ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.174.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 174

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
1 ta' Lulju 2011


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 ( 1 )

1

 

*

Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta’ prodotti mediċinali falsifikati ( 1 )

74

 

*

Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku ( 1 )

88

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/1


DIRETTIVA 2011/61/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Ġunju 2011

dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-maniġers tal-fondi ta’ investiment alternattivi (AIFM) huma responsabbli għall-immaniġġar ta’ ammont sinifikanti ta’ assi investiti fl-Unjoni, jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ kummerċ fis-swieq għal strumenti finanzjarji, u jistgħu jeżerċitaw influwenza importanti fuq is-swieq u l-kumpaniji li huma jinvestu fihom.

(2)

L-impatt tal-AIFMs fuq is-swieq li joperaw fihom huwa fil-maġġoranza ta’ benefiċċju, iżda diffikultajiet finanzjarji reċenti enfasizzaw kif l-attivitajiet tal-AIFM jistgħu jservu ukoll biex ixerrdu jew jamplifikaw ir-riskji fis-sistema finanzjarja. Reazzjonijiet nazzjonali mhux ikkoordinati jagħmlu diffiċli l-immaniġġar effiċjenti ta’ dawn ir-riskji. Din id-Direttiva għalhekk timmira li tistabbilixxi rekwiżiti komuni li jirregolaw l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-AIFM sabiex tipprovdi approċċ koerenti għar-riskji relatati u l-impatt tagħhom fuq l-investituri u s-swieq fl-Unjoni.

(3)

Id-diffikultajiet reċenti fis-swieq finanzjarji enfasizzaw li l-ħafna strateġiji tal-AIFM huma vulnerabbli għal ċerti jew diversi riskji importanti relatati mal-investituri, parteċipanti oħra fis-suq u swieq oħra. Sabiex jiġu pprovduti arranġamenti komprensivi u komuni għas-superviżjoni, huwa neċessarju li jiġi stabbilit qafas li kapaċi jindirizza dawk ir-riskji li jikkunsidra l-firxa varjata ta’ strateġiji u tekniki ta’ investiment użati mill-AIFMs. Konsegwentement, din id-Direttiva għandha tapplika għal AIFMs li jimmanniġġaw it-tipi kollha ta’ fondi li mhumiex koperti mid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-impriżi għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (4), irrispettivament mil-manjiera legali jew kuntrattwali li fihom l-AIFM huma fdati din ir-responsabbiltà. L-AIFMs ma għandhomx ikunu intitolati jimmaniġġaw il-UCITS skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/65/KE abbażi tal-awtorizzazzjoni skont din id-Direttiva.

(4)

Din id-Direttiva għandha bħala mira li tipprovdi suq intern għall-AIFMs u qafas regolatorju u superviżorju armonizzat u strett għall-attivitajiet fl-Unjoni għall-AIFMs kollha, inklużi dawk li għandhom l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru (AIFMs tal-UE) u dawk li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom f’pajjiż terz (AIFMs mhux tal-UE). Billi l-konsegwenzi prattiċi u d-diffikultajiet eventwali li jirriżultaw minn qafas regolatorju armonizzat u minn suq intern għall-AIFMs mhux tal-UE li jwettqu l-immaniġġar u/jew l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u għall-AIFMs tal-UE li jimmaniġġaw fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) mhux tal-UE, mhumiex ċerti u huma diffiċli li jiġu mbassra minħabba n-nuqqas ta’ esperjenza preċedenti f’dan ir-rigward, għandu jiġi previst mekkaniżmu ta’ reviżjoni. Huwa maħsub li wara perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn isir applikabbli r-reġim armonizzat ta’ passaporti għall-AFIMs mhux tal-UE li jwettqu l-immaniġġar u/jew l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u għall-AIFMs tal-UE li jimmaniġġaw fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) mhux tal-UE wara li jidħol fis-seħħ att iddelegat adottat mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Huwa maħsub li r-reġim armonizzat, matul perijodu ta’ tranżizzjoni ulterjuri ta’ tliet snin, jikkoeżisti mar-reġimi nazzjonali tal-Istati Membri suġġetti għal ċerti kundizzjonijiet armonizzati minimi. Wara dak il-perijodu ta’ tliet snin ta’ koeżistenza, huwa maħsub li r-reġimi nazzjonali jiġu terminati, wara li jkun daħal fis-seħħ att iddelegat ieħor tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward.

(5)

Erba’ snin wara l-iskadenza ta’ traspożizzjoni aħħarija ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-applikazzjoni u l-ambitu tad-Direttiva b’ kont meħud għall-objettivi tagħha u għandha tivvaluta jekk l-approċċ armonizzat tal-Unjoni kkawżax xi tfixkil kbir tas-suq kurrenti u jekk tiffunzjonax b’mod effikaċi jew le din id-Direttiva fid-dawl tal-prinċipji tas-suq intern u f’kundizzjonijiet ta’ parità.

(6)

L-ambitu ta’ din id-Direttiva għandu jiġi limitat għall-entitajiet li jimmaniġġaw bħala attività regolari AIFs, kemm tat-tip miftuħ kif ukoll tat-tip magħluq, indipendentement mill-forma ġuridika tagħhom, u sew jekk ikkwotati jew le, li jiġbru kapital minn numru ta’ investituri bil-ħsieb li jinvestuh għall-benefiċċju ta’ dawk l-investituri skont politika ta’ investiment definita.

(7)

L-impriżi ta’ investiment, bħall-mezzi ta’ uffiċċji tal-familja li jinvestu l-patrimonju privat ta’ investituri mingħajr ma jiġbru kapital estern, għandhom jitqiesu bħala AIF, skont din id-Direttiva.

(8)

L-entitajiet li mhumiex ikkunsidrati bħala AIFMs skont din id-Direttiva, ma jaqgħux fl-ambitu tagħha. Bħala konsegwenza ta’ dan, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kumpaniji holding kif definiti fiha. Madanakollu maniġers ta’ fondi ta’ ekwità privata jew ta’ AIFMs li jimmaniġġjaw AIFs li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolamentat m’għandhomx jiġu esklużi mill-ambitu tagħha. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-immaniġġar ta’ fondi ta’ pensjoni; skemi ta’ parteċipazzjoni jew ta’ tfaddil tal-impjegati; għal istituzzjonijiet sovranazzjonali; banek ċentrali nazzjonali; jew gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali u korpi jew istituzzjonijiet li jamministraw fondi li jappoġġaw sistemi tas-sigurtà soċjali u l-pensjoni, jew għal entitajiet ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali; jew għall-kuntratti tal-assigurazzjoni u joint ventures.

(9)

Id-ditti ta’ investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (5) u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) (6) ma għandhomx ikunu meħtieġa jiksbu awtorizzazzjoni skont din id-Direttiva sabiex jipprovdu servizzi ta’ investiment bħal immaniġġar ta’ portafolji individwali fir-rigward ta’ AIF. Madankollu, id-ditti ta’ investiment għandhom ikunu jistgħu, direttament jew indirettament, joffru unitajiet jew ishma ta’ AIF lil, jew jippjazzaw tali unitajiet jew ismha ma’, investituri fl-Unjoni biss safejn l-unitajiet jew l-ishma jistgħu jiġu kkummerċjalizzati skont din id-Direttiva. Huma u jittrasponu din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-iskop ta’ regolamentazzjoni ta’ dak ir-rekwiżit u għandhom jiggarantixxu li d-ditti ta’ investiment stabbiliti f’pajjiż terz li, skont il-liġi nazzjonal rilevanti, ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta’ investiment fir-rigward tal-AIFs jaqgħu ukoll fl-ambitu ta’ dak ir-rekwiżit. Il-provvediment ta’ servizzi ta’ investiment minn dawn l-entitajiet fir-rigward tal-AIFs m’għandha qatt tammonta għal ċirkomvenzjoni de facto ta’ din id-Direttiva billi l-AIFM jinbidel f’entità li sservi biss ta’ kaxxa tal-ittri, irrispettivament ta’ jekk l-AIFM huwiex stabbilit fl-Unjoni jew f’ pajjiż terz.

(10)

Din id-Direttiva ma tirregolax l-AIFs. Għalhekk, ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-AIF jistgħu jkomplu fil-livell nazzjonali. Ikun sproporzjonat li jiġu regolamentati l-istruttura jew il-kompożizzjoni tal-portafolji tal-AIFs immaniġġati mill-AIFMs fil-livell tal-Unjoni u jkun diffiċli li tiġi pprovduta armonizzazzjoni estensiva bħal din minħabba t-tipi varji ħafna ta’ AIFs immaniġġati mill-AIFM. Id-Direttiva għalhekk ma timpedix lill-Istati Membri milli jadottaw jew milli jkompli japplikaw rekwiżiti nazzjonali fir-rigward tal-AIF stabbiliti fit-territorju tagħhom. Il-fatt li Stati Membru jista’ jimponi rekwiżiti addizzjonali ma’ dawk applikabbli fi Stati Membri oħra fuq l-AIFs stabbiliti fit-territorju tiegħu ma għandux iċaħħad l-eżerċitar tad-drittijiet tal-AIFMs awtorizzati skont din id-Dreittiva fi Stati Membri oħra sabiex jikkummerċjalizzaw ma’ investituri professjonali fl-Unjoni ċerti AIFs stabbiliti barra l-Istat Membru li jimponi rekwiżiti addizzjonali u li għalhekk ma jkunux suġġetti u ma jeħtiġux li jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti addizzjonali.

(11)

Diversi dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jirrikjedu lill-AIFMs jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti li għalihom, fi wħud mill-istrutturi tal-fondi, l-AIFMs mhumiex responsabbli. Eżempju ta’ dawn l-istrutturi ta’ fondi huwa fejn ir-responsabbiltà għall-ħatra tad-depożitarju taqa’ f’idejn l-AIF jew entità oħra li taġixxi f’isem l-AIF. F’każijiet bħal dawn, l-AIFM ma għandux kontroll aħħari fuq jekk id-depożitarju huwiex maħtur fil-fatt, sakemm l-AIF huwa mmaniġġat internament. Billi din id-Direttiva ma tirregolax l-AIFs, ma jista’ jkun hemm l-ebda obbligu fid-Direttiva għall-AIF biex jaħtar depożitarju. F’każijiet ta’ nuqqas min-naħa ta’ AIFM li jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-AIF jew ta’ entità oħra f’ismu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-AIFM jieħu l-passi meħtieġa biex jirrimedja s-sitwazzjoni. Jekk, minkejja dawn il-passi, in-nuqqas ta’ konformità tippersisti, u sakemm tikkonċerna AIFM tal-UE jew AIFM awtorizzata mhux tal-UE li timmaniġġa AIF tal-UE, l-AIFM għandu jirriżenja minn maniġer ta’ dak l-AIF. Jekk l-AIFM ma jirriżenjax, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu għandhom jeħtieġu tali riżenja u l-kummerċaliżżazjoni tal-AIF m’għandhux ikun aktar permess. L-istess projbizzjoni għandha tapplika għal AIFMs mhux tal-UE awtorizzati li jikkummerċjalizzaw AIFs mhux tal-UE fl-Unjoni.

(12)

Sakemm ma jkunx speċifikament stabbilit mod ieħor, meta din id-Direttiva tirriferi għall-interessi tal-investituri ta’ AIF, din hija riferenza għall-interess tal-investituri fil-kapaċità speċifika tagħhom bħala investituri tal-AIF, u mhux għall-interessi individwali tagħhom.

(13)

Suġġett għall-eċċezzjonijiet u għar-restrizzjonijiet previsti, din id-Direttiva tapplika għall-AIFMs kollha tal-UE li jimmaniġġaw AIFs tal-UE jew AIF mhux tal-UE, indipendentement mill-fatt jekk humiex kkummerċjalizzati fil-Unjoni, għall-AIFMs mhux tal-UE li jimmaniġġaw AIFs tal-UE, indipendentement mill-fatt jekk humiex kkummerċjalizzati fil-Unjoni, u għall-AIFMs mhux tal-UE li jikkummerċjalizzaw AIFs tal-UE jew AIFs mhux tal-UE fl-Unjoni.

(14)

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-mod kif l-AIFM għandhom jimmaniġġaw l-AIFs taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għall-AIFMs mhux tal-UE dan hu limitat għall-immaniġġar ta’ AIFs tal-UE u AIFs oħra li l-unitajiet jew l-ishma tagħhom huma wkoll ikkummerċjalizzati ma’ investituri professjonali fl-Unjoni.

(15)

L-awtorizzazzjoni ta’ AIFMs tal-UE skont din id-Direttiva tkopri l-immaniġġar ta’ AIFs tal-UE stabbiliti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM. Suġġett għal rekwiżiti ta’ notifika ulterjuri, dan jinkludi wkoll il-kummerċjalizzazzjoni ma’ investituri professjonali fi ħdan l-Unjoni ta’ AIFs tal-UE mmaniġġati minn AIFM tal-UE u l-immaniġġar tal-AIF tal-UE stabbiliti fi Stati Membri li ma jkunux l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM. Din id-Direttiva tistipula wkoll il-kundizzjonijiet li suġġett għalihom l-AIFMs tal-UE awtorizzati huma intitolati jikkummerċjalizzaw l-AIFs mhux tal-UE ma’ invesituri professjonali fl-Unjoni u l-kundizzjonijiet li suġġett għalihom AIFM mhux tal-UE jista’ jikseb awtorizzazzjoni għall-immaniġġar ta’ AIF tal-UE u/jew għall-immaniġġar ta’ AIF ma’ investituri professjonali fl-Unjoni Ewropea permezz ta’ passaport. Matul perijodu intiż li jkun tranżizzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu AIFMs tal-UE jikkummerċjalizzaw AIFs mhux tal-UE esklussivament fit-territorju tagħhom u/jew jippermettu AIFMs mhux tal-UE jimmaniġġaw AIFs tal-UE, u/jew jikkumerċjalizzaw AIFs lil investituri professjonali biss fit-territorju tagħhom tagħhom, suġġett għal-liġi nazzjonali, sakemm ċerti kundizzjonijiet minimi skont din id-Direttiva jiġu rispettati.

(16)

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal AIFMs minħabba li huma jimmaniġġaw AIFs li l-uniċi investituri tagħhom huma l-AIFMs infishom jew l-impriżi prinċipali tagħhom, is-sussidjarji tagħhom jew sussidjarji oħra tal-impriża prinċipali tagħhom u fejn dawk l-investituri mhumiex huma stess AIFs.

(17)

Din id-Direttiva tipprevedi wkoll reġim eħfef għall-AIFMs fil-każ li l-AIFs kumulattivi mmaniġġati ma jaqbżux il-limitu ta’ EUR 100 miljun u għall-AIFMs li jimmaniġġaw biss AIFs mhux iffinanzjati b’kapital misluf li ma jagħtux drittijiet ta’ tifdija lill-investituri matul perijodu ta’ ħames snin meta l-AIF kumulattivi mmaniġġati ma jaqbżux il-limitu ta’ EUR 500 miljun. Għalkemm mhux probabbli li l-attivitajiet tal-AIFMs ikkonċernati jkollhom konsegwenzi sinifikanti individwalment għal stabbiltà finanzjarja, huwa possibbli li, aggregati flimkien, l-attivitajiet tagħhom jistgħu jikkawżaw riskji sistemiċi. Konsegwentement, dawk l-AIFM ma għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni iżda għal reġistrazzjoni fl-Istati Membri tad-domiċilju tagħhom u għandhom jipprovdu, inter alia, lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom informazzjoni rilevanti dwar l-istrumenti finanzjarji prinċipali li fihom huma qed jikkummerċjalizzaw u dwar l-espożizzjonijiet prinċipali u konċentrazzjonijiet l-aktar importanti tal-AIF li huma qed jimmaniġġaw. Madankollu, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet mogħtija skont din id-Direttiva, dawk l-AIFMs li huma iżgħar għandhom jitħallew jiġu ttrattati bħala AIFMs suġġett għall-proċedura ta’ “opt-in” prevista f’din id-Direttiva. Dik l-eżenzjoni ma għandhiex tillimita il-possibbiltajiet tal-Istati Membri li jimponu rekwiżiti aktar stretti fuq dawk l-AIFMs li ddeċidew ma jkunux inklużi.

(18)

L-ebda AIFM tal-UE m’għandu jkun jista’ jimmaniġġa u/jew jikkummerċjalizza AIF tal-UE jew aktar ma’ investituri professjonali fl-Unjoni sakemm ma jkunx ġie awtorizzat skont din id-Direttiva. AIFM awtorizzat skont din id-Direttiva għandu jikkonforma dejjem mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbilita f’din id-Direttiva.

(19)

Malli dan ikun permess skont id-Direttiva, AIFM mhux tal-UE li biħsiebu jimmaniġġa AIFs tal-UE u/jew jikkummerċjalizza AIFs fl-Unjoni permezz ta’ passaport jew AIFM tal-UE li biħsiebu jikkummerċjalizza AIFs mhux tal-UE fl-Unjoni permezz ta’ passaport, għandu jkun awtorizzat skont din id-Direttiva. Għallinqas matul perijodu tranżizzjonali, Stat Membru għandu jkun jista’ wkoll jippermetti AIFM mhux tal-UE jikkummerċjalizza AIFs f’dak l-Istat Membru u jawtorizza AIFM tal-UE jikkummerċjalizza AIFs mhux tal-UE f’dak l-Istat Membru safejn ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet minimi stabbiliti f’din id-Direttiva.

(20)

Waqt li jiddipendi fuq il-forma ġuridika tagħhom, l-AIF jista’ jkunu mmaniġġati esternament jew internament. L-AIFs għandhom jitqiesu bħala mmaniġġati internament meta l-funzjonijiet tal-immaniġġar jitwettqu mill-korp ta’ tmexxija jew minn kwalunkwe riżorsa interna oħra tal-AIF. Fil-każ li l-forma ġuridika tal-AIF tippermetti mmaniġġar intern u meta l-korp ta’ tmexxija jagħżel li ma jaħtarx AIFM estern, l-AIF huwa wkoll AIFM u għaldaqstant għandu jirrispetta r-rekwiżiti kollha għall-AIFM skont din id-Direttiva u jkun awtorizzat inkwantu tali. Madankollu, AIFM li huwa AIF immaniġġat internament m’għandux ikun awtorizzat bħala maniġer estern ta’ AIF oħrajn. AIF għandu jitqies immaniġġat esternament meta persuna ġuridika esterna tkun ġiet maħtura bħala maniġer mill-AIF jew f’isem l-AIF, li permezz ta’ din il-ħatra huwa responsabbli għall-immaniġġar tal-AIF. Fejn AIFM estern ikun maħtur biex jimmaniġġa AIF partikolari, dak l-AIFM m’għandux jitqies li qed jipprovdi s-servizz ta’ investiment ta’ mmaniġġar tal-portafoll, kif definit mill-punt (9) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, iżda minflok, jipprovdi mmaniġġar kollettiv tal-portafoll f’konformità ma’ din id-Direttiva.

(21)

L-immaniġġar ta’ AIF għandha tfisser il-provvista ta’ mill-inqas servizzi ta’ mmaniġġar tal-investiment. L-AIFM uniku maħtur skont din id-Direttiva m’għandu qatt ikun awtorizzat jipprovdi mmaniġġar tal-portafoll mingħajr ma jipprovdi ukoll mmaniġġar tar-riskju jew viċi versa. Suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, AIFM awtorizzat ma għandux madankollu jinżamm milli jidħol fl-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ AIF, jew milli jidħol f’attivitajiet relatati mal-assi tal-AIF. AIFM estern ma għandux ikun ostakolat milli jipprovdi wkoll is-servizz tal-immaniġġar tal-portafolji ta’ investimenti b’mandati mogħtija minn investituri fuq bażi diskrezzjonali u individwalizzata, inkluż portafolji li huma fil-pussess ta’ fondi u istituzzjonijiet tal-pensjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li huma koperti mid-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (7), jew mill-provvista ta’ servizzi awżiljarji ta’ konsulenza għal investiment; iż-żamma fis-sikur u l-amministrazzjoni fir-rigward ta’ unitajiet ta’ impriżi għal investiment kollettiv u r-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ ordnijiet. F’konformità mal-awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2009/65/KE, AIFM estern għandu jingħata l-permess li jimmaniġġa l-UCITS.

(22)

Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-AIFMs joperaw taħt kontrolli sodi ta’ governanza. L-AIFMs għandhom jiġu mmaniġġati u organizzati sabiex jiminimizzaw il-kunflitti ta’ interessi. Ir-rekwiżiti organizzattivi stabbiliti skont din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għas-sistemi u l-kontrolli stabbiliti mil-liġi nazzjonali għar-reġistrazzjoni ta’ persuni li jaħdmu fi ħdan jew għal AIFM.

(23)

Huwa neċessarju li tkun prevista l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti minimi kapitali sabiex jiġu żgurati l-kontinwità u r-regolarità tal-immaniġġar ta’ AIFs ipprovduti mill-AIFM u biex ikopru l-iskopertura potenzjali tal-AIFMs għar-responsabbiltà professjonali fir-rigward tal-attivitajiet kollha tagħhom, inklużi l-immaniġġar ta’ AIF abbażi ta’ mandat delegat. L-AIFMs għandhom ikunu liberi li jagħżlu jekk ikoprux ir-riskji potenzjali ta’ responsabbiltà professjonali permezz ta’ fondi proprji addizzjonali jew permezz ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali xierqa.

(24)

Sabiex jiġi indirizzat l-effett detrimentali potenzjali ta’ strutturi ta’ rimunerazzjoni mfassla ħażin fuq l-ġestjoni tajba tar-riskji u l-kontroll tal-imġiba tat-teħid tar-riskju minn individwi, għandu jkun hemm obbligu ċar għall-AIFM biex jistabbilixxu u jżommu, għal dawk il-kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profili tar-riskju tal-AIF li ser jimmaniġġaw, linji politiċi u prattiċi ta’ rimunerazzjoni li jkunu konsistenti ma’ ġestjoni tajba u effikaċi tar-riskju. Dawn il-kategoriji ta’ persunal għandhom mill-inqas jinkludu kapijiet fl-amministrazzjoni, persuni li jieħdu r-riskju u funzjonijiet ta’ kontroll u kwalunkwe impjegati li jirċievu rimunerazzjoni totali li tpoġġihom fl-istess ammonti ta’ rimunerazzjoni bħall-kapijiet fl-amministrazzjoni u l-persuni li jieħdu r-riskju.

(25)

Il-prinċipji li jirregolamentaw il-linji ta’ politika ta’ rimunerazzjoni għandhom jirrikonoxxu li l-AIFM għandhom il-ħila li japplikaw dawk il-linji politiċi b’modi differenti skont id-daqs tagħhom u d-daqs tal-AIF li huma jimmaniġġaw, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom.

(26)

Il-prinċipji rigward il-linji politiċi ta’ rimunerazzjoni sodi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta’ April 2009 dwar il-linji ta’ politika ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (8) huma konsistenti mal-prinċipji ta’ din id-Direttiva u jikkumplimentawha.

(27)

Sabiex jippromwovi konverġenzi superviżorji fil-valutazzjoni tal-linji politiċi u l-prattiċi tar-rimunerazzjoni, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (AETS) għandha tiżgura l-eżistenza ta’ linji gwida dwar il-linji politiċi sodi tar-rimunerazzjoni fis-settur tal-AIFM. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) għandu jassistiha fl-elaborazzjoni ta’ tali linji gwida.

(28)

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rimunerazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet fundamentali garantiti mit-Trattati, partikolarment id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 153(5) TFUE, il-prinċipji ġenerali tal-liġi nazzjonali dwar il-kuntratti u dwar ix-xogħol, il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar id-drittijiet u l-involviment tal-partijiet interessati u r-responsabbiltajiet ġenerali tal-korpi amministrattivi u superviżorji tal-istituzzjoni kkonċernata, kif ukoll id-drittijiet, fejn japplikaw, tal-imsieħba soċjali biex jikkonkludu u jeżegwixxu ftehimiet kollettivi, f’konformità mal-liġi u mat-tradizzjonijiet nazzjonali.

(29)

Valutazzjoni affidabbli u oġġettiva tal-assi hija kruċjali għall-protezzjoni tal-interessi tal-investituri. AIFM jużaw metodoloġiji u sistemi differenti għall-istimar tal-assi, skont l-assi u s-swieq li prinċipalment jinvestu fihom. Huwa adatt li jiġu rikonoxxuti dawn id-differenzi iżda, madankollu, jkun meħtieġ li fil-każijiet kollha l-AIFM jimplimenta proċeduri ta’ stimar li jirriżultaw f’valutazzjoni tajba tal-assi tal-AIFs. Il-proċess tal-valutazzjoni tal-assi u l-kalkolu tal-valur nett tal-assi għandu jkun funzjonalment indipendenti mill-immaniġġar tal-portafoll u l-politika tar-rimunerazzjoni tal-AIFM u miżuri oħrajn għandhom jiggarantixxu li l-kunflitti ta’ interess ikunu evitati kif anki l-influwenza bla bżonn fuq l-impjegati. Suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, l-AIFM għandu jkun jista’ jaħtar valutatur estern biex jiżvolġi l-funzjoni tal-istmar.

(30)

Suġġett għal limiti u rekwiżiti rigorużi, inkluża l-eżistenza ta’ raġuni oġġettiva, AIFM għandu jkun jista’ jiddelega t-twettieq ta’ wħud mill-funzjonijiet tiegħu, f’ismu, skont din id-Direttiva bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tat-tmexxija tan-negozju tiegħu. Suġġett għall-istess kundizzjonijiet, hija permessa wkoll is-sottodelega. L-AIFMs għandhom madankollu jibqgħu responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa tal-funzjonijiet delegati u għall-konformità ma’ din id-Direttiva f’kull mument.

