ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.187.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 187

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
16 ta' Lulju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 683/2011 tas-17 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 57/2011 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 684/2011 tal-15 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

20

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 685/2011 tal-15 ta’ Lulju 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

22

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2011 tat-15 ta’ Lulju 2011 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2011

24

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/417/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 li tabroga d-Deċiżjoni 2010/408/UE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Finlandja

27

 

 

2011/418/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/7/KE li tawtorizza metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali f’Ċipru (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4996)

29

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/419/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kumitat Konġunt tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità u l-Isvizzera stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tal-4 ta’ Lulju 2011 li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru

32

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 683/2011

tas-17 ta’ Ġunju 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 57/2011 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 (1) jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE.

(2)

Il-konsultazzjonijiet dwar l-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Unjoni u l-Ġżejjer Faeroe ma rnexxielhomx jirriżultaw fi qbil għall-2011. Wara serje oħra ta’ konsultazzjonijiet man-Norveġja f’Marzu 2011, l-opportunitajiet tas-sajd irriservati għall-konsultazzjonijiet mal-Ġżejjer Faeroe issa jistgħu jiġu allokati lill-Istati Membri. Għaldaqstant, l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 57/2011 u t-TACs rilevanti fl-Annessi IA u IB għalih għandhom jiġu emendati sabiex titqassam il-kwota mhux allokata u tiġi riflessal-allokazzjoni tradizzjonali tal-kavalli fl-Atlantiku tal-Grigal.

(3)

Huwa mixtieq li jiġu implimentati arranġamenti flessibbli dwar l-użu tal-kwoti tal-istokkafixx fiż-żewġ żoni ta’ ġestjoni prinċipali mogħtija fl-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 għal dak is-sajd (jiġifieri ż-żona magħmula minn ilmijiet tal-UE u ilmijiet internazzjonali taż-żoni tal-ICES I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV u ż-żona magħmula miż-żoni tal-ICES VIIIc, IX u X u l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1), peress li dawk iż-żewġ żoni huma suġġetti għall-istess parir xjentifiku u jitqiesu bħala parti mill-istess stokk bijoloġiku.

(4)

L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 jistabbilixxi l-kwoti ġenerali għall-ksampu fiż-żona tal-ICES VII u l-kwoti speċifiċi għall-ksampu fiż-żona tal-Porcupine Bank li tinsab f’dik iż-żona. Huwa meħtieġ li dawk il-kwoti speċifiċi jiġu stabbiliti mill-ġdid għas-sena 2011 abbażi ta’ data aġġornata dwar qabdiet storiċi.

(5)

B’segwitu għall-konsultazzjonijiet konklużi fis-17 ta’ Marzu 2011 bejn l-istati kostali (il-Gżejjer Faeroe, il-Groenlandja u l-Islanda) u partijiet oħrajn (l-Unjoni u n-Norveġja) tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) dwar il-ġestjoni tar-redfish fil-Baħar ta’ Irminger u l-ilmijiet qrib tagħhom, hu meħtieġ li jisġu stabbiliti TACs għar-redfish f’dawk iż-żone filwaqt li jiġu rrispettati r-restrizzjonijiet ta’ żmien u żoni; l-Anness IB għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Matul il-laqgħa Annwali tagħha tal-2010, il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali ddeċidiet li żżomm il-limiti imposti għal dik is-sena fuq il-qabdiet tal-pixxispad u fuq l-għadd ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd tal-pixxispad, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011. Huwa meħtieġ li dawn il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.

(7)

Matul it-Tielet Laqgħa Internazzjonali, li saret f’Mejju 2007, għall-ħolqien ta’ Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO) fl-ibħra miftuħa tan-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO), il-parteċipanti aċċettaw miżuri interim, inklużi opportunitajiet tas-sajd, sabiex jiġu rregolati l-attivitajiet tas-sajd pelaġiku kif ukoll tas-sajd tal-qiegħ f’dik iż-żona sakemm tiġi stabbilita tali RFMO. Matul it-tieni Konferenza Preparatorja għall-Kummissjoni tas-SPRFMO, li saret f’Jannar 2011, ġew aċċettati miżuri interim ġodda. Dawk il-miżuri interim huma volontarji u mhux legalment vinkolanti skont il-liġi internazzjonali. Madankollu huwa xieraq, konformement mal-obbligi ta’ kooperazzjoni u konservazzjoni li jinsabu fil-Liġi Internazzjonali tal-Baħar, li dawk il-miżuri jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment ta’ kwota ġenerali għall-Unjoni. Għall-fini tal-allokazzjoni tal-kwota tal-Unjoni fost l-Istati Membri, huwa opportun li tiġi stabbilita sistema ta’ allokazzjoni finali u ġdida abbażi ta’ kriterji sodi, ġusti u oġġettivi tar-rendiment tas-sajd fil-passat tal-Istati Membri fl-2009 u l-2010 li huwa perijodu suffiċjentement rappreżentattivi u riċenti li matulu l-Istati Membri kollha kkonċernati kienu preżenti fil-postijiet tas-sajd.

(8)

L-Anness IIB għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 jistabbilixxi l-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-irkupru ta’ ċerti stokkijiet tal-marlozz tan-Nofsinhar u tal-ksampu fid-diviżjonijiet tal-ICES VIIIc u IXa, minbarra l-Golf ta’ Cadiz. Huwa xieraq li tiġi ċċarata l-formulazzjoni tal-kondizzjoni speċjali li tinsab fil-qasam ta’ dawk il-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd u l-konsegwenzi li jiġi rċevut għadd illimitat ta’ jiem għall-ħatt fil-perijodu ta’ ġestjoni tal-2011.

(9)

L-Anness IIC għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 jistabbilixxi l-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-ħażniet tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent (2). Huwa meħtieġ li l-formulazzjoni ta’ dak l-Anness IIC tkun allinjata mal-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2007.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 57/2011 japplika, b’mod ġenerali mill-1 ta’ Jannar 2011. Madankollu, il-limiti tal-isforzi tas-sajd huma stabbiliti għal perijodu ta’ sena li jibda mill-1 ta’ Frar 2011. Sabiex tiġi segwita s-sistema ta’ kull sena ta’ rappurtar dwar l-opportunitajiet tas-sajd, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid u l-allokazzjonijiet għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011 u d-dispożizzjonijiet dwar il-limiti tal-isforzi tas-sajd għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2011, ħlief fejn huwa indikat mod ieħor. Tali applikazzjoni retroattiva hija bla ħsara għall-prinċipju taċ-ċertezza legali peress li l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 57/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 57/2011 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin:

(a)

għas-sena 2011, il-limiti ta’ qbid għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut;

(b)

għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2011 sal-31 ta’ Jannar 2012, ċerti limiti tal-isforz;

(c)

għall-perijodi stipulati fl-Artikoli 20, 21 u 22 u fl-Annessi IE u V, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet fiż-Żona tal-Konvenzjoni, tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marittimi Ħajjin tal-Antartiku (CCALMR);

(d)

għall-perijodi stipulati fl-Artikolu 28, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali (IATTC); u

(e)

opportunitajiet tas-sajd addizzjonali għall-kavalli li jirriżultaw minn kwota mhux maqbuda fl-2010.”;

2.

L-Anness IA huwa emendat kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni għaċ-ċiċċirell u l-qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-UE ta’ IIa, IIIa u IV hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Ċiċċirell u qabdiet inċidentali assoċjati

Ammodytes spp.

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV (3)

(SAN/2A3A4.)

Danimarka

334 324

TAC Analitiċi

Renju Unit

7 308

Ġermanja

511

Svezja

12 277

UE

354 420  (4)

Norveġja

20 000

TAC

374 420

(b)

l-annotazzjoni għall-aringi fiż-żona IIIa hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Aringi (5)

Clupea harengus

Żona

:

Iż-żona IIIa

(HER/03 A.)

Danimarka

12 608  (6)

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

202  (6)

Svezja

13 189  (6)

UE

25 999  (6)

TAC

30 000

(c)

l-annotazzjoni għall-aringi fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VIb u VIaN (7)

(HER/5B6ANB)

Ġermanja

2 513

TAC Analitiċi

Franza

475

Irlanda

3 396

Pajjiżi l-Baxxi

2 513

Renju Unit

13 584

UE

22 481

TAC

22 481

(d)

l-annotazzjoni dwar l-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

(WHB/1X14)

Danimarka

1 533  (8)

TAC Analitiċi

Ġermanja

596  (8)

Spanja

1 300  (8)  (9)

Franza

1 067  (8)

Irlanda

1 187  (8)

Pajjiżi l-Baxxi

1 869  (8)

Portugall

121  (8)  (9)

Svezja

379  (8)

Renju Unit

1 990  (8)

UE

10 042  (8)

TAC

40 100

(e)

l-annotazzjoni għal-linarda fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Linarda

Molva dypterygia

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII,

(BLI/5B67-) (12)

Ġermanja

20

TAC Analitiċi

Japplika l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.

