ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.246.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 246

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
23 ta' Settembru 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2011/72/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2000/25/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għat-tratturi mqiegħda fis-suq skont l-iskema ta' flessibbiltà ( 1 )

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni Nru 940/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2011 dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012) ( 1 )

5

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 941/2011 tat-22 ta’ Settembru 2011 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

11

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 942/2011 tat-22 ta’ Settembru 2011 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva flufenoxuron, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE ( 1 )

13

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 943/2011 tat-22 ta’ Settembru 2011 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva propargit, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE ( 1 )

16

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2011 tat-22 ta’ Settembru 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

18

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2011 tat-22 ta’ Settembru 2011 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-laħam taċ-ċanga

20

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2011 tat-22 ta’ Settembru 2011 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

24

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 947/2011 tat-22 ta’ Settembru 2011 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

26

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 948/2011 tat-22 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

28

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/625/PESK tat-22 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

30

 

 

2011/626/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Settembru 2011 li tagħti deroga għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 762/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri tal-istatistika dwar l-akkwakultura fir-rigward tar-Repubblika Ċeka, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Repubblika tal-Awstrija (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6533)

33

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2011 tal-10 ta’ Marzu 2011 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet ( ĠU L 83, 30.3.2011 )

34

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/1


DIRETTIVA 2011/72/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Settembru 2011

li temenda d-Direttiva 2000/25/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għat-tratturi mqiegħda fis-suq skont l-iskema ta' flessibbiltà

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (3) tirregola l-emissjonijiet tal-egżost mill-magni li jkunu installati fit-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija bil-ħsieb li jkomplu jiġu ssalvagwardjati s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Id-direttiva 2000/25/KE pprovdiet li l-limiti tal-emissjonijiet applikabbli fl-2010 għall-approvazzjoni tat-tip tal-maġġoranza tal-magni bit-tqabbid bil-kompressjoni, imsejħa limiti tal-Istadju III A, kellhom jiġu sostitwiti bil-limiti aktar stretti tal-Istadju III B, li jidħlu fis-seħħ b'mod gradwali mill-1 ta' Jannar 2011 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq, u mill-1 ta' Jannar 2010 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip għal dawk il-magni. L-Istadju IV, li jipprevedi limiti tal-emissjonijiet aktar stretti mill-Istadju III B, ser jidħol fis-seħħ b'mod gradwali mill-1 ta' Jannar 2013 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip għal dawk il-magni u mill-1 ta' Jannar 2014 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq.

(2)

It-tranżizzjoni għall-Istadju III B tinvolvi bidla fit-teknoloġija li teħtieġ spejjeż sinifikanti għall-implimentazzjoni għat-tfassil mill-ġdid tal-magni u għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi avvanzati. Madankollu, il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali attwali jew kwalunkwe tnaqqis fir-ritmu ekonomiku m'għandux iwassal għal tnaqqis fl-istandards ambjentali. Din ir-reviżjoni tad-Direttiva 2000/25/KE għandha għaldaqstant titqies bħala eċċezzjoni. Barra minn hekk, l-investimenti fit-teknoloġiji li ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent huma importanti għall-promozzjoni tat-tkabbir, tal-impjiegi u tas-sigurtà tas-saħħa fil-ġejjieni.

(3)

Id-Direttiva 2000/25/KE tipprevedi skema ta' flessibbiltà li tippermetti lill-manifatturi tat-tratturi li jixtru, waqt stadju indikat, numru limitat ta' magni li ma jikkonformawx mal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli matul dan l-istadju, iżda li huma approvati f'konformità mar-rekwiżiti tal-istadju li jippreċedi immedjatament dak applikabbli.

(4)

Mill-2005, id-Direttiva 2000/25/KE pprovdiet l-evalwazzjoni tal-ħtieġa possibbli għal flessibbiltajiet addizzjonali fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet għall-Istadji III B u IV. Sabiex jiġi provdut serħan temporanju lill-industrija meta tkun għaddejja għall-istadju li jmiss, huwa meħtieġ li jiġu adattati l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-iskema ta' flessibbiltà.

(5)

Matul l-Istadju III B, in-numru ta' tratturi li jitqiegħdu fis-suq u li jidħlu fis-servizz għandhom, f'kull kategorija tal-magna, ma jeċċedux l-40 % tan-numru ta' tratturi li jitqiegħdu fis-suq mill-manifattur tat-tratturi f'dik il-kategorija tal-magna. L-għażla alternattiva li numru stabbilit ta' tratturi jitħallew jitqiegħdu fis-suq u li jiddaħħlu fis-servizz taħt l-iskema ta' flessibbiltà għandha tiġi addatta b'dan il-mod.

(6)

Il-manifatturi ta' tratturi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jibbenefikaw minn programmi Ewropej ta’ appoġġ finanzjarju jew minn kwalunkwe programm ta’ appoġġ rilevanti pprovduti mill-Istati Membri. Dawk il-programmi ta' appoġġ jistgħu jiffavorixxu proġetti li jimpjegaw l-aħjar teknoloġiji disponibbli bl-ogħla standards ta' emissjonijiet.

(7)

Id-Direttiva 2000/25/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva jirriflettu diffikultà temporanja li tiffaċċja l-industrija. Effettivament, l-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri għandha tiġi ristrettagħat-tul ta' żmien tal-Istadju III B.

(9)

Il-limiti tal-emissjonijiet attwali għandhom isiru aktar stretti, inkluż fir-rigward tal-partiċelli ultrafini tal-karbonju iswed speċifikament billi jiġu introdotti limiti fuq in-numru tal-partiċelli fil-leġiżlazzjoni futura jekk dan ikun iġġustifikat mill-istimi rilevanti ta’ impatt,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2000/25/KE

Id-Direttiva 2000/25/KE b’dan hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, għandhom jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

“—

‘skema ta' flessibbiltà’ tfisser il-proċedura ta' eżenzjoni li permezz tagħha Stat Membru jippermetti t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta' numru limitat ta' tratturi f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3a,

‘kategorija tal-magna’ tfisser il-klassifikazzjoni tal-magni li tgħaqqad il-medda tal-qawwa mal-istadju tal-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost,

‘magħmula disponibbli fis-suq’ tfisser kwalunkwe forniment ta' trattur jew magna għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas u kemm jekk mingħajr ħlas,

‘tqegħid fis-suq’ tfisser l-ewwel darba li trattur jew magna jkunu magħmula disponibbli fis-suq,

‘dħul fis-servizz’ tfisser l-ewwel użu, għall-iskop maħsub għalihom, fl-Unjoni ta’ trattur jew magna. Id-data li fiha jiġu reġistrati, jekk ikun applikabbli, jew jitqiegħdu fis-suq għandha titqies bħala d-data tad-dħul fis-servizz.”;

(2)

L-Artikolu 3a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3a

Skema ta' flessibbiltà

B’deroga mill-Artikolu 3(1) u (2), l-Istati Membri għandhom jipprovdu li, fuq talba tal-manifattur tat-trattur, u bil-kondizzjoni li l-awtorità ta' approvazzjoni tkun tat il-permess rilevanti għat-tqegħid fis-suq f'konformità mal-proċeduri stipulati fl-Anness IV, numru limitat ta’ tratturi mgħammra b'magni approvati f'knofrmità mar-rekwiżiti tal-istadju tal-limiti tal-emissjonijiet li jippreċedi immedjatament dak applikabbli jistgħu jidħlu fis-servizz.

L-iskema ta' flessibbiltà għandha tibda meta stadju speċifikat isir applikabbli u għandu jkollha l-istess tul daqs l-istadju nnifsu. L-iskema ta' flessibbiltà stipulata fit-Taqsima 1.2 tal-Anness IV għandha, madankollu, tkun ristretta għat-tul tal-Istadju III B jew għal 3 snin meta ma jkun jeżisti l-ebda stadju sussegwenti.”;

(3)

L-Anness IV huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-24 ta' Settembru 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Settembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 26.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2011.

(3)  ĠU L 173, 12.7.2000, p. 1.


