ISSN 1977-074X doi:10.3000/1977074X.L_2011.261.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2011 tal-5 ta’ Ottubru 2011 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tad-dħul tal-Afrika t’Isfel fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom f'dak li jirrigwarda influwenza tat-tjur patoġenika ħafna ( 1 ) |
|
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2011/649/UE |
|
|
* |
||
|
|
2011/650/UE |
|
|
* |
||
|
|
2011/651/UE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2011 dwar għajnuna fis-settur tal-proċessar tal-karkassi tal-annimali fl-2003 Għajnuna mill-Istat C 23/05 (ex NN 8/04 u ex N 515/03) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4425) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/1 |
Informazzjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jagħti l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe
L-Unjoni Ewropea infurmat lill-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe dwar l-approvazzjoni tagħha, fit-12 ta’ Lulju 2011, tal-Protokoll li jagħti l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fi Brussell fit-13 ta’ Lulju 2011.
Fit-28 ta’ Awwissu 2011, ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe infurmat bil-miktub lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar it-tlestija tal-proċeduri tagħha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll.
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 14 tal-Protokoll, dan daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2011.
REGOLAMENTI
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 990/2011
tat-3 ta’ Ottubru 2011
li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11, il-paragrafi (2), (5) u (6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
(1) |
Bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (2), il-Kunsill impona dazju definittiv anti- dumping ta’ 30,6 % fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-“miżuri oriġinali”). Wara investigazzjoni dwar evażjoni ta’ miżuri skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, dan id-dazju ġie estiż bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3) għall-importazzjonijiet ta’ ċertu parts ta’ roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ). Barra minn hekk ġie deċiż li tinħoloq ‘skema ta’ eżenzjoni’ abbażi tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. Id-dettalji tal-iskema ġew stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (4). Biex jirċievu eżenzjoni mid-dazju estiż il-produtturi tar-roti fl-Unjoni jridu jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jirrispettaw proporzjon ta’ anqas minn 60 % tal-parts tar-roti Ċiniżi fl-operazzjoni tagħhom jew iż-żieda ta’ valur ta’ aktar minn 25 % għall-parts kollha mdaħħla fl-operazzjoni. Sa issa ngħataw aktar minn 250 eżenzjoni. |
(2) |
Wara t-twettiq ta’ reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1524/2000 (5), iddeċieda li dawn il-miżuri għandhom jinżammu. |
(3) |
Wara reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (l-“investigazzjoni preċedenti”), il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (6), iddeċieda li jżid id-dazju anti-dumping fis-seħħ għal 48,5 %. |
2. L-investigazzjoni preżenti
(4) |
Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni ħabbret b’avviż (‘Avviż ta’ tnedija’) (7), ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li kienet se tinbeda reviżjoni ta’skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-RPĊ. |
(5) |
Ir-reviżjoni ngħatat bidu wara talba sostanzjata mressqa mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tar-Roti (‘EBMA’, “l-applikant”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, mill-produzzjoni ta’ roti tal-Unjoni. |
(6) |
It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta’ dumping u r-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. |
3. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
(7) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, il-produtturi tal-Unjoni msemmija fit-talba, il-produtturi l-oħra kollha magħrufa fl-Unjoni, il-produtturi esportaturi, l-importaturi kif ukoll l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati u l-awtoritajiet tar-RPĊ dwar il-bidu tal-investigazzjoni. |
(8) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li juru fehmiethom bil-miktub u li jitolbu seduta fi l-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-avviż ta’ tnedija. |
(9) |
Għadd ta’ produtturi tal-Unjoni rappreżentati mill-applikant, produtturi oħrajn tal-Unjoni li kkooperaw, produtturi esportaturi, importaturi, u assoċjazzjonijiet li jużaw il-prodott wasslu fehmiethom. |
(10) |
Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li ppreżentaw raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ngħataw seduta ta’ smigħ. |
4. It-teħid ta’ kampjuni
(11) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi, produtturi tal-Unjoni u importaturi involuti fl-investigazzjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien ippjanat fl-avviż ta’ tnedija, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(12) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-bżonn ta’ teħid ta’ kampjuni u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi u r-rappreżentanti li jidhru f’isimhom, il-produtturi tal-Unjoni u l-importaturi ntalbu jippreżentaw lilhom infushom u jagħtu tagħrif kif speċifikat fl-avviż ta’ tnedija. Il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ produtturi esportaturi u lill-awtoritajiet rilevanti tar-RPĊ. Dawn il-partijiet ma qajmu ebda oġġezzjoni li jintuża t-teħid ta’ kampjuni. |
(13) |
B’kollox, 7 esportaturi/produtturi, madwar 100 produttur tal-Unjoni u 4 importaturi ipprovdew it-tagħrif mitlub fil-limiti ta’ żmien stabbiliti. |
(14) |
Billi 7 produtturi Ċiniżi biss wieġbu għat-tagħrif mitlub għat-teħid ta’ kampjuni fl-avviż ta’ tnedija, ġie deċiż li ma jiġix applikat it-teħid ta’ kampjuni. Intbagħtu kwestjonarji lil dawn is-seba’ kumpaniji, li minnhom tlieta biss wieġbu. Minn dawn it-tliet kumpaniji tnejn biss irrappurtaw esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ reviżjoni” jew “RIP”). |
(15) |
Rigward il-produtturi tal-Unjoni, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-kampjun intagħżel wara konsultazzjoni mal-assoċjazzjonijiet rilevanti u bi qbil magħhom fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ u produzzjoni fi ħdan l-Unjoni.B’riżultat ta’ dan tmien produtturi tal-Unjoni ġew magħżula fil-kampjun. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tmien kumpaniji magħżula, li wieġbu b’mod komplut. |
(16) |
Minħabba l-għadd limitat ta’ importaturi li wieġbu u wrew ħeġġa li jikkooperaw (4 importaturi), ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni mhuwiex meħtieġ fir-rigward tal-importaturi. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-4 importaturi. Sussegwentement, importatur wieħed biss wieġeb il-kwestjonarju, iżda din it-tweġiba ma kinitx kompluta billi l-importatur kien impenjat fil-proċess tal-għeluq definittiv tal-operazzjonijiet tiegħu. |
(17) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li dehrilha meħtieġ biex tistabbilixxi l-probabbilità tal-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu u l-interess tal-Unjoni. It-tagħrif mibgħut mill-kumpaniji li ġejjin ġie vverifikat fuq il-post:
|
(18) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet l-eżami tat-tendenzi fil-kuntest tal-analiżi tal-ħsara li kopra l-perjodu minn Jannar 2007 sa tmiem l-PIR (“il-perjodu meqjus”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
(19) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak kopert bir-Regolament (KE) Nru 1524/2000, jiġifieri roti u ċikletti oħra (inklużi triċikletti għall-kunsinni, iżda esklużi ċikletti ta’ rota waħda), mingħajr magna, li attwalment jaqgħu fil-kodiċijiet tan-NM eks 8712 00 10, 8712 00 30 u eks 8712 00 80. |
(20) |
Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, ir-roti ġew ikklassifikati fil-kategoriji li ġejjin:
|
(21) |
Kull tip ta’ rota kif definit hawn fuq għandha l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi. Barra minn hekk, jinbiegħu permezz tal-istess mod ta’ distribuzzjoni bħal bejjiegħa speċjalizzati bl-imnuta, katina ta’ ħwienet tal-isport u negozjanti bil-massa fis-suq tal-Unjoni. Billi l-applikazzjoni bażika u l-użu tar-roti huma identiċi, fil-biċċa l-kbira tagħhom huma interskambjabbli u għaldaqstant mudelli minn kategoriji differenti jikkompetu ma’ xulxin. Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li l-kategoriji kollha jifformaw prodott wieħed uniku. |
(22) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li r-roti prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, dawk prodotti u mibjugħa fis-suq ta’ pajjiż analogu u dawk impurtati fis-suq tal-Unjoni li joriġinaw fir-RPĊ għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użi bażiċi. |
(23) |
Wara l-iżvelar, waħda mill-partijiet allegat li kien hemm ftit kompetizzjoni jew kważi xejn bejn ir-roti Ċiniżi u r-roti prodotti fis-suq tal-Unjoni. Iżda, ma kien hemm ebda tagħrif fil-fajl li seta’ jkun ta’ appoġġ għal din l-istqarrija u ma ntbagħat ebda dokument ta’ evidenza b’appoġġ għal din l-istqarrija. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota wkoll li kif jissemma hawn taħt fil-premessa (26), il-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet ta’ livell baxx ħafna u huma pprovdew tagħrif limitat ħafna dwar il-prodotti magħmula u mibjugħa mill-produtturi Ċiniżi lis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, u fin-nuqqas ta’ xi tagħrif ieħor li ta’ min jorbot fuqu, din l-istqarrija ma ntlaqgħetx. |
(24) |
Ir-roti prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, dawk prodotti u mibjugħa fis-suq tal-pajjiż analogu u dawk importati fis-suq tal-Unjoni u li joriġinaw fir-RPĊ huma għalhekk meqjusa indaqs skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. PROBABBILTÀ TA’ TKOMPLIJA JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING
1. Kummenti preliminari
(25) |
B’mod konformi mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx probabbli li d-dumping jitkompla jew jerġa’ jseħħ mal-possibbiltà ta’ skadenza tal-miżuri fis-seħħ. |
(26) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-proċediment kien baxx ħafna mit-tnedija tiegħu. Kif intwera fil-premessa (14), tliet produtturi Ċiniżi biss bagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kienu lesti li jikkooperaw inizjalment. Minn dawn it-tliet kumpaniji tnejn biss irrappurtaw esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PIR, u dawn flimkien jirrappreżentaw inqas minn 10 % tal-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. |
(27) |
Saru żjarat ta’ kontroll fuq il-post fiż-żewġ kumpaniji li għandhom bejgħ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni. Iżda, għal waħda minnhom, ma kienx possibbli li jkun ivverifikat it-tagħrif mogħti fit-tweġiba tal-kwestjonarju billi l-kumpanija naqset milli tipprovdi dokumenti li jissostanzjaw id-data li bagħtet. Il-kumpanija l-oħra kkooperat b’mod sodisfaċenti, iżda l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni matul il-PIR jirrappreżentaw anqas minn 5 % tal-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni. |
(28) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet Ċiniżi u t-tliet kumpaniji ġew innotifikati bil-possibbiltà li l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku jista’ jiġi applikat minħabba livell baxx ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi u ngħataw opportunità li jressqu l-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment bi tweġiba għal din il-komunikazzjoni. Għaldaqstant il-konklużjonijiet dwar il-possibbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping ta’ hawn taħt huma msejsa fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq l-istatistika kummerċjali u s-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati, inkluża t-talba. |
2. Dumping ta’ importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PIR
2.1. Pajjiż analogu
(29) |
Fl-Avviż ta’ tnedija, kien hemm il-ħsieb li jintuża l-Messiku bħala pajjiż analogu għall-fini li jkun stabbilit il-valur normali għar-RPĊ. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar kemm din l-għażla kienet xierqa. |
(30) |
Waħda mill-partijiet ikkummentat dwar kemm kienet xierqa l-għażla tal-Messiku bħala pajjiż analogu u qalet li l-prezzijiet domestiċi tar-roti fil-Messiku mhumiex ta’ min jorbot fuqhom u mhumiex xierqa għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. Ġiet proposta l-Indja bħala alternattiva. Din l-istqarrija, iżda, ma kinitx issostanzjata u għalhekk ma ntlaqitx. |
(31) |