Estonja

3

Spanja

62

Franza

1 422

Irlanda

5

Litwanja

1

Polonja

1

Renju Unit

362

Oħrajn

5  (10)

UE

1 717

Norveġja

150  (11)

TAC

2 032

(f)

l-annotazzjoni għal-lipp fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali ta’ VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Lipp

Molva molva

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

(LIN/6X14.)

Belġju

30

TAC Analitiċi

Japplika l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.

Danimarka

5

Ġermanja

109

Spanja

2 211

Franza

2 357

Irlanda

591

Portugall

5

Renju Unit

2 716

UE

8 024

Norveġja

6 140  (13)  (14)

TAC

14 164

(g)

l-annotazzjoni dwar il-ksampu fiż-żona VII hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Ksampu

Nephrops norvegicus

Żona

:

VII

(NEP/07.)

Spanja

1 306  (15)

TAC Analitiċi

Franza

5 291  (15)

Irlanda

8 025  (15)

Renju Unit

7 137  (15)

UE

21 759  (15)

TAC

21 759  (15)

(h)

l-annotazzjoni dwar il-kavalli fiż-żoni IIIa u IV; fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc, u s-Subdiviżjonijiet 22-32 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Kavalli

Scomber scombrus

Żona

:

IIIa u IV; l-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u IIId

(MAC/2A34.)

Belġju

517  (18)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Danimarka

18 084  (18)  (20)

Ġermanja

539  (18)

Franza

1 629  (18)

Pajjiżi l-Baxxi

1 640  (18)

Svezja

4 860  (16)  (17)  (18)

Renju Unit

1 518  (18)

UE

28 787  (16)  (18)  (20)

Norveġja

169 019  (19)

TAC

Mhux rilevanti

(i)

L-annotazzjoni għall-kavalli fiż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Kavalli

Scomber scombrus

Żona

:

VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

(MAC/2CX14-)

Ġermanja

20 694

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Spanja

22

Estonja

172

Franza

13 797

Irlanda

68 978

Latvja

127

Litwanja

127

Pajjiżi l-Baxxi

30 177

Polonja

1 457

Renju Unit

189 694

UE

325 245  (24)

Norveġja

14 050  (22)  (23)

TAC

Mhux rilevanti

(j)

l-annotazzjoni għall-kavalli fiż-żoni VIIIc, IXu X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Kavalli

Scomber scombrus

Żona

:

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1.

(MAC/8C3411)

Spanja

30 609  (25)

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Franza

203  (25)

Portugall

6 327  (25)

UE

37 139

TAC

Mhux rilevanti

(k)

l-annotazzjoni għall-kavalli fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni IIa u IVa hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Kavalli

Scomber scombrus

Żona

:

Ilmijiet Norveġiżi taż-żoni IIa u IVa

(MAC/2A4 A-N.)

Danimarka

13 018  (26)  (27)

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

UE

13 018  (26)  (27)

TAC

Mhux rilevanti

(l)

l-annotazzjoni għal-laċċa kaħla u l-qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Laċċa kaħla u qabdiet inċidentali assoċjati

Sprattus sprattus

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV

(SPR/2AC4-C)

Belġju

1 835

TAC Prekawzjonali

Danimarka

145 273

Ġermanja

1 835

Franza

1 835

Pajjiżi l-Baxxi

1 835

Svezja

1 330  (28)

Renju Unit

6 057

UE

160 000  (31)

Norveġja

10 000  (29)

TAC

170 000  (30)

(m)

l-annotazzjoni għas-sawrell u l-qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IVa; VI, VIIa-c, VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Sawrell u qabdiet inċidentali assoċjati

Trachurus spp.

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IVa; VI, VIIa-c, VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żona Vb; fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

(JAX/2 A-14)

Danimarka

15 781  (32)

TAC Analitiċi

Ġermanja

12 314  (32)  (33)

Spanja

16 795

Franza

6 338  (32)  (33)

Irlanda

41 010  (32)

Pajjiżi l-Baxxi

49 406  (32)  (33)

Portugall

1 618

Svezja

675  (32)

Renju Unit

14 850  (32)  (33)

UE

158 787  (34)

TAC

158 787

3.

L-Anness IB huwa emendat kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni għall-merluzz u l-haddock fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona VB hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Merluzz u haddock

Gadus morhua u Melanogrammus aeglefinus

Żona

:

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb

(C/H/05B-F.)

Ġermanja

0

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax;

Franza

0

Renju Unit

0

UE

0

TAC

Mhux rilevanti”

(b)

l-annotazzjoni għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona

:

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe

(WHB/2A4AXF)

Danimarka

0

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

0

Franza

0

Pajjiżi l-Baxxi

0

Renju Unit

0

UE

0

TAC

40 100  (35)

(c)

l-annotazzjoni għal-lipp u l-linarda fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Lipp u linarda

Molva molva u Molva dypterygia

Żona

:

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb

(B/L/05B-F.)

Ġermanja

0

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.;

Franza

0

Renju Unit

0

UE

0

TAC

Mhux rilevanti”

(d)

l-annotazzjoni għall-gamblu tat-Tramuntana fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona

:

L-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV

(PRA/514GRN)

Danimarka

1 950

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Franza

1 950

UE

7 000  (36)

TAC

Mhux rilevanti

(e)

l-annotazzjoni għall-pollakkju (saithe) fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Pollakkju (saithe)

Pollachius virens

Żona

:

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb

(POK/05B-F.)

Belġju

0

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.;

Ġermanja

0

Franza

0

Pajjiżi l-Baxxi

0

Renju Unit

0

UE

0

TAC

Mhux rilevanti”

(f)

l-annotazzjoni għall-ħalibatt fl-ilmijiet tal-Groenlandja tan-NAFO 0 u 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Ħalibatt tal-Groenlandja

Reinhardtius hippoglossoides

Żona

:

L-ilmijiet tal-Groenlandua tan-NAFO 0 u 1

(GHL/N01GRN)

Ġermanja

1 850

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

UE

2 650  (37)

TAC

Mhux rilevanti

(g)

l-annotazzjoni għall-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Ħalibatt tal-Groenlandja

Reinhardtius hippoglossoides

Żona

:

L-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV

(GHL/514GRN)

Ġermanja

5 867

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Renju Unit

309

UE

7 000  (38)

TAC

Mhux rilevanti

(h)

l-annotazzjoni għar-redfish fl-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV hija sostitwita b’dan li ġej:

"Speċi

:

Redfish (pelaġiku tal-ilma baxx)

Sebastes spp.

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

(RED/51214S)

Estonja

0  (39)

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

0  (39)

Spanja

0  (39)

Franza

0  (39)

Irlanda

0  (39)

Latvja

0  (39)

Pajjiżi l-Baxxi

0  (39)

Polonja

0  (39)

Portugall

0  (39)

Renju Unit

0  (39)

UE

0  (39)

TAC

0  (39)


“Speċi

:

Redfish (pelaġiku tal-ilma fond)

Sebastes spp.

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

(RED/51214D)

Estonja

177  (40)  (41)

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Ġermanja

3 569  (40)  (41)

Spanja

633  (40)  (41)

Franza

336  (40)  (41)

Irlanda

1  (40)  (41)

Latvja

64  (40)  (41)

Pajjiżi l-Baxxi

2  (40)  (41)

Polonja

324  (40)  (41)

Portugall

757  (40)  (41)

Renju Unit

8  (40)  (41)

UE

5 871  (40)  (41)

TAC

38 000  (40)  (41)

(i)

l-annotazzjoni għar-redfish fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Redfish (pelaġiku)

Sebastes spp.

Żona

:

L-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV

(RED/514GRN)

Ġermanja

5 164  (42)  (43)

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Franza

26  (42)  (43)

Renju Unit

37  (42)  (43)

UE

5 227  (42)  (43)

TAC

Mhux rilevanti

(j)

l-annotazzjoni għal speċijiet oħrajn fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Speċijiet oħrajn (44)

Żona

:

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb

(OTH/05B-F.)

Ġermanja

0

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Franza

0

Renju Unit

0

UE

0

TAC

Mhux rilevanti

(k)

l-annotazzjoni għall-ħut ċatt fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Ħut ċatt

Żona

:

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe taż-żona Vb

(FLX/05B-F.)

Ġermanja

0

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.;

Franza

0

Renju Unit

0

UE

0

TAC

Mhux rilevanti"

4.

fl-Anness IC, l-annotazzjoni għall-gamblu tat-Tramuntana fiż-żona NAFO 3L hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona

:

Iż-żona NAFO 3L (45)

(PRA/N3L.)

Estonja

214

TAC Analitiċi

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

Latvja

214

Litwanja

214

Polonja

214

Stati Membri Oħrajn

213  (46)

UE

1 069

TAC

19 200

5.