ANNESS

“ANNESS IV

DISPOŻIZZJONIJIET GĦAT-TRATTURI U L-MAGNI MQIEGĦDA FIS-SUQ TAĦT L-ISKEMA TA' FLESSIBBILTÀ STIPULATA FL-ARTIKOLU 3a

1.   AZZJONIJIET MILL-MANIFATTURI TA’ TRATTURI

1.1.

Ħlief matul l-Istadju III b, manifattur tat-tratturi li jixtieq jagħmel użu mill-iskema ta' flessibbiltà għandu jitlob permess mill-awtorità ta' approvazzjoni biex iqiegħed it-tratturi fis-suq f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati f'dan l-Anness. In-numru ta' tratturi m’għandux jeċċedi l-limiti stipulati fit-taqsimiet 1.1.1 u 1.1.2. Il-magni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3a.

1.1.1.

In-numru ta’ tratturi li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema ta’ flessibbiltà m'għandhomx, f’kull kategorija tal-magna, jaqbżu l-20 % tan-numru annwali ta’ tratturi li jitqiegħdu fis-suq mill-manifattur tat-tratturi b’magni f’dik il-kategorija tal-magna (ikkalkulata bħala l-medja tal-bejgħ tal-aħħar 5 snin fis-suq tal-Unjoni). Fil-każ li manifattur tat-tratturi jkun ikkumerċjalizza tratturi fl-Unjoni għal perijodu ta' inqas minn 5 snin il-medja tiġi kklakulata abbażi tal-perijodu reali li matulu l-manifattur tat-tratturi ikun ikkumerċjalizza t-tratturi fl-Unjoni.

1.1.2.

Bħala għażla alternattiva għat-taqsima 1.1.1, in-numru ta' tratturi li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema ta' flessibbiltà ma għandux, f'kull medda tal-qawwa, jeċċedi l-limiti li ġejjin:

Medda tal-qawwa tal-magna

P (kW)

Numru ta’ tratturi

19 ≤ P < 37

200

37 ≤ P < 75

150

75 ≤ P < 130

100

130 ≤ P ≤ 560

50

1.2.

Matul l-Istadju III B, manifattur tat-tratturi li jixtieq jagħmel użu mill-iskema ta' flessibbiltà għandu jitlob permess mill-awtorità ta' approvazzjoni biex iqiegħed it-tratturi fis-suq f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati f'dan l-Anness. In-numru ta' tratturi ma għandux jeċċedi l-limiti stipulati fit-taqsimiet 1.2.1 u 1.2.2. Il-magni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3a.

1.2.1.

In-numru ta’ tratturi li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema ta' flessibbiltà ma għandhomx, f’kull kategorija tal-magna, jeċċedu l-40 % tan-numru annwali ta’ tratturi li jitqiegħdu fis-suq mill-manifattur tat-tratturi b’magni f’dik il-kategorija tal-magna (ikkalkulata bħala l-medja tal-bejgħ tal-aħħar 5 snin fis-suq tal-Unjoni). Fil-każ li manifattur tat-tratturi jkun ikkumerċjalizza tratturi fl-Unjoni għal perijodu ta' inqas minn 5 snin il-medja tiġi kklakulata abbażi tal-perijodu reali li matulu l-manifattur tat-tratturi ikun ikkumerċjalizza t-tratturi fl-Unjoni.

1.2.2.

Bħala għażla alternattiva għat-taqsima 1.2.1, in-numru ta' tratturi li jitqiegħdu fis-suq taħt l-iskema ta' flessibbiltà ma għandux, f'kull medda ta' qawwa, jeċċedi l-limiti li ġejjin:

Medda tal-qawwa tal-magna

P (kW)

Numru ta’ tratturi

37 ≤ P < 56

200

56 ≤ P < 75

175

75 ≤ P < 130

250

130 ≤ P ≤ 560

125

1.3.

Il-manifattur tat-tratturi għandu jinkludi fl-applikazzjoni tiegħu lill-awtorità ta’ approvazzjoni dan it-tagħrif:

(a)

kampjun tat-tikketti li għandhom jitwaħħlu ma’ kull trattur li fih ser tiġi installata magna mqiegħda fis-suq taħt l-iskema ta' flessibbiltà. It-tikketti għandu jkollhom il-kliem li ġej: ‘Nru TAT-TRATTUR … (sekwenza tat-tratturi) TA' … (numru totali ta' tratturi fil-medda ta' qawwa rispettiva) B’MAGNA Nru … BL-APPROVAZZJONI TAT-TIP (Direttiva 2000/25/KE) Nru …’; u

(b)

kampjun tat-tikketta supplimentari li għandha titwaħħal fuq il-magna li fiha l-kliem imsemmi fit-taqsima 2.2.

1.4.

Il-manifattur tat-tratturi għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ approvazzjoni bi kwalunkwe tagħrif meħtieġ relatat mal-implimentazzjoni tal-iskema ta' flessibbiltà li l-awtorità ta’ approvazzjoni tista' titlob sabiex tieħu deċiżjoni.

1.5.

Il-manifattur tat-tratturi għandu jagħmel rapport kull 6 xhur lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni ta’ kull Stat Membru, fejn it-trattur jitqiegħed fis-suq dwar l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-flessibbiltà li qiegħed juża. Ir-rapport għandu jinkludi data kumulattiva dwar in-numru ta’ tratturi mqiegħda fis-suq taħt l-iskema ta' flessibbiltà, in-numri tas-serje tal-magni u t-tratturi, u l-Istati Membri fejn it-trattur ikun iddaħħal fis-servizz. Din il-proċedura għandha titkompla sakemm l-iskema ta' flessibbiltà tkun għadha tintuża, mingħajr l-ebda eċċezzjoni.

2.   AZZJONIJIET MILL-MANIFATTUR TAL-MAGNA

2.1.

Manifattur ta' magni jista' jqiegħed fis-suq magni taħt l-iskema ta' flessibbilità approvata f'konformità mat-taqsimiet 1 u 3 ta' dan l-Anness.

2.2.

Il-manifattur tal-magna għandu jimmarka b'tikketta dawk il-magni b’dan il-kliem: ‘Magna mqiegħda fis-suq taħt l-iskema ta’ flessibbilità’ f'konformità mar-rekwiżiti msemmija fit-taqsima 5 tal-Anness I.

3.   AZZJONIJIET MILL-AWTORITÀ TA' APPROVAZZJONI

L-awtorità ta' approvazzjoni għandha tivvaluta l-kontenut tat-talba għall-iskema ta' flessibbiltà u tad-dokumenti inklużi magħha. Għaldaqstant, għandha tgħarraf lill-manifattur tat-tratturi bid-deċiżjoni tagħha jekk tħallix jew le l-użu tal-iskema ta’ flessibbiltà kif mitlub.”.


DEĊIŻJONIJIET

23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/5


DEĊIŻJONI Nru 940/2011/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Settembru 2011

dwar is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 153(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 147(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ impjieg billi tinkoraġġixxi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u billi ssostni u, jekk ikun meħtieġ, tikkomplementa l-azzjoni tagħhom.

(2)

Skont l-Artikolu 153(1) tat-TFUE, l-Unjoni għandha ssostni u tikkomplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-kundizzjonijet tax-xogħol, l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, u tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

(3)

Skont l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha, inter alia, tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.

(4)

L-Artikolu 174 tat-TFUE jirrikonoxxi li ċerti reġjuni tal-Unjoni jbatu minn żbilanċi demografiċi severi u permanenti li jistgħu jkunu ta’ ħsara għal-livell tagħhom ta’ żvilupp u jeżiġu attenzjoni partikolari biex jinkiseb l-għan ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

(5)

Skont l-Artikolu 25 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-drittijiet tal-anzjani għal ħajja ta’ dinjità u indipendenza u għal parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u kulturali.

(6)

It-tixjiħ huwa mingħajr dubbju sfida għas-soċjetà kollha kemm hi u għall-ġenerazzjonijiet kollha fl-Ewropa, u huwa wkoll fattur relattiv għas-solidarjetà interġenerazzjonali u għall-familja.