Il-Messiku ntuża bħala pajjiż analogu fl-investigazzjonijiet ta’ qabel u ma ġiet ippruvata li teżisti ebda ċirkustanza ġdida jew ta’ xort’oħra li tista’ tiġġustifika bidla. Il-profil tas-suq tal-Messiku għall-prodott ikkonċernat, l-għadd ta’ operaturi, il-kompetizzjoni domestika u l-karatteristiċi tal-proċess ta’ produzzjoni kkonfermaw li l-Messiku kien għadu pajjiż analogu xieraq. |
(32) |
Intbagħtu kwestjonarji lil tliet kumpaniji Messikani. Mit-tliet kumpaniji, waħda biss xtaqet tikkoopera u bagħtet it-tweġiba tal-kwestjonarju. |
2.2. Valur normali
(33) |
Il-prezzijiet domestiċi tal-bejgħ mill-pajjiż analogu ntużaw biex jiġi stabbilit valur normali medju, filwaqt li ntużat ir-rata ta’ valuta medja waqt il-PIR bejn l-Euro u l-Peso biex jinkiseb prezz medju differenzjat ex-fabbrika f’Euro. |
2.3. Prezz ta’ esportazzjoni
(34) |
Minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 u n-nuqqas ta’ tagħrif ieħor ta’ min jorbot fuqu, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew fil-biċċa l-kbira tagħhom stabbiliti fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat u fuq it-tagħrif pprovdut mill-uniku esportatur Ċiniż li kkoopera. |
(35) |
Matul l-investigazzjoni ta’ qabel ġie konkluż li l-prezzijiet misjuba fl-Eurostat ma kinux konklużivi għall-fini tal-analiżi (8). Iżda, minħabba l-kooperazzjoni ta’ livell baxx mill-esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni qieset il-prezzijiet ta’ importazzjoni tal-Eurostat għar-RPĊ bħala sors raġonevoli għall-fini tal-investigazzjoni attwali. Madankollu, il-Kummissjoni tagħraf il-limitazzjonijiet ta’ din l-analiżi u li tista’ biss tkun ta’ użu bħala indikatur tat-tendenzi tal-prezzijiet. |
(36) |
Il-prezz ta’ esportazzjoni miksub mill-Eurostat huwa prezz CIF, li kellu jiġi aġġustat għall-ispiża medja ta’ trasport bil-baħar għal kull tranżazzjoni biex jiġi kkalkolat livell ex-fabbrika. It-tagħrif li kien hemm fit-tweġiba tal-uniku produttur Ċiniż li kkoopera ntuża biex tiġi stabbilita l-ispiża medja ta’ trasport bil-baħar għal kull unità, li nstabet li kienet EUR 8,30. Il-prezz ta’ esportazzjoni ex-fabbrika lejn l-Unjoni tal-unika kumpanija Ċiniża li kkooperat ġie stabbilit fuq bażi simili. Il-prezz għal kull unità li jirriżulta ntuża mbagħad biex tiġi kkalkolata l-medja differenzjata tal-prezz ex-fabbrika Ċiniż. |
2.4. Tqabbil
(37) |
Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-medja differenzjata tal-valur normali għall-Messiku tqabblet mal-medja differenzjata tal-prezz ta’ esportazzjoni Ċiniż fuq bażi tal-prezz ex-fabbrika. B’hekk ġiet stabbilita medja differenzjata tal-marġni ta’ dumping. |
2.5. Marġni ta’ dumping
(38) |
Il-kalkoli tad-dumping urew marġni ta’ dumping mal-pajjiż kollu ta’ aktar minn 20 %. Iżda dan il-livell għandu jitqies bħala wieħed konservattiv minħabba l-fatt li d-data tal-Eurostat ma tikkunsidrax id-differenzi sostanzjali ta’ prezz fost it-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat. Ta’ min jinnota f’dan il-kuntest li skont it-tagħrif mibgħut fit-talba, il-marġnijiet ta’ dumping laħqu livelli ta’ aktar minn 100 %. |
3. L-iżvilupp tal-importazzjonijiet jekk jiġu revokati l-miżuri
3.1. Kumment preliminari
(39) |
L-iżvilupp probabbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ ġie analizzat f’termini kemm ta’ tendenzi ta’ prezzijiet mistennija kif ukoll ta’ volum. |
3.2. Il-kapaċità ta’ riżerva tal-produtturi esportaturi Ċiniżi
(40) |
Abbażi tat-tagħrif mibgħut fit-talba, l-industrija Ċiniża tal-manifattura tar-roti hija, f’termini ta’ volum, l-ikbar waħda fid-dinja. Ir-RPĊ għandha kapaċità ta’ produzzjoni ta’ bejn 100 miljun sa 110 miljun rota u produzzjoni ta’ madwar 80 miljun rota fis-sena. L-industrija tar-roti Ċiniża hija orjentata lejn l-esportazzjoni: minn produzzjoni annwali ta’ 80 miljun rota, 25 miljun rota huma għas-suq domestiku u l-55 miljun rota li jibqgħu, jew 69 % tal-produzzjoni totali, huma għall-esportazzjoni. |
(41) |
Il-kapaċità ta’ riżerva annwali fir-RPĊ hija stmata għal madwar 20 sa 30 miljun rota, li hija aktar mid-doppju tal-produzzjoni attwali fl-Unjoni kif msemmi fil-premessa (66). Barra minn hekk, it-tagħrif miksub matul l-investigazzjoni juri li l-kapaċità ta’ produzzjoni fir-RPĊ għar-roti tista’ tiżdied faċilment, fost l-oħrajn, permezz tal-impjieg ta’ forza tax-xogħol addizzjonali, f’każ ta’ żieda fid-domanda. |
(42) |
Għalhekk, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ma jistax jiġi eskluż li l-kapaċità ta’ riżerva disponibbli fir-RPĊ tista tintuża biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping. |
(43) |
Wara l-iżvelar waħda mill-partijiet stqarriet li l-kapaċità ta’ produzzjoni Ċiniża msemmija fir-regolament kienet bla bażi u msejsa fuq spekulazzjoni pura. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li l-kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet baxxa ħafna u fil-biċċa l-kbira tagħhom is-sejbiet kellhom jissejsu fuq il-fatti disponibbli. F’dan il-każ, u kif jissemma fil-premessa (40) hawn fuq, fin-nuqqas ta’ xi tagħrif ieħor li wieħed jista’ jorbot fuqu, il-Kummissjoni użat l-evidenza prima facie mibgħuta fit-talba. L-investigazzjoni ma żvelatx xi tagħrif li seta’ jissuġġerixxi li din l-evidenza prima facie ma kinitx eżatta. Il-parti msemmija wkoll ma bagħtitx xi tagħrif jew evidenza li setgħat turi livelli ta’ kapaċità ta’ riżerva sostanzjalment differenti fir-RPĊ. Għaldaqstant, dan l-argument ma ntlaqax. |
3.3. L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi
(44) |
Id-data mill-Eurostat u mit-talba wriet li l-Unjoni tikkostitwixxi suq attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
(45) |
It-tagħrif dwar il-prezz ipprovdut mill-unika kumpanija Ċiniża li tesporta juri li l-medja differenzjata tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni ex-fabbrika tal-prodott fir-rigward tal-pajjiżi terzi hija iktar baxxa mill-medja tal-prezzijiet ta’ bejgħ ex-fabbrika fl-Unjoni għall-PIR. Meqjusal-kapaċità ta’ produzzjoni fir-RPĊ u meqjusa d-domanda fis-suq tal-Unjoni, huwa probabbli ħafna li l-produtturi Ċiniżi jżidu minnufih l-esportazzjonijiet tagħhom ta’ roti lejn l-Unjoni, kemm-il darba jitneħħew il-miżuri. Barra minn hekk, il-kapaċità żejda attwali tagħti lill-produtturi Ċiniżi l-possibbiltà li jkunu preżenti fis-suq Ewropew bi prezzijiet baxxi ħafna. |
3.4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija tad-dumping
(46) |
Fid-dawl tal-fatt li anki jekk jitqiesu l-miżuri attwalment fis-seħħ, it-tqabbil konservattiv bl-użu taċ-ċifri tal-Eurostat u t-tagħrif mibgħut mill-uniku esportatur Ċiniż li kkoopera wrew marġni ta’ dumping ta’ aktar minn 20 % għall-esportazzjonijiet Ċiniżi matul il-PIR, jidher li x’aktarx id-dumping se jitkompla fin-nuqqas ta’ miżuri. |
(47) |
L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet taħt il-prezz tas-suq. L-aktar minħabba l-kapaċità ta’ riżerva disponibbli fir-RPĊ, li tista’ faċilment tiżdied anki aktar jekk ikun meħtieġ, kif ukoll l-analiżi tal-livelli tal-prezzijiet fl-Unjoni u pajjiżi oħra terzi, wieħed jista’ jikkonkludi li d-dumping x’aktarxikompli, kemm-il darba jitneħħew il-miżuri. |
D. IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI
1. Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni
(48) |
Fil-kors tal-investigazzjoni attwali nstab li r-roti ġew prodotti minn madwar 100 produttur tal-Unjoni li ppreżentaw lilhom infushom waqt l-investigazzjoni flimkien ma’ produtturi oħra, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma rrappreżentati mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom. Dawn il-kumpaniji jiffurmaw l-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-industrija qed tgawdi mill-iskema ta’ eżenzjoni deskritta fil-premessa (1) hawn fuq. |
(49) |
It-tagħrif kollu disponibbli, inkluż it-tagħrif ipprovdut fit-talba, id-data miġbura mill-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, kif ukoll l-istatistika dwar il-produzzjoni ġenerali ntużaw biex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali fil-Unjoni. |
2. Il-konsum fis-suq tal-Unjoni
(50) |
Il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni ġie vvalutat abbażi tad-data miġbura mill-produtturi fit-tweġiba tal-formoli tat-teħid ta’ kampjuni u d-data rrappurtata fit-talba mressqa mill-applikant. Id-data fit-talba nġabret minn bosta assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tar-roti fl-Unjoni. |
(51) |
Il-konsum apparenti tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-bejgħ tal-produtturi kollha tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, kif stmat fil-premessa (68), flimkien mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha, kif irrappurtat mill-Eurostat. |
(52) |
Bejn l-2007 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 11 % minn 22 912 066 unità fis-sena 2007 għal 20 336 813 unità matul il-PIR. Il-konsum niżel b’mod partikolari bejn l-2008 u l-2009. Id-data fid-dettall, espressa f’unitajiet, hija kif ġej: Tabella 1 – Konsum
|
3. Volum u sehem mis-suq ta’ importazzjonijet oġġett ta’ dumping mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(53) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ġie stabbilit abbażi tat-tagħrif statistiku pprovdut mill-Eurostat. Il-volum ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ naqas bi 38 % matul il-perjodu kkunsidrat għal 615 920 unità matul il-PIR (ara t-Tabella 2). L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat kienu 26 % ogħla minn dawk importati matul il-PIR tal-investigazzjoni ta’ qabel (l-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004: 733 901 unità (9)). L-ikbar tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat seħħ bejn l-2008 u l-2009 u dan jaqbel ma’ dak li seħħ fil-konsum totali tal-Unjoni (ara t-Tabella 1 u 2). |
(54) |
Billi l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu aktar mill-konsum matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem tas-suq tar-RPĊ naqas ftit minn 4,4 % fl-2007 għal 3,1 % fil-PIR. |
(55) |
L-iżvilupp tal-importazzjonijiet u s-sehem tas-suq tar-roti li joriġinaw fir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat jidher fit-tabella li ġejja: Tabella 2 – Importazzjonijiet mir-RPĊ
|
4. Prezzijiet tal-importazzjonijiet ikkonċernati
4.1. L-evoluzzjoni tal-prezzijiet
(56) |
Kif ġie spjegat fil-premessa (35) il-Kummissjoni kkunsidrat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-Eurostat għar-RPĊ bħala sors raġonevoli għall-fini tal-investigazzjoni preżenti. |
(57) |
Skont id-data tal-Eurostat, il-medja differenzjata tal-prezzijiet ta’ importazzjoni, minn issa ‘l quddiem indikati bl-indiċi, mir-RPĊ żdiedet b’125 % bejn is-sena 2007 u l-PIR. Il-prezzijiet ta’ importazzjoni żdiedu b’mod sinifikanti fl-2009 u wara baqgħu kważi xorta. Id-data fid-dettall tidher fit-tabella li ġejja: Tabella 3 – Prezzijiet tal-importazzjonijiet ikkonċernati
|
4.2. Twaqqigħ tal-prezz
(58) |
Biex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ fil-prezz tar-roti li joriġinaw fir-RPĊ, il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq it-tagħrif mibgħut matul l-investigazzjoni mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u l-prezzijiet medji mill-Eurostat. Il-prezzijiet rilevanti tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu dawk li ngħataw lill-klijenti indipendenti li ġew aġġustati fejn kien meħtieġ għal-livell ex-fabbrika. It-tqabbil wera wkoll li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 53 %, wara t-tnaqqis tad-dazju anti-dumping. |
5. Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra
(59) |
Abbażi tad-data tal-Eurostst, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqsu minn 9 087 000 unità fl-2007 għal 8 587 000 unità fil-PIR; tnaqqis ġenerali ta’ 6 %. Segwew it-tendenza ta’ tnaqqis tal-konsum tal-Unjoni (– 11 %), b’pass inqas mgħaġġel. Is-sehem tas-suq tal-pajjiżi terzi żdied minn 40 % għal 42 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iżda kif intqal fil-premessa (35) u (56), il-prezzijiet tal-Eurostat ma jqisux il-bosta taħlitiet ta’ prodotti minn kull pajjiż u għalhekk jintużaw biss l-indiċijiet għall-indikazzjoni tat-tendenzi tal-prezzijiet. Billi t-taħlita tal-prodotti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhijiex magħrufa, ma jagħmilx sens li jitqabblu l-prezzijiet tal-importazzjonijiet ta’ hawn taħt ma’ dawk tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, intalab u nkiseb xi tagħrif addizzjonali dwar l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi li jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet l-oħra ta’ roti. Id-data fid-dettall tidher hawn taħt: Tabella 4 – Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra
|
(1) It-Tajwan
(60) |