Fl-Anness ID, l-annotazzjoni għat-tonn fl-Oċeanu Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45o W, u l-Mediterran (BFT/AE045 W) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi

:

Tonn

Thunnus thynnus

Żona

:

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45o W, u l-Mediterran

(BFT/AE045 W)

Ċipru

66,98  (50)

 

Greċja

124,37

Spanja

2 411,01  (48)  (50)

Franza

958,42  (48)  (49)  (50)

Italja

1 787,91  (50)  (51)

Malta

153,99  (50)

Portugall

226,84

Stati Membri Oħrajn

26,90  (47)

UE

5 756,41  (48)  (49)  (50)  (51)

TAC

12 900

6.

L-Anness IH huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IH

Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC

Speċi

:

Pixxispad

Xiphias gladius

Żona

:

Iż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC fin-Nofsinhar ta’ 20° S

(SWO/F7120S)

UE

3 170,36

TAC Analitiċi;

TAC

Mhux rilevanti”

7.

L-Anness IJ huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IJ

Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

Speċi

:

Sawrell (jack mackerel)

Trachurus murphyi

Żona

:

Iż-żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

(CJM/SPRFMO)

Ġermanja

10 223,67

 

Pajjiżi l-Baxxi

11 080,80

Litwanja

7 112,63

Polonja

12 231,90

UE

40 649 ”;

8.

L-Anness IIB huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 5.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.2.

Bl-iskop li jiġi stabbilit l-għadd massimu ta'jiem fuq il-baħar li matulhom bastiment tal-UE jista’ jkun awtorizzat mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu biex ikun preżenti fiż-żona, il-kondizzjonijiet speċjali li ġejjin għandhom japplikaw f’konformità mat-Tabella I:

(a)

il-ħatt l-art totali ta’ marlozz fis-sena 2008 jew 2009 imwettaq mill-bastiment għandu jirrappreżenta inqas minn 5 tunnellati jew inqas minn 3 % tat-total tal-ħatt l-art f’piż ħaj; u

(b)

il-ħatt l-art totali ta’ ksampu fis-sena 2008 jew 2009 mwettaq mill-bastiment għandu jirrappreżenta inqas minn 2.5 tunnellati skont il-ħatt l-art f’piż ħaj.”;

(b)

il-punt 9.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.1.

Jekk bastiment ikun irċieva għadd bla limitu ta’ jiem b’riżultat tal-konformità mal-kondizzjonijiet speċjali, l-iżbark tal-bastiment fil-perijodu ta’ ġestjoni tal-2011 m’għandux jaqbeż 5 tunnellati jew 3 % tal-ħatt totali f’piż ħaj ta’ marlozz u 2,5 tunnellata ta’ piż ħaj ta’ ksampu.”;

9.

L-Anness IIC huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Rkaptu tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw ir-raggruppamenti li ġejjin ta’ rkapti tas-sajd:

(a)

xbieki tat-tkarkir bit-travu bid-daqs tal-malja ta’ 80 mm jew akbar;

(b)

xbieki statiċi inklużi għeżula, pariti u għeżula tat-tħabbil bid-daqs tal-malja ta’ 220 mm jew inqas.”;

(b)

It-Tabella I hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella I

Rkaptu

tal-punt 2

Denominazzjoni

Ir-raggruppamenti tal-irkaptu kif iddefiniti fil-punt 2 biss huma użati.

Kanal tal-Punent

2(a)

Xbieki tat-tkarkir bit-travu bid-daqs tal-malja ≥ 80 mm

164

2(b)

Xbieki statiċi bid-daqs tal-malja ≤ 220 mm

164 ”;

10.

L-Anness VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VII

ŻONA TAL-KONVENZJONI TAD-WCPFC

Għadd massimu ta’ bastimenti tal-UE awtorizzati sabiex jistadu għall-pixxispad fiż-żoni fin-Nofsinhar ta’ 20 o S taż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC

Spanja

14

UE

14 ”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti 1 sa 7 u l-punt 10 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011.

Il-punti 8 u 9 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MATOLCSY Gy.


(1)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 7.

(3)  Esklużi l-ilmijiet sa sitt mili mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula.

(4)  Ta’ mill-inqas 98 % tal-ħatt l-art mgħoddi kontra t-TAC irid ikun taċ-ċiċċirell. Il-qabdiet inċidentali ta’ dab, kavalli u merlangu għandhom jitqiesu mat-2 % li jibqa’ tat-TAC

Kondizzjonijiet speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, mhux aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt jistgħu jittieħdu miż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif definit fl-Anness IID:

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell

 

1

2

3

4

5

6

7

 

(SAN/*234_1)

(SAN/*234_2)

(SAN/*234_3)

(SAN/*234_4)

(SAN/*234_5)

(SAN/*234_6)

(SAN/*234_7)

Danimarka

282 989

32 072

9 434

9 434

0

395

0

Renju Unit

6 186

701

206

206

0

9

0

Ġermanja

433

49

14

14

0

1

0

Svezja

10 392

1 178

346

346

0

15

0

UE

300 000

34 000

10 000

10 000

0

420

0

Norveġja

20 000

0

0

0

0

0

0

Total

320 000

34 000

10 000

10 000

0

420

0 ”;

(5)  Il-ħatt l-art ta' aringi maqbuda f’sajd bl-użu ta’ xbieki bid-daqs tal-malji ta’ 32 mm jew akbar.

(6)  Sa 50 % ta’ dan l-ammont jista’ jinqabad fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IV.”

(7)  Ir-referenza hija għall-istokk ta’ aringi fiż-żona VIa, fit-Tramuntana ta’ 56° 00’ N u f’dik il-parti taż-żona VIa li tinsab fil-Lvant ta’ 07° 00’ W u fit-Tramuntana ta’ 55° 00’ N, eskluż il-Clyde.”;

(8)  Li minnhom sa 68 % jistgħu jinqabdu fiż-Żona Ekonomika Norveġiża jew fiż-żona tas-sajd madwar Jan Mayen (WHB/*NZJM1).

(9)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għaż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1. Tali trasferimenti għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.”;

(10)  Esklussivament għall-qabdiet inċidentali. L-ebda sajd dirett mhu permess taħt din il-kwota.

(11)  Għandhom jinqabdu fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IV, Vb, VI u VII.

(12)  Japplikaw regoli speċjali skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1288/2009 (*) u l-punt 7 tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 43/2009 (**).

(*)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi transitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (ĠU L 347, 24.12.2009, p. 6).

(**)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (ĠU L 22, 26.1.2009, p. 1).”;

(13)  Li minnhom huwa awtorizzat qbid inċidentali ta’ speċijiet oħrajn ta’ 25 % għal kull bastiment, fi kwalunkwe mument, fiż-żoni Vb, VI u VII. Madankollu, din il-perċentwali tista’ tinqabeż fl-ewwel 24 siegħa wara l-bidu tas-sajd għal xi raġuni speċifika. Il-qbid inċidentali totali ta’ speċijiet oħra fiż-żoni VI u VII m’għandux jeċċedi t-3 000 tunnellata.

(14)  Inkluż it-tusk. Il-kwoti għan-Norveġja huma ta’ 6 140 tunnellata lipp u 2 923 tunnellata tusk, u jistgħu jitpartu sa 2 000 tunnellata u jistgħu jinqabdu biss bil-konzijiet fiż-żoni Vb, VI u VII.”;

(15)  Li minnhom ma jistgħux jittieħdu aktar mill-kwoti li ġejjin fiż-żona VII (Porcupine Bank – Unità 16) (NEP/*07U16):

Spanja

377

Franza

241

Irlanda

454

Renju Unit

188

UE

1 260 ”;

(16)  Inklużi 242 tunnellata li għandhom jinqabdu f’ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta' 62°N (MAC/*04N-).

(17)  Waqt is-sajd fl-ilmijiet Norverġiżi, qabdiet inċidentali ta’ merluzz, haddock, pollakkju u merlangu u pollakju (saithe) għandhom jitqiesu bħala parti mill-kwoti għal dawn l-ispeċijiet.

(18)  Jistgħu jinqabdu wkoll fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IVa.

(19)  Għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja (kwota ta’ aċċess). Dan l-ammont jinkludi s-sehem tan-Norveġja fit-TAC tal-Baħar tat-Tramuntana tal-ammont ta’ 47 197 tunnellata. Din il-kwota tista’ tinqabad fiż-żona IVa biss, minbarra 3 000 tunnellata li jistgħu jinqabdu fiż-żona IIIa.

(20)  Tinkludi 323 tunnellata ta’ kwota ttrasferita mill-opportunitajiet tas-sajd għall-2010 mhux użati.

Kondizzjoni speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żoni li ġejjin:

 

Iż-żona IIIa

(MAC/*03 A.)

Iż-żoni IIIa u IVbc

(MAC/*3A4BC)

Iż-żona IVb

(MAC/*04B.)

Iż-żona IVc

(MAC/*04C.)

