm jiġu ttrattati dawn l-inċertezzi, jidher li approċċ flessibbli fil-livell tal-Unjoni huwa l-aktar wieħed adatt. Dan l-approċċ flessibbli għandu jħalli l-għażla f’idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk u fuq liema toroq jintroduċu tariffi għall-ispejjeż esterni abbażi tal-karatteristiċi lokali u nazzjonali tan-netwerk.

(13)

Ħlasijiet fuq l-utent ibbażati fuq il-ħin jikkostitwixxu sistema utli biex jibda jiġi applikat il-prinċipju li “l-utent iħallas”, meta sistema ta’ ħlas ibbażata fuq id-distanza magħmula, li tirrefletti aħjar l-użu reali tal-infrastruttura, għadha mhijiex implimentata. Ħlasijiet fuq l-utent ibbażati fuq il-ħin li jiġu imposti kull ġurnata, kull ġimgħa, kull xahar jew kull sena ma għandhomx jiddiskriminaw kontra l-utenti okkażjonali, peress li parti kbira minn dawn l-utenti x’aktarx ikunu trasportaturi tal-merkanzija li mhumiex nazzjonali. Għalhekk għandu jiġi stabbilit proporzjon aktar dettaljat bejn ir-rati ta’ kull ġurnata, ta’ kull ġimgħa, ta’ kull xahar u ta’ kull sena għal vetturi tqal tal-merkanzija.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li t-trasportaturi Ewropej tal-merkanzija jirċievu indikazzjonijiet ta’ prezz ċari li jservu ta’ inċentiv biex jottimizzaw l-imġiba tagħhom, għandhom isiru sforzi fuq terminu ta’ żmien medju biex tinkiseb konverġenza fil-metodi li jużaw l-Istati Membri biex jikkalkulaw l-ispejjeż esterni.

(15)

Implimentazzjoni ċara u trasparenti tal-iskemi tat-tariffi tista’ twassal għal funzjonament aħjar tas-suq intern. Għalhekk, skemi ta’ tariffi inkonsistenti għandhom jiġu evitati sabiex ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija fuq in-netwerk trans-Ewropew tat-toroq jew fuq ċerti sezzjonijiet ta’ dak in-netwerk, u fuq kwalunkwe sezzjoni addizzjonali ta’ dawk in-netwerks jew dawk l-awtostradi interkonnessi li mhumiex parti min-netwerk trans-Ewropew tat-toroq. L-istess prinċipji ta’ tariffi għandhom, b’mod partikolari, jiġu applikati għal kwalunkwe sezzjoni tan-netwerk tal-awtostradi ta’ Stat Membru.

(16)

L-Istati Membri għandu jkollhom l-opzjoni li jimponu tariffa li hi l-ogħla livell tal-ispejjeż tal-infrastruttura u l-ispejjeż esterni li tippermetti din id-Direttiva permezz tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq, iżda għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jimponu waħda jew iż-żewġ spejjeż f’livell aktar baxx jew li ma jimponu l-ebda spiża.

(17)

Meta jiddeterminaw in-netwerk li fuqu japplikaw tariffa għall-ispejjeż esterni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li ma jimponux tariffi għall-ispejjeż esterni fuq ċerti toroq biex itejbu l-aċċess għal, u l-kompetittività tar-reġjuni periferiċi, dawk bla kosta u gżejjer.

(18)

Għandu jkun possibbli li ma’ tariffa għall-infrastruttura jiżdied element tal-ispiża esterna abbażi tal-ispiża tat-tniġġis tal-arja u mill-istorbju tat-traffiku. L-element tal-ispiża esterna inkluż fil-ħlasijiet għall-użu tat-triq għandu jkun jista’ jiżdied mal-ispiża tal-użu tal-infrastruttura, dment li jiġu rispettati ċerti kondizzjonijiet fil-kalkolu tal-ispejjeż sabiex ikunu evitati tariffi mhux dovuti.

(19)

It-tariffa għall-ispejjeż esterni għandha tvarja skont it-tipi ta’ toroq, it-tipi ta’ vetturi u, għall-istorbju, il-perijodi tal-ħin involuti, biex tirrifletti aħjar l-ispiża tat-tniġġis tal-arja u l-istorbju minħabba t-traffiku.

(20)

Il-konġestjoni għandha impatt negattiv, fis-sens li għall-utenti tat-toroq b’mod ġenerali, dan ifisser telf ta’ ħin u ta’ fjuwil. Id-differenzi fit-tariffi għall-infrastruttura joffru għodda għall-immaniġġar tal-konġestjoni, dment li l-ħlasijiet għall-użu tat-triq differenzjati jagħtu sinjal ċar u li jinftiehem lill-utenti tat-toroq permezz tal-prezz sabiex dawn jibdlu mġibithom u jevitaw partijiet tat-toroq fejn hemm konġestjoni waqt il-perijodi bl-aktar traffiku.

(21)

Meta tiġi applikata varjazzjoni biex tonqos il-konġestjoni f’sezzjoni partikolari tat-triq, il-varjazzjoni għandha tiġi ppjanata u applikata b’mod newtrali fil-konfront tad-dħul finanzjarju, li jagħti vantaġġi finanzjarji sinifikanti lit-trasportaturi tal-merkanzija li jużaw is-sezzjoni tat-triq ikkonċernata tul perjodi ta’ traffiku mhux intensiv fuq dawk li jużawha waqt ħinijiet ta’ traffiku intensiv.

(22)

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (5) diġà tipprovdi bażi għall-iżvilupp u l-ikkompletar tas-sett ta’ miżuri tal-Unjoni li jikkonċernaw l-istorbju mill-vetturi u l-infrastruttura tat-toroq billi tirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jfasslu mapep strateġiċi tal-istorbju għal toroq prinċipali u jfasslu pjani ta’ azzjoni biex inaqqsu l-istorbju fejn il-livelli ta’ espożizzjoni jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem.

(23)

Il-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern jeħtieġ qafas tal-Unjoni sabiex ikun żgurat li t-tariffi għall-użu tat-toroq stabbiliti abbażi tal-ispiża lokali tat-tniġġis tal-arja u mill-istorbju minħabba t-traffiku u abbażi tal-konġestjoni jkunu trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. Dak il-qafas għandu jinkludi prinċipji komuni għat-tariffi, metodi ta’ kalkolu, livelli massimi u valuri għal kull unità tal-ispejjeż esterni bbażati fuq metodi xjentifiċi rikonoxxuti, kif ukoll proċeduri biex il-Kummissjoni tkun notifikata u tingħata rapporti dwar l-iskemi tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq.

(24)

Jekk awtorità tinħatar minn Stat Membru biex tistabbilixxi t-tariffa għall-ispejjeż esterni, din ma għandu jkollha l-ebda interess proprju li tistabbilixxi l-ammont f’livell mhux adatt u għalhekk għandha tkun indipendenti mill-korp li jiġbor u jamministra d-dħul mill-ħlasijiet għall-użu tat-triq.

(25)

Il-kuritur li fih mark-up hija permessa jista’ jinkludi sezzjonijiet ta’ toroq muntanjużi paralleli u li jikkompetu b’mod dirett ma’ xulxin f’distanza raġonevoli li t-traffiku jista’ jiġi ddevjat fihom bħala riżultat tal-introduzzjoni tal-mark-up. Fi proġetti transkonfinali, l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandha tiġi miftiehma bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni.

(26)

Biex tingħata preċedenza lill-kostruzzjoni tal-proġetti prijoritarji ta’ interess Ewropew, identifikati fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (6), l-Istati Membri li għandhom il-possibilità li japplikaw mark-up għandhom jużaw dik l-opzjoni qabel jimponu tariffa għall-ispejjeż esterni. Biex jiġu evitati tariffi żejda għall-utenti, it-tariffa għall-ispejjeż esterni ma għandhiex tiġi miżjuda b’mark-up dment li l-ispejjeż esterni ma jaqbżux l-ammont tal-mark-up diġà impost. F’każ bħal dan, huwa għalhekk adatt li l-ammont tal-mark-up jitnaqqas mit-tariffa għall-ispejjeż esterni.

(27)

Skontijiet jew tnaqqis tat-tariffa għall-ispejjeż esterni ma għandhomx ikun permessi peress li jkun hemm riskju sinifikanti li dawn jiddiskriminaw iżżejjed kontra ċerti kategoriji ta’ utenti.

(28)

Soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-Għajnuna mill-Istat, miżuri ta’ inċentiv għandhom ikunu permessi għal vjaġġi li jinvolvu trasferimenti modali għaljin, bħal triq-baħar-triq, fl-interess tal-koeżjoni territorjali u l-aċċessibbiltà u l-kompetittività tar-reġjuni periferiċi, dawk bla kosta u għall-gżejjer.

(29)

Għandu jkun possibbli li jiġu permessi skontijiet jew tnaqqis tat-tariffa għall-infrastruttura taħt ċerti ċirkostanzi għal kwalunkwe kategorija ta’ utent, bħal utenti frekwenti jew utenti ta’ sistemi elettroniċi ta’ ħlas għall-użu tat-triq.

(30)

It-tariffi għall-ispejjeż esterni permezz ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq jkunu aktar effettivi biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-utenti jekk huma jkunu konxji ta’ tali spejjeż. Għalhekk, dawk l-ispejjeż għandhom jiġu identifikati seperatament fuq dikjarazzjoni, fuq kont jew fuq dokument ekwivalenti pprovdut mill-operatur tal-ħlas għall-użu tat-triq. Barra minn hekk, tali dokument jagħmilha aktar faċli biex it-trasportaturi tal-merkanzija jgħaddu l-ispiża tat-tariffa għall-ispejjeż esterni lill-ispeditur jew lil kwalunkwe klijent ieħor.

(31)

L-użu ta’ sistemi ta’ ħlas għall-użu tat-triq elettroniċi huwa mixtieq biex jiġi evitat it-tfixkil għaċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku u biex ma jinħolqux effetti negattivi fuq l-ambjent lokali kkawżati minn kjuwijiet quddiem il-gradi tal-kabini għall-ġbir tal-ħlas għall-użu tat-triq. Huwa għalhekk mixtieq li tiġi imposta tariffa għall-ispiża esterna permezz ta’ tali sistemi, f’konformità mad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (7). Bil-għan li jitħaffef it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-progress miksub fil-qafas tad-Direttiva 2004/52/KE biex jiġi implimentat sad-dati miftiehma Servizz Elettroniku Ewropew tat-Taxxi tat-Toroq ġenwin, li jillimita l-għadd ta’ strumenti għat-taxxi elettroniċi f’vettura partikolari għal unita’ waħda li tkun kompletament kompatibbli mas-sistemi elettroniċi għall-ġbir tal-flus tal-Istati Membri kollha.

(32)

Filwaqt li d-deċiżjonijiet dwar l-ispiża pubblika nazzjonali, inkluż l-użu ta’ dħul iġġenerat skont din id-Direttiva, huma, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kwistjoni għall-Istati Membri, id-dħul addizzjonali ġġenerat mit-tariffi għall-ispejjeż esterni, jew l-ekwivalenti f’valur finanzjarju ta’ dan id-dħul, f’konformità mal-objettivi tal-politika dwar it-trasport ta’ din id-Direttiva, għandu jintuża għall-benefiċċju tas-settur tat-trasport u għall-promozzjoni tal-mobbiltà sostenibbli inġenerali. Proġetti bħal dawn għandhom għalhekk, fost l-oħrajn, ikunu relatati mal-iffaċilitar ta’ prezzijiet effiċjenti, it-tnaqqis ta’ tniġġis tat-trasport fis-sors, il-mitigazzjoni tal-effetti tiegħu, it-titjib fil-prestazzjoni tal-vetturi fir-rigward tas-CO2 u l-enerġija, l-iżvilupp ta’ infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport, li jsir l-aħjar użu mill-loġistika jew it-titjib tas-sikurezza fit-toroq.

