ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.192.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 192

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
22 ta' Lulju 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej ( 1 )

1

 

*

Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE ( 1 )

17

 

*

Regolament (UE) Nru 693/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar

33

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/432/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2011 dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja

39

Konvenzjoni dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja

51

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/1


REGOLAMENT (UE) Nru 691/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Lulju 2011

dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi fost l-oħrajn li l-Unjoni “għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa mibni fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta’ impjieg u progress soċjali, u livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-ambjent”.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju (2) kkonfermat li hija essenzjali informazzjoni tajba dwar l-istat tal-ambjent u dwar ix-xejriet, il-pressjonijiet u l-motivazzjonijiet ewlenija għat-tibdil ambjentali għall-iżvilupp ta’ politika effettiva, għall-implimentazzjoni tagħha, u b’mod aktar ġenerali għall-għoti ta’ setgħat liċ-ċittadini. Għandhom jiġu żviluppati strumenti bl-għan li tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-effetti ambjentali tal-attività ekonomika.

(3)

Approċċ xjentifikament tajjeb għall-kejl tal-iskarsezza tar-riżorsi, fil-ġejjieni, ser ikun kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni Nru 1578/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar il-Programm Statistiku Komunitarju 2008 sal-2012 (3) tirreferi b’mod ċar għall-ħtieġa ta’ statistika u kontijiet ta’ kwalità għolja fil-qasam tal-ambjent. Barra minn hekk, skont l-inizjattivi ewlenin għall-2008 sal-2012 tiddikjara li għandhom jiġu żviluppati bażijiet legali, fejn meħtieġ, għall-oqsma ewlenin ta’ ġbir ta’ dejta ambjentali li attwalment mhumiex koperti mill-atti legali.

(5)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Awwissu 2009 intitolata “Il-PDG u lil hinn: Inkejlu l-progress f’dinja li dejjem tinbidel”, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li l-indikaturi eżistenti jiġu supplimentati b’dejta li tinkorpora l-aspetti ambjentali u soċjali sabiex ikun jista’ jkun hemm politika aktar koerenti u komprensiva. Għal dak l-għan, il-kontijiet ekonomiċi ambjentali joffru mezz ta’ monitoraġġ tal-pressjonijiet li toħloq l-ekonomija fuq l-ambjent u ta’ esplorazzjoni ta’ kif dawn jistgħu jittaffew. Il-kontijiet ekonomiċi ambjentali juru l-interazzjoni bejn il-fatturi ekonomiċi, domestiċi u ambjentali u b’hekk huma aktar informattivi mill-kontijiet nazzjonali waħedhom. Huma jipprovdu sors sinifikanti ta’ dejta għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali u l-Kummissjoni għandha tikkonsultahom fit-tfassil tal-valutazzjonijiet tal-impatt. F’konformità mal-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u l-motivazzjoni biex tinkiseb ekonomija effiċjenti fl-użu ta’ riżorsi u b’livell baxx ta’ tniġġis, li huma inkorporati fl-Istrateġija Ewropa 2020 u ta’ diversi inizjattivi ewlenin, l-iżvilupp ta’ qafas ta’ dejta li jinkludi b’mod konsistenti kwistjonijiet ambjentali flimkien ma’ dawk ekonomiċi jikseb importanza dejjem akbar.

(6)

Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA), stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (4) (“ESA 95”), konsistenti mas-Sistema tal-Kontijiet Nazzjonali (SNA), adottata mill-Kummissjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti fi Frar 1993, hija l-għodda ewlenija responsabbli għall-istatistika ekonomika tal-Unjoni kif ukoll bosta indikaturi ekonomiċi (inkluż il-PDG). Il-qafas tal-ESA jista’ jintuża biex jiġu analizzati u evalwati diversi aspetti tal-ekonomija (eż. l-istruttura, il-partijiet speċifiċi, l-iżvilupp tagħha maż-żmien) b’danakollu għal xi ħtiġijiet ta’ dejta speċifiċi, bħall-analiżi tal-interazzjoni bejn l-ambjent u l-ekonomija, l-aħjar soluzzjoni tkun li jitfasslu kontijiet satelliti separati.

(7)

Fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2006, il-Kunsill Ewropew talab lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha biex jestendu l-kontijiet nazzjonali għall-aspetti ewlenin tal-iżvilupp sostenibbli. Il-kontijiet nazzjonali għandhom għalhekk jiġu ssuplimentati b’kontijiet ekonomiċi ambjentali integrati li jipprovdu dejta li tkun konsistenti bis-sħiħ.

(8)

Huwa ta’ importanza kbira li, hekk kif is-sistema tibda topera bis-sħiħ, il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej jintużaw b’mod attiv u preċiż fl-Istati Membri u fit-tfassil tal-politika kollha tal-Unjoni rilevanti bħala kontribut ewlieni għall-valutazzjonijiet tal-impatt, il-pjani ta’ azzjoni, il-proposti leġiżlattivi u riżultati sinifikanti oħra tal-proċess ta’ politika.

(9)

Dejta aktar f’waqtha tista’ wkoll tiġi prodotta permezz tal-“previżjoni immedjata” (now-casting), li tuża tekniki ta’ statistika simili għal dawk li jintużaw fil-previżjonijiet biex isiru estimi affidabbli.

(10)

Il-kontijiet satelliti jippermettu l-espansjoni tal-kapaċità analitika tal-kontabbiltà nazzjonali għal oqsma ta’ interess soċjali magħżulin, bħalma huma l-pressjonijiet fuq l-ambjent li jirriżultaw mill-attività tal-bniedem, b’mod flessibbli, mingħajr ma jitfgħu wisq piż jew mingħajr ma jfixklu s-sistema ċentrali. Il-kontijiet satelliti għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku regolarment f’għamla li tinftiehem.

(11)

Is-sistema ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali integrati (SEEA), żviluppata b’mod kollettiv min-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u l-Bank Dinji, hija sistema satellita tas-SNA. Hija tiġbor flimkien l-informazzjoni ekonomika u dik ambjentali f’qafas komuni biex jiġi mkejjel il-kontribut tal-ambjent għall-ekonomija u l-impatt tal-ekonomija fuq l-ambjent. Hija tipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika b’indikaturi u statistika deskrittiva għall-monitoraġġ ta’ dawn l-interazzjonijiet kif ukoll bażi ta’ dejta għall-ippjanar strateġiku u l-analiżi tal-politika biex jiġu identifikati mezzi ta’ żvilupp iżjed sostenibbli.

(12)

Is-SEEA tissintetizza u tintegra kemm jista’ jkun il-kategoriji differenti tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali. B’mod ġenerali, dawn il-kategoriji kollha jwessgħu l-kunċetti eżistenti tas-SNA dwar l-ispiża, il-formazzjoni tal-kapital u l-istokk tal-kapital billi jissupplimentawhom b’dejta addizzjonali f’termini fiżiċi sabiex jiġu inklużi l-ispiża tal-ambjent u l-użu tal-assi naturali fil-produzzjoni, jew billi jemendawhom permezz tal-inkorporazzjoni ta’ dawn l-effetti f’termini monetarji. F’din l-orjentazzjoni ġenerali, id-diversi kategoriji eżistenti għandhom differenzi konsiderevoli f’termini ta’ metodoloġija u l-interessi ambjentali indirizzati.

(13)

Il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel strateġija tagħha dwar “il-kontabbiltà ekoloġika” fl-1994. Minn dak iż-żmien ‘il hawn, il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri żviluppaw u ttestjaw metodi tal-kontabbiltà sal-punt li diversi Stati Membri llum il-ġurnata jipprovdu regolarment l-ewwel settijiet ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali. Dawk l-aktar komuni huma l-kontijiet tal-flussi fiżiċi dwar l-emissjonijiet fl-arja (inklużi l-gassijiet b’effett serra) u dwar il-konsum materjali, u l-kontijiet monetarji dwar in-nefqa għall-protezzjoni ambjentali u dwar it-taxxi ambjentali.

(14)

Wieħed mill-objettivi għall-perijodu kopert mill-Programm Statistiku Komunitarju 2008 sal-2012 huwa li jieħu l-inizjattivi u jissostitwixxi xi ftehimiet b’leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’ċerti oqsma li fihom statistika Ewropea tiġi prodotta b’mod regolari u li laħqet maturità suffiċjenti.

(15)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (5) jipprevedi qafas ta’ referenza għall-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej. B’mod partikolari, huwa jeħtieġ li l-istatistika Ewropea tkun konformi mal-prinċipji ta’ indipendenza professjonali, imparzjalità, oġġettività, affidabbiltà, kunfidenzjalità dwar l-istatistika u ta’ kost-effettività.

(16)

Minħabba li s-settijiet differenti ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali qegħdin jiġu żviluppati u jinstabu fi stadji differenti ta’ maturità, għandha tiġi adottata struttura modulari li tipprovdi flessibbiltà adegwata, li tippermetti fost l-oħrajn l-introduzzjoni ta’ moduli addizzjonali.

(17)

Għandu jiġi stabbilit programm ta’ studji pilota biex jittejbu r-rappurtar u l-kwalità tad-dejta, biex jissaħħu l-metodoloġiji u bħala tħejjija għal aktar żviluppi.

(18)

L-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar addizzjonali għandha tkun preċeduta minn valutazzjoni tal-fattibbiltà.

(19)

Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tagħti derogi lill-Istati Membri matul il-perijodi tranżitorju safejn ikunu meħtieġa adattamenti kbar għas-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom.

(20)

L-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-introduzzjoni ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari f’dawk li jikkondividu r-riżorsi ambjentali (prinċipalment l-ilma) mal-Istati Membri.

(21)

Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ qafas komuni għall-ġbir, il-kompilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(22)

Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-aġġustament tal-moduli għal żviluppi ambjentali, ekonomiċi u tekniċi, kif ukoll l-għoti ta’ gwida metodoloġika. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(23)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (6).

(24)

Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kompilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej, għall-fini tal-istabbiliment ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali bħala kontijiet satelliti għall-ESA 95, billi jipprevedi metodoloġija u standards, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli tal-kontijiet komuni maħsubin għall-użu fil-kumpilazzjoni ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“emissjoni fl-arja” tfisser fluss fiżiku ta’ materjali gassużi jew ta’ partikuli mill-ekonomika nazzjonali (proċessi ta’ produzzjoni jew konsum) fl-atmosfera (bħala parti mis-sistema ambjentali);

(2)

“taxxa marbuta mal-ambjent” tfisser taxxa li l-bażi tagħha hija unità fiżika (jew approssimazzjoni ta’ unità fiżika) ta’ xi ħaġa li hemm provi li għandha impatt negattiv speċifiku fuq l-ambjent, u li hija identifikata fl-ESA-95 bħala taxxa);

(3)

“kontijiet tal-fluss ta” materjal mifrux mal-ekonomija kollha (EW-MFA) tfisser kumpilazzjonijiet konsistenti tad-dħul materjali fl-ekonomiji nazzjonali, il-bidliet fil-ħażna materjali fl-ekonomija u l-ħruġ materjali lejn ekonomiji oħra jew lejn l-ambjent.

Artikolu 3

Moduli

1.   Il-kontijiet ekonomiċi ambjentali li għandhom jiġu kkumpilati fi ħdan il-qafas komuni msemmi fl-Artikolu 1 għandhom jiġu raggruppati fil-moduli li ġejjin:

(a)

modulu għall-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja, kif stipulat fl-Anness I;

(b)

modulu għat-taxxi marbutin mal-ambjent minn attività ekonomika, kif stipulat fl-Anness II;

(c)

modulu għall-kontijiet tal-fluss ta’ materjal mifrux mal-ekonomija kollha, kif stipulat fl-Anness III.

2.   Kull Anness għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-objettivi li għalihom għandhom jiġu kkumpilati l-kontijiet;

(b)

dak li għandhom ikopru l-kontijiet;

(c)

il-lista tal-karatteristiċi li turi liema dejta għandha tiġi kkumpilata u trażmessa;

(d)

l-ewwel sena ta’ referenza, il-frekwenza u l-iskadenzi tat-trażmissjoni għall-kumpilazzjoni tal-kontijiet;

(e)

it-tabelli ta’ rappurtar;

(f)

it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodi tranżitorji msemmijin fl-Artikolu 8 li matulhom il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati, fejn hu meħtieġ biex jitqiesu l-iżviluppi ambjentali, ekonomiċi u tekniċi, skont l-Artikolu 9:

(a)

biex tipprovdi gwida metodoloġika; u

(b)

biex taġġorna l-Annessi msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 (c) sa (e).

Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati tagħha ma jimponux piżijiet amministrattivi addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet rispondenti.

Artikolu 4

Studji pilota

1.   Il-Kummissjoni għandha tfassal programm għat-twettiq ta’ studji pilota mill-Istati Membri fuq bażi volontarja biex jiġi żviluppat ir-rapportar u titjieb il-kwalità tad-dejta, jiġu stabbiliti sensieli fuq tul ta’ żmien u tiġi żviluppata metodoloġija. Il-programm għandu jinkludi studji pilota biex tiġi ttestjata l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ moduli ġodda ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali. Fit-tfassil tal-programm, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ma jitpoġġa l-ebda piż amministrattiv jew finanzjarju addizzjonali fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet rispondenti.

2.   Is-sejbiet tal-istudji pilota għandhom jiġu evalwati u ppubblikati mill-Kummissjoni, b’kont meħud tal-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-dejta mqabblin mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż amministrattiv tar-rispons. Dawn is-sejbiet għandhom jiġu kkunsidrati fil-proposti għall-introduzzjoni ta’ moduli ġodda ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali li l-Kummissjoni tista’ tinkludi fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10.

Artikolu 5

Ġbir ta’ dejta

1.   F’konformità mal-Annessi ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta meħtieġa biex jiġu osservati l-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 3(2)(c).

2.   L-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta meħtieġa bl-użu ta’ kombinazzjoni tas-sorsi differenti speċifikati hawn taħt u filwaqt li japplikaw il-prinċipju ta’ simplifikazzjoni amministrattiva:

(a)

stħarriġiet;

(b)

proċeduri ta’ estimi statistiċi f’każijiet fejn xi wħud mill-karatteristiċi ma jkunux ġew osservati għall-unitajiet kollha;

(c)

sorsi amministrattivi.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u għandhom jipprovdu dettalji dwar il-metodi u s-sorsi użati.

Artikolu 6

Trażmissjoni lill-Kummissjoni (Eurostat)

1.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-dejta li tinsab fl-Annessi, inkluża dik kunfidenzjali, fl-iskadenzi speċifikati fihom.

2.   Id-dejta għandha tiġi trażmessa f’format tekniku adatt, li jrid ikun stipulat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 7

Valutazzjoni tal-kwalità

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta’ kwalità kif imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw għad-dejta li tiġi trażmessa.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa.

3.   Fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ kwalità, imsemmija fil-paragrafu 1, għad-dejta koperta minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni bil-ħsieb li jiġu definiti l-modalitajiet, l-istruttura u l-frekwenza perjodika tar-rapporti ta’ kwalità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

4.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta trażmessa u tista’, fi żmien xahar minn meta tirċievi d-dejta, titlob lill-Istat Membru inkwistjoni biex jippreżenta informazzjoni addizzjonali rigward id-dejta jew sett ta’ dejta riveduta, kif adatt.

Artikolu 8

Derogi

1.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni bl-għan li tagħti derogi lill-Istati Membri matul il-perijodi tranżitorji msemmija fl-Annessi safejn is-sistemi tal-istatistika nazzjonali jeħtieġu adattamenti maġġuri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

2.   Għall-finijiet li tinkiseb deroga skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitatment ġustifikata lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Novembru 2011.

Artikolu 9

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet li jinsabu f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perijodu ta’ 5 snin mill-11 ta’ Awwissu 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi ta’ żmien ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkunu diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 3(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 10

Rapport u rieżami

Sal-31 ta’ Diċembru 2013 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jevalwa b’mod partikolari l-kwalità tad-dejta trażmessa, il-metodi ta’ ġbir ta’ dejta, il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet rispondenti, kif ukoll il-fattibbiltà u l-effikaċja ta’ dik l-istatistika.

Ir-rapport għandu, jekk adatt u b’kont meħud tas-sejbiet imsemmija fl-Artikolu 4(2), jiġi akkumpanjat minn proposti:

għall-introduzzjoni ta’ moduli ġodda ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali, bħall-Infiq u d-Dħul għall-Protezzjoni Ambjentali (EPER)/Kontijiet ta’ Infiq għall-Protezzjoni Ambjentali (EPEA), is-Settur tal-Prodotti u s-Servizzi Ambjentali (EGSS); il-Kontijiet tal-Enerġija, it-Trasferimenti Relatati mal-Ambjent (sussidji), il-Kontijiet ta’ Nfiq għall-Użu u l-Ġestjoni tar-Riżorsi (RUMEA), il-Kontijiet tal-Ilma (kwantitattivi u kwalitattivi), il-Kontijiet tal-Iskart, il-Kontijiet tar-Riżorsi Forestali, il-Kontijiet tas-Servizzi tal-Ekosistemi, il-Kontijiet ta’ Ħażniet ta’ Materjal Mifruxin mal-Ekonomija Kollha (EW-MSA) u l-kejl ta’ materjal imħaffer mill-art u mhux użat (inkluża l-ħamrija);

imfassla biex ikomplu jtejbu l-kwalità tad-dejta u l-metodi tal-ġbir ta’ dejta, biex b’hekk jittejbu l-kopertura u l-komparabbiltà tad-dejta u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji u l-amministrazzjoni.

Artikolu 11

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ Lulju 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2011.

(2)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2007, p. 15.

(4)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.

(5)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(6)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


ANNESS I

MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-EMISSJONIJIET FL-ARJA

Taqsima 1

OBJETTIVI

Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jirreġistraw u jippreżentaw dejta dwar l-emissjonijiet fl-arja b’mod li jkun kompatibbli mas-sistema tal-kontijiet nazzjonali. Huma jirreġistraw l-emissjonijiet fl-arja tal-ekonomiji nazzjonali f’analiżi sistematika skont l-attività ekonomika li tikkawża emissjonijiet fl-arja kif deskritt fl-ESA 95. L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu l-produzzjoni u l-konsum.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tinġabar, tiġi kkumpilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja mill-Istati Membri. Dik id-dejta ser tiġi żviluppata b’mod li jorbot l-emissjonijiet mal-attivitajiet ekonomiċi ta’ produzzjoni u konsum mill-industriji u d-djar privati. Id-dejta dwar l-emissjonijiet diretti li tiġi rappurtata skont dan ir-Regolament ser tiġi kkombinata mat-tabelli ekonomiċi tad-dħul u l-ħruġ, mat-tabelli tal-forniment u l-użu u mad-dejta dwar il-konsum fid-djar privati li diġà qed jiġu rappurtati lill-Kummissjoni (Eurostat) bħala parti mir-rappurtar tal-ESA 95.

Taqsima 2

KOPERTURA

Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA 95 u huma bbażati wkoll fuq l-istess prinċipju ta’ residenza.

F’konformità mal-ESA 95, il-kunċett ta’ residenza huwa bbażat fuq il-prinċipju li ġej: unità hija definita bħala unità residenti ta’ pajjiż meta jkollha ċentru ta’ interess ekonomiku fit-territorju ekonomiku ta’ dak il-pajjiż, — jiġifieri, meta għal perijodu estiż (sena jew aktar) hija tinvolvi ruħha f’attivitajiet ekonomiċi f’dak it-territorju.

Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jirreġistraw l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-unitajiet residenzjali, mingħajr ma jitqies minn fejn ikunu ġejjin ġeografikament.

Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jirreġistraw il-flussi ta’ materjali residwi gassużi u ta’ partikuli li joriġinaw mill-ekonomija nazzjonali u jidħlu fl-atmosfera. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “atmosfera” jirreferi għal komponent tas-sistema ambjentali. Il-konfini tas-sistema jirreferi għall-konfini bejn l-ekonomija nazzjonali (bħala parti mis-sistema ekonomika) u l-atmosfera (bħala parti tas-sistema ambjentali). Wara li jkunu qasmu l-konfini tas-sistema, is-sostanzi emessi jkunu ħarġu minn kull kontroll tal-bniedem u saru parti miċ-ċikli tal-materjali naturali fejn jistgħu jikkawżaw diversi tipi ta’ impatti ambjentali.

Taqsima 3

LISTA TA’ KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu statistika dwar l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja li ġejjin:

Isem tal-emissjoni fl-arja

Simbolu tal-emissjoni fl-arja

Unità tar-rappurtar

Diossidu tal-karbonju mingħajr emissjonijiet mill-bijomassa

CO2

1 000 tunnellata (Gg)

Diossidu tal-karbonju mill-bijomassa

Bijomassa CO2

1 000 tunnellata (Gg)

Ossidu tan-nitroġenu

N2O

tunnellati (Mg)

Metan

CH4

tunnellati (Mg)

Perfluworukarburi

PFCs

tunnellati (Mg) ekwivalenti tas-CO2

Idrofluworukarburi

HFCs

tunnellati (Mg) ekwivalenti tas-CO2

Eżafluworur tal-kubrit

SF6

tunnellati (Mg) ekwivalenti tas-CO2

Ossidi tan-nitroġenu

NOX

tunnellati (Mg) ekwivalenti tal-NO2

Komposti organiċi volatili mhux metaniċi

NMVOCs

tunnellati (Mg)

Monossidu tal-karbonju

CO

tunnellati (Mg)

Materja magħmula minn partikuli < 10 μm

PM10

tunnellati (Mg)

Materja magħmula minn partikuli < 2,5 μm

PM2,5

tunnellati (Mg)

Diossidu tal-kubrit

SO2

tunnellati (Mg)

Ammonja

NH3

tunnellati (Mg)

Id-dejta kollha għandha tkun rappurtata sa punt deċimali wieħed.

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1.

L-istatistika għandha tkun kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2.

L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.

3.

Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi, hekk kif issir disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi, estimi għat-totali tal-UE-27 għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.

4.

L-ewwel sena ta’ referenza hija s-sena li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament.

5.

Fl-ewwel trażmissjoni tad-dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2008 sal-ewwel sena ta’ referenza.

6.

F’kull trażmissjoni sussegwenti ta’ dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza.

Taqsima 5

TABELLI TA’ RAPPURTAR

1.

Għal kull waħda mill-karatteristiċi msemmijin fit-Taqsima 3, id-dejta għandha tkun prodotta permezz ta’ klassifika ġerarkika ta’ attivitajiet ekonomiċi, NACE Rev.2 (A*64 livell ta’ aggregazzjoni), kompletament kompatibbli mal-ESA -95. Ma’ dan, għandha tkun prodotta dejta dwar:

Emissjonijiet fl-arja mid-djar privati;

Elementi ta’ kollegament, li jfisser elementi ta’ rappurtar li jirrikonċiljaw b’mod ċar id-differenzi bejn il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja rappurtati skont dan ir-Regolament u dik id-dejta rappurtata fl-inventarji nazzjonali uffiċjali dwar l-emissjonijiet fl-arja.

2.

Il-klassifika ġerarkika msemmija fil-paragrafu 1 hija kif ġej:

Emissjonijiet fl-arja skont l-industrija — NACE Rev.2 (A*64)

Emissjonijiet fl-arja mid-djar privati

Trasport

Mezzi li jsaħħnu/ikessħu

Oħrajn

Elementi ta’ kollegament

Emissjonijiet totali fl-arja (industrija + djar privati)

 

Mingħajr ir-residenti nazzjonali li jkunu msefrin

Bastimenti tas-sajd nazzjonali li jkunu qegħdin joperaw barra mill-pajjiż

Trasport fuq l-art

Trasport fuq l-ilma

Trasport bl-ajru

 

Flimkien ma’ nies fit-territorju li mhumiex residenti

+

Trasport fuq l-art

+

Trasport fuq l-ilma

+

Trasport bl-ajru

 

(+ jew –) Aġġustamenti oħrajn u diskrepanzi fl-istatistika

 

= Emissjonijiet totali tas-sustanza X li tniġġes kif rappurtati lill-UNFCCC (1)/CLRTAP (2)

Taqsima 6

TUL TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERIJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta’ sentejn mill-iskadenza tal-ewwel trażmissjoni.


(1)  Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

(2)  Il-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis tal-Arja Fuq Medda Twila u li Jaqsam il-Fruntieri.


ANNESS II

MODULU GĦAT-TAXXI RELATATI MAL-AMBJENT MILL-ATTIVITÀ EKONOMIKA

Taqsima 1

OBJETTIVI

L-istatistika dwar it-taxxi relatati mal-ambjent tirreġistra u tippreżenta dejta kif tidher mill-perspettiva tal-entitajiet li jħallsu t-taxxi b’mod li huwa kompletament kompatibbli mad-dejta rapportata skont l-ESA 95. Din tirreġistra d-dħul mit-taxxi relatati mal-ambjent tal-ekonomiji nazzjonali skont l-attività ekonomika. L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu l-produzzjoni u l-konsum.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tinġabar, tiġi ikkumpilata, trażmessa u evalwata għad-dħul mit-taxxi relatati mal-ambjent skont l-attività ekonomika mill-Istati Membri.

L-istatistika dwar it-taxxi marbutin mal-ambjent tista’ tuża l-istatistika dwar it-taxxi u l-istatistika dwar il-finanzi tal-gvern direttament, iżda hemm xi vantaġġi meta tintuża d-dejta dwar it-taxxi rrapportata skont l-ESA-95, jekk dan ikun possibbli.

L-istatistika dwar it-taxxi relatati mal-ambjent hija bbażata fuq l-ammonti murija mill-valutazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet jew l-irċevuti ta’ flus kontanti aġġustati għaż-żmien, biex tkun żgurata l-konsistenza mal-ESA-95 u biex tittejjeb il-komparabbiltà internazzjonali.

L-ESA-95 fiha wkoll informazzjoni dwar liema huma l-industriji u s-setturi li qegħdin iħallsu t-taxxi. L-informazzjoni dwar it-taxxi rapportata taħt l-ESA-95 tista’ tinstab fil-kontijiet tas-settur istituzzjonali u t-tabelli tal-forniment u l-użu.

Taqsima 2

KOPERTURA

It-taxxi relatati mal-ambjent għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA 95 u jikkonsistu f’pagamenti obbligatorji mhux imraddin lura, fi flus kontanti jew in natura, li jiġu ntaxxati mill-gvern ġenerali jew mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

It-taxxi relatati mal-ambjent jidħlu fil-kategoriji tal-ESA 95 li ġejjin:

taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2),

taxxi attwali fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. (D.5),

taxxi kapitali (D.91).

Taqsima 3

LISTA TA’ KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistika dwar it-taxxi relatati mal-ambjent skont il-karatteristiċi li ġejjin:

taxxi fuq l-enerġija,

taxxi fuq it-trasport,

taxxi fuq it-tniġġis,

taxxi fuq ir-riżorsi.

Id-dejta kollha għandha tiġi rappurtata f’miljuni fil-munita nazzjonali.

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, IL-FREKWENZI U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1.

L-istatistika għandha tkun kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2.

L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.

3.

Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi, hekk kif issir disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi, estimi għat-totali tal-UE-27 għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.

4.

L-ewwel sena ta’ referenza hija s-sena li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament.

5.

Fl-ewwel trażmissjoni ta’ dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2008 sal-ewwel sena ta’ referenza.

6.

F’kull trażmissjoni sussegwenti ta’ dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza.

Taqsima 5

TABELLI TA’ RAPPURTAR

Għal kull waħda mill-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-dejta għandha tkun rapportata mill-perspettiva tal-entitajiet li jħallsu t-taxxi.

Għall-produtturi, għandha tiġi rrapportata dejta fuq analiżi sistematika tal-klassifikazzjoni ġerarkika tal-attivitajiet ekonomiċi, NACE Rev.2 (livell ta’ aggregazzjoni A*64 kif stipulat fl-ESA 95).

Għall-konsumaturi, għandha tiġi rrapportata dejta għal:

djar privati,

nies li mhumiex residenti.

Fejn it-taxxa ma tistax tiġi attribwita li xi waħda mir-raggruppamenti ta’ attivitajiet imsemmijin hawn fuq, id-dejta għandha tiġi rapportata bħala mhux allokata.

Taqsima 6

TUL TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERIJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta’ sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.


ANNESS III

MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-FLUSS TA’ MATERJAL MIFRUX MAL-EKONOMIJA KOLLHA (EW-MFA)

Taqsima 1

OBJETTIVI

L-EW-MFA jkopri l-materjali solidi, gassużi u likwidi kollha, minbarrra l-flussi tal-arja u l-ilma, imkejla f’unitajiet ta’ massa għal kull sena. Bħas-sistema ta’ kontijiet nazzjonali, l-EW-MFA iservi żewġ finijiet ewlenin. Il-flussi tal-materjali dettaljati jipprovdu bażi ta’ dejta empirika rikka għal għadd kbir ta’ studji analitiċi. Dawn jintużaw ukoll biex jiġu kumpilati varjetà ta’ indikaturi ta’ flussi ta’ materjal mifrux mal-ekonomija kollha għall-ekonomiji nazzjonali.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tinġabar, tiġi kkumpilata, trażmessa u evalwata għall-EW-MFA mill-Istati Membri.

Taqsima 2

KOPERTURA

Id-distinzjoni bejn ħażniet u flussi hija prinċipju fundamentali ta’ sistema ta’ fluss ta’ materjal. B’mod ġenerali, fluss huwa element varjabbli li jkejjel kwantità għal kull perijodu ta’ żmien, filwaqt li ħażna hija element varjabbli li jkejjel kwantità f’ċertu mument ta’ żmien. L-EW-MFA huma kunċett ta’ flussi. Dan ikejjel il-flussi ta’ dħul materjali, ħruġ u l-bidliet fil-ħażna fi ħdan l-ekonomija f’unitajiet ta’ massa għal kull sena.