L-importazzjonijiet mit-Tajwan naqsu matul il-perjodu kkunsidrat minn 3 158 600 unità fl-2007 għal 2 958 000 unità fil-PIR u s-sehem tas-suq tagħhom żdied ftit minn 14 % għal 15 % matul l-istess perjodu. L-importazzjonijiet tar-roti mit-Tajwan huma maħsuba għas-suq għoli. Matul l-investigazzjoni, ġie muri, bl-applikazzjoni tat-tqabbil ma’ mudell, li l-importazzjonijiet mit-Tajwan jinbiegħu bi prezz ogħla mill-mudelli simili magħmula mill-industrija tal-Unjoni bħal fil-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ qabel (10). Barra minn hekk, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz tal-importazzjonijiet kellu tendenza li jiżdied, b’żieda ta’ 25 % reġistrata fil-PIR bi tqabbil mal-2007. |
(2) It-Tajlandja
(61) |
L-importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja naqsu matul il-perjodu kkunsidrat minn 1 534 000 unità fl-2007 għal 1 397 000 unità matul il-PIR. It-tnaqqis fl-importazzjonijiet kien jaqbel mat-tendenza fil-konsum billi s-sehem tas-suq tagħhom baqa’ l-istess, ta’ 7 %. Iżda, l-importazzjonijiet tar-roti mit-Tajlandja huma roti tal-medda tan-nofs u l-investigazzjoni wriet li bl-applikazzjoni tat-tqabbil ma’ mudell, l-importazzjonijiet mit-Tajlandja jinbiegħu bi prezz ogħla mill-mudelli prodotti mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz tal-importazzjonijiet kellu tendenza li jiżdied, b’żieda reġistrata ta’ 27 % fil-PIR bi tqabbil mal-2007. |
(3) Is-Sri Lanka
(62) |
L-importazzjonijiet mis-Sri Lanka kważi rduppjaw matul il-perjodu kkunsidrat minn 574 000 unità fl-2007 għal 1 101 000 unità matul il-PIR u s-sehem tas-suq tagħhom laħaq 5 % fi tmiem il-perjodu kkunsidrat. Iżda, ġie allegat minn parti waħda li l-esportaturi Ċiniżi qed jevitaw b’qerq id-dazji ta’ anti-dumping billi jibagħtu l-merkanzija minn Sri Lanka. F’dan il-mument, il-Kummissjoni ma għandhiex biżżejjed tagħrif biex tiġbed xi konklużjoni fir-rigward tal-qagħda ta’ dawn l-importazzjonijiet. F’dawn iċ-ċirkustanzi ma jistax jiġi eskluż li l-importazzjonijiet rrappurtati bħala li joriġinaw fis-Sri Lanka mhux qed jikkontribwixxu għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
(63) |
Wara l-iżvelar, waħda mill-partijiet interessati stqarret li l-konklużjonijiet dwar evitar possibbli ta’ miżuri permezz tas-Sri Lanka kienu biss konġettura u kull allegazzjoni dwar prassi ta’ evitar ta’ miżuri permezz tas-Sri Lanka ma għandhiex titqies fil-konklużjonijietfinali. Bi tweġiba għal din l-istqarrija, ta’ min jissottolinja li, kif ġie espress b’mod ċar fil-premessa (62) hawn fuq, il-Kummissjoni ma ġibdet l-ebda konklużjoni dwar din il-kwistjoni. |
6. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
6.1. Kummenti preliminari
(64) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha rilevanti li għandhom piż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
(65) |
Kif spjegat hawn fuq, minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni li lmentaw, kellhom jintużaw id-dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta’ kampjuni. Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti kif ġej:
|
6.2. Indikaturi makroekonomiċi
(a) Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità
(66) |
Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Sa tmiem il-PIR, il-produzzjoni naqset bi 11 % meta mqabbla mal-2007 u skont it-tendenza tal-konsum. Id-data fid-dettall tidher fit-Tabella 5: Tabella 5 – Produzzjoni totali tal-Unjoni
|
(67) |
Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet bi 2 % bejn l-2007 u l-PIR. Hekk kif il-produzzjoni naqset, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità li rriżultat uriet tnaqqis ġenerali ta’ 13 % bejn l-2007 u l-PIR, b’tlaħħiq ta’ 81 % ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità matul il-PIR. Id-data fid-dettall tidher hawn taħt: Tabella 6 – Il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
(b) Volum ta’ bejgħ
(68) |
Il-volum ta’ bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas bi 13 % matul l-2007 u l-PIR. Dan l-iżvilupp huwa konformi max-xejra ġenerali ta’ tnaqqis fil-konsum fis-suq tal-Unjoni. Id-data fid-dettall tidher hawn taħt: Tabella 7 – Bejgħ lil klijenti mhux relatati
|
(ċ) Sehem tas-suq
(69) |
Is-sehem tas-suq f’idejn l-industrija tal-Unjoni iċċaqlaq bi ftit bejn l-2007 u l-RIP. Kumplessivament, kien hemm tnaqqis ta’ 1,3 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Id-data fid-dettall tidher hawn taħt: Tabella 8 – Sehem tas-suq tal-Unjoni
|
(d) L-impjieg u l-produttività
(70) |
L-impjieg naqas b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat minn 14 925 impjegat fl-2007 għal 13 646 matul il-PIR. |
(71) |
Il-produttività żdiedet bi ftit fl-2008 bi tqabbil mal-2007, iżda mbagħad naqset. Kumplessivament, tul il-perjodu meqjus il-produttività naqset bi 3 %. Id-data fid-dettall tidher hawn taħt: Tabella 9 – Impjieg u produttività totali tal-Unjoni
|
(e) Tkabbir
(72) |
Kumplessivament, ta’ min jinnota li s-sehem tas-suq tal-produtturi kollha tal-Unjoni naqas bi ftit b’1,3 punti perċentwali, filwaqt li l-livell ta’ konsum naqas b’11 %, u dan juri biċ-ċar li ma kinux f’qagħda li jikbru. |
(f) Id-daqs tal-marġni tad-dumping
(73) |
Id-dumping mir-RPĊ issokta matul il-PIR. Kif ġie spjegat fil-premessa (34), il-kalkolu tad-dumping huwa bbażat fuq il-medja tal-prezzijiet mill-Eurostat minħabba l-kooperazzjoni baxxa mill-esportaturi Ċiniżi. Kif intqal fil-premessa (35), il-prezzijiet medji mill-Eurostat fihom tagħrif limitat dwar it-taħlita tal-prodott u dan huwa ta’ importanza sinifikattiva għall-kalkolu tal-marġni ta’ dumping; madankollu, minħabba l-kapaċità ta’ riżerva mir-RPĊ, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġnijiet attwali ta’ dumping ma jistax jitqies bħala negliġibbli. |
(g) Irkupru minn dumping fil-passat
(74) |
Ġie analizzat jekk l-industrija tal-Unjoni rkupratx mill-effetti ta’ dumping fl-imgħoddi. Ġie konkluż li l-irkupru mistenni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti tad-dumping tal-imgħoddi ma seħħx sa fejn kien mistenni kif jidher, b’mod partikolari, mill- profitt baxxa li baqà jippersisti u tnaqqis fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità. |
6.3. Indikaturi mikroekonomiċi
(h) Ħażniet
(75) |
Produttur wieħed ma setax jipprovdi tagħrif konsistenti dwar ħażniet għall-perjodu kkunsidrat minħabba l-istruttura interna attwali tiegħu. Skont dan, id-data minn din il-kumpanija kellha titwarrab fit-twettiq tal-analiżi tal-ħażniet għall-perjodu kkunsidrat. |
(76) |
Il-ħażniet tar-roti żdiedu tul il-perjodu tal-analiżi minn 880 935 fl-2007 għal 1 091 516-il unità fil-PIR, żieda ta’ 24 %. Id-data fid-dettall tidher hawn taħt: Tabella 10 – Ħażniet
|
(i) Prezzijiet tal-bejgħ u spejjeż
(77) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ex-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni segwew tendenza ta’ żieda matul il-perjodu kkunsidrat. Kumplessivament, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-prezzijiet tagħha b’9 % bejn l-2007 u l-PIR bi qbil maż-żieda fl-ispejjeż ta’ produzzjoni kif spjegat fil-premessa (79). Tabella 11 – Prezz ta’ unità fis-suq tal-Unjoni
|
(78) |
L-ispejjeż ta’ produzzjoni ġew kkalkolati abbażi tal-medja differenzjata tat-tipi kollha tal-prodott simili magħmul mill-produtturi fil-kampjun. |
(79) |
L-ispejjeż ta’ produzzjoni matul il-perjodu kollu żdiedu b’9 %. Din iż-żieda ġejja l-aktar minn bidla fit-taħlita tal-prodotti. Id-data fid-dettall tidher hawn taħt: Tabella 12 – Spiża tal-produzzjoni ta’ unità
|
(80) |
Wara l-iżvelar, waħda mill-partijiet allegat li l-ispiża ta’ produzzjoni li dejjem tiżdied seħħet fuq sfond ta’ tnaqqis sinifikanti f’xi spejjeż ta’ materja prima, l-aktar l-azzar u l-aluminju, u dan jagħti x’tifhem li l-ħsara mġarrba kienet ġejja minn ġewwa stess. Madankollu, din l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata b’xhieda suffiċjenti. Tabilħaqq, il-parti involuta pprovdiet biss data li turi, f’termini ġenerali ħafna, l-evoluzzjoni tal-prezz tal-aluminju u l-azzar matul il-perjodu kkunsidrat, iżda ma wrietx sa fejn dawn l-iżviluppi kellu jkollhom impatt fuq l-ispiża ġenerali tal-produzzjoni tar-roti. Barra minn hekk, dan l-argument tqajjem biss wara l-iżvelar, jiġifieri fi stadju avvanzat tal-proċediment u ma setax, għaldaqstant, jiġi vverifikat. B’hekk, l-allegazzjoni ma ntlaqatx. |
(j) Kapaċità ta’ profitt
(81) |
Kumplessivament il-kapaċità ta’ profitt tal-produtturi fil-kampjun fir-rigward tal-prodott ikkonċernat matul l-ewwel sena tal-perjodu kkunsidrat kienet fin-negattiv (– 1,7 %). Fl-2008, il-produtturi tal-Unjoni bdew jagħmlu profitt. Iżda, fl-2009 u fil-PIR, l-industrija reġgħet bdiet tagħmel it-telf. |
(82) |
Din it-tendenza turi li l-industrija tinsab f’qagħda fraġli mqabbla mal-investigazzjoni ta’ qabel meta l-kapaċità ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni kienet 3,6 % matul il-PIR. Tabella 13 – Kapaċità ta’ profitt
|
(83) |
Wara l-iżvelar, ġie allegat mingħajr, madankollu, ebda xhieda ta’ dokumenti ta’ sostenn, li l-industrija tal-Unjoni naqset milli ttejjeb l-effiċjenza u r-rendiment tagħha. Għall-kuntrarju l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni għamlet sforzi ċari biex tadatta għall-pressjoni tal-prezzijiet li kienet ġejja mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping billi ċaqilqet mill-ġdid il-faċiltajiet ta’ produzzjoni fi ħdan l-Unjoni, u dan, biex iżżid l-effettività fl-infiq, kif jissemma fil-premessa (85) hawn taħt. B’hekk, dawn l-allegazzjonijiet ma ntlaqgħux. |
(k) Dħul mill-investiment
(84) |
L-investiment fin-negozju tal-prodott ikkonċernat naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, minn EUR 21 491 000 fl-2007 għal EUR 11 738 000 matul il-PIR. Dan jista’ jiġi spjegat fil-biċċa l-kbira bil-kriżi ekonomika li bdiet fl-2008 u laħqet l-iktar punt baxx tagħha matul il-PIR meta l-aċċess għal kapital ġdid kien terġa’ iktar diffiċli u t-tbassir ta’ bejgħ kien wieħed ħażin ħafna. |
(85) |
Ta’ min jinnota li biċċa mdaqqsa mill-investimenti saret biex tiżdied l-effiċjenza tal-proċess ta’ manifattura u jkun hemm aġġornament mal-aħħar żviluppi tat-teknoloġija. F’dan il-proċess, xi partijiet tal-kapaċità ta’ produzzjoni ġew imċaqilqa mill-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent għall-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant, bit-twessigħ tal-bażi ta’ produzzjoni lejn kważi l-Istati Membri kollha u b’turija tal-vitalità tal-industrija tal-Unjoni u tal-isforzi biex tibqa’ kompetittiva. Tabella 14 – Investimenti u Dħul mill-Investiment
|
(86) |
Wieħed mill-produtturi ma setax jipprovdi tagħrif konsistenti dwar il-produzzjoni netta ta’ assi fissi għall-perjodu kkunsidrat għall-kalkolu tad-dħul mill-investiment minħabba l-istruttura interna tiegħu. Skont dan, id-data minn din il-kumpanija kellha titħalla barra waqt it-twettiq tal-analiżi tad-dħul mill-investiment għall-perjodu kkunsidrat. |
(87) |
Id-dħul mill-investiment segwa tendenza ta’ kapaċità ta’ profitt. Fl-2007 il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun rreġistraw dħul negattiv mill-investiment ta’ 16 % li żdied bi ftit għal 10 % fin-negattiv matul il-PIR. |
(l) Fluss ta’ flus u kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital
(88) |
Wieħed mill-produtturi ma setax jipprovdi tagħrif konsistenti dwar il-likwidità għall-perjodu kkunsidrat minħabba l-istruttura tiegħu li ma kinitx tippermetti li ssir stima tal-likwidità għall-part ta’ rota biss mill-attività totali tiegħu. Skont dan, id-data minn din il-kumpanija kellha titħalla barra waqt it-twettiq tal-analiżi tal-likwidità għall-perjodu kkunsidrat. |
(89) |
Il-likwidità, li hija l-kapaċità tal-industrija li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha, baqgħet pożittiva matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Madankollu, bejn l-2007 u l-PIR, hija naqset bi kważi 33 %. Id-data fid-dettall tidher hawn taħt: Tabella 15 – Likwidità
|
(90) |
Il-produtturi fil-kampjun jiġbru l-kapital jew minn ġewwa meta jkunu parti minn grupp ta’ kumpaniji jew permezz ta’ self mill-bank. F’każijiet oħra, il-likwidità ġġenerata mill-kumpannija tintuża bħala sors ta’ finanzjament. Ebda wieħed mill-produtturi fil-kampjun ma wera xi diffikultà sinifikanti biex jiġbor il-kapital. |
(m) Pagi
(91) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-ispiża tal-pagi għal kull ħaddiem żdiedet bi 11 %. Dan juri ċaqliq ta’ produzzjoni lejn prodotti daqsxejn aktar sofistikati. Tabella 16 – Pagi
|
(92) |