(33)

Sabiex tiġi promossal-interoperabilità tal-arranġamenti tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq, u soġġett għall-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet, żewġ Stati Membri jew aktar għandhom ikunu jistgħu jikkooperaw biex jintroduċu sistemi komuni ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq.

(34)

Il-Kummissjoni għandha fi żmien debitu tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill valutazzjoni komprensiva tal-esperjenza miksuba f’dawk l-Istati Membri li japplikaw tariffa għall-ispejjeż esterni u/jew tariffa għall-infrastruttura f’konformità ma’ din id-Direttiva.

(35)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (8) jistipula li d-dħul iġġenerat minn tariffi li jiġġarrbu direttament mill-utenti għandu jiġu kkunsidrat fid-determinazzjoni tan-nuqqas ta’ finanzjament f’każ ta’ proġett li jiġġenera d-dħul. Madankollu, id-dħul iġġenerat minn tariffi għall-ispejjeż esterni ma għandux jitqies fil-kalkolu tan-nuqqas ta’ finanzjament, minħabba li dan id-dħul għandu jintnefaq fuq proġetti bl-għan li jnaqqsu t-tniġġis tat-trasport fit-toroq fis-sors, itaffu l-effetti tiegħu, itejbu l-prestazzjoni tal-vetturi rigward CO2 u enerġija, u jiżviluppaw infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport.

(36)

Meta jimplimentaw metodi xjentifiċi alternattivi għall-kalkolu tat-tariffi għall-ispejjeż esterni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jieħdu kont tal-metodi biex jiġu kkalkulati l-valuri tal-ispejjeż monetarji tal-esternalitajiet li huma previsti mill-istudju “Handbook on estimation of external cost in the transport sector” (9), li jagħti ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni l-aktar riċenti fit-teorija u l-prattika tal-kalkolu tal-ispejjeż esterni.

(37)

Fiż-żoni muntanjużi kif deskritt fil-istudju “Mountain Areas in Europe: Analysis of mountain areas in EU Member States, acceding and other European countries” ikkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2004, għandhom jiġu permessi tariffi ogħla għall-ispiża esterna, sal-punt li data xjentifika oġġettiva tipprova li t-tniġġis tal-arja u t-tniġġis mill-istorbju joħolqu dannu akbar f’dawk iż-żoni muntanjużi minħabba ċirkostanzi ġeografiċi u fenomeni fiżiċi bħall-gradjent tat-toroq, l-inverżjonijiet tat-temperatura u l-effett ta’ amfiteatru tal-widien.

(38)

Sabiex jiġu żgurati kondizjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat tal-implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (10).

(39)

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati konformement mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ ċerti adattamenti tal-Annessi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma tagħha ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(40)

F’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (11), l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli proprji tagħhom li juru, sa fejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(41)

Billi l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu inkoraġġuti tariffi differenzjati bbażati fuq l-ispejjeż esterni bħala mezz li jwassal għal trasport sostenibbli, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, u għalhekk jista’, minħabba l-importanza tad-dimensjoni transkonfinali tat-trasport, jinkiseb aħjar f’livell ta’ Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif iddefinit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 1999/62/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ad)

‘awtostrada’ tfisser triq iddisinjata u mibnija apposta għat-traffiku ta’ vetturi bil-mutur, li ma twassalx għal proprjetajiet li jmissu magħha, u li:

(i)

hija pprovduta, għajr f’punti speċjali jew b’mod temporanju, b’karreġġati separati għaż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku, separati minn xulxin jew bi strippa diviżorja mhux intenzjonata għat-traffiku jew, b’mod eċċezzjonali, b’mezzi oħra;

(ii)

ma taqsam fl-istess livell ma’ ebda triq, linja tal-ferrovija jew tat-tramm, passaġġ għar-roti jew passaġġ għall-mixi; u

(iii)

hija denominata speċifikament bħala awtostrada;”;

(b)

Il-punti (b) u (ba) jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

‘ħlas għall-użu tat-triq’ tfisser ammont speċifiku pagabbli għal vettura bbażat fuq id-distanza ta’ vjaġġ fuq infrastruttura partikolari u fuq it-tip ta’ vettura, li jinkludi tariffa għall-infrastruttura u/jew tariffa għall-ispejjeż esterni;

(ba)

‘tariffa għall-infrastruttura’ tfisser tariffa imposta bl-iskop li jiġu rkuprati l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, l-operat u l-iżvilupp relatati mal-infrastruttura mġarrba fi Stat Membru;”;

(c)

Jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(bb)

‘tariffa għall-ispejjeż esterni’ tfisser tariffa imposta bl-iskop li jiġu rkuprati l-ispejjeż imġarrba fi Stat Membru li huma relatati mat-tniġġis tal-arja u/jew l-istorbju minħabba t-traffiku;

(bc)

‘spiża tat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku’ tfisser l-ispiża tal-ħsara kkawżata mir-rilaxx ta’ materjal partikulat u ta’ prekursuri tal-ożonu, bħall-ossidu tan-nitroġenu u l-komposti organiċi volatili, matul l-operat ta’ vettura;

(bd)

‘spiża tat-tniġġis ta’ storbju minħabba t-traffiku’ tfisser l-ispiża tal-ħsara kkawżata mill-istorbju ġġenerat mill-vetturi jew mill-interazzjoni tagħhom mal-wiċċ tat-triq;

(be)

‘tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura’ tfisser id-dħul totali ta’ tariffa għall-infrastruttura fuq perijodu ta’ żmien speċifiku diviż bin-numru ta’ kilometri li l-vetturi vvjaġġaw fuq il-partijiet tat-toroq soġġetti għat-tariffa matul dak il-perijodu;

(bf)

‘tariffa medja ppeżata għall-ispejjeż esterni’ tfisser id-dħul totali ta’ tariffa għall-ispejjeż esterni fuq perijodu ta’ żmien speċifiku diviż bin-numru ta’ kilometri li l-vetturi vvjaġġaw fuq il-partijiet tat-toroq soġġetti għat-tariffa matul dak il-perijodu.”;

(d)

il-punt (d) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

‘vettura’ tfisser vettura bil-mutur jew kombinazzjoni ta’ vetturi artikolata maħsuba jew użata għall-ġarr ta’ merkanzija fuq it-triq u li għandha piż massimu permissibbli meta tkun mgħobbija ’l fuq minn 3,5 tunnellati;”.

(2)

L-Artikoli 7, 7a u 7b jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 (1a), l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq in-netwerk trans-Ewropew tat-toroq jew fuq ċerti partijiet ta’ dak in-netwerk, u fuq kwalunkwe parti oħra addizzjonali tan-netwerk tal-awtostradi tagħhom li mhux parti min-netwerk trans-Ewropew tat-toroq taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 7a sa 7k. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, f’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq toroq oħra, dment li l-impożizzjoni ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq toroq oħra bħal dawn ma jiddiskriminax kontra t-traffiku internazzjonali u ma jirriżultax f’distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi.

2.   L-Istati Membri m’għandhomx jimponu kemm ħlasijiet għall-użu tat-triq kif ukoll ħlasijiet fuq l-utent fuq kwalunkwe kategorija ta’ vetturi għall-użu ta’ parti unika ta’ triq. Madankollu, Stat Membru li jimponi tariffa għall-utent fuq in-netwerk tiegħu jista’ jimponi wkoll ħlasijiet għall-użu tat-triq għall-użu ta’ pontijiet, mini u passaġġi fuq muntanji.

3.   Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utent ma għandhomx jiddiskriminaw, direttament jew indirettament, fuq il-bażi tan-nazzjonalità tat-trasportatur tal-merkanzija, tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn it-trasportatur tal-merkanzija huwa stabbilit jew fejn il-vettura hi rreġistrata, jew tal-oriġini jew id-destinazzjoni tal-attività tat-trasport.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu rati mnaqqsa ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utent, jew eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utent għall-vetturi eżentati mir-rekwiżit li jistallaw u jużaw tagħmir ta’ reġistrazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (*), u fil-każijiet koperti minn u soġġetti għall-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 6(2)(a) u (b) ta’ din id-Direttiva.

5.   Stat Membru jista’ jagħżel li japplika ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent għall-vetturi biss li għandhom piż massimu permissibbli mgħobbija ta’ mhux inqas minn 12-il tunnellata jekk iqis li estensjoni għall-vetturi ta’ inqas minn 12-il tunnellata tkun ser, fost oħrajn:

(a)

toħloq effetti negattivi sinifikanti fuq iċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku, l-ambjent, il-livelli ta’ storbju, il-konġestjoni, is-saħħa, jew is-sikurezza fit-toroq minħabba d-devjazzjoni tat-traffiku;

(b)

tinvolvi spejjeż amministrattivi ta’ aktar minn 30 % tad-dħul addizzjonali li seta’ jiġi ġġenerat b’dik l-estensjoni.

L-Istati Membri li jagħżlu li japplikaw taxxi u/jew tariffi għall-użu tat-triq biss għal vetturi li għandhom piż massimu permissibbli meta mgħobbija ta’ mhux inqas minn 12-il tunnellata għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha.

Artikolu 7a

1.   Il-ħlasijiet fuq l-utent għandhom ikunu proporzjonali għat-tul ta’ żmien li tintuża l-infrastruttura, mingħajr ma jinqabżu l-valuri stipulati fl-Anness II, u għandhom ikunu validi għal ġurnata, ġimgħa, xahar jew sena. Ir-rata għal xahar ma għandhiex tkun aktar minn 10 % tar-rata annwali, ir-rata għal ġimgħa ma għandhiex tkun aktar minn 5 % tar-rata annwali u r-rata għal ġurnata ma għandhiex tkun aktar minn 2 % tar-rata annwali.

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li japplika biss rati annwali għall-vetturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ħlasijiet fuq l-utent, inklużi l-ispejjeż amministrattivi, għall-kategoriji kollha, f’livell mhux ogħla mir-rati massimi stipulati fl-Anness II.

Artikolu 7b

1.   It-tariffa għall-infrastruttura għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż tal-infrastruttura. It-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura għandha tkun relatata mal-ispejjeż tal-kostruzzjoni u l-ispejjeż tal-operat, manutenzjoni u żvilupp tan-netwerk tal-infrastruttura kkonċernata. It-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura tista’ tinkludi wkoll dħul fuq il-kapital u/jew marġni ta’ profitt ibbażat fuq il-kondizzjonijiet tas-suq.

2.   L-ispejjeż li jittieħdu fil-kont għandhom ikunu relatati man-netwerk jew il-parti tan-netwerk li fuqu huma imposti t-tariffi għall-infrastruttura u mal-vetturi li huma soġġetti għalihom. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw biss perċentwali minn dawk l-ispejjeż.

Artikolu 7c

1.   It-tariffa għall-ispejjeż esterni tista’ tkun relatata mal-ispiża għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku. F’taqsimiet tat-toroq li jgħaddu minn żoni b’popolazzjoni esposta għall-istorbju minħabba t-traffiku, it-tariffa għall-ispejjeż esterni tista’ tinkludi l-ispejjeż għall-istorbju minħabba t-traffiku.

It-tariffa għall-ispejjeż esterni għandha tvarja u tiġi stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti minimi u l-metodi kif speċifikati fl-Anness IIIa u għandha tirrispetta l-valuri massimi stipulati fl-Anness IIIb.