(7)

Il-parti tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea magħmula minn persuni b'età li toqrob lejn is-sittin sena u iktar se tiżdied b'rata ħafna aktar mgħaġġla minn qatt qabel. Din hija ħaġa pożittiva ħafna billi hija konsegwenza loġika tat-titjib fil-kura tas-saħħa u fil-kwalità tal-għajxien. Madankollu, minħabba din il-bidla demografika, l-Unjoni qed tiffaċċa numru ta’ sfidi.

(8)

Kunsilli Ewropej suċċessivi rrikonoxxew il-ħtieġa li jittrattaw l-impatt tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fuq il-mudelli soċjali Ewropej. Risposta prinċipali għal din il-bidla f'qasir żmien fl-istruttura tal-etajiet tikkonsisti fil-promozzjoni tal-ħolqien ta’ kultura tat-tixjiħ attiv bħala proċess tul il-ħajja kollha u b'dan il-mod ikun żgurat li l-popolazzjoni li qed tikbar malajr magħmula minn persuni b'età li toqrob lejn is-sittin sena u iktar, li huma, b'mod ġenerali, aktar f'saħħithom u b'livell ta’ edukazzjoni ogħla minn kwalunkwe tali grupp ta’ età ta’ qabilhom, ikollhom opportunitajiet tajbin għal impjieg u parteċipazzjoni attiva fil-ħajja soċjali u tal-familja, anke permezz tax-xogħol volontarju, it-tagħlim tul il-ħajja, l-espressjoni kulturali u l-isport.

(9)

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tqis it-tixjiħ attiv bħala l-proċess li fih isir l-aħjar użu mill-opportunitajiet tas-saħħa, tal-parteċipazzjoni u tas-sigurtà sabiex tittejjeb il-kwalità ta’ ħajjet il-persuni fil-proċess tat-tixjiħ. It-tixjiħ attiv jagħmilha possibbli li n-nies jirrealizzaw il-potenzjal tagħhom għall-benessri fiżiku, soċjali u mentali matul ħajjithom u jipparteċipaw fis-soċjetà, filwaqt li jipprovdilhom protezzjoni, sikurezza u kura adegwati meta jkollhom bżonnhom. Konsegwentement, il-promozzjoni tat-tixjiħ attiv tirrikjedi approċċ ta’ natura multidimensjonali, u appartenenza u appoġġ dewwiem fost il-ġenerazzjonijiet kollha.

(10)

Is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012) għandha tibni fuq il-wirt tas-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) u tas-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza Attiva (2011), u, għalhekk, għandhom ikunu sostnuti s-sinerġiji bejn dawk is-Snin Ewropej u s-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012) (“is-Sena Ewropea”).

(11)

Il-proporzjon dejjem akbar ta’ persuni mdaħħlin fiż-żmien fl-Ewropa u ż-żieda fil-kundizzjonijiet tas-saħħa kroniċi jagħmluha dejjem aktar importanti li jiġi promoss it-tixjiħ f'saħħtu tal-persuni kollha, u partikolarment tal-persuni iktar anzjani, filwaqt li jiġu appoġġati l-vitalità u d-dinjità tagħhom billi, inter alia, ikunu żgurati l-aċċess għal kura tas-saħħa xierqa u ta’ kwalità għolja, kura fit-tul u servizzi soċjali u żvilupp ta’ inizjattivi li jippromwovu l-prevenzjoni tar-riskji għas-saħħa assoċjati mat-tixjiħ. It-tixjiħ f'saħħtu jista' jikkontribwixxi biex tikber il-parteċipazzjoni tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien fis-suq tax-xogħol, biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom bħala individwi u biex jillimitaw il-pressjoni fuq is-sistemi tas-saħħa, tal-kura soċjali u tal-pensjonijiet.

(12)

Il-Kummissjoni preżentat il-fehmiet tagħha dwar l-isfidi demografiċi li qed tiffaċċa l-Unjoni u dwar l-opportunitajiet sabiex dawn jiġu ttrattati fil-komunikazzjonijiet tagħha dwar “Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa – il-bidla ta’ sfida f'opportunità” tat-12 ta’ Ottubru 2006, dwar “Il-promozzjoni tas-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet” tal-10 ta’ Mejju 2007 u dwar “Kif għandna nittrattaw l-impatt tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-UE (Rapport dwar it-Tixjiħ, 2009)” tad-29 ta’ April 2009.

(13)

Id-diversità tal-ġenerazzjonijiet aktar anzjani fl-Ewropa se tkompli tiżdied aktar. Jeħtieġ, għaldaqstant, li jkunu promossi b'mod attiv opportunitajiet ugwali u li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni. Ċittadini attivi minn sfondi differenti għandhom funzjonijiet importanti ta’ tgħaqqid fis-soċjetà, jinkoraġġixxu l-integrazzjoni u jikkontribwixxu għall-ekonomija.

(14)

Fit-22 ta’ Frar 2007 l-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri adottaw Riżoluzzjoni dwar “L-Opportunitajiet u sfidi tal-bidla demografika fl-Ewropa: il-kontribut ta’ persuni aktar avvanzati fl-età għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali”, li enfasizzat kemm il-ħtieġa li jikbru l-possibbiltajiet għall-parteċipazzjoni attiva min-naħa ta’ persuni mdaħħlin fiż-żmien, inkluż f'forma ta’ xogħol volontarju, kif ukoll l-opportunitajiet ekonomiċi ġodda (“l-ekonomija tal-fidda”) iġġenerati mit-talba dejjem tikber min-naħa tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien għal ċerti prodotti u servizzi, kif ukoll l-importanza ta’ idea pubblika pożittiva tal-persuni f'età aktar avvanzata.

(15)

Fit-8 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Konklużjonijiet dwar “Opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel: tixjiħ attiv u dinjituż”, li jirrikonoxxu li fl-Unjoni l-irġiel u n-nisa f'età aktar avvanzata għandhom quddiem wiċċhom sfidi serji filwaqt li jippruvaw jgħixu ħajja attiva u jixjieħu b'dinjità, u jipproponu għadd ta’ miżuri għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni inkluż il-promozzjoni ta’ poltiki ta’ tixjiħ attiv, waqt li jieħdu inkonsiderazzjoni sitwazzjonijiet differenti fil-varji Stati Membri u l-isfidi differenti li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa u l-irġiel.

(16)

Il-Kunsill adotta, fit-30 ta’ Novembru 2009, il-Konklużjonijiet dwar “Tixjiħ f'saħħtu u dinjituż”, fejn stieden lill-Kummissjoni, fost l-oħrajn, “biex tiżviluppa attivitajiet biex tikber il-kuxjenza u biex jiġi promoss it-tixjiħ attiv, inkluża l-possibbiltà ta’ Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet fl-2012”.

(17)

Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” tat-3 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-Unjoni Ewropea li tippromwovi popolazzjoni li tixjieħ b'mod f'saħħitha u attiva fl-interessi tal-koeżjoni soċjali u ta’ produttività ogħla. Fit-23 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni adottat, bħala parti mill-istrateġija tal-Ewropa għall-2020, inizjattiva ewlenija intitolata “Aġenda għal ħiliet ġodda u impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta’ impjiegi”, li taħtha l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jippromwovu politika ta’ tixjiħ attiv. Fis-16 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni adottat ukoll inizjattiva ewlenija dwar “Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali”. Biex jinkisbu dawn l-għanijiet ta’ politika tinħtieġ azzjoni mil-livelli kollha ta’ gvern u bosta partijiet interessati mhux governattivi; dawk l-għanijiet konsegwentement jistgħu jkunu sostnuti, fil-livell tal-Unjoni, bl-attivitajiet tas-Sena Ewropea li mmiraw li jkabbru l-kuxjenza u li jippromwovu l-iskambju ta’ prattika tajba. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaraw li jkunu koordinati l-azzjonijiet nazzjonali u li jkunu konsistenti mal-għanijiet tas-Sena Ewropea. Għandha tkun ippjanata wkoll il-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet u partijiet interessati oħrajn.