Wara l-iżvelar, ġie allegat li l-ispiża tal-pagi għal kull impjegat kienet qed tiżdied, filwaqt li fl-istess ħin, id-domanda naqset f’daqqa, u dan juri li l-ħsara kienet ġejja minn ġewwa. Tabilħaqq, kif jidher fit-tabella hawn fuq, l-ispiża tal-pagi għal kull impjegat żdiedet bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iżda, kif ġie spjegat fil-premessa (70), l-għadd ta’ impjegati naqas b’9 %. Għaldaqstant, l-ispiża totali tal-pagi żdiedet bi 2 % biss. Għalhekk, l-impatt ġenerali fuq il-kapaċità ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni nstab li kien żgħir ħafna. |
7. Il-konklużjoni dwar il-ħsara
(93) |
Il-miżuri attwali ta’ anti-dumping kellhom impatt ċar fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, din tal-aħħar irnexxielha, sa ċertu punt, tgawdi mill-eżistenza tal-miżuri u żammet sehem tas-suq stabbli. Iżda, il-produzzjoni tal-Unjoni naqset u l-marġni ta’ profitt baqa’ insuffiċjenti. Kull possibbiltà ta’ aktar tkabbir u profitti ġiet mhedda mill-pressjoni tal-prezz u tal-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
(94) |
Kif jidher fil-premessa (53), il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu bejn l-2007 u l-PIR. Iżda, l-ikbar tnaqqis fil-volum tal-importazzjonijiet kien bejn l-2008 u l-2009 meta l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ żdiedu b’mod sinifikanti. Madankollu, kif uriet l-investigazzjoni u kif ġie spjegat fil-premessa (58), din iż-żieda fil-prezz xorta ma kinitx biżżejjed biex tippermetti li l-industrija ttejjeb il-qagħda tagħha. Tabilħaqq, l-importazzjonijiet mir-RPĊ waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 53 %. |
(95) |
L-industrija tinsab b’mod ċar f’qagħda fraġli billi qed tagħmel it-telf. Kważi l-indikaturi tal-ħsara kollha marbuta mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni – bħall-kapaċità ta’ profitt, id-dħul mill-investiment u l-likwidità – marru għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, ma jistax jiġi konkluż li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni hija mingħajr periklu. Barra minn hekk, din il-qagħda setgħet tmur aktar għall-agħar minħabba l-pressjoni tal-importazzjonijiet li possibbilment evitaw il-miżuri |
(96) |
Abbażi ta’ dan, il-konklużjoni hi li l-industrija tal-Unjoni, fis-sħiħ tagħha, għadha f’qagħda ekonomika vulnerabbli u kompliet iġġarrab ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. |
8. Impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u fatturi oħra
8.1. Impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
(97) |
B’mod parallel għall-konsum dejjem jonqos fl-Unjoni, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas bi ftit minn 4,4 % għal 3,1 % (ara l-premessa (53)). Kif imsemmi fil-premessa (58) hawn fuq, abbażi ta’ kalkolu li jeskludi d-dazju anti-dumping, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu 53 % inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. Ta’ min ifakkar li r-rata tad-dazju tammonta għal 48,5 %. Għaldaqstant, il-livell ta’ kemm kien iktar baxx juri minn naħa l-effettività tad-dazji fis-seħħ, u min-naħa l-oħra l-bżonn li l-miżuri jkomplu. Din il-konklużjoni tissaħħaħ bil-fatt li l-ammont inqas kien fl-istess livell tal-aħħar investigazzjoni tar-reviżjoni. B’hekk, l-impatt ta’ ħsara fil-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ fuq l-industrija tal-Unjoni baqa’ sinifikanti u, kif ġie spjegat fil-premessa (58), x’aktarx li jkompli. |
8.2. Impatt tal-kriżi ekonomika
(98) |
Minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi negattivi li seħħew matul il-PIR, il-konsum tar-roti naqas. Il-produzzjoni u l-impjieg naqsu wkoll biex isegwu t-tendenza tal-konsum. Billi l-industrija tar-roti ma għandhiex spejjeż fissi għolja, it-tnaqqis fil-produzzjoni ma kellux impatt fuq il-kapaċità ta’ profitt tal-industrija tar-roti tal-Unjoni. |
(99) |
Wara l-iżvelar, ġie allegat li l-industrija tal-Unjoni ħolqot kapaċità ta’ produzzjoni addizzjonali meta l-konsum tal-Unjoni kien qed jonqos u dan kellu impatt negattiv fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni. Din l-istqarrija hija f’kontradizzjoni mal-iżvilupp tal-konsum u l-kapaċità kif deskritt fil-premessi (52) u (67) hawn fuq. Tabilħaqq, il-konsum l-aktar li naqas kien bejn l-2008 u l-2009 filwaqt li l-kapaċità ta’ produzzjoni kienet diġà żdiedet sena qabel, jiġifieri fl-2007 u l-2008. Għaldaqstant, din l-allegazzjoni ma ntlaqatx. |
8.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra
(100) |
Kif ġie spjegat fil-premessa (59) il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas b’6 %, b’konfomità mat-tendenza fil-konsum. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra żdied minn 40 % fl-2007 għal 42 % fil-PIR. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet tagħhom kellu tendenza li jiżdied b’6 % bejn l-2007 u l-RIP. Il-pajjiżi ewlenin li minnhom ġie impurtat il-prodott ikkonċernat kienu t-Tajwan, it-Tajlandja u s-Sri Lanka. |
(101) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan żdied bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat (minn 14 % għal 15 %). Iżda, it-tagħrif disponibbli juri li, kif ġie spjegat fil-premessa (60), l-importazzjonijiet mit-Tajwan qed jikkompetu b’kundizzjonijiet ġusti mar-roti prodotti mill-Unjoni. |
(102) |
Is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan baqa’ kostanti matul il-perjodu kkunsidrat. Kif ġie spjegat fil-premessa (61), it-tagħrif disponibbli juri li matul il-PIR dawn l-importazzjonijiet inbiegħu bi prezz kompetittiv ma’ roti simili prodotti fl-Unjoni. |
(103) |
L-importazzjonijiet li joriġinaw fis-Sri Lanka żdiedu bi 92 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem tas-suq tagħhom matul il-PIR kien ta’ 5 %. Iżda, kif ġie spjegat fil-premessa (62), l-importazzjonijiet mis-Sri Lanka huma allegati li jinkludu roti ta’ oriġini Ċiniża. |
(104) |
Fl-aħħar nett, fost l-akbar esportaturi tar-roti lejn l-Unjoni, l-importazzjonijiet mit-Tajwan u t-Tajlandja ma setgħux ikollhom impatt negattiv fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni l-aktar minħabba l-livelli tal-prezzijiet tagħhom (simili jew ogħla wkoll minn dawk tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni). B’kuntrast, ma jistax jiġi eskluż li l-importazzjonijiet irrappurtati bħala li joriġinaw fis-Sri Lanka qed jikkontribwixxu għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
8.4. Evażjoni
(105) |
Ġie allegat b’xhieda li l-esportaturi Ċiniżi kontinwament qed jevadu l-miżuri permezz ta’ importazzjonijiet minn bosta pajjiżi u dawn l-importazzjonijiet jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Meqjusa x-xhieda ta’ evażjoni li nstabet mill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (“OLAF”) fl-imgħoddi, b’mod aktar speċifiku għall-importazzjonijiet permezz tal-Filippini, ma jistax jiġi eskluż li dan l-aġir illegali għadu jseħħ fis-suq u li jikkawża ħsara lill-industrija tal-Unjoni. |
E. IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAL-ĦSARA
1. Kummenti preliminari
(106) |
Kif deskritt fil-premessi minn (66) sa (91), l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ppermettiet lill-industrija tal-Unjoni tirkupra mill-ħsara mġarrba, iżda sa ċertu punt biss. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni dehret f’qagħda fraġli u vulnerabbli, miftugħa għall-effett ta’ ħsara tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. |
(107) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat ġew ivvalutati sabiex tiġi stabbilita l-probabilità ta’ tkomplija tal-ħsara. |
2. Volumi ta’ esportazzjoni Ċiniżi
(108) |
Kif jissemma fil-premessa (40), l-industrija Ċiniża tar-roti hija orjentata lejn l-esportazzjoni. Ir-roti Ċiniżi jinsabu fis-swieq tad-dinja kollha, b’mod partikolari fl-Istati Uniti u l-Ġappun, fejn għandhom pożizzjoni dominanti. Kif jissemma f’investigazzjoni preċedenti (11), fi tmiem is-snin disgħin, wara assenza mis-suq tal-Istati Uniti ta’ sentejn wara l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, il-produtturi esportaturi Ċiniżi rnexxielhom iżiedu b’mod sinifikanti l-preżenza tagħhom f’dak is-suq f’perjodu ta’ żmien qasir ħafna. Fl-2009, l-esportazzjonijiet tar-roti Ċiniżi lejn l-Istati Uniti kienu madwar 14 055 000 unità, minn konsum totali ta’ 14 888 000 unità. |
(109) |
Din il-qagħda turi li l-produtturi Ċiniżi jafu jesportaw u jidħlu malajr fi swieq ġodda u jżommu pożizzjoni dominanti għal perjodu twil ta’ żmien. |
(110) |
Wara l-iżvelar, waħda mill-partijiet stqarret li jekk jitħallew jiskadu l-miżuri ma jkunx hemm żieda sostanzjali ta’ importazzjonijiet ta’ roti Ċiniżi billi l-esportaturi Ċiniżi kellhom diffikultajiet ta’ konformità mal-istandards ta’ sikurezza tar-roti Ewropej (EN 14764, EN 14765, EN 14766 u EN 14781). Iżda, din l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata b’xhieda dokumentata. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni wriet li proporzjon sinifikanti ta’ roti u parts tar-roti diġà qed jiġu impurtati mir-RPĊ b’konformità mal-istandards meħtieġa ta’ sikurezza. Għalhekk ma kien hemm ebda raġuni biex wieħed jaħseb li l-produtturi Ċiniżi mhumiex kapaċi jikkonformaw mal-istandards ta’ sikurezza fis-seħħ għar-roti. Għaldaqstant, dan l-argument ma ntlaqax. |
3. Kapaċità ta’ riżerva fis-suq tar-RPĊ
(111) |
Kif deskritt fil-premessa (41), id-data miġbura matul l-investigazzjoni wriet li hemm kapaċità ta’ riżerva sinifikanti disponibbli fir-RPĊ. Għadd ta’ indikazzjonijiet ċari wasslu għall-konklużjoni li parti kbira tal-kapaċità ta’ riżerva tista’ tintuża biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping. Dan huwa kkonfermat b’mod partikolari minħabba li ma hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku Ċiniż jistgħu jassorbu xi produzzjoni addizzjonali mir-RPĊ. |
(112) |
Barra minn hekk, wara l-iżvelar, ġie allegat li ż-żieda fl-ispejjeż tax-xogħol Ċiniżi se jrażżnu ż-żieda tal-kapaċità ta’ produzzjoni Ċiniża. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li kif jissemma fil-premessa (26), il-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet baxxa ħafna u ċ-ċifri marbuta mal-ispejjeż tax-xogħol u l-kapaċità fir-RPĊ ma ġewx ipprovduti. Barra minn hekk, il-parti kkonċernata ma bagħtitx xhieda biex tappoġġja l-argument tagħha. Għaldaqstant, dan l-argument ma setax jintlaqa’. |
4. Allegazzjonijiet ta’ evażjoni
(113) |
Kif ġie spjegat fil-premessa (105), ġie allegat b’xhieda li l-esportaturi Ċiniżi qegħdin il-ħin kollu jevadu l-miżuri permezz ta’ importazzjonijiet minn bosta pajjiżi. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-OLAF fil-każ tal-Filippini. Dan it-tip ta’ aġir juri l-interess kbir tal-esportaturi Ċiniżi fis-suq attraenti tal-Unjoni. |
5. Konklużjoni
(114) |
L-industrija tal-Unjoni ġarrbet l-effetti tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping għal bosta snin u bħalissa għadha f’qagħda ekonomika fraġli. |
(115) |
Kif deher minn hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tirkupra mill-prassi Ċiniża tad-dumping bis-saħħa tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Matul il-PIR, iżda, sabet lilha nnifisha f’qagħda ekonomika iebsa. F’dan il-kuntest, kemm-il darba l-industrija tal-Unjoni tiġi esposta għal żieda fil-volumi ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiż ikkonċernat, dan x’aktarx jirriżulta f’deterjorament ulterjuri tal-bejgħ, tas-sehem mis-suq, u tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, kif ukoll aktar deterjorament tal-qagħda finanzjarja tagħha. |
(116) |
Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (58) hawn fuq, instab ukoll li l-fatt li l-prezz tal-bejgħ tal-produtturi Ċiniżi kien iktar baxx minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, bħala medja kważi 53 %, jidher li jindika li fin-nuqqas ta’ miżuri, il-produtturi esportaturi Ċiniżi x’aktarx li jesportaw il-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet konsiderevolment iktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. |
(117) |
Fid-dawl ta’ dak li nstab matul l-investigazzjoni, jiġifieri l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, l-orjentazzjoni lejn l-esportazzjoni bħala karatteristika tal-industrija Ċiniża u dak li għamlu fl-imgħoddi l-esportaturi Ċiniżi fis-swieq barranin, kull tneħħija tal-miżuri x’aktarx li twassal għall-kontinwazzjoni tal-ħsara. |
(118) |
Fl-aħħar nett, kif jissemma fil-premessi (105) u (113), l-evażjoni qed tirfed bis-sħiħ il-konklużjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tal-ħsara. Hija tikkostitwixxi evidenza ċara li s-suq tal-Unjoni għadu suq attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li x’aktarx li jindirizzaw volumi ogħla ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fin-nuqqas tal-miżuri anti-dumping. |
F. L-INTERESS TAL-UNJONI
1. Introduzzjoni