(31)

Il-limiti u r-rekwiżiti rigorużi stabbiliti għad-delega tal-kompiti mill-AIFM għandhom japplikaw għad-delega ta’ funzjonijiet maniġerjali stabbiliti fl-Anness I. Id-delega ta’ kompiti ta’ sostenn, bħal funzjonijiet amministrattivi jew tekniċi mwettqa mill-AIFM bħala parti mill-kompiti ta’ mmaniġġar, m’għandhomx ikunu suġġetti għal limiti u rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f’din id-Direttiva.

(32)

L-iżviluppi reċenti jenfasizzaw il-bżonn kruċjali li jiġu sseparati l- funzjonijiet taż-żamma fis-sikur u tal-immaniġġar tal-assi, u biex jiġu ssegregati l-assi tal-investituri minn dawk tal-maniġer. Għalkemm l-AIFM jimmaniġġa AIFs b’mudelli u arranġamenti differenti tan-negozju għal, fost l-oħrajn, iż-żamma fis-sikur tal-assi, huwa essenzjali li depożitarju li jkun separat mill-AIFM jinħatar biex iwettaq funzjonijiet depożitarji fir-rigward tal-AIFs.

(33)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-ħatra u l-kompiti depożitarji għandhom japplikaw għall-AIFs kollha mmaniġġati minn AIFM suġġett għal din id-Direttiva u għaldaqstant għall-mudelli tan-negozju kollha ta’ AIF. Dawn madankollu huma adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-mudelli tan-negozju differenti. Għal xi mudelli tan-negozju ċerti kompiti depożitarji jirriżultaw aktar rilevanti milli oħrajn, skont it-tip ta’ assi li jkun qiegħed jinvesti fihom l-AIF u l-kompiti relatati ma’ dawk l-assi.

(34)

Għal ċerti AIF li ma jiddisponu minn ebda drittijiet ta’ tifdija eżerċitabbli matul perijodu ta’ ħames snin wara d-data tal-investimenti oriġinali u li, f’konformità mal-politika tal-investiment ewlenija tagħhom, ġeneralment ma jinvestux f’assi li għandhom jinżammu f’kustodja skont din id-Direttiva jew ġeneralment jinvestu f’emittenti jew f’kumpaniji mhux kwotati bil-għan li potenzjalment jiksbu kontroll fuq it-tali kumpaniji skont dak li huwa stabbilit f’din id-Direttiva, bħal fondi ta’ ekwità privata, fondi ta’ kapital ta’ riskju u fondi immobiljari, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu li nutar, avukat, reġistratur jew entità oħra tinħatar biex tiżvolġi funzjonijiet depożitarji. F’tali każijiet il-fjiet depożitarji għandhom ikunu parti minn attivitajiet professjonali jew tan-negozju li fir-rigward tagħhom l-awtorità appuntata hija suġġetta għal reġistrazzjoni professjonali obbligatorja rikonoxxuta mil-liġi jew għal dispożizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji jew regoli ta’ mġiba u li jistgħu jfornu biżżejjed garanziji finanzjarji u professjonali biex jippermettulha li tkun tista’ tiżvolġi b’mod effikaċi l-funzjonijiet depożitarji rilevanti u tonora l-impenji inerenti f’dawk il-kompiti. Dan iqis il-prattika attwali għal ċerti tipi ta’ fondi li jagħlqu (closed-ended). Madankollu, għall-AIFs kollha l-oħra, id-depożitarju għandu jkun istituzzjoni ta’ kreditu, ditta ta’ investiment jew entità oħra awtorizzata skont id-Direttiva UCITS, minħabba l-importanza tal-funzjoni ta’ kustodja. Għall-AIFs mhux tal-UE biss, id-depożitarju jista’ wkoll ikun istituzzjoni ta’ kreditu jew kwalunkwe entità oħra tal-istess natura bħal dik tal-entitajiet imsemmijin f’din il-kunsiderazzjoni sakemm l-entità tkun suġġetta għal regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali effikaċi bl-istess effett bħal-liġi tal-Unjoni u li qed jiġu infurzati effettivament.

(35)

Id-depożitarju għandu jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew fergħa fl-istess pajjiż bħal dak tal-AIF. Għandu jkun possibli għal AIF mhux tal-UE, li jkollu depożitarju stabbilit biss fil-pajjiż terz relevanti biss jekk jiġu rispettati ċerti kundizzjonijiet addizzjonali. Abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jipprevedu li r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali ta’ pajjiż terz huma tal-istess effett bħad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u huma effettivament infurzati. Barra minn hekk, il-proċedura ta’ medjazzjoni stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandha tapplika fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti ma jaqblux dwar l-applikazzjonijiet korretti tal-kundizzjonijiet addizzjonali l-oħra. Alternattivament, għall-AIFs mhux tal-UE, id-depożitarju jista’ wkoll ikun stabbilit fl-Istat Membru tad-domiċilju jew, l-Istati Membri ta’ referenza tal-AIFM li jimmaniġġa l-AIF.

(36)

Il-Kummissjoni hija mistiedna sabiex teżamina l-possibbiltajiet li tressaq proposta leġiżlattiva orizzontali xierqa li ċċara r-responsabbiltajiet u l-obbligi depożitarji u li tirregolamenta d-dritt ta’ depożitarju fi Stat Membru wieħed li jipprovdi s-servizzi tiegħu fi Stat Membru ieħor.

(37)

Id-depożitarju għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ korrett tal-flussi tal-likwidità tal-AIF, u b’ mod partikolari biex jiżgura li l-flus tal-investitur u l-flus kontanti li jappartjenu għall-AIF, jewgħall-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF jiddaħħlu korrettament fil-kontijiet miftuħa fuq isem l-AIF jew fuq isem l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF jew fuq isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-AIF. Id-depożitarju għandu jkun responsabbli wkoll għaż-żamma fis-sikur tal-assi tal-AIF u, iż-żamma f’kustodja tal-istrumenti finanzjarji li jistgħu jkunu reġistrati f’kont tal-istrumenti finanzjarji miftuħ fil-kontabbiltà tad-depożitarju u l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jitwasslu fiżikament lid-depożitarju, u għall-verifika tal-proprjetà tal-assi kollha l-oħra mill-AIF jew l-AIFM f’isem l-AIF. Huwa u jiggarantixxi li l-flus tal-investituri jiddaħħlu fil-kont f’kontanti, id-depożitarji għandu jqis il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ħtiġiet organizzattivi u l-kundizzjonijiet għall-operat għad-ditti ta’ investiment u t-termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (11).

(38)

Depożitarju għandu jaġixxi b’mod onest, ġust, professjonali, indipendenti u fl-interessi tal-AIF jew tal-investituri tal-AIF.

(39)

Depożitarju għandu jkun jista’ jiddelega ż-żamma fis-sikur tal-assi lil parti terza, li min-naħa tagħha, tista’ tiddelega dik il-funzjoni. Madankollu, kemm id-delega kif ukoll is-sottodelega għandha tkun ġustifikata oġġettivament u suġġetta għal rekwiżiti stretti dwar l-idoneità tal-parti terza fdata bil-funzjoni delegata, u dwar il-ħila, l-attenzjoni u d-diliġenza dovuti li d-depożitarju għandu juża biex jagħżel, jaħtar u jirrieżamina din il-parti terza.

(40)

Parti terza li lilha tiħi ddelegata ż-żamma fis-sikur tal-assi jista’ jkollha kont komuni segregat għal AIFs multipli, l-hekk imsejjaħ “kont omnibus”.

(41)

Li dak li jkun jafda l-kustodja tal-assi lill-operatur ta’ sistemi ta’ settlement ta’ titoli kif intiż għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli permezz ta’ sistemi (12) jew l-fidi ta’ servizzi analogi lil sistemi ta’ settlement ta’ titoli ta’ pajjiżi terzi ma għandux jitqies bħala delega tal-funzjonijiet ta’ kustodja.

(42)

Il-limiti u r-rekwiżiti stretti stabbiliti għad-delega tal-kompiti mid-depożitarji għandhom japplikaw għad-delega tal-funzjonijiet speċifiċi tiegħu inkwantu depożitarju, jiġifieri l-monitoraġġ tal-fluss tal-likwidità, iż-żamma fis-sikur tal-assi u l-funzjonijiet ta’ sorveljanza. Id-delega ta’ kompiti ta’ sostenn li huma marbuta mal-kompiti tiegħu bħala depożitarju, bħall-funzjonijiet amministrattivi jew tekniċi mwettqa mid-depożitarju bħala parti mill-kompiti depożitarji tiegħu mhix suġġetta għal limiti u rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f’din id-Direttiva.

(43)

Id-Direttiva tqis ukoll il-fatt li bosta AIFs u partikolarment il-fondi spekulattivi (hedge funds) attwalment jagħmlu użu minn intermedjarju ewlieni. Id-Direttiva tassigura li l-AIF jistgħu jkomplu jużaw il-funzjoni ta’ intermedjarji ewlenija. Madankollu, sakemm ikun isseparata mil-lat funzjonali u ġerarkiku l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet bħala depożitarju mill-kompiti tiegħu bħala intermedjarju ewlieni u l-kunflitti potenzjali ta’ interess ikunu identifikati, immaniġġati u żvelati kif suppost lill-investituri tal-AIF, l-ebda intermedjarju ewlieni ma għandu jinħatar bħala depożitarju, billi l-intermedjarji ewlenin jaġixxu ta’ kontropartijiet għall-AIF u għaldaqstant ma jistgħux jaġixxu simultanjament fl-aqwa interess tal-AIF kif meħtieġ minn depożitarju. Id-depożitarji għandhom ikunu jistgħu jiddelegaw il-kompiti ta’ kustodja lil intermedjarju ewlieni wieħed jew aktar jew lil partijiet terzi oħrajn. Barra mill-kompiti ta’ kustodja ddelegati, l-intermedjarji ewlenin għandhom jitħallew jipprovdu servizzi ta’ intermedjazzjoni ewlenija lill-AIF. Dawk l-attivitajiet ta’ intermedjazzjoni ewlenija m’ għandhomx jiffurmaw parti mill-arranġament tad-delega.

(44)

Id-depożitarju għandu jkun responsabbli mit-telf li jirreġistra l-AIFM, l-AIF u l-investituri. Id-Direttiva tagħmel distinzjoni bejn it-telf ta’ strumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja u kwalunkwe tip ieħor ta’ telf. Fil-każ ta’ telf mhux ta’ strumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja, id-depożitarju għandu jkun responsabbli f’każ ta’ intenzjoni doluża jew negliġenza. Fejn id-depożitarju jżomm assi f’kustodja u dawk l-assi jintilfu, id-depożitarju għandu jkun responsabbli, sakemm ikun jista’ juri bil-provi li t-telf kien ir-riżultat ta’ avveniment estern barra mill-kontroll raġonevoli tiegħu u li l-konsegwenzi tal-avveniment kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha għall-kuntrarju. F’dan ir-rigward, depożitarju ma jistax, bħala eżempju, jinvoka ċerti sitwazzjonijiet interni bħal att frawdolenti min-naħa ta’ impjegat biex jinħall mir-responsabbiltà.

(45)

Fejn depożitarju jiddelega kompiti ta’ kustodja u jintilfu l-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja minn parti terza, id-depożitarju għandu jinżamm responsabbli. Madankollu, bil-kundizzjoni li d-depożitarju jkun espressament permess li jinħall mir-responsabbiltà tiegħu suġġett għall-kundizzjoni preċedenti għal trasferiment kuntrattwali tat-tali responsabbiltà lil dik il-parti terza, b’konformità ma’ kuntratt bil-miktub bejn id-depożitarju u l-AIF jew l-AIFM jaġixxi f’isem l-AIF, li fih jinħall b’ġustifikazzjoni oġġettiva, u li l-parti terza tista’ tinżamm responsabbli għat-telf abbażi ta’ kuntratt bejn id-depożitarju u l-parti terza, id-depożitarju għandu jkun jista’ jinħall mir-responsabbiltà tiegħu jekk jirnexxielu juri bil-provi li wettaq il-kompiti tiegħu b’ ħila, kunsiderazzjoni u diliġenza dovuta u li r-rekwiżiti speċifiċi għad-delega huma rispettati. Bl-impożizzjoni tar-rekwiżit ta’ trasferiment kuntrattwali tar-responsabbiltà lill-parti terza, id-Direttiva biħsiebha tattribwixxi effetti esterni lit-tali kuntratt, b’hekk il-parti terza ssir direttament responsabbli quddiem l-AIF, jew l-investituri tal-AIF, għat-telf tal-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja.

(46)

Barra minn hekk, meta l-liġi ta’ pajjiż terz teħtieġ li ċerti strumenti finanzjarji jinżammu f’kustodja minn entità lokali u ma jkunu jeżistu ebda entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta’ delega ta’ depożitarju, id-depożitarju għandu jkun jista’ jinħall mir-responsabbiltà bil-kundizzjoni li: ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF ikkonċernat jippermettu espliċitament li dan jinħall mir-responsabbiltà; l-investituri ġew debitament infurmati li nħall mir-responsabbiltà u biċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw dan qabel l-investiment tagħhom; l-AIF jew l-AIFM f’isem l-AIF ta istruzzjonijiet lid-depożitarju biex jiddelega l-kustodja tat-tali strumenti finanzjarji lil entità lokali; jeżisti kuntratt bil-miktub bejn id-depożitarju u l-AIF, jew, l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF, li jippermetti espliċitament li d-depożitarju jinħall mir-responsabbiltà; u jeżisti kuntratt bil-miktub bejn id-depożitarju u l-parti terza li jittrasferixxi espressament ir-responsabbiltà tad-depożitarju lil dik il-parti terza u jagħmilha possibbli għall-AIF, jew l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF, iressaq ilment kontra l-parti terza fir-rigward tat-telf tal-istrumenti finanzjarji jew għad-depożitarju li jagħmel it-tali lment f’isimhom.

(47)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura leġislattiva futura fir-rigward tad-depożitarju fid-Direttiva 2009/65/KE, minħabba li l-UCITS u l-AIF huma differenti kemm fl-istrateġiji ta’ investiment li jsegwu kif ukoll fit-tip ta’ investituri li għalihom huma maħsubin.

(48)

Għal kull wieħed mill-AIF tal-UE li jimmaniġġa u għal kull wieħed mill-AIF li jikkummerċjalizza fl-Unjoni, AIFM għandu jagħmel disponibbli rapport annwali għal kull sena finanzjarja mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja skont kif hawn imniżżel f’din id-Direttiva. Dak il-perijodu ta’ sitt xhur għandhu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu perijodu iqsar.

(49)

Fid-dawl tal-possibbiltà li AIFM juża leverage finanzjarju u jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, jikkontribwixxu lejn it-tkabbir ta’ riskju sistemiku jew swieq disordinati, għandhom jiġu imposti rekwiżiti speċjali fuq l-AIFM li jużaw leverage finanzjarju. L-informazzjoni meħtieġa għall-kxif, il-monitoraġġ u r-reazzjoni għal dawk ir-riskji ma nġabritx b’mod konsistenti madwar l-Unjoni, u ma ġietx kondiviża mal-Istati Membri sabiex jiġu identifikati s-sorsi potenzjali tar-riskju għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni. Biex tkun rimedjata din is-sitwazzjoni, għandhom japplikaw rekwiżiti speċjali għall-AIFM, li jużaw leverage finanzjarju fuq bażi sostanzjali fil-livell tal-AIF. Tali AIFMs għandhom ikunu obbligati jiżvelaw informazzjoni dwar il-livell kumplessiv tal-leverage finanzjarju użata, il-leverage finanzjarju li tirriżulta mit-tislif ta’ kontanti jew titoli u l-leverage finanzjarju li tirriżulta mill-pożizzjoni meħuda fid-derivattivi, l-użu mill-ġdid tal-assi u s-sorsi prinċipali ta’ leverage finanzjarju fl-AIF tagħhom. L-informazzjoni miġbura minn awtoritajiet kompetenti għandha tiġi kondiviża ma’ awtoritajiet oħra fl-Unjoni, mal-AETS u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (13), sabiex tiġi ffaċilitata l-analiżi kollettiva tal-leverage tal-AIFs immaniġġati minn AIFM fuq is-sistema finanzjarja fl-Unjoni, kif ukoll reazzjoni komuni. Jekk AIFs mmaniġġati mill-AIFM jistgħu potenzjalment jikkostitwixxu sors importanti ta’ riskju tal-kontroparti għal istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjonijiet sistematikament rilevanti oħra fi Stati Membri oħra, informazzjoni bħal din għandha tkun kondiviża wkoll mal-awtoritajiet rilevanti.

(50)

Bil-għan li tiġi garantita valutazzjoni korretta tar-riskji indotti mill-użu ta’ leverage finanzjarju minn AIFM fir-rigward tal-AIF li jimmaniġġa, l-AIFM għandu juri li l-limiti tal-leverage għal kull AIF li jimmaniġġa huma raġonevoli u li jikkonforma ma’ dawk il-limiti, f’kull ħin. Fejn l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja tista’ tiġi mhedda, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom ikunu jistgħu jimponu limiti fuq il-livell ta’ leverage finanzjarju li AIFM jista’ juża fl-AIFs taħt il-ġestjoni tiegħu. L-AETS u l-BERS għandhom ikunu informati dwar kwalunkwe azzjoni meħuda f’dan ir-rigward.

(51)

Huwa wkoll kkunsidrat meħtieġ li l-AETS titħalla, wara li jitqies il-parir tal-BERS, tiddetermina li l-leverage finanzjarju użata minn AIFM jew minn grupp ta’ AIFMs, ipoġġi f’riskju sostanzjali l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja u toħroġ parir lill-awtoritajiet kompetenti li jispeċifika l-miżuri ta’ rimedju li għandhom jittieħdu.

(52)

Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-AIFM, il-kumpaniji li fuqhom l-AIFs immaniġġati minn AIFM jeżerċitaw kontroll u l-impjegati tat-tali kumpaniji jirċievu ċerta informazzjoni neċessarja sabiex dawk il-kumpaniji jkunu jistgħu jivvalutaw kif dak il-kontroll se jħalli impatt fuq is-sitwazzjoni tagħhom.

(53)

Fejn l-AIFMs ikunu qed jimmaniġġaw AIF li jeżerċitaw kontroll fuq emittent li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolamentat, l-informazzjoni għandha ġeneralment tkun żvelata f’konformità mad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (14) u d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (15). Għandhom jiġu applikati rekwiżiti speċifiċi għall-AIFM li jimmaniġġaw AIF li jeżerċitaw kontroll fuq kumpaniji mhux kwotati. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tal-kumpanija kkontrollata, għandhom jiġu applikati rekwiżiti li jtejbu t-trasparenza, l-iżvelar u r-rapportar. Barra minn hekk, ir-rapporti annwali tal-AIF rilevanti għandhom jiġu supplimentati fir-rigward tal-kumpanija kkontrollata jew informazzjoni addizzjonali bħal din għandha tiddaħħal fir-rapport annwali tal-kumpanija kkontrollata. Tali informazzjoni għandha mbagħad titqiegħed għad-dispożizzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn mhemmx, l-impjegati nfushomu għall-investituri tal-AIF rilevanti.

(54)

Rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni għall-impjegati ta’ ċerti kumpaniji japplikaw f’każijiet fejn AIFs jiksbu kontroll fuq tali kumpaniji skont din id-Direttiva. Madankollu, fil-maġġoranza tal-każijiet, l-AIFM ma jkollu l-ebda kontroll fuq l-AIF, sakemm ma jkunx AIF immaniġġat internament.Barra minn hekk, skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-kumpaniji, ma teżistix relazzjoni diretta bejn l-azzjonisti u r-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn mhemmx, l-impjegati nfushom. Għal dawk ir-raġunjiet, ebda rekwiżiti diretti ta’ informazzjoni lejn ir-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn mhemmx, l-impjegati nfushom ma jistgħu ikunu imposti skont din id-Direttiva fuq azzjonista jew il-maniġer tiegħu, jiġifieri l-AIF u l-AIFM. Għaldaqstant, fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għar-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn mhemmx, l-impjegati nfushom, id-Direttiva għandha tipprovdi għal obbligu tal-aħjar sforzi fuq l-AIFM ikkonċernat biex jeħtieġ li l-bord tad-diretturi tal-kumpanija konċernata jiżvela l-informazzjoni lir-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn mhemmx, l-impjegati nfushom.

(55)

Il-Kummissjoni hija mistiedna teżamina l-bżonn u l-possibbiltajiet li temenda r-rekwiżiti ta’ informazzjoni u ta’ żvelar applikabbli f’każijiet ta’ kontroll fuq kumpaniji mhux kwotati jew emittenti stabbiliti f’din id-Direttiva fuq bażi ġenerali, indipendentement mit-tip ta’ investitur.

(56)

Fejn AIFM jimmaniġġa AIF wieħed jew iżjed li jilħqu pożizzjoni li jeżerċitaw kontroll fuq kumpanija mhux kwotata, l-AIFM għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri tad-domiċilju b’informazzjoni dwar il-finanzjament tal-ksib. Dan l-obbligu dwar il-provvista ta’ informazzjoni dwar il-finanzjament għandu japplika wkoll meta AIFM jimmaniġġa AIF li jilħqu pożizzjoni li jeżerċitaw kontroll fuq emittent ta’ ishma li huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolamentat.

(57)

Fejn AIFM jimmaniġġa AIF wieħed jew iżjed li jiksbu kontroll fuq kumpanija mhux kwotata jew fuq emittent, l-AIFM għandu, l-ewwel, għal perijodu ta’ 24 xahar wara l-ksib tal-kontroll tal-kumpanija min-naħa tal-AIFs, ma jitħalliex jiffaċilita, jappoġġa jew jordna l-ebda distribuzzjoni, tnaqqis tal-kapital, tifdija ta’ ishma u/jew akkwist ta’ ishma proprji min-naħa tal-kumpanija skont din id-Direttiva; it-tieni, sakemm l-AIFM huwa awtorizzat jivvota f’isem l-AIFs fi ħdan il-korpi ta’ tmexxija tal-kumpanija, ma għandux jivvota favur distribuzzjoni, tnaqqis tal-kapital, tifdija ta’ ishma u/jew akkwist ta’ ishma proprji min-naħa tal-kumpanija skont dan li hawn imniżżel fid-Direttiva; u t-tielet, fi kwalunkwe każ juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jipprevjeni distribuzzjoni, tnaqqis tal-kapital, tifdija ta’ ishma u/jew akkwist ta’ ishma proprji min-naħa tal-kumpanija skont din id-Direttiva Huma u jittrasponu din id-Direttva fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom iqisu l-iskop ta’ regolamentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu V ta’ din id-Direttiva u jieħdu kont dovut f’dan il-kuntest tal-bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ parità bejn l-AIFs tal-UE u l-AIFs mhux tal-UE meta jiksbu kontroll f’kumpaniji stabbiliti fl-Unjoni.

(58)

Ir-rekwiżiti ta’ notifika u ta’ żvelar u s-salvagwardji speċifiċi kontra l-“asset stripping” f’każ ta’ kontroll fuq kumpanija mhux kwotata, jew, emmitenti, għandhom ikunu suġġetti għal eċċezzjoni ġenerali għall-kontroll fuq impriżi żgħar u ta’ daqs medju u mezzi b’għan speċjali bl-iskop li jixtru, iżommu jew jamministraw beni immobiljari. Barra minn hekk, dawk ir-rekwiżiti ma għandhomx l-għan li l-informazzjoni proprjetarja ssir pubblika illi kienu li jpoġġi lill-AIFM fi żvantaġġ meta mqabbel ma’ kompetituri potenzjali bħal fondi ta’ patrimonju sovrani jew kompetituri li jafu jkunu jridu jeskludu min-negozju l-kumpanija fil-mira billi jużaw informazzjoni askapitu tagħha. L-obbligi ta’ notifika u ta’ żvelar ta’ informazzjoni għandhom għalhekk, japplikaw suġġett għall-kundizzjonjiet u r-restrizzjonijiet relatati mal-informazzjoni kunfidenzjali stabbiliti fid-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (16) u bla ħsara għad-Direttivi 2004/25/KE u 2004/109/KE. Dan ifisser li l-Istati Membri għandhom jipprevedu li, fil-limitu u l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġinazzjonali, ir-rappreżentanti tal-impjegati, u lil kull min jassistihom, mhumiex awtorizzati jiżvelaw lill-impjegati u lil partijiet terzi l-ebda informazzjoni li taffetwa l-interessi leġittimi tal-kumpanija ġew espressament ipprovduti lilhom f’kunfidenzjalità. L-Istati Membri għandhom, madankollu, ikunu kapaċi jawtorizzaw lir-rappreżentati tal-impjegati jew lil kull min jassistihom sabiex jgħaddu l-informazzjoni kunfidenzjali lill-impjegati jew lil partijiet terzi marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-AIFM rilevanti ma għandux jitlob il-komunikazzjoni tal-informazzjoni mill-bord tad-diretturi lill-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn mhemmx, l-impjegati nfushom, meta n-natura ta’ din l-informazzjoni hija tali li, skont kriterji oġġettivi, hija tkun tagħhmel ħsara gravi lit-tħaddim tal-kumpanija kkonċernata jew tkun tippreġudikaha. Ir-rekwiżiti ta’ notifika u ta’ żvelar u s-salvagwardji speċifiċi kontra l-asset stripping għandhom japplikaw ukoll mingħajr preġudizzju għal regoli aktar stretti adottati mill-Istati Membri.

(59)

Din id-Direttiva tistipula wkoll il-kundizzjonijiet li suġġett għalihom AIFM tal-UE jistgħu jikkummerċjalizzaw unitajiet jew ishma ta’ AIF tal-UE ma’ investituri professjonali fl-Unjoni. Tali kummerċjalizzazzjoni min-naħa tal-AIFM tal-UE hija permessa esklussivament jekk l-AIFM jikkonforma ma’ din id-Direttiva u jekk il-kummerċjalizzazzjoni sseħħ permezz ta’ passaport, mingħajr preġudizzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFMs li jaqgħuw taħt il-limiti previsti f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFMs li jaqgħu taħt il-limiti suġġetta għal dispożizzjonijiet nazzjonali.