2.   L-ispejjeż li jiġu kkunsidrati għandhom ikunu relatati man-netwerk jew il-parti tan-netwerk li fuqu huma imposti t-tariffi għall-ispejjeż esterni u mal-vetturi li huma soġġetti għalihom. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw biss perċentwali minn dawk l-ispejjeż.

3.   It-tariffa għall-ispejjeż esterni relatata mat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku ma għandhiex tapplika għal vetturi li jikkonformaw mal-aktar standards tal-emissjonijiet stretti tal-EURO sa erba’ snin wara d-dati ta’ applikazzjoni stipulati fir-regoli li introduċew dawk l-istandards.

4.   L-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. Jekk Stat Membru jaħtar awtorità għal dan l-iskop l-awtorità għandha tkun legalment u finanzjarjament indipendenti mill-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni u l-ġbir tat-tariffa jew ta’ parti minnha.

Artikolu 7d

Sa żmien sena wara l-adozzjoni ta’ standards tal-emissjonijiet tal-EURO futuri u aktar stretti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja, jiddeterminaw il-valuri massimi korrispondenti fl-Anness IIIb.

Artikolu 7e

1.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livell massimu ta’ tariffa għall-infrastruttura billi jużaw metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ewlenin tal-kalkolu stipulati fl-Anness III.

2.   Għall-ħlasijiet għall-użu tat-triq ta’ konċessjoni, il-livell massimu tat-tariffa għall-infrastruttura għandu jkun ekwivalenti jew inqas mil-livell li kien jirriżulta mill-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ewlenin tal-kalkolu stipulati fl-Anness III. Il-valutazzjoni ta’ ekwivalenza ta’ dan it-tip għandha ssir fuq il-bażi ta’ perijodu ta’ referenza raġonevolment twil adatt għan-natura tal-kuntratt ta’ konċessjoni.

3.   L-arranġamenti ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq li kienu diġà fis-seħħ fl-10 ta’ Ġunju 2008 jew li għalihom ġew riċevuti offerti jew tweġibiet għal stediniet ta’ negozjar taħt proċedura nnegozjata, b’segwitu għal proċess ta’ akkwist pubbliku qabel l-10 ta’ Ġunju 2008, ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi stipulati fil-paragrafi 1 u 2 sakemm dawk l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ u dment li ma jiġux emendati b’mod sostanzjali.

Artikolu 7f

1.   F’każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw infrastruttura f’reġjuni muntanjużi, u wara li tiġi mgħarrfa l-Kummissjoni, tista’ tiżdied mark-up mat-tariffa għall-infrastruttura imposta fuq partijiet speċifiċi ta’ toroq li huma soġġetti għall-konġestjoni qawwija, jew li l-użu tagħhom minn vetturi huwa l-kawża ta’ ħsara ambjentali sinifikanti, b’kondizzjoni li:

(a)

id-dħul iġġenerat mill-mark-up jiġi investit biex jiffinanzja l-kostruzzjoni ta’ proġetti prijoritarji ta’ interess Ewropew, identifikati fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (**), li jikkontribwixxu direttament biex tittaffa l-konġestjoni jew il-ħsara ambjentali u li jinsabu fl-istess passaġġ bħall-parti tat-triq li fuqha hija applikata l-mark-up;

(b)

il-mark-up ma taqbiżx il-15 % tat-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 7b(1) u l-Artikolu 7e ħlief fejn id-dħul iġġenerat jiġi investit f’partijiet transkonfinali ta’ proġetti prijoritarji ta’ interess Ewropew li jinvolvu infrastruttura f’reġjuni muntanjużi, f’liema każ il-mark-up ma għandhiex taqbeż il-25 %;

(c)

l-applikazzjoni tal-mark-up ma tkunx kawża ta’ trattament inġust tat-traffiku kummerċjali meta mqabbel ma’ utenti oħra tat-triq;

(d)

deskrizzjoni tal-lok eżatt ta’ fejn se tiġi imposta l-mark-up u prova ta’ deċiżjoni li tiffinanzja l-kostruzzjoni ta’ proġetti ta’ prijorita’ msemmija fil-punt (a) jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni qabel l-applikazzjoni tal-mark-up; u

(e)

il-perijodu li għalih għandha tapplika l-mark-up ikun definit u limitat minn qabel u jkun konsistenti, fir-rigward tad-dħul li mistenni jidħol, mal-pjani finanzjarji u mal-analiżi tal-kost-benefiċċju għall-proġetti kofinanzjati bid-dħul mill-mark-up.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-proġetti ġodda transkonfinali soġġett għall-qbil tal-Istati Membri kollha involuti f’dak il-proġett.

2.   Mark-up tista’ tiġi applikata fuq tariffa għall-infrastruttura li tkun ġiet varjata konformement mal-Artikolu 7 g.

3.   Wara li tirċievi l-informazzjoni meħtieġa minn Stat Membru li jkollu l-ħsieb li japplika mark-up, il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli lill-membri tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-mark-up ippjanata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, jew jekk tikkunsidra li l-mark-up ippjanata ser ikollha effetti avversi sinifikanti fuq l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjuni periferiċi, hija tista’ tiċħad jew titlob emenda tal-pjani għat-tariffi ppreżentati mill-Istat Membru kkonċernat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura ta’ parir imsemmija fl-Artikolu 9c(2).

4.   Fuq taqsimiet ta’ toroq fejn jiġu ssodisfati l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ mark-up skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri ma jistgħux jimponu tariffa għall-ispiża esterna sakemm ma tiġix applikata mark-up.

5.   L-ammont tal-mark-up għandu jitnaqqas mill-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 7c, ħlief għal vetturi tal-klassijiet tal-emissjonijiet EURO 0, I u II mill-15 ta' Ottubru 2011 u III mill-2015 ’il quddiem. Dan id-dħul kollu ġġenerat mill-applikazzjoni simultanja tal-mark-up u t-tariffi għall-ispejjeż esterni għandhom jiġu investiti fl-iffinanzjar tal-kostruzzjoni ta’ proġetti prijoritarji ta’ interess Ewropew identifikati fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE.

Artikolu 7 g

1.   L-Istati Membri għandhom ivarjaw it-tariffa għall-infrastruttura skont il-klassi tal-emissjonijiet EURO tal-vettura b’tali mod li ebda tariffa għall-infrastruttura ma tkun aktar minn 100 % ‘l fuq mill-istess tariffa għal vetturi ekwivalenti li jissodisfaw l-aktar standards stretti tal-emissjonijiet. Il-kuntratti ta’ konċessjoni eżistenti huma eżentati min dan ir-rekwiżit sakemm il-kuntratt jiġġedded.

Madankollu Stat Membru jista’ jidderoga mir-rekwiżit li jvarja t-tariffa għall-infrastruttura jekk:

(i)

dan jimmina b’mod serju l-koerenza tas-sistemi tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq fit-territorju tiegħu;

(ii)

ma jkunx teknikament prattikabbli li jiġi introdott dan id-differenzjar fis-sistema ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq ikkonċernata;

(iii)

dan iwassal għad-devjazzjoni tal-vetturi li jniġġsu l-aktar b’impatti negattivi fuq is-sikurezza fit-toroq u s-saħħa pubblika; jew

(iv)

il-ħlas għall-użu tat-triq jinkludi tariffa għall-ispejjeż esterni.

Kwalunkwe deroga jew eżenzjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

2.   Fejn, f’każ ta’ kontoll, is-sewwieq jew, jekk ikun adatt, it-trasportatur ta’ merkanzija, ma jkunx jista’ jippreżenta d-dokumenti tal-vettura meħtieġa biex jikkonferma l-klassi tal-emissjonijiet EURO tal-vettura, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq sal-ogħla livell li jista’ jiġi impost.

3.   It-tariffa għall-infrastruttura tista’ wkoll tiġi varjata bl-iskop li tonqos il-konġestjoni, tonqos kemm jista’ jkun il-ħsara għall-infrastruttura u jitjieb bl-aħjar mod possibbli l-użu tal-infrastruttura kkonċernata jew tingħata promozzjoni għas-sikurezza fit-toroq, bil-kondizzjoni li:

(a)

il-varjazzjoni tkun trasparenti, magħmula pubblika u disponibbli b’mod miftuħ għall-utenti kollha fuq termini ugwali;

(b)

il-varjazzjoni tiġi applikata skont il-ħin tal-ġurnata, it-tip ta’ ġurnata jew l-istaġun;

(c)

ebda tariffa għall-infrastruttura ma tkun aktar minn 175 % ’l fuq mil-livell massimu tat-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura kif imsemmija fl-Artikolu 7b;

(d)

il-perijodi bl-aktar traffiku li matulhom jiġu imposti tariffi ogħla għall-infrastruttura bl-iskop li tonqos il-konġestjoni ma jkunux itwal minn ħames sigħat kuljum;

(e)

il-varjazzjoni tkun ippjanata u applikata b’mod trasparenti u newtrali f’sens ta’ dħul fuq sezzjoni tat-triq effettwata mill-konġestjoni b’mod li toffri rati tal-ħlasijiet għat-trasportaturi li jagħżlu li jivvjaġġjaw waqt perjodu bla traffiku u tapplika rati ta’ ħlasijiet ogħla għat-trasportaturi li jagħżlu li jivvjaġġjaw waqt is-sigħat ta’ traffiku intensiv fl-istess sezzjoni tat-triq; u

(f)

Stat Membru li jixtieq jintroduċi tali varjazzjoni jew ibiddel waħda eżistenti għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan u jipprovdilha l-informazzjoni neċessarja biex jiżgura li l-kondizjonijiet jiġu sodisfatti. Ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni għandha tagħmel lista, li fiha l-perjodi u r-rati korrispondenti li matulhom tapplika l-varjazzjoni, pubblika u taġġornaha regolarment.

4.   Il-varjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 mhumiex maħsuba biex jiġġeneraw dħul addizzjonali mill-ħlasijiet għall-użu tat-triq. Kwalunkwe żieda mhux intenzjonata fid-dħul għandha tiġi bbilanċjata minn bidliet għall-istruttura tal-varjazzjoni li għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mit-tmiem tas-sena ta’ kontabbiltà li fiha jiġi ġġenerat id-dħul addizzjonali.

Artikolu 7h

1.   Tal-inqas sitt xhur qabel l-implimentazzjoni ta’ arranġament ġdid ta’ ħlas għall-użu tat-triq b’tariffa għall-infrastruttura, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a)

fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq differenti minn dawk li jinvolvu ħlasijiet għall-użu tat-triq ta’ konċessjoni:

il-valuri tal-unità u parametri oħrajn użati fil-kalkolu tad-diversi elementi ta’ spejjeż għall-infrastruttura, u

informazzjoni ċara dwar il-vetturi koperti mill-arranġamenti ta’ ħlas għall-użu tat-triq, il-firxa ġeografika tan-netwerk, jew ta’ parti min-netwerk, użata għal kull kalkolu tal-ispiża, u l-persentaġġ tal-ispejjeż li huma maħsuba li jiġu rkuprati;

(b)

fir-rigward tal-arranġamenti ta’ ħlas għall-użu tat-triq li jinvolvu ħlasijiet għall-użu tat-triq ta’ konċessjoni:

il-kuntratti ta’ konċessjoni jew bidliet sinifikanti għal dawn il-kuntratti,

il-każ ta’ bażi li fuqu min ikun ta l-konċessjoni jkun bbaża n-notifika ta’ konċessjoni, kif imsemmi fl-Anness VII B għad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (***); dan il-każ ta’ bażi għandu jinkludi l-istima tal-ispejjeż kif definit fl-Artikolu 7b(1) prevista skont il-konċessjoni, it-traffiku previst, diviża skont it-tip ta’ vettura, il-livelli ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq previsti u l-firxa ġeografika tan-netwerk kopert mill-kuntratt ta’ konċessjoni.