(119) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar dumping ta’ ħsara, tistax tintlaħaq il-konklużjoni b’mod ċar li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri ta’ anti-dumping kontra l-importazzjonijiet mir-RPĊ. |
(120) |
Ta’ min ifakkar li, fl-investigazzjonijiet ta’ qabel, l-adozzjoni tal-miżuri tqieset li mhijiex kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri anti-dumping eżistenti. |
(121) |
Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-bosta interessi involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti. |
2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(122) |
L-industrija tar-roti tal-Unjoni wriet li hija vijabbli u kompetittiva jekk ikun hemm kundizzjonijiet tas-suq ġusti. Iżda l-investigazzjoni wriet li l-industrija għadha f’qagħda ta’ djufija b’riżultat finanzjarju qrib bilanċ kemm kemm pożittiv. Għaldaqstant jeħtieġ li jinzammu kundizzjonijiet effettivi ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni. |
(123) |
Barra minn hekk, meta wieħed jikkunsidra li jiġu żviluppati ħafna mudelli ġodda ta’ roti mill-industrija tal-Unjoni, jekk il-pressjoni tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tinżamm taħt kontroll permezz tal-miżuri, dawn jibbenefikaw ukoll minn dawn l-iżviluppi, f’dak li huma volumi ta’ bejgħ u prezzijiet. |
(124) |
Ġie meqjus li t-tkomplija tal-miżuri tibbenefika lill-industrija tal-Unjoni li mbagħad għandha tkun kapaċi li żżomm u possibbilment iżżid il-volumi tal-bejgħ u, x’aktarx, il-prezzijiet tal-bejgħ u b’hekk tiġġenera l-livell ta’ dħul meħtieġ li jippermettilha li tkompli tinvesti f’teknoloġija ġdida. |
(125) |
B’kuntrast, kieku kellhom jiskadu l-miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ, x’aktarx li jkun hemm aktar tgħawwiġ ta’ kummerċ, li bilfors iwassal għal waqfa fil-proċess ta’ rkupru tal-industrija tal-Unjoni. Meta wieħed jikkunsidra l-kapaċità ta’ riżerva tal-produzzjoni tar-RPĊ, l-aġir tal-imgħoddi tal-esportaturi Ċiniżi fis-swieq barranin, jidher ċar li kieku l-miżuri jiskadu, jkun diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli, li l-industrija tal-Unjoni tirkupra u anki żżomm il-pożizzjoni tagħha. Jekk le, il-qagħda ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li tmur aktar għall-agħar u dan jista’ jwassal għal aktar tnaqqis tal-kapaċità ta’ produzzjoni fl-Unjoni u l-għeluq ta’ bosta kumpaniji li jipproduċu. Gћalhekk qed jiġi konkluż li l-miżuri ta’ anti-dumping huma fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
(126) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessi minn (93) sa (96) hawn fuq, u skont l-argumenti marbuta mal-analiżi tal-probabilità ta’ tkomplija ta’ ħsara kif spjegat fil-premessi minn (106) sa (117), jista’ jitqies ukoll li l-industrija tal-Unjoni aktarx li tgħaddi minn deterjorament serju fil-qagħda finanzjarja tagħha f’każ li d-dazji ta’ anti-dumping jitħallew jiskadu. |
3. L-interess tal-utenti
(127) |
Din l-investigazzjoni għandha l-appoġġ tal-Federazzjoni taċ-Ċiklisti Ewropej (ECF), federazzjoni li tkopri l-assoċjazzjonijiet nazzjonali taċ-ċiklisti fl-Ewropa. |
(128) |
L-ECF tistqarr li l-Ewropa hija l-iktar suq importanti għall-prodotti moderni taċ-ċikliżmu b’livelli għoljin fil-kwalità u s-sikurezza u li l-fluss ta’ prodotti mir-RPĊ idgħajjef dawn il-livelli. Barra minn hekk, l-ECF tistqarr li hemm potenzjal enormi għat-tkabbir tal-industrija tar-roti fi ħdan l-ekonomija tal-Unjoni, u jekk jiġu fi tmiem id-dazji ta’ anti-dumping dan il-potenzjal jiġi mhedded. |
(129) |
Ta’ min ifakkar li, fl-investigazzjoni preċedenti, instab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma għandux ikun sinifikanti għall-utenti. Minkejja l-eżistenza tal-miżuri, l-importaturi/utenti fl-Unjoni setgħu jkomplu jakkwistaw il-provvisti tagħhom, fost l-oħrajn, mir-RPĊ. Ma tressqu l-ebda indikazzjonijiet dwar kienx hemm diffikultajiet fis-sejba ta’ sorsi oħra. Għalhekk ġie konkluż li huwa improbabbli li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping ikollha effett serju fuq l-utenti fl-Unjoni. |
4. Interess tal-fornituri
(130) |
L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi tal-Parts tar-Roti (COLIPED) ippreżentat lilha nnifisha matul l-investigazzjoni. Il-COLIPED stqarret li fl-Unjoni hemm madwar 300 fabbrika li jissupplixxu komponenti lill-produtturi tar-roti li jimpjegaw madwar 7 300 ruħ u l-kontinwazzjoni tal-eżistenza tal-industrija tal-fornituri tiddependi bilfors mill-kontinwazzjoni tal-produzzjoni tar-roti fl-Ewropa. F’dan ir-rigward instab li mingħajr l-eżistenza tal-miżuri huwa mistenni li jseħħ aktar għeluq tal-produzzjoni tar-roti fl-Ewropa u dan ikollu konsegwenzi negattivi għall-industrija tal-parts tal-Unjoni u jhedded l-impjieg fl-industrija tal-fornituri. Huwa għaldaqstant konklużiv li l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ anti-dumping hija fl-interess tal-industrija tal-fornituri. |
5. L-interess tal-importaturi
(131) |
Waslet tweġiba waħda biss tal-kwestjonarju mill-importaturi mhux relatati dwar l-importazzjonijiet mir-RPĊ iżda dan il-kwestjonarju ma kienx komplut billi l-kumpanija kienet qed tħejji biex twaqqaf l-operazzjonijiet tagħha minħabba raġunijiet mhux magħrufa. |
(132) |
Ta’ min jinnota l-ewwel nett li minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni tal-importaturi ma kienx possibbli li ssir stima sħiħa u kif xieraq tal-effetti possibbli tal-impożizzjoni jew in-nonimpożizzjoni ta’ miżuri. Ta’ min ifakkar ukoll li l-għan tal-miżuri ta’ anti-dumping mhux li jwaqqaf l-importazzjonijiet, iżda li jġib lura kummerċ ġust u jiżgura li l-importazzjonijiet ma jsirux bi prezzijiet ta’ ħsara u oġġett ta’ dumping. Billi l-importazzjonijiet bi prezz ġust jibqgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni, u billi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi se jkomplu wkoll, x’aktarx li n-negozju tradizzjonali tal-importaturi ma jkunx affettwat sostanzjalment. Huwa ċar ukoll li l-produtturi tal-Unjoni għandhom biżżejjed kapaċità li jissupplixxu għal żieda fid-domanda ta’ roti. Barra minn hekk, kif jidher mit-tabella fil-premessa (59), l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra juru li hemm kapaċità sostanzjali għall-produzzjoni ta’ roti f’dawn il-pajjiżi. Huwa għaldaqstant improbabbli ħafna li jista’ jkun hemm skarsezza ta’ roti. |
(133) |
Billi l-importazzjonijiet bi prezz ġust ikomplu jidħlu fis-suq tal-Unjon, huwa probabbli li n-negozju tradizzjonali tal-importaturi jkompli anke jekk il-miżuri ta’ anti-dumping kontra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jinżammu fuq ir-RPĊ. Il-kooperazzjoni baxxa mill-importaturi mhux relatati u l-fatt li wara l-impożizzjoni tal-miżuri fuq ir-RPĊ l-investigazzjoni ma setgħatx tiġbor ix-xhieda tal-importaturi li jgħaddu minn diffikultajiet partikolari, jkomplu jirfdu din il-konklużjoni. |
6. Konklużjoni
(134) |
L-itkomplija tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw fir-RPĊ jkun b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni, tal-konsumaturi u fl-interess tal-fornituri tal-parts tar-roti tal-Unjoni. Dan jippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tikber u ttejjeb il-qagħda tagħha f’kompetizzjoni ġusta stabbilita mill-ġdid. Barra minn hekk, l-importaturi ma jkunx affettwati sostanzjalment billi r-roti bi prezz ġust ikunu xorta disponibbli fis-suq. B’kuntrast, jekk il-miżuri ma jiġux imposti, il-produtturi tar-roti tal-Unjoni x’aktarx li jfallu u b’hekk tiġi mheddha l-eżistenza tal-fornituri tal-parts tar-roti tal-Unjoni. |
(135) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-konklużjoni hi li m’hemmx raġunijiet konvinċenti gћaliex m’gћandhomx jiġu imposti d-dazji ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw mir-RPĊ. |
G. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
(136) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-miżuri ta’ anti-dumping fuq ir-roti għandhom jinżammu. Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-estensjoni tal-miżuri wara reviżjoni ta’ skadenza normalment tkun tapplika għal 5 snin, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi jew raġunijiet speċifiċi li jeżiġu perjodu iqsar. |
(137) |
F’dan il-kuntest ta’ min jinnota li l-proċediment attwali huwa kkaratterizzat minn ċirkustanzi partikolari kif jissemma fil-premessi (1) u (48), li wkoll għandhom jkunu riflessi b’mod xieraq fit-tul ta’ żmien tal-miżuri ta’ anti-dumping. Fis-sustanza, l-industrija tal-Unjoni qed tgawdi minn sett atipiku ta’ miżuri li jikkombinaw flimkien dazji ad valorem fuq ir-roti kompluti kif ukoll skema ta’ eżenzjoni li tippermetti lil din l-industrija li tuża l-parts tar-roti Ċiniżi li huma ħielsa minn dazji ta’ kontra-evażjoni, kemm-il darba jintlaħqu kundizzjonijiet speċifiċi. |
(138) |
Ir-reviżjoni attwali ta’ skadenza kkonfermat l-komplessità tas-settur tar-roti u l-interkonnessjoni mill-qrib mas-settur tal-parts tar-roti. Uriet li l-industrija tal-roti tal-Unjoni qed tuża b’mod wiesa’, kif jidher fil-premessa (1), l-iskema ta’ eżenzjoni għall-importazzjonijiet tal-parts tar-roti. Għalhekk huwa importanti li t-tħaddim tal-miżuri jiġi eżaminat mill-ġdid b’mod regolari. Abbażi ta’ dan, ingħatat konsiderazzjoni dwar jekk il-miżuri għandhomx ikunu limitati għal 3 snin. |
(139) |
Wara l-iżvelar bosta produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tagħhom stqarrew li l-miżuri għandhom jiġu estiżi għal 5 snin. Il-partijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom ressqu l-argument li l-produtturi tar-roti kienu lesti li jinvestu fil-produzzjoni tal-parts tar-roti biex inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq l-importazzjonijiet tal-parts tar-roti Ċiniżi, iżda perjodu ta’ 3 snin ma kienx biżżejjed biex jinkiseb dħul pożittiv minn investimenti bħal dawn. |
(140) |
F’dan ir-rigward, l-argument li bosta partijiet investew jew għandhom il-ħsieb li jinvestu fis-settur tar-roti jew tal-parts tar-roti mhux rilevanti meta ssir valutazzjoni tal-ħtieġa u t-tul ta’ żmien tal-miżuri ta’ anti-dumping fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ skadenza. Tabilħaqq, din tal-aħħar tista’ tissejjes biss fuq jekk jiġix iddeterminat li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li twassal għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara. |
(141) |
Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (137) hawn fuq, ta’ min ifakkar li mill-impożizzjoni inizjali tal-miżuri fl-1993 u l-estensjoni tagħhom għall-parts tar-roti fl-1997, il-qagħda tal-produzzjoni tar-roti fl-Unjoni nbidlet b’mod sinifikanti billi ngħataw aktar minn 250 eżenzjoni. Barra minn hekk, il-miżuri fuq ir-roti huma marbuta direttament mal-miżuri estiżi għall-partijiet tar-roti u għas-sistema ta’ skema ta’ eżenzjoni li nħolqot. Fid-dawl ta’ dan, il-konklużjoni li l-miżuri jitolbu eżami mill-ġdid kif ġie stabbilit hawn fuq fil-premessa (138) għadha tapplika. F’dan ir-rigward il-Kunsill jinnota li l-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tagħti bidu ex officio għal reviżjoni interim li tkopri d-dumping, il-ħsara kif ukoll aspetti tal-iskema ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. |
(142) |
Abbażi ta’ dan u fid-dawl tal-fatti, li t-tul ta’ żmien tal-miżuri jkun, fi kwalunkwe każ, kwistjoni fi kwalunkwe reviżjoni, għadu mhux iż-żmien li ssir valutazzjoni fil-qafas tar-reviżjoni ta’ skadenza attwali jekk hemmx raġunijiet jew ċirkustanzi speċifiċi li jitolbu perjodu ta’ żmien differenti mill-perjodu normali ta’ 5 snin kif speċifikat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, qed jitqies, li l-miżuri għandhom jiġu mtawla għal perjodu ta’ 5 snin. Dan huwa mingħajr ħsara għall-fatt li t-tul ta’ żmien tal-miżuri attwali ta’ anti-dumping jista’ jerġa’ jiġi rivedut f’reviżjoni sħiħa interim sussegwenti, jekk ikun hemm, skont dak li jkun nstab. |
H. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
(143) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu ta’ żmien biex jibagħtu l-kummenti tagħhom wara dan l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw kunsiderazzjoni xierqa fejn kien ħaqqhom. |
(144) |
Minn dan ta’ hawn fuq isegwi li d-dazji anti-dumping għandhom jinżammu għal 5 snin, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju definittiv ta’ anti-dumping huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti u ċikletti oħra (inklużi triċikletti għall-kunsinni, iżda esklużi ċ-ċikletti ta’ rota waħda), mingħajr magna, bħalissa kklassifikabbli fil-kodiċijiet tan-NM ex 8712 00 10 (kodiċi TARIC 8712001090), 8712 00 30 u ex 8712 00 80 (kodiċi TARIC 8712008090) u li joriġinaw fir-Repubblika Populari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju definittiva ta’ anti-dumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ 48,5 %.