(18)

Il-Kunsill adotta, fis-7 ta'Ġunju 2010, il-Konklużjonijiet dwar “It-Tixjiħ Attiv” filwaqt li stieden il-Kummissjoni “biex tkompli tħejji Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv fl-2012, li matulha jistgħu jiġu enfasizzati l-benefiċċji tat-tixjiħ attiv u l-kontribuzzjoni ta’ dan għas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u jiġu pubbliċizzati dawk l-inizjattivi promettenti li jsostnu lit-tixjiħ attiv fil-livelli kollha”.

(19)

Il-Parlament Ewropew adotta, fil-11 ta’ Novembru 2010, Riżoluzzjoni intitolata: “L-isfida demografika u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet”, li ssejjaħ lill-Istati Membri biex jagħmlu t-tixjiħ attiv waħda mill-prijoritajiet għas-snin li ġejjin. Ir-riżoluzzjoni enfasizzat ukoll li s-Sena Ewropea għandha, b'mod partikolari, tenfasizza l-kontribut li l-persuni mdaħħlin fiż-żmien jagħtu lis-soċjetà u tipprovdi l-opportunitajiet biex jitħeġġu s-solidarjetà, il-kooperazzjoni u l-fehim bejn il-ġenerazzjonijiet u biex persuni żgħar u kbar jaħdmu flimkien.

(20)

L-opinjonijiet imfassla mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni enfasizzaw ukoll l-importanza tat-tixjiħ attiv għall-Ewropa billi jenfasizzaw inter alia l-valur tal-kura tas-saħħa transġenerazzjonali.

(21)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar ix-xogħol tal-Istati Membri (3) issejjaħ, taħt il-Linji gwida 7 u 8, lill-Istati Membri sabiex iżidu l-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol permezz ta’ linji politiċi li jippromwovu t-tixjiħ attiv, li jgħollu r-rati tal-impjiegi ta’ ħaddiema ikbar fl-età permezz tal-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-organizzazzjoni tax-xogħol u biex iżidu l-kapaċità għall-impjieg ta’ ħaddiema ikbar fl-età billi dawn jakkwistaw ħiliet ta’ livell ogħla u jieħdu sehem fi skemi ta’ tagħlim tul il-ħajja. Il-linja gwida 10 tenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-sistemi ta’ ħarsien soċjali, it-tagħlim tul il-ħajja u l-linji politiċi dwar l-inklużjoni soċjali bil-għan li jinħolqu opportunitajiet fi stadji differenti tal-ħajja tal-persuna, biex jitħarsu mir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali u biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-soċjetà.

(22)

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, l-ewwel inizjattiva ewlenija Ewropa 2020, adottata fid-19 ta'Mejju 2010, il-Kummissjoni saħqet dwar l-importanza tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi, bit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) għal tixjiħ tajjeb, u b'mod partikolari pproponiet ir-rinfurzar tal-Programm Konġunt Ambient Assisted Living (AAL). L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa rrakkomandat ukoll li tittieħed azzjoni kkoordinata biex jikbru l-kompetenzi diġitali tal-Ewropej kollha, inklużi l-persuni mdaħħlin fiż-żmien, grupp li huwa rrappreżentat iż-żejjed fost dawk il-150 miljun ċittadin, jew madwar 30 % tan-numru totali taċ-ċittadini, li qatt ma użaw l-internet. Il-faċilitazzjoni tal-aċċess u l-għoti ta’ taħriġ fl-użu ta’ teknoloġiji ġodda jtejbu iktar l-opportunitajiet għall-persuni akbar fl-età.

(23)

Fil-kuntest tal-istrateġija ta’ Ewropa 2020, il-Kummissjoni pproponiet t-tnedija ta’ Sħubija għal Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu fi ħdan il-qafas tal-inizjattiva ewlenija “Unjoni tal-Innovazzjoni”. Is-Sħubija għal Innovazjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u f'Saħħtu tfittex ukoll biex tiffaċilita ħajja indipendenti u b'saħħa tajba għal tul ta’ żmien itwal għaċ-ċittadini kif ukoll żieda b'żewġ snin f'saħħithom sal-2020.

(24)

Il-Kummissjoni qed timplimenta l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabbiltà 2010–2020 li, minħabba r-rabta frekewenti li hemm bejn id-diżabbiltà u t-tixjiħ, tinkludi azzjonijiet rilevanti għal nies imdaħħlin fiż-żmien. B'mod partikolari huma rilevanti azzjonijiet dwar l-aċċessibbiltà li jsegwu approċċi tat-tip “Design for all”. L-azzjonijiet li jappoġġaw ħajja indipendenti u inklużjoni fil-komunità huma rilevanti, inklużi dawk diretti lejn persuni mdaħħla fiż-żmien li għandhom diżabbiltajiet li għandhom bżonn ta’ livell għoli ta’ appoġġ, li għandhom bżonnijiet kumplessi u li huma partikolarment vulnerabbli u suxxettibbli għall-esklużjoni soċjali. Barra minn dan, l-Unjoni u l-Istati Membri kollha ffirmaw il-Konvenzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà li tinkludi, inter alia, dispożizzjonijiet li huma rilevanti għall-persuni mdaħħlin fiż-żmien.

(25)

Il-Jum Ewropew għas-Solidarjetà Interġenerazzjonali jiġi ċċelebrat kull sena fid-29 ta’ April. Kull sena, din il-ġurnata tipprovdi opportunità tajba għall-Unjoni biex iġġedded l-impenn tagħha għat-tisħiħ tas-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet sabiex tiġi promossa soċjetà ġusta u sostenibbli.

(26)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju li għandu jikkostitwixxi r-referenza primarja għall-awtorità baġitarja fi ħdan it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (4).

(27)

It-tixjiħ attiv ukoll jinsab fil-mira ta’ bosta fondi, programmi u pjanijiet ta’ azzjoni tal-Unjoni bħall-Fond Soċjali Ewropew (5), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (6), il-Programm Progress (7), il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (8) u, b'mod partikolari, il-Programm Grundtvig tiegħu, il-Programm tas-Saħħa (9), il-programmi speċifiċi dwar l-ICTs u dwar ix-xjenzi soċjoekonomiċi u x-xjenzi umanistiċi fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp (10), il-Pjan ta’ Azzjoni dwar “It-tixjiħ tajjeb fis-soċjetà tal-informatika”, il-Programm Konġunt AAL (11), il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (12) bi proġetti esperimentali prattiċi dwar l-ICT għat-Tixjiħ Tajjeb, l-Azzjoni Preparatorja Calypso dwar it-Turiżmu Soċjali u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-mobbiltà urbana.

(28)

Sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ta’ sensiela diversifikata ta’ organizzazzjonijiet, għandhom ikunu faċilitati, kemm jista' jkun, avvenimenti u operazzjonijiet fuq skala iżgħar matul is-Sena Ewropea.

(29)

Il-parteċipazzjoni ta’ netwerks rilevanti fil-livell tal-Unjoni fis-Sena Ewropea għandha titħeġġeġ u tiġi appoġġata b'riżorsi adegwati.

(30)

Ladarba l-għanijiet tas-Sena Ewropea ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba l-bżonn ta’ skambju transnazzjonali ta’ informazzjoni u d-disseminazzjoni madwar l-Unjoni kollha ta’ prattika tajba, u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mall-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Is-sena 2012 għandha tiġi indikata bħala s-“Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet” (“is-Sena Ewropea”). Din għandha tippromwovi l-vitalità u d-dinjità ta’ kulħadd.