L-EW-MFA huwa koerenti mal-prinċipji tas-sistema tal-kontijiet nazzjonali, bħall-prinċipju ta’ residenza. Huwa jispjega l-flussi ta’ materjali assoċjati mal-attivitajiet tal-unitajiet residenzjali kollha ta’ ekonomija nazzjonali irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom.

Fl-EW-MFA, hemm żewġ tipi ta’ flussi ta’ materjali li jaqbżu l-konfini tas-sistemi li huma rilevanti:

1.

Il-flussi ta’ materjali bejn l-ekonomija nazzjonali u l-ambjent naturali tagħha. Dan jikkonsisti fl-estrazzjoni ta’ materjali (jiġifieri, materja prima, maħduma jew verġni) mill-ambjent naturali u r-rimi ta’ materjali (spiss imsejħa residwi) fl-ambjent naturali.

2.

Il-flussi ta’ materjali bejn l-ekonomija nazzjonali u l-kumplament tal-ekonomija tad-dinja. Dawn jinkludu l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.

Il-flussi kollha li jaqbżu dawn il-konfini tas-sistemi huma inklużi fl-EW-MFA, kif ukoll l-addizzjonijiet għall-ħażniet magħmulin mill-bniedem. Il-flussi ta’ materjali l-oħra kollha fl-ekonomija mhumiex rappreżentati fl-EW-MFA. Dan ifisser li l-ekonomija nazzjonali hija trattata fl-intier tagħha fl-EW-MFA u, eż., il-kunsinni ta’ prodotti fi ħdan l-industrija mhumiex deskritti. Il-flussi naturali fl-ambjent naturali huma esklużi bl-istess mod.

Taqsima 3

LISTA TA’ KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu statistika dwar il-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 5 għall-EW-MFA, fejn applikabbli.

1.

L-estrazzjoni domestika (DE) tkopri l-ammont annwali ta’ materjali f’għamla solida, likwida jew gassuża (minbarra l-arja u l-ilma) li jiġu estratti mill-ambjent naturali biex jintużaw bħala dħul fl-ekonomija.

2.

L-importazzjonijiet fiżiċi u l-esportazzjonijiet fiżiċi jkopru l-prodotti bażiċi kollha importati jew esportati f’unitajiet ta’ massa. Il-prodotti bażiċi kkummerċjalizzati jinkludu oġġetti fl-istadji kollha ta’ proċessar, minn prodotti mhux raffinati għal prodotti lesti.

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1.

L-istatistika għandha tiġi kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2.

L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.

3.

Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi, hekk kif issir disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi, estimi għat-totali tal-UE-27 għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.

4.

L-ewwel sena ta’ referenza hija s-sena li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

5.

Fl-ewwel trażmissjoni ta’ dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2008 sal-ewwel sena ta’ referenza.

6.

F’kull trażmissjoni sussegwenti ta’ dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza.

Taqsima 5

TABELLI TA’ RAPPURTAR

Dejta, espressa f’unitajiet ta’ massa, għandha tiġi prodotta għall-karatteristiċi elenkati fit-tabelli li ġejjin.

Tabella 1 - Estrazzjoni domestika (DE)

1   Bijomassa

1.1   Prodotti tar-raba’ (minbarra dawk tal-għalf)

1.1.1   Ċereali

1.1.2   Għeruq, tuberi

1.1.3   Prodotti tar-raba’ taz-zokkor

1.1.4   Legumi

1.1.5   Ġwież

1.1.6   Prodotti tar-raba’ li jagħmlu ż-żejt

1.1.7   Ħaxix

1.1.8   Frott

1.1.9   Fibri

1.1.10   Prodotti oħrajn tar-raba’ n.e.c.

1.2   Residwi tal-prodotti tar-raba’ (użati), prodotti tar-raba’ tal-għalf u bijomassa mirgħija

1.2.1   Residwi tal-prodotti tar-raba’ (użati)

1.2.1.1   Tiben

1.2.1.2   Residwi ta’ prodotti tar-raba’ oħrajn (weraq tal-pitravi taz-zokkor u tal-għalf, oħrajn)

1.2.2.   Prodotti tar-raba’ tal-għalf u bijomassa mirgħija

1.2.2.1   Prodotti tar-raba’ tal-għalf (inkluża bijomassa maħsuda mill-mergħa)

1.2.2.2   Bijomassa mirgħija

1.3   Injam (barra minn hekk, rappurtar fakultattiv tal-inkrement nett tal-istokk tal-injam.)

1.3.1   Injam (injam tond industrijali)

1.3.2   Karburant magħmul mill-injam u estrazzjonijiet oħra

1.4   Qbid ta’ ħut selvaġġ, pjanti/annimali akkwatiċi, kaċċa u ħsad

1.4.1   Qbid ta’ ħut selvaġġ

1.4.2   L-annimali u l-pjanti akkwatiċi l-oħra kollha

1.4.3   Il-kaċċa u l-ħsad

2   Minerali tal-metall (minerali gross)

2.1   Ħadid

2.2   Metalli li ma fihomx ħadid

2.2.1   Ram (barra minn hekk, rappurtar fakultattiv tal-kontenut metalliku)

2.2.2   Nikil (barra minn hekk, rappurtar fakultattiv tal-kontenut metalliku)

2.2.3   Ċomb (barra minn hekk, rappurtar fakultattiv tal-kontenut metalliku)

2.2.4   Żinku (barra minn hekk, rappurtar fakultattiv tal-kontenut metalliku)

2.2.5   Landa (barra minn hekk, rappurtar fakultattiv tal-kontenut metalliku)

2.2.6   Deheb, fidda, platinu u metalli prezzjużi oħrajn

2.2.7   Boksajt u aluminju ieħor

2.2.8   Uranju u torju

2.2.9.   Oħrajn n.e.c.

3   Minerali mhux metalliċi

3.1   Irħam, granit, ġebel ramli, porfirju, bażalt, ġebel ieħor għall-użu ornamentali jew għall-bini (minbarra l-lavanja)

3.2   Ġibs u dolomit

3.3   Lavanja

3.4   Minerali kimiċi u fertilizzanti

3.5   Melħ

3.6   Ġebla tal-ġir u ġipsum

3.7   Tafal u kawlina

3.8   Ramel u żrar

3.9   Oħrajn n.e.c.

3.10   Materjali mħaffrin mill-art (inkluża l-ħamrija) biss jekk ikunu użati (rappurtar fakultattiv)

4   Materjali/carriers ta’ enerġija mill-fossili

4.1   Faħam u materjali/carriers solidi oħrajn ta’ enerġija mill-fossili

4.1.1   Faħam kannella

4.1.2   Antraċit

4.1.3   Shale taż-żejt u ramel tal-qatran

4.1.4   Pit

4.2   Materjali/carriers ta’ enerġija likwidi u gassużi

4.2.1   Żejt mhux maħdum, kondensat u likwidi tal-gass naturali (NGL)

4.2.2   Gass naturali

Tabelli B (Importazzjonijiet – Kummerċ totali), C (Importazzjonijiet – Kummerċ extra-UE), D (Esportazzjonijiet – Kummerċ totali), E (Esportazzjonijiet – Kummerċ extra-UE)

1   Bijomassa u prodotti tal-bijomassa

1.1   Prodotti tar-raba’ mhux maħdumin u proċessati

1.1.1   Ċereali, mhux maħdumin u proċessati

1.1.2   Għeruq, tuberi, mhux maħdumin u proċessati

1.1.3   Prodotti tar-raba’ taz-zokkor, mhux maħdumin u proċessati

1.1.4   Legumi, mhux maħdumin u proċessati

1.1.5   Ġwież, mhux maħdumin u proċessati

1.1.6   Prodotti tar-raba’ li jagħmlu ż-żejt, mhux maħdumin u proċessati

1.1.7   Ħxejjex, mhux maħdumin u proċessati

1.1.8   Frott, mhux maħdumin u proċessati

1.1.9   Fibri, mhux maħdumin u proċessati

1.1.10   Prodotti tar-raba’ oħrajn n.e.c., mhux maħdumin u proċessati

1.2   Residwi tal-prodotti tar-raba’ u prodotti tar-raba’ tal-għalf

1.2.1   Residwi tal-prodotti tar-raba’ (użati), mhux maħdumin u proċessati

1.2.1.1   Tiben

1.2.2.2   Residwi oħrajn tal-prodotti tar-raba’

1.2.2   Prodotti tar-raba’ tal-għalf

1.2.2.1   Prodotti tar-raba’ tal-għalf

1.3   Injam u prodotti tal-injam

1.3.1   Injam, mhux maħdum u proċessat

1.3.2   Karburant magħmul mill-injam u estrazzjonijiet oħrajn, mhux maħdumin u proċessati

1.4   Ħut maqbud u annimali u pjanti akkwatiċi oħrajn, mhux maħdumin u proċessati

1.4.1   Ħut maqbud

1.4.2   L-annimali u l-pjanti akkwatiċi l-oħra kollha

1.5   Annimali ħajjin minbarra dawk f’1.4, u prodotti mill-annimali

1.5.1   Annimali ħajjin minbarra dawk f’1.4

1.5.2   Laħam u preparazzjoniiet tal-laħam

1.5.3   Prodotti tal-ħalib, bajd tal-għasafar, u għasel

1.5.4   Prodotti oħra mill-annimali (fibri, ġlud, ġlud bil-pil, ġilda, eċċ. mill-annimali)

1.6   Prodotti li joriġinaw prinċipalment mill-bijomassa

2   Minerali u konċentrati tal-metall, mhux maħdumin u proċessati

2.1   Minerali u konċentrati tal-ħadid, ħadid u azzar, mhux maħdumin u proċessati

2.2   Minerali u konċentrati tal-metall li ma fihomx ħadid, mhux maħdumin u proċessati

2.2.1   Ram

2.2.2   Nikil

2.2.3   Ċomb

2.2.4   Żinku

2.2.5   Landa

2.2.6   Deheb, fidda, platinu u metalli prezzjużi oħra

2.2.7   Boksajt u aluminju ieħor

2.2.8   Uranju u torju

2.2.9   Oħrajn n.e.c.

2.3   Prodotti li joriġinaw prinċipalment mill-metalli

3   Minerali mhux metalliċi, mhux maħdumin u proċessati

3.1   Irħam, granit, ġebel ramli, porfirju, bażalt, ġebel ieħor għall-użu ornamentali jew għall-bini (minbarra l-lavanja)

3.2   Ġibs u dolomit

3.3   Lavanja

3.4   Minerali kimiċi u fertilizzanti

3.5   Melħ

3.6   Ġebla tal-ġir u ġipsum

3.7   Tafal u kawlina

3.8   Ramel u żrar

3.9   Oħrajn n.e.c.

3.10   Materjali mħaffrin mill-art (inkluża l-ħamrija) biss jekk ikunu użati (rappurtar fakultattiv)

3.11   Prodotti li joriġinaw prinċipalment mill-minerali mhux metalliċi

4   Materjali/carriers ta’ enerġija mill-fossili, mhux maħdumin u proċessati

4.1   Faħam u prodotti solidi oħra li jipproduċu l-enerġija, mhux maħdumin u proċessati

4.1.1   Faħam kannella

4.1.2   Antraċit

4.1.3   Shale taż-żejt u ramel tal-qatran

4.1.4   Pit

4.2   Prodotti likwidi u gassużi li jipproduċu l-enerġija, mhux maħdumin u proċessati

4.2.1   Żejt mhux maħdum, kondensat u likwidi tal-gass naturali (NGL)

4.2.2   Gass naturali

4.3   Prodotti li joriġinaw prinċipalment minn prodotti fossili li jipproduċu l-enerġija

5   Prodotti oħra

6   Skart impurtat (Tabelli B u C)/esportat (Tabelli D u E) għat-trattament aħħari u r-rimi

L-aġġustamenti ta’ hawn taħt għall-prinċipju ta’ residenza għandhom jiġu inklużi fit-Tabelli B u D:

Karburant maħżun minn unitajiet residenti li huma barra mill-pajjiż (żieda mat-Tabella B tal-importazzjonijiet) u Karburant maħżun minn unitajiet mhux residenti fit-territorju nazzjonali (żieda mat-Tabella D tal-esportazzjonijiet)

1

Karburant għat-trasport fuq l-art

2

Karburant għat-trasport fuq l-ilma

3

Karburant għat-trasport bl-ajru

Taqsima 6

IT-TUL TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERIJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta’ sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.


22.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/17


REGOLAMENT (UE) Nru 692/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Lulju 2011

dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew, fil-Konklużjonijiet tal-Presidenza tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2007, enfasizza r-rwol kruċjali li għandu t-turiżmu biex jiġġenera t-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni u talab lill-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-industrija u partijiet interessati oħrajn biex jingħaqdu fl-implimentazzjoni f’ħinha tal-Aġenda għal turiżmu Ewropew sostenibbli u kompetittiv.

(2)

L-industrija tat-turiżmu tal-Unjoni tokkupa post importanti fl-ekonomija tal-Istati Membri b’attivitajiet turistiċi li jirrappreżentaw sors kbir ta’ potenzjal ta’ impjiegi. Kwalunkwe valutazzjoni tal-kompetittività tagħha teħtieġ għarfien tajjeb tal-volum tat-turiżmu, il-karatteristiki tiegħu, il-profil tat-turist u l-infiq fuq it-turiżmu u l-benefiċċji għall-ekonomiji tal-Istati Membri.

(3)

Hemm bżonn ta’ data ta’ kull xahar sabiex jitkejlu l-influwenzi staġunali tat-talba fuq il-kapaċità tal-akkomodazzjoni turistika u b’hekk tgħin lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-operaturi ekonomiċi jiżviluppaw strateġiji u politika aktar addattati għat-titjib tal-firxa staġunali ta’ vaganzi u attivitajiet turistiċi.

(4)

Il-maġġoranza tan-negozji Ewropej li joperaw fl-industrija tat-turiżmu huma żgħar jew ta’ daqs medju, u l-importanza strateġika tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fit-turiżmu Ewropew mhix limitata għall-valur ekonomiku u għall-potenzjal sostanzjali tagħhom għall-ħolqien tal-impjiegi. Fuqhom huma msejsa wkoll l-istabbiltà u l-prosperità ta’ komunitajiet lokali, billi jħarsu l-ospitalità u l-identità lokali li huma l-karatteristiċi tat-turiżmu fir-reġjuni tal-Ewropa. Minħabba d-daqs tal-SMEs, il-piż amministrattiv fuq l-SMEs jeħtieġ li jiġi kkunsidrat, u għandha tiġi introdotta sistema ta’ limiti stabbiliti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti filwaqt li fl-istess ħin jitnaqqas il-piż ta’ rispons fuq il-partijiet responsabbli biex jipprovdu data statistika, partikolarment l-SMEs.

(5)

In-natura li dejjem tinbidel tal-aġir tat-turiżmu mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE tat-23 ta’ Novembru 1995 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku fil-qasam tat-turiżmu (2), bl-importanza li dejjem tikber ta’ vjaġġi qosra u żjarat fl-istess jum li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali f’ħafna reġjuni jew pajjiżi għad-dħul mit-turiżmu, l-importanza dejjem tikber ta’ akkomodazzjoni mhux mikrija jew akkomodazzjoni fi stabbilimenti iżgħar, u l-impatt li dejjem jikber tal-Internet dwar l-aġir tal-ibbukkjar tat-turisti u dwar l-industrija tat-turiżmu, ifisser li l-produzzjoni ta’ statistika tat-turiżmu għandha tiġi adattata.

(6)

Biex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-importanza makroekonomika tat-turiżmu fl-ekonomiji tal-Istati Membri bbażata fuq il-qafas aċċettat internazzjonalment tal-kontijiet satelliti għat-turiżmu, li juru l-effetti tat-turiżmu fuq l-ekonomija u l-impjiegi, hemm il-ħtieġa li jitjiebu d-disponibbiltà, il-kompletezza u l-komprensività tal-istatistika bażika tat-turiżmu bħala dħul għall-kumpilazzjoni ta’ kontijiet bħal dawn u, jekk titqies neċessarja mill-Kummissjoni, bħala tħejjija għal proposta leġiżlattiva għat-trażmissjoni ta’ tabelli armonizzati għall-kontijiet satelliti għat-turiżmu. Dan jitlob li r-rekwiżiti legali li bħalissa huma stabbiliti fid-Direttiva 95/57/KE jiġu aġġornati.

(7)

Sabiex teżamina kwistjonijiet maġġuri ta’ tħassib ekonomiku u soċjali fis-settur tat-turiżmu, b’mod speċjali kwistjonijiet ġodda li jeħtieġu riċerka speċifika, il-Kummissjoni teħtieġ il-mikrodata. It-turiżmu fl-Unjoni għandu dimensjoni prinċipalment intra-Ewropea, li tfisser li l-mikrodata li toħroġ minn statistika Ewropea armonizzata fuq id-domanda tat-turiżmu barrani diġà tipprovdi sors ta’ statistika fuq id-domanda tat-turiżmu ġewwieni għall-Istat Membru destinatarju, mingħajr l-impożizzjoni ta’ piż addizzjonali, u b’hekk tiġi evitata osservazzjoni doppja fuq il-flussi tat-turiżmu.

(8)

It-turiżmu soċjali jippermetti li l-ikbar ammont ta’ nies possibbli jipparteċipa fit-turiżmu u, barra minn hekk, jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra l-istaġunalità, isaħħaħ il-kunċett taċ-ċittadinanza Ewropea u jippromwovi l-iżvilupp reġjonali, barra li jiffaċilita l-iżvilupp ta’ ekonomiji lokali speċifiċi. Sabiex tivvaluta l-parteċipazzjoni fit-turiżmu ta’ gruppi soċjodemografiċi differenti u sabiex timmonitora l-programmi tal-Unjoni fil-qasam tat-turiżmu, il-Kummissjoni teħtieġ data regolari dwar il-parteċipazzjoni fit-turiżmu u dwar l-aġir turistiku ta’ dawk il-gruppi.

(9)

Qafas rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jista’ jgħin biex jiggarantixxi data kredibbli, dettaljata u komparabbli, li mbagħad tippermetti li l-istruttura u l-iżvilupp tal-provvista u tad-domanda tat-turiżmu jkunu ssorveljati b’mod xieraq. Komparibbiltà suffiċjenti fil-livell tal-Unjoni hi essenzjali fir-rigward ta’ metodoloġija, definizzjonijiet u l-programm ta’ data u metadata statistika.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (3), li jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza għal dan ir-Regolament, jipprovdi li l-istatistika għandha tinġabar bi standards għoljin ta’ imparzjalità, trasparenza, kredibbiltà, oġġettività, indipendenza xjentifika, kost-effettività u kunfidenzjalità tal-istatistika.

(11)

Fil-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistiċi Ewropej taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-istatistika fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għandhom iqisu l-prinċipji stipulati fil-Kodiċi ta’ Prassi tal-Istatistika Ewropew adottat mill-Kumitat ta’ Programm tal-Istatistika fl-24 ta’ Frar 2005 u mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbilità tal-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali u Komunitarji.

(12)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi, soċjali u tekniċi, is-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament, tal-iskadenzi tat-trażmissjoni tad-data u tal-Annessi, għajr għax-xorta fakultattiva tad-data meħtieġa u għal-limitazzjoni tal-ambitu kif definit fl-Annessi. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadatta d-definizzjonijiet għat-tibdiliet fid-definizzjonijiet internazzjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(13)

Il-Kumissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (4).

(14)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, speċifikament it-twaqqif ta’ qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid sistematiċi ta’ statistika Ewropea komparabbli u komprensiva dwar it-turiżmu, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba n-nuqqas ta’ karatteristiki statistiċi komuni u rekwiżiti ta’ kwalità komuni u minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza metodoloġika, iżda jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni permezz ta’ qafas statistiku komuni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(15)

Fid-dawl tat-tibdil tal-industrija tat-turiżmu, kif ukoll tibdil fit-tip ta’ data meħtieġa mill-Kummissjoni u minn utenti oħra tal-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/57/KE ma għadhomx aktar rilevanti. Minħabba li l-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam jeħtieġ li tiġi aġġornata, id-Direttiva 95/57/KE għandha titħassar.

(16)

Regolament hu l-mod xieraq kif jiġi żgurat l-użu ta’ standards komuni u l-produzzjoni ta’ statistika komparabbli.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid sistematiċi tal-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiġbru, jikkumpilaw, jipproċessaw u jittrażmettu statistika armonizzata dwar il-forniment u d-domanda tat-turiżmu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“perjodu ta’ referenza” tfisser perjodu li tirreferi għalih id-data;

(b)

“sena ta’ referenza” tfisser perjodu ta’ referenza ta’ sena kalendarja waħda;

(c)

“NACE Rev. 2” tfisser il-klassifika statistika komuni ta’ attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni, kif stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(d)

“NUTS” tfisser il-klassifika komuni ta’ unitajiet territorjali għall-produzzjoni ta’ statistika reġjonali fl-Unjoni, kif stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(e)

“ambjent tas-soltu” tfisser iż-żona ġeografika, għalkemm mhux neċessarjament waħda kontigwa, li fiha l-individwu jgħix il-ħajja tiegħu b’rutini regolari u għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ dawn il-kriterji: il-qsim ta’ fruntieri amministrattivi jew id-distanza mill-post ta’ residenza tas-soltu, id-dewmien taż-żjara, il-frekwenza taż-żjara, l-għan taż-żjara;

(f)

“it-turiżmu” tfisser l-attività tal-viżitaturi li jagħmlu vjaġġ għal destinazzjoni ewlenija barra mill-ambjent tas-soltu tagħhom, għal inqas minn sena, għal kwalunkwe għan ewlieni inkluż in-negozju, il-ħin liberu, jew għan ieħor personali, għajr għal impjieg minn entità residenti fil-post li fih issir iż-żjara;

(g)

“turiżmu domestiku” tfisser żjarat fi Stat Membru minn viżitaturi li huma residenti ta’ dak l-Istat Membru;

(h)

“turiżmu ’l ġewwa” tfisser żjarat fi Stat Membru minn viżitaturi li mhumiex residenti ta’ dak l-Istat Membru;

(i)

“turizmu ’l barra” tfisser żjarat minn residenti ta Stat Membru barra minn dak l-Istat Membru;

(j)

“turiżmu nazzjonali” tfisser it-turiżmu domestiku u t-turiżmu ’l barra;

(k)

“turiżmu intern” tfisser it-turiżmu t-turiżmu domestiku u t-turiżmu ’l ġewwa;

(l)

“stabbiliment għall-akkomodazzjoni turistika” tfisser unità lokali tat-tip tal-attività, kif iddefinita fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (7), li jipprovdi bħala servizz imħallas - għalkemm il-prezz jista’ jkun parzjalment jew kompletament issussidjat - servizzi ta’ akkomodazzjoni għal waqfiet qosra kif deskritt fil-gruppi 55.1 (lukandi u akkomodazzjoni simili), 55.2 (akkomodazzjoni għal btajjel u għal waqfiet qosra oħra) u 55.3 (postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet) ta’ NACE Rev. 2;

(m)

“akkomodazzjoni mhix mikrija” tfisser, inter alia, akkomodazzjoni mingħajr ħlas ipprovduta minn familja jew ħbieb u akkomodazzjoni fi djar ta’ vaganza okkupati mis-sid, inklużi proprjetà time share;

(n)

“żjarat fl-istess jum” tfisser iż-żjarat mingħajr waqfa għal-lejl li jsiru minn residenti barra mill-ambjent tas-soltu tagħhom u li orġinaw mill-post ta’ residenza tas-soltu tagħhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 11 fir-rigward ta’ emendi għad-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex tallinja dawn id-definizzjonijiet ma’ bidliet fid-definizzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 3

Suġġetti koperti u karatteristiki tad-data meħtieġa

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-data li għandha tiġi trażmessa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 għandha tirrelata ma’:

(a)

it-turiżmu intern, fir-rigward tal-kapaċità u l-okkupanza tal-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, għall-elementi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Anness I;

(b)

it-turiżmu intern, fir-rigward tal-iljieli turistiċi mqattgħin fl-akkomodazzjoni mhux mikrija għall-fatturi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness I;

(c)

it-turiżmu nazzjonali, fir-rigward tad-domanda tat-turiżmu, li tikkonċerna l-parteċipazzjoni fit-turiżmu, il-karatteristiki tal-vjaġġi turistiċi u tal-viżitaturi, għall-fatturi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness II;

(d)

it-turiżmu nazzjonali, fir-rigward tad-domanda tat-turiżmu, li jikkonċerna l-karatteristiki ta’ żjarat fl-istess jum għall-fatturi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness II.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, fejn meħtieġ, li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 11, rigward l-adattazzjoni tal-Annessi, għajr għax-xorta fakultattiva tad-data meħtieġa u l-limitazzjoni tal-ambitu kif definiti fl-Annessi, sabiex jitqiesu żviluppi ekonomiċi, soċjali jew tekniċi. Meta tkun qed teżerċita s-setgħa tagħha skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe att iddelegat adottat ma jimponix piżijiet amministrattivi addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu.

Artikolu 4

L-ambitu ta’ osservazzjoni

L-ambitu ta’ osservazzjoni għar-rekwiżiti stabbiliti:

(a)

fl-Artikolu 3(1)(a) għandu jkun l-stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turististika kollha kemm huma, kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(l), sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness I;

(b)

fl-Artikolu 3(1)(b) għandu jkun l-iljieli turistiċi kollha mqattgħin minn residenti u dawk mhux residenti f’akkomodazzjoni mhux mikrija;

(c)

fl-Artikolu 3(1)(c), fir-rigward tad-data dwar il-parteċipazzjoni fit-turiżmu, għandu jkun l-individwi kollha li joqogħdu fit-territorju tal-Istat Membru, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 1 tal-Anness II;

(d)

fl-Artikolu 3(1)(c), fir-rigward tad-data dwar karatteristiki ta’ vjaġġi turistiċi u tal-viżitaturi, għandu jkun il-vjaġġi turistiċi kollha b’mill-inqas żjara ta’ lejl wieħed barra mill-ambjent tas-soltu mill-popolazzjoni residenti u li ntemmu waqt il-perjodu ta’ referenza, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 2 tal-Anness II;

(e)

fl-Artikolu 3(1)(d), fir-rigward tal-karatteristiki ta’ żjarat fl-istess jum, għandu jkun iż-żjarat kollha fl-istess jum kif definiti fl-Artikolu 2(1)(n), sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 3 tal-Anness II.

Artikolu 5

Studji pilota

1.   Il-Kummissjoni għandha tfassal programm għall-istudji pilota li jistgħu jitwettqu mill-Istati Membri fuq bażi volontarja sabiex jitħejjew l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ tabelli armonizzati għall-kontijiet satelliti tat-turiżmu u sabiex jiġu vvalutati l-benefiċċji fir-rigward tal-ispiża għall-kumpilazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tfassal ukoll programm għall-istudji pilota li jistgħu jitwettqu mill-Istati Membri fuq bażi volontarja sabiex tiġi żviluppata sistema għall-ġbir ta’ data li turi l-effetti tat-turiżmu fuq l-ambjent.

Artikolu 6

Kriterji tal-kwalità u rapporti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tad-data trażmessa.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta’ kwalità kif stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw.

3.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) rapport dwar il-kwalità tad-data li għandha x’taqsam mal-perjodi ta’ referenza fis-sena ta’ referenza, u dwar kwalunkwe tibdil metodoloġiku li jkun sar. Ir-rapport għandu jiġi pprovdut fi żmien disa’ xhur wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza.

4.   Fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ kwalità msemmija fil-paragrafu 2 għad-data koperta minn dan ir-Regolament, l-arranġamenti u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità għandhom ikunu ddefiniti mill-Kummissjoni fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 7

Rapport ta’ evalwazzjoni

Sat-12 ta’ Awwissu 2016 u, wara, kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-istatistika miġbura abbażi ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari, dwar ir-rilevanza tagħha u l-piż fuq is-settur tan-negozju.

Artikolu 8

Sorsi ta’ data

Fir-rigward tal-bażi li fuqha tinġabar id-data, l-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżuri li dawn iqisu bħala xierqa biex iżommu l-kwalità tar-riżultati. L-Istati Membri jistgħu jipproduċu d-data statistika neċessarja billi jużaw kombinazzjoni tas-sorsi differenti li ġejjin:

(a)

stħarriġ, fejn unitajiet ta’ rappurtaġġ jintalbu jagħtu data f’waqtha, eżatta u kompluta;

(b)

sorsi oħra xierqa, inkluża data amministrattiva jekk din tkun attwali u rilevanti;

(c)

proċeduri xierqa għall-istima statistika.

Artikolu 9

It-trażmissjoni tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data, inkluża data kunfidenzjali, lill-Kummissjoni (Eurostat), skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data mniżżla fl-Anness I u fit-Taqsimiet 1 u 3 tal-Anness II f’forma ta’ tabelli aggregati, skont standard ta’ interskambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-data għandha tiġi trażmessa jew imtellgħa b’mezzi elettroniċi fil-punt ta’ aċċess uniku għad-data għand il-Kummissjoni (Eurostat). L-arranġamenti prattiċi għat-trażmissjoni tad-data għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

3.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data mniżżla fit-Taqsima 2 tal-Anness II fil-forma ta’ fajls ta’ mikrodata - b’kull vjaġġ osservat imniżżel bħala rekord individwali fil-ġabra ta’ data trażmessa - li għandhom ikunu kompletament iċċekkjati, editjati u, fejn meħtieġ, imdaħħla skont l-istandard ta’ interskambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-data għandha tiġi trażmessa jew imtellgħa’ b’mezzi elettroniċi fil-punt ta’ aċċess uniku għad-data għand il-Kummissjoni (Eurostat). L-arranġamenti prattiċi għat-trażmissjoni tad-data għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).