2.   Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar jekk ikunx hemm konformità mal-obbligi tal-Artikolu 7e. L-opinjonijiet tal-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli għall-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c.

3.   Qabel l-implimentazzjoni ta’ arranġament ġdid ta’ ħlas għall-użu tat-triq b’tariffa għall-ispiża esterna, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a)

informazzjoni preċiża li tillokalizza s-sezzjonijiet tat-toroq fejn ser tiġi imposta it-tariffa għall-ispiża esterna u tiddeskrivi l-klassi tal-vetturi, it-tip ta’ toroq u l-perijodi ta’ żmien eżatti skont liema ser tkun qed tvarja t-tariffa għall-ispiża esterna;

(b)

it-tariffa medja ppeżata tal-ispiża esterna prevista u d-dħul totali previst;

(c)

jekk ikun adatt, l-isem tal-awtorità maħtura f’konformità mal-Artikolu 7c(4) biex tistabbilixxi l-ammont tat-tariffa, u dak tar-rappreżentant tagħha;

(d)

il-parametri, id-data u l-informazzjoni meħtieġa biex jintwera kif ser jiġi applikat il-metodu ta’ kalkolu stabbilit fl-Anness IIIa.

4.   Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk ikunx hemm konformità mal-obbligi tal-Artikoli 7b, 7c, 7j jew 9(2) sa:

(a)

sitt xhur wara l-preżentazzjoni tal-fajl imsemmi fil-paragrafu 3; or

(b)

fejn applikabbli, tliet xhur addizjonali wara li tiġi riċevuta informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jadotta t-tariffa proposta għall-ispiża esterna sabiex jikkonforma mad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun disponibbli għall-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c, u għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill.

Artikolu 7i

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprevedu roħs jew tnaqqis għall-kwalunkwe utent relatati mal-element tat-tariffa għall-ispiża esterna ta’ ħlas għall-użu tat-triq.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu roħs jew tnaqqis fuq it-tariffa għall-infrastruttura bil-kondizzjoni li:

(a)

l-istruttura li timponi t-tariffi u li tirriżulta, tkun proporzjonata, magħmula pubblika b’mod miftuħ u disponibbli għall-utenti b’termini ugwali u ma twassalx għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħrajn fl-għamla ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq ogħla;

(b)

dan ir-roħs jew it-tnaqqis iwassal għal iffrankar effettiv fl-ispejjeż amministrattivi; u

(c)

ma jeċċedux it-13 % tat-tariffa għall-infrastruttura mħallsa minn vetturi ekwivalenti li mhumiex eliġibbli għar-roħs jew it-tnaqqis.

3.   Soġġetti għall-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 g(3)(b) u fl-Artikolu 7 g(4), ir-rati tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jiġifieri għal proġetti speċifiċi ta’ interess għoli Ewropew identifikati fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, ikunu soġġetti għal forom oħrajn ta’ varjazzjoni sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà kummerċjali ta’ dawn il-proġetti, meta dawn ikunu esposti għal kompetizzjoni diretta ma’ modi oħrajn ta’ trasport b’vetturi. L-istruttura li timponi t-tariffi u li tirriżulta għandha tkun lineari, proporzjonata, magħmula pubblika, u disponibbli għall-utenti kollha b’termini ugwali u ma għandhiex twassal għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħrajn fl-għamla ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq ogħla. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-konformità ma’ dawk il-kondizzjonijiet qabel l-implimentazzjoni tal-istruttura inkwistjoni li timponi t-tariffi.

Artikolu 7j

1.   Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utent għandhom jiġu applikati u miġbura u l-ħlas tagħhom mmonitorjat b’tali mod li jikkawża l-inqas xkiel possibbli għaċ-ċirkolazzjoni libera tat-traffiku u biex jiġi evitat kwalunkwe kontroll jew verifika mandatorji fil-fruntieri interni tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-istabbiliment ta’ metodi li jippermettu lit-trasportaturi tal-merkanzija li jħallsu l-ħlasijiet għall-użu tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utent 24 siegħa kuljum, tal-inqas f’punti tal-bejgħ ewlenin, bl-użu ta’ mezzi ta’ ħlas komuni, ġewwa u barra l-Istati Membri fejn ikunu applikati. L-Istati Membri għandhom jipprovdu faċilitajiet adegwati fil-punti ta’ ħlas għal ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utent sabiex iżommu standards normali ta’ sikurezza fit-toroq.

2.   L-arranġamenti għall-ġbir ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utent ma għandhomx, b’mod finanzjarju jew b’xi mod ieħor, iqiegħdu lil dawk li ma jużawx in-netwerk tat-toroq regolarment fi żvantaġġ mhux ġustifikat. B’mod partikolari, fejn Stat Membru jiġbor il-ħlasijiet għall-użu tat-triq jew il-ħlasijiet fuq l-utent esklussivament permezz ta’ sistema li teħtieġ l-użu ta’ unità abbord il-vettura, dan għandu jiżgura li l-utenti kollha jkunu jistgħu jiksbu unitajiet adatti li jintużaw abbord u li jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq (****) skont arranġamenti amministrattivi u ekonomiċi raġonevoli.

3.   Jekk Stat Membru jimponi ħlas għall-użu tat-triq fuq vettura, l-ammont totali tal-ħlas għall-użu tat-triq, l-ammont tat-tariffa għall-infrastruttura u/jew l-ammont tat-tariffi għall-ispejjeż esterni għandhom jiġu indikati f’irċevuta pprovduta lit-trasportatur tal-merkanzija, permezz ta’ mezzi elettroniċi, safejn ikun possibbli.

4.   Fejn ikun ekonomikament fattibbli, l-Istati Membri għandhom jimponu u jiġbru t-tariffi għall-ispejjeż esterni permezz ta’ sistema elettronika li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/52/KE. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri li tista’ tkun meħtieġa sabiex tiġi gurata l-interoperabilità tas-sistemi ta’ kollezzjoni elettronika tat-tariffi f’livell Ewropew.

Artikolu 7k

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva ma taffetwax il-libertà tal-Istati Membri li jintroduċu sistema ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent għall-infrastruttura li jipprovdu kumpens adegwat għal dawk il-ħlasijiet imposti.

(*)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8."

(**)  ĠU L 204, 5.8.2010, p. 1."

(***)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114."

(****)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124.’"

(3)

Wara l-Artikolu 8a, jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8b

1.   Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkooperaw fl-introduzzjoni ta’ sistema komuni għal ħlasijiet għall-użu tat-triq applikabbli fit-territorji magħquda tagħhom fl-intier. F’każ bħal dan, dawk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi infurmata b’din il-kooperazzjoni u t-tħaddim sussegwenti tas-sistema kif ukoll dwar xi emenda possibbli.

2.   Is-sistema komuni ta’ ħlasijiet għall-użu tat-triq għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 7k. Stati Membri oħrajn jistgħu jingħaqdu mas-sistema komuni.”.

(4)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafi 1a u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“1a.   Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni l-applikazzjoni mhux diskriminatorja mill-Istati Membri ta’ tariffi regolatorji mfasslin speċifikament biex inaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku jew jiġġieldu l-impatti ambjentali, inkluża l-kwalità ħażina tal-arja, fi kwalunkwe triq li tinsab f’żona urbana, inklużi t-toroq tan-netwerk trans-Ewropew li jaqsmu żoni urbani.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu ta’ dħul iġġenerat minn din id-Direttiva. Biex is-sistema tat-trasport kollha tkun tista’ tiġi żviluppata, id-dħul mit-tariffi tal-infrastruttura, jew l-ekwivalenti tiegħu f’valur finanzjarju ta’ dan id-dħul irid jintuża għall-benefiċċju tas-settur tat-trasport u biex ikun jista’ jsir l-aħjar użu mis-sistema kollha tat-trasport. B’mod partikolari, id-dħul iġġenerat mit-tariffi tal-ispejjeż esterni, jew l-ekwivalenti f’valur finanzjarju ta’ dak id-dħul, irid jintuża ħalli jagħmel it-trasport aktar sostenibbli, inkluż wieħed jew aktar minn dan li ġej:

(a)

jiġi ffaċilitat l-ipprezzar effiċjenti;

(b)

jitnaqqas fis-sors it-tniġġis tat-trasport bit-triq;

(c)

jiġu mitigati fis-sors l-effetti tat-tniġġis tat-trasport bit-triq;

(d)

jittejjeb ir-rendiment tas-CO2 u l-enerġija tal-vetturi;

(e)

tiġi żviluppata infrastruttura alternattiva għall-utenti tat-trasport u/jew il-kapaċità attwali li qiegħda tespandi;

(f)

jingħata appoġġ lin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport;

(g)

jsir l-aħjar użu mil-loġistika;

(h)

tittejjeb is-sikurezza fit-toroq; u

(i)

jiġu provduti postijiet tal-parkeġġ sikuri.

Dan il-paragrafu għandu jitqies li jkun ġie applikat mill-Istati Membri, jekk ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw politika fiskali u finanzjarja ta’ appoġġ, liema politika tinfluwenza l-appoġġ finanzjarju għan-netwerk trans-Ewropew u jkollha valur ekwivalenti ta’ mill-anqas 15 % tad-dħul iġġenerat mit-tariffi infrastrutturali u ta’ spiża esterna f’kull Stat Membru.”.

(5)

L-Artikoli 9b u 9c għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 9b

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita d-djalogu u l-iskambju ta’ kapaċitajiet tekniċi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari l-Annessi.

Artikolu 9c

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (*****).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 9d

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward:

l-adattament tal-Anness 0 għall-acquis tal-Unjoni;

l-adattament tal-formuli tat-Taqsimiet 4.1 u 4.2 tal-Anness IIIa għall-progress xjentifiku u tekniku.

Il-proċeduri mniżżlin fl-Artikoli 9e, 9f u 9 g għandhom japplikaw għall-atti ddelegati msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 9e

1.   Is-setgħa ta’ -adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 9d għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat.

2.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati qegħdin jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9f u 9 g.

Artikolu 9f

1.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 9d tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk għandhiex tiġi rrevokata d-delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa delegata li tista’ tkun soġġetta għal revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.   Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni u għandu jkollha effett immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9 g

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

2.   Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija hemmhekk.

L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att iddelegat.

(*****)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”."

(6)

Fl-Artikolu 10(1), il-kliem “Komunitajiet Ewropej” għandhom jiġu sostitwiti mill-kliem “Unjoni Ewropea”.

(7)

Wara l-Artikolu 10, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 10a

1.   L-ammonti f’euro kif stabbiliti fl-Anness II u l-ammonti f’ċenteżmi kif stabbiliti fit-Tabelli 1 u 2 fl-Anness IIIb għandhom jiġu riveduti kull sentejn b’bidu mill-1 ta’ Jannar tal-2013, sabiex jittieħed kont tal-bidliet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsum madwar l-UE bl-esklużjoni tal-enerġija u ta’ ikel mhux ipproċessat (kif ippubblikat mill-Kummissjoni (Eurostat)).

L-ammonti għandhom jiġu adattati awtomatikament, billi jiżdied l-ammont bażi f’euro jew f’ċenteżmi bil-persentaġġ tal-bidla f’dak l-indiċi. L-ammonti li jirriżultaw għandhom jiżdiedu sal-eqreb euro fir-rigward tal-Anness II, jiżdiedu sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ ċenteżmu fir-rigward tat-Tabella 1 fl-Anness IIIb u jiżdiedu sal-eqreb wieħed minn mija ta’ ċenteżmu fir-rigward tat-Tabella 2 fl-Anness IIIb.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-ammonti adattati msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-ammonti adattati għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni.”.