Iż-żona VI, l-ilmijiet internazzjonali taż-żona IIa, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2011 u f’Diċembru 2011

(MAC/*2A6.)

Danimarka

0

4 130

0

0

9 764  (21)

Franza

0

490

0

0

0

Pajjiżi l-Baxxi

0

490

0

0

0

Svezja

0

0

390

10

1 847

Renju Unit

0

490

0

0

0

Norveġja

3 000

0

0

0

0

(21)  Tinkludi 183 tunnellata ta’ kwota ttrasferita mill-opportunitajiet tas-sajd għall-2010 mhux użati.”;

(22)  Jistgħu jinqabdu fiż-żoni IIa, VIa fit-Tramuntana ta’ 56°30’ N, IVa, VIId, VIIe, VIIf u VIIh.

(23)  Jistgħu jinqabdu 33 804 tunnellata addizzjonali ta’ kwota ta’ aċċess min-Norveġja fit-Tramuntana ta’ 56°30’ N u meqjusa fil-limiti ta’ qbid tagħha.

(24)  Tinkludi 674 tunnellata ta’ kwota mħollija barra mill-opportunitajiet tas-sajd għall-2010.

Kondizzjoni speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt fiż-żoni li ġejjin u l-perijodu speċifikati hawn taħt.

 

L-ilmijiet tal-UE u dawk Norveġiżi taż-żona IVa

(MAC/*04 A-EN)

Matul il-perijodi mill-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Frar 2011 u mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru 2011

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IIa

(MAC/*2AN-)

Ġermanja

8 326

849

Franza

5 551

566

Irlanda

27 754

2 832

Pajjiżi l-Baxxi

12 142

1 238

Renju Unit

76 325

7 789

UE

130 098

13 274 ”;

(25)  Il-kwantitajiet soġġetti għal skambji ma’ Stati Membri oħra jistgħu jinqabdu fiż-żoni VIIIa, VIIIb u VIIId (MAC/*8ABD.). Madankollu, il-kwantitajiet ipprovduti minn Spanja, il-Portugall jew Franza għall-finijiet ta’ skambji u li għandhom jinqabdu fiż-żoni VIIIa, VIIIb u VIIId m’għandhomx jaqbżu l-25 % tal-kwoti tal-Istat Membru donatur.

Kondizzjoni speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żona li ġejja.

 

VIIIb

(MAC/*08B.)

Spanja

2 570

Franza

17

Portugall

531 ”.

(26)  Il-qabdiet maqbudin fiż-żona IVa (MAC/*4 A.) u fiż-żona IIa (MAC/*02 A.) għandhom jiġu rrappurtati separatament.

(27)  Tinkludi 272 tunnellata ta’ kwota ttrasferita mill-opportunitajiet tas-sajd għall-2010 mhux użati.”;

(28)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(29)  Jista’ jinqabad biss fl-ilmijiet tal-UE taż-żona IV.

(30)  TAC Preliminari. It-TAC finali ser jiġi stabbilit fid-dawl ta’ pariri xjentifiċi ġodda matul l-ewwel nofs tal-2011.

(31)  Ta’ mill-inqas 98 % tal-ħatt l-art li jitqiesu mat-TAC għandu jkun ta’ laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali ta’ dab u merlangu għandhom jitqiesu mal-5 % li jibqa’ tat-TAC.”;

(32)  Sa 5 % ta’ din il-kwota li tinqabad fl-ilmijiet tal-UE ta’ż-żoni IIa jew IVa qabel it-30 ta’ Ġunju 2011 tista’ tingħadd bħala li nqabdet mal-kwota li tikkonċerna l-ilmijiet tal-UE taż-żoni IVb, IVc u VIId. Madankollu, l-użu ta’ din il-kondizzjoni speċjali jrid jiġi nnotifikat bil-quddiem lill-Kummissjoni (JAX/*4BC7D).

(33)  Jistgħu jinqabdu sa 5 % ta’ din il-kwota fiż-żona VIId. Madankollu, l-użu ta’ din il-kondizzjoni speċjali jrid jiġi nnotifikat bil-quddiem lill-Kummissjoni (JAX/*07D.).

(34)  Ta’ mill-inqas 95 % tal-ħatt l-art mgħoddi kontra t-TAC għandhom ikunu ta’ sawrell. Il-qabdiet inċidentali ta’ pixxitrombetta, haddock, merlangu u kavalli għandhom jitqiesu mal-5 % li jibqa’ tat-TAC.”;

(35)  Li minnhom 800 tunnellata huma allokati lin-Norveġja biex jinqabdu fin-NAFO 1 biss.”;

(36)  Li minnhom 3 100 tunnellata huma allokati lin-Norveġja.”;

(37)  Li minnhom 800 tunnellata huma allokati lin-Norveġja biex jinqabdu fin-NAFO 1 biss.”;

(38)  Li minnhom 824 tunnellata huma allokati lin-Norveġja.”;

(39)  Ma jistgħux jinqabdu mill-1 ta’ Jannar sad-9 ta’ Mejju 2011.

(40)  Jistgħu jinqabdu biss fiż-żona kkonfinata mil-linji li jagħqdu l-koordinati li ġejjin:

Punt Nru

Latitudni N

Lonġitudni W

1

64° 45’

28° 30’

2

62° 50’

25° 45’

3

61° 55’

26° 45’

4

61° 00’

26° 30’

5

59° 00’

30° 00’

6

59° 00’

34° 00’

7

61° 30’

34° 00’

8

62° 50’

36° 00’

9

64° 45’

28° 30”

(41)  Ma jistgħux jinqabdu mill-1 ta’ Jannar sad-9 ta’ Mejju 2011.”;

(42)  Is-sajd jista’ jsir biss bix-xibka tat-tkarkir pelaġika. Dan il-ħut jista’ jinqabad fil-Lvant jew fil-Punent.

(43)  Il-kwota tista’ tinqabad miż-Żona Regolatorja tan-NEAFC dment li l-kondizzjonijiet ta’ rappurtar stabbiliti mill-Groenlandja jiġu sodisfatti (RED/*51214). Meta jinqabad miż-Żona Regolatorja tan-NEAFC, ir-redfish jista’ jittieħed biss mill-10 ta’ Mejju 2011 bħala redfish pelaġiku tal-ilma fond, u biss fiż-żona kkonfinata mil-linji li jagħqdu l-koordinati li ġejjin (RED/*5-14).

Punt Nru

Latitudni N

Lonġitudni W

1

64° 45’

28° 30’

2

62° 50’

25° 45’

3

61° 55’

26° 45’

4

61° 00’

26° 30’

5

59° 00’

30° 00’

6

59° 00’

34° 00’

7

61° 30’

34° 00’

8

62° 50’

36° 00’

9

64° 45’

28° 30’ ”;

(44)  Esklużi speċijiet ta'ħut bla ebda valur kummerċjali.”;

(45)  Mhux inkluża l-kaxxa kkonfinita mill-koordinati li ġejjin:

Punt Nru

Latitudni N

Lonġitudni W

1

47° 20’ 0

46° 40’ 0

2

47° 20’ 0

46° 30’ 0

3

46° 00’ 0

46° 30’ 0

4

46° 00’ 0

46° 40’ 0

(46)  Ħlief l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.”;

(47)  Bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Malta u l-Portugall, u bħala qbid inċidentali biss.

(48)  F’dawn it-TAC, il-limiti ta’ qabdiet u l-allokazzjoni li ġejjin bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn ta’ bejn 8 kg/75 cm u 30 kg/115 cm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness IV (BFT/*8301):

Spanja

350,51

Franza

158,14

UE

508,65

(49)  F’dawn it-TAC, il-limiti ta’ qabdiet u l-allokazzjoni li ġejjin bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn li jiżnu mhux inqas minn 6,4 kg jew b’kejl ta’ mhux inqas minn 70 cm mill-bastimenti

Franza

45  (***)

UE

45

(***)  Din il-kwantità tista’ tiġi riveduta mill-Kummissjoni fuq talba minn Franza, sa ammont ta’ 100 tunnellata kif indikat bir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 08-05.