4.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu:

(a)

id-data annwali mniżżla fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness I;

(b)

id-data ta’ kull xahar imniżżla fit-Taqsima 2 tal-Anness I fi żmien tliet xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza;

(c)

l-indikaturi fundamentali rapidi li għandhom x’jaqsmu mal-iljieli mqattgħin minn residenti u dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, kif imniżżla fit-Taqsima 2 tal-Anness I, fi żmien tmien ġimgħat wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza;

(d)

id-data mniżżla fit-Taqsima 4 tal-Anness I fi żmien disa’ xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza, jekk l-Istat Membru kkonċernat jagħżel li jittrażmettiha;

(e)

id-data mniżżla fl-Anness II fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza.

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, fejn meħtieġ, atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 11, fir-rigward ta’ emendi għall-iskadenzi tat-trażmissjoni stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sabiex jitqiesu żviluppi ekonomiċi, soċjali jew tekniċi. Kull emenda ta’ dan it-tip għandha tqis il-prattika eżistenti tal-ġbir tad-data fl-Istati Membri.

6.   Għad-data kollha meħtieġa minn dan ir-Regolament, l-ewwel perjodu ta’ referenza, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 10

Manwal Metodoloġiku

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tħejji u taġġorna b’mod regolari manwal metodoloġiku li għandu jkun fih linji gwida dwar l-istatistika prodotta skont dan ir-Regolament, inklużi d-definizzjonijiet li se jiġu applikati għall-karatteristiki tat-tagħrif meħtieġ u l-istandards komuni mfassla biex jiżguraw il-kwalità tad-data.

Artikolu 11

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa biex tadotta atti ddelegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2), 3(2) u 9(5) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-11 ta’ Awwissu 2011 u l-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2), 3(2) u 9(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni sabiex tirrevoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(2), 3(2) u 9(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

Artikolu 12

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 13

Revoka

Id-Direttiva 95/57/KE hija b’dan imħassra.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu riżultati skont id-Direttiva 95/57/KE għall-perjodi ta’ referenza kollha għall-2011.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ Lulju 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2011.

(2)  ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32.

(3)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(4)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(5)  ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1.


ANNESS I

TURIŻMU INTERN

Taqsima 1

KAPAĊITÀ TA’ STABBILIMENTI GĦALL-AKKOMODAZZJONI TURISTIKA

A.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi

1.   Fil-livell 2 reġjonali NUTS u fil-livell nazzjonali għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali

Tip ta’ akkomodazzjoni

Fatturi varjabbli

Analiżijiet

NACE 55.1

In-numru ta’ stabbilimenti

In-numru ta’ sodod

In-numru ta’ kmamar tas-sodda

Tip ta’ lokalità (a) u (b)

NACE 55.2

In-numru ta’ stabbilimenti

In-numru ta’ sodod

Tip ta’ lokalità (a) u (b)

NACE 55.3

In-numru ta’ stabbilimenti

In-numru ta’ sodod

Tip ta’ lokalità (a) u (b)


2.   [fakultattiv] Fil-livell nazzjonali għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali

Tip ta’ akkomodazzjoni

Fatturi varjabbli

Analiżijiet

NACE 55.1

In-numru ta’ stabbilimenti

In-numru ta’ sodod

In-numru ta’ kmamar tas-sodda

Klassi tad-daqsijiet


3.   Fil-livell nazzjonali għandhom jiġu trażmessi għad-data trijennali

Tip ta’ akkomodazzjoni

Fatturi varjabbli

Analiżijiet

NACE 55.1

In-numru ta’ stabbilimenti li jkollhom kamra tas-sodda waħda jew iżjed aċċessibbli għal persuni b’mobilità mnaqqsa, inklużi dawk li jużaw siġġu tar-roti

 

B.   Limitazzjoni tal-ambitu

1.

Għal “lukandi u akkomodazzjoni simili” u għal “akkomodazzjoni għal btajjel u għal waqfiet qosra oħra”, l-ambitu tal-osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 10 sodod jew aktar.

2.

Għal “postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet”, l-ambitu ta’ osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom spazju ta’ 10 jew aktar.

3.

L-Istati Membri li jkopru inqas minn 1 % tan-numru totali annwali tal-iljieli mqattgħin fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika fl-Unjoni Ewropea jistgħu jnaqqsu aktar l-ambitu ta’ osservazzjoni, biex jinkludu għall-inqas l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 20 sodda jew aktar (spazju ta’ 20 jew aktar).

C.   Perjodiċità

L-ewwel sena ta’ referenza għall-fattur varjabbli trijennali elenkat taħt it-titolu A(3) għandha tkun l-2015.

Taqsima 2

OKKUPAZZJONI TA’ STABBILIMENTI GĦALL-AKKOMODAZZJONI TURISTIKA (DOMESTIKA U ’L ĠEWWA)

A.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali

1.   Fil-livell 2 reġjonali NUTS u fil-livell nazzjonali

Tip ta’ akkomodazzjoni

Fatturi varjabbli

Analiżijiet

Totali (kull tip ta’ stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika)

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Tip ta’ lokalità (a) u (b)

NACE 55.1

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni tas-sodod

Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodod

 

NACE 55.2

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

NACE 55.3

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 


2.   Fil-livell nazzjonali

Tip ta’ akkomodazzjoni

Fatturi varjabbli

Analiżijiet

NACE 55.1

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Tip ta’ lokalità (a) u (b)

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti

[fakultattiva] Klassi tad-daqsijiet

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti

Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni tas-sodod

Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodod

[fakultattiva] Klassi tad-daqsijiet

NACE 55.2

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Tip ta’ lokalità (a) u (b)

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti

NACE 55.3

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Tip ta’ lokalità (a) u (b)

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti

B.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi għad-data ta’ kull xahar fil-livell nazzjonali

Tip ta’ akkomodazzjoni

Fatturi varjabbli

Analiżijiet

NACE 55.1

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni tas-sodod

Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodod

 

NACE 55.2

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

NACE 55.3

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika

 

C.   Limitazzjoni tal-ambitu

1.

Għal “lukandi u akkomodazzjoni simili” u għal “akkomodazzjoni għal btajjel u waqfiet qosra oħra”, l-ambitu tal-osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 10 sodod jew aktar.

2.

Għal “postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet”, l-ambitu ta’ osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom spazju ta’ 10 jew aktar.

3.

L-Istati Membri li jkopru inqas minn 1 % tan-numru totali annwali tal-iljieli mqattgħin fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika fl-Unjoni Ewropea jistgħu jnaqqsu aktar l-ambitu ta’ osservazzjoni, biex għall-inqas jinkludu l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 20 sodda jew aktar (spazju ta’ 20 jew aktar).

4.

Meta tiġi applikata limitazzjoni għall-ambitu kif deskritt skont (1), (2) jew (3), għandha tiġi trażmessa kull sena stima tan-numru totali ta’ ljieli mqattgħin waqt is-sena ta’ referenza minn residenti u dawk mhux residenti fl-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika esklużi mill-ambitu ta’ osservazzjoni.

5.

Għall-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hi mitluba d-data b’dan ir-Regolament, l-istima kif deskritt taħt (4) għandha tiġi trażmessa fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza.

6.

L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu aktar l-ambitu ta’ osservazzjoni għar-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodda fil-lukandi u akkomodazzjoni simili, biex jinkludu mill-inqas l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 25 kamra tas-sodda jew aktar.

D.   Indikaturi fundamentali rapidi

L-indikaturi fundamentali rapidi msemmija fl-Artikolu 9(4)(c) ta’ dan ir-Regolament huma l-fatturi varjabbli li jirreferu għan-numru ta’ ljieli mqattgħin kif imniżżel taħt it-Titolu B ta’ din it-Taqsima.

Taqsima 3

KLASSIFIKAZZJONIJIET LI JIĠU APPLIKATI GĦAT-TAQSIMA 1 U T-TAQSIMA 2

A.   Tip ta’ akkomodazzjoni

It-tliet kategoriji li jintużaw għat-tip ta’ akkomodazzjoni, li jirreferu għall-gruppi NACE 55.1, 55.2 u 55.3, huma:

lukandi u akkomodazzjoni simili,

akkomodazzjoni għal vaganza u għal waqfiet qosra oħra,

postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet.

B.   Tip ta’ lokalità (a)

It-tliet kategoriji li jintużaw għat-tip ta’ lokalità (a), li jirreferu għall-grad ta’ urbanizzazzjoni tal-muniċipalità (jew unità amministrattiva lokali ekwivalenti) fejn jinsabu l-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, huma:

żona ppopolata b’mod dens,

żona intermedja,

żona ppopolata b’mod skars.

C.   Tip ta’ lokalità (b)

Iż-żewġ kategoriji li jintużaw għat-tip ta’ lokalità (b), li jirreferu għall-post qrib il-baħar tal-muniċipalità (jew unità amministrattiva lokali ekwivalenti) fejn jinsabu l-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, huma:

kostali,

mhux kostali.

D.   Klassi tad-daqsijiet

It-tliet kategoriji li jintużaw għall-klassi tad-daqsijiet, li jirreferu għan-numru ta’ kmamar tas-sodda fl-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, huma:

l-istabbilimenti żgħar: inqas minn 25 kamra tas-sodda,

l-istabbilimenti ta’ daqs medju: bejn 25 u 99 kamra tas-sodda,

l-istabbilimenti kbar: 100 kamra tas-sodda jew aktar; li jiġu rrappurtati b’mod separat fuq bażi fakultattiva: “bejn 100 u 249 kamra tas-sodda” u “250 kamra tas-sodda jew aktar”.

E.   Pajjiżi u żoni ġeografiċi

Il-kategoriji li jintużaw għall-pajjiż jew iż-żona ġeografika tar-residenza tal-ospiti li qed joqogħdu fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika huma:

l-Unjoni Ewropea (l-Unjoni); għandha tiġi rrappurtata separatament: kull Stat Membru,

l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-EFTA); għandha tiġi rrappurtata separatament: l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera (inkluż Liechtenstein),

pajjiżi Ewropej oħrajn (apparti mill-Unjoni jew l-EFTA; mhux inklużi r-Russja, it-Turkija, l-Ukrajna),

ir-Russja,

it-Turkija,

l-Ukrajna,

l-Afrika; għandha tiġi rrappurtata separatament: l-Afrika t’Isfel,

l-Amerika ta’ Fuq; għandhom jiġu rrappurtati separatament: l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kanada,

l-Amerika t’Isfel u l-Amerika Ċentrali; għandu jiġi rrappurtat separatament: il-Brażil,

l-Asja; għandhom jiġu rrappurtati separatament: ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea,

l-Awstralja. l-Oċeanja u territorji oħrajn; għandha tiġi rrappurtata separatament: l-Awstralja.

Taqsima 4

IT-TURIŻMU INTERN F’AKKOMODAZZJONI MHUX MIKRIJA

A.   Fatturi varjabbli li għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali

[fakultattiv] In-numru ta’ ljieli turistiċi mqattgħin f’akkomodazzjoni mhux mikrija matul is-sena ta’ referenza.

B.   Analiżi

[fakultattivi] Il-fatturi varjabbli mniżżla taħt it-Titolu A għandhom jiġu analizzati skont il-pajjiż ta’ residenza tal-viżitaturi safejn ikunu kkonċernati r-residenti tal-Unjoni, filwaqt li viżitaturi li joqogħdu barra l-Unjoni għandhom jinġabru f’kategorija addizzjonali waħda.


ANNESS II

IT-TURIŻMU NAZZJONALI

Taqsima 1

PARTEĊIPAZZJONI FIT-TURIŻMU GĦAL GĦANIJIET PERSONALI

A.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali

Fatturi varjabbli

Analiżijiet skont id-dewmien u d-destinazzjoni ta’ vjaġġi turistiċi għal għanijiet personali

Analiżijiet soċjodemografiċi

1.

In-numru ta’ residenti, ta’ 15-il sena jew aktar, li jipparteċipaw fit-turiżmu b’għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza

2.

In-numru ta’ residenti, ta’ 15-il sena jew aktar, li ma jipparteċipawx fit-turiżmu b’għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza

(a)

Kwalunkwe vjaġġ (jiġifieri mill-inqas vjaġġ wieħed ta’ mill-inqas lejl wieħed)

(b)

Vjaġġi domestiċi biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ domestiku wieħed ta’ mill-inqas lejl wieħed, iżda mhux vjaġġi ’l barra)

(c)

Vjaġġi ’l barra biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ ’il barra wieħed ta’ mill-inqas lejl wieħed, iżda mhux vjaġġi domestiċi)

(d)

Vjaġġi domestiċi u ’l barra (jiġifieri mill-inqas vjaġġ domestiku wieħed ta’ mill-inqas lejl wieħed u mill-inqas vjaġġ ta’ lejl wieħed ’il barra ta’ mill-inqas lejl wieħed)

(e)

Vjaġġi qosra (jiġifieri mill-inqas vjaġġ wieħed ta’ lejl wieħed sa tlitt iljieli)

(f)

Vjaġġi twal (jiġifieri mill-inqas vjaġġ wieħed ta’ erbat iljieli jew aktar)

(g)

Vjaġġi twal, vjaġġi domestiċi biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ domestiku wieħed ta’ erbat iljieli jew aktar, iżda l-ebda vjaġġ ’il barra ta’ erbat iljieli jew aktar)

(h)

Vjaġġi twal, vjaġġi ’l barra biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ ’il barra wieħed ta’ erbat iljieli jew aktar, iżda l-ebda vjaġġ domestiku ta’ erbat iljieli jew aktar)

(i)

Vjaġġi twal, vjaġġi domestiċi u ’l barra biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ domestiku wieħed ta’ erbat iljieli jew aktar u mill-inqas vjaġġ ’il barra ta’ erbat iljieli jew aktar)

1.

Sess

2.

Grupp ta’ età

3.

[fakultattiv] Livell edukattiv

4.

[fakultattiv] Sitwazzjoni ta’ impjieg

5.

[fakultattiv] Dħul ta’ dawk li joqogħdu fl-istess dar

L-analiżijiet skont id-dewmien u d-destinazzjoni ta’ vjaġġi turistiċi għal għanijiet personali għandhom jingħaqdu mal-analiżijiet soċjodemografiċi.

B.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi bħala data trijennali

Fatturi varjabbli

Analiżijiet skont ir-raġunijiet ewlenin għal min ma jipparteċipax fit-turiżmu għal għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza (b’possibbiltajiet ta’ tweġibiet diversi għal dawk li jwieġbu)

Analiżijiet soċjodemografiċi

1.

In-numru ta’ residenti, ta’15-il sena jew aktar, li jipparteċipaw fit-turiżmu għal għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza (jiġifieri li ma jkunux vjaġġaw b’waqfa ta’ mill-inqas lejl wieħed għal għanijiet personali matul is-sena ta’ referenza)

(a)

Raġunijiet finanzjarji (l-ebda flus disponibbli għal vjaġġi ta’ vaganza, ma jistgħux jippermettu li jmorru għal vaganza)

(b)

Nuqqas ta’ ħin liberu minħabba impenji tal-familja

(c)

Nuqqas ta’ ħin liberu minħabba impenji tax-xogħol jew studju

(d)

Raġunijiet tas-saħħa jew mobilità mnaqqsa

(e)

Min jippreferi joqgħod id-dar, mingħajr motivazzjoni li jivvjaġġa

(f)

Sikurezza

(g)

Raġunijiet oħra

1.

Sess:

2.

Grupp ta’ età

3.

[fakultattiv] Livell edukattiv

4.

[fakultattiv] Sitwazzjoni ta’ impjieg

5.

[fakultattiv] Dħul ta’ dawk li joqogħdu fl-istess dar

L-analiżijiet skont ir-raġunijiet ewlenin tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fit-turiżmu għal għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza għandhom jingħaqdu mal-analiżijiet soċjodemografiċi.

L-ewwel sena ta’ referenza għall-fatturi varjabbli trijennali għandha tkun l-2013.

C.   Il-klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet soċjodemografiċi

1.   Sess: maskili, femminili.

2.   Grupp ta’ età: inqas minn 15 [fakultattiva], 15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64, 65 jew aktar, b’subtotali għal 25-44 u 45-64.

3.   Livell edukattiv: livell baxx (ISCED 0, 1 jew 2), medju (ISCED 3 jew 4), jew għoli (ISCED 5 jew 6).

4.   Sitwazzjoni ta’ impjieg: impjegat (impjegat jew jaħdem għal rasu), qiegħed, student (jew tifel/tifla tal-iskola), oħrajn mhux fil-forza tax-xogħol.

5.   Dħul ta’ dawk li joqogħdu fl-istess dar:: fi kwartili.

Taqsima 2

VJAĠĠI TURISTIĊI U VIŻITATURI LI JAGĦMLU L-VJAĠĠI

A.   Fatturi varjabbli li għandhom jiġu trażmessi

 

Fatturi varjabbli

Kategoriji li għandhom jiġu trażmessi

Perjodiċità

1.

Xahar tat-tluq

 

Annwali

2.

Dewmien tal-vjaġġ f’numru ta’ ljieli

 

Annwali

3.

[Għal vjaġġi ‘l barra biss] Dewmien tal-vjaġġ: numru ta’ ljieli mqattgħin fit-territorju domestiku

 

Trijennali

4.

Pajjiż ewlieni tad-destinazzjoni

skont il-lista tal-pajjiżi fil-manwal metodoloġiku mfassal skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament

Annwali

5.

L-għan ewlieni tal-vjaġġ

(a)

Personali: divertiment, rikreazzjoni u vaganzi

(b)

Personali: żjarat lil qraba u ħbieb

(c)

Personali: oħrajn (eż. pellegrinaġġ, trattament tas-saħħa)

(d)

Professjonali/kummerċjali

Annwali

6.

[Għal vjaġġi b’għanijiet personali biss] Tip ta’ destinazzjoni b’diversi possibbiltajiet ta’ tweġibiet

(a)

Belt

(b)

Ħdejn il-baħar

(c)

Kampanja (inklużi l-għadajjar, ix-xmajjar, eċċ.)

(d)

Bastiment tal-kruċieri

(e)

Muntanji (reġjuni muntanjużi, għoljiet, eċċ.)

(f)

Oħrajn

Trijennali

7.

[Għal vjaġġi b’għanijiet personali biss] Parteċipazzjoni tat-tfal fil-grupp tal-vjaġġ:

(a)

Iva

(b)

Le

Trijennali

8.

Mezz ewlieni ta’ trasport

(a)

Ajru (servizzi ta’ titjiriet, skedati jew ċarter, jew servizzi oħrajn tal-ajru)

(b)

Passaġġ tal-ilma (linji u laneċ tal-passiġġieri, kruċieri, dgħajsa tad-divertiment, bastiment mikri, etċ)

(c)

Ferrovija

(d)

Xarabank, kowċ (skedati jew mhux skedati)

(e)

Vettura bil-mutur (privata jew mikrija)

(f)

oħrajn (eż. rota)

Annwali

9.

Mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni

(a)

Akkomodazzjoni mikrija: lukandi u akkomodazzjoni simili

(b)

Akkomodazzjoni mikrija: siti ta’ kampeġġ, karavan jew parkeġġi tat-trejlers (mhux residenzjali)

(c)

Akkomodazzjoni mikrija: akkomodazzjoni mikrija oħra (stabbilimenti tas-saħħa, ħostels taż-żgħażagħ, mollijiet, eċċ)

(d)

Akkomodazzjoni mhux mikrija: villeġġatura privata

(e)

Akkomodazzjoni mhux mikrija: akkomodazzjoni pprovduta mingħajr ħlas minn qraba jew ħbieb

(f)

Akkomodazzjoni mhux mikrija: akkomodazzjoni oħra mhux mikrija

Annwali

10.

Ibbukkjar tal-vjaġġ: użu ta’ operatur tal-vjaġġi jew aġenzija tal-ivvjaġġar biex ikun ibbukkjat il-mezz ewlieni tat-trasport

(a)

Iva

(b)

Le

(c)

Mhux magħruf

Trijennali

11.

Ibbukkjar tal-vjaġġ: użu ta’ operatur tal-vjaġġi jew aġenzija tal-ivvjaġġar biex ikun ibbukkjat il-mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni

(a)

Iva

(b)

Le

(c)

Mhux magħruf

Trijennali

12.

[Għal dawk il-vjaġġi biss fejn l-ebda operatur tal-vjaġġi jew aġenzija tal-ivvjaġġar ma ntużaw għall-ibbukkjar tal-mezz ewlieni tat-trasport jew il-mezzi ewlenin ta’ akkomodazzjoni] Ibbukkjar tal-vjaġġ (indipendenti)

(a)

Is-servizzi kienu bbukkjati direttament mal-fornitur tas-servizz

(b)

Ma kien meħtieġ l-ebda bbukkjar

Trijennali

13.

Ibbukkjar tal-vjaġġ: vjaġġ li jinkludi pakkett

(a)

Iva

(b)

Le

Trijennali

14.

Ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar minn fuq l-Internet tal-mezz ewlieni tat-trasport

(a)

Iva

(b)

Le

(c)

Mhux magħruf

Trijennali

15.

Ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar minn fuq l-Internet tal-mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni

(a)

Iva

(b)

Le

(c)

Mhux magħruf

Trijennali

16.

In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq it-trasport

 

Annwali

17.

In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq l-akkomodazzjoni

 

Annwali

18.

[fakultattiv] In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq ikel u xorb f’kafejiet u ristoranti

 

Annwali

19.

Infiq ieħor tat-turist individwali matul il-vjaġġ; (19a) għandhom ikunu rrappurtati separatament: oġġetti dejjiema u ta’ oġġetti ta’ valur

 

Annwali

20.

Il-profil tal-viżitatur: is-sess, bl-użu tal-kategoriji li ġejjin

(a)

Maskili

(b)

Femminili

Annwali

21.

Il-profil tal-viżitatur: l-età, fi snin magħluqa

 

Annwali

22.

Il-profil tal-viżitatur: il-pajjiż ta’ residenza

 

Annwali

23.

[fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: livell edukattiv

(a)

Livell baxx (ISCED 0, 1 jew 2)

(b)

Livell medju (ISCED 3 jew 4)

(c)

Livell għoli (ISCED 5 jew 6)

Annwali

24.

[fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: sitwazzjoni ta’ impjieg

(a)

Impjegat, (impjegat jew jaħdem għal rasu)

(b)

Qiegħed

(c)

Student/a (jew tifel/tifla tal-iskola)

(d)

Oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol

Annwali

25.

[fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: dħul ta’ dawk kollha li joqogħdu fl-istess dar, fi kwartili

 

Annwali

B.   Limitazzjoni tal-ambitu

L-ambitu ta’ osservazzjoni għandu jkun il-vjaġġi turistiċi kollha b’mill-inqas żjara ta’ lejl wieħed barra mill-ambjent tas-soltu mill-popolazzjoni residenti ta’ 15-il sena jew aktar u li jkunu ntemmu matul il-perjodu ta’ referenza. Id-data dwar il-popolazzjoni ta’ taħt il-15-il sena tista’ tiġi trasmessa separatament fuq bażi fakultattiva.

C.   Perjodiċità

1.

L-ewwel sena ta’ referenza għall-fatturi varjabbli trijennali u l-kategoriji mniżżla taħt it-titoli A(3), A(6), A(7) għandha tkun l-2013.

2.

L-ewwel sena ta’ referenza għall-fatturi varjabbli trijennali u l-kategoriji mniżżla taħt it-titoli A(10) sa A(15) għandha tkun l-2014.

Taqsima 3

ŻJARAT TAL-ISTESS JUM

A.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi fuq bażi annwali (żjarat ’il barra tal-istess jum)

Fatturi varjabbli

[fakultattiv]

Analiżijiet

[fakultattiv]

Analiżijiet soċjodemografiċi

1.

In-numru ta’ żjarat ‘il barra tal-istess jum għal għanijiet personali

2.

In-numru ta’ żjarat ‘il barra tal-istess jum għal għanijiet personali

(a)

skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

1.

Sess:

2.

Grupp ta’ età

3.

Livell edukattiv

4.

Sitwazzjoni ta’ impjieg

5.

Dħul ta’ dawk li joqogħdu fl-istess dar

3.

In-nefqa għaż-żjarat ‘il barra tal-istess jum għal raġunijiet privati

4.

In-nefqa għaż-żjarat ‘il barra tal-istess jum għal raġunijiet professjonali

(a)

skont il-pajjiż tad-destinazzjoni

(b)

skont il-kategorija ta’ nefqa: trasport, xiri, ristoranti/kafejiet, oħra

B.   Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi fuq bażi trijennali (żjarat domestiċi tal-istess jum)

Fatturi varjabbli

[fakultattiv]

Analiżijiet

[fakultattiv]

Analiżijiet soċjodemografiċi

1.

In-numru ta’ żjarat domestiċi tal-istess jum għal għanijiet personali

2.

In-numru ta’ żjarat domestiċi tal-istess jum għal raġunijiet professjonali

 

1.

Sess

2.

Grupp ta’ età

3.

Livell edukattiv

4.

Sitwazzjoni ta’ impjieg

5.

Dħul ta’ dawk li joqogħdu fl-istess dar

3.

In-nefqa għaż-żjarat domestiċi tal-istess jum għal għanijiet personali

4.

In-nefqa għaż-żjarat domestiċi tal-istess jum għal raġunijiet professjonali

(a)

skont il-kategorija ta’ nefqa: trasport, xiri, ristoranti/kafejiet, oħra

C.   Il-klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet soċjodemografiċi

Il-klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet soċjodemografiċi huma dawk imniżżla fit-Titolu C tat-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness.

D.   Limitazzjoni tal-ambitu

L-ambitu ta’ osservazzjoni għandu jkun iż-żjarat kollha tal-istess jum barra mill-ambjent tas-soltu mill-popolazzjoni residenti ta’ 15-il sena jew aktar. Id-data dwar il-popolazzjoni taħt il-15-il sena tista’ tiġi trażmessa separatament jew fuq bażi fakultattiva.

E.   Perjodiċità u perjodi tal-ewwel referenza

1.

Il-karatteristiki taż-żjarat tal-istess jum imniżżla taħt it-titolu A għandhom jiġu trażmessi kull sena, b’rappurtar separat tal-erba’ kwarti tas-sena kalendarja ta’ qabel. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2014.

2.

Il-karatteristiki taż-żjarat tal-istess jum imniżżla taħt it-titolu B għandhom jiġu trażmessi kull tliet snin, b’rappurtar separat tal-erba’ kwarti tas-sena kalendarja ta’ qabel. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2015. Għall-ewwel perjodu ta’ referenza biss, it-trażmissjoni għandha tkun 693 fakultattiva.


22.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/33


REGOLAMENT (UE) Nru 693/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Lulju 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 (3), jipprovdi għall-finanzjament fl-oqsma li ġejjin: relazzjonijiet internazzjonali, governanza, ġbir tad-dejta u pariri xjentifiċi u kontroll u infurzar tal-Politika Komuni tas-Sajd (“PKS”).

(2)

F’kull qasam ta’ azzjoni, ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 huwa ssupplementat minn regolamenti jew deċiżjonijiet oħra relatati. Mill-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament, evolvew diversi elementi tal-leġiżlazzjoni relatata, li issa għandhom jiġu emendati sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-elementi kollha tal-qafas leġiżlattiv.

(3)

L-esperjenza wriet ukoll il-ħtieġa li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 billi jiġu adattati xi ftit uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu biex jissodisfaw aktar is-sitwazzjoni attwali.

(4)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġi ċċarat, fejn ikun xieraq, l-ambitu tal-miżuri ffinanzjati u sabiex jittejjeb il-mod li bih huma mfassla xi artikoli.

(5)

Is-sħubijiet fl-arena internazzjonali jistgħu jkunu konklużi fuq livell bilaterali, reġjonali jew multilaterali.

(6)

Il-fatt li l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali ngħataw l-istatus ta’ korpi li jsegwu għan ta’ interess ġenerali Ewropew fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/409/KE tal-11 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/585/KE li tistabbilixxi l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni dwar is-Sajd (4) għandu jkun rifless f'dan ir-Regolament.

(7)

Għal-laqgħat ta’ tħejjija tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura (“ACFA”), għandu jkun hemm il-possibbiltà li jingħata appoġġ finanzjarju lir-rappreżentanti minbarra dawk tal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Kummerċ u li jkunu jistgħu jkunu ffinanzjati l-ispejjeż tat-traduzzjoni, l-interpretazzjoni u l-kiri ta’ kmamar. Għandha tiġi emendata l-lista ta’ korpi konsultattivi għal-laqgħat li għalihom is-sessjonijiet tal-ACFA jaħtru rappreżentant.

(8)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (5), wessa’ l-ambitu tal-ġbir tad-dejta sabiex jiġu koperti l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta u dak għandu jkun rikonoxxut b'mod espliċitu f'dan ir-Regolament.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/945/KE tas-6 ta’ Novembru 2008 li tadotta programm Komunitarju multiannwali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (6) tipprovdi li d-dejta li għandha tinġabar tinkorpora varjabbli soċjoekonomiċi.

(10)

Miżuri eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-qasam tal-ġbir tad-dejta u l-parir xjentifiku huma definiti fir-Regolament (KE) Nru 199/2008, u r-Regolament (KE) Nru 861/2006 għandu jkun allinjat ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

(11)

Il-miżuri ta’ pprogrammar fil-qasam tal-ġbir tad-dejta u l-parir xjentifiku huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 199/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 tal-14 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (7).

(12)

Għadd ta’ dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/439/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità b'risq l-ispiża minfuqa mill-Istati Membri għall-ġbir tad-dejta, u biex jiġu ffinanzjati studji u proġetti pilota biex tiġi esegwita l-politika komuni tas-sajd (8), ma ddaħħlux fir-Regolament (KE) Nru 861/2006 u lanqas ma nqalbu f'regoli ta’ implimentazzjoni. Dan ħoloq lakuna għas-snin 2007 u 2008 li fihom il-Kummissjoni kompliet tapplika r-regoli li kienu fis-seħħ qabel, kif stipulati fid-Deċiżjoni 2000/439/KE. Fl-interess taċ-ċertezza legali għandu jiġi pprovdut retroattivament li dawk ir-regoli baqgħu applikabbli waqt dak il-perjodu.