(8)

L-Artikolu 11 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   Sas-16 ta' Ottubru 2014, u kull erba’ snin wara dan, l-Istati Membri li jimponu tariffa għall-ispiża esterna u/jew t-tariffa għall-infrastruttura għandhom ifasslu rapport dwar il-ħlasijiet għall-użu tat-triq, inklużi l-ħlasijiet għall-użu tat-triq ta’ konċessjoni, li jkunu ġew imposti fit-territorju tagħhom u għandhom jibagħtuh lill-Kummissjoni li għandha tqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Istati Membri l-oħrajn. Dak ir-rapport jista’ jeskludi l-arranġamenti ta’ ħlas għall-użu tat-triq li kienu diġà fis-seħħ fl-10 ta’ Ġunju 2008 u li ma jinkludux t-tariffa għall-ispiża esterna, dment li dawk l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ u dment li ma jiġux emendati sostanzjalment. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar:

(a)

it-tariffa medja ppeżata għall-ispiża esterna u l-ammonti speċifiċi imposti għal kull kombinazzjoni ta’ klassi ta’ vetturi, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien;

(b)

il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura skont it-tip tal-vetturi u ż-żmien;

(c)

it-tariffa medja ppeżata għall-infrastuttura u d-dħul totali li jkun inġabar permezz tat-tariffa għall-infrastruttura;

(d)

id-dħul totali ġġenerat mit-tariffi ta’ spiża esterna; u

(e)

l-azzjonijiet meħudin skont it-termini tal-Artikolu 9(2).

2.   Sas-16 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ispejjeż relatati mat-tniġġis minħabba t-traffiku, u dwar l-inklużjoni ta’ vetturi ta’ aktar minn 3,5 tunnellati u anqas minn 12-il tunnellata. Ir-rapport għandu wkoll janalizza, abbażi ta’ monitoraġġ kontinwu u jivvaluta, fost l-oħrajn:

(a)

l-effikaċja tal-miżuri previsti f’din id-Direttiva sabiex jiġu ttrattati l-impatti negattivi kkawżati mit-trasport bit-triq b’kont meħud ukoll, b’mod partikolari, tal-impatt fuq Stati Membri ġeografikament iżolati u periferiċi;

(b)

l-effett tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li twassal lill-utenti għas-soluzzjonijiet ta’ trasport l-aktar effiċjenti u dawk li jagħmlu l-inqas ħsara lill-ambjent u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-introduzzjoni ta’ tariffi bbażati fuq id-distanza;

(c)

l-implimentazzjoni u l-effett tal-varjazzjoni ta’ tariffi għall-infrastruttura kif imsemmija fl-Artikolu 7 g dwar it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u l-konġestjoni lokali. Ir-rapport għandu wkoll jivvaluta jekk il-varjazzjoni massima u l-perijodu ta’ quċċata kif hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 7 g humiex biżżejjed ħalli jippermettu l-funzjonament xieraq tal-mekkaniżmu ta’ varjazzjoni;

(d)

il-progress xjentifiku fl-istima tal-ispejjeż esterni tat-trasport għall-iskop tal-internalizzazzjoni tagħhom; u

(e)

il-progress lejn l-applikazzjoni tat-tariffi għall-utenti stradali u mezzi ta’ kif ikunu gradwalment armonizzati s-sistemi ta’ tariffii li huma applikati għall-vetturi kummerċjali.

Ir-rapport għandu jevalwa wkoll l-użu ta’ sistemi elettroniċi li jimponu u jiġbru tariffi għall-infrastruttura u għall-ispiża esterna u l-grad tagħhom ta’ interoperabilità skont ma jingħad fid-Direttiva 2004/52/KE.

3.   Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal reviżjoni ulterjuri ta’ din id-Direttiva.

4.   Sas-16 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jagħti sommarju tal-miżuri l-oħrajn, bħal linji ta’ politika regolatorji, li jittieħdu biex jiġu internalizzati jew imnaqqsal-ispejjeż esterni relatati mal-ambjent, l-istorbju u s-saħħa mill-modi kollha tat-trasport, inklużi l-bażi legali u l-valuri massimi użati.

Bl-iskop li jiżgura kompetizzjoni intermodali ġusta filwaqt li gradwalment jagħmel tariffi fuq l-ispejjeż esterni tal-modi kollha ta’ trasport, għandha tinkludi skeda tal-miżuri li fadlilhom jittieħdu ħalli jkunu indirizzati modi jew vetturi oħrajn u/jew l-elementi ta’ spejjeż esterni li għadhom ma tqisux, billi jitqies il-progress li sar fir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirristruttura l-qafas Komunitarju għat-tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriċità (******).

(******)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.”."

(9)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan l-Anness jistipula l-prinċipji ewlenin għall-kalkolu tat-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura biex jirrifletti l-Artikolu 7b(1). L-obbligu li t-tariffi għall-infrastruttura jkunu relatati mal-ispejjeż għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-Istati Membri li jagħżlu, f’konformità mal-Artikolu 7b(2), li ma jirkuprawx l-ispejjeż għal kollox permezz tad-dħul mit-tariffi għall-infrastruttura, jew għal-libertà, f’konformtià mal-Artikolu 7f, li jvarjaw l-ammonti ta’ tariffi speċifiċi għall-infrastruttura mill-medja.”;

(b)

fit-tieni paragrafu, il-kelma “Komunità” hija sostitwita bil-kelma “Unjoni”;

(c)

fit-tieni inċiż tal-punt (1), il-kliem “Artikolu 7a(1)” huma sostitwiti bil-kliem “Artikolu 7b(2)”.

(10)

Wara l-Anness III, jiddaħħal it-test li jinsab fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sas-16 ta' Ottubru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

L-obbligi għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw għall-Istati Membri dment li dawn la jimplimentaw il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u lanqas it-tariffa għall-utent fit-territorju tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Settembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 255, 22.9.2010, p. 92.

(2)  ĠU C 120, 28.5.2009, p. 47.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2009 (ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 345) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-14 ta’ Frar 2011 (ĠU C 77 E, 11.3.2011, p. 1). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2011.

(4)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42.

(5)  ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.

(6)  ĠU L 204, 5.8.2010, p. 1.

(7)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124.

(8)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(9)  http://ec.europa.eu/transport/costs/handbook/index_en.htm.

(10)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(11)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


ANNESS

ANNESS IIIa

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-IMPOŻIZZJONI TA’ TARIFFA GĦALL-ISPIŻA ESTERNA

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-impożizzjoni ta’ tariffa għall-ispiża esterna u biex tiġi kkalkolata t-tariffa medja differenzjata massima għall-ispiża esterna.

1.   Il-partijiet tan-netwerk tat-toroq ikkonċernat

L-Istat Membru għandu jispeċifika b’mod preċiż il-parti jew il-partijiet tan-netwerk tat-toroq tiegħu li għandhom ikunu soġġetti għal tariffa għall-ispiża esterna.

Fejn Stat Membru jagħżel li jimponi tariffa għall-ispiża esterna fuq parti waħda jew fuq xi partijiet biss tan-netwerk tat-toroq li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-parti jew il-partijiet għandhom jintgħażlu wara valutazzjoni li tistabbilixxi li:

l-użu tat-toroq minn vetturi fejn tiġi applikata t-tariffa għall-ispiża esterna jiġġenera aktar ħsara ambjentali minn dik iġġenerata fil-medja f’partijiet oħra tan-netwerk tat-toroq li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li mhumiex soġġetti għal tariffa għall-ispiża esterna, jew

l-impożizzjoni ta’ tariffa għall-ispiża esterna fuq partijiet oħrajn tan-netwerk tat-toroq li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jista’ jkollha effetti negattivi fuq l-ambjent jew is-sikurezza fit-toroq, jew l-imposta u l-ġbir ta’ tariffa għall-ispiża esterna fuqhom tkun tinvolvi spiża sproporzjonata.

2.   Il-vetturi, it-toroq u l-perijodu ta’ żmien kopert

L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummisjoni dwar il-klassifika tal-vetturi skont liema klassifika għandu jvarja l-ħlas għall-użu tat-triq. Huwa għandu jinnotifika wkoll lill-Kummissjoni dwar il-lok ta’ toroq soġġetti għal tariffi ogħla għall-ispiża esterna (minn issa ’l quddiem imsejħa “toroq suburbani (inklużi l-awtostradi)”), u ta’ toroq soġġetti għal tariffi aktar baxxi għall-ispiża esterna (minn issa ’l quddiem imsejħa “toroq interurbani (inklużi l-awtostradi)”).

Fejn applikabbli, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-perijodi ta’ żmien eżatti li jikkorrispondu għall-perijodu ta’ billejl li matulu tista’ tiġi imposta tariffa esterna ogħla għall-ispiża tal-istorbju biex tirrifletti storbju u fastidju akbar.

Il-klassifika tat-toroq bħala toroq suburbani (inklużi l-awtostraddi) u toroq interurbani (inklużi l-awtostradi), u d-definizzjoni tal-perijodi ta’ żmien għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi relatati mal-livell ta’ esponiment tat-toroq u l-viċinanzi tagħhom għat-tniġġis bħad-densità tal-popolazzjoni, u l-għadd ta’ livelli massimi ta’ tniġġis imkejla fis-sena f’konformità ma’ din id-Direttiva. Il-kriterji użati għandhom jiġu inklużi fin-notifika.

3.   Ammont tat-tariffa

Għal kull klassi ta’ vettura, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien, l-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti għandha tiddetermina ammont wieħed speċifiku. L-istruttura li timponi t-tariffi li tirriżulta, inkluż il-ħin tal-bidu u l-ħin tat-tmiem ta’ kull perijodu ta’ billejl fejn t-tariffa għall-ispiża esterna tkun tinkludi l-ispiża għat-tniġġis mill-istorbju, għandha tkun trasparenti, magħmula pubblika u disponibbli għall-utenti kollha b’termini ugwali. Il-pubblikazzjoni għandha ssir f’waqtha u qabel l-implimentazzjoni. Għandhom jiġu ppubblikati l-parametri kollha, id-data u informazzjoni oħra meħtieġa biex jinftiehem kif jiġu kkalkolati l-elementi varji tal-ispiża esterna.

Fl-istabbiliment tat-tariffi, l-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti għandha tkun iggwidata mill-prinċipju tal-ipprezzar effiċjenti jiġifieri prezz li huwa qrib l-ispiża marġinali soċjali tal-użu tal-vettura li fuqha tiġi imposta t-tariffa.

It-tariffa għandha tkun stabbilita wkoll wara li jkun ġie kkunsidrat ir-riskju ta’ devjazzjoni tat-traffiku flimkien ma’ kwalunkwe effett negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq, l-ambjent u l-konġestjoni, u kwalunkwe soluzzjoni biex jittaffew dawn ir-riskji.

L-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti, għandha timmonitorja l-effikaċja tal-iskema li timponi t-tariffi fit-tnaqqis tal-ħsara ambjentali li tirriżulta mit-trasport bit-triq. Jekk adatt, kull sentejn hi għandha taġġusta l-istruttura li timponi t-tariffi u l-ammont speċifiku tat-tariffa stabbilita għal klassi partikolari ta’ vetturi, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien skont il-bidliet fil-forniment u fid-domanda tat-trasport.