(50)  F’dawn it-TAC, il-limiti ta’ qbid u l-allokazzjoni li ġejjin bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn ta’ bejn 8 kg u 30 kg mill-bastimenti msemmijin fil-punt 2 tal-Anness IV (BFT/*8302):

Spanja

48,22

Franza

47,57

Italja

37,55

Ċipru

1,34

Malta

3,08

UE

137,77

(51)  F’dawn it-TAC, il-limiti ta’ qabdiet u l-allokazzjoni li ġejjin bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn ta’ bejn 8 kg u 30 kg mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness IV (BFT/*643):

Italja

37,55

UE

37,55 ”;


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 684/2011

tal-15 ta’ Lulju 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

49,0

AR

19,4

EC

19,4

MK

45,6

ZZ

33,4

0707 00 05

AR

22,0

TR

105,8

ZZ

63,9

0709 90 70

AR

24,9

TR

110,8

ZZ

67,9

0805 50 10

AR

62,1

TR

64,0

UY

68,5

ZA

71,8

ZZ

66,6

0808 10 80

AR

91,7

BR

78,2

CA

106,0

CL

91,2

CN

75,6

EC

60,7

NZ

119,1

US

181,5

ZA

96,6

ZZ

100,1

0808 20 50

AR

140,6

CL

107,9

CN

46,2

NZ

118,4

ZA

103,6

ZZ

103,3

0809 10 00

AR

75,0

TR

222,9

XS

138,6

ZZ

145,5

0809 20 95

TR

309,1

ZZ

309,1

0809 40 05

BA

56,1

EC

75,9

ZZ

66,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 685/2011

tal-15 ta’ Lulju 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 676/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 184, 14.7.2011, p. 7.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

48,41

0,00

1701 11 90  (1)

48,41

0,38

1701 12 10  (1)

48,41

0,00

1701 12 90  (1)

48,41

0,08

1701 91 00  (2)

59,96

0,00

1701 99 10  (2)

59,96

0,00

1701 99 90  (2)

59,96

0,00

1702 90 95  (3)

0,60

0,17


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 686/2011

tat-15 ta’ Lulju 2011

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Lulju 2011, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Lulju 2011, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Lulju 2011

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

30.6.2011-14.7.2011

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

223,61

178,28

Prezz FOB USA

414,64

404,64

383,64

Tariffa fuq il-Golf

21,27

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

76,97

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż: Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam:

18,39  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż: L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

48,40  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

li tabroga d-Deċiżjoni 2010/408/UE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Finlandja

(2011/417/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/408/UE (1), fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat, il-Kunsill iddeċieda li fil-Finlandja kien jeżisti defiċit eċċessiv. Fid-Deċiżjoni 2010/408/UE il-Kunsill innota li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ppjanat għall-2010 kien ta’ 4,1 % tal-PDG, li kien ogħla mit-3 % tal-valur referenzjarju tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li d-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika kien ippjanat li jilħaq id-49,9 % tal-PDG, taħt is-60 % tal-valur referenzjarju tal-PDG skont it-Trattat.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (2), il-Kunsill, abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, adotta rakkomandazzjoni indirizzata lill-Finlandja bil-għan li s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2011. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata.

(3)

Skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata meta d-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru konċernat ikun, fil-fehma tal-Kunsill, ġie kkoreġut.

(4)

Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni ta’ din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta dwar defiċits u d-dejn tal-gvern u dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta’ Ottubru, skont Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (3).

(5)

Abbażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 wara n-notifka mill-Finlandja qabel l-1 ta’ April 2011 u fuq it-tbassir tar-rebbiegħa 2011 mis-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:

Filwaqt li n-notifika tal-PŻE ta’ April 2010 ppjanat għal defiċit ta’ 4,1 % tal-PDG fl-2010, l-eżitu reali kien konsiderevolment aħjar b’defiċit ta’ 2,5 % tal-PDG.

L-eżitu tad-defiċit li kien aħjar milli ppjanat huwa primarjament minħabba tkabbir ekonomiku akbar milli mistenni u sitwazzjoni aħjar fis-suq tax-xogħol li ta spinta lid-dħulijiet mit-taxxa (partikolarment mill-VAT u t-taxxa fuq l-introjtu), filwaqt li t-tkabbir tan-nefqa baqa’ kumplessivament imrażżan.

It-tbassir tar-rebbiegħa 2011 mis-servizzi tal-Kummissjoni jipprojetta li d-defiċit jinżel aktar għal 1 % tal-PDG fl-2011. Bl-istess mod, l-aġġornament tal-2011 tal-programm ta’ stabilità jipprojetta defiċit ta’ 0,9 % tal-PDG fl-2011. It-titjib tal-bilanċ fiskali mis-sena preċedenti huwa xprunat minn fatturi ċikliċi, li jirriflettu l-kontinwazzjoni mistennija tal-attività ekonomika relattivament robusta, u xi żidiet ta’ taxxa diskrezzjonarji (l-aktar taxxi fuq l-enerġija u l-prodotti) b’valur ta’ madwar 0,5 % tal-PDG. Huwa previst kemm mis-servizzi tal-Kummissjoni kif ukoll fl-aġġornament tal-2011 tal-programm ta’ stabilità li d-defiċit jitjieb aktar marġinalment għal 0,7 % tal-PDG fl-2012.

Skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2011 mis-servizzi tal-Kummissjoni u l-bilanċi strutturali (rikalkolati mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fl-aġġornament tal-aħħar programm ta’ stabilità, bl-użu tal-metodoloġija maqbula bejn kulħadd) fl-2011, il-bilanċ strutturali huwa stmat li jilħaq livell aktar favorevoli mill-objettiv ta’ terminu medju, li huwa stipulat mill-awtoritajiet Finlandiżi bħala surplus strutturali ta’ 0,5 % tal-PDG. Madankollu, il-bilanċ strutturali huwa stmat li jiddgħajjef kemm xejn u jispiċċa fin-negattiv fit-terminu l-medju. It-tnaqqis li jidher fl-estimi tal-bilanċ strutturali jirriżulta minn defiċit nominali ġeneralment stabbli fi sfond ta’ projettazzjonijiet favorevoli għat-tkabbir ekonomiku li jxejjen id-diskrepanza fl-output li bħalissa hija kbira. Konsegwentement, u sakemm ma jittiħdux aktar miżuri, fl-2015 il-bilanċ baġitarju, wara li jitnaqqsu l-fatturi ċikliċi u l-miżuri ta’ darba u oħrajn temporanji, bħalissa qed jiġi stmat li jiċċaqlaq kemm xejn taħt il-parametru referenzjarju minimu ta’ - 1,2 % tal-PDG, li fi flutwazzjonijiet ċikliċi normali jiżgura marġini ta’ sikurezza kontra l-ksur tat-3 % tal-valur referenzjarju tal-PDG. Il-projettazzjonijiet tal-programm ta’ stabilità, li jestendu sal-2015, ibassru li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika jistabilizza għal madwar 1 % tal-PDG fl-2013-2015.

It-tbassir tar-rebbiegħa 2011 mis-servizzi tal-Kummissjoni jipprojetta li l-proporzjon ta’ dejn jiżdied minn 48,4 % tal-PDG irreġistrat fl-2010 għal 52,2 % tal-PDG fl-2012. L-aġġornament tal-programm ta’ stabilità jipprojetta li l-proporzjon tad-dejn jitla’ għal 51,3 % tal-PDG sal-2012.

(6)

Minn dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li d-defiċit eċċessiv fil-Finlandja ġie kkoreġut u d-Deċiżjoni 2010/408/UE għaldaqstant għandha tiġi abrogata.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni kumplessiva jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv fil-Finlandja ġiet ikkoreġuta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/408/UE hija b’dan abrogata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 189, 22.7.2010, p. 17.

(2)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(3)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/29


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Lulju 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2005/7/KE li tawtorizza metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali f’Ċipru

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4996)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(2011/418/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/7/KE (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ metodu wieħed għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali f’Ċipru.

(2)

Minħabba li l-formola tal-metodu jeħtieġ li tiġi aġġornata wara li ilha tintuża kważi ħames snin minn meta ġiet approvata, Ċipru ddeċieda li jagħmel prova ġdida permezz ta’ żewġ strumenti, msejħin l-“HGP-4” u l-“Ultra FOM 300”.

(3)

Ċipru talab lill-Kummissjoni tawtorizza l-bidla tal-formola użata fil-metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali msejjaħ il-“Hennessy Grading Probe (HGP 4)”, kif ukoll tawtorizza metodu ġdid u aġġornat li ma jinvadix għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tiegħu (imsejjaħ “Ultra FOM 300”), u ppreżenta deskrizzjoni ddettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, li tindika l-prinċipji li fuqhom jissejjes dak il-metodu, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tiegħu u l-ekwazzjonijiet użati biex jiġi vvalutat il-perċentwali tal-laħam dgħif fil-protokoll li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rappurtar tal-prezzijiet tagħhom (3).

(4)

Eżami ta’ dik it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għalhekk, dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati f’Ċipru.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2005/7/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni m’għandhomx ikunu permessi, sakemm dawn ma jkunux awtorizzati b’mod espliċitu permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/7/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

L-użu tal-metodi li ġejjin għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*) f’Ċipru għandu jiġi awtorizzat:

l-apparat imsejjaħ ‘Hennessy Grading Probe (HGP 4)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti I tal-Anness;

l-apparat imsejjaħ ‘Ultra FOM 300’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti II tal-Anness.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-apparat imsejjaħ ‘Ultra FOM 300’, imsemmi fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu, wara li jitlesta l-kejl irid ikun jista’ jiġi vverifikat fuq il-karkassa li l-apparat kejjel il-valuri tal-kejl X1 u X2 fil-post li dwaru hemm dispożizzjoni fil-punt 3 tal-Parti II tal-Anness. L-immarkar korrispondenti tal-post tal-kejl irid isir fl-istess waqt li jsir il-kejl.