(13)

In-nefqa fil-qasam tal-parir xjentifiku għandha tinkludi n-nefqa għall-kuntratti ta’ sħubija ma’ entitajiet internazzjonali inkarigati mill-valutazzjonijiet tal-istokkijiet.

(14)

L-indikazzjonijiet dwar in-nefqa eliġibbli fil-qasam tal-kontroll għandhom jiġu ppreżentati b'mod aktar ċar u dettaljat u għandha ssir rabta mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (9), u (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (10).

(15)

Il-parteċipanti fil-programmi ta’ taħriġ fil-qasam tal-kontroll u tal-infurzar tar-regoli tal-PKS, minkejja li jirrappreżentaw awtorità ta’ Stat Membru, mhux bilfors ikunu impjegati taċ-ċivil. Għaldaqstant, l-infiq imġarrab għat-taħriġ ta’ persunal ieħor ukoll għandu jkun eliġibbli għall-miżuri finanzjarji.

(16)

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka mhux biss janalizza l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kontroll, iżda jaqdi wkoll rwol ta’ konsulenza u huwa involut fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda.

(17)

Ir-regoli tal-ipprogrammar għall-kontroll tal-ispiża jeħtieġ li jiġu adattati sabiex tittejjeb il-ġestjoni finanzjarja tajba, partikolarment billi tinġieb aktar viċina d-data għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni u billi tiġi speċifikata wkoll l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata fir-rigward tal-proġetti u l-format li bih għandha tiġi pprovduta.

(18)

It-titolu u t-termini normattivi tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 għandhom jinbidlu biex jittieħed kont tad-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Diċembru 2009, tat-Trattat ta’ Lisbona.

(19)

Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-miżuri fil-qasam tal-kontroll u l-infurzar, u aktar speċifikament fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll applikabbli għall-PKS, kif ukoll il-miżuri fil-qasam tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta bażika. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll, mill-Istati Membri, tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (11).

(20)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 għandu jkun emendat skont dan,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar”.

(2)

Fit-termini normattivi, bl-eċċezzjoni tar-referenzi għall-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd fl-Artikolu 4(c), il-kelma “Komunità” u l-kelma “Komunitajiet” għandhom jinbidlu bil-kelma “Unjoni”. Il-kliem “ilmijiet Komunitarji” għandhom jinbidlu bil-kliem “ilmijiet tal-UE”. Għandu jsir kull aġġustament grammatikali meħtieġ.

(3)

Fl-Artikolu 2, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

miżuri ta’ konservazzjoni, ġbir u ġestjoni tad-dejta u l-użu tad-dejta sabiex jiġi ġġenerat il-parir xjentifiku għall-PKS;”.

(4)

Fl-Artikolu 3, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

titjib tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta meħtieġa għall-PKS;”.

(5)

L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Għanijiet speċifiċi fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu tad-dejta u l-parir xjentifiku

Il-miżuri ta’ finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom jikkontribwixxu għall-għan li jittejbu l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta u l-parir xjentifiku dwar il-qagħda tar-riżorsi, dwar il-livell tas-sajd, dwar l-impatt tas-sajd fuq ir-riżorsi u l-ekosistema tal-baħar, dwar l-aspetti ekonomiċi tas-sajd u l-akkwakultura u dwar il-prestazzjoni tal-industrija tas-sajd, fi ħdan u lil hinn mill-ilmijiet tal-UE, billi jkun ipprovdut appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri ħalli jistabbilixxu settijiet ta’ dejta aggregati multiannwali li jkunu bbażati fuq ix-xjenza u li jkunu jinkorporaw tagħrif bijoloġiku, tekniku, ambjentali u soċjoekonomiku.”.

(6)

L-Artikolu 7(1)(c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

l-iżvilupp, permezz tas-sħubija fuq livell bilaterali, reġjonali jew multilaterali, il-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u tal-kapaċitajiet ta’ kontroll ta’ pajjiżi terzi sabiex jiġi żgurat sajd sostenibbli u jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tas-settur tas-sajd f'dawk il-pajjiżi billi tittejjeb l-evalwazzjoni xjentifika u teknika tas-sajd ikkonċernat, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd, il-kundizzjonijiet tas-saħħa u l-ambjent kummerċjali fis-settur;”.

(7)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Miżuri fil-qasam tal-kontroll u l-infurzar

1.   Fil-qasam tal-kontroll u l-infurzar tar-regoli tal-PKS, in-nefqa li ġejja għandha tkun eliġibbli għal miżuri finanzjarji tal-Unjoni:

(a)

in-nefqa magħmula minn Stati Membri fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-PKS għal:

(i)

investimenti, marbuta ma’ attivitajiet ta’ kontroll imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, minn korpi amministrattivi jew mis-settur privat, fi:

ix-xiri u/jew l-iżvilupp ta’ teknoloġija, inkluż il-ħardwer u s-softwer, sistemi ta’ individwazzjoni tal-bastimenti (VDS), netwerks tal-IT li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi, l-iskambju ta’ dejta marbuta mas-sajd u l-iżvilupp ta’ metodi ta’ kampjunar ta’ tali dejta, inkluż l-iżvilupp ta’ siti web marbuta mal-kontroll;

ix-xiri u/jew l-iżvilupp tal-komponenti meħtieġa sabiex jiġi żgurat li t-trażmissjoni tad-dejta lill-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri u tal-Unjoni mill-atturi involuti fis-sajd u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd, inklużi l-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrar u ta’ rappurtar (ERS), sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) u sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS);

implimentazzjoni ta’ programmi mmirati għall-iskambju u l-analiżi tad-dejta bejn l-Istati Membri;

ix-xiri u l-immodernizzar tal-mezzi ta’ kontroll;

(ii)

programmi ta’ taħriġ u ta’ skambju, anke bejn l-Istati Membri, ta’ persunal responsabbli għall-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd;

(iii)

l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota marbuta mal-kontroll tas-sajd;

(iv)

analiżi tal-ispiża fil-konfront tal-benefiċċju kif ukoll valutazzjoni tal-verifiki mwettqa u n-nefqa magħmula mill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza;

(v)

inizjattivi, li jinkludu seminars u għodod tal-media, immirati lejn it-trawwim ta’ kuxjenza, kemm fost is-sajjieda u atturi oħrajn bħal spetturi, prosekuturi pubbliċi u mħallfin, kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali, dwar il-ħtieġa li jiġi miġġieled is-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat u dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-PKS.

(b)

in-nefqa marbuta mal-arranġamenti amministrattivi maċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, jew kwalunkwe korp konsultattiv ieħor tal-Unjoni, biex jiġu vvalutati u żviluppati teknoloġiji ġodda;

(c)

in-nefqa operattiva kollha marbuta mal-ispezzjoni, mill-ispetturi tal-Kummissjoni, tal-implimentazzjoni tal-PKS mill-Istati Membri, u b'mod partikolari l-missjonijiet ta’ spezzjoni, it-tagħmir tas-sigurtà u t-taħriġ ta’ spetturi, il-laqgħat u l-kiri jew xiri ta’ mezzi għall-ispezzjoni mill-Kummissjoni.

(d)

il-kontribut għall-baġit tas-CFCA biex tkun koperta n-nefqa għall-persunal, għall-amministrazzjoni u n-nefqa operattiva marbuta mal-pjan ta’ ħidma annwali tas-CFCA.

2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli għall-applikazzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 1 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).”.

(8)

L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Miżuri fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu ta’ dejta bażika

1.   Fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu tad-dejta bażika, in-nefqa li ġejja għandha tkun eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fil-qafas ta’ programmi nazzjonali multiannwali imsemmijin fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal- 25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (*):

(a)

in-nefqa mġarrba għall-ġbir ta’ dejta bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika fir-rigward tas-sajd kummerċjali u rikreattiv, inkluż it-teħid ta’ kampjuni, monitoraġġ fil-baħar u stħarriġiet ta’ riċerka, u l-ġbir ta’ dejta ambjentali u soċjoekonomika fl-industrija tal-akkwakultura u l-ipproċessar, kif stipulati fil-programm multiannwali tal-Unjoni imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

(b)

in-nefqa mġarrba għal miżuri marbuta mal-ġestjoni, l-iżvilupp, it-titjib u l-isfruttar tad-dejta msemmija fil-punt (a);

(c)

in-nefqa mġarrba għal miżuri marbuta mal-użu tad-dejta msemmija fil-punt (a), bħalma huma stimi tal-parametri bijoloġiċi u l-produzzjoni ta’ ġabriet ta’ dejta għall-analiżi u l-parir xjentifiku;

(d)

in-nefqa mġarrba fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Laqgħat Reġjonali ta’ Koordinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008, fil-laqgħat xjentifiċi rilevanti ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li l-Unjoni hija parti kontraenti tagħhom jew inkella osservatriċi u għal korpi internazzjonali inkarigati mill-forniment ta’ pariri xjentifiċi.

2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

(*)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.”;"

(9)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura għandha tinbidel b'dan li ġej:

Miżuri fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu ta’ dejta addizzjonali”;

(b)

fl-introduzzjoni għall-paragrafu 1, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“L-attivitajiet li jistgħu jkunu eliġibbli għal miżuri ta’ appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għandhom jinkludu:”;

(c)

fil-paragrafu 1, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

studji u proġetti metodoloġiċi mmirati lejn l-aqwa titjib possibbli u l-istandardizzazzjoni tal-metodi tal-ġbir tad-dejta meħtieġa għall-għoti ta’ parir xjentifiku;”.

(10)

Fl-Artikolu 11, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

in-nefqa għall-kuntratti ta’ sħubija ma’ istituzzjonijiet nazzjonali tar-riċerka jew korpi internazzjonali inkarigati mill-valutazzjonijiet tal-istokkijiet għall-forniment ta’ pariri u dejta xjentifiċi;”.

(11)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (a), (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tal-membri ta’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi fl-ACFA marbuta ma’ laqgħat ta’ tħejjija qabel il-laqgħat tal-ACFA, kif ukoll l-spejjeż marbuta mat-traduzzjoni, l-interpretazzjoni u l-kiri tal-kmamar imġarrba għal dawk il-laqgħat ta’ tħejjija;

(b)

l-ispejjeż għall-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti maħtura mill-ACFA biex jirrappreżentawha f'laqgħat tal-RACs, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u l-iSTECF;

(c)

l-ispejjeż operattivi tal-RACs kif previst fid-Deċiżjoni 2004/585/KE;”;

(b)

fil-punt (d), il-punt (ii) jinbidel b'dan li ġej:

“(ii)

il-forniment ta’ aċċess wiesa’ ħafna għad-dejta u materjal ta’ spjegazzjoni li jikkonċernaw b'mod partikolari l-proposti tal-Kummissjoni permezz tal-iżvilupp tas-siti web fuq l-Internet tad-dipartimenti relevanti tal-Kummissjoni u l-produzzjoni ta’ pubblikazzjoni regolari, kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ seminars ta’ tagħrif u ta’ taħriġ għal dawk li jiffurmaw l-opinjonijiet.”.

(12)

Fl-Artikolu 13(1), il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

kontributi finanzjarji volontarji għal ħidma jew programmi xjentifiċi mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li huma ta’ interess speċjali għall-Unjoni;”.

(13)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura għandha tinbidel b'dan li ġej:

Rati ta’ kofinanzjament fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu ta’ dejta bażika”;

(b)

il-kliem “Artikolu 23(1)” jinbidlu bil-kliem “Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008”.

(14)

L-intestatura tal-Artikolu 17 għandha tinbidel b'dan li ġej:

Rati ta’ kofinanzjament fil-qasam tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta addizzjonali”.

(15)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Id-drittijiet ta’ preljev jiġu allokati skont ftehim ta’ finanzjament mal-Kummissjoni għal kull organizzazzjoni rappreżentattiva li hija membru plenarju tal-ACFA, proporzjonalment għall-intitolamenti fi ħdan il-kumitat plenarju tal-ACFA, u jiddependu mir-riżorsi finanzjarji disponibbli.

3.   Dawk id-drittijiet ta’ preljev u l-ispiża medja ta’ vjaġġ minn membru ta’ organizzazzjoni rappreżentattiva għandhom jiddeterminaw l-għadd ta’ vjaġġi li kull organizzazzjoni tkun finanzjarjament responsabbli għalihom, magħmulin għall-finijiet ta’ laqgħat preparatorji. Mil-limitu kumplessiv tad-dritt ta’ preljev, 20 % tal-ispiża attwali eliġibbli għandha tinżamm bħala somma globali minn kull organizzazzjoni rappreżentattiva biex tkopri dawk l-ispejjeż organizzattivi u amministrattivi li huma marbuta strettament mal-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ tħejjija.”;

(16)

L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   L-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għandhom jitressqu quddiem il-Kummissjoni sal-15 ta’ Novembru tas-sena qabel is-sena ta’ implimentazzjoni kkonċernata.

Tali applikazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn programm annwali għall-kontroll tas-sajd li jkun fih it-tagħrif li ġej:

(a)

l-objettivi tal-programm annwali għall-kontroll tas-sajd;

(b)

ir-riżorsi umani programmati disponibbli;

(c)

ir-riżorsi finanzjarji programmati disponibbli;

(d)

in-numru ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru programmati disponibbli;

(e)

lista ta’ proġetti li għalihom tkun qed jintalab kontribuzzjoni finanzjarja;

(f)

in-nefqa globali ppjanata biex jitwettqu l-proġetti;

(g)

skeda għat-tlestija għal kull proġett elenkat fil-programm annwali għall-kontroll tas-sajd;

(h)

lista ta’ indikaturi li għandhom jintużaw biex tiġi valutata l-effikaċja tal-programm annwali ta’ kontroll tas-sajd.

2.   Għal kull proġett, il-programm annwali ta’ kontroll tas-sajd għandu jispeċifika għal liema miżura msemmija fl-Artikolu 8(a) huwa relatat, l-għan tal-proġett u deskrizzjoni dettaljata tiegħu inklużi l-punti li ġejjin: is-sid, il-post, l-ispiża stmata, skeda għall-ikkompletar tal-proġett u l-proċedura ta’ akkwist pubbliku li għandha tiġi segwita. Meta proġett jitwettaq b'mod konġunt minn aktar minn Stat Membru wieħed, il-programm annwali ta’ kontroll tas-sajd għandu jinkludi wkoll lista tal-Istati Membri li jwettqu l-proġett, l-ispejjeż totali stmati għall-proġett kif ukoll l-ispejjeż totali stmati għal kull Stat Membru.”.

(b)

Fil-paragrafu 3, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

kemm-il siegħa jew kemm-il jum fis-sena x'aktarx jintużaw għal finijiet ta’ kontroll tas-sajd u liema sistema ġiet stabbilita fl-Istat Membru, sabiex ikun possibbli għall-Kumissjoni jew għall-Qorti tal-Awdituri biex jivverifikaw l-użu effettiv għall-finijiet ta’ kontroll;”;

(c)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba fil-paragrafi 1, 2 u 3 billi jressqu, kemm elettronikament kif ukoll fil-forma stampata, l-formola elettronika kkomunikata lilhom mill-Kummissjoni.”.

(17)

It-titlu tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu V jinbidel b'dan li ġej:

Proċeduri fil-qasam tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta”.

(18)

l-Artikolu 22 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 22

Dispożizzjoni introduttorja

Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta bażika msemmija fl-Artikolu 9 għandu jiġi provdut skont il-proċeduri stabbiliti f'din it-Taqsima.”.

(19)

L-Artikolu 23 għandu jitħassar.

(20)

L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-intestatura għandha tinbidel b'dan li ġej:

Deċiżjoni ta’ finanzjament tal-Kummissjoni”;

(b)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Abbażi tal-programmi multiannwali mressqa mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008 u approvati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament, kull sena għandhom jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-programmi nazzjonali, f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).”;

(c)

il-paragrafu 2 jitħassar.

(21)

L-Artikolu 30 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 30

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Artikolu 30(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistipula regoli u prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istat Membri tal-eżerċitar mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (**).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(**)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”;"

(22)

Jitħassar l-Artikolu 31;

(23)

L-Artikolu 32 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 32

Revoka ta’ atti li ma jkunux għadhom applikabbli

Ir-Regolament (KE) Nru 657/2000 u d-Deċiżjonijiet Nru 2000/439/KE u Nru 2004/465/KE huma b'dan imħassra b'effett mill-1 ta’ Jannar 2007. Madankollu, ir-regoli stabbiliti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 3 u fl-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni 2000/439/KE u fl-Anness għaliha, kif applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2006, għandhom japplikaw b'analoġija għall-programmi nazzjonali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta għas-snin 2007 u 2008.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (23) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ Lulju 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 44, 11.2.2011, p. 171.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2011.

(3)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 155, 15.6.2007, p. 68.

(5)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 346, 23.12.2008, p. 37.

(7)  ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3.

(8)  ĠU L 176, 15.7.2000, p. 42.

(9)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(10)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(11)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

22.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ġunju 2011

dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja

(2011/432/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 81(3), flimkien mal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni qed taħdem għall-istabbiliment ta’ żona ġudizzjarja komuni bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet.

(2)

Il-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja (“il-Konvenzjoni”) tikkostitwixxi bażi tajba, fid-dawl tal-istabbiliment ta’ sistema dinjija għal kooperazzjoni amministrattiva u għar-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet u l-konvenzjonijiet fil-qasam tal-manteniment, peress li tipprevedi assistenza legali bla ħlas fi kważi l-każijiet kollha li jirrigwardaw il-manteniment tat-tfal u proċedura simplifikata għar-rikonoxximent u l-infurzar.

(3)

L-Artikolu 59 tal-Konvenzjoni jippermetti li l-Organizzazzjonijiet Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika bħall-Unjoni jiffirmaw, jaċċettaw jew japprovaw il-Konvenzjoni jew jaderixxu magħha.

(4)

Il-materji rregolati mill-Konvenzjoni huma koperti wkoll fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (2). Bħalma ġie maqbul meta ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/220/UE dwar l-iffirmar tal-Konvenzjoni (3), hija biss l-Unjoni li għandha tapprova l-Konvenzjoni u teżerċita l-kompetenza tagħha fil-materji kollha rregolati minnha. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu marbuta bil-Konvenzjoni b’riżultat tal-approvazzjoni tagħha mill-Unjoni Ewropea.

(5)

Għalhekk, meta tkun qed tapprova l-Konvenzjoni, l-Unjoni għandha tagħmel id-dikjarazzjoni ta’ kompetenza skont l-Artikolu 59(3) tal-Konvenzjoni.

(6)

Barra minn hekk, l-Unjoni għandha tifformula, meta tkun qed tapprova l-Konvenzjoni, ir-riżervi u d-dikjarazzjonijiet kollha li huma awtorizzati mill-Artikoli 62 u 63 rispettivament tal-Konvenzjoni u li hija tqis li huma neċessarji.

(7)

F’dan ir-rigward, l-Unjoni għandha tiddikjara, skont l-Artikolu 2(3) tal-Konvenzjoni, li hija ser testendi l-applikazzjoni tal-Kapitoli II u III tal-Konvenzjoni għall-obbligi ta’ manteniment tal-konjuġi. Fl-istess ħin hija għandha tagħmel dikjarazzjoni unilaterali li fiha tintrabat li teżamina, fi stadju aktar tard, il-possibbiltà ta’ estensjoni ulterjuri tal-kamp ta’ applikazzjoni.

(8)

L-Unjoni għandha tagħmel ir-riżerva prevista fl-Artikolu 44(3) tal-Konvenzjoni dwar il-lingwi aċċettati fil-komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali. L-Istati Membri li jixtiequ li l-Unjoni tagħmel dik ir-riżerva fir-rigward tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan minn qabel, u jindikaw il-kontenut tar-riżerva li għandha ssir.

(9)

L-Unjoni għandha tagħmel id-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 11(1)(g) u fl-Artikolu 44(1) u (2) tal-Konvenzjoni. L-Istati Membri li jixtiequ li l-Unjoni tagħmel tali dikjarazzjonijiet fir-rigward tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan minn qabel u jindikaw il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru.

(10)

Stat Membru li jkun jeħtieġ jirtira fi stadju aktar tard ir-riżerva li tirrigwardah u li tinsab fl-Anness II jew li jimmodifika jew jirtira d-dikjarazzjoni li tirrigwardah u li tinsab fl-Anness III jew li jżid dikjarazzjoni li tirrigwardah fl-Anness III għandu jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dan, l-Unjoni għandha tipproċedi bin-notifika adatta lid-depożitarju.

(11)

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-Awtoritajiet Ċentrali magħżulin f’konformità mal-Artikolu 4 (3) tal-Konvenzjoni u għandhom jikkomunikawlha l-informazzjoni rigward il-liġijiet, il-proċeduri u s-servizzi previsti fl-Artikolu 57 tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (“l-Uffiċċju Permanenti”) fil-waqt meta l-Unjoni tiddepożita l-istrument ta’ approvazzjoni tagħha, kif mitlub mill-Konvenzjoni.

(12)

Meta jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni rigward l-Awtoritajiet Ċentrali tagħhom u dwar il-liġijiet, il-proċeduri u s-servizzi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jużaw il-Formola dwar il-Profil tal-Pajjiż irrakkomandata u ppubblikata mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, jekk possibbli, f’format elettroniku.

(13)

Stat Membru li jkun jeħtieġ jimmodifika fi stadju aktar tard l-informazzjoni rigward l-Awtorità Ċentrali jew il-liġijiet tiegħu, il-proċeduri u s-servizzi, għandu jinforma direttament lill-Uffiċċju Permanenti u fl-istess ħin jikkomunika l-modifiki lill-Kummissjoni.

(14)

F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(15)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, annessa għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja (“il-Konvenzjoni”) hija b’dan approvata f’isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i mogħtija s-setgħa li tiddepożita/jiddepożitaw, f’isem l-Unjoni, l-istrument previst fl-Artikolu 58(2) tal-Konvenzjoni.

Artikolu 3

Meta tiddepożita l-istrument previst fl-Artikolu 58(2) tal-Konvenzjoni, l-Unjoni għandha tagħmel id-dikjarazzjoni ta’ kompetenza skont l-Artikolu 59(3) tal-Konvenzjoni.

It-test ta’ din id-dikjarazzjoni jinsab, taħt il-punt A, fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   Meta tiddepożita l-istrument previst fl-Artikolu 58(2) tal-Konvenzjoni, l-Unjoni għandha tiddikjara f’konformità mal-Artikolu 2(3) tal-Konvenzjoni, li hija ser testendi l-applikazzjoni tal-Kapitoli II u III tal-Konvenzjoni għall-obbligi ta’ manteniment tal-konjuġi.

It-test ta’ din id-dikjarazzjoni jinsab, taħt il-punt B, fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

2.   Meta tiddepożita l-istrument imsemmi fl-Artikolu 58(2) tal-Konvenzjoni, l-Unjoni għandha tagħmel id-dikjarazzjoni unilaterali li t-test tagħha huwa mehmuż bħala l-Anness IV għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Meta tiddepożita l-istrument imsemmi fl-Artikolu 58(2) tal-Konvenzjoni, l-Unjoni għandha tippreżenta r-riżerva prevista fl-Artikolu 44(3) tal-Konvenzjoni dwar l-Istati Membri li joġġezzjonaw għall-użu jew tal-Franċiż, jew tal-Ingliż fil-komunikazzjonijiet bejn l-Awtoritajiet Ċentrali.

It-test ta’ din ir-riżerva jinsab fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Meta tiddepożita l-istrument previst fl-Artikolu 58(2) tal-Konvenzjoni, l-Unjoni għandha tagħmel id-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 11(1)(g) tal-Konvenzjoni dwar l-informazzjoni jew id-dokumenti meħtieġa mill-Istati Membri u fl-Artikolu 44(1) tal-Konvenzjoni dwar il-lingwi aċċettati mill-Istati Membri minbarra l-lingwi uffiċjali tagħhom kif ukoll id-dikjarazzjoni prevista fl-Artikolu 44(2) tal-Konvenzjoni.

It-test ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet jinsab fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

1.   Sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri għandhom jinnotifkaw lill-Kummissjoni:

(a)

id-dettalji tal-Awtoritajiet ċentrali nominati f’konformità mal-Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni; u

(b)

l-informazzjoni li tikkonċerna l-liġijiet, il-proċeduri u s-servizzi previsti fl-Artikolu 57 tal-Konvenzjoni.

2.   Meta jgħaddu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola dwar il-profil tal-pajjiż irrakkomandata u ppubblikata mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, jekk possibbli, f’format elettroniku.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-Formoli dwar il-Profil tal-Pajjiż mimlija mill-Istati Membri lill-Uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (“l-Uffiċċju Permanenti”) fil-waqt meta l-Unjoni tiddepożita l-istrument imsemmi fl-Artikolu 58(2) tal-Konvenzjoni.

Artikolu 8

Stat Membru li jkun jixtieq jirtira r-riżerva li tirrigwardah u li tinsab fl-Anness II jew jimmodifika jew jirtira d-dikjarazzjoni li tirrigwardah u li tinsab fl-Anness III jew iżid dikjarazzjoni li tirrigwardah fl-Anness III għandu jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bl-irtirar, il-modifika jew iż-żieda mixtieqa.

L-Unjoni għandha mbagħad tipproċedi bin-notifika adatta lid-depożitarju f’konformità mal-Artikolu 63(2) tal-Konvenzjoni.

Artikolu 9

Stat Membru li, wara li l-Kummissjoni tkun bagħtet inizjalment il-Formola dwar il-Profil tal-Pajjiż li tirrigwardah, jixtieq jimmodifika l-informazzjoni li tinsab f’din il-formola, għandu jinforma direttament lill-Uffiċċju Permanenti, jew għandu jwettaq il-modifika meħtieġa direttament, f’każ li tkun qed tintuża l-verżjoni elettronika tal-formola dwar il-profil tal-pajjiż. Fl-istess waqt, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

PINTÉR S.


(1)  Opinjoni mogħtija fil-11 ta’ Frar 2010 (ĠU C 341E, 16.12.2010, p. 98).

(2)  ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 93, 7.4.2011, p. 9.


ANNESS I

Dikjarazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja (minn hawn ’il quddiem “il-Konvenzjoni”) f’konformità mal-Artikolu 63 tal-Konvenzjoni

A.   DIKJARAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 59(3) TAL-KONVENZJONI RIGWARD IL-KOMPETENZA TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IL-MATERJI RREGOLATI MILL-KONVENZJONI

1.

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li hija teżerċita kompetenza fil-materji kollha rregolati mill-Konvenzjoni. L-Istati Membri tagħha ser ikunu marbuta bil-Konvenzjoni b’riżultat tal-approvazzjoni tagħha mill-Unjoni Ewropea.

2.

L-Istati Membri attwali tal-Unjoni Ewropea huma r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq.

3.

Madanakollu, din id-dikjarazzjoni ma tapplikax għar-Renju tad-Danimarka, f’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4.

Din id-dikjarazzjoni mhix applikabbli għal territorji tal-Istati Membri fejn ma japplikax it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 355 ta’ dak it-Trattat) u hija mingħajr preġudizzju għal atti jew pożizzjonijiet li jistgħu jkunu adottati taħt il-Konvenzjoni mill-Istati Membri kkonċernati f’isem u fl-interess ta’ dawn it-territorji.

5.

L-applikazzjonit tal-Konvenzjoni f’kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali ser tkun ir-responsabbiltà tal-Awtoritajiet Ċentrali ta’ kull Stat Membru individwali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, kull meta Awtorità Ċentrali ta’ Stat Kontraenti teħtieġ li tikkuntattja Awtorità Ċentrali ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, hija għandha tikkuntattja direttament lill-Awtorità Ċentrali kkonċernata. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, jekk iqisu dan opportun, ser jattendu wkoll għal kull Kummissjoni Speċjali li x’aktarx tkun inkarigata ssegwi l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni.

B.   DIKJARAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(3) TAL-KONVENZJONI

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li hija ser testendi l-applikazzjoni tal-Kapitoli II u III tal-Konvenzjoni għall-obbligi ta’ manteniment tal-konjuġi.


ANNESS II

Riżerva tal-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja (minn hawn ’il quddiem “il-Konvenzjoni”) f’konformità mal-Artikolu 62 tal-Konvenzjoni

L-Unjoni Ewropea tagħmel ir-riżerva li ġejja prevista fl-Artikolu 44(3) tal-Konvenzjoni:

Ir-Repubblika Ċeka, Ir-Repubblika tal-Estonja, Ir-Repubblika Ellenika, Ir-Repubblika tal-Latvja, Ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Ir-Repubblika tal-Polonja, Ir-Repubblika Slovakka, Ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq joġġezzjonaw għall-użu tal-Franċiż fil-komunikazzjonijiet bejn l-Awtoritajiet Ċentrali.


ANNESS III

Dikjarazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja (minn hawn ’il quddiem “il-Konvenzjoni”) f’konformità mal-Artikolu 63 tal-Konvenzjoni

1.   DIKJARAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11(1)(g) TAL-KONVENZJONI

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li, fl-Istati Membri elenkati hawn taħt, applikazzjoni oħra għajr applikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 10(1)(a) u (2)(a) tal-Konvenzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni jew id-dokumenti speċifikati għal kull wieħed minn dawn l-Istati Membri:

Ir-Renju tal-Belġju:

Għal applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(e) u (f) u (2)(b) u (c), it-test sħiħ tad-deċiżjoni jew id-deċiżjonijiet f’kopja jew kopji ċċertifikati.