Artikolu 2

Għanijiet

L-għan ġenerali tas-Sena Ewropea għandu jkun li l-faċilitazzjoni tal-ħolqien ta’ kultura ta’ tixjiħ attiv fl-Ewropa fuq il-bażi ta’ soċjetà għall-etajiet kollha. F'dan il-qafas, is-Sena Ewropea għandha sservi ta’ inkoraġġiment u ta’ sostenn għall-isforzi tal-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili u l-komunità tan-negozjanti, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, biex jiġi promoss it-tixjiħ attiv u biex isir iktar biex ikun mobilizzat il-potenzjal tal-popolazzjoni ta’ dawk b'età li toqrob lejn is-sittin sena u iktar. B'dan, din se ssaħħaħ is-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet, b'kont meħud tad-diversità u tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-promozzjoni tat-tixjiħ attiv tfisser li jinħolqu opportunitajiet aħjar biex b'hekk nisa u rġiel ikbar fl-età jkunu jistgħu jagħtu sehemhom fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jkun kumbattut il-faqar, partikolarment fost in-nisa, u l-esklużjoni soċjali, li jitħeġġeġ il-volontarjat u l-parteċipazzjoni attiva fil-ħajja tal-familja u fis-soċjetà, u jiġi inkoraġġit it-tixjiħ f'saħħtu b'dinjità. Dan jinvolvi, inter alia, l-adattament tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, il-ġlieda kontra l-isterjotipi negattivi dwar l-età u d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età, it-titjib tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-adattament tas-sistemi ta’ tagħlim tul il-ħajja għall-ħtiġijiet ta’ forza tax-xogħol li qed tixjiħ u jkun żgurat li s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali jkunu adegwati u jipprovdu l-inċentivi adatti.

Fuq il-bażi tal-ewwel paragrafu, l-għanijiet tas-Sena Ewropea għandhom ikunu:

(a)

li titqajjem kuxjenza ġenerali dwar il-valur tat-tixjiħ attiv u d-diversi dimensjonijiet tiegħu u li jkun żgurat li dan jingħata pożizzjoni prominenti fuq l-aġendi politiċi tal-partijiet interessati fil-livelli kollha sabiex ikun enfasizzat il-kontribut utli li jagħmlu l-persuni mdaħħlin fiż-żmien lis-soċjetà u lill-ekonomija, jiżdied l-apprezzament tiegħu, jiġi promoss it-tixjiħ attiv, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-vitalità u d-dinjità tal-persuni kollha, u jsir aktar biex ikun mobilizzat il-potenzjal tal-persuni mdaħħlin fiż-żmien, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, u jkun possibbli għalihom li jkollhom ħajja indipendenti;

(b)

li jiġi stimulat dibattitu, isir skambju ta’ informazzjoni u jiġi żviluppat tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati fil-livelli kollha sabiex jiġu promossi l-linji politiċi dwar it-tixjiħ attiv, tiġi identifikata u mifruxa prattika tajba u jkunu inkoraġġiti l-koperazzjoni u s-sinerġiji;

(с)

li jiġi offrut qafas għall-impenn u għall-azzjoni konkreta li jippermetti lill-Unjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati fil-livelli kollha, bl-involviment qawwi tas-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u n-negozji u b'enfasi partikolari fuq il-promozzjoni tal-istrateġiji ta’ informazzjoni, jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi, linji politiċi u strateġiji għal terminu ta’ żmien twil, inklużi strateġiji komprensivi ta’ ġestjoni tal-età relatati mal-impjieg u x-xogħol, permezz ta’ attivitajiet speċifiċi u li jiġu segwiti l-għanijiet speċifiċi relatati mat-tixjiħ attiv u s-solidarjetà interġenerazzjonali;

(d)

li jiġu promossi attivitajiet li jgħinu biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età, jingħelbu l-istereotipi relatati mal-età u jitneħħew l-ostakli, b'mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità għall-impjieg.

Artikolu 3

Il-kontenut tal-miżuri

1.   Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jinkisbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu l-attivitajiet li ġejjin fil-livell tal-Unjoni, fil-livell nazzjonali, fil-livell reġjonali jew lokali:

(a)

konferenzi, avvenimenti u inizjattivi, bil-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet interessati rilevanti kollha li jippromwovu d-dibattitu, sabiex iqajmu kuxjenza u jinkoraġġixxu l-impenn lejn għanijiet speċifiċi li jikkontribwixxu għal impatti sostenibbli u dewwiema;

(b)

informazzjoni, promozzjoni u kampanji promozzjonali bl-użu tal-multimedia;

(с)

skambju ta’ informazzjoni, esperjenza u prattika tajba permezz, inter alia, tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni u ta’ netwerks ta’ partijiet interessati li jaħdmu biex jiksbu l-għanijiet tas-Sena Ewropea;

(d)

riċerka u stħarriġ fuq l-iskala tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali, u t-tixrid tar-riżultati, li jiffokaw fuq l-impatt ekonomiku u soċjali tal-politika tat-tixjiħ attiv u dawk favur it-tixjiħ attiv.

2.   Fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tingħata attenzjoni lill-involviment tal-ġenerazzjonijiet kollha fix-xogħol lejn l-għanijiet tas-Sena Ewropea, b'mod partikolari billi jitfittex li jiġi żviluppat approċċ inklużiv u billi titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-persuni li qed jixjieħu u ta’ min hu aktar żagħżugħ f'inizjattivi komuni.

3.   Il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw attivitajiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea u jistgħu jippermettu li l-isem tas-Sena Ewropea jintuża fil-promozzjoni ta’ dawk l-attivitajiet sakemm dawn ikunu jikkontribwixxu biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

4.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iqisu l-integrazzjoni sistematika tal-ġeneri fl-attivitajiet kollha tagħhom f'konnessjoni mal-organizzazzjoni tas-Sena Ewropea.

5.   Il-Kummissjoni għandha tqis il-potenzjal ta’ attivitajiet transkonfinarji li jsiru fil-livell reġjonali jew lokali biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

6.   Għandhom isiru sforzi biex jiġi żgurat li l-attivitajiet kollha tas-Sena Ewropea li huma indirizzati lill-pubbliku akbar ikunu aċċessibbli faċilment għal kulħadd, inklużi persuni b'diżabbiltajiet.

Artikolu 4

Il-koordinazzjoni mal-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar koordinatur nazzjonali responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sehem tiegħu fis-Sena Ewropea u għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dik il-ħatra.

2.   Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jaraw ukoll li l-attivitajiet nazzjonali tas-Sena Ewropea jkunu kkoordinati tajjeb u jistgħu wkoll jippromwovu u jiffaċilitaw attivitajiet lokali u reġjonali f'dan il-kuntest. Il-koordinaturi nazzjonali għandhom jippromwovu wkoll l-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kollha inkluża s-soċjetà ċivili, fl-attivitajiet tas-Sena Ewropea.

3.   Sal-25 ta’ Novembru 2011, l-Istati Membri huma mistiedna jinformaw lill-Kummissjoni bil-programm ta’ ħidma tagħhom, li għandu jinkludi d-dettalji dwar l-attivitajiet nazzjonali ppjanati taħt is-Sena Ewropea.

Artikolu 5

Il-pajjiżi parteċipanti

Il-parteċipazzjoni fis-Sena Ewropea għandha tkun miftuħa għal:

(a)

l-Istati Membri;

(b)

il-pajjiżi kandidati;

(с)

il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, u

(d)

l-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles li huma Partijiet għall-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Artikolu 6

Il-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta s-Sena Ewropea fil-livell tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħat tal-koordinaturi nazzjonali sabiex ikun hemm il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tas-Sena Ewropea fil-livell tal-Unjoni kif ukoll skambju tal-informazzjoni u konoxxenza, anke dwar impenji possibbli u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tappoġġa l-attivitajiet tas-Sena Ewropea fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, anke billi tipproponi, fejn xieraq, toroq u għodod ġodda biex jinkisbu l-għanijiet tas-Sena Ewropea u l-evalwazzjoni tagħhom.

4.   Il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tas-Sena Ewropea fil-livell tal-Unjoni għandha wkoll tkun kwistjoni li jieħdu ħsiebha l-kumitati ta’ politika u l-gruppi konsultattivi eżistenti.

5.   Il-Kummissjoni għandha wkoll issejjaħ laqgħat tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet jew korpi Ewropej li jaħdmu fil-qasam tat-tixjiħ attiv biex jgħinu fl-organizzazzjoni tas-Sena Ewropea.

6.   It-tema tas-Sena Ewropea għandha ssir prijorità mill-Kummissjoni fl-attivitjiet tal-komunikazzjoni tar-rappreżentanzi tagħha fl-Istati Membri u min-netwerks ewlenin li huma rilevanti fil-livell tal-Unjoni u li jirċievu appoġġ mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-ispejjeż kurrenti tagħhom, fil-programmi ta’ ħidma tagħhom.