(60)

L-unitajiet jew l-ishma ta’ AIF jistgħu jkunu kwotati biss f’borża fl-UE jew offruti jew ippjazzati minn partijiet terzi li jaġixxu f’isem l-AIFM fi Stat Membru partikolari jekk l-AIFM li jimmaniġġa l-AIF jitħalla huwa stess jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF f’dak l-Istati Membru. Barra minn hekk, leġiżlazzjonijiet nazzjonali oħra kif ukoll tal-UE, bħad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (17) u d-Direttiva 2004/39/KE, jistgħu wkoll jirregolaw id-distribuzzjoni tal-AIF mal-investituri fl-Unjoni.

(61)

Bosta AIFMs tal-UE attwalment jimmaniġġaw AIFs mhux tal-UE. Mhuwiex xieraq li l-AIFMs tal-UE awtorizzati jitħallew jimmaniġġaw AIFs mhux tal-UE mingħajr ma jikkummerċjalizzawhom fl-Unjoni, mingħajr ma jiġihom impost rekwiżiti depożitarji stretti u rekwiżiti relatati mar-rapport annwali kif stabbilit minn din id-Direttiva, billi dawn ir-rekwiżiti ġew inklużi għall-protezzjoni tal-investituri tal-Unjoni.

(62)

Wara d-dħul fis-seħħ ta’ att iddelegat adottat mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward, li ser, fil-prinċipju, b’ kont meħud tal-parir mogħti mill-AETS, jokkorri sentejn wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-AIFMs tal-UE awtorizzati li bisħiebhom jikkummerċjalizzaw AIF mhux tal-UE ma’ investituri professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom u/jew fi Stati Membri oħrajn għandhom jitħallew jagħmlu dan mingħajr passaport bil-kundizzjoni li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Dak id-dritt għandu jkun suġġett għal proċeduri ta’ notifika u għall- kundizzjonijiet fir-rigward tal-pajjiżi terzi tal-AIF mhux tal-UE.

(63)

Matul perijodu ta’ tranżizzjoni li, li bħala prinċipju, b’ kont meħud tal-parir mogħti mill-AETS, jintemm permezz ta’ att iddelegat tliet snin wara l-istabbiliment tal-passaport Ewropew għall-AIFs mhux tal-UE, AIFM tal-UE li jkun biħsiebu jikkummerċjalizza AIFs mhux tal-UE f’ ċerti Stati Membri, iżda mingħajr passaport, jista’ wkoll jitħalla jagħmel dan mill-Istati Membri rilevanti, iżda bil-kundizzjoni biss li jikkonforma ma’ din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti depożitarji. Tali AIFM tal-UE għandu mandankollu, jiggarantixxi li tinħatar entità waħda jew aktar biex taqdi d-dmirijiet tad-depożitarju. Barra minn hekk, għandhom ikunu stabbiliti arranġamenti xierqa ta’ kooperazzjoni għall-iskop ta’ sorveljanza ta’ riskju sistemiku u konformi mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE huwa stabbilit sabiex jiġi garantit skambju ta’ informazzjoni effiċjenti li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM jaqdu dmirijiethom skont din id-Direttiva. L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma għandhomx jintużaw bħala ostaklu li jimpedixxi AIFs mhux tal-UE milli jkunu kkumerċjalizzati fi Stat Membru. Barra minn hekk, il-pajjiż terz li fih l-AIF mhux tal-UE huwa stabbilit m’ għandux jiġi elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-Grupp ta’ Azzjoni Finanzjarja dwar il-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu.

(64)

Wara d-dħul fis-seħħ ta’ att iddelegat adottat mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward, li, fil-prinċipju, b’ kont meħud tal-parir mogħti mill-AETS, jseħħ sentejn wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, prinċipju bażiku ta’ din id-Direttiva għandu jkun li AIFM mhux tal-UE jibbenefika mid-drittijiet konferiti skont din id-Direttiva, bħal dak għall-unitajiet tas-suq u l-ishma f’AIFs fl-Unjoni kollha hemm hi permezz ta’ passaport, suġġett għall-konformità tiegħu ma’ din id-Direttiva. Dan għandu jiggarantixxi kundizzjonijiet ta’ parità bejn l-AIFM tal-UE u dawk mhux tal-UE. Għalhekk din id-Direttiva tipprevedi awtorizzazzjoni li tapplika għall-AIFM mhux tal-UE li għandha ssir applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tal-att iddelegat adottat mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Sabiex ikun żgurat l-infurzar ta’ tali konformità, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jinfurzaw il-konformità ma’ din id-Direttiva. Għal dawn l-AIFM mhux tal-UE, l-awtoritajiet kompetenti ta’ superviżjoni se jkunu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza, kif definit f’din id-Direttiva.

(65)

Għaldaqstant, meta AIFM mhux tal-UE biħsiebu jimmaniġġa AIF tal-UE u/jew jikkummerċjalizza AIF fl-Unjoni permezz ta’ passaport, dan għandu jkun meħtieġ jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva, biex b’hekk ikun suġġett għall-istess obbligi bħal AIFMs tal-UE. F’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna, f’każ li u safejn il-konformità ma’ din id-Direttiva tkun inkompatibbli mal-konformità mal-liġi u li għalih AIFM mhux tal-UE u/jew, l-AIF mhux tal-UE kkummerċjalizzat fl-Unjoni, huwa suġġett, l-AIFM mhux tal-UE jista’ jkun eżenti mill-konformità ma’ dik id-dispożizzjoni tad-Direttiva jekk ikun jista’ juri li: huwa impossibbli li l-konformità ma’ dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva tingħaqad mal-konformità ma’ dispożizzjoni obbligatorja fil-liġi li għalih l-AIFM mhux tal-UE jew, l-AIF mhux tal-UE kkummerċjalizzat fl-Unjoni, huwa suġġett; il-liġi li għalih l-AIFM mhux tal-UE jew l-AIF mhux tal-UE huwa suġġett jiddisponi għal regola ekwivalenti bl-istess skop ta’ regolamentazzjoni u li toffri l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investituri tal-AIF rilevanti; u l-AIFM mhux tal-UE u/jew l-AIF mhux tal-UE jikkonformaw ma’ regola ekwivalenti.

(66)

Barra minn hekk, AIFM mhux tal-UE li jkollu l-intenzjoni li jiġġestixxi AIFs tal-UE u/jew AIFs tas-suq fl-Unjoni b’passaport għandu jikkonforma ma’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni speċifika u għandhom jiġu rispettati ċerti rekwiżiti speċifiċi dwar il-pajjiż terz tal-AIFM mhux tal-UE, u, fejn xieraq, tal-pajjiż terz tal-AIF mhux tal-UE.

(67)

L-AETS għandha tagħti parir dwar id-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ referenza u, fejn rilevanti, dwar l-eżenzjoni f’każ ta’ inkompatibbiltà ma’ regola ekwivalenti. Għandhom japplikaw rekwiżiti speċifiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM. Minbarra dan, il-proċedura ta’ medjazzjoni stabbilita fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE Nru 1095/2010 għandha tapplika f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar id-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ referenza, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni f’każ ta’ inkompatabbiltà bejn konformità ma’ din id-Direttiva u konformità ma’ regoli ekwivalenti ta’ pajjiż terz, u l-valutazzjoni tar-rispett tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-pajjiż terz tal-AIFM mhux tal-UE, u, fejn xieraq, tal-pajjiż terz tal-AIF mhux tal-UE.

(68)

Kull sena, l-AETS għandha tagħmel analiżi ta’ rieżami bejn il-pari tal-attivitajiet ta’ superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u tas-superviżjoni tal-AIFMs mhux tal-UE, biex tkompli tiżdied il-konsistenza fir-riżultati superviżorji, skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(69)

Matul perijodu ta’ tranżizzjoni li ser, fil-prinċipju, b’ kont meħud tal-parir mogħti mill-AETS, jintemm permezz ta’ att iddelegat tliet snin wara l-istabbiliment tal-passaport Ewropew għall-AIFs mhux tal-UE, AIFM mhux tal-UE li biħsiebu jikkummerċjalizza AIFs f’ ċerti Stati Membri biss u mingħajr passaport, jista’ wkoll jitħalla jagħmel dan mill-Istati Membri rilevanti, iżda bil-kundizzjoni biss li jirrispetta ċerti kundizzjonijiet minimi. Dawk l-AIFMs mhux tal-UE għandhom ikunu tal-anqas suġġetti għal regoli simili għal dawk applikabbli għall-AIFMs tal-UE fir-rigward tal-iżvelar lil investituri. Bil-għan li jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tar-riskju sistemiku dawk l-AIFM mhux tal-UE għandhom ukoll ikunu suġġetti għal obbligi ta’ rappurtar fil-konfront tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-AIFs huma kummerċjalizzati. Għaldaqstant tali AIFMs għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fid-Direttiva, kif ukoll mal-obbligi tal- AIFMs li jimmaniġġaw AIFs li jakkwistaw kontroll fuq kumpanniji u emittenti mhux ikkowati. Barra minn hekk, għandhom ikunu stabbiliti arranġamenti xierqa ta’ kooperazzjoni għall-iskop ta’ sorveljanza tar-riskji sistemiċi u konformi mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom l-AIFs huma kkummerċjalizzati, jekk applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-AIFs tal-UE kkonċernati u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-pajjiż terz tal-AIFM mhux tal-UE fejn l-AIFM mhux tal-UE jkun stabbilit, u, jekk applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE huwa stabbilit bil-għan li jiġi garantit skambju ta’ informazzjoni effiċjenti li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri rilevanti jaqdu dmirijiethom f’konformita’ ma din id-Direttiva. L-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma għandhomx jintużaw bħala ostaklu li jimpedixxi fondi ta’ pajjiżi terzi milli jkunu kkumerċjalizzati fi Stat Membru. Fl-aħħar nett, il-pajjiż terz li fih l-AIFM mhux tal-UE, jewl-AIF mhux tal-UE huwa stabbilit m’għandux jiġi elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF.

(70)

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-qagħda attwali, li fiha investitur professjonali stabbilit fl-Unjoni jista’ jinvesti f’AIFs fuq l-inizjattiva tiegħu stess, indipendentement minn fejn l-AIFM u/jew l-AIF huwa stabbilit.

(71)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF kollha jew ta’ ċerti tipi ta’ AIF immaniġġati mill-AIFM ma’ investituri bl-imnut fit-territorju tagħhom. Jekk Stat Membru jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ AIF, l-Istat Membru għandu jagħmel valutazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ biex jiddetermina jekk AIF speċifiku għandux jitqies bħala tip ta’ AIF li jista’ jkun ikkumerċjalizzat ma’ investituri bl-imnut fit-territorju tiegħu. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ strumenti oħra tal-liġi tal-Unjoni, f’każijiet bħal dawn l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu rekwiżiti aktar stretti fuq l-AIFs u l-AIFMs bħala prekundizzjoni għal kummerċjalizzazzjoni ma’ investituri bl-imnut aktar milli huwa l-każ għal AIFs ikkummerċjalizzat ma’ investituri professjonali fit-territorju tagħhom, indipendentement ta’ jekk l-AIFs huma kkummerċjalizzati internament jew fuq bażi transkonfinali. Fejn Stat Membru jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs ma’ investituri bl-imnut fit-territorju tiegħu, din il-possibbiltà għandha tkun disponibbli indipendentement mill-Istat Membru fejn l-AIFM li jiġġestixxi l-AIFs ikun stabbilit, u l-Istati Membri m’ għandhomx jimponu rekwiżiti aktar stretti jew addizzjonali fuq AIFs stabbiliti fi Stat Membru ieħor u kkumerċjalizzati fuq bażi transkonfinali milli fuq AIFs ikkummerċjalizzati internament. Barra dan, l-AIFM, id-ditti ta’ investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2004/39/KE u istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE li jipprevedu servizzi ta’ investiment lil klijenti bl-imnut għandhom jikkunsidraw kwalunkwe rekwiżit addizzjonali meta jivvalutaw jekk ċertu AIF huwiex adatt jew xieraq għal klijent bl-imnut individwali jew jekk huwiex strument finanzjarju kumpless jew mhux kumpless.

(72)

Huwa neċessarju li jiġu ċċarati s-setgħat u d-dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u li jissaħħu l-mekkaniżmi meħtieġa biex tiġi żgurata kooperazzjoni superviżorja transkonfinali. F’ċerti ċirkostanzi għandu jkun possibbli li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM jieħdu azzjoni diretta sabiex jissuperviżjonaw il-konformità mad- dispożizzjonijiet li għalihom huma responsabbli. Għad-dispożizzjonijiet l-oħra l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti għandhom jitħallew, f’ċerti ċirkostanzi, jitolbu azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u jintervjenu f’każ li ma tittieħed l-ebda azzjoni.

(73)

Din id-Direttiva tipprevedi rwol ta’ koordinament ġenerali għall-AETS, u l-possibbiltà li proċeduri ta’ medjazzjoni vinkolanti, ppreseduti mill-AETS isolvu t-tilwim bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(74)

L-AETS għandha tiżviluppa abozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni li għandhom jiġu konklużi mill-Istat Membru ta’ domiċilju, jew l-Istat Membru ta’ referenza tal-AIFM u l-awtoritajiet rilevanti ta’ superviżjoni tal-pajjiż terz u dwar il-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni. L- abozz ta’ standards tekniċi għandu jiggarantixxi li skont dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni l-informazzjoni kollha neċessarju għandha tkun provduta għall-awtoritajiet kompetenti kemm tal-Istat Membru ta’ domiċilju u dak ospitanti biex ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta’ superviżjoni u investigazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva. L-AETS għandu tiżvolġi rwol ta’ faċilitar ukoll fin-negozjar u l-konklużjoni tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni. Pereżempju, l-AETS tista’ tuża r-rwol ta’ faċilitar billi tiddisponi format standard għat-tali arranġamenti ta’ kooperazzjoni.

(75)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effikaċi, proporzjonali u disważivi.

(76)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari, fit-TFUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni (il-Karta), b’mod partikolari, id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali rikonoxxut fl-Artikolu 16 tat-TFUE u fl-Artikolu 8 tal-Karta. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru skont ir-regoli dwar it-trasferiment tad-data personali stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (18). Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-AETS għandhom isiru skont ir-regoli dwar it-trasferiment tad-data personali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (19), li għandu jkun applikabbli bis-sħiħ għall-ipproċessar tad-datapersonali għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva.

(77)

Sabiex jiġi żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom ikun konferiti fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (20).

(78)

Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fejn huwa espressament previst f’din id-Direttiva. B’mod partikolari, lill-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati sabiex tispeċifika l-metodi ta’ leverage kif definit f’din id-Direttiva, inklużi kwalunkwe strutturi finanzjarji u/jew ġuridiċi li jinvolvu terzi kkontrollati mill-AIF rilevanti meta dawk l-istrutturi huma strutturi speċifikament imwaqqfa biex joħolqu, direttament jew indirettament, leverage fil-livell tal-AIF. B’mod partikolari għall-fondi ta’ ekwità privat u ta’ kapital ta’ riskju dan ifisser li l-leverage li jeżisti fil-livell ta’ kumpanija f’portafoll m’għandux jiġi inkluż f’tali strutturi finanzjarji jew ġuridiċi.

(79)

Għandhom ikunu adottati atti ddelegati wkoll sabiex jiġu kkalkulati l-limiti minimi għall-eħfef reġim u dwar kif jiġu ttrattati AIFM li l-assi taħt l-immaniġġar tagħhom, inklużi assi miksuba permezz tal-użu ta’ leverage, fl-istess sena kalendarja okkażjonalment jaqbżu u/jew jaqgħu taħt il-limitu minimu rilevanti; l-obbligi ta’ reġistrazzjoni għall-AIFMs li jaqgħu taħt il-limiti minimi u tal-għoti ta’ informazzjoni bil-għan li jsir monitoraġġ effikaċi tar-riskju sistemiku u l-obbligi għal tali AIFMs li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti meta huma ma jkunux jissodisfaw aktar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-reġim eħfef.

(80)

L-atti ddelegati għandhom ukoll jiġu adottati biex jiċċaraw il-metodi ta’ leverage, inkluż kwalunkwe strutturi finanzjarji u/jew ġuridiċi li jinvolvu partijiet terzi kkontrollati mill-AIF rilevanti u kif il-leverage għandha tkun kalkulata biex jispeċifikaw ir-riskji li għandhom ikunu koperti mill-fondi proprji addizzjonali jew mill-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali; il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-idoneità tal-fondi proprji addizzjonali jew il-kopertura tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali; u l-mod ta’ determinazzjoni tal-adegwamenti li għaddejjin tal-fondi proprji addizzjonali jew tal-kopertura tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali. Għandhom ikunu adottati atti ddelegati wkoll sabiex jiġu speċifikati l-kriterji li jridu jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti biex jivvalutaw jekk l-AIFMs jikkonformawx mal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-tmexxija tagħhom tan-negozju, mal-obbligi tagħhom li jaġixxu fl-aħjar interessi tal-AIF jew tal-investituri tal-AIF li jimmaniġġaw u tal-integrità tas-suq; biex ikollhom u jużaw b’mod effikaċi r-riżorsi u l-proċeduri neċessarji għall-prestazzjoni tajba tal-attivitajiet tan-negozju tiegħu; biex jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jevitaw il-kunflitti ta’ interessi u, meta dawn ma jistgħux jiġu evitati, biex jidentifikaw, jimmaniġġaw u jissorveljaw, u meta japplika, jiżvelaw, dawk il-kunflitti ta’ interess bil-għan li jipprevjenuhom milli jolqtu negattivament l-interessi tal-AIFs u l-investituri tagħhom u biex jiggarantixxu li l-AIFs li jimmaniġġaw huma ttrattati b’mod ġust; biex jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji kollha applikabbli għat-tmexxija tal-attivitajiet tan-negozju tiegħu sabiex jippromwovi l-aħjar interessi tal-AIFs jew tal-investituri tal-AIFs li jimmaniġġaw u tal-integrità tas-suq; u biex jittrattaw l-investituri kollha tal-AIF b’mod ġust.

(81)

L-atti ddelegati għandhom ukoll jiġu adottati biex jispeċifikaw it-tip ta’ kunflitti ta’ interessi li l-AIFM iridu jidentifikaw, kif ukoll il-passi raġonevoli li l-AIFM huma mistennija li jieħdu f’termini ta’ strutturi u proċeduri organizzattivi u amministrattivi sabiex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġġaw, jissorveljaw u jiżvelaw kunflitti ta’ interess. L-atti ddelegati għandhom ukoll jiġu adottati biex jispeċifikaw il-funzjonijiet ta’ mmaniġġar tar-riskju li għandhom jintużaw; il-frekwenza xierqa għar-rieżami tas-sistema ta’ mmaniġġar tar-riskju; il-mod kif il-funzjoni ta’ mmaniġġar tar-riskju se tkun separata mil-lat funzjonali u ġerarkiku mill-unitajiet operattivi, inkluż tal-funzjoni ta’ mmaniġġar ta’ portafolji; is-salvagwardji speċifiċi kontra l-kunflitti ta’ interessi; u r-rekwiżiti ta’ mmaniġġar tar-riskju li għandhom jintużaw mill-AIFMs. L-atti ddelegati għandhom ukoll jiġu adottati biex jispeċifikaw is-sistemi u l-proċeduri ta’ mmaniġġar tal-likwidità li għandhom jużaw l-AIFMs u l-allinjament tal-istrateġija ta’ investiment, il-profil tal-likwidità u l-politika ta’ tifdija. L-atti ddelegati għandhom ukoll jiġu adottati biex jispeċifikaw ir-rekwiżiti li l-oriġinaturi, l-isponsors jew l-entità mutwanti oriġinali ta’ strumenti ta’ titolizzazzjoni jeħtieġu jissodisfaw sabiex AIFM jitħalla jinvesti f’tali strumenti maħruġa wara l-1 ta’ Jannar 2011.

(82)

L-atti ddelegati għandhom ukoll jiġu adottati biex jispeċifikaw ir-rekwiżiti li l-AIFM jeħtieġu li josservaw meta jinvestu f’tali strumenti tat-titolizzazzjoni; biex jispeċifikaw il-proċeduri amministrattivi u kontabbli, l-arranġamenti ta’ kontroll u ta’ salvagwardja għall-ipproċessar elettroniku tad-data u mekkaniżmi interni ta’ kontroll adegwati. L-atti ddelegati għandhom ukoll jiġu adottati biex jispeċifikaw il-proċeduri għall-valutazzjoni korretta tal-assi u għall-kalkolu tal-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem tal-AIF; il-garanziji professjonali li għandu jkun kapaċi jipprovdi l-valutatur estern; u l-frekwenza ta’ valutazzjoni adatta għal AIFs miftuħa.

(83)

L-atti ddelegati għandhom ukoll jiġu adottati biex jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom għandha tiġi approvata d-delega tal-funzjonijiet tal-AIFM u l-kundizzjonijiet li taħthom l-AIFM ikun iddelega l-funzjonijiet tiegħu safejn jsir entità li sservi biss ta’ kaxxa tal-ittri u ma jistax jibqa’ jitqies bħala maniġer tal-AIF; fir-rigward tad-depożitarji, għandhom jispeċifikaw il-kriterji biex jiġi vvalutat il-fatt li r-regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali tal-pajjiżi terzi li fihom id-depożitarji huma stabbiliti huma tal-istess effett bħad-dispożizzjonijiet imniżżla fil-liġi tal-Unjoni u huma infurzati effettivament, id-dettlaji li jeħtieġ li jiddaħħlu fil-ftehim standard; il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-funzjonijiet depożitarji, inkluż it-tip ta’ strumenti finanzjarji li għandhom ikunu inklużi fl-ambitu tad-dmirijiet ta’ kustodja tad-depożitarju, il-kundizzjonijiet li taħthom id-depożitarju jista’ jeżerċita d-dmirijiet ta’ kustodja fuq l-istrumenti finanzjarji reġistrati għand depożitarju ċentrali u l-kundizzjonijiet li taħthom id-depożitarju għandu jżomm fis-sikur l-istrumenti finanzjarji maħruġa f’forma nominattiva u reġistrati għand emittent jew reġistratur; id-dmirijiet ta’ diliġenza dovuta tad-depożitarji; l-obbligu ta’ segregazzjoni; il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li taħthom l-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja għandhom jitqiesu bħala telf; x’għandu jitqies bħala avveniment estern barra mill-kontroll raġonevoli u l-konsegwenzi tiegħu kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha għall-kuntrarju; u l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li taħthom tkun tissussisti raġuni oġġettiva għal kuntratt ta’ tħollija mir-responsabbiltà. L-atti ddelegati għandhom ukoll jiġu adottati biex jispeċifikaw il-kontenut u l-format tar-rapport annwali li l-AIFM iridu jagħmlu disponibbli għal kull AIF li jimmaniġġaw u biex jispeċifikaw l-obbligi ta’ żvelar tal-AIFM lejn l-investituri u r-rekwiżiti ta’ rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll il-frekwenza tar-rappurtar.

(84)

L-atti ddelegati għandhom ukoll jiġu adottati biex jispeċifikaw iċ-ċirkustanzi fejn il-leverage jitqies li jiġi użat fuq bażi sostanzjali u il-prinċipji li għandhom jużaw l-awtoritajiet kompetenti meta jikkunsidraw l-impożizzjoni ta’ limiti fuq il-livell ta’ leverage finanzjarju li AIFM jista’ japplika. L-atti ddelegati għandhom ukoll jiġu adottati biex jispeċifikaw l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ AIFMs mhux tal-UE u/jew AIFs mhux tal-UE bil-għan li jitfassal qafas komuni biex jiġi aġevolat l-istabbiliment ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. L-atti ddelegati għandhom ukoll jiġu adottati biex jispeċifikaw il-kontenut tal-iskambju tal-informazzjoni dwar l-AIFM bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-għoti ta’ ċerta informazzjoni lill-AETS.

(85)

Skont il-parir tal-AETS f’dan ir-rigward u l-kriterji stabbiliti f’din id-Direttiva, att iddelegat għandu wkoll jiġi adottat biex il-passaport Ewropew jiġi estiż għall-AIFMs tal-UE li jikkummerċjalizzaw AIFs mhux tal-UE fl-Unjoni u għall-AIFM mhux tal-UE li jimmaniġġaw u/jew jikkummeċjalizzaw AIF fl-Unjoni, u att iddelegat ieħor għandu jiġi adottat biex itemm l-applikazzjoni ta’ reġimi nazzjonali ta’ pjazzament privat f’dan ir-rigward.

(86)

Il-Parlament Ewropew u il-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data ta’ notifika biex jkunu jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, għandu jkun possibli li dan il-perijodu jiġi prorogat bi tliet xhur f’każijiet sinifikanti ta’ tħassib. Għandu jkun ukoll possibli li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinformaw lill-istituzzjonijiet l-oħra bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. Din l-approvazzjoni bikrija ta’ atti ddelegati għandha importanza partikolari meta l-iskadenzi jeħtieġu jkunu rispettati, pereżempju biex lill-Istati Membri ikunilhom permess jittrasponu atti ddelegati f’perijodu ta’ traspożizzjoni stabbilit f’din id-Direttiva, meta dan ikun rilevanti.

(87)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 290 Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, anness mal-Att Finali tal-Konferneza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona, il-Konferenza innotat l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkonsulta esperti maħtura mill-Istati Membri fit-tħejjija tal-abbozz tal-atti ddelegati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, f’konformità mal-prattika stabbilita tagħha.