Ir-Repubblika Ċeka:

Il-prokura mogħtija lill-Awtorità Ċentrali mill-applikant skont l-Artikolu 42.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja:

Iċ-ċittadinanza, il-professjoni jew ix-xogħol tal-kreditur u, fejn adatt, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant legali tiegħu.

Iċ-ċittadinanza, il-professjoni jew ix-xogħol tad-debitur, dment li dawn ikunu magħrufin mill-kreditur.

Fil-każ ta’ applikazzjoni minn fornitur ta’ servizz tal-liġi pubblika li jagħmel pretensjonijiet ta’ manteniment ta’ dritt trasferit, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li l-pretensjoni tagħha ġiet trasferita.

Fil-każ ta’ indiċjar ta’ pretensjoni infurzabbli, il-metodu tal-kalkolu tal-indiċjar u, fil-każ ta’ obbligu biex jitħallsu interessi legali, ir-rata tal-interessi legali u d-data tal-bidu tal-interessi mandatorji.

Ir-Repubblika tal-Latvja:

L-applikazzjoni tinkludi l-kodiċi personali tal-applikant (jekk assenjata fir-Repubblika tal-Latvja) jew in-numru tal-identifikazzjoni, jekk ikun assenjat; il-kodiċi personali tal-konvenut (jekk assenjata fir-Repubblika tal-Latvja) jew in-numru tal-identifikazzjoni, jekk ikun assenjat; il-kodiċi personali (jekk assenjati fir-Repubblika tal-Latvja) jew in-numri tal-identifikazzjoni, jekk assenjati, tal-persuni kollha li għalihom qed jitfittex manteniment.

L-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a), (b), (d) u (f) u 2(a) u (c) tal-Konvenzjoni li ma jirrigwardawx il-manteniment tat-tfal (fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni) jiġu akkumpanjati minn dokument li juri sa liema punt l-applikant irċieva għajnuna legali b’xejn fl-Istat ta’ oriġini, li fih informazzjoni dwar it-tip u l-ammont ta’ għajnuna legali li diġà ntalbet u jindika liema għajnuna legali oħra ser tinħtieġ.

Ir-Repubblika tal-Polonja:

I.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b):

1.

Applikazzjoni għall-infurzar ta’ deċiżjoni għandha tinkludi l-isem tal-qorti li tkun tat is-sentenza, id-data tas-sentenza u l-isem u l-kunjom tal-partijiet għall-proċedimenti.

2.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża:

kopja oriġinali tat-titolu infurzabbli (kopja ċertifikata tas-sentenza flimkien mal-ordni għall-infurzar tagħha),

lista dettaljata ta’ arretrati,

dettalji tal-kont tal-bank li fih għandhom jiġu ttrasferiti l-ammonti infurzati,

kopja tal-applikazzjoni flimkien mal-annessi,

traduzzjoni tad-dokumenti kollha fil-Pollakk minn traduttur ġuramentat (professjonali).

3.

L-applikazzjoni, ir-raġunijiet għall-applikazzjoni, il-lista tal-arretrati u l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur għandhom ikunu ffirmati personalment mill-kreditur(i) jew, fil-każ ta’ minuri, minn rappreżentant legali tagħhom.

4.

Meta l-kreditur ma jkunx fil-pussess tal-kopja oriġinali tat-titolu infurzabbli, ir-raġuni għandha tkun iddikjarata fl-applikazzjoni (eż. dokument mitluf jew meqrud, jew meta l-qorti ma tkunx stabbiliet titolu infurzabbli).

5.

Fil-każ ta’ telf tat-titolu infurzabbli, għandha tkun mehmuża applikazzjoni għal stabbiliment ulterjuri tat-titolu infurzabbli li għandu jissostitwixxi lil dak mitluf.

II.   Applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10(1)(c) u (d)

1.

Applikazzjoni għall-istabbiliment ta’ deċiżjoni li tagħti manteniment għat-tfal għandu jkun fiha indikazzjoni tal-ammont ta’ kull xahar mitlub fit-titolu bħala manteniment għat-tfal għal kull kreditur.

2.

L-applikazzjoni u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għandhom ikunu ffirmati personalment mill-kreditur(i) jew, fil-każ ta’ minuri, minn rappreżentant legali tagħhom.

3.

Fir-raġunijiet għal applikazzjoni għall-istabbiliment ta’ deċiżjoni, huwa meħtieġ li jiġu ddikjarati l-fatti kollha li jiġġustifikaw it-talba, u b’mod partikolari li tingħata informazzjoni dwar:

a.

ir-relazzjoni bejn il-kreditur u d-debitur: wild (wild minn żwieġ/wild formalment rikonoxxut mid-debitur/paternità tal-wild stabbilita minn proċedimenti tal-qorti), qarib ieħor, konjuġi, ex-konjuġi, relatat,

b.

informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kreditur għandu jkun fiha dejta li tikkonċerna:

l-età, is-saħħa u l-livell ta’ edukazzjoni tal-kreditur,

l-infiq ta’ kull xahar tal-kreditur (ikel, ħwejjeġ, iġjene personali, prevenzjoni, mediċina, riabilitazzjoni, taħriġ, ħin liberu, infiq eċċezzjonali, eċċ.),

(fejn il-manteniment għat-tfal jintalab għal aktar minn persuna intitolata waħda - id-dejta ta’ hawn fuq għandha tingħata għal kull waħda minn dawn il-persuni),

edukazzjoni tal-ġenitur li jieħu ħsieb lill-kreditur taħt l-età, il-professjoni li jkun tgħallem u l-professjoni attwali tiegħu,

is-sorsi u l-ammont ta’ dħul ta’ kull xahar tal-ġenitur li jieħu ħsieb lill-kreditur,

infiq ta’ kull xahar tal-ġenitur li jieħu ħsieb lill-kreditur taħt l-età għall-manteniment tiegħu/tagħha u ta’ oħrajn, minbarra l-kreditur, dipendenti fuqu/fuqha għal manteniment,

c.

informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur għandha tinkludi wkoll dejta dwar l-edukazzjoni tad-debitur, il-professjoni li jkun tgħallem u l-professjoni attwali tiegħu.

4.

Għandu jkun indikat liema mill-fatti deskritti fir-raġunijiet għandhom jiġu ddikjarati fit-teħid tal-provi (eż. qari tad-dokument waqt il-proċess, smigħ tax-xhud/ix-xhieda, smigħ tal-kreditur jew tar-rappreżentant legali tiegħu/tagħha, smigħ tad-debitur, eċċ.).

5.

Huwa neċessarju li jiġi indikat kull element ta’ prova meħtieġ u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti lill-qorti tieħu tali prova.

6.

Id-dokumenti għandhom ikunu miktubin u mehmuża mal-applikazzjoni fil-kopja orġinali jew fil-forma ta’ kopji ċertifikati; dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċertifikata fil-Pollakk.

7.

Xhieda: l-isem, il-kunjom u l-indirizz ta’ kull xhud għandhom ikunu inklużi.

III.   Applikazzjoni prevista fl-Artikolu 10(1)(e) u (f)

1.

Applikazzjoni għal modifika ta’ deċiżjoni li tagħti manteniment għandha tinkludi:

a.

l-isem tal-qorti li tagħti s-sentenza, id-data tas-sentenza u l-isem u l-kunjom tal-partijiet għall-proċedimenti,

b.

indikazzjoni tal-ammont ta’ manteniment ta’ kull xahar mitlub f’isem kull kreditur minflok il-manteniment li jkun ingħata qabel.

2.

Ir-raġunijiet mogħtija fl-applikazzjoni għandhom jistabbilixxu l-bidla fiċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw it-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment.

3.

L-applikazzjoni u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għandhom ikunu ffirmati personalment mill-kreditur(i) jew, fil-każ ta’ minuri, minn rappreżentant legali tagħhom.

4.

Għandu jkun indikat liema mill-fatti deskritti fir-raġunijiet għandhom jiġu ddikjarati fit-teħid tal-provi (eż. qari tad-dokument waqt il-proċess, smigħ tax-xhud/ix-xhieda, smigħ tal-kreditur jew tar-rappreżentant legali tiegħu/tagħha, smigħ tad-debitur, eċċ.).

5.

Huwa neċessarju li jiġi indikat kull element ta’ prova mitlub u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti lill-qorti tieħu tali prova.

6.

Id-dokumenti għandhom ikunu miktubin u mehmuża mal-applikazzjoni fil-kopja orġinali jew fil-forma ta’ kopji ċertifikati; dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċertifikata fil-Pollakk.

7.

Xhieda: l-isem, il-kunjom u l-indirizz ta’ kull xhud għandhom ikunu inklużi.

IV.   Applikazzjoni prevista fl-Artikolu 10(2)(b) u (c)

1.

Applikazzjoni għal modifika ta’ deċiżjoni li tagħti manteniment għandha tinkludi:

a.

l-isem tal-qorti li tagħti s-sentenza, id-data tas-sentenza u l-isem u l-kunjom tal-partijiet għall-proċedimenti,

b.

indikazzjoni tal-ammont ta’ manteniment ta’ kull xahar mitlub f’isem kull kreditur minflok il-manteniment li jkun ingħata qabel.

2.

Ir-raġunijiet mogħtija fl-applikazzjoni għandhom jistabbilixxu l-bidla fiċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw it-talba għal bidla fl-ammont tal-manteniment.

3.

L-applikazzjoni u r-raġunijiet għall-applikazzjoni għandhom ikunu ffirmati personalment mid-debitur.

4.

Għandu jkun indikat liema mill-fatti deskritti fir-raġunijiet għandhom jiġu ddikjarati fit-teħid tal-provi (eż. qari tad-dokument waqt il-proċess, smigħ tax-xhud/ix-xhieda, smigħ tal-kreditur jew tar-rappreżentant legali tiegħu/tagħha, smigħ tad-debitur, eċċ.).

5.

Huwa neċessarju li jiġi indikat kull element ta’ prova mitlub u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tippermetti lill-qorti tieħu tali prova.

6.

Id-dokumenti għandhom ikunu miktubin u mehmuża mal-applikazzjoni fil-kopja orġinali jew fil-forma ta’ kopji ċertifikati; dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċertifikata fil-Pollakk.

7.

Xhieda: l-isem, il-kunjom u l-indirizz ta’ kull xhud għandhom ikunu inklużi.

Ir-Repubblika Slovakka:

Informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-partijiet kollha involuti.

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq:

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b)

Ingilterra u Wales

Kopja oriġinali u/jew ċertifikata tad-deċiżjoni; Ċertifikat tal-infurzabbiltà; Dikjarazzjoni ta’ Arretrati; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher għas-smigħ oriġinali u jekk le, id-dokument li jikkonferma li d-debitur kien ġie notifikat u ngħata avviż dwar dawk il-proċedimenti jew li hu kien notifikat dwar id-deċiżjoni oriġinali u kien ingħata l-opportunità ta’ difiża jew appell; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab id-debitur - residenza u impjieg; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Dokument li jindika safejn l-applikant ikun ibbenefika minn għajnuna legali bla ħlas; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli. Ordni ta’ kopja ċertifikata jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment tż-żwieġ jew relazzjoni oħra, jekk applikabbli.

Skozja

Kopja oriġinali u/jew ċertifikata tad-deċiżjoni; Ċertifikat tal-infurzabbiltà; Dikjarazzjoni ta’ Arretrati; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher għas-smigħ oriġinali u jekk le, id-dokument li jikkonferma li d-debitur kien ġie notifikat dwar dawk il-proċedimenti jew li hu kien notifikat dwar id-deċiżjoni oriġinali u kien ingħata l-opportunità ta’ appell; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab id-debitur; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli;

Irlanda ta’ Fuq

Kopja oriġinali u/jew ċertifikata tad-deċiżjoni; Ċertifikat tal-infurzabbiltà; Dikjarazzjoni ta’ Arretrati; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher għas-smigħ oriġinali u jekk le, id-dokument li jikkonferma li d-debitur kien ġie notifikat dwar dawk il-proċedimenti jew li hu kien notifikat dwar id-deċiżjoni oriġinali u kien ingħata l-opportunità ta’ appell; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab id-debitur - residenza u impjieg; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Dokument li jindika safejn l-applikant ikun ibbenefika minn għajnuna legali bla ħlas; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċertifikat taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli.

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(c)

Ingilterra u Wales

Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja — dħul/ħruġ/assi; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab il-konvenut — residenza u impjieg; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli. Ordni ta’ kopja ċertifikata jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment tż-żwieġ jew relazzjoni oħra, jekk applikabbli. Kopja ta’ kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Applikazzjoni ta’ għajnuna legali; Dokument bħala prova ta’ parentela jekk applikabbli; Kwalunkwe dokument speċifikat ieħor skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3) (b) u 30(3) jekk rilevanti.

Skozja

Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja — dħul/ħruġ/assi; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab il-konvenut; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Applikazzjoni ta’ għajnuna legali; Dokument bħala prova ta’ parentela jekk applikabbli;

Irlanda ta’ Fuq

Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja —dħul/ħruġ/assi; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab il-konvenut —residenza u impjieg; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċertifikata ta’ Sentenza Proviżorja (Decree Nisi) (ċertifikat interim tad-divorzju) jekk applikabbli; Kopja ta’ kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Applikazzjoni ta’ għajnuna legali; Dokument bħal prova ta’ parentela jekk applikabbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3)(b) u 30(3) jekk rilevanti.

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(d)

Ingilterra u Wales

Kopja ċertifikata tad-deċiżjoni rilevanti għall-Artikolu 20 jew l-Artikolu 22(b) jew (e) flimkien mad-dokumenti rilevanti għat-teħid ta’ dik id-deċiżjoni; Dokument li jindika safejn l-applikant ikun ibbenefika minn għajnuna legali bla ħlas; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja - dħul/ħruġ/assi; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab il-konvenut - residenza u impjieg; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Ordni ta’ kopja ċertifikata jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment taż-żwieġ jew relazzjoni oħra, jekk applikabbli. Kopja ta’ kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dokument bħala prova ta’ parentela jekk applikabbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3)(b) u 30(3) jekk rilevanti.

Skozja

Bħal fl-Artikolu 10(1)(c) ta’ hawn fuq.

Irlanda ta’ Fuq

Kopja ċertifikata tad-deċiżjoni rilevanti għall-Artikolu 20 jew l-Artikolu 22(b) jew (e) flimkien mad-dokumenti rilevanti għat-teħid ta’ dik id-deċiżjoni; Dokument li jindika safejn l-applikant ikun ibbenefika minn għajnuna legali bla ħlas; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja - dħul/ħruġ/assi; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab il-konvenut - residenza u impjieg; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-konvenut; Ritratt tal-konvenut, jekk disponibbli; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċertifikata ta’ Sentenza Proviżorja (Decree Nisi) (ċertifikat interim tad-divorzju) jekk applikabbli; Kopja ta’ kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dokument bħala prova ta’ parentela jekk applikabbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3)(b) u 30(3) jekk rilevanti.

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(e)

Ingilterra u Wales

Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/konvenut — dħul/ħruġ/assi; Applikazzjoni ta’ għajnuna legali; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla (tfal); Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/konvenut jekk applikabbli; Kopja ta’ kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3)(b) u 30(3) jekk rilevanti. Dikjarazzjoni bil-miktub li ż-żewġ partijiet dehru fil-proċedimenti u jekk deher l-applikant biss il-kopja oriġinali jew ċertifikata tad-dokument li jistabbilixxi evidenza ta’ servizz tal-avviż tal-proċedimenti dwar il-parti l-oħra.

Skozja

Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/konvenut -dħul/ħruġ/assi; Applikazzjoni ta’ għajnuna legali; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla (tfal);

Irlanda ta’ Fuq

Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/konvenut -dħul/ħruġ/assi; Applikazzjoni ta’ għajnuna legali; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla (tfal); Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/konvenut jekk applikabbli; Kopja ta’ kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3)(b) u 30(3) jekk rilevanti.

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(1)(f)

Ingilterra u Wales

Kopja oriġinali u/jew ċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher fis-smigħ oriġinali u jekk le, id-dokument li jikkonferma li d-debitur kien ġie notifikat dwar dawk il-proċedimenti jew li hu kien notifikat dwar id-deċiżjoni oriġinali u kien ingħata l-opportunità ta’ appell; Dokument li jindika safejn l-applikant ikun ibbenefika minn għajnuna legali bla ħlas; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/konvenut - dħul/ħruġ/assi; Ċertifikat tal-infurzabbiltà; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla(tfal); Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċertifikata ta’ ordni jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment taż-żwieġ jew relazzjoni oħra, jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta’ kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab id-debitur - residenza u impjieg; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3)(b) u 30(3) jekk rilevanti. Dikjarazzjoni bil-miktub li ż-żewġ partijiet dehru fil-proċedimenti u jekk deher l-applikant biss il-kopja oriġinali jew ċertifikata tad-dokument li huwa prova li ngħata l-avviż tal-proċedimenti lill-parti l-oħra.

Skozja

Kopja oriġinali u/jew ċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokument li jikkonferma li d-debitur kien ġie notifikat dwar dawk il-proċedimenti jew li kien notifikat dwar id-deċiżjoni oriġinali u li ngħata opportunità li jappella; Dokument li jindika safejn l-applikant ikun ibbenefika minn għajnuna legali bla ħlas; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/konvenut - dħul/ħruġ/assi; Ċertifikat tal-infurzabbiltà; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla(tfal); Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/konvenut, jekk applikabbli; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab id-debitur; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli.

Irlanda ta’ Fuq

Kopja oriġinali u/jew ċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokument li jiddikjara li d-debitur deher fis-smigħ oriġinali u jekk le, id-dokument li jikkonferma li d-debitur kien ġie notifikat dwar dawk il-proċedimenti jew li hu kien notifikat dwar id-deċiżjoni oriġinali u kien ingħata l-opportunità ta’ appell; Dokument li jindika safejn l-applikant ikun ibbenefika minn għajnuna legali bla ħlas; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/konvenut - dħul/ħruġ/assi; Ċertifikat tal-infurzabbiltà; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla(tfal); Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċertifikata tas-Sentenza Proviżorja (Decree Nisi) (ċertifikat interim tad-divorzju) jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/konvenut, jekk applikabbli; Kopja ta’ kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab id-debitur - residenza u impjieg; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tad-debitur; Ritratt tad-debitur, jekk disponibbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3)(b) u 30(3) jekk rilevanti.

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(2)(b)

Ingilterra u Wales

Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/konvenut - dħul/ħruġ/assi; Applikazzjoni ta’ għajnuna legali; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla(tfal); Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/konvenut - dħul/ħruġ/assi; Kopja ta’ kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3)(b) u 30(3) jekk rilevanti.

Skozja

Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/konvenut - dħul/ħruġ/assi; Applikazzjoni ta’ għajnuna legali; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla(tfal).

Irlanda ta’ Fuq

Kopja tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/konvenut - dħul/ħruġ/assi; Applikazzjoni ta’ għajnuna legali; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla(tfal); Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/konvenut jekk applikabbli; Kopja ta’ kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3)(b) u 30(3) jekk rilevanti.

Applikazzjoni skont l-Artikolu 10(2)(c)

Ingilterra u Wales

Kopja oriġinali u/jew ċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Ċertifikat tal-infurzabbiltà; Dokument li jindika safejn l-applikant ikun ibbenefika minn għajnuna legali bla ħlas; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/konvenut - dħul/ħruġ/assi; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla(tfal); Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Ordni ta’ kopja ċertifikata jew strument ieħor bħala prova tax-xoljiment taż-żwieġ jew relazzjoni oħra jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/konvenut jekk applikabbli; Kopja ta’ kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab il-kreditur - residenza u impjieg; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-kreditur; Ritratt tal-kreditur, jekk disponibbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3)(b) u 30(3) jekk rilevanti.

Skozja

Kopja oriġinali u/jew ċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Dokument li jindika safejn l-applikant ikun ibbenefika minn għajnuna legali bla ħlas; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/konvenut —dħul/ħruġ/assi; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab il-kreditur; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-kreditur; Ritratt tal-kreditur, jekk disponibbli.

Irlanda ta’ Fuq

Kopja oriġinali u/jew ċertifikata tad-deċiżjoni li għandha tiġi mmodifikata; Ċertifikat tal-infurzabbiltà; Dokument li jindika safejn l-applikant ikun ibbenefika minn għajnuna legali bla ħlas; Dokumenti rilevanti għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant/konvenut - dħul/ħruġ/assi; Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tat-Twelid jew tal-Adozzjoni tat-tifel/tifla(tfal) jekk applikabbli; Ċertifikat mill-iskola/kulleġġ jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-bidla fis-sitwazzjoni tat-tifel/tifla(tfal); Kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat taż-Żwieġ jekk applikabbli; Kopja ċertifikata tas-Sentenza Proviżorja (Decree Nisi) (ċertifikat interim tad-divorzju) jekk applikabbli; Dokumenti rilevanti għall-istat ċivili tal-applikant/konvenut jekk applikabbli; Kopja ta’ kwalunkwe ordni tal-qorti rilevanti; Dikjarazzjoni dwar fejn jinsab il-kreditur - residenza u impjieg; Dikjarazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-kreditur; Ritratt tal-kreditur, jekk disponibbli; Kwalunkwe dokument ieħor speċifikat skont l-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3)(b) u 30(3) jekk rilevanti.

Ġenerali

Għall-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10, inklużi l-Artikoli 10(1)(a) u 10(2)(a), l-Awtorità Ċentrali tal-Ingilterra u Wales tixtieq tirċievi tliet kopji ta’ kull dokument, akkumpanjati mit-traduzzjonijiet għall-Ingliż (jekk meħtieġ).

Għall-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 10, inklużi l-Artikoli 10(1)(a) u 10(2)(a), l-Awtorità Ċentrali tal-Irlanda ta’ Fuq tixtieq tirċievi tliet kopji ta’ kull dokument, akkumpanjati mit-traduzzjonijiet għall-Ingliż.

2.   DIKJARAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 44(1) TAL-KONVENZJONI

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li l-Istati Membri elenkati hawn taħt jaċċettaw l-applikazzjonijiet u d-dokumenti rilevanti li huma tradotti, minbarra l-lingwa uffiċjali tagħhom, fil-lingwi speċifikati għal kull wieħed minnhom:

 

Ir-Repubblika Ċeka: Slovakk

 

Ir-Repubblika tal-Estonja: Ingliż

 

Ir-Repubblika tal-Litwanja: Ingliż

 

Ir-Repubblika Slovakka: Ċek

3.   DIKJARAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 44(2) TAL-KONVENZJONI

L-Unjoni Ewropea tiddikjara li fil-Belġju, id-dokumenti li għandhom, għandhom jitfasslu bil-Franċiż, l-Olandiż jew il-Ġermaniż, jew jiġu tradotti fihom, skont il-parti tat-territorju Belġjan li fihom għandhom jiġu ppreżentati d-dokumenti.

Informazzjoni dwar liema lingwa għandha tintuża fi kwalunkwe parti tat-territorju Belġjan tista’ tinsab fil-Manwal tal-aġenziji li jirċievu skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti). Dan il-Manwal jista’ jinsab fuq il-websajt http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/html/index_mt.htm

Ikklikkja fuq:

“Notifika ta’ Dokumenti (Regolament 1393/2007)”/“Atti”/“Manwal”/“Il-Belġju”/“Geographical areas of competence” (pp. 42 et seq.).

jew mur direttament fuq l-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/html/pdf/manual_sd_bel.pdf

u kklikkja fuq “Geographical areas of competence” (pp. 42 et seq.).


ANNESS IV

Dikjarazzjoni unilaterali mill-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja

L-Unjoni Ewropea tagħmel id-dikjarazzjoni unilaterali li ġejja:

“L-Unjoni Ewropea tissottolinja li hija tagħti importanza kbira lill-Konvenzjoni tal-Aja tal-2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja. Hija tagħraf li kamp ta’ applikazzjoni estiż għall-obbligi ta’ manteniment kollha li jirriżultaw minn relazzjonijiet ta’ familja, ta’ ġenitur, ta’ żwieġ jew ta’ affinità x’aktarx iżid b’mod konsiderevoli l-effett utli tal-Konvenzjoni b’tali mod li l-kredituri tal-manteniment kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva stabbilita bil-Konvenzjoni.

Huwa f’dan l-ispirtu li l-Unjoni Ewropea biħsiebha testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitoli II u III tal-Konvenzjoni għall-obbligi ta’ manteniment tal-konjuġi, hekk kif il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni.

Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea timpenja ruħha li teżamina, fi żmien seba’ snin, fid-dawl tal-esperjenza miksuba u ta’ dikjarazzjonijiet ta’ estensjoni possibbli magħmula minn Stati kontraenti oħra, il-possibbiltà li testendi l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni kollha għall-obbligi ta’ manteniment kollha li jirriżultaw minn relazzjonijiet ta’ familja, ta’ ġenitur, ta’ żwieġ jew ta’ affinità.”.


KONVENZJONI

dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja

(Konkluża fit-23 ta’ Novembru 2007)

L-ISTATI FIRMATARJI TAL-KONVENZJONI PREŻENTI,

FILWAQT LI JIXTIEQU jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-Istati għall-irkupru internazzjonali ta’ manteniment għat-tfal u forom oħra ta’ manteniment tal-familja,

KONXJI mill-ħtieġa għal proċeduri li jagħtu riżultati u li jkunu aċċessibbli, immedjati, effiċjenti, kost- effettivi, responsivi u ġusti,

FILWAQT LI JIXTIEQU jibnu fuq l-aħjar karatteristiċi tal-Konvenzjonijiet tal-Aja u strumenti internazzjonali oħra diġà eżistenti, b’mod partikolari l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Irkupru ta’ Manteniment barra mill-pajjiż tal-20 ta’ Ġunju 1956,

FILWAQT LI JFITTXU li jieħdu vantaġġ mill-avvanzi fit-teknoloġiji u li joħolqu sistema flessibbli li tista’ tkompli tevolvi hekk kif il-bżonniijiet jinbidlu u titjib ulterjuri fit-teknoloġija joħloq opportunitajiet ġodda,

FILWAQT LI JFAKKRU LI, skont l-Artikoli 3 u 27 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta’ Novembru 1989,

fl-azzjonijiet kollha li jikkonċernaw it-tfal l-aħjar interess tat-tfal għandu jkun konsiderazzjoni primarja,

it-tfal kollha għandhom id-dritt għal livell ta’ ħajja adegwat għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tagħhom,

il-ġenitur(i) jew persuni oħrajn responsabbli għat-tfal għandhom ir-responsabbiltà primarja li jiżguraw, fl-ambitu tal-ħiliet u l-kapaċitajiet finanzjarji tagħhom, il-kondizzjonijiet tal-ħajja neċessarji għall-iżvilupp tagħhom, u

l-Istati Partijiet għandhom jieħdu dawk il-miżuri kollha xierqa, inklużi l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, sabiex jiggarantixxu l-irkupru tal-manteniment għat-tfal mill-ġenitur(i) jew persuni oħrajn responsabbli, b’mod partikolari meta dawn il-persuni jgħixu fi Stat differenti minn dak tat-tfal,

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DIN IL-KONVENZJONI U QABLU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

KAPITOLU I

GĦAN, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Għan

L-għan tal-Konvenzjoni preżenti huwa li jkun żgurat l-irkupru internazzjonali effetiv ta’ manteniment għat-tfal u forom oħrajn ta’ manteniment tal-familja, b’mod partikolari billi -

(a)

tiġi stabbilita sistema komprensiva ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Kontraenti;

(b)

ikunu disponibbli talbiet għall-istabbiliment ta’ deċiżjonijiet dwar il-manteniment;

(c)

isir provvediment għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet dwar il-manteniment; u

(d)

ikunu hemm miżuri effettivi għall-infurzar fil-pront ta’ deċiżjonijiet dwar il-manteniment.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

(1)   Din il-Konvenzjoni għandha tapplika -

(a)

għall-obbligi ta’ manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni ġenitur-tifel fil-konfront ta’ persuna taħt il-21 sena;

(b)

għar-rikonoxximent u l-infurzar jew l-infurzar ta’ deċiżjoni għall-manteniment tal-konjuġi meta t-talba ssir flimkien ma’ pretensjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-subparagrafu a); u

(c)

bl-eċċezzjoni tal-Kapitoli II u III, għall-manteniment tal-konjuġi.

(2)   Kwalunkwe Stat Kontraenti jista’, f’konformità mal-Artikolu 62, jirriżerva d-dritt li jillimita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni taħt is-subparagrafu 1 a), għal persuni taħt it-18-il sena. Stat Kontraenti li jagħmel din ir-riżerva ma għandux ikun intitolat li jinvoka l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni għal persuni tal-età eskluża b’din ir-riżerva.

(3)   Kwalunkwe Stat Kontraenti jista’ jiddikjara f’konformità mal-Artikolu 63 li hu ser jestendi l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni kollha jew ta’ parti minnha għal kwalunkwe obbligu ta’ manteniment li jirriżulta minn relazzjoni tal-familja, ta’ dixxendenza, ta’ żwieġ jew ta’ affinità, inklużi b’mod partikolari obbligi fil-konfront ta’ persuni vulnerabbli. Tali dikjarazzjoni għandha tagħti lok għal obbligi bejn iż-żewġ Stati Kontraenti biss safejn id-dikjarazzjonijiet tagħhom ikopru l-istess obbligi ta’ manteniment u l-istess partijiet tal-Konvenzjoni.