7.   Il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni se jkunu assoċjati fl-attivitajiet tas-Sena Ewropea.

Artikolu 7

L-appoġġ finanzjarju u mhux finanzjarju

1.   L-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), li jsiru fil-livell tal-Unjoni, jistgħu jwasslu għal kuntratt ta’ akkwist pubbliku ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.   Fejn ikun il-każ, il-programmi u l-linji politiċi f'oqsma li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tat-tixjiħ attiv, bħall-impjiegi, l-affarijiet soċjali u opportunitajiet indaqs, l-edukazzjoni u l-kultura, is-saħħa, ir-riċerka, is-soċjetà tal-informatika, il-politika reġjonali u dik tat-trasport, jistgħu jappoġġaw lis-Sena Ewropea skont ir-regoli applikabbli u fi ħdan il-possibbiltajiet eżistenti tagħhom għall-istabbiliment tal-prijoritajiet.

3.   Appoġġ mhux finanzjarju jista' jingħata mill-Unjoni għal attivitajiet li jsiru minn organizzazzjonijiet pubbliċi u privati skont l-Artikolu 3(3).

Artikolu 8

Il-baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni ta’ din id-Deċiżjoni, b’ mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2012, għandu jkun ta’ EUR 5 000 000.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 9

Il-konsistenza

Il-Kummissjoni — flimkien mal-Istati Membri — għandha tiżgura li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jkunu konsistenti ma’ kull skema jew inizjattiva tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali li tgħin biex jinkisbu l-għanijiet tas-Sena Ewropea.

Artikolu 10

Il-kooperazzjoni internazzjonali

Għall-finijiet tas-Sena Ewropea, il-Kummissjoni tista' tikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa, filwaqt li tiżgura l-viżibbiltà tal-isforzi tal-Unjoni fil-promozzjoni tat-tixjiħ attiv.

Artikolu 11

L-evalwazzjoni

1.   Sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li jinkludi l-valutazzjoni kumplessiva tal-azzjonijiet previsti minn din id-Deċiżjoni b’ dettalji dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati sabiex dan iservi ta’ bażi għal linji politiċi, miżuri u azzjonijiet futuri tal-Unjoni f'dan il-qasam.

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar kif l-ugwaljanza bejn is-sessi ġiet integrata fl-attivitajiet tas-Sena Ewropa u kif ġiet żgurata l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltajiet għal dawk l-attivitajiet.

3.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jenfasizza wkoll kif is-Sena Ewropea pproduċiet effetti dewwiema għall-promozzjoni tat-tixjiħ attiv fl-Unjoni kollha.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Settembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 51, 17.2.2011, p.55.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2011 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2011

(3)  ĠU L 308, 24.11.2010, p.46.

(4)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(5)  Regolament (KE) NRU 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12).

(6)  Regolament (KE) NRU 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1).

(7)  Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali — Progress (ĠU L 315, 15.11.2006, p. 1).

(8)  Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45).

(9)  Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarju fil-qasam tas-saħħa (2008–2013) (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3).

(10)  Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007–2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).

(11)  Deċiżjoni Nru 742/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta’ riċerka u żvilupp mibdi minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni mdaħħlin fiż-żmien permezz ta’ l-użu ta’ Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni Ġodda (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 49).

(12)  Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007–2013) (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 941/2011

tat-22 ta’ Settembru 2011

li jimplimenta l-Artikolu 16(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011.

(2)

B’segwitu għall-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2009 (2011) fis-16 ta’ Settembru 2011 u f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/625/PESK tat-22 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (2), il-listi ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi mniżżlin fl-Annessi II u III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandhom jiġu emendati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entrati għall-entitajiet imiżżlin fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-listi inmiżżlin fl-Assessi II u III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.

(2)  ĠU L Ara l-paġna 30 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

Entrata mħassra mil-lista mniżżla fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 204/2011

5.

Libyan National Oil Corporation

Entrata mħassra mil-lista mniżżla fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011

29.

Zuietina Oil Company (magħrufa wkoll bħala ZOC; magħrufa wkoll bħala Zueitina)


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 942/2011

tat-22 ta’ Settembru 2011

dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva flufenoxuron, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet stabbilita l-kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (3). Il-Flufenoxuron hija sustanza attiva li għaliha l-kompletezza ġiet stabbilita skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u (KE) Nru 1490/2002 (5) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu l-listi tas-sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dawn il-listi kienu jinkludu l-flufenoxuron.

(3)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007 tal-20 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6), in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1095/2007. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (7) ġiet adottata għan-noninklużjoni tal-flufenoxuron.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn issa 'l quddiem “l-applikant”) bagħat applikazzjoni ġdida bit-talba li tiġi applikata l-proċedura aċċellerata, kif stipulat fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

L-applikazzjoni ntbagħtet lil Franza, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(6)

Franza vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Bagħat dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità") u lill-Kummissjoni fit-8 ta' Marzu 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-flufenoxuron lill-Kummissjoni fit-23 ta' Frar 2011 (8). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fil-15 ta' Lulju 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-flufenoxuron.

(7)

Matul il-valutazzjoni ta' din is-sustanza attiva, ġew identifikati xi punti ta’ tħassib. Dawn kienu, b’mod partikolari, kif ġej. Il-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi ma setgħetx titlesta minħabba li l-esponiment tal-konsumaturi ma setax jiġi stmat b'mod affidabbli, partikolarment fejn jikkonċerna d-daqs u r-rilevanza tossikoloġika ta' metaboliti differenti. Barra minn hekk, il-flufenoxuron għandu potenzjal kbir ta' bijoakkumulazzjoni fil-katina alimentari. Ġie identifikat ukoll riskju għoli għall-organiżmi akkwatiċi.

(8)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni. L-applikant ressaq l-osservazzjonijiet tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(9)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, ma setax jitwarrab għal kollox it-tħassib imsemmi fil-premessa 7. Għaldaqstant, ma ġiex ippruvat li wieħed jista’ jistenna li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flufenoxuron jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

Il-flufenoxuron għalhekk ma għandux jiġi approvat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(11)

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flufenoxuron, fejn l-Istati Membri jagħtu xi moratorja skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din il-moratorja għandha tiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 kif stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/934/KE.

(12)

Dan ir-Regolament ma jmurx kontra s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall- flufenoxuron skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(13)

Fl-interess taċ-ċarezza, l-annotazzjoni għall-flufenoxuron fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

(14)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva flufenoxuron mhijiex approvata.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flufenoxuron jiġu revokati sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 3

Moratorja

Kull moratorja mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 4

Emendi fid-Deċiżjoni 2008/934/KE

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE, l-annotazzjoni għall-"flufenoxuron" għandha titħassar.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ u d-data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(5)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(6)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19.

(7)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva flufenoxuron. EFSA Journal 2011; 9(3):2088. [72 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.2088. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/16


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 943/2011

tat-22 ta’ Settembru 2011

dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva propargit, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) għandha tapplika, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom tkun ġiet stabbilita l-kompletezza skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (3). Il-propargit hija sustanza attiva li l-kompletezza tagħha ġiet stabbilita skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (4) u (KE) Nru 1490/2002 (5) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu listi ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dawn il-listi kienu jinkludu l-propargit.

(3)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007 tal-20 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (6), in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1095/2007. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta' Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (7) kienet adottata għan-noninklużjoni tal-propargit.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn issa ‘l quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida bit-talba li tiġi applikata l-proċedura aċċellerata, kif stipulat fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

L-applikazzjoni tressqet mill-Italja li wettqet evalwazzjoni bi qbil ma' Franza li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-utilizzazzjonijiet indikati huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(6)

L-Italja evalwat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Hi bagħtet dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-4 ta' Marzu 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-propargit lill-Kummissjoni fit-23 ta' Frar 2011 (8). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fil-15 ta' Lulju 2011 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-propargit.