3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. FEDAK
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.
(4) ĠU L 17, 21.2.1997, p. 17.
(5) ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39.
(6) ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.
(7) ĠU C 188, 13.7.2010, p. 5.
(8) ĠU L 183, 14.7.2005, p. 20
(9) ĠU L 183, 14.7.2005, p. 19.
(10) ĠU L 183, 14.7.2005, p. 30
(11) ĠU L 175, 14.7.2000, p. 49
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 991/2011
tal-5 ta’ Ottubru 2011
li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tad-dħul tal-Afrika t’Isfel fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom f'dak li jirrigwarda influwenza tat-tjur patoġenika ħafna
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1), u l-Artikolu 24(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (3) tistabbilixxi regoli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kunsinni ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet minnhom, minn fejn għandhom jiġu awtorizzati dawn l-importazzjonijiet, it-tranżitu u l-ħażna, u tistabbilixxi l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, u r-regoli dwar l-oriġini u t-trattamenti meħtieġa għal dawk il-prodotti importati. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (5), jistabbilixxi rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluża l-ħażna matul it-tranżitu, ta’ tjur, bajd li qegħdin ifaqqsu, flieles li għandhom ġurnata u bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni, laħam, laħam ikkapuljat u laħam tat-tiġieġ isseparat b'mod mekkaniku, li jinkludi ratiti, għasafar tal-kaċċa slavaġ, bajd u prodotti tal-bajd. Dak ir-Regolament jistipula li dawk il-prodotti bażiċi għandhom jiġu importati biss lejn l-Unjoni mill-pajjiżi terzi, jew territorji, żoni jew kompartimenti li huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(4) |
Peress li dan l-aħħar l-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna faqqat fl-Afrika t’Isfel, id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 ġew emendati permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2011 (6), sabiex jiġu preskritti trattamenti speċifiċi għall-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel ta’ prodotti tal-laħam, stonkijiet trattati, bżieżaq tal-awrina u intestini għall-konsum uman ġejjin mill-laħam ta’ ratiti mrobbija fl-irziezet u ta’ biltong/jerky u prodotti tal-laħam ippasturizzati li jikkonsistu f'laħam tat-tjur tal-kaċċa tal-irziezet, ratiti u għasafar tal-kaċċa slavaġ, mit-territorju kollu tal-Afrika t’Isfel kopert bir-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
(5) |
L-Afrika t’Isfel issottomettiet tagħrif lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ kontroll li ttieħdu b'rabta mat-tifqigħa riċenti tal-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna. Il-Kummissjoni evalwat dak it-tagħrif u l-qagħda epidemjoloġika wara dawk it-tifqigħat fl-Afrika t’Isfel. |
(6) |
Barra minn hekk, it-Tim Veterinarju għall-Emerġenzi tal-Unjoni wettaq missjoni fl-Afrika t’Isfel biex jevalwa s-sitwazzjoni u biex jagħti rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kontroll tal-marda. |
(7) |
L-Afrika t’Isfel implimentat politika ta’ qerda sabiex tiġi kkontrollata l-marda u jiġi limitat it-tixrid tagħha. Barra minn hekk, l-Afrika t’Isfel qed twettaq attivitajiet ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur li jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
(8) |
Ir-riżultat pożittiv tal-evalwazzjoni tal-qagħda tal-marda u l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi mwettqa mill-Afrika t’Isfel jippermettu li r-restrizzjonijiet jiġu limitati għal importazzjonijiet ta’ laħam tar-ratiti fl-Unjoni għall-parti tat-territorju tal-Afrika t’Isfel li ntlaqat minn din il-marda, li tpoġġiet taħt restrizzjonijiet mill-Afrika t’Isfel. Madankollu, ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet ta’ ratiti ħajjin u l-bajd tagħhom li jfaqqsu għandhom jibqgħu għat-territorju kollu tal-Afrika t’Isfel minħabba r-riskju ogħla ta’ introduzzjoni potenzjali ta’ vajrus fl-Unjoni. |
(9) |
Fir-rigward tat-trattamenti stipulati fid-Deċiżjoni 2007/777/KE għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam, stonkijiet trattati, bżieżaq tal-awrina u msaren għall-konsum uman kif ukoll għall-biltong/jerky u prodotti tal-laħam ippasturizzati, it-trattamenti li ngħataw qabel ma faqqat l-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna għandhom jerġgħu jingħataw għal dawk il-prodotti bażiċi li joriġinaw mill-parti tat-territorju tal-Afrika t’Isfel fejn m'hemmx il-marda. |
(10) |
Il-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE telenka t-territorji jew il-partijiet tat-territorji ta’ pajjiżi terzi li għalihom tapplika r-reġjonalizzazzjoni minħabba raġunijiet tas-saħħa tal-annimali. L-annotazzjoni tal-Afrika t’Isfel għandha tiġi emendata sabiex iżżomm kont tal-qagħda l-ġdida tal-marda fir-rigward l-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna f'dan il-pajjiż terz u l-konsegwenzi li jirriżultaw għar-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti affettwati. |
(11) |
Id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(5) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.
ANNESS I
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hu emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti 1, l-annotazzjoni għall-Afrika t’Isfel hija mibdula b’li ġej:
|
(2) |
fil-Parti 2, l-annotazzjoni għall-Afrika t’Isfel hija mibdula b’li ġej:
|
(3) |
fil-Parti 3, l-annotazzjoni għall-Afrika t’Isfel hija mibdula b’li ġej:
|
ANNESS II
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Afrika ta’ Isfel hija mibdula b'li ġej:
“ZA – l-Afrika t'Isfel |
ZA-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
|||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4” |
||||||||||
BPR |
I |
P2 |
9.4.2011 |
|
A |
|
|
||||||||||
DOR |
II |
||||||||||||||||
HER |
III |
||||||||||||||||
ZA-1 |
Il-pajjiż kollu ħlief ZA-2 |
RAT |
VII |
|
|
9.10.2011 |
|
|
|
||||||||
ZA-2 |
Il-parti tat-territorju bejn dawn il-konfini li ġejjin:
|
RAT |
VII |
P2 |
9.4.2011 |
|
|
|
|
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 992/2011
tal-5 ta’ Ottubru 2011
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Ottubru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
BR |
31,9 |
MK |
38,5 |
|
ZZ |
35,2 |
|
0707 00 05 |
EG |
98,1 |
MK |
44,0 |
|
TR |
126,8 |
|
ZZ |
89,6 |
|
0709 90 70 |
TR |
123,0 |
ZZ |
123,0 |
|
0805 50 10 |
AR |
69,4 |
BR |
41,3 |
|
CL |
60,5 |
|
TR |
64,6 |
|
UY |
68,8 |
|
ZA |
75,1 |
|
ZZ |
63,3 |
|
0806 10 10 |
CL |
79,6 |
EG |
65,0 |
|
MK |
82,2 |
|
TR |
108,1 |
|
ZA |
62,4 |
|
ZZ |
79,5 |
|
0808 10 80 |
CL |
90,0 |
CN |
82,6 |
|
NZ |
116,9 |
|
US |
114,5 |
|
ZA |
85,4 |
|
ZZ |
97,9 |
|
0808 20 50 |
CN |
50,2 |
TR |
107,9 |
|
ZA |
60,3 |
|
ZZ |
72,8 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Settembru 2011
li taħtar żewġ membri Irlandiżi u membru supplenti Irlandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2011/649/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Irlandiż,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Michelle MULHERIN u s-Sur Denis LANDY saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Terry BRENNAN sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
(a) |
bħala membri:
u |
(b) |
bħala membru supplenti
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Settembru 2011
li taħtar membru Lussemburgiż u membru supplenti Lussemburgiż fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2011/650/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Lussemburgiż,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
(2) |
Wara li ntemm il-mandat tas-Sur Paul Henri MEYERS sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Wara l-ħatra tas-Sur Gilles ROTH bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti post ta’ membru supplenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jispiċċa fil-25 ta’ Jannar 2015:
(a) |
bħala membru:
u |
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Ġunju 2011
dwar għajnuna fis-settur tal-proċessar tal-karkassi tal-annimali fl-2003 Għajnuna mill-Istat C 23/05 (ex NN 8/04 u ex N 515/03)
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4425)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/651/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 108(2) tiegħu,
Billi:
I. IL-PROĊEDURA
(1) |
Permezz tal-ittra tas-7 ta’ Novembru 2003, ir-rappreżentanza permanenti ta’ Franza għall-Unjoni Ewropea nnotifikat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem it-“TFUE”) (1) dwar eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali għal ċerti impriżi li jbigħu l-laħam bl-imnut. |
(2) |
In-notifika originali kienet tikkonċerna, min-naħa, l-għajnuniet mogħtija fl-2003 u min-naħa l-oħra l-għajnuniet li huma ppjanati mill-2004 ’l quddiem. Billi parti mill-għajnuniet kienet diġà ngħatat, il-Kummissjoni ddeċidiet f’dak il-każ li taqsam il-fajl f’żewġ każijiet. Mill-għajnuniet mogħtija fl-2003, qed tiġi investigata biss l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali skont din id-deċiżjoni preżenti. |
(3) |
It-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali kienet tneħħiet fl-1 ta’ Jannar 2004. Wara, il-finanzjament tal-impjanti tas-settur pubbliku għall-proċessar tal-karkassi tal-annimali kien iggarantit mid-dħul ta’ “taxxa fuq il-qatla”, li għaliha l-Kummissjoni ma għamlet l-ebda oġġezzjoni (2). |
(4) |
Fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-fajl dwar it-“taxxa fuq il-qatla” (Għajnuna mill-Istat Nru N515 A/03), l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu informazzjoni relatata wkoll ma’ dan il-każ lill-Kummissjoni, notevolment permezz tal-ittra tad-29 ta’ Diċembru 2003. |
(5) |
L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw informazzjoni kumplimentari, mitluba mill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tal-4 ta’ Marzu 2005, fl-ittra tagħhom tas-7 ta’ April 2005, irreġistrata fit-12 ta’ April 2005. |
(6) |
Il-Kummissjoni fetħet il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE rigward l-għajnuna konċernata permezz tal-ittra Nru SG(2005)D/202956 tas-7 ta’ Lulju 2005. |
(7) |
Id-Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri l-oħra u l-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuniet konċernati. |
(8) |
L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-kummenti tagħhom permezz tal-ittri tal-20 ta’ Settembru 2005 u tal-15 ta’ Novembru 2005, irreġistrati fis-17 ta’ Novembru 2005. |
(9) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-Confédération de la boucherie, boucherie-charcuterie, traiteurs (Konfederazzjoni Franċiża tal-bejjiegħa tal-laħam u d-delikatessen, u ta’ dawk li jqassmu l-laħam) (minn hawn ’il quddiem “CFBCT”) fit-18 ta’ Ottubru 2005 u osservazzjonijiet minn kumpanija privata fis-17 ta’ Ottubru 2005 (4) u l-11 ta’ Lulju 2008. |
(10) |
Permezz tal-ittra tat-18 ta’ April 2011, l-awtoritajiet Franċizi kkonfermaw li l-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa fuq ix-xiri tal-laħmijiet (imsejħa “taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali”) mogħtija fis-sena 2003 lil ċerti impriżi li jqiegħdu fis-suq prodotti agrikoli kienet taqa’ taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tas-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat [tal-KE] dwar l-għajnuna de minimis (5). |