(88)

Sentejn wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-AETS għandha toħroġ opinjoni dwar il-funzjonament tal-passaport fis-seħħ f’dak il-mument u dwar il-funzjonament tar-reġimi nazzjonali ta’ pjazzament privat. Hija għandha wkoll toħroġ parir dwar l-estensjoni tal-passport għall-AIFM tal-UE li jikkummerċjalizzaw AIF mhux tal-UE fl-Unjoni u għall-AIFM mhux tal-UE li jimmaniġġaw u/jew jikkummerċjalizzaw AIF fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat fi żmien tliet xhur wara li tkun irċeviet il-parir u l-opinjoni tal-AETS u b’kunsiderazzjoni tal-kriterji elenkati u l-objettivi ta’ din id-Direttiva, fost affarijiet oħra is-suq intern, il-protezzjoni tal-investituri u l-monitoraġġ effikaċi tar-riskju sistemiku, billi tispeċifika d-data meta r-regoli dwar l-estenzjoni tal-passaport, previsti f’din id-Direttiva għanhom jibdew japplikaw fl-Istati Membri kollha.

(89)

Fis-Samit ta’ April 2009 li sar f’Londra, il-mexxejja tal-G20 qablu li l-fondi spekulattivi jew il-maniġers tagħhom għandhom ikunu reġistrati u meħtieġa jiżvelaw l-informazzjoni xierqa fuq bażi kostanti lis-superviżuri jew lir-regolaturi. Għandhom ikunu suġġetti għal sorveljanza biex jiġi garantit li jkollhom immaniġġar tar-riskju adegwat. F’Toronto f’Ġunju 2010, il-mexxejja tal-G20 reġgħu affermaw l-impenn tagħhom kif ukoll impenjaw ruħhom jaċċeleraw l-implimentazzjoni ta’ miżuri b’saħħithom biex itejbu t-trasparenza u l-sorveljanza regolamentari tal-fondi spekulattivi b’mod konsistenti fuq livell internazzjonali u mhux diskriminatorju. Bil-għan li tappoġġa l-objettivi tal-G20, l-Organiżżazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tal-Titoli ħarġet prinċipji ta’ livell għoli rigwar is-sorveljanza tal-fondi spekulattivi f’Ġunju 2009 biex tiggwida l-iżvilupp ta’ regolamentazzjoni konsistenti f’dan il-qasam fuq livell internazzjonali. Fis-16 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill Ewropew qabel fuq il-bżonn li l-Ewropa tippromwovi l-interessi u l-valuri tagħha b’mod iktar enerġiku u fi spirtu ta’ reċiproċità u benefiċċju reċiproku fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u biex tieħu passi biex, fost ħwejjeġ oħra, tiżgura aktar aċċess għas-suq għall-impriżi Ewropej u tkattar il-kooperazzjoni fir-regolamentazzjoni mal-imsieħba kummerċjali maġġuri. Il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tiggarantixxi li dawn l-impenji jiġu implimentati b’mod analogu min-naħa tal-imsieħba internazzjonali tal-Unjoni.

(90)

Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-att iddelegat skont liema l-passaport għandu jibda japplika għall-AIFMA kollha, l-AETS għandha toħroġ opinjoni dwar il-funzjonament tal-passaport fis-seħħ f’dak il-mument u dwar il-funzjonament tar-reġimi nazzjonali ta’ pjazzament privat. Hija għandha wkoll toħroġ parir dwar it-terminazzjoni tat-tali reġimi nazzonali. Il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat fi żmien tliet xhur wara li tkun irċeviet il-parir u l-opinjoni tal-AETS u b’kunsiderazzjoni tal-kriterji elenkati u l-objettivi ta’ din id-Direttiva, inter alia relatati mas-suq intern, il-protezzjoni tal-investituri u l-monitoraġġ effikaċi tar-riskju sistemiku, billi tispeċifika d-data meta r-reġimi nazzjonali msemmija għanhom jintemmu fl-Istati Membri kollha.

(91)

Erba’ snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ konsultazzjoni pubblika u fid-dawl tad-diskussjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti, tirrivedi l-applikazzjoni u l-ambitu ta’ din id-Direttiva. Din ir-reviżjoni għandha tanalizza l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Direttiva, l-impatt tagħha fuq l-investituri, l-AIFs jew l-AIFMs, fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, u l-punt sa liema ntlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva kif ukoll, jekk hu meħtieġ, tipproponi emendi xierqa. L-eżami għandu jinkludi valutazzjoni ġenerali tal-funzjonament tar-regoli f’din id-Direttiva u l-esperjenza miksub fl-applikazzjoni tagħhom. Fir-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha teżamina l-funzjonijiet tal-AETS u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-iżgurar tas-superviżjoni effikaċi tal-AIFMs kollha li joperaw fis-swieq tal-Unjoni fil-kuntest ta’ din id-Direttiva, inkluż, fost affarijiet oħra – konsistentement mar-Regolament (EU) Nru 1095/2010 – li l-AETS tiġi fdata b’aktar responsabbiltajiet ta’ superviżjoni fil-qasam tal-awtorizzazzjoni u tas-superviżjoni ta’ AIFMs mhux tal-UE. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji li jirriżultaw f’każ li l-AETS tiġi fdata f’kompiti bħal dawn.

(92)

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa dak li tistabbilixxi qafas li jkun kapaċi jindirizza r-riskji potenzjali li jafu jinqalgħu mill-attivitajiet tal-AIFMs u l-assigurazzjoni tal-monitoraġġ effikaċi ta’ dawn ir-riskji mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni. Huwa neċessarju li jiġi previst qafas ta’ regolamentazzjoni u ta’ superviżjoni rigoruża li ma jħalli l-ebda lakuna fir-regolamentazzjoni finanzjarja. F’dak ir-rigward issir referenza għar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta eżistenti applikabbli għall-investituri professjonali skont ir-regolamentazzjoni rilevanti applikabbli għat-tali investituri. Il-Kummissjoni hija mistiedna tirrrieżamina l-leġislazzjoni rilevanti fir-rigward tal-investituri professjonali bil-għan li tivvaluta l-bżonn li jiġu imposti rekwiżiti aktar stretti fir-rigward tal-proċess tad-diliġenza dovuta li għandha tiġi adottata mill-investituri professjonali fl-Unjoni li jinvestu fuq inizjattiva tagħhom stress fi prodotti finanzjarji mhux tal-UE, bħal, AIFs mhux tal-UE.

(93)

Fit-tmiem tar-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jinkludi, jekk ikun jixraq, emendi proposti li jqisu l-objettivi tad-Direttiva u l-impatti potenzjali fuq l-investituri, l-AIFs jew l-AIFMs fl-Unjoni jew f’pajjiżi terzi.

(94)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri billi jiġi stabbilit qafas komuni għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-AIFM, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, kif jidher min-nuqqasijiet tar-regolamenti nazzjonali u l-monitoraġġ ta’ dawn l-atturi eżistenti, u jista’ għalhekk jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-ilħiq ta’ dak l-għan.

(95)

Id-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE, ir-Regolament (UE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (21) u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandhom għalhekk jiġu emendati f’dan is-sens,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni, l-operat kontinwu u t-trasparenza tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMs) li jimmaniġġaw u/jew jikkummerċjalizzaw fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) fl-Unjoni.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Suġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 3, din id-Direttiva għandha tapplika għal:

(a)

AIFMs tal-UE, li jimmaniġġaw AIF wieħed jew iżjed irrispettivament minn jekk dawn l-AIFs humiex AIFs tal-UE jew AIFs mhux tal-UE;

(b)

AIFMs mhux tal-UE, li jimmaniġġaw AIF wieħed jew iżjed tal-UE; u

(c)

AIFMs tal-UE, li jikkummerċjalizzaw AIF wieħed jew iżjed fl-Unjoni irrispettivament minn jekk tali AIFs humiex AIFs tal-UE jew AIFs mhux tal-UE.

2.   Għal finijiet tal-paragrafu, dan li ġej m’għandu l-ebda sinifikat:

(a)

jekk l-AIF humiex tat-tip miftuħa (open-ended) jew li jagħlqu (close-ended);

(b)

jekk l-AIF huwiex kostitwit skont il-liġi tal-kuntratti, skont il-liġi dwar it-trusts, skont statut, jew jekk għandux forma ġuridika oħra;

(c)

l-struttura legali tal-AIFM.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-entitajiet li ġejjin:

(a)

kumpaniji holding;

(b)

istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar istituzzjonali li jkunu koperti permezz tad-Direttiva 2003/41/KE, inkluż, fejn applikabbli, l-entitajiet awtorizzati responsabbli għall-immaniġġar ta’ tali istituzzjonijiet u li jaġixxu f’isimhom imsemmijin fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva jew il-maniġers ta’ investiment maħtura f’konformità mal-Artikolu 19(1) ta’ dik id-Direttiva, sakemm huma ma jimmaniġġawx AIFs;

(c)

istituzzjonijiet sopranazzjonali, bħall-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, l-Istituti Ewropej ta’ Finanzjament għall-Iżvilupp u banek ta’ żvilupp bilaterali, il-Bank Dinji, il-Fond Monetarju Internazzjonali, u istituzzjonijiet sopranazzjonali oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali simili, fil-każ li tali istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet jimmaniġġaw AIFs u sakemm dawk l-AIF jaġixxu fl-interess pubbliku;

(d)

banek ċentrali nazzjonali;

(e)

gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali u korpi jew istituzzjonijiet oħra li jimmaniġġaw fondi li jappoġġaw sistemi tas-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet;

(f)

skemi tal-parteċipazzjoni tal-impjegati jew skemi ta’ tfaddil tal-impjegati;

(g)

entitajiet ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiggarantixxu li l-AIFM li hemm referenzareferenza għalihom fil-paragrafu 1 huma konformi ma’ din id-Direttiva f’ kull ħin.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet

1.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-AIFMs sakemm huma jimmaniġġaw AIF wieħed jew iżjed li l-investituri uniċi tagħhom huma l-AIFM jew l-impriżi prinċipali jew is-sussidjarji tal-AIFM jew sussidjarji oħra ta’ dawk l-impriżi prinċipali, bil-kundizzjoni li l-ebda wieħed minn dawk l-investituri ma jkun, huwa stess, AIF.

2.   Mingħajr preġudizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 46, għandhom japplikaw biss il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għall-AIFMs li ġejjin:

(a)

AIFMs li, sew jekk direttament jew indirettament permezz ta’ kumpanija li magħha l-AIFM huwa marbut bi mmaniġġar jew kontroll komuni, jew minn holding sostantiva diretta jew indiretta, jimmaniġġaw portafolji ta’ AIFs li l-assi mmaniġġati tagħhom, inklużi l-assi meħtieġa permezz tal-użu ta’ leverage finanzjarju, bħala total ma jaqbżux limitu massimu ta’ EUR 100 miljun; jew

(b)

AIFMs li, sew jekk direttament jew indirettament permezz ta’ kumpanija li magħha l-AIFM ikun marbut permezz ta’ mmaniġġar jew kontroll komuni, jew permezz ta’ holding sostantiva diretta jew indiretta, jamministraw portafolji ta’ AIF li l-assi mmaniġġati tagħhom, bħala total ma jaqbżux il-limitu massimu ta’ EUR 500 miljun meta l-portafolli tal-AIFs jikkonsistu f’AIFs li mhumiex leveraged u li ma għandhomx drittijiet ta’ tifdija li jistgħu jkunu eżerċitati matul perijodu ta’ ħames snin wara d-data tal-investiment inizjali f’kull AIF.

3.   L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-AIFM imsemmija fil-paragrafu 2 tal-anqas:

(a)

ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom;

(b)

jidentifikaw ruħhom kif ukoll l-AIFs immaniġġati minnhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom fil-mument tar-reġistrazzjoni;

(c)

jipprovdu informazzjoni dwar l-istrateġiji ta’ investiment tal-AIFs immaniġġati minnhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom fil-mument tar-reġistrazzjoni;

(d)

jipprovdu regolarment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom l-informazzjoni dwar l-istrumenti prinċipali li qed jikkummerċjalizzaw fihom u dwar l-espożizzjonijiet prinċipali u l-aktar konċentrazzjonijiet importanti tal-AIFs li huma jimmaniġġaw bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jagħmlu monitoraġġ effikaċi tar-riskju sistemiku, u

(e)

jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom f’każ li huma ma għadhomx jilħqu l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2.

Dan il-paragrafu u l-paragrafu 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli aktar stretti adottati mill-Istati Membri fir-rigward tal-AIFMs msemmija fil-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fill-paragrafu 2 m’għadhomx jiġu sodisfatti, l-AIFM ikkonċernat japplika għal awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum kalendarju f’konformità mal-proċeduri rilevanti stabbiliti f’din id-Direttiva.

4.   L-AIFMs imsemmija fil-paragrafu 2 m’ għandhomx jibbenefikaw minn ebda drittijiet mogħtija skont din id-Direttiva, sakemm huma ma jagħżlux li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.Fejn l-AIFMs jagħżlu li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, din għandha tapplika fl-intier tagħha.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni bil-għan li tispeċifika l-proċeduri għall-AIFMs li jagħżlu li jaqgħufl-ambitu ta’ din id-Direttiva skont il-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a)

kif jiġu kkalkulati l-limiti minimi msemmijin fil-paragrafu 2 u t-trattament tal-AIFMs li jimmaniġġaw AIFs li l-assi mmaniġġati tagħhom, inklużi assi miksuba permezz tal-użu ta’ leverage finanzjarju, okkażjonalment jaqbżu u/jew jaqgħu taħt il-limitu minimu rilevanti fl-istess sena kalendarja;

(b)

l-obbligi ta’ reġistrazzjoni u ta’ għoti ta’ informazzjoni sabiexikun permess monitoraġġ effikaċi tar-riskju sistemiku kif stabbiliti fil-paragrafu 3 u

(c)

l-obbligi ta’ notifika lill-aworitajiet kompetenti kif stabbilit fil-paragrafu 3.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“AIFs” tfisser impriżi ta’ investiment kollettiv, inkluż kompartimenti ta’ investiment tagħhom li:

(i)

jiġġeneraw kapital minn numru ta’ investituri bil-ħsieb ta’ investiment f’konformità ma’ politika ta’ investiment definita għall-benefiċċju ta’ dawk l-investituri, u

(ii)

ma jeħtieġux awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(b)

“AIFMs” tfisser persuni ġuridiċi li n-negozju regolari tagħhom ikun l-immaniġġar ta’ AIF wieħed jew iżjed;

(c)

“fergħa” fir-rigward ta’ AFIM tfisser post ta’ negozju li, huwa parti minn AIFM, li ma għandha l-ebda personalità ġuridika u li, tipprovdi s-servizzi li għalihom l-AIFM ikun ġie awtorizzat; il-postijiet tan-negozju kollha stabbiliti fl-istess Stat Membru minn AIFM bl-uffiċċju reġistrat tiegħu fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz għandhom ikunu meqjusa bħala fergħa unika;

(d)

“kumpens għal prestazzjoni” tfisser sehem fil-profitti tal-AIF dovut lill-AIFM bħala kumpens għall-immaniġġar tal-AIF u li jeskludi kwalunkwe sehem fil-profitti tal-AIF dovut lill-AIFM bħala redditu fuq kwalunkwe investiment mill-AIFM fil-AIF;

(e)

“rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew ġuridiċi huma marbutin permezz ta’:

(i)

parteċipazzjoni, b’ mod partikolari, il-pussess, dirett jew permezz tal-kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża,

(ii)

kontroll, b’ mod partikolari, ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati (22), jew relazzjoni simili bejn kull persuna fiżika jew ġuridika, u impriża; għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja għandha wkoll tkun ikkunsidrata tal-impriża prinċipali fuq dawk is-sussidjarji.

Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew ġuridiċi huma marbutin b’mod permanenti mal-istess persuna b’relazzjoni ta’ kontroll għandha wkoll titqies bħala “rabta mill-qrib” bejn tali persuni;

(f)

“Awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stati Membri li għandhom is-setgħa bil-liġi jew ir-regolamentazzjoni li jissorveljaw l-AIFM;

(g)

“Awtoritajiet kompetenti” fir-rigward tad-depożitarju tfisser:

(i)

jekk id-depożitarju huwa istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE, l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 4 tagħh,

(ii)

jekk id-depożitarju huwa ditta ta’ investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2004/39/KE, l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (22) tal Artikolu 4(1) tagħha,

(iii)

jekk id-depożitarju jaqa’ f’kategorija ta’ istituzzjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(3) ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru ta’ domiċilju li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jissorveljaw tali kategoriji ta’ istituzzjoni,

(iv)

jekk id-depożitarju huwa entità msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(3) ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru li fih it-tali entità għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha u li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jissorveljaw it-tali entità jew, il-korp kompetenti uffiċjali li jirreġistra jew jissorvelja t-tali entità skont ir-regoli professjonali u deontoloġiċi applikabbli għaliha,

(v)

jekk id-depożitarju huwa maħtur bħala depożitarju għal AIF mhux tal-UE f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 21(5) ta’ din id-Direttiva, u ma’ jaqgħax fl-ambitu tal-punti (i) sa (iv) ta’ dan il-punt, l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-pajjiż terz li fih id-depożitarju għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

(h)

“awtoritajiet kompetenti ta’ AIF tal-UE” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stat Membru li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamenti li jissorveljaw l-AIFs;

(i)

“kontroll” tfisser kontroll kif definit fl-Artikolu 1 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE;

(j)

“stabbilit” tfisser:

(i)

għal AIFM, “li jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fi”,

(ii)

għal AIF, “awtorizzat jew reġistrat fi”, jew, jekk l-AIF huwiex awtorizzat jew reġistrat, “li jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fi”,

(iii)

għal depożitarju, “li jkollu l-uffiċċju reġistrat jew il-fergħa tiegħu fi”,

(iv)

għar-rappreżentant legali li huwa persuna ġuridika, “li jkollu l-uffiċċju reġistrat jew il-fergħa tiegħu fi”,

(v)

għar-rappreżentant legali li huwa persuna fiżika “domiċiljat fi”;

(k)

“AIF tal-UE” tfisser:

(i)

AIF li huwa awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru skont il-liġi nazzjonali applikabbli, jew

(ii)

AIF li mhuwiex awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, iżda għandu l-uffiċċju reġistrat u/jew l-uffiċċju prinċipali fi Stat Membru;

(l)

“AIFM tal-UE” tfisser kwalunkwe AIFM li għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

(m)

“AIF ta’ alimentazzjoni” tfisser AIF li:

(i)

jinvesti tal-anqas 85 % tal-assi tiegħu f’unitajiet jew ishma ta’ AIF ieħor (l-AIF prinċipali),

(ii)

jinvesti tal-anqas 85 % tal-assi tiegħu f’aktar minn AIF prinċipali wieħed meta dawk l-AIF prinċipali għandhom strateġiji ta’ investiment identiċi, jew

(iii)

inkella għandu espożizzjoni ta’ tal-anqas 85 % tal-assi tiegħu għat-tali AIF prinċipali;

(n)

“strument finanzjarju” tfisser strument speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

(o)

“kumpanija holding” tfisser kumpanija b’ishma f’kumpaniji oħra li l-iskop kummerċjali tagħha huwa dak li twettaq strateġija jew strateġiji ta’ negozju permezz tas-sussidjarji tagħha, tal-kumpaniji assoċjati magħha jew tal-parteċipazzjonijiet tagħha sabiex tikkontribwixxi għall-valur fit-tul tagħhom, u li tkun jew kumpanija:

(i)

li topera akkont tagħha u li l-ishma tagħha huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolamentat fl-Unjoni, jew

(ii)

li mhijiex stabbilita għall-iskop ewlieni li tiġġenera redditi għall-investituri tagħha permezz ta’ ċessjoni tas-sussidrjarji tagħha jew tal-kumpaniji assoċjati magħha, kif ikunu jixhdu r-rapporti annwali tagħha jew dokumenti uffiċjali oħra;

(p)

“Stat Membru ta’ domiċilju tal-AIF” tfisser:

(i)

l-Istat Membru li fih l-AIF huwa awtorizzat jew reġistrat skont il-liġi nazzjonali applikabbli, jew fil-każ ta’ awtorizzazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet multipli, l-Istat Membru li fih l-AIF ikun ġie awtorizzat jew reġistrat għall-ewwel darba, jew

(ii)

jekk l-AIF mhuwiex la awtorizzat u lanqas reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru li fih l-AIF għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu u/jew l-uffiċċju prinċipali;

(q)

“Stat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM” tfisser l-Istat Membru li fih l-AIFM għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu; għall-AIFMs mhux tal-UE, kull referenza għall-“Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM” f’din id-Direttiva għandha tinqara “Stat Membru ta’ referenza”, kif previst fil-Kapitolu VII;

(r)

“Stat Membru ospitanti ta’ AIFM” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fih l-AIFM tal-UE jimmaniġġa ta’ AIF tal-UE,

(ii)

Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fih l-AIFM tal-UE jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ AIF tal-UE,

(iii)

Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fit-territorju tiegħu AIFM tal-UE jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ AIFs mhux tal-UE,

(iv)

Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ referenza, li fih AIFM mhux tal-UE jimmaniġġa AIFs tal-UE, jew

(v)

Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ referenza, li fih AIFM mhux tal-UE jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ AIFs tal-UE, jew

(vi)

Stat Membru, differenti mill-Istat Membru ta’ referenza, li fih AIFM mhux tal-UE jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ AIFs mhux tal-UE;

(s)

“kapital inizjali” tfisser il-fondi kif imsemmija f’punt (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE;

(t)

“emittent” tfisser emittent skont it-tifisira ta’ punt (d) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE, fejn dak l-emittent għandu uffiċċju reġistrat fl-Unjoni, u li l-ishma tiegħu huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolamentat skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), punt 14, tad-Direttiva 2004/39/KE;

(u)

“rappreżentant legali” tfisser persuna fiżika domiċiljata fl-Unjoni jew persuna ġuridika bl-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni, u li, espressament maħtura minn AIFM mhux tal-UE, taġixxi f’isem tat-tali AIFM mhux tal-UE u li jistgħu jindirizzawha l-awtoritajiet, il-klijenti, il-korpi u l-kontropartijiet għall-AIFM mhux tal-UE fl-Unjoni minflok l-AIFM mhux tal-UE fir-rigward tal-obbligi tal-AIFM mhux tal-UE fl-ambitu ta’ din id-Direttiva;

(v)

“leverage finanzjarju” tfisser kwalunkwe metodu li permezz tiegħu AIFM iżid l-espożizzjoni ta’ AIF li jimmaniġġa sew jekk permezz ta’ self ta’ flus kontanti jew titoli, jew inkella permezz ta’ leverage finanzjarju inkorporat f’pożizzjonijiet derivattivi jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor;

(w)

“immaniġġar ta’ AIF” tfisser it-twettiq, għall-inqas, ta’ funzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ investiment imsemmijin fil-punt 1(a) jew (b) tal-Anness I għal AIF wieħed jew iżjed;

(x)

“kummerċjalizzazzjoni” tfisser kwalunkwe offerta jew pjazzament dirett jew indirett, fuq l-inizjattiva tal-AIFM jew f’isem l-AIFM, ta’ ishma jew unitajiet ta’ AIF li jimmaniġġa lil jew ma’ investituri domiċiljati jew li għandhom uffiċju reġistrat fl-Unjoni;

(y)

“AIF prinċipali” tfisser kwalunkwe AIF li fih AIF ieħor jinvesti jew għandu espożizzjoni f’konformità mal-punt (m);

(z)

“Stat Membru ta’ referenza” tfisser l-Istat Membru determinat f’konformità mal-Artikolu 37(4);

(aa)

“AIF mhux tal-UE” tfisser kwalunkwe AIF li mhuwiex AIF tal-UE;

(ab)

“AIFM mhux tal-UE” tfisser kwalunkwe AIFM li mhuwiex AIFM tal-UE;

(ac)

“kumpanija mhux kwotata” tfisser kumpanija li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni li l-ishma tagħha mhumiex ammessi għall-kummerċ f’suq regolamentat skont it-tifsira tal- punt 14 tal-Artikolu 4(1), tad-Direttiva 2004/39/KE;

(ad)

“fondi proprji” tfisser il-fondi proprji kif imsemmija fit-Titolu V, Kapitolu 2, Taqsima 1 tad-Direttiva 2006/48/KE;

(ae)

Impriża prinċipali’ tfisser impriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(af)

“intermedjarju ewlieni” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu, ditta ta’ investiment regolamentata jew entità oħra suġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u superviżjoni kontinwa, li toffri servizzi lil investituri professjonali primarjament biex tiffinanzja jew teżegwixxi transazzjonijiet fi strumenti finanzjarji bħala kontroparti u li tista’ wkoll tipprovdi servizzi oħra bħal clearing u konklużjoni ta’ operazzjonijiet ta’ kummerċ, servizzi ta’ kustodja, self ta’ titoli, faċilitajiet personalizzati ta’ sostenn teknoloġiku u operattiv;

(ag)

“investitur professjonali” tfisser kwalunkwe investitur li huma meqjus bħala klijent professjonali jew jista’, fuq talba, jiġi ttratat bħala klijent professjonali skont it-tifsira tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE;

(ah)

“holding kwalifikanti” tfisser kull holding dirett jew indirett f’AIFM li jirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, f’ konformita’mal-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE, b’kont meħud tal-kundizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tal-holding stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) tagħha, jew li jagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-immaniġġar tal-AIFM li fiha jinżamm dan il-holding;

(ai)

“rappreżentanti tal-impjegati” tfisser ir-rappreżentanti tal-impjegati kif iddefinit fil-punt (e) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/14/KE;

(aj)

“investitur bl-imnut” tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;

(ak)

“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif definit fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(al)

“Awtoritajiet ta’ superviżjoni” fir-riward ta’ AIFs mhux tal-UE tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiż terz li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jissorveljaw l-AIFs;

(am)

“Awtoritajiet ta’ superviżjoni” fir-riward ta’ AIFs mhux tal-UE tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiż terz li għandhom is-setgħa permezz ta’ liġi jew regolamentazzjoni li jissorveljaw l-AIFMs;

(an)

“Entitajiet ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali” tfisser entitajiet li l-għan uniku tagħhom huma li jwettqu titolizzazzjoni jew titolizzazzjonijiet fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar statistika li tittratta l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji involuti fi transazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (23) u attivitajiet oħra li huma adatti sabiex jintlaħaq dak l-għan;

(ao)

“UCITS” tfisser impriża għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE.