(7)

Matul l-evalwazzjoni ta' din is-sustanza attiva, ġew identifikati xi punti ta’ tħassib. Dawn kienu, b’mod partikolari, kif ġej. Ma kienx possibbli li jsiru valutazzjonijiet tar-riskju affidabbli għall-konsumaturi, l-operaturi, il-ħaddiema u dawk li jkunu esposti għall-prodott. Barra minn hekk, ma kienx possibbli li l-valutazzjoni tar-riskju ekotossikoloġika tiġi finalizzata. B'mod partikolari, ġie identifikati riskju għoli għall-mammiferi fuq il-medda twila ta' żmien, riskju ta' avvelenament sekondarju għall-għasafar u riskju għoli għall-organiżmi akkwatiċi.

(8)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq kummenti dwar l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(9)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, ma setax jitwarrab għal kollox it-tħassib imsemmi fil-premessa 7. Konsegwentament, ma ġiex ippruvat li wieħed jista’ jistenna li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-propargit jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

Għaldaqstant, il-propargit ma għandux jiġi approvat skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(11)

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-propargit, fejn l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' konċessjoni skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 kif stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/934/KE.

(12)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-propargit skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(13)

Fl-interess taċ-ċarezza, l-entrata għall-propargit fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

(14)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva propargit mhijiex approvata.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-propargit jiġu revokati sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 3

Perjodu ta' konċessjoni

Kull perjodu ta' konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 4

Emendi għad-Deċiżjoni 2008/934/KE

Fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE, l-entrata għall-"propargit" hija mħassra.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ u d-data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(4)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(5)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(6)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19.

(7)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(8)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance propargite. EFSA Journal 2011; 9(3):2087. [71 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2011.2087. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 944/2011

tat-22 ta’ Settembru 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

EC

25,3

MK

53,6

XS

31,8

ZZ

36,9

0707 00 05

MK

20,0

TR

106,2

ZZ

63,1

0709 90 70

TR

130,5

ZZ

130,5

0805 50 10

AR

65,9

CL

79,9

TR

74,0

UY

62,5

ZA

76,8

ZZ

71,8

0806 10 10

CL

75,1

EG

116,3

IL

136,9

MK

85,4

TR

110,9

US

271,3

ZA

62,4

ZZ

122,6

0808 10 80

BZ

86,4

CL

148,5

CN

82,6

NZ

116,8

US

123,7

ZA

124,0

ZZ

113,7

0808 20 50

AR

47,4

CN

78,7

TR

114,2

ZA

61,3

ZZ

75,4

0809 30

TR

145,2

ZZ

145,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 945/2011

tat-22 ta’ Settembru 2011

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-Taqsima XV tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fis-suq tal-Unjoni, jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti rifużjonijiet għall-esportazzjoni skont ir-regoli u l-kriterji stipulati fl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 168 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-ammont tar-rifużjoni jista' jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE.

(4)

Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal-21 ta' Novembru 2007 li jistabilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni għal ċertu qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini (5) jipprovdi għal tnaqqis fir-refużjoni speċjali jekk il-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni ikun inqas minn 95 % tal-kwantità totali f'piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mhux inqas minn 85 % tal-istess kwantità.

(6)

Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 614/2011 (6). Peress li għandhom jiġu stabbiliti rifużjonijiet ġodda, ir-Regolament għandu għaldaqstant ikun imħassar.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni kif provduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u l-ammonti speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, għandhom jiġu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka tas-sanità stipulati fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata ta' rifużjoni fuq prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi ta' prodotti 0201 30 00 9100 titnaqqas b'3,5 EUR/100 kg.

Artikolu 3

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 614/2011 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(5)  ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.

(6)  ĠU L 164, 24.6.2011, p. 8.


ANNESS

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mit-23 ta’ Settembru 2011

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0102 10 10 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

12,9

0102 10 30 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

12,9

0201 10 00 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

18,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,8

0201 10 00 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

24,4

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

14,4

0201 20 20 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

24,4

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

14,4

0201 20 30 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

18,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,8

0201 20 50 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

30,5

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

17,9

0201 20 50 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

18,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,8

0201 30 00 9050

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,3

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,3

0201 30 00 9060  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

11,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,8

0201 30 00 9100  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

42,4

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

24,9

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

51,7

0201 30 00 9120  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

25,4

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

15,0

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

31,0

0202 10 00 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

2,7

0202 20 30 9000

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

2,7

0202 20 50 9900

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

2,7

0202 20 90 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

8,1

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

2,7

0202 30 90 9100

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,3

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,3

0202 30 90 9200  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

11,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

3,8

1602 50 31 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

11,6

1602 50 31 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,3

1602 50 95 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

11,6

1602 50 95 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

10,3

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

B00

:

Id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħrajn, provvisti u destinazzjonijiet meqjusa bħala post ta’ esportazzjoni barra mill-Unjoni).

B02

:

B04 u destinazzjoni EG .

B03

:

L-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo (), il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ħażniet u provvisti (id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 33 u 42, u, fejn japplika, fl-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1)).

B04

:

It-Turkija, l-Ukraina, il-Belarus, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakstan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Ġordan, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea-Bissaw, il-Ginea, is-Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Ginea Ekwatorjali, Sao Tomè u Prinċipe, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (ir-Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Santa Liena u d-dipendenzi tagħha, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanja, is-Seychelles u d-dipendenzi tagħhom, It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawrizju, il-Komoros, Mayotte, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika t’Isfel, il-Lesoto.


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).

(2)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21) u, jekk japplika, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p 7).

(3)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006, p. 7).

(4)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 (ĠU L 281, 24.10.2008, p. 3).

(5)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).

(6)  Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).

It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 946/2011

tat-22 ta’ Settembru 2011

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fl-Unjoni tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162, 163, 164, 167 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom fuqhom il-marka tal-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3).

(5)

Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2011 (4). Minħabba li għandhom jiġu stabbiliti rifużjonijiet ġodda, dak ir-Regolament għandu għaldaqstant jitħassar.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodifaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2011 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 164, 24.6.2011, p. 12.


ANNESS

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur applikabbli mit-23 ta’ Settembru 2011

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità ta’ kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0105 11 11 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 19 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 91 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 11 99 9000

A02

EUR/100 pcs

0,24

0105 12 00 9000

A02

EUR/100 pcs

0,47

0105 19 20 9000

A02

EUR/100 pcs

0,47

0207 12 10 9900

V03

EUR/100 kg

32,50

0207 12 90 9190

V03

EUR/100 kg

32,50

0207 12 90 9990

V03

EUR/100 kg

32,50

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

V03 : A24 , l-Angola, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, Oman, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan, il-Jemen, il-Libanu, l-Iraq, l-Iran.


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 947/2011

tat-22 ta’ Settembru 2011

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tal-22 ta’ Settembru 2011 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

120,6

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

136,6

0

BR

132,4

0

AR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

226,2

22

BR

258,8

12

AR

341,2

0

CL

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

342,3

0

BR

419,2

0

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

303,9

2

AR

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

319,9

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

278,7

5

BR

377,0

0

CL

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

495,0

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 948/2011

tat-22 ta’ Settembru 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 933/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 242, 20.9.2011, p. 6.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-23 ta’ Settembru 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

47,27

0,00

1701 11 90  (1)

47,27

0,72

1701 12 10  (1)

47,27

0,00

1701 12 90  (1)

47,27

0,43

1701 91 00  (2)

48,57

2,90

1701 99 10  (2)

48,57

0,00

1701 99 90  (2)

48,57

0,00

1702 90 95  (3)

0,49

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/625/PESK

tat-22 ta’ Settembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit- 28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), li timplimenta r-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti (UNSCR).

(2)

Fit-23 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/178/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK (2) u timplimenta l-UNSCR 1973 (2011).

(3)

Fis-16 ta’ Settembru 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 2009 (2011) li emendat, fost l-oħrajn, il-miżuri restrittivi imposti mill-UNSCR 1970 (2011) u l-UNSCR 1973 (2011).