4.   Elementi tal-ispiża esterna

4.1.   Spiża għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku

Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-ispiża kollha tat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku jew parti minnha fit-tariffa għall-ispiża esterna, l-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti għandha tikkalkola l-ispiża li għandha tiġi imposta għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku billi tapplika l-formula li ġejja jew billi tuża l-valuri tal-unità fit-Tabella 1 tal-Anness IIIb jekk dawn tal-aħħar ikunu aktar baxxi:

Formula

fejn

=

PCVij

=

l-ispiża tat-tniġġis tal-arja ta’ vettura tal-klassi i fuq tip ta’ triq j (euro/vettura.kilometru)

=

Efik

=

il-fattur ta’ emissjoni tas-sustanza li tniġġes k u l-klassi ta’ vettura i (gramma/vettura.kilometru)

=

PCjk

=

l-ispiża monetarja tas-sustanza li tniġġes k għal tip ta’ triq j (euro/gramma)

Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati mill-Istat Membru biex jabbozza l-inventarji nazzjonali dwar l-emissjonijiet previsti bid-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (1) (li teħtieġ l-użu tal-EMEP/CORINAIR Emission Inventory Guidebook (2)). L-ispiża monetarja tas-sustanzi li jniġġsu għandha tiġi stmata mill-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti, filwaqt li jiġi rrispettat l-istħarriġ l-aktar reċenti.

L-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti tista’ tapplika metodi alternattivi pprovati xjentifikament biex jiġi kkalkolat il-valur tal-ispejjeż għat-tniġġis tal-arja bl-użu ta’ data mill-kejl tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-valur lokali tal-ispiża monetarja tas-sustanzi li jniġġsu l-arja, dment li r-riżultati ma jeċċedux il-valuri tal-unità msemmija fit-Tabella 1 tal-Anness IIIb għal kwalunkwe klassi ta’ vetturi.

4.2.   Spiża għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku

Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-ispiża kollha għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku jew parti minnha fit-tariffa għall-ispiża esterna, l-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti għandha tikkalkola l-ispiża li għandha titħallas għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku billi tapplika l-formuli li ġejjin jew billi tuża l-valuri tal-unità fit-Tabella 2 tal-Anness IIIb jekk dawn tal-aħħar ikunu aktar baxxi:

Formula

Formula

Formula

fejn

NCVj =

l-ispiża għall-istorbju ta’ vetturi tqal tal-merkanzija fuq tip ta’ triq j (euro/vettura.kilometru)

NCjk =

l-ispiża għall-istorbju għal kull persuna esposta fuq tip ta’ triq j sa livell ta’ storbju k (euro/persuna)

POPk =

il-popolazzjoni esposta għal livell ta’ storbju k kuljum għal kull kilometru (persuna/kilometru)

WADT =

il-medja ppeżata tat-traffiku ta’ kuljum (ekwivalenti għal karozzi tal-passiġġieri)

a u b

huma fatturi ppeżati ddeteminati mill-Istat Membru b’tali mod li t-tariffa medja ppeżata li tirriżulta għall-istorbju għal kilometru ta’ vettura ma teċċedix NCVj (kuljum).

It-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku hu relatat mal-impatt fuq il-livelli ta’ storbju mkejla qrib il-punt ta’ esponiment u wara l-ostakoli kontra l-istorbju, skont il-każ.

Il-popolazzjoni esposta għal livell ta’ storbju u għandha tittieħed mill-mapep strateġiċi dwar l-istorbju abbozzati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (3).

L-ispiża għal kull persuna esposta għal livel ta’ storbju k għandha tiġi stmata mill-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti, filwaqt li jiġi rrispettat l-istħarriġ l-aktar reċenti.

Il-medja ppeżata tat-traffiku ta’ kuljum għandha tassumi fattur ekwivalenti “e” ta’ mhux aktar minn 4 bejn vetturi tqal tal-merkanzija u karozzi tal-passiġġieri.

L-Istat Membru, jew, jekk adatt, awtorità indipendenti tista’ tapplika metodi alternattivi pprovati xjentifikament biex tikkalkola l-valur tal-ispejjeż għall-istorbju dment li r-riżultati ma jeċċedux il-valuri tal-unità msemmija fit-Tabella 2 tal-Anness IIIb.

L-Istat Membru jew, jekk adatt, awtorità indipendenti, tista’ tistabbilixxi tariffi differenzjati għall-istorbju biex tippremja l-użu ta’ vetturi li jagħmlu inqas storbju dment li dan ma jirriżultax f’diskriminazzjoni kontra vetturi barranin. Jekk jiġu introdotti tariffi differenzjati għall-istorbju, it-tariffi għall-kategorija ta’ vetturi li jagħmlu l-iżjed storbju ma jistgħux jeċċedu l-valuri tal-unità msemmija fit-Tabella 2 tal-Anness IIIb u erba’ darbiet it-tariffa għall-istorbju għall-vettura li tagħmel l-anqas storbju.

ANNESS IIIb

TARIFFA MEDJA PPEŻATA MASSIMA GĦALL-ISPIŻA ESTERNA

Dan l-Anness jistabbilixxi l-parametri li għandhom jintużaw biex tiġi kkalkolata t-tariffa medja ppeżata massima għall-ispiża esterna.

1.   Spiża massima għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku:

Tabella 1:   Spiża massima li għandha titħallas għat-tniġġis tal-arja

Ċenteżmi/vettura.kilometru

Toroq suburbani

(inklużi l-awtostradi)

Toroq interurbani

(inklużi l-awtostradi)

EURO 0

16

12

EURO I

11

8

EURO II

9

7

EURO II

7

6

EURO IV

4

3

EURO V

0

0

wara l-31 ta’ Diċembru 2013

3

2

EURO VI

0

0

wara l-31 ta’ Diċembru 2017

2

1

Li jniġġsu inqas mill-EURO VI

0

0

Il-valuri tat-Tabella 1 jistgħu jiġu mmultiplikati b’fattur ta’ mhux aktar minn 2 f’żoni muntanjużi dment li dan ikun iġġustifikat mill-gradjent tat-toroq, l-altitudni u/jew l-inverżjonijiet tat-temperatura.

2.   Spiża massima għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku

Tabella 2:   Spiża massima li għandha titħallas għall-istorbju

Ċenteżmi/vettura.kilometru

Binhar

Billejl

Toroq suburbani

(inklużi l-awtostradi)

1,1

2

Toroq interurbani

(inklużi l-awtostradi)

0,2

0,3

Il-valuri fit-Tabella 2 jistgħu jiġu mmultiplikati b’fattur mhux akbar minn 2 fiż-żoni muntanjużi dment li dan ikun iġġustifikat mill-gradjent tat-toroq, l-inverżjonijiet tat-temperatura u/jew l-effett ta’ anfiteatru tal-widien.

”.

(1)  ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22.

(2)  Metodoloġija tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent http://reports.eea.europa.eu/EMEPCORINAIR5/.

(3)  ĠU L 189,18.7.2002, p. 12.


DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR IT-TABELLI TA' KORRELAZZJONI

"Il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn tagħha li tiżgura li l-Istati Membri jistabbilixxu tabelli ta' korrelazzjoni li jorbtu l-miżuri tat-traspożizzjoni li jadottaw mad-Direttiva tal-UE u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni fil-qafas tat-traspożizzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE, fl-interess taċ-ċittadini, ta' tfassil aħjar tal-liġijiet u ż-żieda fit-trasparenza legali, u biex jassistu fl-eżami tal-konformità tar-regoli nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tal-UE.

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha għan-nuqqas ta' appoġġ għad-dispożizzjoni inkluża fil-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (Eurovignette), li kellha l-mira li tagħmel l-istabbilment tat-tabelli ta' korrelazzjoni obbligatorju.

Il-Kummissjoni, fi spirtu ta' kompromess u sabiex tiżgura l-adozzjoni immedjata ta' dik il-proposta, tista' taċċetta s-sostituzzjoni tad-dispożizzjoni obbligatorja dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni inkluża fit-test bi premessa rilevanti li tħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu din il-prassi. Fi żmien tnax-il xahar wara l-adozzjoni ta' dan il-ftehim fil-plenarja hija ser tinforma u tagħmel rapport fi tmiem il-perijodu tat-traspożizzjoni dwar il-prassi tal-Istati Membri li jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli proprji tagħhom li juru, sa fejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi.

Madankollu, il-pożizzjoni li segwiet il-Kummissjoni f'dan il-fajl ma għandhiex titqies bħala preċedent. Il-Kummissjoni ser tkompli bl-isforzi tagħha bl-għan li flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill issib soluzzjoni adatta għal din il-kwistjoni istituzzjonali orizzontali."


DIKJARAZZJONI MILL-PRESIDENZA UNGERIŻA, POLLAKKA, DANIŻA U ĊIPRIJOTTA TAL-KUNSILL

"Huwa b'dan iddikjarat li l-ftehim milħuq bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew fit-trilogu tat-23 ta' Mejju 2011 dwar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (Eurovignette) ma jippreġudikax ir-riżultat tan-negozjati interistituzzjonali dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni."


DIKJARAZZJONI MILL-PARLAMENT EWROPEW

“Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li l-Kunsill ma kienx lest jaċċetta l-pubblikazzjoni obbligatorja tat-tabelli ta' korrelazzjoni fil-kuntest tal-proposta li temenda d-Direttiva 1999/62/KE. Huwa b'dan iddikjarat li l-ftehim milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-trilogu tat-23 ta' Mejju 2011 dwar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (Eurovignette) ma jippreġudikax ir-riżultat tan-negozjati interistituzzjonali dwar it-tabelli ta' korrelazzjoni.

Il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tinfurmah fi żmien tnax-il xahar wara l-adozzjoni ta' dan il-ftehim fil-plenarja u biex tagħmel rapport fi tmiem il-perijodu tat-traspożizzjoni dwar il-prassi tal-Istati Membri li jfasslu t-tabelli proprji tagħhom li juru, sa fejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi.”


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Ottubru 2011

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll maqbul bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet

(2011/679/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill addotta r-Regolament (KE) Nru 2027/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde (1).

(2)

L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika tal-Kap Verde Protokoll ġdid li joffri lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet li fihom il-Kap Verde teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fuq is-sajd.

(3)

B’riżultat ta’ dawn in-negozjati, il-protokoll il-ġdid ġie inizjalat fit-22 ta’ Diċembru 2010.

(4)

Dan il-Protokoll il-ġdid ġie ffirmat fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/405/UE (2) u ser jiġi applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Settembru 2011.

(5)

Dan il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll maqbul bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f’isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 16 tal-Protokoll, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Protokoll (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

A. KRASZEWSKI


(1)  ĠU L 414, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 9.7.2011, p. 1.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/18


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1011/2011

tat-13 ta' Ottubru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 (2) dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

(2)

Fit-2 ta’ Settembru 2011 (3), il-Kunsill emenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 biex jestendi l-miżuri kontra s-Sirja, inkluża espansjoni tal-kriterji tal-elenkar, u projbizzjoni fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasportazzjoni taż-żejt mhux maħdum mis-Sirja. Fit-23 ta’ Settembru 2011 (4) il-Kunsill reġa’ emenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 biex jestendi aktar il-miżuri kontra s-Sirja, biex jinkludi projbizzjoni fuq l-investiment fis-settur taż-żejt mhux maħdum, iż-żieda ta’ aktar elenkar, u projbizzjoni fuq twassil ta’ flus tal-karta u muniti lill-Bank Ċentrali tas-Sirja.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK (5) li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK tipprevedi miżura addizzjonali, jiġifieri l-elenkar ta’ entità oħra, flimkien ma’ deroga li tippermetti għal perjodu limitat, l-użu tal-fondi ffriżati rċevuti sussegwentement minn dik l-entità b’konnessjoni mal-iffinanzjar ta’ kummerċ ma’ persuni jew entitajiet mhux magħżulin.