II. DESKRIZZJONI
(11) |
Il-miżura konċernata tirrigwarda l-finanzjament għas-sena 2003, tal-impjanti tas-settur pubbliku għall-proċessar tal-karkassi tal-annimali u tad-distruzzjoni tad-dqiq mil-laħam u l-għadam li ma jistax jibqa’ jintuża kummerċjalment. |
(12) |
L-impjanti tas-settur pubbliku għall-proċessar tal-karkassi tal-annimali qabel kienu jiġi ffinanzjati mit-taxxa fuq it-trattament tal-karkassi, introdotta mill-Artikolu 302a ZD tal-Kodiċi Ġenerali Franċiż tat-Taxxa, li ġie adottat skont l-Artikolu 1 tal-Liġi Franċiża Nru 96-1139 tas-26 ta’ Diċembru 1996 dwar il-ġbir u d-distruzzjoni tal-karkassi tal-annimali u l-iskart tal-biċċeriji (minn hawn ’il quddiem il-“Liġi tal-1996”). |
(13) |
It-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali kienet tapplika fuq ix-xiri tal-laħam u prodotti oħra speċifiċi mill-bejjiegħa bl-imnut kollha ta’ dawk il-prodotti. Bi prinċipju, it-taxxa kellha titħallas mill-bejjiegħa bl-imnut kollha. It-taxxa kienet tiġi bbażata fuq il-valur mingħajr VAT tax-xiri mill-bejjiegħa ta’ dawn il-prodotti kollha:
|
(14) |
L-impriżi li d-dħul tagħhom matul is-sena ta’ qabel kien inqas minn 2 500 000 Frank Franċiż (FRF) (6) (EUR 381 122) mingħajr VAT kienu eżentati mit-taxxa. Ir-rata tat-taxxa kienet iffissata fuq il-livell ta’ xiri mingħajr VAT għal kull xahar, 0,5 % sa ammont ta’ FRF 125 000 (EUR 19 056) u 0,9 % ’l fuq minn FRF 125 000. L-Artikolu 35 tal-Liġi Finanzjarja emendata għas-sena 2000 (Liġi Nru 2000-1353 tat-30 ta’ Diċembru 2000), ġabet ċerti modifiki fis-sistema tat-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2001. Dawn il-modifiki kienu intenzjonati biex itaffu l-effetti tal-kriżi tal-BSE u l-ispejjeż addizzjonali li kkawżat. Wara ż-żmien, il-bażi tat-taxxa ġiet estiża fuq “prodotti oħra li ġejjin mil-laħam”. Ir-rata tat-taxxa kienet iffissata għal 2,1 % tal-livell ta’ xiri għal kull xahar sa ammont ta’ FRF 125 000 (EUR 19 056) u għal 3,9 % ’l fuq minn FRF 125 000. Minbarra dan, l-impriżi li d-dħul tagħhom matul is-sena ta’ qabel kien inqas minn FRF 5 000 000 (EUR 762,245) mingħajr VAT kienu eżentati mit-taxxa. |
(15) |
Fil-bidu, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 1997, id-dħul mit-taxxa kien jitħallas lil fond ad hoc maħluq speċifikament għal dan il-għan, intenzjonat biex jiffinanzja s-servizz tal-ġbir u d-distruzzjoni tal-karkassi tal-annimali u tal-materjal fil-biċċeriji rikonoxxut bħala mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, jiġifieri l-attivitajiet definiti bħala li jaqgħu taħt servizz pubbliku skont l-Artikolu 264 tal-Kodiċi Rurali. Il-fondi kienu jitmexxew miċ-Centru Nazzjonali għall-Iżvilupp ta’ Azjendi Agrikoli (Centre national pour l’aménagement des structures des exploitations agricoles — CNASEA). |
(16) |
Wara l-1 ta’ Jannar 2001, id-dħul mit-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali kien jgħaddi direttament għall-Baġit tal-Istat, u ma baqgħetx tgħaddi lill-fond maħluq għal dak il-għan. Għas-sena 2003, il-fondi kienu disponibbli għall-Ministeru tal-Agrikoltura, l-Alimentazzjoni, is-Sajd u l-Affarijiet Rurali skont id-Digriet Nru 2002-1580 tat-30 ta’ Diċembru 2002 li kien jimplimenta l-Liġi Finanzjarja għall-2003. Kienu jiġu assenjati bħala nefqa ordinarja tal-Ministeru, skont it-Titolu IV, Għajnuna Pubblika, il-Parti 4, miżuri ekonomiċi, inċentivi u għajnuna. Id-dħul minn din it-taxxa għas-sena 2003 kien stmat li kien EUR 550 miljun. |
(17) |
In-notifika tal-2003 pprovdiet għajnuna għall-istokkjar u d-distruzzjoni tad-dqiq mill-annimali, kif ukoll għajnuna għat-trasport u d-distruzzjoni ta’ annimali li nstabu mejta u għall-iskart tal-biċċeriji. Barra minn hekk, il-Liġi tal-1996 kienet tipprovdi għall-eżenzjoni ta’ impriżi li jbigħu l-laħam bl-imnut u li kellhom dħul annwali ta’ inqas minn EUR 762 245. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-Liġi tal-1996 kienet fis-seħħ matul is-sena 2003 kollha. |
(18) |
Il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura, ikkonkludiet li ma kienx hemm riskju li l-miżuri ta’ għajnuna rigward it-tneħħija u d-distruzzjoni tal-annimali mejta, u l-istokkjar u d-distruzzjoni tad-dqiq mill-annimali u mill-iskart tal-biċċeriji, jaffettwaw ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b’tali mod li jmur kontra l-interess komuni. Għalhekk setgħu jiġu kkunsidrati, skont id-deroga pprovduta fl-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, bħala miżuri li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-eżistenza u l-kompatibbiltà tal-għajnuniet għal kummerċ eżentat mill-ħlas tat-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali. |
L-argumenti li qajmet il-Kummissjoni fil-kuntest tal-ftuħ tal-proċedura tal-investigazzjoni
(19) |
Meta nbdiet il-proċedura tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni stmat li l-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali kienet timplika telf ta’ riżorsi għall-Istat u ma kinitx iġġustifikata min-natura u s-sistema tat-taxxa li l-għan tagħha huwa li tassigura dħul għall-Istat. Fil-fatt, skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-eżenzjoni kienet ibbażata fuq id-dħul globali mill-bejgħ, u mhux fuq id-dħul mill-bejgħ tal-laħam. |
(20) |
Billi t-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali tiġi kkalkulata fuq il-valur tal-prodotti ġejjin mil-laħam, ma jidhirx li l-eżenzjoni ta’ impriża mill-ħlas tat-taxxa li għandha dħul ogħla mil-laħam hija ġġustifikata, meta l-kompetitur tagħha bi dħul minn prodotti li ġejjin mil-laħam iktar baxx, ikollhom iħallsuha. |
(21) |
B’riżultat ta’ dan, din l-eżenzjoni tidher li qed toħloq vantaġġ selettiv. Tidher ukoll bħala għajnuna li tiffavorixxi l-bejjiegħa li, billi jiġu eżentati, ikollhom it-taxxa tagħhom imnaqqsa. Abbażi taċ-ċifri tal-kummerċ tal-laħam, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-eżenzjoni tat-taxxa fl-2003 favur il-bejjiegħa li kellhom dħul ta’ inqas minn EUR 762 245 kienet vantaġġ li seta’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(22) |
Il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-possibbiltà li l-eżenzjoni mit-taxxa jista’ jkollha effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, speċjalment f’żoni qrib il-konfini. |
(23) |
L-eżenzjoni mit-taxxa favur il-bejjiegħa li għandhom dħul ta’ anqas minn EUR 762 245 setgħet titqies bħal għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(24) |
L-eżenzjoni f’dan il-każ kienet tidher li tikkonsisti fi tnaqqis tat-taxxi, mingħajr ebda element ta’ inċentiva u mingħajr kumpens mill-benefiċjarji li l-kompatibbiltà tagħhom mar-regoli tal-kompetizzjoni ma kinitx ippruvata. |
(25) |
Għalhekk il-Kummissjoni kkunsidrat li l-għajnuna kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 3.5 tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu (7), li kienu japplikaw f’dak iż-żmien. Skont dan il-punt, biex tiġi meqjusa kompatibbli mas-suq intern, kwalunkwe miżura ta’ għajnuna għandu jkollha ċertu element ta’ inċentiva jew titlob kontraparti mill-benefiċjarju. Għaldaqstant, jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni speċifika fil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew f’dawn il-linji gwida dwar l-eżenzjonijiet, miżuri unilaterali ta’ għajnuna mill-Istat li huma intenzjonati biss biex itejbu s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ produtturi, iżda li bl-ebda mod ma jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur, huma kkunsidrati bħala għajnuna operattiva li hija inkompatibbli mas-suq komuni. |
(26) |
Għall-bejgħ eżentat mill-ħlas tat-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-għajnuna konċernata tista’ tkun għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u tista’ tikkostitwixxi għajnuna operattiva, u li dwarha l-Kummissjoni kellha dubji rigward il-kompatibbiltà mas-suq intern. |
III. KUMMENTI PPREŻENTATI MINN FRANZA
(27) |
L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw il-kummenti tagħhom permezz tal-ittri tal-20 ta’ Settembru 2005, u tal-15 ta’ Novembru 2005. F’dawn l-ittri, huma kkonfermaw illi ma setax jiġi kkontestat illi l-eżenzjoni mit-taxxa mogħtija lill-impriżi kienet tirrapreżenta għajnuna skont it-tifsira tat-Trattat tal-KE. Barra minn dan, il-Kummissjoni kienet waslet għall-konklużjoni simili fid-Deċiżjoni 2005/474/KE tagħha tal-14 ta’ Diċembru 2004 dwar l-eżenzjoni applikata bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 2002 (għajnuna NN 17/01 ikklassifikata mill-ġdid bħala C 49/02) (8). |
(28) |
Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi, qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006, kienu argumentaw illi l-għajnuniet kienu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis (9). Huma ddikjaraw li l-għadd ta’ impriżi konċernati, li kien jammonta għal medja ta’ aktar minn 100 000 fis-sena, u l-limitu tad-dħul użat għall-eżenzjoni (EUR 762 245) kienu jimplikaw illi l-ammont tal-eżenzjoni li jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kien ikun, fi kwalunkwe każ, iktar baxx mil-limitu ta’ EUR 100 000 fuq perjodu ta’ tliet snin ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 69/2001. |
(29) |
Sabiex juru li l-ammont tal-eżenzjoni mogħti lil dawn l-impriżi fl-2003 kien dejjem iktar baxx minn EUR 100 000 fuq perjodu ta’ 3 snin, l-awtoritajiet Franċiżi applikaw żewġ metodi. |
(30) |
Fl-ewwel każ, l-awtoritajiet Franċiżi ppruvaw jaslu għaċ-ċifra tad-dħul ta’ impriża li kienet ħallset taxxa ta’ EUR 100 000 fuq perjodu ta’ 3 snin, jew taxxa annwali medja ta’ EUR 33 333. Abbażi tal-ammont stabbilit, maqsum skont il-livell tat-taxxa (2,1 % u 3,9 %), stabbilixxew il-bażi tat-taxxa li tikkorrispondi għax-xiri tal-laħam tal-impriża. Fl-aħħar nett, skont il-valur ta’ dan ix-xiri tal-laħam, waslu għal stima ta’ dħul annwali, abbażi tal-ipoteżi massimalista li din l-impriża kienet tispeċjalizza fil-kummerċ tal-laħam. Dan il-metodu ppermettilhom jistabbilixxu livell ta’ dħul għall-impriża li kien wisq ogħla mil-limitu tal-eżenzjoni mit-taxxa. Il-limitu tal-eżenzjoni ta’ EUR 762 245 kien għalhekk inqabeż sew, li kien ifisser li impriża li tkun ħallset taxxa ta’ EUR 100 000 fuq tliet snin ma tista’ bl-ebda mod tkun eżentata mit-taxxa fuq ix-xiri tal-laħam. |
(31) |
Fit-tieni każ, l-awtoritajiet Franċiżi ppruvaw jikkalkulaw l-ammont tat-taxxa ta’ impriża speċjalizzata fil-laħam li kellha dħul eżatti taħt il-limitu tal-eżenzjoni, li kien jammonta għal EUR 762 000. Abbażi ta’ koeffiċjent għax-xiri/dħul ta’ 0,58 (10), l-awtoritajiet Franċiżi ikkalkulaw il-valur tax-xiri tal-laħam ta’ EUR 441 960 (762 000 × 0,58) għal din l-impriża. Dan it-tieni metodu juri li l-ammont massimu ta’ eżenzjoni huwa ta’ EUR 13 132 fis-sena għal kull impriża, jiġifieri ammont li xorta baqa’ inqas minn EUR 100 000 fuq tliet snin. |
(32) |
Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li l-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa fuq ix-xiri tal-laħam (imsejħa t-“taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali”), mogħtija għall-2003 lil ċerti impriżi li jqiegħdu fis-suq prodotti agrikoli, kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikulari tal-Artikolu 5 tiegħu dwar miżuri tranżitorji [ta’ tranżizzjoni]. |