(4)

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi emendata skont il-każ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċizjoni 2011/137/PESK hi b’dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, huwa miżjud il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Artikolu 1 m’għandux japplika għall-forniment, bejgħ jew trasferiment ta’:

(a)

armi u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż assistenza teknika, taħriġ, assistenza finanzjarja u assistenza oħra, maħsuba biss għall-assistenza ta’ sigurtà jew ta’ diżarm lill-awtoritajiet Libjani;

(b)

armi żgħar, armamenti ħfief u materjal relatat, esportati temporanjament għal-Libja għall-użu esklussiv tal-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u tal-iżvilupp u persunal assoċjat,

notifikati lill-Kumitat bil-quddiem u fl-assenza ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħames ġranet ta’ xogħol minn tali notifika.”;

(2)

L-Artikolu 4a(1) huwa mħassar;

(3)

fl-Artikolu 6:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

(a)

Bank Ċentrali tal-Libja;

(b)

Bank Barrani Libjan;

(c)

Awtorità tal-Investiment Libjan; u

(d)

Portafoll ta’ Investiment Libja Afrika,

li huma ffriżati mis-16 ta’ Settembru 2011 għandhom jibqgħu ffriżati.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4b   Rigward l-entitajiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1a, jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għall-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi dment li:

(a)

L-Istat Membru kkonċernat ikun ippreżenta notifika lill-Kumitat dwar l-intenzjoni tiegħu li jawtorizza l-aċċess għall-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra, jew ir-riżorsi ekonomiċi, għal waħda jew aktar mill-finijiet segwenti u fl-assenza ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħames ġranet ta’ xogħol ta’ tali notifika:

(i)

ħtiġijiet umanitarji;

(ii)

karburant, elettriku u ilma strettament għall-użu ċivili;

(iii)

il-bidu mill-ġdid tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-idrokarburi tal-Libja;

(iv)

l-istabbiliment, it-tħaddim, jew it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-gvern ċivili u l-infrastruttura pubblika ċivili; jew

(v)

l-iffaċilitar tat-tkomplija tal-operazzjonijiet tas-settur bankarju, inkluż l-appoġġ għal jew l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali mal-Libja;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat li dawk il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra jew ir-riżorsi ekonomiċi mhumiex ser ikunu disponibbli lil jew għall-benefiċċju tal-persuni imsemmija fil-paragrafu 1;

(c)

l-Istat Membru kkonċernat ikun ikkonsulta minn qabel mal-awtoritajiet Libjani dwar l-użu ta’ tali fondi, assi finanzjarji oħra, jew riżorsi ekonomiċi; u

(d)

l-Istat Membru kkonċernat ikun ikkondivida mal-awtoritajiet Libjani n-notifika ppreżentata skont dan il-paragrafu u l-awtoritajeit Libjani ma jkunux oġġezzjonaw fi żmien ħames ġranet ta’ xogħol għar-rilaxx ta’ tali fondi, assi finanzjarji oħra, jew riżorsi ekonomiċi.”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a   Il-paragrafu 1a m’għandux jipprevjeni lil entità indikata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li tkun daħlet għalih qabel ma tali entità ma tkun ġiet indikata fil-lista skont id-Deċiżjoni, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jkunx riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 u 1a u wara notifika mill-Istat Membru rilevanti lill-Kumitat dwar l-intenzjoni li jsiru jew jiġu riċevuti tali ħlasijiet jew biex tiġi awtorizzata t-tneħħija tal-iffriżar tal-fondi jew -assi finanzjarji oħrajn jew ir-riżorsi ekonomiċi għal dan il-għan, 10 ġranet ta’ xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.”.

Artikolu 2

L-entrati għall-entitajiet imniżżlin fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-listi li jinsabu fl-Annessi III u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

(2)  ĠU L 78, 24.3.2011, p. 24.


ANNESS

ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

Entrati imħassra mil-lista imniżżla fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK:

1.

Bank Ċentrali tal-Libja

2.

Awtorità tal-Investiment Libjan

3.

Bank Barrani Libjan

4.

Portafoll ta’ Investiment Libja Afrika

5.

Korporazzjoni taż-Żejt Nazzjonali Libjana

Entrati imħassra mil-lista imniżżla fl-Anness IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK:

Zuietina Oil Company.


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Settembru 2011

li tagħti deroga għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 762/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri tal-istatistika dwar l-akkwakultura fir-rigward tar-Repubblika Ċeka, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Repubblika tal-Awstrija

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6533)

(It-testi biċ-Ċek, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

(2011/626/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 762/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri tal-istatistika dwar l-akkwakultura u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 762/2008, fejn l-inklużjoni fl-istatistika ta’ settur partikolari tal-attivitajiet tal-akkwakultura tikkawża diffikultajiet mhux proporzjonati mal-importanza ta’ dak is-settur, il-Kummissjoni tista’ tippermetti lil Stat Membru li jeskludi dejta li tkopri dak is-settur mid-dejta nazzjonali mressqa jew li juża metodi ta’ stima li jintużaw biex tiġi pprovduta dejta għal aktar minn 10 % tal-produzzjoni totali.

(2)

Saru talbiet mir-Repubblika Ċeka, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Repubblika tal-Awstrija biex jiksbu derogi.

(3)

L-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika Ċeka, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Repubblika tal-Awstrija tiġġustifika li għandhom jingħataw dawk id-derogi.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Statistika Agrikola, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jikkomplementaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/76/UE tad-9 ta’ Frar 2010 dwar perjodu tranżitorju għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 762/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni mill-Istati Membri tal-istatistika dwar l-akkwakultura għal dak li jikkonċerna r-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovenja (3).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-Repubblika Ċeka tista’ tippreżenta, għall-valur tal-produzzjoni ta’ kull speċi minbarra s-Cyprinus carpio (Karpjun Komuni), dejta stmata biss, għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2012.

2.   Din id-deroga qed tingħata għas-snin ta’ referenza 2009-2011.

Artikolu 2

1.   Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu qed jingħata deroga mill-obbligu tiegħu li jippreżenta l-istatistika dwar is-settur kollu tal-akkwakultura għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2012.

2.   Din id-deroga qed tingħata għas-snin ta’ referenza 2008-2011.

Artikolu 3

1.   Ir-Repubblika tal-Awstrija tista’ tibgħat, għall-valur tal-produzzjoni ta’ kull speċi u għall-produzzjoni ta’ kull speċi fis-settur tal-imfaqas u tal-għadajjar għat-trobbija tal-ħut, dejta stmata biss, għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2012.

2.   Din id-deroga qed tingħata għas-sena ta’ referenza 2011.

Artikolu 4

1.   Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu u lir-Repubblika tal-Awstrija u għandha tiġi nnotifikata lilhom.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva meta ssir it-tali notifika.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1.

(3)  ĠU L 37, 10.2.2010, p. 70.


Rettifika

23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/34


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2011 tal-10 ta’ Marzu 2011 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 83, tat-30 ta' Marzu 2011 )

F’paġna 51, fl-Anness VI, (1)(a)(i):

minflok:

“Fil-Klassi ta’ Periklu sensitizzazzjoni Respiratorja/tal-ġilda, il-Kodiċi ta’ Kategorija “Resp. Sens. 1” hu sostitwit b’ “Resp. Sens. 1, 1 A, 1B” u l-Kodiċi ta’ Kategorija “Sens. tal-ġilda 1” huwa sostitwit b’ “Sens. tal-Ġilda 1, 1 A, 1B” ”,

aqra:

“Fil-Klassi ta' Periklu sensitizzazzjoni Respiratorja/tal-ġilda, il-Kodiċi ta' Kategorija “Resp. Sens. 1” hu sostitwit b' “Resp. Sens. 1, 1A, 1B” u l-Kodiċi ta' Kategorija “Skin Sens. 1” huwa sostitwit bi “Skin Sens. 1, 1A, 1B” ”.

F’paġna 51, fl-Anness VI, (1)(a)(ii):

minflok:

“Fil-Klassi ta’ Periklu li Hu ta’ periklu għas-saff tal-ożonu, il-Kodiċi ta’ Kategorija “Ożonu” hu sostitwit b’ “Ożonu 1” ”,

aqra:

“Fil-Klassi ta' Periklu li Hu ta' periklu għas-saff tal-ożonu, il-Kodiċi ta' Kategorija “Ozone” hu sostitwit b' “Ozone 1” ”.