(4)

Dik il-miżura taqa’ fl-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa sabiex tiġi implimentata, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Sabiex jiġi garantit li l-miżura prevista f’dan ir-Regolament tkun effettiva, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih mal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikoli 4(1), 4(2), 5(2) u 5(3) u l-punt (a) tal-Artikolu 6, il-kliem “Anness II” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Annessi II u IIa.”;

(2)

fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 7 u fl-Artikoli 9 u 14(1) il-kliem “Anness II” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “Anness II jew Anness IIa”;

(3)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Annessi II u IIa għandhom jikkonsistu f’dan li ġej:

(a)

L-Anness II għandu jikkonsisti minn elenku ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, f’konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK ikunu ġew identifikati mill-Kunsill bħala persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew isostnu lir-reġim, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi u entitajiet assoċjati magħhom, u li għalihom m’għandux japplika l-Artikolu 9a.

(b)

L-Anness IIa għandu jikkonsisti minn elenku ta’ entitajiet li, f’konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill bħala entitajiet assoċjati ma’ persuni jew entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, jew ma’ persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew isostnu lir-reġim, u li għalihom għandu japplika l-Artikolu 9a.”

(4)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-listi fl-Annessi II u IIa għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari u tal-inqas kull 12-il xahar.”;

(5)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(1), entità elenkata fl-Anness IIa tista’, għal perjodu ta’ xahrejn mid-data li fiha hija tkun ġiet identifikata, tagħmel pagament mill-fondi ffriżati jew mir-riżorsi ekonomiċi li din l-entità tkun irċeviet wara d-data li fiha hija ġiet identifikata, sakemm:

(a)

tali pagament ikun dovut b’riżultat ta’ kuntratt ta’ negozju; u

(b)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti tkun iddeterminat li l-pagament ma jkunux se jirċevuh, direttament jew indirettament, persuna jew entità elenkata fl-Anness II jew fl-Anness IIa.”.

Artikolu 2

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 442/2001 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

It-test tal-Anness I għal dan ir-Regolament għandu jiġi inserit bħala l-Anness IIa għar-Regolament (UE) Nru 442/2011.

Artikolu 4

It-test tal-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa b’dan sostitwit bl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.

(2)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011 (ĠU L 228, 3.9.2011, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 3).

(5)  Ara paġna 33 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

“ANNESS IIa

Lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikoli 4 u 5

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta’ inklużjoni fil-lista

1.

Commercial Bank of Syria

Damascus Branch, P.O. Box 2231, Moawiya St., Damascus, Sirja;- P.O. Box 933, Yousef Azmeh Square, Damascus, Sirja;

Aleppo Branch, P.O. Box 2, Kastel Hajjarin St., Aleppo, Sirja;

SWIFT/BIC CMSY SY DA; l-uffiċċji kollha fid-dinja

Sit web: http://cbs-bank.sy/En-index.php

Tel: +963 11 2218890

Fax: +963 11 2216975

amministrazzjoni ġenerali: dir.cbs@mail.sy

Bank tal-istat li jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

13.10.2011”


ANNESS II

Fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011, l-entrati għal Emad GHRAIWATI, Tarif AKHRAS u Issam ANBOUBA huma sostitwiti b’dawn l-entrati:

“Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni (id-data tat-twelid, il-post tat-twelid …)

Raġunijiet

Data tal-elenkar

Emad GHRAIWATI

Data tat-twelid Marzu 1959;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

President tal-Kamra tal-Industrija ta’ Damasku (Zuhair Ghraiwati Sons). Jappoġġja ekonomikament lir-reġim Sirjan.

2.9.2011

Tarif AKHRAS

Data tat-twelid 1949;

Post tat-twelid: Ħoms, is-Sirja

Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika), Ħoms. Jappoġġja ekonomikament lir-reġim Sirjan.

2.9.2011

Issam ANBOUBA

Data tat-twelid 1949;

Post tat-twelid: Lattakja, is-Sirja

President tal-Issam Anbouba Est. għall-agroindustrija. Jappoġġja ekonomikament lir-reġim Sirjan.

2.9.2011”


ANNESS III

“ANNESS IV

Lista tal-Prodotti taż-Żejt Mhux Raffinat

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

2709 00

Żjut miż-żejt mhux raffinat u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati:

2710

Żjut miż-żejt mhux raffinat u żjut miksuba minn minerali bituminużi, għajr dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor, li skont il-piż ikunu 70 % jew aktar ta’ żjut taż-żejt mhux raffinat jew ta’ żjut miksuba minn minerali bituminużi, fejn dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; skart taż-żjut (ħlief għax-xiri fis-Sirja, ta’ pitrolju, fjuwil tal-avjazzjoni kodiċi NM 2710 19 21 li mhuwiex projbit, sakemm ikun hemm l-intenzjoni, u jkun se jiġi użat biss, għall-iskop li l-ajruplan mgħobbi bih ikompli f’titjirtu).

2712

Vażelina; xema’ tal-paraffina, xema’ mikrokristallina taż-żejt, xema’ nofsha raffinata b’kontenut għoli ta’ żejt (slack wax), ożokerit, ix-xema’ tal-linjite, ix-xema’ tal-pit, xemgħat oħra minerali u prodotti simili miksuba permezz ta’ sinteżi jew permezz ta’ proċessi oħrajn kemm jekk ikkuluriti kif ukoll jekk mhumiex.

2713

Kokk taż-żejt mhux raffinat, qatran taż-żejt mhux raffinat u fdalijiet oħrajn ta’ żjut miż-żejt mhux raffinat jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi.

2714

Bitum u asfalt, naturali; shale tal-bitum jew taż-żejt u ramel taż-żift; asfaltiti u blat tal-asfalt.

2715 00 00

Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq bitum naturali, fuq bitum taż-żejt mhux raffinat, fuq żift minerali jew żift tal-qatran minerali (pereżempju, gomom bituminużi, cut-backs).”


14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1012/2011

tal-11 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

39/T&Q

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

SOL/8AB.

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

VIIIa u VIIIb

Data

13.8.2011


14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1013/2011

tal-11 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi l-projbizzjoni tas-sajd għat-tonn għajnu kbira fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera Portugiża

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

42/T&Q

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

BET/ATLANT

Speċi

Tonn għajnu kbira (Thunnus obesus)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data

16.9.2011


14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1014/2011

tal-11 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ksampu fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta’ Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE (2), jistabbilixxi kwoti għall-2011.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2011.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2011 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

Nru

47/T&Q

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

NEP/8ABDE.

Speċi

Ksampu (Nephrops norvegicus)

Żona

VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

Data

13.8.2011


14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/27


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1015/2011

tat-13 ta’ Ottubru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

58,3

EC

36,3

MA

42,5

MK

42,0

ZZ

44,8

0707 00 05

AL

65,0

MK

64,2

TR

132,0

ZZ

87,1

0709 90 70

TR

132,0

ZZ

132,0

0805 50 10

AR

67,4

BR

38,2

CL

60,5

TR

62,1

UY

56,8

ZA

67,6

ZZ

58,8

0806 10 10

BR

225,1

CL

79,6

MK

85,4

PE

228,3

TR

119,2

ZA

65,0

ZZ

133,8

0808 10 80

CL

127,7

CN

86,4

NZ

122,0

ZA

126,9

ZZ

115,8

0808 20 50

CL

85,4

CN

98,9

TR

57,5

ZZ

80,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Ottubru 2011

li taħtar membru Portuġiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2011/680/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Portugiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Manuel CAVALEIRO BRANDÃO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Gonçalo da GAMA LOBO XAVIER, Confederação da Indústria Portuguesa (CIP) huwa b’dan maħtur bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

A. KRASZEWSKI


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Ottubru 2011

li taħtar membru Irlandiż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2011/681/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Irlandiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Jillian VAN TURNHOUT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Seamus BOLAND, Chief Executive Officer, Irish Rural Link huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

A. KRASZEWSKI


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda

(2011/682/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fuq talba tal-Irlanda, il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lillha (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE (2)) b’appoġġ għal programm b’saħħtu ta’ riforma ekonomika u finanzjarja bil-għan li tinkiseb il-fiduċja mill-ġdid biex b’hekk l-ekonomija tkun tista’ terġa’ lura għal sitwazzjoni ta’ tkabbir sostenibbli, u bil-għan li titħares l-istabbiltà finanzjarja fl-Irlanda, fiż-żona tal-euro u fl-Unjoni.

(2)

Estensjoni tal-maturitajiet u tnaqqis fil-marġni tar-rata tal-imgħax se jkunu ta’ benefiċċju sabiex jinkisbu l-objettivi tal-programm, skont il-konklużjonijiet tal-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern tal-pajjiżi taż-żona tal-euro u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tal-21 ta’ Lulju 2011 rigward is-self tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbilità Finanzjarja.

(3)

Sabiex jissaħħu l-objettivi tal-likwidità u tas-sostenibbiltà, l-estensjoni tal-maturitajiet u t-tnaqqis fil-marġini tar-rata tal-imgħax għandha tapplika wkoll għall-ħlasijiet individwali li diġà ġew zbursati.

(4)

Fil-kuntest ta’ dawn l-iżviluppi, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE għandha tiġi emendata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Irlanda self ta’ ammont massimu ta’ EUR 22,5 biljun, b’maturità medja massima ta’ 12,5 snin. Kull wieħed mill-ħlasijiet individwali tal-faċilità ta’ self jista’ jkollu maturità ta’ mhux aktar minn 30 sena.”;

(2)

Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5.   Għal kull ħlas individwali, l-Irlanda għandha tħallas l-ispiża tal-finanzjament tal-Unjoni.”.

Artikolu 2

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE kif emendata b’din id-deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll għall-ħlasijiet individwali tas-self li ġew żbursati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 30, 4.2.2011, p. 34.


14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/32


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall

(2011/683/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fuq talba tal-Portugall, il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lillha (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE (2)) b’appoġġ għal programm b’saħħtu ta’ riforma ekonomika u finanzjarja bil-għan li tinkiseb il-fiduċja mill-ġdid biex b’hekk l-ekonomija tkun tista’ terġa’ lura għal sitwazzjoni ta’ tkabbir sostenibbli, u bil-għan li titħares l-istabbiltà finanzjarja fil-Portugall, fiż-żona tal-euro u fl-Unjoni.

(2)

Estensjoni tal-maturitajiet u tnaqqis fil-marġni tar-rati tal-imgħax se jkunu ta’ benefiċċju sabiex jinkisbu l-objettivi tal-programm, skont il-konklużjonijiet tal-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern tal-pajjiżi taż-żona tal-euro u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tal-21 ta’ Lulju 2011 rigward is-self tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbilità Finanzjarja.

(3)

Sabiex jissaħħu l-objettivi tal-likwidità u tas-sostenibbiltà, l-estensjoni tal-maturitajiet u t-tnaqqis fil-marġini tar-rata tal-imgħax għandha tapplika wkoll għall-ħlasijiet individwali li diġà ġew zbursati.

(4)

Fil-kuntest ta’ dawn l-iżviluppi, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE għandha tiġi emendata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Portugall self ta’ ammont massimu ta’ EUR 26 biljun, b’maturità medja massima ta’ 12,5 snin. Kull wieħed mill-ħlasijiet individwali tas-self jista’ jkollu maturità ta’ mhux aktar minn 30 sena.”;

(2)

Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5.   Għal kull ħlas individwali, il-Portugall għandu jħallas l-ispiża tal-finanzjament tal-Unjoni.”.

Artikolu 2

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE kif emendata b’din id-deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll għall-ħlasijiet individwali tas-self li ġew żbursati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 159, 17.6.2011, p. 88.


14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/684/PESK

tat-13 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1).