2.   Għall-finijiet tal-punt (ad) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Artikoli 13 sa 16 tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (24) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a)

il-metodi ta’ leverage finanzjarju, kif definiti fil-punt (v) tal-paragrafu 1, inkluż kwalunkwe strutturi finanzjarji u/jew ġuridiċi li jinvolvu partijiet terzi kkontrollati mill-AIF rilevanti; u

(b)

kif il-leverage finanzjarju għandu jiġi kkalkulat.

4.   L-Awtorità Ewropea ta’ Superviżjoni (l-Awtorità Ewropea tat-titoli u s-Swieq) (AETS) għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi u ta’ regolamentazzjoni biex tiddetermina, meta rilevanti għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u biex tiggarantixxi kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni, it-tipi ta’ AIFM.

Qiegħed jingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi u ta’ regolamentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 5

Determinazzjoni ta’ AIFM

1.   L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li kull AIF immaniġġat fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jkollu AIFM uniku, li għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-konformità ma’ din id-Direttiva. L-AIFM għandu jkun jew:

(a)

maniġer estern, li jkun persuna ġuridika maħtura mill-AIF jew f’isem l-AIF u li permezz ta’ din il-ħatra huwa responsabbli għall-immaniġġar tal-AIF (AIFM estern); jew

(b)

fejn il-forma ġuridika tal-AIF tippermetti mmaniġġar intern u fejn il-korp ta’ tmexxija tal-AIF jagħżel li ma jaħtarx AIFM estern, l-AIF innifsu, li għandu mbagħad ikun awtorizzat bħala l-AIFM.

2.   Fil-każijiet meta AIFM estern ma jkun kapaċi jiżgura l-konformità ma’ din id-Direttiva għal liema jkun responsabbli AIF jew entità oħra f’ismu, huwa għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu u, jekk applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF tal-UE kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom jeħtieġu li l-AIFM jieħdu l-passi neċessarji biex jirrimedja din is-sitwazzjoni.

3.   Jekk, minkejja l-passi msemmijin fil-paragrafu 2, jippersisti n-nuqqas ta’ konformità, u sakemm jikkonċerna AIFM tal-UE jew AIF tal-UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom jeħtieġu li l-AIFM jirriżenja minn dak l-AIF. F’dak il-każ, l-AIF m’għandux jiġi kkummerċjalizzat aktar fl-Unjoni. Jekk tikkonċerna AIFM mhux tal-UE li timmaniġġa AIF mhux tal-UE, l-AIF m’għandux jiġi kkummerċjalizzat aktar fl-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

KAPITOLU II

AWTORIZZAZZJONI TAL-AIFM

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-bidu tal-attivitajiet bħala AIFM

1.   L-Istati Membru għandhom jiżguraw li l-ebda AIFMs ma jimmaniġġaw AIFs sakemm ma jkunux ġew awtorizzati skont din id-Direttiva.

AIFMs awtorizzati skont din id-Direttiva għandhom jikkonformaw dejjem mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbilita f’din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-ebda AIFM estern ma għandu jidħol f’attivitajiet oħra għajr dawk imsemmijin fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u l-immaniġġar addizzjonali tal-UCITS suġġett għall-awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2009/65/K.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-ebda AIF immaniġġat internament ma għandu jidħol f’attivitajiet oħra għajr l-immaniġġar intern ta’ dan l-AIF f’konformità mal-Anness I.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw AIFM estern biex jipprovdi s-servizzi li ġejjin:

(a)

l-immaniġġar ta’ portafolji ta’ investimenti, inklużi dawk li jappartjenu lil fondi tal-pensjoni u istituzzjonijiet għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali f’konformità mal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2003/41/f’konformità ma’ mandati mogħtija minn investituri fuq bażi diskrezzjonali u individwalizzata;

(b)

servizzi awżiljarji li jinkludu:

(i)

konsulenza dwar l-investiment;

(ii)

żamma fis-sikur u amministrazzjoni fir-rigward ta’ ishma jew unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv;

(iii)

riċeviment u trasmissjoni ta’ ordnijiet f’relazzjoni ma’ strumentifinanzjarji.

5.   L-AIFMs ma għandhomx ikunu awtorizzati fl-ambitu ta’ din id-Direttiva biex jipprovdu:

(a)

is-servizzi msemmijin fil-paragrafu 4 biss;

(b)

is-servizzi awżiljarji msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 4 mingħajr ma jkunu awtorizzati wkoll biex jipprovdu s-servizzi msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 4;

(c)

l-attivitajiet imsemmijin fil-punt 2 tal-Anness I biss; jew

(d)

is-servizzi msemmijin fil-punt 1(a) tal-Anness I mingħajr ma jipprovdu ukoll is-servizzi msemmijin fil-punt 1(b) tal-Anness I jew viċi versa.

6.   L-Artikolu 2(2) u l-Artikoli 12, 13 u 19 tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom japplikaw għall-provvista tas-servizzi msemmijin fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu min-naħa tal-AIFM.

7.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-AIFMs jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom l-informazzjoni li jeħtieġu għall-monitoraġġ tal-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmijin f’din id-Direttiva f’ kull ħin.

8.   Id-ditti ta’ investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2004/39/KE u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE ma għandhomx ikunu meħtieġa jiksbu awtorizzazzjoni skont din id-Direttiva sabiex jipprovdu servizzi ta’ investiment bħal immaniġġar ta’ portafolji individwali fir-rigward ta’ AIFs. Madankollu, id-ditti ta’ investiment għandhom, direttament jew indirettament, joffru unitajiet jew ishma ta’ AIFs lil, jew jew jippjazzaw ma’, investituri fl-Unjoni, biss safejn l-unitajiet jew l-ishma jistgħu jiġu kkummerċjalizzati skont din id-Direttiva.

Artikolu 7

Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-AIFM japplikaw għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li AIFM li japplika għal awtorizzazzjoni għandu jipprovdi l-informazzjoni relatata mal-AIFM lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu:

(a)

informazzjoni dwar il-persuni li effettivament jiżvolġu n-negozju tal-AIFM;

(b)

informazzjoni dwar l-identitajiet tal-azzjonisti jew il-membri tal-AIFM, kemm jekk humiex persuni diretti jew indiretti, fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikattiva u l-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet;

(c)

programm ta’ attività li jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-AIFM, inkluż informazzjoni dwar kif l-AIFM għandu l-intenzjoni jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-Kapitoli II, III, IV, u fejn applikabbli, il-Kapitoli V, VI, VII u VIII;

(d)

informazzjoni dwar il-linji politiċi u l-prattiċi ta’ rimunerazzjoni skont l-Artikolu 13;

(e)

informazzjoni dwar l-arranġamenti għad-delega u għas-sottodelega lil partijiet terzi tal-funzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 20.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li AIFM li japplika għal awtorizzazzjoni għandu wkoll jipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar l-AIF li jkun bisħiebu jimmaniġġa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu:

(a)

informazzjoni dwar l-istrateġiji ta’ investiment inklużi t-tipi ta’ fondi sottostanti f’każ li l-AIF huwa fond ta’ fondi u l-politika tal-AIFM fir-rigward tal-użu tal-leverage finanzjarju, u l-profili tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-AIF li jimmaniġġa jew biħsiebu jimmaniġġa, inkluża l-informazzjoni dwar l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi li fihom tali AIFs huma stabbiliti jew mistennija li jkunu stabbiliti;

(b)

informazzjoni dwar il-post fejn l-AIF prinċipali huwa stabbilit jekk l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni;

(c)

ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni ta’ kull AIF li l-AIFM biħsiebu jimmaniġġa;

(d)

informazzjoni dwar l-arranġamenti għall-ħatra tad-depożitarju f’konformità mal-Artikolu 21 għal kull AIF li l-AIFM bisħiebu jimmaniġġa;

(e)

kwalunkwe informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 23(1) għal kull AIF li l-AIFM jimmaniġġa jew li biħsiebu jimmaniġġa.

4.   Fejn kumpanija tal-immaniġġar hija awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE (“kumpanija tal-immaniġġar UCITS”) u tapplika għal awtorizzazzjoni bħala AIFM fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jeħtieġu l-kumpanija tal-immaniġġar UCITS tipprovdi informazzjoni jew dokumenti li l-kumpanija tal-immaniġġar UCITS diġà tkun ipprovdiet meta applikat għal awtorizzazzjoni fl-ambitu tad-Direttiva 2009/65/KE, bil-kundizzjoni li t-tali informazzjoni jew dokumenti jibqgħu aġġornati.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-AETS fuq bażi trimestrali bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija jew irtirati f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.

L-AETS għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull AIFM awtorizzat fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, lista tal-AIF immaniġġat u/jew ikkummerċjalizzati fl-Unjoni mit-tali AIFM u l-awtoritajiet kompetenti għal kull tali AIFM. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli f’format elettroniku.

6.   Bil-għan li tiġi garantita armonizzazzjoni koerenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ regolamentazzjoni biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-AIFM, inkluż il-programm tal-attività.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi u ta’ regolamentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

7.   Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi u ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina forom, mudelli u proċeduri standard għall-provvista ta’ informazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6.

Qiegħed jingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi u ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni ħlief jekk:

(a)

huma jkunu sodisfatti li l-AIFM jkun jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(b)

l-AIFM jiddisponi minn biżżejjed kapital inizjali u fondi proprji f’konformità mal-Artikolu 9;

(c)

il-persuni li effettivament jmexxu n-negozju tal-AIFM ikollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tal-istrateġiji ta’ investiment segwiti mill-AIFs immaniġġati mill-AIFM, l-ismijiet ta’ dawk il-persuni u ta’ kull persuna li jiġu inkarigati warajhom ikunu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM u t-tmexxija tan-negozju tal-AIFM tkun deċiża mill-inqas minn żewġ persuni li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet;

(d)

l-azzjonisti jew il-membri tal-AIFM li għandhom holdings kwalifikattivi jkunu idonei b’kont meħud tal-ħtieġa li jkun żgurat mmaniġġar tajjeb u prudenti tal-AIFM; u

(e)

l-uffiċċju prinċipali u l-uffiċċju reġistrat tal-AIFM ikunu fl-istess Stat Membru.

L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra involuti għandhom jiġu kkonsultati minn qabel tingħata l-awtorizzazzjoni lill AIFMs li ġejjin:

(a)

sussidjarja ta’ AIFM ieħor, ta’ kumpanija tal-immaniġġar UCITS ta’ ditta ta’ investiment, ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(b)

sussidjarja tal-impriża prinċipali ta’ AIFM ieħor, ta’ kumpannija tal-immaniġġar UCITS, ta’ ditta ta’ investiment, ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; u

(c)

kumpanija kkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi bħal dawk li jikkontrollaw AIFM ieħor, kumpanija tal-immaniġġar UCITS, ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni fejn l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom jiġi ostakolat minn kwalunkwe minn dawk li ġejjin:

(a)

rabtiet mill-qrib bejn l-AIFM u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra;

(b)

il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-AIFM għandu rabtiet mill-qrib magħhom;

(c)

diffikultajiet involuti fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM jistgħu jirrestrinġu l-ambitu tal-awtorizzazzjoni, partikolarment fir-rigward tal-istrateġiji ta’ investiment ta’ AIF li l-AIFM għandu l-permess jimmaniġġa.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw bil-miktub lill-applikant, fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni mimlija, tkunx ingħatat l-awtorizzazzjoni jew le. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprorogaw dan il-perijodu sa tliet xhur addizzjonali oħra, jekk dan iqisuh neċessarju minħabba ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u wara li jkunu nnotifikaw lill-AIFM f’dan is-sens.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, applikazzjoni titqies kompleta jekk l-AIFM ikun ippreżenta mill-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 7(2) u fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7(3).

L-AIFM jista’ jibda jimmaniġġa AIFs bl-istrateġiji ta’ investiment imsemmijin fil-applikazzjoni f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 7(3) fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom malli tingħata l-awtorizzazzjoni, iżda mhux qabel xahar wara li jkun ippreżenta kwalunkwe informazzjoni nieqsa kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 7(2) u fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 7(3).

6.   Bil-għan li tiġi garantita armonizzazzjoni koerenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ regolamentazzjoni biex tispeċifika:

(a)

ir-rekwiżiti applikabbli għall-AIFMs skont il-paragragu 3;

(b)

ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u għall-membri b’holdings kwalifikattivi msemmijin fil-punt (d) tal-paragrafu 1,

(c)

l-ostakli li jafu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet ta’ superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi u ta’ regolamentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 9

Kapital inizjali u fondi proprji

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li AIFM li huwa AIF immaniġġat internament ikollu kapital inizjali ta’ mill-inqas EUR 300 000.

2.   Fejn AIFM huwa maħtur bħala maniġer estern ta’ AIFs, l-AIFM għandu jkollu kapital inizjali ta’ mill-inqas EUR 125 000.

3.   Fejn il-valur tal-portafolji tal-AIFs immaniġġati mill-AIFM jeċċedi EUR 250 miljun, l-AIFM għandu jipprovdi ammont addizzjonali mill-fondi proprji. Dak l-ammont addizzjonali ta’ fondi proprji għandu jkun ugwali għal 0.02 % tal-ammont li bih il-valur tal-portafolji tal-AIFM jeċċedi EUR 250 miljun iżda t-total rikjest tal-kapital inizjali u l-ammont addizzjonali, madankollu, ma għandhomx jeċċedu EUR 10 miljun.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-AIF immaniġġat mill-AIFM, inkluż AIF li għalih l-AIFM iddelega funzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 20 iżda esklużi l-portafolji tal-AIF li l-AIFM qed jimmaniġġa taħt delega, għandhom jitqiesu li huma l-portafolji tal-AIFM;

5.   Irrispettivament millparagrafu 3, il-fondi proprji tal-AIFM ma għandhom qatt ikunu anqas mill-ammont meħtieġ skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2006/49/KE.

6.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-AIFMs biex ma jipprovdux sa 50 % tal-ammont addizzjonali ta’ fondi proprji msemmijin fil-paragrafu 3 jekk huma jibbenefikaw minn garanzija tal-istess ammont mogħtija minn istituzzjoni ta’ kreditu jew minn impriża tal-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz fejn tkun suġġetta għal regoli prudenzjali kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni.

7.   Biex ikopru r-riskji potenzjali ta’ responsabbiltà professjonali li jirriżultaw minn attivitajiet li l-AIFM jista’ jmexxi skont din id-Direttiva, kemm AIFs immaniġġati internament kif ukoll AIFMs esterni għandhom jew:

(a)

ikunu jiddisponu minn fondi proprji li huwa xierqa biex ikopru riskji potenzjali ta’ responsabbiltà li jirriżultaw minn negliġenza professjonali; jew

(b)

ikunu fil-pussess ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali xierqa kontra r-responsabbiltà li tirriżuta minn negliġenza professjonali li tkun xierqa għar-riskji koperti.

8.   Il-fondi proprji, inkluż kull fond proprju addizzjonali msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 7, għandhom ikunu investiti f’attiv likwidu jew attiv li jista’ jinqaleb fil-pront f’kontanti f’terminu qasir u ma għandhomx jinkludu pożizzjonijet spekulattivi.

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri fir-rigward tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

ir-riskji li għandhom ikunu koperti minn fondi proprji addizzjonali jew mill-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali;

(b)

il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-idoneità tal-fondi proprji addizzjonali jew il-kopertura tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali; u

(c)

il-mod ta’ determinazzjoni tal-adegwamenti li għaddejjin tal-fondi proprji addizzjonali jew tal-kopertura tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali.

10.   Bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 7 u 8 u tal- atti ddelegati adottati skont il-paragrafu 9, dan l-Artikolu ma għandux japplika għal AIFMs li huma wkoll awtorizzati bħala kumpaniji tal-immaniġġar UCITS.

Artikolu 10

Bidliet fl-ambitu tal-awtorizzazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-AIFMs, qabel l-implimentazzjoni, jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju bi kwalunkwe bidla materjali tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali, partikolarment il-bidliet materjali tal-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-Artikolu 7.

2.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jiddeċiedu li jimponu restrizzjonijiet jew jirrifjutaw dawk il-bidliet, huma għandhom, fi żmien xahar minn meta tasal in-notifika, jinfurmaw lill-AIFM. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprorogaw dan il-perijodu sa xahar, jekk jikkundraw li dan huwa neċessarju minħabba ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u wara li jkunu nnotifikaw lill-AIFM f’dan is-sens. Dawn il-bidliet għandhom jiġu implimentati Jekk l-awtoritajiet kompetenti rilevanti ma jopponux il-bidliet fi żmien il-perijodu ta’ valutazzjoni.

Artikolu 11

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju tal-AIFM jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni maħruġa lil AIFM fejn l-AIFM:

(a)

ma jagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, jirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni jew ikun waqqaf l-attività koperta minn din id-Direttiva għas-sitt xhur preċedenti, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ippreveda li l-awtorizzazzjoni tiskadi f’każijiet bħal dawn;

(b)

ikun kiseb l-awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c)

ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom ikun ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(d)

ma jibqax jikkonforma mad-Direttiva 2006/49/KE f’każ li l-awtorizzazzjoni tiegħu tkopri wkoll is-servizz diskrezzjonali ta’ mmaniġġar tal-portafolji msemmi fil-punt (a) tal- Artikolu 6(4) ta’ din id-Direttiva;

(e)

ikun kiser serjament jew sistematikament id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva; jew

(f)

jaqa’ taħt kwalunkwe wieħed mill-każijiet fejn il-liġi nazzjonali, rigward materji barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, jipprevedi l-irtirar.

KAPITOLU III

KUNDIZZJONIJIET OPERATTIVI GĦALL-AIFMS

TAQSIMA 1

Rekwiżiti ġenerali

Artikolu 12

Prinċipji ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-AIFMs f’ kull ħin:

(a)

jaġixxu onestament, bil-kapaċità, attenzjoni u diliġenza dovuta u f’mod ġust fit-tmexxija tal-attivitajiet tagħhom;

(b)

jaġixxu fl-aħjar interessi tal-AIFs jew tal-investituri tal-AIFs li huma jimmaniġġaw u l-integrità tas-suq;

(c)

ikollhom u jużaw b’mod effikaċi r-riżorsi u l-proċeduri li huma neċessarji għall-prestazzjoni tajba tal-attivitajiet tan-negozju tagħhom;

(d)

jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jevitaw il-kunflitti ta’ interessi u, meta dawn ma jistgħux jiġu evitati, biex jidentifikaw, jimmaniġġaw u jissorveljaw, u meta japplika, jiżvelaw, dawk il-kunflitti ta’ interess bil-għan li jipprevjenuhom milli jolqtu negattivament l-interessi tal-AIFs u l-investituri tagħhom u biex jiggarantixxu li l-AIFs li huma jimmaniġġaw huma ttrattati b’mod ġust;

(e)

jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ regolamentazzjoni kollha applikabbli għat-tmexxija tal-attivitajiet tan-negozju tagħhom sabiex jippromwovu l-aħjar interessi tal-AIF jew tal-investituri tal-AIF li huma jimmaniġġaw u tal-integrità tas-suq;

(f)

jittratta l-investituri kollha tal-AIF b’mod ġust.

L-ebda investitur f’AIF m’ għandu jikseb trattament preferenzjali, sakemm tali trattament preferenzjali ma jiġix żvelat fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF rilevanti.

2.   Kull AIFM li l-awtorizzazzjoni tiegħu tkopri wkoll is-servizz ta’ mmaniġġar diskrezzjonali ta’ portafolji msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(4):

(a)

ma għandhux jingħata l-permess jinvesti l-portafoll kollu ta’ klijent, jew parti minnu, f’unitajiet jew ishma tal-AIF li jimmaniġġa, sakemm ma jirċevix approvazzjoni ġenerali minn qabel mill-kijent;

(b)

għandu, fir-rigward tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(4) jkun suġġett għad- Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (25).

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw il-kriterji li jridu jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex jivvalutaw jekk l-AIFMs jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 1.

Artikolu 13

Rimunerazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-AIFMs ikollhom linji politiċi u prattiċi ta’ rimunerazzjoni għal dawk il-kategoriji ta’ persunal, inkluż il-kapijiet fl-amministrazzjoni, il-persuni li jieħdu r-riskju, funzjonijiet ta’ kontroll, u kwalunkwe impjegat li jirċievi rimunerazzjoni totali li jpoġġihom fl-istess ammonti ta’ rimunerazzjoni bħall-kapijiet fl-amministrazzjoni u l-persuni li jieħdu r-riskju, li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profili tar-riskju tal-AIFMs jew tal-AIFs li huma jimmaniġġaw, li jkunu konsistenti ma’ u jippromwovu mmaniġġar effikaċi u soda tar-riskji u li ma jħeġġux it-teħid ta’ riskji li ma jkunx konsistenti mal-profili tar-riskju, ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIFs li huma jimmaniġġaw.

L-AIFMs għandhom jiddeterminaw il-linji politiċi u l-prattiċi ta’ rimunerazzjoni f’konformità ma’ dak li hemm stabbilit fl-Anness II.

2.   L-AETS għandha tiżgura l-eżistenza ta’ linji gwida dwar linji politiċi ta’ rimunerazzjoni sodi li jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II. Il-linji gwida għandhom iqisu l-prinċipji dwar linji politiċi ta’ rimunerazzjoni sodi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 2009/384/KE dwar il-linji politiċi ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji, id-daqs tal-AIFM u d-daqs tal-AIF li jimmaniġġaw, l-organizzazzjoni interna tagħhom kif ukoll in-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. L-AETS għandha tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Ewropea ta’ Superviżjoni (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE).

Artikolu 14

Kunflitti ta’ interess

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-AIFMs jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jidentifikaw il-kunflitti ta’ interess li jinbtu matul l-immaniġġar ta’ AIFs bejn:

(a)

l-AIFM, inkluż il-maniġers tagħhom, l-impjegati jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament konnessa mal-AIFM permezz tal-kontroll, u l-AIF immaniġġati mill-AIFM jew investituri f’dak l-AIF;

(b)

AIF wieħed jew l-investituri ta’ dan l-AIF u AIF ieħor jew l-investituri f’dak l-AIF,

(c)

l-AIF jew l-investituri f’dak l-AIF u klijent ieħor tal-AIFM;

(d)

l-AIF jew l-investituri f’dak l-AIF u UCITS immaniġġata mill-AIFM jew mill-investituri f’dak l-UCITS; jew

(e)

żewġ klijenti tal-AIFM.

L-AIFMs għandhom iżommu u joperaw arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effikaċi bl-għan li jieħu l-passi raġonevoli kollha maħsuba biex jidentifikaw, jimpedixxu, jimmaniġġaw u jissorveljaw il-kunflitti ta’ interess bil-għan li jevita li jkollhom effett negattiv fuq l-interessi tal-AIFs u l-investituri tagħhom.

L-AIFMs għandhom jissegregaw, fl-ambjent operattiv tagħhom, il-kompiti u r-responsabbiltajiet li jistgħu jitqiesu bħala inkompatibbli ma’ xulxin jew li potenzjalment jistgħu jiġġeneraw kunflitti ta’ interess sistemiċi. L-AIFMs għandhom jivvalutaw jekk il-kundizzjonijiet tal-operat tagħhom jistgħux jinvolvu kwalunkwe kunflitti ta’ interess materjali u jiżvelahom lill-investituri tal-AIFs.

2.   Fejn l-arranġamenti organizzattivi li jsiru mill-AIFM għall-identifikazzjoni, għall-prevenzjoni, għall-immaniġġar u għall-monitoraġġ tal-kunflitti ta’ interess ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw, b’kunfidenza raġonevoli, li r-riskji ta’ ħsara għall-interessi tal-investituri jiġu impediti, l-AIFM għandu jiżvela l-għamla ġenerali jew is-sorsi tal-kunflitti ta’ interess tal-investituri qabel ma jidħol f’negozju f’isimhom, u jiżviluppa politika u proċeduri xierqa.

3.   Fejn l-AIFM f’isem l-AIF juża s-servizzi ta’ intermedjarju ewlieni, il-kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f’kuntratt bil-miktub. Partikolarment, kwalunkwe possibbiltà ta’ trasferiment u użu mill-ġdid tal-assi tal-AIF għandha tkun prevista f’dak il-kuntratt u għandha tikkonforma mar-regoli tal-AIF jew strumenti ta’ inkorporazzjoni. Il-kuntratt għandu jiddisponi li d-depożitarju jkun informat bil-kuntratt.

L-AIFMs għandhom jeżerċitaw ħila, attenzjoni u diliġenza dovuti fl-għażla u l-ħatra ta’ intermedjarji ewlenin li magħhom jiġi konkluż kuntratt.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a)

it-tipi ta’ kunflitti ta’ interessi msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-passi raġonevoli li l-AIFMs huma mistennija li jieħdu fit-termini ta’ strutturi u tal-proċeduri organizzattivi u amministrattivi sabiex jidentifikaw, jimpedixxu, jimmaniġġaw, jissorveljaw u jiżvelaw il-kunflitti ta’ interess.

Artikolu 15

L-immaniġġar tar-riskji

1.   L-AIFMs għandhom jisseparaw mil-lat funzjonali u ġerarkiku l-funzjonijiet tal-immaniġġar tar-riskji mill-unitajiet operattivi, anke mill-funzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ portafolji.

Is-separazzjoni mil-lat funzjonali u ġerarkiku tal-funzjonijiet tal-immaniġġar tar-riskji f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandha tiġi riveduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM f’ konformita’ mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, bil-ħsieb l-AIFM fi kwalunkwe każ għandu jkun kapaċi juri li s-salvagwardji speċifiċi kontra l-kunflitti ta’ interess jippermettu l-prestazzjoni indipendenti tal-attivitajiet ta’ mmaniġġar tar-rikju u li l-proċess ta’ mmaniġġar tar-riskju jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u huwa effikaċi konsistentement.