(4)   Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni għandhom japplikaw għat-tfal irrispettivament mill-istat taż-żwieġ tal-ġenituri.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni -

(a)

“kreditur” tfisser individwu li hu dovut lilu jew li allegatament hu dovut lilu l-manteniment;

(b)

“debitur” tfisser individwu li għandu jagħti jew li allegatament għandu jagħti manteniment;

(c)

“assistenza legali” tfisser l-assistenza neċessarja sabiex ir-rikorrenti jkunu jistgħu jsiru jafu u jasserixxu d-drittijiet tagħhom u sabiex ikun żgurat li t-talbiet jiġu ttrattati b’mod sħiħ u effettiv fl-Istat li ssirlu t-talba. Il-mezzi sabiex tiġi provduta din l-assistenza jistgħu jinkludu, skont il-ħtieġa, pariri legali, għajnuna biex jinġieb il-każ quddiem awtorità, rappreżentanza legali u eżenzjoni mill-ispejjeż tal-proċedimenti;

(d)

“ftehim bil-miktub” tfisser ftehim irreġistrat fi kwalunkwe mezz, bit-tagħrif li jkun miġbur fih ikun aċċessibbli b’mod li jista’ jerġa’ jiġi kkonsultat aktar ’il quddiem;

(e)

“arranġament ta’ manteniment” tfisser ftehim bil-miktub li jirrigwarda ħlas ta’ manteniment li:

(i)

ġie formalment abbozzat jew irreġistrat bħala strument awtentiku minn awtortità kompetenti; jew

(ii)

ġie awtentikat minn, jew konkluż, irreġistrat jew ippreżentat għand awtorità kompetenti,

u li jista’ jkun is-suġġett ta’ reviżjoni jew modifika minn awtorità kompetenti;

(f)

“persuna vulnerabbli” tfisser persuna li, minħabba xi difett jew insuffiċjenza tal-fakultajiet personali tagħha, ma tkunx tista’ ssostni lilha nnifisha.

KAPITOLU II

KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 4

Nomina ta’ Awtoritajiet Ċentrali

(1)   Stat Kontraenti għandu jinnomina Awtorità Ċentrali għall-qadi tad-dmirijiet li huma imposti mill-Konvenzjoni fuq tali awtorità.

(2)   L-Istati Federali, Stati b’iktar minn sistema legali waħda jew Stati b’unitajiet territorjali awtonomi għandhom ikunu liberi li jaħtru iktar minn Awtorità Ċentrali waħda u għandhom jispeċifikaw il-portata territorjali jew personali tal-funzjonijiet tagħhom. Meta Stat ikun ħatar aktar minn Awtorità Ċentrali waħda, huwa għandu jinnomina l-Awtorità Ċentrali li lilha tista’ tiġi indirizzata kull komunikazzjoni biex tiġi trażmessa lill-Awtorità Ċentrali adatta f’dak l-Istat.

(3)   In-nomina tal-Awtorità Ċentrali jew tal-Awtoritajiet Ċentrali, id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, u fejn adatt il-portata tal-funzjonijiet tagħhom kif speċifikata fil-paragrafu 2, għandhom jiġu kkomunikati minn Stat Kontraenti lill-Uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fil-mument meta l-istrument ta’ ratifika jew adeżjoni jiġi ddepożitat jew meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni skont l-Artikolu 61. L-Istati Kontraenti għandhom jinfurmaw minnufih lill-Uffiċċju Permanenti, bi kwalunkwe tibdil.

Artikolu 5

Funzjonijiet ġenerali tal-Awtoritajiet Ċentrali

L-Awtoritajiet Ċentrali għandhom:

(a)

jikkooperaw ma’ xulxin u jippromwovu l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati tagħhom sabiex jilħqu l-għanijiet tal-Konvenzjoni;

(b)

ifittxu, sa fejn ikun possibbli, soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Konvenzjoni.

Artikolu 6

Funzjonijiet speċifiċi tal-Awtoritajiet Ċentrali

(1)   L-Awtoritajiet Ċentrali għandhom jipprovdu assistenza fir-rigward tat-talbiet taħt il-Kapitolu III. B’mod partikolari huma għandhom:

(a)

jittrażmettu u jirċievu tali talbiet;

(b)

jibdew jew jiffaċilitaw l-istituzzjoni ta’ proċedimenti fir-rigward ta’ tali talbiet.

(2)   Fir-rigward ta’ tali talbiet huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha adatti:

(a)

meta ċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu, biex jipprovdu jew jiffaċilitaw l-għoti ta’ assistenza legali;

(b)

sabiex jgħinu biex jinstab id-debitur jew il-kreditur;

(c)

sabiex jgħinu biex tinkiseb informazzjoni rilevanti dwar id-dħul u, jekk meħtieġ, dwar ċirkostanzi finanzjarji oħra tad-debitur jew tal-kreditur, inkluż fejn qegħdin l-assi;

(d)

sabiex jinkoraġġixxu soluzzjonijiet bonarji bil-għan li jsir ħlas volontarju tal-manteniment, fejn hu xieraq permezz ta’ medjazzjoni, konċiljazzjoni jew proċessi simili;

(e)

biex jiffaċilitaw l-infurzar kurrenti ta’ deċiżjonijiet ta’ manteniment, inkluż kwalunkwe arretrat;

(f)

biex jiffaċilitaw il-ġbir u t-trasferiment malajr ta’ pagamenti ta’ manteniment;

(g)

sabiex jiffaċilitaw il-ġbir ta’ provi dokumentarji jew provi oħrajn;

(h)

sabiex jipprovdu assistenza biex tiġi stabbilita d-dixxendenza, fejn meħtieġ, għall-irkupru tal-manteniment;

(i)

sabiex jibdew jew jiffaċilitaw il-bidu tal-proċedimenti sabiex jinkisbu l-miżuri provviżorji neċessarji li jkunu territorjali fin-natura tagħhom u li l-għan tagħhom ikun li jiġi garantit ir-riżultat ta’ talba pendenti għall-manteniment;

(j)

sabiex jiffaċilitaw in-notifika ta’ dokumenti.

(3)   Il-funzjonijiet tal-Awtorità Ċentrali taħt dan l-Artikolu jistgħu, sa fejn hu permess taħt il-liġi tal-Istat tagħha, jiġu mwettqa minn korpi pubbliċi, jew korpi oħrajn soġġetti għas-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat. In-nomina ta’ tali korpi pubbliċi jew korpi oħrajn, kif ukoll id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom u l-portata tal-funzjonijiet tagħhom, għandhom jiġu kkomunikati minn Stat Kontraenti lill-Uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. L-Istati Kontraenti għandhom jinfurmaw minnufih lill-Uffiċċju bi kwalunkwe bidla.

(4)   Xejn f’dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 7 ma għandu jiġi interpretat bħala li jimponi obbligu fuq l-Awtorità Ċentrali sabiex teżerċita setgħat li jistgħu jiġu eżerċitati biss minn awtoritajiet ġudizzjarji skont il-liġi tal-Istat li ssirlu t-talba.

Artikolu 7

Talbiet għal miżuri speċifiċi

(1)   Awtorità Ċentrali tista’ tagħmel talba, sostnuta b’raġunijiet, lil Awtorità Ċentrali oħra sabiex tieħu miżuri speċifiċi adatti taħt l-Artikolu 6(2)(b), (c), (g), (h), (i)u (j) meta ma hemm l-ebda talba pendenti taħt l-Artikolu 10. L-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba għandha tieħu dawk il-miżuri li huma xierqa jekk tkun sodisfatta li huma meħtieġa sabiex jgħinu lil rikorrent potenzjali sabiex jippreżenta talba taħt l-Artikolu 10 jew sabiex jiġi determinat jekk tali talba għandhiex tiġi ppreżentata.

(2)   Awtorità Ċentrali tista’ wkoll tieħu miżuri speċifiċi fuq talba ta’ Awtorità Ċentrali oħra fir-rigward ta’ każ li jkollu element internazzjonali li jikkonċerna l-irkupru ta’ manteniment li jkun pendenti fl-Istat li jkun qed jagħmel it-talba.

Artikolu 8

Spejjeż tal-Awtorità Ċentrali

(1)   Kull Awtorità Ċentrali għandha tbati l-ispejjeż proprji fl-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni.

(2)   L-Awtoritajiet Ċentrali ma jistgħux jimponu xi spiża fuq rikorrent għall-provvediment tas-servizzi tagħhom taħt il-Konvenzjoni ħlief għal spejjeż eċċezzjonali li jirriżultaw minn talba għal miżura speċifika taħt l-Artikolu 7.

(3)   L-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba ma tistax tirkupra l-ispejjeż tas-servizzi msemmijin fil-paragrafu 2 mingħajr il-kunsens minn qabel tar-rikorrent għall-provvediment ta’ dawk is-servizzi b’dik l-ispiża.

KAPITOLU III

TALBIET PERMEZZ TAL-AWTORITAJIET ĊENTRALI

Artikolu 9

Talba permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali

Talba taħt dan il-Kapitolu għandha ssir permezz tal-Awtorità Ċentrali tal-Istat Kontraenti li fih jirrisjedi r-rikorrent lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li ssirlu t-talba. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, ir-residenza teskludi s-sempliċi preżenza.

Artikolu 10

Talbiet disponibbli

(1)   Il-kategoriji li ġejjin rigward talbiet għandhom ikunu disponibbli lill-kreditur fl-Istat li jagħmel it-talba li jkun qed ifittex li jirkupra l-manteniment taħt din il-Konvenzjoni:

(a)

rikonoxximent jew rikonoxximent u infurzar ta’ deċiżjoni;

(b)

infurzar ta’ deċiżjoni magħmula jew rikonoxxuta fl-Istat li ssirlu t-talba;

(c)

l-istabbiliment ta’ deċiżjoni fl-Istat li ssirlu t-talba meta ma hemmx deċiżjoni diġà eżistenti, inkluż meta jkun meħtieġ li tiġi stabbilita d-dixxendenza;

(d)

l-istabbiliment ta’ deċiżjoni fl-Istat li ssirlu t-talba meta r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni mhumiex possibbli, jew meta jiġu rifjutati minħabba n-nuqqas ta’ bażi għal rikonoxximent u infurzar taħt l-Artikolu 20, jew għar-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 22 (b) jew (e);

(e)

modifika ta’ deċiżjoni li ssir fl-Istat li ssirlu t-talba;

(f)

modifika ta’ deċiżjoni li ssir fi Stat minbarra dak li ssirlu t-talba;

(2)   Il-kategoriji li ġejjin rigward talba għandhom ikunu disponibbli għad-debitur fl-Istat li jagħmel it-talba li kontra tiegħu jkun hemm deċiżjoni eżistenti dwar manteniment:

(a)

rikonoxximent ta’ deċiżjoni, jew proċedura ekwivalenti li twassal għas-sospensjoni, jew li tillimita l-infurzar, ta’ deċiżjoni preċedenti fl-Istat li ssirlu t-talba;

(b)

modifika ta’ deċiżjoni li ssir fl-Istat li saritlu t-talba;

(c)

modifika ta’ deċiżjoni li ssir fi Stat minbarra dak li ssirlu t-talba.

(3)   Sakemm mhux previst mod ieħor f’din il-Konvenzjoni, it-talbiet fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu determinati skont il-liġi tal-Istat li saritlu t-talba, u t-talbiet fil-paragrafi 1(c) sa (f) u 2(b) u (c) għandhom ikunu soġġetti għar-regoli ġuriżdizzjonali applikabbli fl-Istat li ssirlu t-talba.

Artikolu 11

Kontenut tat-talba

(1)   It-talbiet kollha taħt l-Artikolu 10 għandhom jinkludu bħala minimu:

(a)

dikjarazzjoni dwar in-natura tat-talba jew talbiet;

(b)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz u d-data tat-twelid tar-rikorrent;

(c)

l-isem u, jekk ikun magħruf, l-indirizz u d-data tat-twelid tal-intimat;

(d)

l-isem u d-data tat-twelid ta’ kwalunkwe persuna li għaliha hu mitlub il-manteniment;

(e)

ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata t-talba;

(f)

f’talba minn kreditur, l-informazzjoni li tirrigwarda fejn għandu jintbagħat, jew trażmess b’mod elettroniku, il-ħlas;

(g)

ħlief għal talba skont l-Artikolu 10(1)(a) u (2)(a), kwalunkwe informazzjoni jew dokument speċifikat permezz ta’ dikjarazzjoni skont l-Artikolu 63 mill-Istat li ssirlu t-talba;

(h)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna jew l-unità mill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba, li hi responsabbli għall-ipproċessar tat-talba.

(2)   Kif ikun adatt, u sa fejn hu magħruf, ir-rikorrent għandu wkoll b’mod partikolari jinkludi:

(a)

iċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-kreditur;

(b)

iċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-debitur, inklużi l-isem u l-indirizz ta’ min iħaddem tad-debitur u n-natura tal-assi tad-debitur u fejn jinsabu;

(c)

kwalunkwe informazzjoni oħra li tista’ tgħin biex jinsab l-intimat.

(3)   It-talba għandu jkollha magħha kull informazzjoni jew dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa inkluża d-dokumentazzjoni li tikkonċerna d-dritt tar-rikorrent għal assistenza legali b’xejn. Fil-każ ta’ talbiet taħt l-Artikolu 10(1)(a) u (2)(a), it-talba għandu jkollu magħha biss id-dokumenti elenkati fl-Artikolu 25.

(4)   Talba taħt l-Artikolu 10 tista’ ssir fil-forma rakkomandata u ppubblikata mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

Artikolu 12

Trażmissjoni, irċevuta u pproċessar ta’ talbiet u każijiet permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali

(1)   L-Awtorità Ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba għandha tassisti lir-rikorrent sabiex jiżgura li t-talba jkollha magħha l-informazzjoni u d-dokumenti kollha li hija taf li huma meħtieġa biex tiġi kkunsidrata t-talba.

(2)   L-Awtorità Ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba għandha, meta tkun sodisfatta li t-talba tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni, titTrażmetti t-talba f’isem u bil-kunsens tar-rikorrent lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li ssirlu t-talba. It-talba għandu jkollha magħha l-formola ta’ Trażmissjoni li tinsab fl-Anness 1. L-Awtorità Ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba għandha, meta mitluba mill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li ssirlu t-talba, tipprovdi kopja sħiħa ċċertifikata mill-awtorità kompetenti fl-Istat tal-oriġini, ta’ kwalunkwe dokument speċifikat fl-Artikoli 16(3), 25(1)(a), (b) u (d) u (3)(b) u 30(3).

(3)   L-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba għandha, fi żmien sitt ġimgħat mid-data minn meta tirċievi t-talba, tagħti konferma tar-riċevuta fil-forma stabbilita fl-Anness 2, u għandha tinforma lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba dwar il-passi inizjali li ttieħdu jew li ser jittieħdu sabiex tiġi ttrattata t-talba, u tista’ titlob dokumenti u informazzjoni ulterjuri li jkunu meħtieġa. Fi żmien l-istess perijodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba għandha tipprovdi lill-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-persuna jew l-unità responsabbli sabiex twieġeb mistoqsijiet rigward il-progress tat-talba.

(4)   Fi żmien tliet xhur mill-konferma, l-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba dwar l-istat tat-talba.

(5)   Kemm l-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba kif ukoll dik li ssirilha t-talba għandhom iżommu lil xulxin informati dwar -

(a)

il-persuna jew l-unità responsabbli għal każ partikolari;

(b)

il-progress tal-każ,

u għandhom jipprovdu tweġibiet fil-ħin għall-mistoqsijiet.

(6)   L-Awtoritajiet Ċentrali għandhom jipproċessaw il-każ malajr kemm jista’ jkun safejn dan ikun possibbli għal konsiderazzjoni xierqa tal-kwistjonijiet involuti.

(7)   L-Awtoritajiet Ċentrali għandhom jużaw il-mezzi ta’ komunikazzjoni l-aktar rapidi u effiċjenti għad-dispożizzjoni tagħhom.

(8)   Awtorità Ċentrali li ssirilha talba tista’ biss tirrifjuta li tipproċessa talba meta jkun jidher ċar li r-rekwiżiti tal-Konvenzjoni mhumiex sodisfatti. F’dan il-każ, l-Awtorità Ċentrali għandha minnufih tinforma lill-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba dwar ir-raġunijiet tar-rifjut.

(9)   L-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba ma tistax tirrifjuta talba unikament fuq il-bażi li jinħtieġu dokumenti u informazzjoni addizzjonali. Madanakollu, l-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba tista’ titlob lill-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba sabiex tipprovdi dawn id-dokumenti jew informazzjoni addizzjonali. Jekk l-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba ma tagħmilx dan fi żmien tliet xhur jew fi żmien perijodu itwal speċifikat mill-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba, l-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba tista’ tiddeċiedi li ma tipproċessax aktar it-talba. F’dan il-każ, hi għandha tinforma lill-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba b’din id-deċiżjoni.

Artikolu 13

Mezzi ta’ komunikazzjoni

Kwalunkwe talba magħmula permezz tal-Awtoritjiet Ċentrali tal-Istati Kontraenti f’konformità ma’ dan il-Kapitolu, u kwalunkwe dokument jew informazzjoni annessa miegħu jew fornita mill-Awtorità Ċentrali, ma jistgħux jiġu kkontestati mill-intimat unikament fuq il-bażi tat-tip jew tal-mezzi ta’ komunikazzjoni użati bejn l-Awtoritajiet Ċentrali kkonċernati.

Artikolu 14

Aċċess effettiv għall-proċeduri

(1)   L-Istat li ssirlu t-talba għandu jipprovdi lir-rikorrenti aċċess effettiv għall-proċeduri, inklużi proċeduri ta’ infurzar u ta’ appell, li ġejjin minn talbiet taħt dan il-Kapitolu.

(2)   Sabiex jipprovdi tali aċċess effettiv, l-Istat li ssirlu t-talba għandu jipprovdi assistenza legali bla ħlas f’konformità mal-Artikoli 14 sa 17 sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 3.

(3)   L-Istat li ssirlu t-talba mhuwiex obbligat jipprovdi tali assistenza legali bla ħlas jekk u sa fejn il-proċeduri ta’ dak l-Istat jippermettu lir-rikorrent jagħmel il-każ mingħajr il-ħtieġa ta’ tali assistenza, u l-Awtorità Ċentrali tipprovdi tali servizzi li jkunu meħtieġa bla ħlas.

(4)   Id-drittijiet għal assistenza legali bla ħlas m’ghandhomx ikunu anqas minn dawk disponibbli f’kawżi domestiċi ekwivalenti.

(5)   L-ebda sigurtà, bond jew depożitu, ikunu kif ikunu deskritti, ma għandhom ikunu meħtieġa bħala garanzija għall-ħlas tal-ispejjeż fil-proċedimenti taħt il-Konvenzjoni.

Artikolu 15

Assistenza legali bla ħlas għal talbiet għall-manteniment tat-tfal

(1)   L-Istat li ssirlu t-talba għandu jipprovdi assistenza legali bla ħlas fir-rigward tat-talbiet kollha magħmula minn kreditur taħt dan il-Kapitolu li jirrigwardaw obbligi tal-manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni ġenitur-tifel fil-konfront ta’ persuna taħt il-21 sena.

(2)   Minkejja l-paragrafu 1, l-Istat li ssirlu t-talba jista’, fir-rigward ta’ talbiet minbarra dawk taħt l-Artiklolu 10(1)(a) u (b) u l-każi koperti mill-Artikolu 20(4), jirrifjuta l-assistenza legali bla ħlas jekk jikkunsidra li, abbażi tal-mertu, it-talba jew kwalunkwe appell huma manifestament infondati.

Artikolu 16

Dikjarazzjoni li tawtorizza l-valutazzjoni tar-riżorsi tat-tifel

(1)   Minkejja l-Artikolu 15(1), Stat jista’ jiddikjara, f’konformità mal-Artikolu 63, li ser jipprovdi assistenza legali bla ħlas fir-rigward ta’ talbiet minbarra dawk taħt l-Artikolu 10(1)(a) u (b) u l-każi koperti mill-Artikolu 20(4), soġġett għal test ibbażat fuq valutazzjoni tar-riżorsi tat-tifel.

(2)   Stat għandu, fil-mument li jagħmel tali dikjarazzjoni, jipprovdi l-informazzjoni lill-Uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat rigward il-mod kif ser issir il-valutazzjoni tar-riżorsi tat-tifel, inklużi l-kriterji finanzjarji li jinħtieġu sabiex jiġi sodisfatt it-test.

(3)   Talba msemmija fil-paragrafu 1, indirizzata lil Stat li għamel id-dikjarazzjoni msemmija f’dak il-paragrafu, għandha tinkludi attestazzjoni formali mir-rikorrent li tiddikjara li r-riżorsi tat-tifel jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2. L-Istat li ssirlu t-talba jista’ biss jitlob aktar provi tar-riżorsi tat-tifel jekk ikollu raġunijiet raġonevoli li jemmen li l-informazzjoni pprovduta mir-rikorrent mhijiex preċiża.

(4)   Jekk l-assistenza legali l-aktar favorevoli prevista mil-liġi tal-Istat li ssirlu t-talba fir-rigward ta’ talbiet taħt dan il-Kapitolu li jirrigwardaw l-obbligi ta’ manteniment li joħorġu minn relazzjoni ta’ ġenitur-tifel fil-konfront ta’ tifel tkun iktar favorevoli minn dik prevista taħt il-paragrafi 1 sa 3, għandha tiġi pprovduta l-assistenza legali l-aktar favorevoli.

Artikolu 17

Talbiet li ma jikkwalifikawx taħt l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16

Fil-każ tat-talbiet kollha taħt din il-Konvenzjoni barra dawk taħt l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 16:

(a)

il-provvediment ta’ assistenza legali bla ħlas tista’ tkun soġġetta għal test tal-mezzi jew tal-mertu;

(b)

rikorrent, li fl-Istat tal-oriġini bbenefika minn assistenza legali bla ħlas, għandu jkun intitolat, fi kwalunkwe proċediment għal rikonoxximent jew infurzar, li jibbenefika, ta’ mill-inqas fl-istess miżura, minn assistenza legali bla ħlas kif previst mil-liġi tal-Istat indirizzat taħt l-istess ċirkostanzi.

KAPITOLU IV

RESTRIZZJONIJIET FUQ BIDU TA’ PROĊEDIMENTI

Artikolu 18

Limitu tal-proċedimenti

(1)   Meta deċiżjoni ssir fi Stat Kontraenti fejn il-kreditur ikun abitwalment residenti, il-proċedimenti sabiex issir modifika fid-deċiżjoni jew sabiex tingħata deċiżjoni ġdida ma jistgħux jitressqu mid-debitur fi kwalunkwe Stat Kontraenti ieħor sakemm il-kreditur jibqa’ residenti abitwalment fl-Istat fejn tkun saret id-deċiżjoni.

(2)   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika:

(a)

meta, ħlief f’tilwim li jirrigwarda l-obbligi tal-manteniment fir-rigward tat-tfal, ikun hemm ftehim bil-miktub bejn il-partijiet dwar il-ġuriżdizzjoni ta’ dak l-Istat Kontraenti l-ieħor;

(b)

meta l-kreditur jissoġġetta ruħu għall-ġuriżdizzjoni ta’ dak l-Istat Kontraenti l-ieħor kemm jekk espressament kif ukoll billi jiddefendi ruħu fuq il-merti tal-kawża mingħajr ma joġġezzjona għall-ġuriżdizzjoni mal-ewwel opportunità disponibbli;

(c)

meta l-awtorità kompetenti fl-Istat tal-oriġini ma tistax, jew tirrifjuta li, teżerċita l-ġuriżdizzjoni sabiex timmodifika d-deċiżjoni jew tieħu deċiżjoni ġdida; jew

(d)

meta d-deċiżjoni mogħtija fl-Istat tal-oriġini ma tistax tiġi rikonoxxuta jew ddikjarata infurzabbli fl-Istat Kontraenti fejn huma kontemplati proċedimenti biex tiġi modifikata deċiżjoni jew biex tittieħed deċiżjoni ġdida.

KAPITOLU V

RIKONOXXIMENT U INFURZAR

Artikolu 19

Kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu

(1)   Dan il-Kapitolu għandu japplika għal deċiżjoni mogħtija minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fir-rigward tal-obbligu ta’ manteniment. It-terminu “deċiżjoni” jinkludi wkoll arranġament jew ftehim konkluż qabel jew approvat minn tali awtorità. Deċiżjoni tista’ tinkludi aġġustament awtomatiku permezz ta’ indiċjar u obbligu ta’ ħlas ta’ arretrati, ta’ manteniment retroattiv jew ta’ interessi u determinazzjoni tal-ispejjeż.

(2)   Jekk deċiżjoni ma tirrigwardax biss obbligu ta’ manteniment, l-effett ta’ dan il-Kapitolu huwa limitat għal dawk il-partijiet tad-deċiżjoni li jikkonċernaw l-obbligi ta’ manteniment.

(3)   Għall-fini tal-paragrafu 1, “awtorità amministrattiva” tfisser korp pubbliku li d-deċiżjonijiet tiegħu, taħt il-liġi tal-Istat fejn hu stabbilit

(a)

jistgħu jkunu s-suġġett ta’ appell jew reviżjoni minn awtorità ġudizzjarja; u

(b)

ikollhom saħħa u effett simili għal deċiżjoni ta’ awtorità ġudizzjarja dwar l-istess kwistjoni.

(4)   Dan il-Kapitolu japplika wkoll għal ftehimiet ta’ manteniment skont l-Artikolu 30.

(5)   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal talba għal rikonoxximent u infurzar magħmula direttament lil awtorità kompetenti tal-Istat indirizzata f’konformità mal-Artikolu 37.

Artikolu 20

Bażijiet għal rikonoxximent u infurzar

(1)   Deċiżjoni li tittieħed fi Stat Kontraenti wieħed (“l-Istat tal-oriġini”) għandha tiġi rikonoxxuta u infurzata fi Stati Kontraenti oħrajn jekk:

(a)

l-intimat kien abitwalment residenti fl-Istat tal-oriġini meta ġew istitwiti l-proċedimenti;

(b)

l-intimat issoġġetta ruħu għall-ġuriżdizzjoni jew espressament jew billi ddefenda ruħu fuq il-merti tal-kawża mingħajr ma oġġezzjona għall-ġuriżdizzjoni mal-ewwel opportunità disponibbli;

(c)

il-kreditur kien abitwalment residenti fl-Istat tal-oriġini meta ġew istitwiti l-proċedimenti;

(d)

it-tifel li għalih ġie ordnat il-manteniment kien abitwalment residenti fl-Istat tal-oriġini meta ġew istitwiti l-proċedimenti, dment li l-intimat kien għex mat-tifel f’dak l-Istat jew irrisjeda f’dak l-Istat u pprovda manteniment għall-wild hemmhekk;

(e)

ħlief f’tilwim li jirrigwarda l-obbligi tal-manteniment fil-konfront tat-tfal, kien hemm ftehim bil-miktub bejn il-partijiet rigward il-ġuriżdizzjoni; jew

(f)

id-deċiżjoni ttieħdet minn awtorità li teżerċita ġuriżdizzjoni fuq kwistjoni tal-istat personali jew ir-responsabbiltà tal-ġenituri, sakemm dik il-ġuriżdizzjoni kienet ibbażata biss fuq iċ-ċittadinanza ta’ waħda mill-partijiet.

(2)   Stat Kontraenti jista’ jagħmel riżerva, f’konformità mal-Artikolu 62, fir-rigward tal-paragrafu 1(c), (e) jew (f).

(3)   Stat Kontraenti li jagħmel riżerva taħt il-paragrafu 2 għandu jirrikonoxxi u jinforza deċiżjoni jekk il-liġi tiegħu, f’ċirkostanzi fattwali simili, tikkonferixxi jew setgħet tikkonferixxi ġuriżdizzjoni lill-awtoritajiet tiegħu biex jieħdu tali deċiżjoni.

(4)   Stat kontraenti għandu, jekk rikonoxximent ta’ deċiżjoni mhux possibbli minħabba riżerva taħt il-paragrafu 2, u jekk id-debitur ikun abitwalment residenti f’dak l-Istat, jieħu l-miżuri kollha adatti biex tiġi stabbilita deċiżjoni għall-benefiċċju tal-kreditur. Is-sentenza preċedenti m’għandhiex tapplika għal talbiet diretti għar-rikonoxximent u għall-infurzar taħt l-Artikolu 19(5) jew għal talbiet għal manteniment imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b).

(5)   Deċiżjoni favur tifel taħt it-18-il sena li ma tistax tiġi rikonoxxuta biss bis-saħħa ta’ riżerva fir-rigward tal-paragrafu 1(c), (e) jew (f) għandha tiġi aċċettata bħala li tistabbilixxi l-eliġibbiltà ta’ dak it-tifel għall-manteniment fl-Istat indirizzat.

(6)   Deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta biss jekk ikollha effett fl-Istat tal-oriġini, u għandha tkun infurzata biss jekk tkun infurzabbli fl-Istat tal-oriġini.

Artikolu 21

Separabbiltà u rikonoxximent jew infurzar parzjali

(1)   Jekk l-Istat indirizzat ma jkunx jista’ jirrikonoxxi jew jinforza d-deċiżjoni fit-totalità tagħha, huwa għandu jirrikonoxxi jew jinforza kwalunkwe parti separabbli tad-deċiżjoni li tista’ tiġi rikonoxxuta jew infurzata.

(2)   Ir-rikonoxximent jew l-infurzar parzjali ta’ deċiżjoni jista’ dejjem jiġi mitlub.