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, entità addizzjonali għandha tiġi soġġetta għall-miżuri restrittivi mniżżla fid-Deċiżjoni 2011/273/PESK bil-ħsieb li dik l-entità ma titħalliex tuża fondi jew riżorsi ekonomiċi li attwalment huma proprjetà tagħha, miżmuma jew ikkontrollati minnha sabiex tagħti appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan, filwaqt li fuq bażi temporanja tippermetti li fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati rċevuti sussegwentement minn dik l-entità jiġu użati b’rabta mal-finanzjament ta’ kummerċ ma’ persuni jew entitajiet mhux nominati.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

Paragrafu (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul fi, jew it-transitu minn ġewwa, it-territorji tagħhom tal-persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, ta’ persuni li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I.”,

(ii)

Paragrafu (8) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Fil-każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 5, 6 u 7 Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew it-transituġo territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness I, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnha.”;

(2)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)

Paragrafu (1) u (2) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra il-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u persuni u entitajiet assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Annessi I u II, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’, persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet elenkati fl-Annessi I u II.”;

(ii)

Punt (a) tal-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Annessi I u II u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;”;

(iii)

Punt (a) tal-paragrafu 4(huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika jew entità msemmija fl-Artikolu 4(1) tkun ġiet inkluża fl-Annessi I u II, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data”;

(iv)

Punt (c) tal-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-garanzija jew is-sentenza mhijiex għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika jew entità elenkati fl-Annessi I u II; u”;

v)

Is-segwenti paragrafu ġie miżjud:

“5a.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni entità nominata elenkata fl-Anness II, għal perijodu ta’ xahrejn wara d-data tan-nomina tagħha, milli tagħmel pagament minn fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati rċevuti minn tali entità wara d-data tan-nomina tagħha, fejn tali ħlas huwa dovut taħt kuntratt b’rabta mal-finanzjament ta’ kummerċ, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-pagament ma jiġix irċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.”;

(3)

L-Artikolu 4a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4a

L-ebda pretensjoni, inkluża dik għal kumpens jew indennizz, jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija, multi jew pretensjoni koperta minn garanzija, pretensjonijiet għal estensjoni jew pagament ta’ bond, garanzija finanzjarja, inklużi pretensjonijiet li jirriżultaw minn ittri ta’ kreditu jew minn strumenti simili f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandha tiġi konċessa lill-persuni jew l-entitajiet nominati elenkati fl-Annessi I u II, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fis-Sirja, inkluż il-Gvern tas-Sirja, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità.”;

(4)

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-listi fl-Annessi I u II.”;

(5)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   L-Annessi I u II għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati.

2.   L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta’ twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.”.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK għandu jsir l-Anness I.

Artikolu 3

L-Anness għal din id-Deċiżjoni għandu jiżdied mad-Deċiżjoni 2011/273/PESK bħala l-Anness II.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.


ANNESS

“ANNESS II

Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta’ inklużjoni fil-lista

1.

Commercial Bank of Syria

Damascus Branch, P.O. Box 2231, Moawiya St., Damascus, Sirja;- P.O. Box 933, Yousef Azmeh Square, Damascus, Sirja;

Aleppo Branch, P.O. Box 2, Kastel Hajjarin St., Aleppo, Sirja;

SWIFT/BIC CMSY SY DA; l-uffiċċji kollha fid-dinja

Sit web: http://cbs-bank.sy/En-index.php

Tel: +963 11 2218890

Fax: +963 11 2216975

amministrazzjoni ġenerali: dir.cbs@mail.sy

Bank tal-istat li jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

13.10.2011”


14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/36


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Ottubru 2011

li tirrikonoxxi l-karattru operattiv kompletament tad-dejtabejż Litwana dwar l-annimali bovini

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7164)

(It-test Litwan biss huwa awtentiku)

(2011/685/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali tal-frat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u ta’ prodotti mil-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu.

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 (“ir-Regolament”) jistipula li annimal bovin għandu jiġi identifikat u jinħariġlu passaport li jakkumpanjah meta jinġarr imkien ieħor.

(2)

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament jistipula li l-Istati Membri, li għandhom dejtabejż kompjuterizzata li l-Kummissjoni tqis li hija operattiva kompletament, jistgħu jistabbilixxu li passaport irid jinħareġ biss għal annimali intiżi għall-kummerċ fl-Unjoni stess u li dawk l-annimali għandhom ikunu akkumpanjati mill-passaporti tagħhom biss meta jiġu ttrasportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat għal territorju ta’ Stat Membru ieħor.

(3)

Il-Litwanja ressqet talba lill-Kummissjoni biex din tirrikonoxxi l-karattru operattiv tad-dejtabejż tagħha dwar il-bovini. Din id-dejtabejż tifforma l-bażi tas-sistema Litwana għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini.

(4)

Il-Litwanja ressqet l-informazzjoni meħtieġa li b’mod partikolari tikkonferma li d-dejtabejż tagħha dwar il-bovini hija kompatibbli mal-Artikolu 5 tar-Regolament, u dan minħabba li: (i) l-iskadenzi fin-notifikazzjoni tal-inċidenti huma enfasizzati fid-dejtabejż u għaldaqstant huma rispettati l-iskadenzi għan-notifikazzjonijiet taċ-ċaqliq tal-annimali bovini stabbiliti fir-Regolament, (ii) li l-passaporti tal-annimali ttrasportati ’l barra mil-Litwanja għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti mal-wasla, (iii) hemm interfaċċja bejn id-dejtabejż nazzjonali dwar il-bovini u d-dejtabejż dwar l-Iskema tal-Ħlas tal-Agrikoltura kif ukoll mas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Informazzjoni Veterinarja nazzjonali biex tiffaċilita l-kontrolli ta’ rikonċiljazzjoni u l-iskambju ta’ dejta utli u (iv) hemm linji gwida msaħħa b’mod li t-tikketti ta’ mal-widna jinħarġu u jitqassmu b’mod tajjeb u li din l-informazzjoni tkun disponibbli għad-dejtabejż.

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat din l-informazzjoni u tqisha adegwata biex ikun rikonoxxut il-karattru operattiv tad-dejtabejż.

(6)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, huwa f’loku li d-dejtabejż Litwana dwar l-annimali bovini tkun rikonoxxuta li hi operattiva kompletament mill-1 ta’ Lulju 2011,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dejtabejż Litwana dwar l-annimali bovini hija rikonoxxuta bħala operattiva kompletament mill-1 ta’ Lulju 2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.


14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Messiku fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin kif ukoll ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7168)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/686/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijoni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KEE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1), l-Artikolu 12(4) u l-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi kundizzjonijiet applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’, fost l-oħrajn, semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(2)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ equidae ħajjin fl-Unjoni. Din tistipula li l-importazzjonijiet tal-ekwidi fl-Unjoni jridu jiġu minn pajjiżi terzi jew minn partijiet mit-territorju tagħhom fejn l-enċefalomielite ekwina tal-Veneżwela (VEE) hija marda li trid tiġi nnotifikata b’mod mandatorju, u li jkunu ilhom ħielsa minnha sentejn.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ekwidi ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda id-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (3), tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, jew partijiet minnhom fejn japplika t-taqsim ta’ pajjiżi f’reġjuni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ekwidi u ta’ semen, ova u embrijoni tagħhom, u tindika l-kundizzjonijiet l-oħra li japplikaw għal tali importazzjonijiet. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-Messiku, bl-eċċezzjoni tal-Istati ta’ Chiapas u Oaxaca, bħalissa hu elenkat f’dak l-Anness.

(4)

Fid-19 ta’ Awwissu 2011, il-Messiku nnotifika lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bil-konferma ta’ żewġ każijiet ta’ VEE fi żwiemel fl-Istati ta’ Tabasco u Veracruz, li huma kkawżati minn virus tal-istess subtip IE li ġie nnutat fl-Istati ġirien ta’ Chiapas u Oaxaca.

(5)

L-introduzzjoni ta’ ekwidi u ta’ semen, ova u embrijoni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina fl-Unjoni mill-Istati ta’ Tabasco u Veracruz fil-Messiku għalhekk ma għandhiex tibqa’ tiġi awtorizzata. Għaldaqstant, dawk l-Istati għandhom jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-entrata għall-Messiku fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE hija mibdula b’dan li ġej:

“MX

Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

 

 

MX-1

Id-dipartimenti kollha ħlief l-Istati ta’ Chiapas, Oaxaca, Tabasco u Veracruz

D

X

X

X

X

X

X

X

X”

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.


Rettifika

14.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/39


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 336 tal-21 ta' Diċembru 2010 )

1.

F'paġna 4, Anness, Parti 1, punt 1, l-aħħar entrata:

minflok:

“Lipp tal-qawwi

Phycis spp.”;

aqra:

“Lipp abjad

Phycis blennoides”.

2.

F'paġna 6, Anness, Parti 2, tabella li turi l-opportunitajiet ta’ sajd annwali għall-klieb il-baħar tal-baħar fond u Deania hystricosa u Deania profundorum, intestatura:

minflok:

Żona

:

L-ilmijiet internazzjonali ta’ XII (DWS/12-)”;

aqra:

Żona

:

L-ilmijiet internazzjonali ta’ XII (DWS/12INT-)”.

3.

F'paġna 8, Anness, Parti 2, it-tieni tabella li turi l-opportunitajiet ta' sajd annwali għar-Roundnose grenadier Coryphaenoides rupestris, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 1:

minflok:

“(1)

Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII, IX, X, XII u XIV”;

aqra:

“(1)

Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII, IX, X, XII u XIV (RNG/*8X14-).”.

4.

F'paġna 8, Anness, Parti 2, it-tielet tabella li turi l-opportunitajiet ta' sajd annwali għar-Roundnose grenadier Coryphaenoides rupestris, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 1:

minflok:

“(1)

Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ Vb, VI, VII”;

aqra:

“(1)

Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ Vb, VI, VII (RNG/*5B67-).”.

5.

F'paġna 9, Anness, Parti 2, it-tielet tabella li turi l-opportunitajiet ta' sajd annwali għall-Orange roughy Hoplostethus atlanticus, intestatura:

minflok:

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV (ORY/1CX14C)”;

aqra:

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV (ORY/1CX14)”.

6.

F'paġna 10, Anness, Parti 2, it-tieni tabella li turi l-opportunitajiet ta' sajd annwali għall-Paġell tal-garġi Pagellus bogaraveo, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 2:

minflok:

“(2)

Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VI, VII u VIII”;

aqra:

“(2)

Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VI, VII u VIII (SBR/*678-).”.

7.

F'paġna 11, Anness, Parti 2, l-ewwel, it-tieni u t-tielet tabelli li juru l-opportunitajiet ta' sajd annwali għall-Lipp tal-Qawwi Phycis spp., intestatura:

minflok:

“Lipp tal-qawwi

Phycis spp.”;

aqra:

“Lipp abjad

Phycis blennoides”.

8.

F'paġna 11, Anness, Parti 2, it-tieni tabella li turi l-opportunitajiet ta' sajd annwali għall-Lipp tal-Qawwi Phycis spp., nota ta’ qiegħ il-paġna 1:

minflok:

“(1)

Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII u IX.”;

aqra:

“(1)

Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII u IX (GFB/*89-).”.

9.

F'paġna 11, Anness, Parti 2, it-tielet tabella li turi l-opportunitajiet ta' sajd annwali għall-Lipp tal-Qawwi Phycis spp., nota ta’ qiegħ il-paġna 1:

minflok:

“(1)

Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ V, VI, VII.”;

aqra:

“(1)

Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ V, VI, VII. (GFB/*567-).”

10.

F'paġna 12, Anness, Parti 2, it-tabella li turi l-opportunitajiet ta' sajd annwali għall-Lipp tal-Qawwi Phycis spp., intestatura:

minflok:

“Lipp tal-qawwi

Phycis spp.”;

aqra:

“Lipp abjad

Phycis blennoides”.