2.   L-AIFMs għandhom jimplimentaw sistemi adegwati tal-immaniġġar tar-riskji aġġornati sabiex jidentifika, ikejjel u jagħmel monitoraġġ xieraq tar-riskji kollha rilevanti għal kull strateġija ta’ investiment tal-AIF u li kull AIF huwa jew jista’ jkun espost għalihom.

L-AIFMs għandhom jirrivedu s-sistemi tal-immaniġġar tar-riskju bi frekwenza xierqa, tal-lanqas minn darba fis-sena, u fejn neċessarju, jadattahom.

3.   L-AIFMs għandhom tal-lanqas:

(a)

jimplimentaw proċess ta’ diliġenza dovuta xieraq, dokumentat u aġġornat regolarment meta jinvesti f’isem l-AIF, skont l-istrateġija tal-investiment, l-għanijiet u l-profil tar-riskju tal-AIF;

(b)

jiżguraw li r-riskji assoċjati ma’ kull pożizzjoni tal-investiment tal-AIF u l-effett totali tagħhom fuq il-portafoll tal-AIF jistgħu jiġu identifikati, imkejla, immaniġġati u sorveljati kif jixraq fuq bażi kontinwa anke billi jintużaw proċeduri xierqa ta’ simulazzjoni ta’ kriżi;

(c)

jiżguraw li l-profil tar-riskju tal-AIF jikkorrispondi mad-daqs, l-istruttura tal-portafoll u l-istrateġiji u l-objettivi tal-investiment tal-AIF kif stabbiliti fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni, fil-prospetti u d-dokumenti tal-offerta tal-AIF.

4.   L-AIFMs għandhom jistabbilixxu livell massimu ta’ leverage finanzjarju li huma jistaw jimpjegaw f’isem kull AIF li jimmaniġġaw, kif ukoll il-punt sa fejn id-dritt tal-użu mill-ġdid tal-kollaterali jew garanzija li jistgħu jingħataw taħt l-arranġament ta’ leverage finanzjarju, waqt li jittieħed kont, inter alia ta’:

(a)

it-tip tal-AIF;

(b)

l-istrateġija tal-AIF;

(c)

is-sorsi tal-leverage finanzjarju tal-AIF;

(d)

kull interkonnessjoni jew relazzjonijiet rilevanti oħra ma’ istituzzjonijiet oħrajn ta’ servizzi finanzjarji, li jistgħu joħolqu riskju sistemiku;

(e)

il-bżonn li jiġi limitat l-esponiment għal kwalunkwe kontroparti individwali;

(f)

il-punt sa kemm il-leverage finanzjarju hi kollateralizzata;

(g)

il-proporzjon bejn l-attiv u l-passiv;

(h)

id-daqs u n-natura tal-attività tal-AIFM fis-swieq ikkonċernati.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a)

is-sistemi tal-immaniġġar tar-riskji li għandhom jintużaw mill-AIFMs relattivament għar-riskji li huma jġarrbu f’isem l-AIFs li jimmaniġġaw;

(b)

il-frekwenza xierqa għar-rieżami tas-sistema ta’ mmaniġġar tar-riskju;

(c)

il-mod kif il-funzjoni ta’ mmaniġġar tar-riskju għandha tkun separata mil-lat funzjonali u ġerarkiku mill-unitajiet operattivi, inkluża l-funzjoni ta’ mmaniġġar ta’ portafolji;

(d)

is-salvagwardji speċifiċi kontra l-kunflitti ta’ interessi msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;

(e)

ir-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 3.

Artikolu 16

L-immaniġġar tal-likwidità

1.   L-AIFMs, għal kull AIF li jimmaniġġaw li mhijiex tat-tip magħluq mingħajr leverage finanzjarju, għandhom jużaw sistema xierqa tal-immaniġġar tal-likwidità u jadottaw proċeduri li jippermettulhom jissorvelja r-riskju ta’ likwidità tal-AIF u jiżguraw li l-profil tal-likwidità tal-investiment tal-AIF jikkonforma mal-obbligi sottostanti tagħhom.

L-AIFMs għandhom iwettqu regolarment simulazzjonijiet ta’ kriżi, taħt kundizzjonijiet ta’ likwidità normali u eċċezzjonali, li jippermettulhom jivvalutaw ir-riskju ta’ likwidità tal-AIFs u jissorveljaw r-riskju ta’ likwidità tal-AIFs b’mod konformi.

2.   L-AIFMs għandhom jiżguraw li għal kull AIF li jimmaniġġaw l-istrateġija ta’ investiment, il-profil tal-likwidità u l-politika ta’ tifdija jkunu konsistenti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a)

is-sistemi u l-proċeduri ta’ mmaniġġar tal-likwidità; u,

(b)

l-allinjament tal-istrateġija ta’ investiment, tal-profil tal-likwidità u tal-politika ta’ tifdija stipulati fil-paragrafu 2.

Artikolu 17

Investiment f’pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

Sabiex tiġi żgurata konsistenza transsettorajli u jitneħħa l-allinjament ħażin bejn l-interess tad-ditti li jirripakkjaw is-self f’titoli negozjabbli u oriġinaturi fit-tifsira tal-punt (41) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE u AIFMs li jinvestu f’dawn it-titoli jew strumenti finanzjarji oħra f’isem l-AIFs, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jistipulaw ir-rekwiżiti fl-oqsma li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti li jeħtieġu jiġu ssodisfati mill-oriġinatur, mill-isponsor jew mill-entità mutwanti oriġinali, sabiex AIFM tkun tista’ tinvesti f’titoli jew strumenti finanzjarji oħra ta’ dan it-tip maħruġa wara l-1 ta’ Jannar 2011 f’isem l-AIFs, inkluż rekwiżiti li jiżguraw li l-oriġinatur, l-isponsor jew l-entità mutwanti oriġinali jżommu interess ekonomiku nett ta’ mhux anqas minn 5 %;

(b)

ir-rekwiżiti kwalitattivi li jrid jiġu ssodisfati minn AIFM li tinvesti f’dawn it-titoli jew strumenti finanzjarji oħra f’isem AIF wieħed jew iżjed.

TAQSIMA 2

Rekwiżiti għall-organiżżazzjoni

Artikolu 18

Prinċipji ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIFMs għandhom f’kull ħin jużaw riżorsi umani u tekniċi adegwati u xierqa li huma neċessarji għall-immaniġġar xieraq tal-AIF.

B’mod partikulari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, waqt li jieħdu kont ukoll in-natura tal-AIFs immaniġġati mill-AIFM, għandhom jirrikjedu li l-AIFM ikollu proċeduri amministrattivi u ta’ kontabilità sodi, arranġamenti ta’ kontroll u salvagwardja għall-ipproċessar elettroniku tad-data u mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern li jinkludu, b’mod partikolari, regoli għat-tranżazzjonijiet personali mill-impjegati tiegħu jew għall-pussess jew l-immaniġġar ta’ investimenti sabiex jinvesti għalih innifsu u waqt li jiżguraw li, għall-inqas, kull transazzjoni li tinvolvi l-AIF tista’ tiġi rikostruwita skont l-oriġini tagħha, il-partijiet għaliha, in-natura tagħha, u l-ħin u l-post meta twettqet u li l-assi tal-AIF immaniġġati mill-AIFM jiġu investiti f’konformita’ mar-regoli tal-AIF jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni u d-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw il-proċeduri u l-arranġamenti kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 19

Valutazzjoni

1.   L-AIFMs għandhom jiżguraw li, għal kull AIF li jimmaniġġaw, jiġu stabbiliti proċeduri xierqa u konsistenti sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni xierqa u indipendenti tal-assi tal-AIF, f’konformità ma’ dan l-Artikolu, r-regoli nazzjonali applikabbli u r-regli tal-AIF jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni.

2.   Ir-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-assi u l-kalkolu tal-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem tal-AIF għandhom jiġu stipulati fil-liġi tal-pajjiż fejn l-AIF huwa stabbilit u/jew fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF.

3.   L-AIFMs għandhom jiżguraw ukoll li l-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem tal-AIF jiġi kkalkulat u żvelat lill-investituri f’konformità ma’ dan l-Artikolu, mal-liġi nazzjonali applikabbli u mar-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF.

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni li jintużaw għandhom jiżguraw li l-assi jiġu vvalutati u l-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem jiġi kkalkulat u ppubblikat mill-inqas darba fis-sena.

Jekk l-AIF huwa tat-tip miftuħ il-valtuazzjonijiet u l-kalkoli ta’ dan it-tip għandhom jitwettqu wkoll bi frekwenza li tkun xierqa kemm għall-assi miżmuma mill-AIF u kemm għall-frekwenza ta’ ħruġ u tifdija tiegħu.

Jekk l-AIF huwa tat-tip magħluq, il-valtuazzjonijiet u l-kalkoli ta’ dan it-tip għandhom jitwettqu wkoll fil-każ ta’ żieda jew tnaqqis tal-kapital mill-AIF rilevanti.

L-investituri għandhom jiġu infurmati dwar il-valtuazzjonijiet u l-kalkoli kif stabbilit fir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni rilevanti tal-AIF.

4.   L-AIFMs għandhom jiżguraw li l-funzjoni tal-valutazzjoni titwettaq:

(a)

minn valutatur estern, li jkun persuna ġuridika jew fiżika indipendenti mill-AIF, l-AIFM u kull persuna oħra b’rabtiet mill-qrib mal-AIF jew l-AIFM; jew

(b)

mill-AIFM innifsu, sakemm il-kompitu il-valtuazzjoni jkun funzjonalment indipendenti mill-immaniġġar tal-portafoll u l-politika ta’ remunerazzjoni u miżuri oħra jiżguraw il-mitigazzjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-prevenzjoni ta’ influwenza mhux xierqa fuq l-impjegati.

Id-depożitarju maħtur għal AIF m’għandux jinħatar bħala valutatur estern tal-AIF, sakemm ma jkunx funzjonalment u ġerarkikament issepara t-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu bħala depożitarju mill-kompiti tiegħu ta’ valutatur estern u sakemm il-kunflitti ta’ interess potenzjali ikunu ġew identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF.

5.   Fejn valutatur estern ikun iwettaq il-funzjoni il-valtuazzjoni, l-AIFM għandu juri li:

(a)

il-valutatur estern hu suġġett għal reġistrazzjoni professjonali obbligatorja rikonoxxuta bil-liġi jew suġġett għal dispożizzjonijiet ġuridiċi jew ta’ regolamentazzjoni jew regoli professjonali u deontoloġiċi; u

(b)

il-valutatur estern jista’ jipprovdi biżżejjed garanziji professjonali biex ikun jista’ jiżvolġi b’mod effikaċi l-funzjonijiet ta’ valtuazzjoni rilevanti f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3; u

(c)

il-ħatra tal-valutatur estern tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 20(1) u (2) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħhom permezz ta’ atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 20(7).

6.   Il-valutatur estern maħtur ma għandux jiddelega l-funzjoni ta’ valtuazzjoni lil parti terza.

7.   L-AIFM għandu jinnotifika l-ħatra ta’ valutatur estern lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu li jistgħu jirrikjedu li jinħatar valutatur estern ieħor minflok, fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 ma jiġux jew ma jibqgħux sodisfatti.

8.   Il-valtuazzjoni għandha titwettaq b’mod imparzjali u bil-ħila, attenzjoni u diliġenza dovuti kollha.

9.   Fejn il-funzjoni ta’ valtuazzjoni ma titwettaqx minn valutatur estern indipendenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu jirrikjedu li l-proċeduri ta’ valtuazzjoni u/jew il-valutazzjonijiet tal-AIFM jiġu vverifikati minn valutatur estern jew, fejn ikun xieraq, minn awditur.

10.   L-AIFMs huma responsabbli għall-valtuazzjoni xierqa tal-assi tal-AIF, il-kalkolu tal-valur nett tal-assi u l-pubblikazzjoni ta’ dak il-valur nett tal-assi. Ir-responsabilità tal-AIFM għall-AIF u l-investituri tiegħu, għaldaqstant, fl-ebda każ, m’għandha tiġi affettwata mill-fatt li l-AIFM ħatar valutatur estern.

Minkejja l-ewwel subparagrafu u irrispettivament minn kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali li jipprevedu mod ieħor, il-valutatur estern għandu jkun responsabbli lejn l-AIFM għal kwalunkwe telf li jbati l-AIFM bħala riżultat tan-negliġenza jew nuqqas intenzjonali tal-valutatur estern li jwettaq il-kompiti tiegħu.

11.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a)

il-kriterji rigward il-proċeduri għall-valtuazzjonixierqa tal-assi u l-kalkolu tal-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem;

(b)

il-garanziji professjonali li l-valutatur estern għandu jkun jista’ jipprovdi biex iwettaq il-funzjoni ta’ stimar b’mod effikaċi.

(c)

il-frekwenza tal-valtuazzjoni imwettqa mill-AIFs tat-tip miftuħ li tkun xierqa kemm għall-assi miżmuma mill-AIF u kemm għall-politika tiegħu ta’ ħruġ u tifdija.

TAQSIMA 3

Delega tal-funzjonijiet tal-AIFM

Artikolu 20

Delega

1.   L-AIFMs li jkollhom l-intenzjoni li jiddelegaw lil partijiet terzi l-kompitu li jeżegwixxu funzjonijiet f’isimhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom qabel ma jsiru effettivi l-arranġamenti ta’ delega. Għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-AIFM jrid ikun jista’ jiġġustifika l-istruttura ta’ delega kollha kemm hi tiegħu b’raġunijiet oġġettivi;

(b)

id-delegat jrid ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu biżżejjed riżorsi biex iwettaq il-kompiti rispettivi u l-persuni li effettivament jiżvolġu n-negozju tad-delegat jrid ikollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u biżżejjed esperjenza;

(c)

meta d-delega tikkonċerna l-immaniġġar tal-portafolji jew l-immaniġġar tar-riskji, din għandha tingħata biss lill-impriżi li huma awtorizzati jew reġistrati għall-iskop ta’ mmaniġġar ta’ assi u suġġett għal superviżjoni jew, fejn dik il-kundizzjoni ma tistax tkun sodisfatta, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel biss mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM;

(d)

meta d-delega tikkonċerna l-immaniġġar tal-portafolji jew l-immaniġġar tar-riskji, din għandha tingħata biss lill-impriża ta’ pajjiż terz, minbarra r-rekwiżiti fil-punt (c), għandha tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtorità superviżorja tal-impriża;

(e)

id-delega ma għandhiex tipprevjeni l-effikaċja tas-superviżjoni tal-AIFM, u partikolarment ma tridx tipprevjeni lill-AIFM milli jaġixxi, jew lill-AIF milli tiġi mmaniġġata, fl-aħjar interessi tal-investituri tiegħu;

(f)

l-AIFM irid ikun jista’ juri li d-delegat huwa kwalifikat u kapaċi jeżegwixxi l-funzjonijiet konċernati, li ntagħżel bl-attenzjoni dovuta kollha u li l-AIFM huwa f’pożizzjoni li jissorvelja effikaċement u fi kwalunkwe ħin l-attività ddelegata, li jagħti fi kwalunkwe ħin istruzzjonijiet ulterjuri lid-delegat u li jirtira d-delega b’effett immedjat meta dan ikun fl-interess tal-investituri.

L-AIFM għandu jirrieżamina s-servizzi pprovduti minn kull delegat fuq bażi kontinwa.

2.   L-ebda delega ta’ mmaniġġar ta’ portafolji jew immaniġġar ta’ riskji ma għandha tingħata:

(a)

lid-depożitarju jew lil delegat tad-depożitarju, jew

(b)

kwalunkwe entità oħra li l-interessi tagħha jistgħu jkunu f’kunflitt ma’ dawk tal-AIFM jew l-investituri tal-AIF, sakemm din l-entità tkun isseparat funzjonalment u ġerarkikament l-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħha ta’ mmaniġġar ta’ portafolji u mmaniġġar tar-riskji minn kompiti oħra li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ kunflitt, u l-kunflitti ta’ interess potenzjali jiġu identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF.

3.   Ir-responsabbiltà tal-AIFM lejn l-AIF u l-investituri tiegħu m’ għandhiex tiġi affettwata mill-fatt li l-AIFM ikun iddelega l-funzjonijiet tiegħu lil parti terza, jew minn kwalunkwe sottodelega ulterjuri, lanqas ma għandu l-AIFM jiddelega l-funzjonijiet tiegħu, safejn, essenzjalment, ma jkunx jista’ jibqa’ jitqies bħala l-maniġer tal-AIF u safejn jsir entità li sservi biss bħala kaxxa tal-ittri.

4.   Il-parti terza tista’ tissottodelega kwalunkwe mill-funzjonijiet iddelegati lilha sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-AIFM ikun ta l-kunsens tiegħu qabel is-sottodelega;

(b)

l-AIFM ikun innotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu qabel ma jsiru effettivi l-arranġamenti ta’ sottodelega;

(c)

il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, sakemm jinftiehem li r-referenzi kollha għad-“delegat” jinqraw bħala referenza għas-“sottodelegat”.

5.   L-ebda sottodelega ta’ mmaniġġar ta’ portafolji jew immaniġġar ta’ riskji ma għandha tingħata:

(a)

lid-depożitarju jew lil delegat tad-depożitarju; jew

(b)

kwalunkwe entità oħra li l-interessi tagħha jistgħu jkunu f’kunflitt ma’ dawk tal-AIFM jew l-investituri tal-AIF, sakemm din l-entità tkun isseparat funzjonalment u ġerarkikament l-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħha ta’ mmaniġġar ta’ portafolji u mmaniġġar tar-riskji minn kompiti oħra li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ kunflitt, u l-kunflitti ta’ interess potenzjali jiġu identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF.

Id-delegat rilevanti għandu jirrieżamina s-servizzi pprovduti minn kull sottodelegat fuq bażi kontinwa.

6.   Fejn is-sottodelegat jiddelega ulterjurment kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet iddelegati lilu, għandhom japplikaw mutatis mutandis il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a)

il-kundizzjonijiet biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 4 u 5;

(b)

il-kundizzjonijiet skont liema l-AIFM għandu jiġi meqjus li ikun iddelega l-funzjonijiet tiegħu safejn isir entità li sservi biss bħala kaxxa tal-ittri u ma jkunx jista’ jibqa’ jitqies bħala l-maniġer tal-AIF kif stabbilit fil-paragrafu 3.

TAQSIMA 4

Depożitarju

Artikolu 21

Depożitarju

1.   Għal kull AIF li jimmaniġġa, l-AIFM għandu jiżgura li jinħatar depożitarju uniku f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

2.   Il-ħatra tad-depożitarju għandha tinxtehed minn kuntratt bil-miktub. Il-kuntratt, fost affarijiet oħra, għandu, inter alia, jirregola l-fluss ta’ informazzjoni meqjusa neċessarja biex id-depożitarju jkun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu għall-AIF li għalih ikun inħatar bħala depożitarju, kif stabbilit f’din id-Direttiva u fil-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti l-oħra.

3.   Id-depożitarju għandu jkun:

(a)

istituzzjoni ta’ kreditu li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni u li hi awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE;

(b)

ditta ta’ investiment li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni, suġġett għar-rekwiżiti ta’ adegwatezza tal-kapital skont l-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2006/49/KE inkluż ir-rewiżit ta’ kapital għar-riskji operattivi u li tkun awtorizzata skont id-Direttiva 2004/39/KE u li tipprovdi wkoll is-servizz anċillari ta’ salvagwardja u amministrazzjoni tal-istrumenti finazjarji għall-kont ta’ klijent skont il-punt (1) tat-Taqsima B tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE; ditta ta’ investiment ta’ dan it-tip, fi kwalunkwe każ, għandu jkollha fondi proprji mhux inqas mill-ammont ta’ kapital inizjali msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/49/KE; jew

(c)

kategorija oħra ta’ istituzzjoni li tkun suġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u superviżjoni kontinwa u li, fil-21 ta’ Lulju 2011 taqa’ fl-ambitu tal-kategoriji ta’ istituzzjoni li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew bħala eliġibbli sabiex ikunu depożitarji taħt l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2009/65/KE.

Għall-AIF mhux tal-UE biss, u bla ħsara għal punt (b) tal-paragrafu 5, id-depożitarju jista’ wkoll ikun istituzzjoni ta’ kreditu jew kwalunkwe entità oħra tal-istess natura bħal dik tal-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sakemm il-kundizzjonijiet fil-punt (b) tal-paragrafu 6 ikunu sodisfatti.

Barra minn dan, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li fir-rigward ta’ AIFs li ma jiddisponu minn ebda drittijiet ta’ tifdija eżerċitabbli matul perijodu ta’ ħames snin wara d-data tal-investimenti inizjali u li, f’konformità mal-politika tal-investiment ewlenija tagħhom, ġeneralment ma jinvestux f’assi li jridu jinżammu f’kustodja skont il-punt (a) tal-paragrafu 8 jew ġeneralment jinvestu f’emittenti jew f’kumpaniji mhux kwotati bil-għan li potenzjalment jiksbu kontroll fuq it-tali kumpaniji skont l-Artikolu 26, id-depożitarju jista’ jkun entità li tiżvolġi funzjonijiet depożitarji bħala parti mill-attivitajiet professjonali jew kummerċjali tagħha li fir-rigward tagħhom hija suġġetta għal reġistrazzjoni professjonali obbligatorja rikonoxxuta midl-liġi jew għal dispożizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji jew regoli ta’ mġiba professjonali u li jistgħu jipprovdu biżżejjed garanziji finanzjarji u professjonali li jippermettulha li twettaq b’mod effikaċi l-funzjonijiet depożitarji rilevanti u tonora l-impenji inerenti f’dawk il-funzjonijiet.

4.   Sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interessi bejn id-depożitarju, l-AIFM u/jew l-AIF u/jew l-investituri tiegħu:

(a)

AIFM m’għandux jaġixxi bħala depożitarju;

(b)

intermedjarju ewlieni li jaġixxi bħala kontroparti għal AIF m’għandux jaġixxi bħala depożitarju għal dak l-AIF, sakemm ma jkunx funzjonalment u ġerarkikament issepara t-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu bħala depożitarju mill-kompiti tiegħu ta’ intermedjarju ewlieni u sakemm il-kunflitti ta’ interess potenzjali ikunu ġew identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF. Id-delega mid-depożitarju lil tali intermedjarju ewlieni tal-kompiti ta’ kustodja tiegħu skont il-paragrafu 11 hi permessa biss jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet rilevanti.

5.   Id-depożitarju għandu jkun stabbilit f’wieħed mill-postijiet li ġejjin:

(a)

għal AIFs tal-UE, fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF;

(b)

għall-AIFs mhux tal-UE, fil-pajjiż terz fejn ikun stabbilit l-AIF, jew fl-Istat Membru tal-AIFM li qed jimmaniġġa l-AIF, jew, fl-Istat Membru ta’ referenza tal-AIFM li jimmaniġġa l-AIF.

6.   Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3, il-ħatra ta’ depożitarju stabbilit f’pajjiż terz għandha tkun dejjem suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn hu intenzjonat li se jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, u, jekk differenti, tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, ikunu ffirmaw arranġamenti ta’ koperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tad-depożitarju;

(b)

id-depożitarju huwa suġġett għal regolamentazzjoni, inklużi r-rekwiżiti ta’ kapital minimu, u superviżjoni prudenzjali effikaċi li għandhom l-istess effett tal-liġi tal-Unjoni u li huma effettivament infurzati;

(c)

il-pajjiż terz fejn hu stabbilit id-depożitarju ma jkunx elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF;

(d)

l-Istati Membri fejn hu intenzjonat li se jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, u, fil-każ li jkun differenti, l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, ikunu ffirmaw ftehim mal-pajjiż terz fejn ikun stabbilit id-depożitarju li jikkonforma kompletament mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u fuq il-Kapital tal-OKŻE u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effikaċi fil-kwestjonijiet fiskali, inklużi, jekk hemm, il-ftehimiet fiskali multilaterali.

(e)

id-depożitarju, kuntrattwalment, għandu jkun responsabbli lill-AIF, jew lill-investituri tal-AIF, b’mod konsistenti mal-paragrafi 12 u 13 ta’ dan l-Artikolu u għandu jaqbel espressament li jikkonforma mal-paragrafu 11.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx mal-valutazzjoni li tkun saret dwar l-applikazzjoni tal-punti (a), (c) jew (e) tal-ewwel subparagrafu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Abbażi tal-kriterji msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 17, il-Kummissjoni għandha tadotta, atti ta’ implimentazzjoni li jiddikjaraw li r-regolamentazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali ta’ pajjiż terz għandhom l-istess effett bħad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni Ewropea u huma effettivament infurzati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(2).

7.   Id-depożitarju għandu, b’mod ġenerali, jiżgura li l-flussi tal-likwidità tal-AIF huma sorveljati kif suppost u għandu, b’mod partikulari, jiżgura li l-ħlasijiet kollha li jsiru minn investituri jew f’isimhom malli tkun waslet is-sottoskrizzjoni tal-unitajiet jew l-ishma tal-AIF u li l-flus kollha tal-AIF ikunu ġew reġistrati f’ kontijiet f’kontanti miftuħa f’isem l-AIF jew f’isem l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF jew f’isem id-depożitarju li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF għand entità msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/73/KE, jew entità oħra tal-istess natura, fis-suq rilevanti fejn ikun rikjesti l-kontijiet f’kontanti sakemm tali entità tkun suġġetta għal regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali effikaċi li għandhom l-istess effett bħal-liġi tal-Unjoni u li huma effettivament infurzati, u f’konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE.