Artikolu 22

Bażijiet għal rifjut ta’ rikonoxximent u infurzar

Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni jistgħu jiġu rifjutati jekk:

(a)

ir-rikonoxximent jew l-infurzar ta’ deċiżjoni jkunu manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku (“ordre public”) tal-Istat indirizzat;

(b)

id-deċiżjoni inkisbet bi frodi f’konnessjoni ma’ kwistjoni ta’ proċedura;

(c)

il-proċedimenti bejn l-istess partijiet u bl-istess għan huma pendenti quddiem awtorità tal-Istat indirizzat u dawk il-proċedimenti kienu l-ewwel li ġew istitwiti;

(d)

id-deċiżjoni tkun inkompatibbli ma’ deċiżjoni mogħtija bejn l-istess partijiet u li għandha l-istess għan, jew fl-Istat indirizzat jew fi Stat ieħor, sakemm din id-deċiżjoni tal-aħħar tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent u l-infurzar tal-Istat indirizzat;

(e)

f’każ fejn l-intimat la deher u lanqas ma kien irrappreżentat fil-proċedimenti fl-Istat tal-oriġini:

(i)

meta l-liġi tal-Istat tal-oriġini tipprevedi avviż ta’ proċedimenti, l-intimat ma kellux avviż adegwat tal-proċedimenti u l-opportunità li jinstema’; jew

(ii)

meta l-liġi tal-Istat tal-oriġini ma tipprevedix avviż ta’ proċedimenti, l-intimat ma kellux avviż adegwat tad-deċiżjoni u opportunità li jikkontestaha jew jappellaha fuq punti ta’ fatt u ta’ dritt; jew

(f)

id-deċiżjoni ttieħdet bi ksur tal-Artikolu 18.

Artikolu 23

Proċedura dwar talba għal rikonoxximent u infurzar

(1)   Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, il-proċeduri għar-rikonoxximent u l-infurzar għandhom ikunu rregolati mil-liġi tal-Istat indirizzat.

(2)   Meta talba għal rikonoxximent u infurzar ta’ deċiżjoni tkun saret permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali f’konformità mal-Kapitolu III, l-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba għandha minnufih jew:

(a)

tirreferi t-talba lill-awtorità kompetenti li għandha mingħajr dewmien tiddikjara d-deċiżjoni infurzabbli jew tirreġistra d-deċiżjoni għall-infurzar; jew

(b)

jekk tkun hi l-awtorità kompetenti tieħu tali passi hi stess.

(3)   Meta t-talba ssir direttament lil awtorità kompetenti fl-Istat indirizzat f’konformità mal-Artikolu 19(5), dik l-Awtorità għandha mingħajr dewmien tiddikjara li d-deċiżjoni hija infurzabbli jew tirreġistra d-deċiżjoni għall-infurzar.

(4)   Dikjarazzjoni jew reġistrazzjoni tista’ tiġi rrifjutata biss għar-raġuni imsemmija fl-Artikolu 22 a). F’dan l-istadju la r-rikorrent u lanqas l-intimat ma huma intitolati jagħmlu sottomissjonijiet.

(5)   Ir-rikorrent u l-intimat għandhom jiġu nnotifikati minnufih bid-dikjarazzjoni jew ir-reġistrazzjoni, magħmula taħt il-paragrafi 2 u 3, jew bir-rifjut tagħhom f’konformità mal-paragrafu 4, u jistgħu jikkonstestawha jew jappellawha fuq punti ta’ fatt u ta’ dritt.

(6)   Kontestazzjoni jew appell għandhom jiġi ppreżentati fi żmien 30 jum min-notifika taħt il-paragrafu 5. Jekk il-parti li qed tikkontesta ma tkunx residenti fl-Istat Kontraenti fejn saret jew ġiet rifjutata d-dikjarazzjoni jew ir-reġistrazzjoni, il-kontestazzjoni jew l-appell għandhom jiġu ppreżentati fi żmien 60 jum min-notifika.

(7)   Kontestazzjoni jew appell jistgħu jkunu bbażati biss fuq dawn li ġejjin-

(a)

ir-raġunijiet sabiex jiġu rifjutati r-rikonoxximent u l-infurzar kif jinsabu fl-Artikolu 22;

(b)

il-bażijiet għar-rikonoxximent u l-infurzar taħt l-Artikolu 20;

(c)

l-awtentiċità jew l-integrità ta’ kwalunkwe dokument trażmess f’konformità mal-Artikolu 25 (1)(a), (b) jew (d) jew (3)(b).

(8)   Kontestazzjoni jew appell minn intimat jistgħu wkoll ikunu bbażati fuq l-issodisfar ta’ debitu safejn ir-rikonoxximent u l-infurzar jirrigwardaw pagamenti li kienu dovuti fil-passat.

(9)   Ir-rikorrent u l-intimat għandhom jiġu nnotifikati minnufih bid-deċiżjoni wara l-kontestazzjoni jew l-appell.

(10)   Jekk il-liġi tal-Istat indirizzat tippermetti appell ulterjuri, dan m’għandux ikollu l-effett li jwaqqaf l-infurzar tad-deċiżjoni sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali.

(11)   L-awtorità kompetenti għandha taġixxi mingħajr dewmien meta tiġi biex tieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar, inkluż kwalunkwe appell.

Artikolu 24

Proċedura alternattiva dwar talba għal rikonoxximent u infurzar

(1)   Minkejja l-Artikolu 23(2) sa (11), Stat jista’ jiddikjara, f’konformità mal-Artikolu 63, li ser japplika l-proċedura għar-rikonoxximent u l-infurzar stipulata f’dan l-Artikolu.

(2)   Meta talba għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni tkun saret permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali f’konformità mal-Kapitolu III, l-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba għandha minnufih jew:

(a)

tirreferi t-talba lill-awtorità kompetenti li għandha tiddeċiedi dwar it-talba għar-rikonoxximent u l-infurzar; jew

(b)

jekk tkun hi l-awtorità kompetenti, tieħu tali deċiżjoni hi stess.

(3)   Deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar għandha tingħata mill-awtorità kompetenti wara li l-intimat jkun ġie debitament u prontament innotifikat bil-proċedimenti u ż-żewġ partijiet ikunu ġew mogħtija opportunità adegwata li jinstemgħu.

(4)   L-awtorità kompetenti tista’ tirrevedi r-raġunijiet għar-rifjut tar-rikonoxximent u l-infurzar stipulati fl-Artikolu 22(a), (c) u (d) minn jeddha. Hi tista’ tirrevedi kwalunkwe raġunijiet elenkati fl-Artikoli 20, 22 u 23(7)(c) jekk ikunu mqajma mill-intimat jew jekk ikun hemm tħassib dwar dawk ir-raġunijiet li jirriżultaw minn eżami prima facie tad-dokumenti ppreżentati skont l-Artikolu 25.

(5)   Rifjut tar-rikonoxximent jew l-infurzar jistgħu wkoll ikunu bbażati fuq l-issodisfar tad-debitu safejn ir-rikonoxximent u l-infurzar jirrigwarda pagamenti li kienu dovuti fil-passat.

(6)   Jekk il-liġi tal-Istat indirizzat tippermetti appell, dan m’għandux ikollu l-effett illi jwaqqaf l-infurzar tad-deċiżjoni sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali.

(7)   L-awtorità kompetenti għandha taġixxi mingħajr dewmien meta tiġi biex tieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar, inkluż kwalunkwe appell.

Artikolu 25

Dokumenti

(1)   Talba għar-rikonoxximent u l-infurzar taħt l-Artikolu 23 jew l-Artikolu 24 għandha tkun akkumpanjata b’dan li ġej:

(a)

test sħiħ tad-deċiżjoni;

(b)

dokument li jiddikjara li d-deċiżjoni hija infurzabbli fl-Istat tal-oriġini u, fil-każ ta’ deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva, dokument li jiddikjara li r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(3) huma sodisfatti sakemm dak l-Istat ma jispeċifikax, f’konformità mal-Artikolu 57, li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet amministrattivi tiegħu dejjem jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti;

(c)

jekk l-intimat ma deherx u ma kienx irrappreżentat fil-proċedimenti fl-Istat tal-oriġini, dokument jew dokumenti li jikkonfermaw, kif xieraq, jew li l-intimat kien notifikat b’mod xieraq bil-proċedimenti u kellu opportunità li jinstema’, jew li l-intimat kien notifikat b’mod xieraq bid-deċiżjoni u kellu l-opportunità li jikkontestaha jew jappellaha fuq bażi ta’ fatt u ta’ dritt;

(d)

fejn meħtieġ, dokument li juri l-ammont ta’ arretrati u d-data meta ġie kkalkulat tali ammont;

(e)

fejn meħtieġ, fil-każ ta’ deċiżjoni li tipprevedi aġġustament awtomatiku permezz ta’ indiċjar, dokument li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa sabiex isiru l-kalkoli adatti;

(f)

fejn meħtieġ, dokumentazzjoni li turi safejn ir-rikorrent irċieva assistenza legali bla ħlas fl-Istat tal-oriġini.

(2)   Fuq kontestazzjoni jew appell taħt l-Artikolu 23(7)(c) jew fuq talba mill-awtorità kompetenti fl-Istat indirizzat, għandha tiġi pprovduta minnufih kopja sħiħa tad-dokument ikkonċernat, iċċertifikata mill-awtorità kompetenti fl-Istat tal-oriġini:

(a)

mill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li jagħmel it-talba, meta t-talba tkun saret f’konformità mal-Kapitolu III;

(b)

mir-rikorrent, meta t-talba tkun saret direttament lil awtorità kompetenti tal-Istat indirizzat.

(3)   Stat Kontraenti jista’ jispeċifika f’konformità mal-Artikolu 57:

(a)

li kopja sħiħa tad-deċiżjoni ċċertifikata mill-awtorità kompetenti fl-Istat tal-oriġini għandha takkumpanja t-talba;

(b)

iċ-ċirkostanzi li fihom jaċċetta, minflok test sħiħ tad-deċiżjoni, sunt jew estratt tad-deċiżjoni mħejji mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-oriġini, li jista’ jkun fil-forma rrakkomandata u ppubblikata mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat; jew

(c)

li ma jeħtieġx dokument li jiddikjara li r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(3) ġew sodisfatti.

Artikolu 26

Proċedura dwar talba għal rikonoxximent

Dan il-Kapitolu għandu japplika mutatis mutandis għal talba għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni, ħlief li r-rekwiżit ta’ infurzabbiltà huwa sostitwit bir-rekwiżit li d-deċiżjoni jkollha effett fl-Istat tal-oriġini.

Artikolu 27

Aċċertament ta’ fatt

Kwalunkwe awtorità kompetenti tal-Istat indirizzat għandha tkun marbuta bl-aċċertamenti ta’ fatt li fuqhom l-awtorità tal-Istat tal-oriġini bbażat il-ġuriżdizzjoni tagħha.

Artikolu 28

Ebda stħarriġ tal-merti

M’għandu jkun hemm l-ebda stħarriġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat indirizzat tal-merti ta’ deċiżjoni.

Artikolu 29

L-ebda ħtieġa tal-preżenza fiżika tat-tfal jew tar-rikorrent

Il-preżenza fiżika tat-tfal jew tar-rikorrent m’għandha tkun meħtieġa fl-ebda proċediment fl-Istat indirizzat taħt dan il-Kapitolu.

Artikolu 30

Arranġamenti dwar manteniment

(1)   Arranġament dwar manteniment magħmul fi Stat Kontraenti għandu jkun rikonoxxut u infurzat bħala deċiżjoni taħt dan il-Kapitolu sakemm ikun infurzabbli bħala deċiżjoni fl-Istat tal-oriġini.

(2)   Għall-fini tal-Artikolu 10(1)(a) u (b) u (2)(a), it-terminu “deċiżjoni” jinkludi arranġament dwar manteniment.

(3)   Talba għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ arranġament dwar manteniment għandha tkun akkumpanjata b’dan li ġej:

(a)

test sħiħ tal-arranġament dwar manteniment; u

(b)

dokument li jiddikjara li l-arranġament dwar manteniment partikolari huwa infurzabbli bħala deċiżjoni fl-Istat tal-oriġini.

(4)   Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ arranġament dwar manteniment jistgħu jiġu rifjutati jekk:

(a)

ir-rikonoxximent u l-infurzar ikunu manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-Istat indirizzat;

(b)

l-arranġament ta’ manteniment sar permezz ta’ frodi jew falsifikazzjoni;

(c)

l-arranġament ta’ manteniment huwa inkompatibbli mad-deċiżjoni mogħtija bejn l-istess partijiet u li għandu l-istess għan, jew fl-Istat indirizzat jew fi Stat ieħor, sakemm id-deċiżjoni tal-aħħar tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent u l-infurzar fl-Istat indirizzat.

(5)   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 20, 22, 23(7) u 25(1) u (3), għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ arranġament ta’ manteniment ħlief li:

(a)

dikjarazzjoni jew reġistrazzjoni skont l-Artikolu 23(2) u (3) tista’ tiġi rifjutata biss għar-raġuni stipulata fil-paragrafu 4 a);

(b)

kontestazzjoni jew appell kif imsemmijin fl-Artikolu 23(6) jistgħu jkunu biss bbażati fuq li ġej:

(i)

ir-raġunijiet għar-rifjut tar-rikonoxximent u l-infurzar msemmija fil-paragrafu 4;

(ii)

l-awtentiċità jew l-integrità ta’ kwalunkwe dokument trażmess f’konformità mal-paragrafu 3;

(c)

f’dak li jirrigwarda l-proċedura taħt l-Artikolu 24(4), l-awtorità kompetenti tista’ tirrevedi ex- officio r-raġuni għar-rifjut tar-rikonoxximent u l-infurzar stipulati fil-paragrafu 4 (a) ta’ dan l-Artikolu. Hi tista’ tistħarreġ ir-raġunijiet kollha elenkati fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u l-awtentiċità jew l-integrità ta’ kwalunkwe dokument trażmess f’konformità mal-paragrafu 3 jekk jitqajmu mill-intimat jew jekk tħassib dwar dawk ir-raġunijiet jirriżulta minn eżami prima facie ta’ dawk id-dokumenti.

(6)   Il-proċedimenti għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ arranġament ta’ manteniment għandhom jiġu sospiżi jekk ikun hemm kontestazzjoni dwar l-arranġament pendenti quddiem awtorità kompetenti ta’ Stat Kontraenti.

(7)   Stat jista’ jiddikjara, skont l-Artikolu 63, illi talbiet għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ arranġament ta’ manteniment għandhom isiru biss permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali.

(8)   Stat Kontraenti jista’, skont l-Artikolu 62, jirriżerva d-dritt li ma jirrikonoxxix u ma jinfurzax arranġament ta’ manteniment.

Artikolu 31

Deċiżjonijiet li ġejjin mill-effett ikkombinat ta’ ordni proviżorja u ordni konfermatorja

Meta deċiżjoni tkun ġejja mill-effett ikkombinat ta’ ordni proviżorja magħmula fi Stat wieħed u ordni minn awtorità fi Stat ieħor (“l-Istat li jikkonferma”) li jikkonferma l-ordni proviżorja:

(a)

kull wieħed minn dawk l-Istati għandu jiġi kkunsidrat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu li hu l-Istat tal-oriġini;

(b)

ir-rekwiżiti tal-Artikolu 22 (e) għandhom jiġu sodisfatti jekk l-intimat ikun ingħata notifika xierqa tal-proċedimenti fl-Istat li jikkonferma u l-opportunità li jopponi l-konferma tal-ordni proviżorja;

(c)

ir-rekwiżit tal-Artikolu 20(6) li deċiżjoni tkun infurzabbli fl-Istat tal-oriġini għandu jiġi sodisfatt jekk id-deċiżjoni hija infurzabbli fl-Istat li jikkonferma; u

(d)

l-Artikolu 18 ma għandux jipprevjeni l-bidu ta’ proċedimenti għall-modifika tad-deċiżjoni f’xi wieħed mill-Istati.

KAPITOLU VI

INFURZAR MILL-ISTAT INDIRIZZAT

Artikolu 32

Infurzar skont il-liġi interna

(1)   Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-infurzar għandu jsir skont il-liġi tal-Istat indirizzat.

(2)   L-infurzar għandu jsir mingħajr dewmien.

(3)   Fil-każ ta’ talbiet li jsiru permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali, meta deċiżjoni tkun ġiet iddikjarata infurzabbli jew irreġistrata għall-infurzar skont il-Kapitolu V, l-infurzar għandu jipproċedi mingħajr il-ħtieġa ta’ azzjoni ulterjuri mir-rikorrent.

(4)   Għandu jingħata effett lil kwalunkwe regola applikabbli fl-Istat tal-oriġini tad-deċiżjoni li tirrigwarda t-tul ta’ żmien tal-obbligu tal-manteniment.

(5)   Kwalunkwe restrizzjoni fuq il-perjodu li fih jistgħu jiġu infurzati arretrati għandha tiġi ddeterminata mil-liġi tal-Istat tal-oriġini tad-deċiżjoni jew mil-liġi tal-Istat indirizzat, skont liema minnhom tipprevedi l-itwal perjodu ta’ restrizzjoni.

Artikolu 33

Nondiskriminazzjoni

L-Istat indirizzat għandu jipprovdi mill-inqas l-istess firxa ta’ metodi ta’ infurzar għal każijiet taħt il-Konvenzjoni bħal dik disponibbli f’każijiet domestiċi.

Artikolu 34

Miżuri ta’ infurzar

(1)   L-Istati Kontraenti għandhom jagħmlu disponibbli fil-liġi interna miżuri effettivi sabiex jiġu infurzati deċiżjonijiet taħt din il-Konvenzjoni.

(2)   Tali miżuri jistgħu jinkludu:

(a)

iż-żamma tal-paga;

(b)

is-sekwestru minn kontijiet bankarji u sorsi oħrajn;

(c)

it-tnaqqis minn ħlasijiet tas-sigurtà soċjali;

(d)

ir-rahan jew il-bejgħ obbligatorju ta’ proprjetà;

(e)

iż-żamma ta’ rifużjonijiet tat-taxxa;

(f)

iż-żamma jew is-sekwestru ta’ benefiċċji tal-pensjoni;

(g)

ir-rappurtar lill-uffiċċji ta’ kreditu;

(h)

iċ-ċaħda, is-sospensjoni jew ir-revoka ta’ diversi liċenzji (pereżempju, liċenzji tas-sewqan);

(i)

l-użu ta’ medjazzjoni, konċiljazzjoni jew proċessi simili biex ikun hemm konformità volontarja.

Artikolu 35

Trasferiment ta’ fondi

(1)   L-Istati Kontraenti huma mħeġġa li jippromwovu, inkluż permezz ta’ ftehimiet internazzjonali, l-użu tal-metodi l-aktar kost-effettivi u effiċjenti disponibbli sabiex jiġu ttrasferiti l-fondi pagabbli bħala manteniment.

(2)   Stat Kontraenti, li skont il-liġi tiegħu t-trasferiment ta’ fondi huwa ristrett, għandu jagħti l-ogħla prijorità lit-trasferiment ta’ fondi pagabbli taħt din il-Konvenzjoni.

KAPITOLU VII

KORPI PUBBLIĊI

Artikolu 36

Korpi pubbliċi bħala rikorrenti

(1)   Għall-finijiet ta’ talbiet għal rikonoxximent u infurzar skont l-Artikolu 10(1)(a) u (b) u ta’ każijiet koperti mill-Artikolu 20(4), “kreditur” tinkludi korp pubbliku li jaġixxi fil-post ta’ individwu li lilu jkun dovut manteniment jew ta’ wieħed li jkun dovut rifużjoni għal benefiċċji pprovduti minflok manteniment.

(2)   Id-dritt ta’ korp pubbliku li jaġixxi fil-post ta’ individwu li lilu jkun dovut manteniment jew li jfittex ir-rifużjoni ta’ benefiċċji pprovduti lill-kreditur minflok manteniment għandu jkun irregolat mil-liġi li għaliha l-korp huwa soġġett.

(3)   Korp pubbliku jista’ jfittex ir-rikonoxximent jew jitlob l-infurzar ta’:

(a)

deċiżjoni mogħtija kontra debitur fuq it-talba ta’ korp pubbliku li jitlob il-ħlas ta’ benefiċċji pprovduti minflok manteniment;

(b)

deċiżjoni mogħtija fil-konfront ta’ kreditur u debitur safejn din tirrigwarda l-benefiċċji pprovduti lill-kreditur minflok manteniment.

4.   Il-korp pubbliku li jfittex ir-rikonoxximent jew jitlob l-infurzar ta’ deċiżjoni għandu, jekk mitlub, jipprovdi kwalunkwe dokument meħtieġ sabiex jistabbilixxi d-dritt tiegħu skont il-paragrafu 2 u li ġew ipprovduti benefiċċji lill-kreditur.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 37

Talbiet diretti lill-awtoritajiet kompetenti

(1)   Il-Konvenzjoni ma għandhiex teskludi l-possibbilità ta’ rikors għal dawk il-proċeduri li jistgħu jkunu disponibbli taħt il-liġi interna ta’ Stat Kontraenti li jippermettu li persuna (rikorrent) tressaq kwistjoni direttament quddiem awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat fi kwistjoni rregolata mill-Konvenzjoni inkluż, soġġett għall-Artikolu 18, għall-fini li tiġi stabbilita jew modifikata deċiżjoni dwar il-manteniment.

(2)   L-Artikoli 14(5) u 17(b) u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli V, VI, VII u dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 40(2), 42, 43(3), 44(3), 45 u 55, għandhom japplikaw fil-rigward ta’ talba għar-rikonoxximent u l-infurzar magħmula direttament lil awtorità kompetenti fi Stat Kontraenti.

(3)   Għall-fini ta’ paragrafu 2, l-Artikolu 2(1)(a) għandu japplika għal deċiżjoni li jingħata manteniment lil persuna vulnerabbli ta’ età ogħla minn dik speċifikata f’dak is-subparagrafu fejn tali deċiżjoni tkun ingħatat qabel ma l-persuna kienet għalqet dik l-età u kienet tipprevedi manteniment lil hinn minn dik l-età minħabba d-diżabbiltà.

Artikolu 38

Protezzjoni ta’ data personali

Data personali miġbura jew trażmessa taħt din il-Konvenzjoni għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun inġabret jew ġiet trażmessa.

Artikolu 39

Kunfidenzjalità

Kwalunkwe awtorità li tipproċessal-informazzjoni għandha tiżgura l-kunfidenzjalità tagħha f’konformità mal-liġi tal-Istat tagħha.

Artikolu 40

Nuqqas ta’ żvelar tal-informazzjoni

(1)   Awtorità ma għandhiex tiżvela jew tikkonferma informazzjoni miġbura jew trażmessa b’applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni jekk tiddeċiedi li jekk tagħmel hekk tista’ tippreġudika s-saħħa, is-sikurezza jew il-libertà ta’ persuna.

(2)   Deċiżjoni f’dan is-sens magħmula minn Awtorità Ċentrali waħda għandha tiġi kkunsidrata minn Awtorità Ċentrali oħra, b’mod partikolari f’każijiet ta’ vjolenza fil-familja.

(3)   Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jimpedixxi l-ġbir u t-Trażmissjoni ta’ informazzjoni minn u bejn l-awtoritajiet safejn dan ikun meħtieġ sabiex jitwettqu l-obbligi taħt il-Konvenzjoni.

Artikolu 41

Ebda legalizzazzjoni

Ma tista tintalab l-ebda legalizzazzjoni jew formalità simili fil-kuntest ta’ din il-Konvenzjoni.

Artikolu 42

Prokura

L-Awtorità Ċentrali tal-Istat li ssirlu t-talba tista’ titlob prokura mir-rikorrent fil-każ biss li taġixxi f’ismu jew f’isimha fil-proċedimenti ġudizzjarji jew quddiem awtoritajiet oħra, jew sabiex taħtar rappreżentant biex jaġixxi f’dan is-sens.

Artikolu 43

Irkupru tal-ispejjeż

(1)   L-irkupru ta’ kwalunkwe spejjeż li jsiru fl-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni ma għandux jieħu preċedenza fuq l-irkupru tal-manteniment.

(2)   Stat jista’ jirkupra l-ispejjeż mill-parti li titlef il-kawża.

(3)   Għall-finijiet ta’ talba skont l-Artikolu 10(1)(b) sabiex jiġu rkuprati l-ispejjeż minn parti li tkun tilfet il-kawża skont il-paragrafu 2, it-terminu “kreditur” fl-Artikolu 10(1) għandu jinkludi Stat.

(4)   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8.

Artikolu 44

Rekwiżiti lingwistiċi

(1)   Kwalunkwe talba u dokument relatat għandhom ikunu fil-lingwa oriġinali, u għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni f’lingwa uffiċjali tal-Istat li ssirlu t-talba jew f’lingwa oħra li tkun ġiet indikata bħala aċċettabbli mill-Istat li ssirlu t-talba, permezz ta’ dikjarazzjoni skont l-Artikolu 63, dment li l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat ma teżentax mill-ħtieġa għal traduzzjoni.

(2)   Stat Kontraenti li jkollu aktar minn lingwa uffiċjali waħda u ma jistax, għal raġunijiet ta’ liġi interna, jaċċetta għat-territorju tiegħu kollu dokumenti f’waħda minn dawk il-lingwi, għandu, b’dikjarazzjoni skont l-Artikolu 63, jispeċifika l-lingwa li bihom tali dokumenti jew it-traduzzjonijiet tagħhom għandhom jitħejjew sabiex jiġu ppreżentati fil-partijiet speċifikati tat-territorju tiegħu.

(3)   Dment li ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-Awtoritajiet Ċentrali, kwalunkwe komunikazzjoni oħra bejn tali Awtoritajiet għandha tkun bil-lingwa uffiċjali tal-Istat li ssirlu t-talba jew bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Madanakollu, Stat Kontraenti jista’, billi jagħmel riżerva skont l-Artikolu 62, joġġezzjona għall-użu tal-Ingliż jew il-Franċiż.

Artikolu 45

Mezzi u spiża tat-traduzzjoni

(1)   Fil-każ ta’ talbiet skont il-Kapitolu III, l-Awtoritajiet Ċentrali jistgħu jaqblu f’każ individwali jew b’mod ġenerali li t-traduzzjoni f’lingwa uffiċjali tal-Istat li ssirlu t-talba tista’ tkun magħmula fl-Istat li ssirlu t-talba mil-lingwa oriġinali jew minn kwalunkwe lingwa oħra miftiehma. Jekk ma jkunx hemm ftehim u ma jkunx possibbli li l-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 44(1) u (2), it-talba u d-dokumenti relatati jistgħu jiġu trażmessi b’traduzzjoni għall-Ingliż jew għall-Franċiż għat-traduzzjoni ulterjuri f’lingwa uffiċjali tal-Istat li ssirlu t-talba.

(2)   L-ispiża tat-traduzzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha titħallas mill-Istat li jagħmel it-talba dment li ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-Awtoritajiet Ċentrali tal-Istati kkonċernati.

(3)   Minkejja l-Artikolu 8, l-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba tista’ titlob ħlas minn rikorrent għall-ispejjeż tat-traduzzjoni ta’ talba u d-dokumenti rrelatati, ħlief safejn dawk l-ispejjeż jistgħu jiġu koperti mis-sistema tal-assistenza legali tagħha.

Artikolu 46

Sistemi legali mhux unifikati – interpretazzjoni

(1)   Fir-rigward ta’ Stat fejn, f’unitajiet territorjali differenti, japplikaw żewġ sistemi legali jew settijiet ta’ regoli tal-liġi jew aktar fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni ttrattata f’din il-Konvenzjoni:

(a)

kwalunkwe referenza għal-liġi jew proċedura ta’ Stat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn adatt, għal-liġi jew il-proċedura fis-seħħ fl-unità territorjali rilevanti;

(b)

kwalunkwe referenza għal deċiżjoni stabbilita, rikonoxxuta, rikonoxxuta u infurzata, infurzata jew modifikata f’dak l-Istat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn adatt, għal deċiżjoni stabbilita, rikonoxxuta, rikonoxxuta u infurzata, infurzata jew modifikata fl-unità territorjali rilevanti;

(c)

kwalunkwe referenza għal awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ta’ dak l-Istat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn adatt, għal awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fl-unità territorjali rilevanti;

(d)

kwalunkwe referenza għal awtoritajiet kompetenti, korpi pubbliċi, u korpi oħra ta’ dak l-Istat, minbarra l-Awtoritajiet Ċentrali, għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn adatt, għal dawk awtorizzati li jaġixxu fl-unità territorjali rilevanti;

(e)

kwalunkwe referenza għal residenza jew residenza abitwali f’dak l-Istat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn adatt, għal residenza jew residenza abitwali fl-unità territorjali rilevanti;

(f)

kwalunkwe referenza għall-post fejn ikunu jinsabu l-beni f’dak l-Istat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn adatt, għall-post fejn ikunu jinsabu l-beni fl-unità territorjali rilevanti;

(g)

kwalunkwe referenza għal arranġament ta’ reċiproċità fis-seħħ fi Stat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn adatt, għal arranġament ta’ reċiproċità fis-seħħ fl-unità territorjali rilevanti;

h)

kwalunkwe referenza għal assistenza legali b’xejn f’dak l-Istat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn adatt, għal assistenza legali b’xejn fl-unità territorjali relevanti;

(i)

kwalunkwe referenza għal arranġament ta’ manteniment fi Stat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn adatt, għal arranġament ta’ manteniment li jsir fl-unità territorjali rilevanti;

(j)

kwalunkwe referenza għal irkupru ta’ spejjeż minn Stat għandha tiġi kkunsidrata li tirreferi, fejn adatt, għall-irkupru ta’ spejjeż mill-unità territorjali rilevanti.

(2)   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika.

Artikolu 47

Sistemi legali mhux unifikati – regoli sostantivi

(1)   Stat Kontraenti b’żewġ unitajiet territorjali jew aktar fejn japplikaw sistemi legali differenti m’għandux ikun obbligat li japplika din il-Konvenzjoni għal sitwazzjonijiet li jinvolvu biss dawn l-unitajiet territorjali differenti.

(2)   Awtorità kompetenti f’unità territorjali ta’ Stat Kontraenti b’żewġ unitajiet territorjali jew aktar fejn japplikaw sistemi legali differenti m’għandhiex tkun obbligata li tirrikonoxxi jew tinforza deċiżjoni minn Stat Kontraenti ieħor unikament minħabba l-fatt li d-deċiżjoni tkun ġiet rikonoxxuta jew infurzata f’unità territorjali oħra tal-istess Stat Kontraenti taħt din il-Konvenzjoni.