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.”"

2.

L-Anness għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-5 ta’ Settembru 2011 ’il quddiem.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 2, 5.1.2005, p. 19.

(3)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.


ANNESS

“ANNESS

METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI F’ĊIPRU

PARTI I

L-apparat imsejjaħ ‘Hennessy Grading probe (HPG 4)’

1.

Ir-regoli li dwarhom hemm dispożizzjoni f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala l-‘Hennessy Grading Probe (HGP 4)’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda b’dijametru ta’ 5,95 millimetri (u ta’ 6,3 millimetri fix-xafra fil-quċċata tas-sonda) li jkun fiha fotodajowd (‘photodiode’) (LED tat-tip LYU 260-EO tad-ditta Siemens) u ‘photodetector’ tat-tip 58 MR u li jkollha distanza ta’ ħidma ta’ bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tad-dgħif stmat permezz tal-apparat HGP 4 innifsu jew permezz ta’ kompjuter imqabbad miegħu.

3.

Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Formula

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali tad-dgħif stmat fil-karkassa,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 6 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar,

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal X1.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 55 u 120 kilogramma.

PARTI II

L-apparat imsejjaħ ‘Ultra FOM 300’

1.

Ir-regoli li dwarhom hemm dispożizzjoni f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘Ultra FOM 300’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda ultrasonika ta’ 3,5 MHz li tkun twila 5 ċentimetri u li jkollha 64 transdjuser ultrasoniku. Is-sinjal ultrasoniku għandu jkun diġitalizzat, maħżun u pproċessat minn mikroproċessur (tat-tip SHARC ADSP-21060L).

Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tad-dgħif stmat permezz tal-apparat tal-‘Ultra FOM 300’ innifsu.

3.

Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Formula

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali tad-dgħif stmat fil-karkassa,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 6 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar,

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal X1.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 55 u 120 kilogramma.”


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/32


DEĊIŻJONI Nru 1/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAT-TRASPORT BL-AJRU BEJN IL-KOMUNITÀ U L-ISVIZZERA STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

tal-4 ta’ Lulju 2011

li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru

(2011/419/UE)

IL-KUMITAT TAT-TRASPORT BL-AJRU BEJN IL-KOMUNITÀ U L-ISVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness għal din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim, b'seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2011.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Matthew BALDWIN

Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

Peter MÜLLER


ANNESS

Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim:

Bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Komunità Ewropea;

Kulfejn l-atti speċifikati f'dan l-Anness ikun fihom referenza għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita mill-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma’ dawn tal-aħħar, għall-għan ta’ dan il-Ftehim, ir-referenzi għandhom jinftiehmu bħala li japplikaw b'mod indaqs għall-Isvizzera jew għar-rekwiżit ta’ rabta mal-Isvizzera;

Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u (KEE) Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru Komunitarju” li ssir referenza għalih fid-Direttivi u fir-Regolamenti Komunitarji li ġejjin għandu jinkludi trasportatur tal-ajru li għandu liċenzja u għandu l-post prinċipali tal-kummerċ tiegħu u, jekk ikun il-każ, l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Isvizzera skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008;

Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jinftiehmu li jfissru l-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Ftehim.

1.   Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra dwar l-avjazzjoni ċivili

Nru 1008/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Nru 2000/79

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)

Nru 93/104

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bi:

Id-Direttiva 2000/34/KE

Nru 437/2003

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru

Nru 1358/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Anness I u II tiegħu

Nru 785/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani [inġenji tal-ajru], kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010

Nru 95/93

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f'ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 793/2004

Nru 2009/12

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (li għandha tiġi applikata mill-Isvizzera mill-1 ta’ Lulju 2011)

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità

(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25)

Nru 80/2009

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riżervazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

2.   Regoli dwar il-kompetizzjoni

Nru 3975/87

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-applikazzjoni tar-Regoli dwar il-kompetizzjoni għall-impriżi fis-settur tat-trasport bl-ajru (l-Artikolu 6(3)), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (l-Artikoli 1-13, 15-45)

Nru 1/2003

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (l-Artikoli 1-13, 15-45)

(Sa fejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. L-inklużjoni ta’ dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-ħidmiet skont dan il-Ftehim)

Ir-Regolament (KEE) Nru 17/62 ġie mħassar mir-Regolament (KE) Nru 1/2003, bl-eċċezjoni tal-Artikolu 8(3) li jibqa' japplika għad-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 81(3) tat-Trattat qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sad-data tat-tmiem ta’ dawk id-deċiżjonijiet.

Nru 773/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006

Nru 139/2004

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)

(L-Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23)

Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, għandu japplika dan li ġej bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera:

(1)

Fir-rigward ta’ konċentrazzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament u li tista' tiġi riveduta skont il-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta’ mhux inqas minn tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Svizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta’ sottomissjoni motivata sabiex il-konċentrazzjoni tiġi eżaminata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-Konfederazzjoni Svizzera s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti.

(3)

Fejn il-Konfederazzjoni Svizzera esprimiet nuqqas ta’ qbil rigward it-talba għar-referenza tal-każ, l-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Svizzera skont dan il-paragrafu.

B'referenza għal-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikoli 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet:

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni d-dokumenti kollha rilevanti skont l-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2).

(2)

Il-kalkolu tal-limiti ta’ żmien imsemmi fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Svizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti għand l-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Nru 802/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (l-Artikoli 1-24), kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006

Nru 2006/111

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi

Nru 487/2009

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru.

3.   Sikurezza tal-avjazzjoni

Nru 216/2008

Ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva Nru 2004/36/KE, kif emendata bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009

L-Aġenzija għandha tgawdi, anki fl-Isvizzera, is-setgħa konferita lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

L-Aġenzija għandha tgadwi, anki fl-Isvizzera, is-setgħa konferita lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 14(5), (7), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 38(3)(i), l-Artikolu 39(1), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), (5), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 61(3).

Minkejja l-adattament orizzontali pprovdut fit-tieni inċiż tal-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 65 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jiftehmu bħala applikabbli għall-Isvizzera.

Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jiġi interpretat fis-sens ta’ trasferiment ta’ setgħa lill-EASA biex taġixxi f'isem l-Isvizzera fl-ambitu ta’ ftehimiet internazzjonali għal skopijiet differenti għajr dawk biex tgħinha fil-qadi tal-obbligi tagħha skont dawn il-ftehimiet.

Għall-finijiet tal-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dawn l-adattamenti:

(a)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Isvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”;

(ii)

fil-paragrafu 2(a), il-kliem “jew l-Isvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”;

(iii)

fil-paragrafu 2, jitħassru il-punti (b) u (c);

(iv)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Kulmeta l-Komunità tinnegozja ma’ pajjiż terz sabiex tikkonkludi ftehim li jipprovdi li Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati abbażi taċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet ajrunawtiċi ta’ dak il-pajjiż terz, għandha tagħmel ħilitha biex tikseb għall-Isvizzera offerta ta’ ftehim simili mal-pajjiż terz konċernat.

Min-naħa tagħha, l-Isvizzera għandha tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi korrispondenti għal dawk tal-Komunità”.

(b)

Fl-Artikolu 29, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   B'deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċittadini Svizzeri li jgawdu mid-drittijiet ċivili u politiċi tagħhom jistgħu jiġu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.”

(c)

Fl-Artikolu 30, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Isvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, stabbilit bħala l-Anness A għal dan l-Anness, skont l-Appendiċi għall-Anness A.”

(d)

Fl-Artikolu 37, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Isvizzera għandha tipparteċipa b'mod sħiħ fil-Bord ta’ Ġestjoni u fi ħdanu għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief id-dritt tal-vot”.

(e)

Fl-Artikolu 59, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“12.   L-Isvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribut finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja:

S (0,2/100) + S [1 – (a + b) 0,2/100] c/C

fejn:

S

=

il-parti tal-baġit tal-Aġenzija li mhux koperta mit-tariffi u imposti li jissemmew fil-paragrafu 1(c) u (d)

a

=

l-għadd ta’ Stati Assoċjati

b

=

l-għadd tal-Istati Membri tal-UE

c

=

il-kontribut tal-Isvizzera għall-baġit tal-ICAO,

C

=

il-kontribut totali tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati Assoċjati għall-baġit tal-ICAO.”

(f)

Fl-Artikolu 61, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet relatati mal-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Komunità fl-Isvizzera li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B għal dan l-Anness”.

(g)

L-Anness II għar-Regolament għandu jiġi estiż biex jinkludi l-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti koperti bl-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):

 

A/c - [HB-IDJ] – tip CL600-2B19

 

A/c - [HB-IKR, HB-IMY, HB-IWY] – tip Gulfstream G-IV

 

A/c - [HB-IMJ, HB-IVZ, HB-JES] – tip Gulfstream G-V

 

A/c - [HB-XJF, HB-ZCW, HB-ZDF] – tip MD900.