Fejn il-kontijiet f’kontanti jinfetħu f’isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-AIF, l-ebda flus tal-entità msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-ebda flus minn dawk tad-depożitarju nnifsu m’għandhom jiġu reġistrati f’tali kontijiet.

8.   L-assi tal-AIF, jew, tal-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, għandhom jiġu fdati lid-depożitarju bħala salvagwardja, skont kif ġej:

(a)

għal strumenti finanzjarji li jistgħu jinżammu f’kustodja:

(i)

id-depożitarju għandu jżomm f’kustodja l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu reġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tad-depożitarju u l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu forniti fiżikament lid-depożitarju,

(ii)

għal din il-fini, id-depożitarju għandu jiżgura li dawk l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu reġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tad-depożitarju jiġu reġistrati fil-kotba tad-depożitarju f’kontijiet segregati f’konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE, miftuħin f’isem l-AIF jew, skont ma jista’ jagħti l-każ, f’isem l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, sabiex, f’kull ħin, ikunu jistgħu jiġu identifikati bħala appartenenti għall-AIF f’konformità mal-liġi applikabbli;

(b)

għall-assi oħrajn:

(i)

id-depożitarju għandu jivverifika s-sjieda tal-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, ta’ tali assi u għandu jżomm rekord ta’ dawk l-assi li għalihom ikun sodisfatt li l-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, ikollu s-sjieda ta’ tali assi,

(ii)

il-valutazzjoni jekk l-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, ikollux is-sjieda għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni jew dokumenti pprovduti mill-AIF jew l-AIFM u, fejn tkun disponibbli, fuq evidenza esterna,

(iii)

Iid-depożitarju għandu jżomm ir-rekord tiegħu aġġornat.

9.   Minbarra l-kompiti msemmija fil-paragrafi 7 u 8, id-depożitarju għandu:

(a)

jiżgura li l-bejgħ, l-emissjoni, ix-xiri mill-ġdid, it-tifdija u t-tħassir tal-unitajiet jew tal-ishma tal-AIF jitwettqu f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF;

(b)

jiżgura li l-valur tal-unitajiet jew tal-ishma tal-AIF jiġi kkalkulat f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 19;

(c)

iwettaq l-istruzzjonijiet tal-AIFM, sakemm ma jkunux f’kunflitt mal-liġi nazzjonali applikabbli jew ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF;

(d)

jiżgura li, fit-tranżazzjonijiet li jinvolvu l-assi tal-AIF, kull konsiderazzjoni tinbagħat lill-AIF fil-limiti taż-żmien tas-soltu;

(e)

jiżgura li d-dħul ta’ AIF jiġi applikat f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-AIF jew strumenti ta’ inkorporazzjoni.

10.   Fil-kuntest tar-rwoli rispettivi tagħhom, l-AIFM u d-depożitarju għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust, professjonali, indipendenti u fl-interess tal-AIF jew l-investituri tal-AIF.

Depożitarju m’ għandux iwettaq attivitajiet fir-rigward tal-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, li jistgħu joħolqu kunflitti ta’ interess bejn l-AIF, l-investituri tal-AIF, l-AIFM jew id-depożitarju nnifsu, sakemm id-depożitarju ma jkunx funzjonalment u ġerarkikament issepara t-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu bħala depożitarju mill-kompiti l-oħra tiegħu li potenzjalment joħolqu kunflitt u sakemm il-kunflitti ta’ interess potenzjali ikunu ġew identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF.

L-assi msemmijin fil-paragrafu 8 ma jistgħux jerġgħu jintużaw mid-depożitarju mingħajr il-kunsens minn qabel tal-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF.

11.   Id-depożitarju m’għandux jiddelega lil partijiet terzi l-funzjonijiet tiegħu kif deskritti f’dan l-Artikolu, apparti dawk imsemmijin fil-paragrafu 8.

Id-depożitarju jista’ jiddelega lil partijiet terzi l-funzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 8, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kompiti ma jiġux delegati bl-intenzjoni li jiġu evitati r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(b)

id-depożitarju jista’ juri li hemm raġuni oġġettiva għad-delega;

(c)

id-depożitarju jkun eżerċita kull ħila, attenzjoni u diliġenza dovuta fl-għażla u l-ħatra tal-parti terza li lilha jrid jiddelega partijiet mill-kompiti tiegħu u se jkompli jeżerċità kull ħila, attenzjoni u diliġenza dovuta fir-rieżami perjodiku u s-sorveljanza kontinwa ta’ kull parti terza li lilha jkun iddelega partijiet mill-kompiti tiegħu u tal-arranġamenti tal-parti terza fir-rigward tal-kompiti delegati lilha; u

(d)

id-depożitarju żgura li l-parti terza tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin f’ kull ħin matul l-iżvolġiment tal-kompiti delegati lilha:

(i)

il-parti terza jkollha l-istrutturi u l-kompetenza li huma xierqa u proporzjonati għan-natura u l-kumplessità tal-assi tal-AIF jew tal-AIF li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF li jkunu ġew fdati lilha,

(ii)

fir-rigward ta’ kompiti ta’ kustodja msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 8, il-parti terza hi suġġetta għal regolamentazzjoni, inklużi r-rekwiżiti ta’ kapital minimu, u superviżjoni prudenzjali effikaċi fil-ġurisdizzjoni kkonċernata u, il-parti terza hi suġġetta għal verifika esterna perjodika sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji huma fil-pussess tagħha,

(iii)

il-parti terza tissegrega l-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi tagħha stess u mill-assi tad-depożitarju b’tali mod li, fi kwalunkwe ħin, ikunu jistgħu jiġu identifikati bħala appartenenti għall-klijenti ta’ depożitarju partikulari,

(iv)

il-parti terza ma tagħmilx użu mill-assi mingħajr il-kunsens minn qabel tal-AIF, jew l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, u mingħajr ma d-depożitarju jkun notifikat minn qabel, u

(v)

il-parti terza tikkonforma mal-obbligi u l-projbizzjonijiet ġenerali stipulati fil-paragrafi 8 u 10.

Minkejja l-punt (d)(ii) tat-tieni subparagrafu, meta l-liġi ta’ pajjiż terz tirrikjedi li ċerti strumenti finanzjarji jinżammu f’kustodja minn entità lokali u ma jeżistu ebda entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ delega stabbiliti f’dak il-punt, id-depożitarju jista’ jiddelega l-funzjonijiet tiegħu lil tali entità lokali sal-punt biss rikjest mid-dritt tal-pajjiż terz u sakemm biss ma jkunx hemm entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ delega, suġġetta għar-rikjesti li ġejjin:

(a)

l-investituri tal-AIF rilevanti jridujkunu ġew informati kif dovut li tali delega hi rikjesta minħabba l-limitazzjonijiet legali fil-liġi tal-pajjiż terz u minħabba ċ-ċirkustanzi li jiġġustifkaw id-delega qabel l-investiment tagħhom; u

(b)

l-AIF jew l-AIFM f’isem l-AIF ta istruzzjonijiet lid-depożitarju biex jiddelega l-kustodja tat-tali strumenti finanzjarji lil tali entità lokali.

Il-parti terza tista’, min-naħa tagħha, tissottodelega dawk il-funzjonijiet, suġġett għall-istess kundizzjonijiet. F’ tali każ, il-paragrafu 13 għandu japplika mutatis mutandis lill-partijiet rilevanti.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-paragrafu, il-provvista ta’ servizzi kif speċifikat mid-Direttiva 98/26/KE jew il-provvista ta’ servizzi analogi minn sistemi ta’ pajjiżi terzi ta’ settlement ta’ titoli ma għandux jitqies bħala delega tal-kompiti ta’ funzjonijiet tiegħu.

12.   Id-depożitarju għandu jkun responsabbli lill-AIF lill-investituri tal-AIF għat-telf mid-depożitarju jew minn parti terza li lilha ġiet iddelegata l-kustodja tal-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja skont il-punt (a) tal-paragrafu 8.

Fil-każ ta’ tali telf ta’ strument finanzjarju miżmum f’kustodja, id-depożitarju għandu jirritorna strument finanzjarju tat-tip identiku jew l-ammont korrispondenti lill-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, mingħajr dewmien mhux dovut. Id-depożitarju ma għandux ikun responsabbli jekk jista’ jipprova li t-telf ikun irriżulta mnn avveniment estern li raġonevolment ma setax jikkontrolla, li l-konsegwenzi tiegħu kienu se jkunu inevitabbli minkejja kull sforz raġonevoli għall-kuntrarju.

Id-depożitarju għandu jkun ukoll responsabbli lill-AIF, jew, lill-investituri tal-AIF għal kull telf ieħor li jbatu bħala riżultat tal-falliment negliġenti jew intenzjonat tad-depożitarju li jissodisfa kif suppost l-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva.

13.   Ir-responsabilità tad-depożitarju ma għandhiex tiġi affettwata minn kwalunkwe delega msemmija fil-paragrafu 11.

Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fil-każ ta’ telf tal-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja minn parti terza skont il-paragrafu 11, id-depożitarju jista’ jinħall mir-responsabilità tiegħu jekk ikun jista’ jipprova:

(a)

li r-rekwiżiti kollha għad-delega tal-kompiti ta’ kustodja tiegħu, kif stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 11, huma sodisfatti,

(b)

li jeżisti kuntratt bil-miktub bejn id-depożitarju u l-parti terza li jittrasferixxi espliċitament ir-responsabbiltà tad-depożitarju lil dik il-parti terza u jagħmilha possibbli għall-AIF, jew l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, iressaq ilment kontra l-parti terza fir-rigward tat-telf tal-istrumenti finanzjarji jew għad-depożitarju li jagħmel it-tali lment f’isimhom;u

(c)

kuntratt bil-miktub bejn id-depożitarju u l-AIF, jew, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, li espliċitament jippermetti tħollija tar-responsabilità tad-depożitarju u jistabbilixxi r-raġuni oġġettiva li tħollija ta’ dan it-tip tiġi kkuntrattata.

14.   Barra minn hekk, meta l-liġi ta’ pajjiż terz tirrikjedi li ċerti strumenti finanzjarji jinżammu f’kustodja minn entità lokali u ma jeżistu ebda entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ delega stabbiliti fil-punt (d)(ii) tal-paragrafu 11, id-depożitarju jista’ jinħall mir-responsabbiltà tiegħu sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-regoli jew strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF ikkonċernat jippermettu espliċitament tali tħollija taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dan il-paragrafu;

(b)

l-investituri tal-AIF rilevanti ġew debitament infurmati dwar din it-tħollija u dwar iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw it-tħollija qabel l-investiment tagħhom;

(c)

l-AIF jew l-AIFM f’isem l-AIF ta istruzzjonijiet lid-depożitarju biex jiddelega l-kustodja tat-tali strumenti finanzjarji lil entità lokali;

(d)

jeżisti kuntratt bil-miktub bejn id-depożitarju u l-AIF, jew, skont ma jista’ jagħti l-każ, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, li jippermetti espliċitament tali rilaxx; u

(e)

jeżisti kuntratt bil-miktub bejn id-depożitarju u l-parti terza li jittrasferixxi espressament ir-responsabbiltà tad-depożitarju lil dik l-entità lokali u jagħmilha possibbli għall-AIF, jew skont ma jista’ jagħti l-każ, l-AIFM li jkun qed jaġixxi f’isem l-AIF, iressaq klejm kontra dik l-entità lokali fir-rigward tat-telf tal-istrumenti finanzjarji jew għad-depożitarju li jagħmel it-tali klejm f’isimhom.

15.   Ir-responsabbiltà lejn l-investituri tal-AIF tista’ tiġi invokata direttament jew indirettament permezz tal-AIFM, skont in-natura legali tar-relazzjoni bejn id-depożitarju, l-AIFM u l-investituri.

16.   Id-depożitarju għandu, fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu l-informazzjoni kollha li jkun kiseb filwaqt il-qadi tad-dmirijiet tiegħu u li tista’ tkun meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti tal-AIF jew l-AIFM. Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-AIF jew l-AIFM huma differenti minn dawk tad-depożitarju, l-awtoritajiet kompetenti tad-depożitarju għandhom jaqsmu l-informazzjoni li jirċievu bla dewmien mal-awtoritajiet kompetenti tal-AIF jew l-AIFM.

17.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a)

il-partikularitajiet li hemm bżonn jiġu inklużi fil-kuntratt bil-miktub kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(b)

kriterji ġenerali biex jiġi vvalutat jekk ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali tal-pajjiżi terzi kif imsemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 6 għandhomx l-istess effett bħal-liġi tal-Unjoni u humiex infurzati effettivament;

(c)

il-kundizzjonijiet biex jitwettqu l-funzjonijiet ta’ depożitarju skont il-paragrafi 7, 8 u 9, inklużi:

(i)

it-tip tal-istrumenti finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tad-dmirijiet ta’ kustodja tad-depożitarju skont il-punt (a) tal-paragrafu 8,

(ii)

il-kundizzjonijiet skont liema d-depożitarju jista’ jeżerċita d-dmirijiet ta’ kustodja tiegħu fuq l-istrumenti finanzjarji reġistrati ma’ depożitarju ċentrali, u

(iii)

il-kundizzjonijiet skont liema d-depożitarju għandu jissalvagwardja, l-istrumenti finanzjarji maħruġa f’forma nominattiva u reġistrati ma’ emittent jew reġistrar, skont il-punt (b) tal-paragrafu 8;

(d)

id-dmirijiet ta’ diliġenza dovuta tad-depożitarji skont il-punt (c) tal-paragrafu 11;

(e)

l-obbligu ta’ segregazzjoni skont il-punt (d)(iii) tal-paragrafu 11;

(f)

il-kundizzjonijiet skont liema u ċ-ċirkostanzi li taħthoml-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja għandhom jitqiesu bħala mitlufa;

(g)

x’għandu jitqies bħala avveniment estern barra mill-kontroll raġonevoli, li l-konsegwenzi tiegħu kienu jkunu inevitabbli minkejja kull sforz raġonevoli kollha għall-kuntrarju skont il-paragrafu 12;

(h)

il-kundizzjonijiet skont liema u ċ-ċirkostanzi li taħthom ikun hemm raġuni oġġettiva għal kuntratt ta’ tħollija skont il-paragrafu 13.

KAPITOLU IV

REKWIŻITI TAT-TRASPARENZA

Artikolu 22

Rapport annwali

1.   L-AIFM għandu, għal kull AIF tal-UE li jimmaniġġa, u għal kull AIF li jikkummerċjalizza fl-Unjoni, jagħmel disponibbli rapport annwali għal kull sena finanzjarja mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja. Ir-rapport annwali għandu jkun ipprovdut lill-investituri fuq talba. Ir-rapport annwali għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, u, fejn ikun applikabbli, tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF.

Fejn l-AIF ikun rikjest jagħmel pubbliku rapport finanzjarju annwali f’konformità mad-Direttiva 2004/109/KE, dik l-informazzjoni addizzjonali imsemmija fil-paragrafu 2 biss jeħtieġ tkun ipprovduta lill-invesituri fuq talba, jew b’mod separat jew bħala parti addizzjonali tar-rapport finanzjarju annwali. Fil-każ tal-aħħar ir-rapport finanzjarju annwali għandu jsir pubbliku mhux aktar tard minn erba’ xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja.

2.   Ir-rapport annwali għandu jkun fih mill-anqas dan li ġej:

(a)

karta tal-bilanċ jew rendikont tal-attiv u l-passiv;

(b)

rendikont tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja;

(c)

rapport dwar l-attivitajiet tas-sena finanzjarja;

(d)

kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 20 waqt is-sena finanzjarja koperta mir-rapport;

(e)

l-ammont totali tar-remunerazzjoni għas-sena finanzjarja, maqsum f’remunerazzjoni fissa u varjabbli mħallsa mill-AIFM lill- persunal tiegħu, u l-għadd ta’ benefiċjarji, u, meta jkun rilevanti, l-imgħax riportat mħallsa mill-AIF;

(f)

l-ammont aggregat ta’ remunerazzjoni b’rendikont dettaljat skont il-maniġment ta’ livell għoli u l-membri tal-persunal li l-azzjonijiet tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-AIF.

3.   L-informazzjoni dwar il-kontijiet ippubblikata fir-rapport annwali għandha titħejja f’konformità mal-istandards ta’ kontabilità tal-Istat Membru tad-domiċilja tal-AIF, jew, f’konformità mal-istandards ta’ kontabilità tal-pajjiż terz fejn l-AIF ikun reġistrat u mar-regoli dwar il-kontabilità stabbiliti fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF.

L-informazzjoni dwar il-kontijiet ippubblikata fir-rapport annwali għandha tkun ivverifikata minn persuna waħda jew iżjed mogħtija s-setgħa bil-liġi biex jivverifikaw il-kontijiet f’konformità mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (26). Ir-rapport tal-awditur, inkluż kwalunkwe kwalifikazzjonijiet, għandu jiġu riprodott bis-sħiħ fir-rapport annwali.

Bħala deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li AIFMs li jikkummerċjalizzaw AIFs mhux tal-UE jagħmel ir-rapporti annwali ta’ dawk l-AIF suġġetti għal verifika li tissodisfa l-istandards internazzjonali dwar il-verifiki fis-seħħ fil-pajjiż fejn l-AIF ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw il-kontenut u l-format tar-rapport annwali. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adattati għat-tip ta’ AIF li għalihom ikunu applikabbli.

Artikolu 23

Żvelar lill-investituri

1.   L-AIFM għandu, għal kull AIF tal-UE li jimmaniġġa, u għal kull AIF li jikkummerċjalizza fl-Unjoni Ewropea, jagħmel disponibbli lill-investituri tal-AIF, b’mod kif stipulat fir-regoli tal-fond jew l-strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF l-informazzjoni li ġejja qabel ma jinvestu fl-AIF, kif ukoll kwalunkwe bidliet materjali li jsirulha:

(a)

deskrizzjoni tal-istrateġija tal-investiment u l-objettivi tal-AIF, informazzjoni dwar fejn hu stabbiliti kull AIF prinċipali u fejn huma stabbiliti l-fondi sottostanti jekk l-AIF hu fond ta’ fond, deskrizzjoni tat-tipi tal-assi kollha li l-AIF jista’ jinvesti fihom, it-tekniki li jista’ juża u r-riskji kollha assoċjati, kwalunkwe restrizzjonijiet tal-investiment applikabbli, iċ-ċirkustanzi li fihom l-AIF jista’ juża leverage finanzjarju, it-tipi u s-sorsi ta’ leverage finanzjarju permessi u r-riskji assoċjati, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu tal-leverage finanzjarju u kwalunkwe arranġamenti dwar l-użu mill-ġdid ta’ kollaterali u assi, u l-livell massimu ta’ leverage finanzjarju li l-AIFM ikun intitolat għalih biex jista’ juża f’isem l-AIF;

(b)

deskrizzjoni tal-proċeduri li bihom l-AIF jista’ jibdel l-istrateġija tal-investiment jew il-politika tal-investiment tiegħu, jew it-tnejn li huma;

(c)

deskrizzjoni tal-implikazzjonijiet legali prinċipali tar-relazzjoni kuntrattwali li jkun daħal fiha għall-fini tal-investiment, inkluż informazzjoni dwar ġurisdizzjoni, dwar il-liġi applikabbli u l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe strument legali li jipprovdi għar-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fuq it-territorju fejn l-AIF ikun stabbilit;

(d)

l-identità tal-AIFM, tad-depożitarju tal-AIF, l-awditur u kwalunkwe fornitur ta’ servizz ieħor u deskrizzjoni tad-dmirijiet tagħhom u d-drittijiet tal-investituri;

(e)

deskrizzjoni ta’kif l-AIFM qed jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9(7);

(f)

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe funzjonijietmaniġerjali kif imsemmija fl-Anness I mill-AIFM u ta’ kwalunkwe funzjonijietta’ salvagwardja delegati mid-depożitarju, l-identifikazzjoni tad-delegat u kull kunflitt ta’ interess li jista’ jirriżulta minn tali delegi;

(g)

deskrizzjoni tal-proċedura ta’ valtuazzjoni tal-AIF u tal-metodoloġija tal-ipprezzar għall-valtuazzjoni tal-assi, inklużi l-metodi użati fil-valtuazzjoni tal-assi mhux faċilment stimabbli skont l-Artikolu 19;

(h)

deskrizzjoni tal-immaniġġar tar-riskji tal-likwidità tal-AIF, inklużi d-drittjiet tat-tifdija kemm f’ċirkostanzi normali kif ukoll eċċezzjonali u l-arranġamenti ta’ tifdija eżistenti mal-investituri;

(i)

deskrizzjoni tat-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha u tal-ammonti massimi ta’ dawn li jiġġarrbu direttament jew indirettament mill-investituri;

(j)

deskrizzjoni ta’ kif l-AIFM jiżgura trattament ġust għall-investituri u, kull meta investitur jirċievi trattament preferenzjali jew id-dritt li jikseb trattament preferenzjali, deskrizzjoni ta’ dak it-trattament preferenzjali, it-tip ta’ investituri li jiksbu tali trattament preferenzjali, kif ukoll, meta jkun rilevanti, ir-rabtiet legali jew ekonomiċi tagħhom mal-AIF jew l-AIFM;

(k)

l-aħħar rapport annwali msemmi fl-Artikolu 22;

(l)

il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ u l-bejgħ ta’ unitajiet jew ishma;

(m)

l-aħħar valur nett tal-assi tal-AIF jew l-aħħar prezz tas-suq tal-unità jew is-sehem tal-AIF, skont l-Artikolu 19;

(n)

meta disponibbli, il-prestazzjoni storika tal-AIF;

(o)

l-identità tal-intermedjarju ewlieni u deskrizzjoni ta’ kull arranġament materjali tal-AIF mal-intermedjarji ewlenin tiegħu u l-mod kif inhuma ġestiti l-kunflitti ta’ interessi li għandhom x’jaqsmu magħhom, u id-dispożizzjoni fil-kuntratt mad-depożitarju dwar il-possibilità tat-trasferiment jew l-użu mill-ġdid tal-assi tal-AIF, u informazzjoni dwar kwalunkwe trasferiment ta’ responsabilità lill-intermedjarju ewlieni li tista’ teżisti;

(p)

deskrizzjoni ta’ kif u meta se tiġi żvelata l-informazzjoni rikjesta mill-paragrafi 4 u 5.

2.   L-AIFM għandhom jinfurmaw lill-investituri qabel ma jinvestu f’AIF b’kwalunkwe arranġament magħmul mid-depożitarju biex kuntrattwalment jinħall mir-responsabilità f’konformità mal-Artikolu 21(13). L-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-investituri dwar kull tibdil fir-rigward tar-responsabilità tad-depożitarju mingħajr dewmien.

3.   Fejn l-AIF hu meħtieġ jippubblika prospett f’konformità mad-Direttiva 2003/71/KE jew f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li hija addizzjonali għal dik li tinsab fil-prospett biss jeħtieġ li tkun żvelata b’mod separat jew bħala informazzjoni addizzjonali fil-prospett.

4.   L-AIFMs għandhom, għal kull AIF tal-UE li jimmaniġġaw, u għal kull AIF li jikkummerċjalizzaw fl-Unjoni, jiżvelaw perjodikament lill-investituri:

(a)

il-persentaġġ tal-assi tal-AIF li huma suġġetti għal arranġament speċjali minħabba n-natura illikwida tagħhom;

(b)

kwalunkwe arranġament ġdid għall-immaniġġar tal-likwidità tal-AIF;

(c)

il-profil tar-riskju kurrenti tal-AIF u s-sistemi tal-immaniġġar tar-riskji użati mill-AIFM biex jimmaniġġa dawk ir-riskji.

5.   AIFMs li jimmaniġġaw AIFs tal-UE li jużaw il-leverage finanzjarju jew li jikkummerċjalizzaw fl-Unjoni AIFs li jużaw l-leverage finanzjarju, għandhom, għal kull AIF ta’ dan it-tip, jiżvelaw fuq bażi regolari:

(a)

kull tibdil għal-livell massimu ta’ leverage finanzjarju li l-AIFM jista’ juża f’isem l-AIF, kif ukoll kwalunkwe dritt ta’ użu mill-ġdid ta’ kollaterali jew kwalunkwe garanzija mogħtija skont l-arranġament tal-leverage finanzjarju;

(b)

l-ammont totali ta’ leverage finanzjarju użat minn dak l-AIF.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw l-obbligi tal-iżvelar tal-AIFM imsemmijin fil-paragafi 4 u 5, inkluża l-frekwenza tal-iżvelar msemmija fil-paragrafu 5. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adattati għat-tip ta’ AIFM li għalihom ikunu applikabbli.

Artikolu 24

Obbligi ta’ rapportar lill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-AIFM għandu jirrapporta regolarment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu dwar is-swieq u l-istrumenti prinċipali li fihom jinnegozja f’isem l-AIF li jimmaniġġa.

Dan għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-istrumenti prinċipali li jinnegozja fihom, dwar is-swieq li huwa membru tagħhom jew li jinnegozja attivament fihom, u l-esponimenti prinċipali u l-konċentrazzjonijiet l-aktar importanti ta’ kull AIF li jimmaniġġa.

2.   AIFM għandu, għal kull AIF tal-UE li jimmaniġġa, u għal kull AIF li jikkummerċjalizza fl-Unjoni Ewropea, jipprovdi dan li ġej lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu:

(a)

il-persentaġġ tal-assi tal-AIF li huma suġġetti għal arranġament speċjali minħabba l-għamla illikwida tagħhom;

(b)

kwalunkwe arranġament ġdid għall-immaniġġar tal-likwidità tal-AIF;

(c)

il-profil tar-riskju kurrenti tal-AIF u s-sistemi tal-immaniġġar tar-riskji użati mill-AIFM għall-immaniġġar tar-riskji tas-suq, ir-riskji tal-likwidità, ir-riskji tal-kontropartijiet u riskji oħrajn inklużi r-riskju operattiv;

(d)

informazzjoni dwar il-kategoriji prinċipali tal-assi li fihom investa l-AIF; u

(e)

ir-riżultati tas-simulazzjonijiet ta’ krizi mwettqa f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 15(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1).