(3)   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika.

Artikolu 48

Koordinazzjoni ma’ Konvenzjonijiet preċedenti tal-Aja dwar il-Manteniment

Fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Kontraenti, din il-Konvenzjoni tissostitwixxi, soġġett għall-Artikolu 56(2) tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-2 ta’ Ottubru 1973 dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta’ Deċiżjonijiet Relatati mal-Obbligi ta’ Manteniment u l-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ April 1958 dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet relatati mal-obbligi ta’ manteniment lejn it-tfal safejn il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom bejn tali Stati jikkoinċidi mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni.

Artikolu 49

Koordinazzjoni mal-Konvenzjoni ta’ New York tal-1956

Fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Kontraenti, din il-Konvenzjoni tissostitwixxi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta’ Ġunju 1956 dwar l-Irkupru tal-Manteniment Barra mill-Pajjiż, sa fejn il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha bejn tali Stati jikkoinċidi mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni.

Artikolu 50

Relazzjoni ma’ Konvenzjonijiet preċedenti tal-Aja dwar in-notifika ta’ dokumenti u t-teħid ta’ provi

Din il-Konvenzjoni ma taffettwax il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili, il-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta’ Novembru 1965 dwar in-Notifika Barra mill-Pajjiż ta’ Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali u l-Konvenzjoni tal-Aja tat-18 ta’ Marzu 1970 dwar it-Teħid ta’ Provi Barra mill-Pajjiż fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali.

Artikolu 51

Koordinazzjoni tal-istrumenti u ftehimiet supplimentari

(1)   Din il-Konvenzjoni ma taffettwa l-ebda strument internazzjonali konkluż qabel din il-Konvenzjoni li tiegħu l-Istati Kontraenti huma Partijiet u li fih dispożizzjonijiet dwar kwistjonijiet irregolati minn din il-Konvenzjoni.

(2)   Kwalunkwe Stat Kontraenti jista’ jikkonkludi ftehimiet ma’ Stat Kontraenti wieħed jew aktar, li jkun fihom dispożizzjonijiet dwar kwistjonijiet irregolati mill-Konvenzjoni, bl-għan li titjieb l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni bejniethom jew fosthom, dment li dawn il-ftehimiet ikunu konsistenti mal-għanijiet u l-fini tal-Konvenzjoni u ma jaffettwawx, fir-relazzjoni ta’ tali Stati ma’ Stati Kontraenti oħrajn, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. L-Istati li kkonkludew tali ftehim għandhom jibagħtu kopja lid-depożitarju tal-Konvenzjoni.

(3)   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għal arranġamenti ta’ reċiproċità u għal liġijiet uniformi bbażati fuq rabtiet speċjali bejn l-Istati kkonċernati.

(4)   Din il-Konvenzjoni ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-istrumenti ta’ Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika li hija Parti għal din il-Konvenzjoni, adottati wara l-konklużjoni tal-Konvenzjoni, dwar kwistjonijiet irregolati mill-Konvenzjoni dment li tali strumenti ma jaffetwawx, fir-relazzjoni tal-Istati Membri tal-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika ma’ Stati Kontraenti oħrajn, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. F’dak li jirrigwarda r-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet bejn l-Istati Membri tal-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika, il-Konvenzjoni ma għandhiex taffettwa r-regoli tal-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika, kemm jekk adottati qabel jew wara l-konklużjoni tal-Konvenzjoni.

Artikolu 52

L-aktar regola effettiva

(1)   Din il-Konvenzjoni ma għandhiex tipprevjeni l-aplikazzjoni ta’ ftehim, arranġament jew strument internazzjonali fis-seħħ bejn l-Istat li jagħmel it-talba u l-Istat li ssirlu t-talba, jew arranġament ta’ reċiproċità fis-seħħ fl-Istat li ssirlu t-talba li jipprevedi:

(a)

bażijiet aktar wiesa’ għar-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet dwar il-manteniment, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(f) tal-Konvenzjoni;

(b)

proċeduri simplifikati u aktar imħaffa dwar talba għar-rikonoxximent jew għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet dwar il-manteniment;

(c)

assistenza legali aktar ta’ benefiċċju minn dik prevista skont l-Artikoli 14 sas-17; jew

(d)

proċeduri li jippermettu lil rikorrent minn Stat li jagħmel it-talba li jagħmel talba direttament lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li ssirlu t-talba.

(2)   Din il-Konvenzjoni ma għandhiex tipprevjeni l-applikazzjoni tal-liġi li tkun fis-seħħ fl-Istat li ssirlu t-talba li tipprevedi regoli aktar effettivi kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) sa (c). Madanakollu, għal dak li jirrigwarda l-proċeduri simplifikati u aktar imħaffa msemmija fil-paragrafu 1 b), dawn għandhom ikunu kompatibbli mal-protezzjoni offruta lill-partijiet skont l-Artikoli 23 u 24, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-partijiet li jiġu debitament notifikati dwar il-proċedimenti u li jingħataw opportunità adegwata li jinstemgħu u fir-rigward tal-effetti ta’ kwalunkwe kontestazzjoni jew appell.

Artikolu 53

Interpretazzjoni uniformi

Fl-interpretazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati l-karattru internazzjonali tagħha u l-ħtieġa li tiġi promossa uniformità fl-applikazzjoni tagħha.

Artikolu 54

Reviżjoni tat-tħaddim prattiku tal-Konvenzjoni

(1)   Is-Segretarju Ġenerali tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat għandu f’intervalli regolari jlaqqa’ Kummissjoni Speċjali sabiex tirrevedi t-tħaddim prattiku tal-Konvenzjoni u sabiex tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ prattika tajba taħt il-Konvenzjoni.

(2)   Għall-fini ta’ din ir-reviżjoni, l-Istati Kontraenti għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fil-ġbir tal-informazzjoni, inklużi statistika u każistika, dwar it-tħaddim prattiku tal-Konvenzjoni.

Artikolu 55

Emendi tal-formoli

(1)   Il-formoli annessi għal din il-Konvenzjoni jistgħu jiġu emendati b’deċiżjoni ta’ Kummissjoni Speċjali mlaqqa’ mis-Segretarju Ġenerali tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat li għaliha l-Istati Kontraenti kollha u l-Membri kollha għandhom jiġu mistiedna. Avviż tal-proposta biex jiġu emendati l-formoli għandu jiġi inkluż fl-aġenda tal-laqgħa.

(2)   L-emendi adottati mill-Istati Kontraenti preżenti fil-Kummissjoni Speċjali għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Istati Kontraenti kollha fl-ewwel jum tas-seba’ xahar kalendarju wara d-data tal-komunikazzjoni tagħhom mid-depożitarju lill-Istati Kontraenti kollha.

(3)   Matul il-perijodu previst fil-paragrafu 2 kwalunkwe Stat Kontraenti jista’, permezz ta’ notifika bil-miktub lid-depożitarju, jagħmel riżerva, skont l-Artikolu 62, fir-rigward tal-emenda. L-Istat li jkun qed jagħmel tali riżerva għandu, sakemm ir-riżerva tiġi irtirata, jiġi ttrattat bħala Stat li mhux Parti għal din il-Konvenzjoni fir-rigward ta’ dik l-emenda.

Artikolu 56

Dispożizzjonijiet tranżitorji

(1)   Il-Konvenzjoni għandha tapplika f’kull każ fejn:

(a)

talba skont l-Artikolu 7 jew talba skont il-Kapitolu III tkun ġiet riċevuta mill-Awtorità Ċentrali tal-Istat li ssirlu t-talba wara li l-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ bejn l-Istat li jagħmel it-talba u l-Istat li ssirlu t-talba;

(b)

talba diretta għar-rikonoxximent u l-infurzar tkun ġiet riċevuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat indirizzat wara li l-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ bejn l-Istat tal-oriġini u l-Istat indirizzat.

(2)   Fir-rigward tar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet bejn l-Istati Kontraenti għal din il-Konvenzjoni li huma wkoll Partijiet għal xi waħda mill-Konvenzjonijiet tal-Aja dwar il-Manteniment imsemmija fl-Artikolu 48, jekk il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent u l-infurzar taħt din il-Konvenzjoni jipprevjenu r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjoni mogħtija fl-Istat tal-oriġini qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni għal dak l-Istat, li kienet tkun rikonoxxuta u infurzata skont it-termini tal-Konvenzjoni li kienet fis-seħħ fil-mument meta d-deċiżjoni ngħatat, il-kondizzjonijiet ta’ dik il-Konvenzjoni għandhom japplikaw.

(3)   L-Istat indirizzat ma għandux ikun obbligat taħt din il-Konvenzjoni li jinforza deċiżjoni jew arranġament ta’ manteniment, fir-rigward ta’ ħlasijiet li ġew dovuti qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni bejn l-Istat tal-oriġini u l-Istat indirizzat, ħlief għall-obbligi ta’ manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ ġenitur-tifel fil-konfront ta’ persuna taħt l-età ta’ 21 sena.

Artikolu 57

Għoti ta’ informazzjoni dwar liġijiet, proċeduri u servizzi

(1)   Sakemm l-istrument ta’ ratifika jew adeżjoni ta’ Stat Kontraenti jiġi ddepożitat jew sakemm tiġi ppreżentata dikjarazzjoni skont l-Artikolu 61 tal-Konvenzjoni, Stat Kontraenti għandu jipprovdi lill-Uffiċċju Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat -

(a)

deskrizzjoni tal-liġijiet u l-proċeduri tiegħu dwar l-obbligi ta’ manteniment;

(b)

deskrizzjoni tal-miżuri li huwa ser jieħu sabiex jissodisfa l-obbligi skont l-Artikolu 6;

(c)

deskrizzjoni dwar kif huwa ser jipprovdi lir-rikorrenti aċċess effettiv għall-proċeduri, kif meħtieġ skont l-Artikolu 14;

(d)

deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri tiegħu ta’ infurzar, inkluża kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar, b’mod partikolari regoli dwar il-protezzjoni tad-debitur u l-perijodi ta’ restrizzjoni;

(e)

kwalunkwe speċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(1)(b) u (3).

(2)   L-Istati Kontraenti jistgħu, fit-twettiq tal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 1, jutilizzaw formola dwar il-profil tal-pajjiż irrakkomandata u ppubblikata mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

(3)   L-informazzjoni għandha tinżamm aġġornata mill-Istati Kontraenti.

KAPITOLU IX

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 58

Iffirmar, ratifika u adeżjoni

(1)   Il-Konvenzjoni għandha tinfetaħ għall-iffirmar mill-Istati li kienu Membri tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fiż-żmien tal-Wieħed u Għoxrin Sessjoni tagħha u mill-Istati l-oħra li ħadu sehem f’dik is-Sessjoni.

(2)   Għandha tiġi ratifikata, aċċettata jew approvata u l-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, id-depożitarju tal-Konvenzjoni.

(3)   Kwalunkwe Stat ieħor jew Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika oħra jistgħu jaderixxu mal-Konvenzjoni wara li din tkun daħlet fis-seħħ skont l-Artikolu 60(1).

(4)   L-istrument ta’ adeżjoni għandu jiġi ddepożitat mad-depożitarju.

(5)   Din l-adeżjoni għandu jkollha effett biss fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Istat aderenti u dawk l-Istati Kontraenti li ma jkunux ressqu oġġezzjoni għall-adeżjoni tiegħu fit-12-il xahar ta’ wara d-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 65. Tali oġġezzjoni tista’ tiġi mressqa wkoll mill-Istati fil-mument meta dawn jirratifikaw, jaċċettaw jew japprovaw il-Konvenzjoni wara l-adeżjoni. Kwalunkwe tali oġġezzjoni għandha tiġi nnotifikata lid-depożitarju.

Artikolu 59

Organizzazzjonijiet Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika

(1)   Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika li hija kostitwita unikament minn Stati sovrani u li għandha l-kompetenza fuq il-kwistjonijiet kollha li huma rregolati minn din il-Konvenzjoni jew fuq xi wħud minnhom tista’ bl-istess mod tiffirma, taċċetta, tapprova jew taderixxi ma’ din il-Konvenzjoni. L-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika għandha f’dak il-każ id-drittijiet u l-obbligi ta’ Stat Kontraenti, sal-punt li l-Organizzazzjoni jkollha kompetenza fuq il-kwistjonijiet irregolati mill-Konvenzjoni.

(2)   L-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika għandha, fil-mument tal-iffirmar, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, tinnotifika lid-depożitarju bil-miktub dwar il-kwistjonijiet irregolati minn din il-Konvenzjoni li fir-rigward tagħhom tkun ġiet trasferita kompetenza lil dik l-Organizzazzjoni mill-Istati Membri tagħha. L-Organizzazzjoni għandha minnufih tinnotifika lid-depożitarju bil-miktub dwar kwalunkwe bidliet rigward il-kompetenza tagħha kif speċifikat fl-avviż l-aktar reċenti mogħti skont dan il-paragrafu.

(3)   Fil-mument tal-iffirmar, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika tista’ tiddikjara skont l-Artikolu 63 li hija teżerċita kompetenza fuq il-kwistjonijiet kollha rregolati minn din il-Konvenzjoni u li l-Istati Membri li ttrasferew il-kompetenza lill-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika, fir-rigward tal-kwistjoni kkonċernata, għandhom ikunu marbuta b’din il-Konvenzjoni permezz tal-iffirmar, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni tal-Organizzazzjoni.

(4)   Għall-finijiet tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni, kwalunkwe strument iddepożitat minn Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika ma għandux ikun ikkunsidrat dment li l-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika ma tagħmilx dikjarazzjoni skont il-paragrafu 3.

(5)   Kwalunkwe referenza għal “Stat Kontraenti” jew “Stat” f’din il-Konvenzjoni għandha tapplika bl-istess mod għal Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika li hija Parti għaliha, fejn adatt. F’każ li ssir dikjarazzjoni minn Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika skont il-paragrafu 3, kwalunkwe referenza għal “Stat Kontraenti” jew “Stat” f’din il-Konvenzjoni għandha tapplika bl-istess mod għall-Istati Membri rilevanti tal-Organizzazzjoni, fejn adatt.

Artikolu 60

Dħul fis-seħħ

(1)   Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-iskadenza tat-tliet xhur wara d-depożitu tat-tieni strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 58.

(2)   Wara dan, il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ -

(a)

għal kull Stat jew Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika msemmija fl-Artikolu 59(1) li sussegwentement tirratifika, taċċetta jew tapprova, fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-iskadenza tat-tliet xhur wara d-depożitu tal-istrument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni;

(b)

għal kull Stat jew Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika msemmija fl-Artikolu 58(3) fil-jum wara t-tmiem tal-perijodu li matulu jistgħu jitressqu oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 58(5);

(c)

għal unità territorjali li għaliha ġiet estiża l-Konvenzjoni skont l-Artikolu 61, fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-iskadenza tat-tliet xhur wara n-notifika msemmija f’dak l-Artikolu.

Artikolu 61

Dikjarazzjonijiet fir-rigward ta’ sistemi legali mhux unifikati

(1)   Jekk Stat ikollu żewġ unitajiet territorjali jew aktar li fihom ikunu applikabbli sistemi legali differenti fir-rigward ta’ kwistjonijiet ittrattati f’din il-Konvenzjoni, huwa jista’, fil-mument tal-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, jiddikjara skont l-Artikolu 63 li din il-Konvenzjoni għandha tkun estiża għall-unitajiet territorjali kollha tiegħu jew għal unità waħda biss jew aktar minnhom u jista’ jimmodifika din id-dikjarazzjoni billi jippreżenta dikjarazzjoni oħra fi kwalunkwe mument.

(2)   Kwalunkwe tali dikjarazzjoni għandha tiġi nnotifikata lid-depożitarju u għandha tiddikjara b’mod ċar l-unitajiet territorjali li għalihom tapplika l-Konvenzjoni.

(3)   Jekk Stat ma jagħmel l-ebda dikjarazzjoni skont dan l-Artikolu, il-Konvenzjoni għandha tkun estiża għall-unitajiet territorjali kollha ta’ dak l-Istat.

(4)   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika.

Artikolu 62

Riżervi

(1)   Kwalunkwe Stat Kontraenti, mhux aktar tard mill-mument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, jew fil-mument li jagħmel id-dikjarazzjoni fit-termini tal-Artikolu 61, jista’ jagħmel riżerva waħda jew aktar minn dawk previsti fl-Artikoli 2(2), 20(2), 30(8), 44(3) u 55(3). L-ebda riżerva oħra ma għandha tkun permessa.

2.   Kwalunkwe Stat jista’ fi kwalunkwe mument jirtira riżerva li jkun għamel. L-irtirar għandu jiġi nnotifikat lid-depożitarju.

(3)   Ir-riżerva għandha tieqaf milli jkollha effett fl-ewwel jum tat-tielet xahar kalendarju wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 2.

(4)   Ir-riżervi skont dan l-Artikolu ma għandu jkollhom l-ebda effett reċiproku bl-eċċezzjoni tar-riżerva prevista fl-Artikolu 2(2).

Artikolu 63

Dikjarazzjonijiet

(1)   Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2(3), 11(1)(g), 16(1), 24(1), 30(7), 44(1) u (2), 59(3) u 61(1), jistgħu jsiru mal-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni jew fi kwalunkwe mument wara dan, u jistgħu jiġu modifikati jew irtirati fi kwalunkwe mument.

(2)   Id-dikjarazzjonijiet, il-modifiki u l-irtirar għandhom jiġu nnotifikati lid-depożitarju.

(3)   Dikjarazzjoni magħmula fil-mument tal-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni għandha ssir effettiva simultanjament mad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Konvenzjoni għall-Istat ikkonċernat.

(4)   Dikjarazzjoni li ssir sussegwentement, u kwalunkwe modifika jew irtirar ta’ dikjarazzjoni, għandha ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-iskadenza tat-tliet xhur wara d-data li fiha d-depożitarju jirċievi n-notifika.

Artikolu 64

Denunzja

(1)   Stat Kontraenti għall-Konvenzjoni jista’ jiddenunzjaha permezz ta’ notifika bil-miktub indirizzata lid-depożitarju. Id-denunzja tista’ tkun limitata għal ċerti unitajiet territorjali ta’ Stat li jkollu aktar minn unità waħda u li għalih tapplika l-Konvenzjoni.

(2)   Id-denunzja għandha ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-iskadenza ta’ 12-il xahar wara d-data li fiha d-depożitarju jirċievi n-notifika. Meta fin-notifika jiġi speċifikat perijodu itwal sabiex id-denunzja ssir effettiva, din għandha ssir effettiva mal-iskadenza ta’ dan il-perijodu itwal wara d-data li fiha d-depożitarju jkun irċieva n-notifika.

Artikolu 65

Notifika

Id-depożitarju għandu jinnotifika lill-Membri tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, u Stati u Organizzazzjonijiet Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika oħrajn li ffirmaw, irratifikaw, approvaw jew aderixxew skont l-Artikoli 58 u 59 b’dan li ġej:

(a)

l-iffirmar, ir-ratifiki, l-aċċettazzjonijiet u l-approvazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 58 u 59;

(b)

l-adeżjonijiet u l-oġġezzjonijiet imressqa għall-adeżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 58(3) u (5) u 59;

(c)

id-data li fiha l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ skont l-Artikolu 60;

(d)

id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2(3), 11(1)(g), 16(1), 24(1), 30(7), 44(1) u (2), 59(3) u 61(1);

(e)

il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 51(2);

(f)

ir-riżervi msemmija fl-Artikoli 2(2), 20(2), 30(8), 44(3) u 55(3), u l-irtirar imsemmi fl-Artikolu 62(2);

(g)

id-denunzji msemmija fl-Artikolu 64.

B’xhieda ta’ dan, is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan, iffirmaw din il-Konvenzjoni.

Magħmul fl-Aja, fit-tlieta u għoxrin jum ta’ Novembru tas-sena elfejn u sebgħa, bil-lingwa Ingliza u dik Franċiża, biż-żewġ testi li huma awtentiċi bl-istess mod, f’kopja unika li għandha tkun depożitata fl-arkivji tal-Gvern tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, u li tagħha għandha tintbagħat kopja ċċertifikata, permezz tal-kanali diplomatiċi, lil kull wieħed mill-Membri tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fid-data tal-Wieħed u Għoxrin Sessjoni tagħha u lil kull wieħed mill-Istati l-oħrajn li pparteċipaw f’dik is-Sessjoni.

ANNESS 1

Formola ta’ trażmissjoni skont l-Artikolu 12(2)

AVVIŻ DWAR IL-KUNFIDENZJALITÀ U L-PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI

Data personali miġbura jew trażmessa taħt din il-Konvenzjoni għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom ġiet miġbura jew trażmessa. Kwalunkwe awtorità li tipproċessa din id-data għandha tiżgura l-kunfidenzjalità tagħha, skont il-liġi tal-Istat tagħha.

Awtorità ma għandhiex tiżvela jew tikkonferma informazzjoni miġbura jew trażmessa b’applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni jekk tiddeċiedi li jekk tagħmel hekk tista’ tippreġudika s-saħħa, is-sikurezza jew il-libertà ta’ persuna skont l-Artikolu 40.

Awtorità Ċentrali ħadet deċiżjoni li ma tiżvelax id-data skont l-Artikolu 40.

1.   Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba

(a)

Indirizz …

(b)

Numru tat-telefon …

(c)

Numru tal-Fax …

(d)

Posta elettronika …

(e)

Numru ta’ referenza …

2.   Persuna ta’ kuntatt fl-Istat li jagħmel it-talba

(a)

Indirizz (jekk differenti) …

(b)

Numru tat-telefon (jekk differenti) …

(c)

Numru tal-fax (jekk differenti) …

(d)

Posta elettronika (jekk differenti) …

(e)

Lingwa/i …

3.   Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba …

Indirizz …

4.   Dettalji tar-rikorrent

(a)

Kunjom/Kunjomijiet: …

(b)

Isem/Ismijiet: …

(c)

Data tat-twelid: … (jj/xx/ssss)

jew

(a)

Isem tal-korp pubbliku: …

5.   Dettalji tal-persuna/persuni għal min qed jintalab jew lil min huwa pagabbli l-manteniment

(a)

Il-persuna hija l-istess waħda bħar-rikorrent imsemmi fil-punt 4

(b)

(i)

Kunjom/Kunjomijiet: …

Isem/Ismijiet: …

Data tat-twelid: … (jj/xx/ssss)

(ii)

Kunjom/Kunjomijiet: …

Isem/Ismijiet: …

Data tat-twelid: … (jj/xx/ssss)

(iii)

Kunjom/Kunjomijiet: …

Isem/Ismijiet: …

Data tat-twelid: … (jj/xx/ssss)

6.   Dettalji tad-debitur (1)

(a)

Il-persuna hija l-istess waħda bħar-rikorrent imsemmi fil-punt 4

(b)

Kunjom/Kunjomijiet …

(c)

Isem/Ismijiet: …

(d)

Data tat-twelid: … (jj/xx/ssss)

7.   Din il-formola ta’ Trażmissjoni tirrigwarda u hija akkumpanjata minn talba skont:

l-Artikolu 10(1)(a)

l-Artikolu 10(1)(b)

l-Artikolu 10(1)(c)

l-Artikolu 10(1)(d)

l-Artikolu 10(1)(e)

l-Artikolu 10(1)(f)

l-Artikolu 10(2)(a)

l-Artikolu 10(2)(b)

l-Artikolu 10(2)(c)

8.   Id-dokumenti li ġejjin huma annessi għat-talba:

(a)

Għall-fini ta’ talba skont l-Artikolu 10(1)(a) u:

 

Skont l-Artikolu 25:

Test sħiħ tad-deċiżjoni (Art. 25(1)(a))

Sommarju jew estratt tad-deċiżjoni magħmul mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-oriġini (Artikolu 25(3)(b)) (jekk applikabbli)

Dokument li jiddikjara li d-deċiżjoni hija infurzabbli fl-Istat tal-oriġini u, fil-każ ta’ deċiżjoni minn awtorità amministrattiva, dokument li jiddikjara li r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(3) huma sodisfatti dment li dak l-Istat ma speċifikax, skont l-Artikolu 57, li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet amministrattivi tiegħu dejjem jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti (Artikolu 25(1)(b)) jew jekk l-Artikolu 25(3)(c) huwa applikabbli

Jekk l-intimat ma deherx u ma kienx rappreżentat fil-proċedimenti fl-Istat tal-oriġini, dokument jew dokumenti li jikkonfermaw, kif adatt, jew li l-intimat kien debitament notifikat bil-proċedimenti u kellu opportunità li jinstema’, jew li l-intimat kien debitament notifikat bid-deċiżjoni u kellu l-opportunità li jikkontestaha jew jappellaha fuq bażi ta’ fatt u ta’ dritt (Art. 25(1)(c))

Fejn meħtieġ, dokument li juri l-ammont tal-arretrati u d-data meta ġie kkalkulat tali ammont (Art. 25(1)(d))

Fejn meħtieġ, dokument li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex isiru l-kalkoli adatti f’każ ta’ deċiżjoni li tipprevedi l-aġġustament awtomatiku permezz ta’ indiċjar (Art. 25(1)(e))

Fejn meħtieġ, dokumentazzjoni li turi kemm ir-rikorrent ikun irċieva assistenza legali b’xejn fl-Istat tal-oriġini(Art. 25(1)(f))

 

Skont l-Artikolu 30(3):

Test sħiħ tal-arranġament ta’ manteniment (Art. 30(3)(a))

Dokument li jiddikjara li l-arranġament ta’ manteniment partikolari huwa infurzabbli bħala deċiżjoni fl-Istat tal-oriġini (Artikolu 30(3)(b))

Kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja t-talba (pereżempju, jekk meħtieġ, dokument għall-finijiet tal-Art. 36(4)):

b.

Għall-finijiet ta’ talba skont l-Artikolu 10(1)(b), (c),( d),( e),(f) u (2)(a), (b) jew (c), id-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin (eskluża l-formola ta’ Trażmissjoni u t-talba nfisha) skont l-Artikolu 11(3):

l-Artikolu 10(1)(b)

l-Artikolu 10(1)(c)

l-Artikolu 10(1)(d)

l-Artikolu 10(1)(e)

l-Artikolu 10(1)(f)

l-Artikolu 10(2)(a)

l-Artikolu 10(2)(b)

l-Artikolu 10(2)(c)

Isem: … (f’ittri kbar)

Data: … (jj/xx/ssss)

Rappreżentant awtorizzat tal-Awtorità Ċentrali


(1)  Skont l-Art. 3 tal-Konvenzjoni “debitur” tfisser “individwu li għandu jħallas, jew li allegatament għandu jħallas, il-manteniment”.

ANNESS 2

Formola ta’ konferma skont l-Artikolu 12(3)

AVVIŻ DWAR IL-KUNFIDENZJALITÀ U L-PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI

Data personali miġbura jew trażmessa taħt din il-Konvenzjoni għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom ġiet miġbura jew trażmessa. Kwalunkwe awtorità li tipproċessa din id-data għandha tiżgura l-kunfidenzjalità tagħha, skont il-liġi tal-Istat tagħha.

Awtorità ma għandhiex tiżvela jew tikkonferma informazzjoni miġbura jew trażmessa b’applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni jekk tiddeċiedi li jekk tagħmel hekk tista’ tippreġudika s-saħħa, is-sikurezza jew il-libertà ta’ persuna skont l-Artikolu 40.

Awtorità Ċentrali ħadet deċiżjoni li ma tiżvelax id-data skont l-Artikolu 40.

1.   Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba

(a)

Indirizz …

(b)

Numru tat-telefon …

(c)

Numru tal-Fax …

(d)

Posta elettronika …

(e)

Numru ta’ referenza …

2.   Persuna ta’ kuntatt fl-Istat li ssirlu t-talba

(a)

Indirizz (jekk differenti) …

(b)

Numru tat-telefon (jekk differenti) …

(c)

Numru tal-fax (jekk differenti) …

(d)

Posta elettronika (jekk differenti) …

(e)

Lingwa/i …

3.   Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba …

Persuna ta’ kuntatt …

Indirizz …

4.   L-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba tikkonferma li rċevietha fi … (jj/xx/ssss) tal-formola ta’ trażmissjoni mill-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba (numru ta’ referenza …; datata … (jj/xx/ssss)) dwar it-talba li ġejja skont:

l-Artikolu 10(1)(a)

l-Artikolu 10(1)(b)

l-Artikolu 10(1)(c)

l-Artikolu 10(1)(d)

l-Artikolu 10(1)(e)

l-Artikolu 10(1)(f)

l-Artikolu 10(2)(a)

l-Artikolu 10(2)(b)

l-Artikolu 10(2)(c)

Kunjom/Kunjomijiet tar-rikorrent: …

Kunjom/Kunjomijiet tal-persuna/persuni għal min qed jintalab jew lil min huwa pagabbli l-manteniment: …

Kunjom/Kunjomijiet tad-debitur: …

5.   Passi inizjali meħuda mill-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba:

Il-fajl huwa komplut u qed jiġi kkunsidrat

Ara r-rapport dwar l-istatus tat-talba hawn mehmuż

Ser isegwi r-rapport dwar l-istatus tat-talba

Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dokumentazzjoni addizzjonali li ġejja:

L-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba tirrifjuta li tipproċessa din it-talba għaliex jidher ċar li r-rekwiżiti tal-Konvenzjoni mhumiex sodisfatti (Art. 12(8)). Ir-raġunijiet:

huma mniżżlin fid-dokument mehmuż

ser ikunu mniżżlin f’dokument li għandu jsegwi

L-Awtorità Ċentrali li ssirilha t-talba titlob lill-Awtorità Ċentrali li tagħmel it-talba biex tinfurmaha bi kwalunkwe bidla fl-istatus tat-talba.

Isem: … (f’ittri kbar)

Data: … (jj/xx/ssss)

Rappreżentant awtorizzat tal-Awtorità Ċentrali