Nru 1108/2009

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva Nru 2006/23/KE

Nru 91/670

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta’ liċenzji tal-persunal għall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili

(l-Artikoli 1-8)

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13)), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006,

Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008

Nru 94/56

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 1994 li tistabbilixxi l-prinċipji fondamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti tal-avjazzjoni ċivili

(l-Artikoli 1-13)

Nru 2004/36

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-sikurezza ta’ ajruplani [inġenji tal-ajru] ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-9, u 11-14), kif emendata l-aħħar bi:

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/49/KE

Nru 351/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2008 li jimplimenta d-Direttiva Nru 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-prijoritizzazzjoni ta’ spezzjonijiet fir-rampa ta’ inġenji tal-ajru li jużaw ajruporti tal-Komunità

Nru 768/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva Nru 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza ta’ inġenji tal-arju li jużaw ajruporti tal-Komunità u dwar il-ġestjoni tas-sistema tal-informazzjoni

Nru 2003/42

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta’ okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-12)

Nru 1321/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta’ tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva Nru 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'depożitu ċentrali ta’ tagħrif

Nru 1330/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta’ tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva Nru 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 736/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar metodi ta’ ħidma tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni

Nru 1702/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009

Għall-finijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinftiehmu suġġett għall-aġġustament li ġej:

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafi 3, 4, 6, 8, 10, 11, 13 u 14, id-data “it-28 ta’ Settembru 2003” għandha tinbidel bil-kliem “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità u l-Isvizzera li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fl-Anness għar-Regolament”.

Nru 2042/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 962/2010

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2004 li jniżżel [jistabbilixxi] ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ewropea

Nru 593/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet [tariffi] u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2008

Nru 2111/2005

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva Nru 2004/36/KE

Nru 473/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Nru 474/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2011 (2)

4.   Sigurtà tal-Avjazzjoni

Nru 300/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002

Nru 272/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010

Nru 1254/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà

Nru 18/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) tat-8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

Nru 72/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni

Nru 185/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 357/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 573/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 983/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2011

Nru 2010/774

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) tat-13 ta’ April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, [traduzzjoni mhux uffiċjali] kif emendata bi:

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/2604/UE,

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/3572/UE,

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/9139/UE.

5.   Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Nru 549/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell Komunitarju” għandhom jinbidlu bil-kliem “fil-livell Komunitarju, li jinvolvi l-Isvizzera”.

 

Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu bħala applikabbli għall-Isvizzera.

Nru 550/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta’ Servizz), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi, fir-rigward tal-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15a, 16 u 17.

Għall-finijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kliem “u l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafi 1 u 6, għandhom jiddaħħlu l-kliem “u l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

(c)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kliem “u l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

(d)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kliem “u l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

(e)

L-Artikolu 16(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u tinforma lill-fornitur tas-servizz tagħhom, safejn hija legalment konċernata”.

Nru 551/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Ajru), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6, u 10.

Nru 552/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament tal-Interoperabbiltà), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).

Għall-finijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 4, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

(c)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

Fit-taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiż, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

Nru 2096/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010.

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikolu 9.

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Nru 1033/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-proċeduri għall-pjanijiet ta’ titjir fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew [traduzzjoni mhux uffiċjali], kif emendata l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 929/2010

Nru 1032/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009

Nru 1794/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (li għandha tiġi applikata mill-Isvizzera sa mid-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni Svizzera rilevanti iżda mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012), kif emendata l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2010

Nru 2006/23

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar Liċenzja Komunitarja għall-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru

Nru 730/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR ’il fuq mil-livell 195 ta’ titjir

Nru 219/2007

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008

Nru 633/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

Nru 1265/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi rekwiżiti għal spazjar tal-kanali vokali mill-ajru għall-art għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 29/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 262/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 73/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 255/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru.

Nru 691/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru

Miżuri korrettivi adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 il-paragrafu 3 tar-Regolament huma obbligatorji għall-Isvizzera wara li kienu adottati b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt

Nru 2010/5134

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħatra ta’ Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew

Nru 2010/5110

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Awwissu 2010 dwar il-ħatra ta’ Koordinatur tas-Sistema tal-Blokok Funzjonali fil-kuntest tal-Ispazju tal-Ajru [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Nru 2011/121

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/121/UE tal-21 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi l-miri ta’ prestazzjoni u l-limiti ta’ twissija għall-Unjoni Ewropea kollha għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mill-2012 sal-2014

6.   Ambjent u storbju

Nru 2002/30

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss [storbju] fl-ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12, u 14-18)

(L-emendi fl-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (il-Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (it-Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).

Nru 89/629

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta’ ħsejjes [storbju] minn ajruplani ċivili jet subsoniċi

(l-Artikoli 1-8)

Nru 2006/93/KE

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988).

7.   Ħarsien tal-konsumaturi

Nru 90/314

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż.

(l-Artikoli 1-10)

Nru 93/13

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur.

(l-Artikoli 1-11)

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti (l-Artikoli 1-8), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2002

Nru 261/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

(l-Artikoli 1-18)

Nru 1107/2006

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b'diżabbiltà u ta’ persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru.

8.   Mixxellanju

Nru 2003/96

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

(l-Artikolu 14(1)(b) u l-Artikolu 14(2)).

9.   Annessi

A

:

Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

B

:

Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ parteċipanti mill-Isvizzera fl-attivitajiet tal-EASA


(1)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

(2)  Dan ir-Regolament għandu japplika fl-Isvizzera sakemm jibqa' fis-seħħ fl-UE.

ANNESS A

PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET GĦOLJA KONTRAENTI,

FILWAQT LI JIKKONSIDRAW li, skont l-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“KEEA”), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri l-privileġġi u l-immunitajiet meħtieġa għat-twettiq ta’ ħidmiethom,

WARA LI QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:

KAPITOLU I

PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Dawn għandhom ikunu eżentati minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġi mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

L-Unjoni, l-assi, id-dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżenti mit-taxxi diretti kollha.

Il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, fejn hu possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex jagħmlu rimessa jew jirrimborżaw l-ammont ta’ taxxa indiretta jew taxxa fuq il-bejgħ inkluża fil-prezz ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jkun jinkludi taxxa ta’ din ix-xorta. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati, madankollu, biex ikollhom effett li jikkaġunaw distorzjoni tal-kompetizzjoni fl-Unjoni.

L-ebda eżenzjoni ma għandha tingħata fir-rigward ta’ taxxi u tariffi oħra dovuti li jammontaw sempliċiment għall-imposti għal servizzi ta’ utilità pubblika.

Artikolu 4

L-Unjoni għandha tkun eżenti minn dazji doganali, projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet kollha fir-rigward ta’ oġġetti intenzjonati għall-użu uffiċjali tagħha: ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti importati b'dan il-mod, sew jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief taħt kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta’ dak il-pajjiż.

L-Unjoni għandha wkoll tkun eżenti minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER

Artikolu 5

Għall-komunikazzjonijiet u t-trażmissjonijiet uffiċjali tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta’ kull Stat Membru t-trattament mogħti minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.

Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.

Artikolu 6

Laissez-passer f'forma li trid tiġi preskritta mill-Kunsill, permezz ta’ maġġoranza sempliċi, u li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jista' jinħareġ lill-membri u l-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni mill-Presidenti ta’ dawn l-istituzzjonijiet. Dan il-laissez-passer għandu jinħareġ lill-uffiċjali u impjegati oħrajn taħt kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehimiet sabiex dan il-laissez-passer jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.

KAPITOLU III

MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 7

M'għandha tiġi imposta l-ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta’ xort'oħra fuq il-moviment liberu ta’ Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tal-kontrolli tad-dwana u tal-kambju, jingħataw:

(a)

mill-Gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali anzjani li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b)

mill-gvern ta’ Stati Membri oħrajn, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta’ gvernijiet barranin waqt missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 8

Il-membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta’ inkjesta, detenzjoni jew proċedimenti legali fir-rigward ta’ opinjonijiet jew voti espressi minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 9

Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:

(a)

fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-Parlament tagħhom;

(b)

fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull miżura ta’ detenzjoni u minn proċeduri legali.

L-immunità għandha tapplika bl-istess mod għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

L-immunità ma tistax tiġi invokata la meta Membru jinqabad fil-fatt li jwettaq reat u lanqas ma żżomm lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta’ wieħed mill-Membri tiegħu.

KAPITOLU IV

RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI JIPPARTEĊIPAW FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 10

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi ta’ dmirijiethom u waqt li jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqgħu, igawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet skont il-konswetudini.

Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.