IV. KUMMENTI PPREŻENTATI MINN TERZI PERSUNI
Kummenti mill-Konfederazzjoni tal-bejjiegħa tal-laħam u d-delikatessen, u ta’ dawk li jqassmu l-laħam (CFBCT)
(33) |
L-ewwel nett, il-Konfederazzjoni tal-bejjiegħa tal-laħam u d-delikatessen, u ta’ dawk li jqassmu l-laħam (minn hawn ’il quddiem “CFBCT”) iddikjarat li l-miżura konċernata ma kinitx tilħaq il-kriterju għad-definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat u li s-sistema tat-taxxa applikata għal ċerti impriżi abbażi tal-ammont tad-dħul tagħhom kienet iġġustifikata b’mod sħiħ minħabba l-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa. Skont is-CFBCT, it-taxxa fuq ix-xiri tal-laħam kienet tinġabar u tiġi kkontrollata skont ir-regoli applikabbli għall-VAT u taxxi simili. L-iffissar tal-limitu tal-eżenzjoni kien ibbażat fuq kriterju oġġettiv u kriterju loġiku identiku għal dak tal-limiti applikabbli għal taxxi oħrajn. Il-Liġi tal-1996 kienet tagħmel parti mis-sistema Franċiża għall-ġbir tal-VAT. Għalhekk ma kellhiex l-għan li tagħti vantaġġ eċċezzjonali lil ċerti impriżi, iżda li fil-fatt, tintroduċi livell ta’ limitu, li jqis il-kapaċità ta’ impriżi li jħallsu t-taxxa, u b’mod partikulari, il-vijabbiltà ta’ bejjiegħa tal-laħam tas-sengħa. |
(34) |
It-tieni, is-CFBCT iddikjarat illi din il-miżura ma kinitx taffettwa l-kummerċ intra-Komunitarju. Fir-realtà, id-daqs estremament moderat tal-impriżi konċernati mill-miżura li qed tiġi kkunsidrata, u s-suq ġeografikament ferm limitat li joperaw fih, kien jitfa’ dubju fuq id-dikjarazzjoni li l-miżura kienet tikkonstitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(35) |
Saħansitra anke jekk jiġi kkunsidrat li l-impriżi eżentati mill-ħlas tat-taxxa kienu effettivament ibbenefikaw minn għajnuna, is-CFBCT enfasizzat li din l-għajnuna kienet, fi kwalunkwe każ, kompatibbli mar-regoli tat-Trattat. |
(36) |
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-eżenzjoni tal-intrapriżi ż-żgħar tal-bejjiegħa tal-laħam u tal-bejjiegħa tas-sengħa bħala ġġustifikata skont għan ta’ interess ġenerali: l-immaniġġjar tal-kriżi tal-BSE u t-trattament meħtieġ għal prodotti perikolużi. Barra minn hekk, din il-miżura ma kinitx tikkonċerna biss l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u kienet potenzjalment taqa’ taħt ir-regolamenti tal-eżenzjoni applikabbli dak iż-żmien, jiġifieri ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna tal-Istat lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (11), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1/2004 tat-23 ta’ Diċembru 2003 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat [tal-KE] dwar l-għajnuna tal-Istat għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, il-proċessar u l-marketing [t-tqegħid fis-suq] ta’ prodotti tal-agrikoltura (12). |
(37) |
Is-CFBCT issotni li, fi kwalunkwe każ, ir-rekwiżit illi jitlob li l-għajnuna tiġi rkuprata, li eventwalment iwassal għal klassifikazzjoni ta’ inkompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat, tmur kontra l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (13), għaliex deċiżjoni negattiva u l-irkupru ma jqisux l-aspettattivi leġittimi tal-impriżi benefiċjarji. |
(38) |
Barra minn hekk, l-evalwazzjoni a posteriori tal-ammont tal-għajnuna abbażi ta’ tassazzjoni retroattiva fuq rata fissa probabbilment tibqa’ iktar baxxa mil-limiti de minimis, billi l-benefiċjarji potenzjali ta’ dawn l-għajnuniet kienu, fil-biċċa l-kbira tagħhom, impriżi mikro. |
Kummenti ppreżentati minn kumpanija privata li l-kwartieri ġenerali tagħha huma fi Franza
(39) |
Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-kumpanija privata konċernata kienet tħaddem attività ta’ distribuzzjoni tal-ikel fi Franza. Billi ħallset it-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali mis-sena 2001 sas-sena 2003, u billi kienet talbet ir-rimborż tal-ammont imħallas lis-servizzi tat-taxxa Franċiżi, il-kumpanija tqis li huwa fl-interess tagħha li tibgħat il-kummenti tagħha permezz ta’ din il-proċedura. |
(40) |
Il-kumpanija ssostni li, kuntrarju għall-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura fil-5 ta’ Lulju 2005 (2005/C 228/06) (14), kien hemm konnessjoni bejn l-għajnuniet fis-settur tal-proċessar tal-karkassi tal-annimali u x-xiri tal-laħam. Il-kumpanija tqis li t-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali mħallsa matul is-sena 2003 hija bbażata fuq l-Artikolu 302a ZD tal-Kodiċi Ġenerali Franċiz tat-Taxxa u tiffinanzja skema tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107 tat-TFUE. Billi din l-iskema ma kinitx innotifikata lill-Kummissjoni minn qabel, għandha tiġi ddikjarata illegali. |
(41) |
Barra minn hekk, il-kumpanija ssostni li l-eżenzjoni mit-taxxa hija inkompatibbli fir-rigward tal-Artikolu 107 tat-TFUE, u li dan għandu jwassal biex it-taxxa tkun inkompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza vis-à-vis it-taxxa mill-Istat u konsegwentament ir-regoli dwar il-kompetizzjoni. |
V. VALUTAZZJONI
(42) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kwalunkwe għajnuna fi kwalunkwe forma li tkun mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċertu merkanzija għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni, ħlief jekk stipulat mod ieħor fit-Trattat. |
(43) |
L-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE japplikaw għas-settur tal-laħam tal-majjal skont l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (15). Dawn japplikaw għas-settur tal-laħam tal-bovini skont l-Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u tal-vitella (16). L-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE kienu japplikaw għas-settur tal-laħam tal-bovini, qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, skont l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 (17). Dawn l-Artikoli japplikaw għas-settur tal-laħam tal-bovini u tan-nagħaġ skont l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/98 tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-laħam tal-nagħaġ u tal-mogħoż (traduzzjoni mhux uffiċjali) (18). Kienu japplikaw għas-settur tal-laħam tat-tjur skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (19). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (20) irrevoka dawn ir-Regolamenti differenti, u fl-Artikolu 180 tiegħu jipprovdi li r-regoli dwar l-għajnuniet mill-Istat japplikaw għall-prodotti msemmija hawn fuq. |
(44) |
L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li l-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa fuq ix-xiri tal-laħam (imsejħa t-“taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali”), mogħtija għall-2003 lil ċerti impriżi li jqiegħdu fis-suq prodotti agrikoli, kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006. |
(45) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006, l-għajnuniet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fih, jitqiesu li jilħqu l-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u għalhekk huma eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
(46) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 japplika għall-għajnuniet mogħtija lill-impriżi tas-setturi kollha, iżda fil-każ ta’ impriżi attivi fil-proċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE, japplika biss jekk l-ammont tal-għajnuna mhux stabbilit abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti ta’ dan it-tip, mixtrija mill-produtturi primarji jew li tqiegħdu fis-suq mill-impriżi konċernati, u jekk l-għajnuna mhix ikkundizzjonata li tingħata parzjalment jew kollha kemm hi lil produtturi primarji. |
(47) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006, skont l-Artikolu 5(1) tiegħu, japplika għal għajnuniet mogħtija, qabel ma daħal fis-seħħ, lill-impriżi attivi fis-settur tal-proċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti agrikoli jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 1 u 2. Ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 2006. |
(48) |
Skont l-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006, it-total gross ta’ għajnuna de minimis mogħti lill-istess impriża ma għandux jaqbeż EUR 200 000 matul perjodu ta’ tliet snin fiskali. Il-limitu stabbilit għandu jkun espress bħala għotja ta’ flus. Iċ-ċifri kollha użati huma f’ammonti grossi, jiġifieri qabel it-tnaqqis tat-taxxi jew imposti oħra. Fejn l-għajnuna tingħata f’forma oħra li mhijiex għotja, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti tal-għajnuna bħala għotja grossa. |
(49) |
L-impriżi konċernati kienu attivi fil-proċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat tal-KE u ta’ prodotti oħra, u fl-2003 kienu eżentati mit-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi tal-annimali. Skont il-miżuri ta’ tranżizzjoni pprovduti fl-Artikolu 5 tiegħu, ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 għalhekk għandu japplika f’dan il-każ. |
(50) |
L-awtoritajiet Franċiżi stabbilixxew li r-rekwiżiti stabbiliti permezz tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 kienu ssodisfati billi wrew li l-ekwivalenti tal-għotja tal-għajnuna li rċieva kull benefiċjarju ma kienet fl-ebda ċirkustanza taqbeż EUR 200 000 matul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin, billi l-ammont massimu ta’ eżenzjoni kien EUR 13 132 fis-sena u għal kull impriża (ara l-premessa 29). |
(51) |
Minħabba dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-eżenzjoni ta’ impriżi li jbigħu l-laħam bl-imnut li l-dħul annwali tagħhom fl-2003 kien inqas minn EUR 762 245 kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fih. Għaldaqstant, din l-eżenzjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proċessar tal-karkassi għas-sena 2003 favur l-impriżi li jbigħu laħam bl-imnut li d-dħul annwali tagħhom huwa inqas minn EUR 762 245 ma tikkostitwix għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE nbidlu bl-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-TFUE. Dawn iż-żewġ sensiliet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi bħala sustanza. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, referenza għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandha tiftiehem bħala referenza għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE, rispettivament, fejn dan ikun xieraq.
(2) Għajnuna mill-Istat Nru 515 A/03, ittra lill-awtoritajiet Franċiżi C(2004) 936 finali tat-30.3.2004.
(3) ĠU C 228, 17.9.2005, p. 13.
(4) Il-kumpanija talbet li l-identità tagħha tinżamm kunfidenzjali.
(5) ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.
(6) Fur ir-rata tal-kambju ta’ FRF 1 = EUR 0,15.
(10) Informazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi bbażata fuq sorsi professjonali (Ċentri tal-Immaniġjar tal-Konfederazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Laħam).
(11) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33.
(13) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.
(14) Ara n-nota f’ qiegħ il-paġna nru 3.
(15) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1.
(16) ĠU L 160 26.6.1999, p. 21.
(17) ĠU L 148, 28.6.1968, p. 24.
(18) ĠU L 312, 20.11.1998, p. 1.
(19) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77.
(20) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.