KAPITOLU V

UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRAJN TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 11

Fit-territorju ta’ kull Stat Membru u tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni għandhom:

(a)

soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati relatati, minn naħa l-waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u impjegati oħrajn lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali tagħha u l-impjegati oħrajn, igawdu l-immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kariga uffiċjali tagħhom, inkluż il-kliem mitkellem u l-kitba tagħhom. Huma għandhom ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom;

(b)

flimkien mal-konjuġi tagħhom u membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet tal-immigrazzjoni jew għal formalitajiet tar-reġistrazzjoni ta’ persuni barranin (aljeni);

(c)

fir-rigward ta’ regolamenti dwar il-munita ew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet bħal ma s-soltu jingħataw lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba f'dak il-pajjiż u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu dmirijiethom f'dak il-pajjiż, soġġett f'kull każ, għall-kundizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż, fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat;

(e)

ikollhom id-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju karrozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma għandhom ċittadinanza skont it-termini li jirregolaw is-suq lokali ta’ dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, soġġetti f'kull każ għall-kundizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż konċernat.

Artikolu 12

L-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura stipulata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati.

Għandhom ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Unjoni.

Artikolu 13

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni, u fl-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-taxxa doppja, konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni li, għar-raġuni unika li jwettqu dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż tad-domiċilju tagħhom, għal skopijiet ta’ taxxa meta jidħlu fis-servizz tal-Unjoni, għandhom jitqiesu, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom kif ukoll fil-pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet ta’ taxxa, daqslikieku żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar, sakemm dak il-pajjiż huwa membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-konjugi, safejn il-konjugi ma jkollhomx separatament xi okkupazzjoni bi qligħ, u għal ulied dipendenti fuq u taħt ir-responsabbiltà tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu.

Il-proprjetà mobbli, li tappartjeni lil persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qegħdin joqgħodu, għandha tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f'dak il-pajjiż; dik il-proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta’ dak it-taxxa, titqies bħala waħda li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, soġġetta għad-drittijiet ta’ pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli ta’ provvedimenti ta’ konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-tassazzjoni doppja.

Kull domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 15

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħrajn ikkonċernati, għandhom jiddeterminaw il-kategoriji tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni li għalihom id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, u l-Artikolu 13 għandhom japplikaw, kollha kemm huma jew parti minnhom.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi ta’ uffiċjali u impjegati oħrajn inklużi f'dawk il-kategoriji għandhom jiġu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

KAPITOLU VI

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TA' MISSJONIJIET TA' PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 16

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-privileġġi u l-immunitajiet diplomatiċi skont il-konswetudini lil missjonijiet f'pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Unjoni unikament fl-interessi tal-Unjoni.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha l-obbligu li tneħħi din l-immunità mogħtija, lil uffiċjal jew lil impjegat ieħor, kulmeta dik l-istituzzjoni tikkunsidra li t-tneħħija ta’ din l-immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 18

Għall-iskop li jiġi applikat dan il-Protokoll, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 19

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi u r-Rapporteurs Assistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward ta’ immunità minn proċedimenti legali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 21

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal tiegħu u għar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu barra minn dan jiġi eżentat minn kull forma ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni ta’ xorta simili f'każ ta’ xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu ma’ dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew stralċ tiegħu ma għandu jagħti lok għal ebda impożizzjoni. Fl-aħħar nett, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Artikolu 22

Dan il-Protokoll għandu jkun japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun eżenti minn kull forma ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni simili fil-każ ta’ xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-fergħat tiegħu li jaħdmu skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Appendiċi għall-Anness A

PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA FL-ISVIZZERA

1.   Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Isvizzera

Kull referenza għall-Istati Membri fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem “il-Protokoll”) għandha tinftiehem li tapplika b'mod ekwu fl-Isvizzera, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor fid-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.   Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-taxxi indiretti (inkluża l-VAT)

Oġġetti u servizzi esportati mill-Isvizzera mhumiex suġġetti għat-taxxa Svizzera fuq il-valur miżjud (VAT). Fil-każ ta’ oġġetti u servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Isvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT issir permezz ta’ rifużjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-oġġetti u s-servizzi indikat fil-fattura jew fid-dokument ekwivalenti jammonta għal total ta’ tal-anqas Frank Żvizzeru 100 (taxxa inkluża).

Ir-rifużjoni tal-VAT tingħata fuq preżentazzjoni lill-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa, Diviżjoni Prinċipali tal-VAT, tal-formoli pprovduti mill-Amministrazzjoni Svizzera għal dan il-għan. Bħala regola, it-talbiet għar-rifużjoni, flimkien mad-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa, għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha jkunu tressqu.

3.   Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-persunal tal-Aġenzija

Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Isvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tal-liġijiet interni tagħha, lill-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Aġenzija fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) mit-taxxi federali, kantonali u komunali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġetti għal taxxa interna b'benefiċċju għaliha.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll, l-Isvizzera mhix meqjusa bħala Stat Membru fi ħdan it-tifsira tal-punt 1 hawn fuq.

L-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Aġenzija, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom li huma membri fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni Ewropea, mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Svizzera.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni esklussiva għall-kwistjonijiet kollha rigward ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija jew il-Kummissjoni u l-persunal tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħrajn tal-Liġi tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tax-xogħol.


(1)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/2002 (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 13).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għall-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (Il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol għall-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).

ANNESS B

KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI SVIZZERI F’ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW DWAR L-AVJAZZJONI

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew l-entitajiet kollha stabbiliti fl-Isvizzera li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, destinatarji ta’ pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità jew subkuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jittrażmettu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti li huma meħtieġa li jibagħtu abbażi tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni u tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dawn.

Artikolu 2

Kontrolli

1.   Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija fis-26 ta’ Marzu 2003, mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u mal-istrumenti oħrajn imsemmija f’din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Isvizzera jistgħu jipprovdu għat-twettiq fi kwalunkwe mument ta’ verifiki xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew oħrajn fil-proprjetà tal-benefiċjarji u tas-subkuntratturi tagħhom minn uffiċjali tal-Aġenzija u l-Kummissjoni jew minn persuni oħrajn b’mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni.

2.   L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u l-persuni l-oħrajn b’mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, ix-xogħlijiet u d-dokumenti, u għall-informazzjoni kollha neċessarja, inklużi dawk f’format elettroniku, biex iwettqu dawn il-verifiki. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi espliċitament stipulat fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha l-istess drittijiet bħal dawk tal-Kummissjoni.

4.   Il-verifiki jistgħu jseħħu sa ħames snin wara l-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika għandu jiġi infurmat minn qabel dwar il-verifiki li jsiru fuq it-territorju Svizzeru. Din l-informazzjoni ma għandhiex tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta’ dawn il-verifiki.

Artikolu 3

Verifiki fuq il-post

1.   Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) hija awtorizzata biex twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Svizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (3).

2.   Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali tal-Verifika Svizzeru jew ma’ awtoritajiet Svizzeri kompetenti oħrajn maħtura mill-Uffiċċju Federali tal-Verifika Svizzeru, li għandu jiġi notifikat fil-ħin dwar l-għan, l-iskop u l-bażi legali tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet Svizzeri kompetenti jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti Svizzeri konċernati jkunu jixtiequ, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet Svizzeri kompetenti.

4.   Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Svizzeri, filwaqt li jaġixxu f’konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-ispetturi tal-Kummissjoni, biex jaqdu dmirijiethom fit-twettiq ta’ verifika jew spezzjoni fuq il-post.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta, mill-aktar fis possibbli, lill-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika, dwar kull fatt jew suspett relatat ma’ irregolarità li jkunu saru jafu bih waqt it-twettiq tal-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. F’kull każ, il-Kummissjoni hija meħtieġa tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki u l-ispezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet Svizzeri u Komunitarji kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta’ wieħed mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti Svizzeri għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih li jirrelata ma’ irregolarità marbuta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u protetta bl-istess mod bħalma titħares informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali Svizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji. Din l-informazzjoni ma għandix tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief dawk li fi ħdan l-istituzzjonijiet Komunitarji, fl-Istati Membri jew fl-Isvizzera, li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista’ tintuża għal skopijiet oħrajn ħlief dawk li jservu biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri u penali amministrattivi

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Svizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali ammistrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002, u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjari tal-Komunità Ewropea (4).

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu finanzjarju fuq persuni apparti mill-Istati, għandhom ikunu infurzabbli fl-Isvizzera.

L-ordni tal-infurzar trid tinħareġ, mingħajr l-ebda kontroll ieħor għajr għall-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Svizzeru, li għandha tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni b’dan. L-infurzar għandu jseħħ skont ir-regoli ta’ proċedura Svizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-infurzar hija soġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea maqtugħa skont klawżola ta’ arbitraġġ huma infurzabbli fuq l-istess termini.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(3)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(4)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.