3.   L-AIFM għandu, fuq talba, jipprovdi d-dokumenti li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu:

(a)

rapport annwali ta’ kull AIF tal-UE mmaniġġat mill-AIFM u, għal kull AIF li jikkummerċjalizza minnu fl-Unjoni għal kull sena finanzjarja, skont l-Artikolu 22(1);

(b)

għal kull tmiem ta’ kull kwart ta’ sena lista dettaljata tal-AIFs kollha li l-AIFM jimmaniġġa.

4.   L-AIFM li qed jimmaniġġa AIFs li jużaw il-leverage finanzjarju fuq bażi sostanzjali għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, informazzjoni dwar il-livell totali ta’ leverage finanzjarju użat minn kull AIF li jimmaniġġa, rendikont dettaljat tal-leverage finanzjarju li jokkorri mill-ksib ta’ flus jew titoli b’self u l-leverage finanzjarju inkorporata f’derivattivi finanzjarji u sa liema punt reġgħu intużaw l-assi tal-AIF skont arranġamenti ta’ leverage finanzjarju.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-identità tal-ħames l-ikbar sorsi ta’ flus jew titoli missellfa għal kull AIF immaniġġat mill-AIFM, u l-ammonti tal-leverage finanzjarju li jkun rċieva minn kull waħda minn dawk is-sorsi għal kull wieħed minn dawk l-AIFs.

Għall-AIFMs mhux tal-UE, l-obbligi ta’ rapportar msemmija f’dan il-paragrafu huma limitati għall-AIFs tal-UE mmaniġġati minnhom u l-AIFs mhux tal-UE kkumerċjalizzati minnhom fl-Unjoni.

5.   Fejn meħtieġ għall-monitoraġġ effettiv tar-riskju sistemiku, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jistgħu jirrikjedu informazzjoni oħra minbarra dik deskritta f’dan l-Artikolu, fuq bażi perjodika, kif ukoll fuq bażi ad-hoc. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-AETS dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali.

F’ċirkustanzi eċċezzjonali u meta jkun rikjest sabiex tiġi żgurata l-istabilità u l-integrità tas-sistema finanzjarja, jew għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli fit-tul, l-AETS tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jimponu rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a)

fejn il-leverage finanzjarju għandu jkun ikkunsidrat li qed tintuża fuq bażi sostanzjali għall-finijiet tal-paragrafu 4; u

(b)

l-obbligi li tiġi rrapportata u pprovduta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5.

Dawk l-atti ddelegati għandhom iqisu l-ħtieġa li jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv fuq l-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU V

AIFMS LI JIMMANIĠĠAW TIPI SPEĊIFIĊI TA’ AIFS

TAQSIMA 1

AIFMs li jimmaniġġaw AIFs b’leverage

Artikolu 25

Użu tal-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, kooperazzjoni superviżorja u limiti għal-livell tal-leverage

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM jużaw l-informazzjoni li trid tinġabar skont l-Artikolu 24 għall-finijet tal-identifikazzjoni tal-punt safejn l-użu tal-leverage jikkontribwixxi għall-akkumulu ta’ riskju sistemiku fis-sistema finanzjarja, riskji ta’ swieq diżordinati jew riskji għat-tkabbir fit-tul tal-ekonomija.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha miġbura skont l-Artikolu 24, fir-rigward tal-AIFM kollha li jissorveljaw u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 7, issir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri rilevanti l-oħra, l-AETS u l-BERS permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 50 dwar il-kooperazzjoni superviżorja. Dawn għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu ukoll informazzjoni permezz ta’ dawk il-proċeduri, u bilateralment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li jkunu direttament ikkonċernati, jekk AIFM taħt ir-responsabbilta tagħhom, jew AIF immaniġġata minn dak l-AIFM ikunu potenzjalment jikkostitwixxu sors importanti ta’ riskju ta’ kontropartijiet lil istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjonijiet oħra sistemikament rilevanti fi Stati Membri oħra.

3.   L-AIFM għandu juri li l-limiti għal-leverage għal kull AIF li jimmaniġġa huma raġonevoli u li jikkonforma ma’ dawk il-limiti stabbiliti minnu, f’kull ħin. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji li jista’ jkollu l-użu tal-leverage minn AIFM fir-rigward tal-AIFs li jimmaniġġa u meta jitqies li hu meħtieġ sabiex tiġi ggarantita l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, wara li jkunu nnotifikaw lill-AETS, lill-BERS u, lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF rilevanti, għandhom jimponu limiti fuq il-livell tal-leverage li AIFM ikun intitolat li juża jew restrizzjonijiet oħrajn fuq l-immaniġġar tal-AIF fir-rigward tal-AIF li qed jimmaniġġa sabiex jiġi limitat il-punt sa fejn l-użu tal-leverage finanzjarju jikkontribwixxi għall-akkumulu ta’ riskju sistemiku fis-sistema finanzjarja jew riskji ta’ swieq diżordinati. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw kif dovut lill-AETS, l-BERS u, lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF, dwar l-azzjonijiet li ttieħdu f’dan ir-rigward, permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 50.

4.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 għandha ssir mhux inqas minn għaxart ijiem tax-xogħol qabel ma jkun maħsub li l-miżura proposta tidħol fis-seħħ jew tiġġedded. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji tal-miżuri proposta, ir-raġunijiet għall-miżura u meta jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM jistgħu jiddeċiedu li l-miżura proposta tidħol fis-seħħ fiż-żmien tal-perijodu mesmmi fl-ewwel sentenza.

5.   L-AETS għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u kkoordinazzjoni, u b’mod partikulari, tipprova tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti, fir-rigward tal-miżuri proposti mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 3.

6.   Wara li tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 3, l-AETS għandha toħroġ parir lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM dwar il-miżura li qed tiġi proposta jew li tkun ittieħdet. Il-parir jista’ jindirizza, b’mod partikulari, jekk jidhirx li l-kundizzjonijiet biex tittieħed azzjoni humiex qed jiġu sodisfatti, jekk il-miżuri humiex xierqa u t-tul tal-miżuri.

7.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tirċievi skont il-paragrafu 2, u wara li tqis kwalunkwe parir tal-BERS, l-AETS tista’ tikkonstata li l-leverage finanzjarju użat minn AIFM, jew minn grupp ta’ AIFM, hu riskju sostanzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja u tista’ toħroġ parir lill-awtoritajiet kompetenti li jispeċifika l-miżuri ta’ rimedju li għandhom jittieħdu, inklużi limiti għal-livell tal-leverage finanzjarju li dik l-AIFM, jew dak il-grupp ta’ AIFMs, ikunu intitolati li jużaw. L-AETS għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, lill-BERS u lill-Kummissjoni dwar kull konstatazzjoni ta’ dan it-tip.

8.   Jekk awtorità kompetenti tipproponi li tieħu azzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fil-paragrafi 6 jew 7, għandha tinforma lill-AETS, waqt li tiddikjara r-raġunijiet tagħha. L-AETS tista’ tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew mhix bi ħsiebha tikkonforma mal-parir tagħha. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti biex ma tikkonformax mal-parir tagħha. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirċieva preavviż dwar tali publikazzjoni.

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jistabbilixxu l-prinċipji li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom l-awtoritajiet kompetenti japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3, waqt li jitqiesu l-istrateġiji differenti tal-AIF, il-kundizzjonijiet differenti tas-suq li fihom joperaw AIFs u l-effetti proċikliċi potenzjali li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

TAQSIMA 2

Obbligi għall-aifms li jimmaniġġaw aifs li jakkwistaw kontroll ta’ kumpanniji u emittenti mhux ikkwotati

Artikolu 26

Ambitu

1.   Din it-Taqsima għandha tapplika għal dan li ġej:

(a)

AIFMs li jimmaniġġaw AIF wieħed jew iżjed li individwalment jew b’mod konġunt fuq il-bażi ta’ ftehim immirat lejn il-ksib ta’ kontroll, jakkwistaw kontroll ta’ kumpanija mhux ikkwotata f’konformità mal-paragrafu 5;

(b)

AIFMs li jikkoperaw ma’ AIFM wieħed jew iżjed oħrajn fuq il-bażi ta’ ftehim skont liema l-AIF immaniġġati minn dawn l-AIFMs b’mod konġunt jakkwistaw kontroll ta’ kumpanija mhux ikkwotata f’konformità mal-paragrafu 5;

2.   Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika fejn il-kumpaniji mhux ikkwotati konċernati jkunu:

(a)

intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tal-anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (27); jew

(b)

mezzi b’għan speċjali bl-iskop li jixtru, iżommu jew jamministraw beni immobiljari.

3.   Bla ħsara għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-paragrafu 1 tal-Artikolu 27(1) għandu japplika wkoll għal AIFMs li jimmaniġġaw AIFs li jakkwistaw parteċipazzjoni mhux ta’ kontroll f’kumpanija mhux ikkwotata.

4.   L-Artikolu 28(1), (2) u (3) u l-Artikolu 30 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward ta’ AIFMs li jimmaniġġaw AIFs li jakkwistaw kontroll tal-emittenti. Għall-finijiet ta’ dawk l-Artikoli, il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

5.   Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għall-kumpaniji mhux ikkwotati, kontroll għandu jfisser aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot tal-kumpanija.

Meta jkun qed jiġi kkalkulat il-persentaġġ tad-drittijiet tal-vot li jkollu l-AIF rilevanti, minbarra id-drittijiet tal-vott li jkollu direttament l-AIF rilevanti għandhom jitqiesu d-drittijiet tal-vot ta’ dawn li ġejjin, sakemm il-kontroll, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu, ikun ġie stabbilit:

(a)

impriża kkontrollata mill-AIF; u

(b)

persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’isimha proprju imma akkont tal-AIF jew akkont ta’ kwalunkwe impriża kkontrollata mill-AIF.

Il-persentaġġ tad-drittijiet tal-vot għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-ishma kollha li magħhom hemm marbuta drittijiet tal-vot anke jekk l-eżerċitar tagħhom hu sospiż.

Minkejja il-punt (i) tal-Artikolu 4(1), għall-finijiet tal-Artikolu 28(1), (2) u (3) u l-Artikolu 30 fir-rigward tal -emittenti, il-kontroll għandu jiġi detereminat skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2004/25/KE.

6.   Din it-Taqsima għandha tapplika suġġetta għall-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/14/KE.

7.   Din it-Taqsima għandha tapplika bla ħsara għal kwalunkwe regoli aktar stretti adottati mill-Istati Membri fir-rigward tal-akkwiżizzjoni ta’ holdings f’emittenti u kumpaniji mhux ikkwotati fit-territorji tagħhom.

Artikolu 27

Notifika tal-akkwiżizzjoni ta’ holdings ewlenin u ta’ kontroll f’kumpaniji mhux ikkwotati

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, jiddisponi minn jew ikollu f’idejh ishma ta’ kumpanija mhux ikkwotata, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu dwar il-proporzjoni tad-drittijiet tal-vot tal-kumpanija mhux ikkwotata li l-AIF ikollu fi kwalunkwe ħin meta dak il-proporzjon jilħaq, jaqbeż jew jinżel anqas mil-limiti minimi ta’ 10 %, 20 %, 30 %, 50 % u 75 %.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata skont l-Artikolu 26(1), flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF għandu jinnotifika wara l-akkwist ta’ kontroll mill-AIF:

(a)

lill-kumpanija mhux ikkwotata;

(b)

lill-azzjonisti li l-identitajiet u l-indirizzi tagħhom huma disponibbli għall-AIFM jew li jistgħu jsiru disponibbli mill-kumpanija mhux ikkwotata jew permezz ta’ reġistru li jkollu l-AIFM jew li jista’ jikseb aċċess għalih; u

(c)

lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM.

3.   In-notifika rikjesta skont il-paragrafu 2 għandu jkun fiha l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a)

is-sitwazzjoni li tirriżulta fit-termini tad-drittijiet tal-vot;

(b)

il-kundizzjonijiet skont liema ġie akkwistat il-kontroll, inkluża l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti differenti involuti, kull persuna fiżika jew entità ġuridika intitolata li teżerċita d-drittijiet tal-vot f’isimha u, jekk ikun applikabbli, il-katina ta’ impriżi li permezz tagħhom effettivament jinżammu d-drittijiet tal-vot;

(c)

id-data li fiha ġie akkwistat il-kontroll.

4.   Fin-notifika tiegħu lill-kumpanija mhux ikkwotata, l-AIFM għandu jitlob lill-bord tad-diretturi tal-kumpanija jinformaw lir-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, lill-impjegati nnifishom, mingħajr dewmien mhux dovut, dwar l-akkwiżizzjoni ta’ kontroll mill-AIF immaniġġat mill-AIFM u dwar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 t’hawn fuq. L-AIFM għandu juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li r-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, l-impjegati nnifishom, jiġu informati kif dovut mill-bord tad-diretturi f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

5.   In-notifiki msemmijin fil-paragafi 1, 2 u 3 għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn għaxart ijiem ta’ xogħol, wara d-data meta l-AIF ikun laħaq, qabeż jew waqa’ taħt il-limitu minimu rilevanti, jewikun akkwista kontroll fuq il-kumpanija mhux ikkwotata.

Artikolu 28

Żvelar fil-każ ta’ akkwiżizzjoni ta’ kontroll

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata jew emittent skont l-Artikolu 26(1) flimkien mal-paragrafu (5) ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF għandu jqiegħed l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għad-dispożizzjoni ta’:

(a)

il-kumpanija kkonċernata;

(b)

l-azzjonisti tal-kumpanija li l-identitajiet u l-indirizzi tagħhom huma disponibbli għall-AIFM jew li jistgħu jsiru disponibbli mill-kumpanija jew permezz ta’ reġistru li jkollu l-AIFM jew li jista’ jikseb aċċess għalih; u

(c)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 issir disponibbli wkoll għall-awtoritajiet kompetenti tal-kumpanija mhux ikkwotata li l-Istati Membri jistgħu jindikaw f’dak is-sens.

2.   L-AIFM għandu jagħmel disponibbli:

(a)

l-identità tal-AIFMs li jew individwalment jew inkella bi ftehim ma’ AIFMs oħra jimmaniġġaw l-AIF li jkunu akkwistaw kontroll;

(b)

il-politika għall-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-kunflitti ta’ interess, partikolarment bejn l-AIFM, l-AIF u l-kumpanija, inkluża l-informazzjoni dwar is-salvagwardji speċifiċi stabbiliti biex jiġi żgurat li kwalunkwe ftehim bejn l-AIFM u/jew l-AIF u l-kumpanija jkun konkluż bejn partijiet indipendenti u pari; u

(c)

il-politika għall-komunikazzjoni esterna u interna relatata mal-kumpanija, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal-impjegati.

3.   Fin-notifika tiegħu lill-kumpanija skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, l-AIFM għandu jitlob lill-bord tad-diretturi tal-kumpanija jinforma lir-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, lill-impjegati nnifishom, mingħajr dewmien mhux dovut, dwar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-AIFM għandu juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li r-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, l-impjegati nnifishom, jiġu informati kif dovut mill-bord tad-diretturi f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

4.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata skont l-Artikolu 26(1) flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF jiżvela jew għandu jiżgura li l-AIF jiżvela, l-intenzjonijiet ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tal-negozju futur tal-kumpanija mhux ikkwotata u r-riperkussjonijiet probabbli fuq l-impjiegi, inkluża kull bidla materjali fil-kundizzjonijiet tal-impjieg:

(a)

lill-kumpanija mhux ikkwotata; u

(b)

lill-azzjonisti tal-kumpanija mhux ikkwotata li l-identitajiet u l-indirizzi tagħhom huma disponibbli għall-AIFM jew li jistgħu jsiru disponibbli mill-kumpanija mhux ikkwotata jew permezz ta’ reġistru li jkollu l-AIFM jew li jista’ jikseb aċċess għalih.

Barra minn hekk, l-AIFM li qed jimmaniġġa l-AIF rilevanti għandu jitlob u juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li l-bord tad-diretturi tal-kumpanija mhux ikkwotata tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, l-impjegati nnifishom, l-informazzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu.

5.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata skont l-Artikolu 26(1) flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu u lill-investituri tal-AIF bl-informazzjoni dwar il-finanzjament tal-akkwiżizzjoni.

Artikolu 29

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rapport annwali ta’ AIF li jeżerċita kontroll fuq kumpaniji mhux ikkwotati

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata skont l-Artikolu 26(1), flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF għandu:

(a)

jew jitlob u juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li r-rapport annwali tal-kumpanija mhux ikkwotata li jitfassal f’konformità mal-paragrafu 2 isir disponibbli mill-bord tad-diretturi tal-kumpanija lir-rappreżentanti kollha tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, l-impjegati nnifishom, fi żmien il-perijodu meta tali rapport annwali jrid jitfassal f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli; jew

(b)

għal kull AIF ta’ dan it-tip jinkludi fir-rapport annwali previst fl-Artikolu 22 l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 relatata mal-kumpanija mhux ikkwotata rilevanti.

2.   L-informazzjoni addizzjonali li trid tiġi inkluża fir-rapport annwali tal-kumpanija, jew l-AIF, f’konformità mal-paragrafu 1, għandu jinkludi tal-anqas eżami ġust tal-iżvilupp tan-negozju tal-kumpanija li jirrappreżenta s-sitwazzjoni fi tmiem il-perijodu kopert mir-rapport annwali. Ir-rapport għandu jagħti wkoll indikazzjoni ta:

(a)

kwalunkwe avveniment importanti li jkun seħħ mit-tmiem tas-sena finanzjarja;

(b)

l-iżvilupp futur probabbli tal-kumpanija; u

(c)

l-informazzjoni dwar akkwiżizzjoni ta’ ishma proprji prevista mill-Artikolu 22(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE (28).

3.   L-AIFM li jimmaniġġa l-AIF rilevanti għandu jew:

(a)

jitlob u juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li l-bord tad-diretturi tal-kumpanija mhux ikkwotata iqieħed l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 relatata mal-kumpanija kkonċernata għad-dispożizzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati tal-kumpanija kkonċernata, jew, fejn ma jkunx hemm, lill-impjegati nnifishom fi żmien il-perijodu msemmi fl-Artikolu 22(1); jew,

(b)

iqieħed l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-investituri tal-AIF, sa fejn tkun diġà disponibbli, fi żmien il-perijodu msemmi fl-Artikolu 22(1) u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mid-data meta r-rapport annwali tal-kumpanija mhux ikkwotata jkun tfassal f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 30

Asset stripping

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata jew emittent skont l-Artikolu 26(1), flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF għandu, għal perijodu ta’ 24 xahar wara l-akwiżizzjoni tal-kontroll tal-kumpanija mill-AIF:

(a)

ma jitħalliex jiffaċilita, jappoġġa jew jordna kull distribuzzjoni, tnaqqis tal-kapital, tifdija tal-ishma u/jew akkwiżizzjoni tal-ishma proprji mill-kumpanija kif deskritt fil-paragrafu 2;

(b)

sakemm l-AIFM huwa awtorizzat jivvota f’isem l-AIF fil-laqgħat tal-korpi ta’ tmexxija tal-kumpanija, ma jivvotax favur distribuzzjoni, tnaqqis tal-kapital, tifdija ta’ ishma u/jew akwiżizzjoni ta’ ishma proprji min-naħa tal-kumpanija kif deskritt fil-paragrafu 2; u

(c)

fi kwalunkwe każ juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jipprevjeni d-distribuzzjonijiet, it-tnaqqis tal-kapital, it-tifdija tal-ishma u/jew l-akkwiżizzjoni tal-ishma proprji mill-kumpanija kif deskritt fil-paragrafu 2.

2.   L-obbligi imposti fuq l-AIFM skont il-paragrafu 1 għandhom jirrelataw ma’ dan li ġej:

(a)

kull distribuzzjoni lill-azzjonisti li ssir meta fid-data tal-għeluq tal-aħħar sena finanzjarja l-assi netti stipulati fil-kontijiet annwali tal-kumpanija jkunu, jew wara tali distribuzzjoni jsiru, anqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt flimkien ma’ dawk ir-riżervi li ma jistgħux jiġu distribwiti skont il-liġi jew l-istatuti, fil-fehim li fejn il-parti tal-kapital sottoskritt li ma tħallsitx mill-azzjonisti ma tkunx inkluża fl-assi li jidhru fil-bilanċ, dan l-ammont għandu jitnaqqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt;

(b)

kull distribuzzjoni lill-azzjonisti li l-ammont tagħha jaqbeż l-ammont tal-profitti fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja flimkien ma kull profitt li jiġi trasferit għas-sena ta’ warau s-somom misluta mir-riżervi disponibbli għal dan l-iskop, mingħajr kull telf trasferit għas-sena ta’ wara u s-somom imqiegħda fir-riżerva f’konformità mal-liġi jew l-istatuti;

(c)

safejn ikunu permessi l-akwiżizzjonijiet tal-ishma proprji, l-akwiżizzjonijiet mill-kumpanija, inklużi l-ishma akwiżiti minn qabel mill-kumpanija u miżmuma minnha, u l-ishma akwiżiti minn persuna li jaġixxi f’ismu imma għall-kumpanija, li jkollhom l-effett li jnaqqsu l-assi netti l-isfel mill-ammont imsemmi fil-punt (a).

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2:

(a)

il-kelma “distribuzzjoni” msemmija fil-paragrafu 2 tinkludi b’mod partikulari l-ħlas ta’ dividendi u ta’ mgħax relatati mal-ishma;

(b)

id-dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis tal-kapital m’ għandhomx japplikaw għal tnaqqis fil-kapital sottoskritt, li l-iskop tiegħu hu li jagħmel tajjeb għal telf imġarrab jew li jinkludi somom ta’ flus f’riżerva mhux distribwibbli sakemm, wara dik l-operazzjoni, l-ammont ta’ tali riżerva ma jkunx aktar minn 10 % tal-kapital sottoskritt imnaqqas; u

(c)

ir-restrizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandha tkun suġġetta għall-punti (b) sa (h) tal-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 77/91/KEE.

KAPITOLU VI

ID-DRITTIJIET TAL-AIFM TAL-UE LI JIKKUMERĊJALIZZAW U JIMMANIĠĠAW AIF TAL-UE FL-UNJONI

Artikolu 31

Kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ AIFs tal-UE fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM awtorizzat tal-UE jista’ jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma ta’ AIF li huwa jimmaniġġa lil investituri professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM hekk kif jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Fejn l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni, id-dritt għall-kummerżjalizzazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-AIF prinċipali jkun stabbilit fi Stat Membru u mmaniġġat minn AIFM tal-UE awtorizzat.

2.   L-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF tal-UE li jkollu l-intenzjoni jikkummerċjalizza.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness III.

3.   Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu fajl ta’ notifika komplut skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw lill-AIFM jekk jistax jibda jikkummerċjalizza l-AIF identifikati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jipprevjenu biss il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF jekk l-immaniġġar tal-AIF mill-AIFMs ma jikkonformax jew mhuwiex se jikkonforma ma’ din id-Direttiva jew, l-AIFM ma jikkonformax jew mhuwiex se jikkonforma ma’ din id-Direttiva. Fil-każ ta’ deċiżjoni pożittiva, l-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu mid-data tan-notifika mill-awtoritajiet kompetenti li tikkonferma li l-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF.

Jekk ikunu differenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF li l-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF.

4.   Fil-każ ta’ bidla materjali f’kwalunkwe mid-dettalji kkomunikati f’konformità mal-paragrafu 2, l-AIFM għandu jagħti avviż bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla fir-rigward ta’ kull bidla ppjanata mill-AIFM, jew immedjatament wara li tkun seħħet bidla mhux ippjanata.

Jekk, skont bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew b’ xi mod, l-AIFM ma jibqax jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li m’ għandux jimplimenta l-bidla.

Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni paragrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux pjanata skont liema l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità din id-Direttiva jew, b’xi mod l-AIFM ma jibqax jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża, jekk ikun hemm bżonn il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.

5.   Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:

(a)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 2; u

(b)

il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 4.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.   Bla ħsara għall-Artikolu 43(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIF immaniġġati u kkumerċjalizzati mill-AIFM jiġu kkummerċjalizzati biss lil investituri professjonali.

Artikolu 32

Kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ AIFs tal-UE fi Stati Membri li mhux l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM awtorizzat tal-UE jista’ jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma ta’ AIF li huwa jimmaniġġa lil investituri professjonali fi Stat Membru ieħor apparti mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM hekk kif jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Fejn l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni, id-dritt għall-kummerżjalizzazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-AIF prinċipali jkun stabbilit fi Stat Membru u mmaniġġat minn AIFM tal-UE awtorizzat.

2.   L-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF tal-UE li jkollu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness IV.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom, mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-data minn meta jirċievu l-fajl komplut ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 2, jittrażmettu l-fajl komplut ta’ notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikun intiż li l-AIF jiġi kkummerċjalizzat. Tali trażmissjoni għandha sseħħ biss jekk l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF huwa u se jkompli jkun f’konformità ma’ din id-Direttiva u jekk, b’xi mod, l-AIFM jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat jimmaniġġa AIFs bi strateġija ta’ investiment partikulari.

4.   Malli jittrażmettu l-fajl ta’ notifika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-AIFM dwar it-trażmissjoni. L-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istat Membru ospitanti tal-AIFM mid-data ta’ dik in-notifika.

Jekk jkunu differenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF li l-AIFM jista’ jibda jikkumerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF fl-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

5.   L-arranġamenti imsemmija fil-punt (h) tal-Anness IV għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet u s-superviżjoni tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ittra ta’ notifika mill-AIFM msemmija fil-paragrafu 2 u d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 jiġu pprovduti f’lingwa li hi komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni elettronika u l-iffajljar tad-dokumenti imsemmija fil-paragrafu 3 jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

7.   Fil-każ ta’ bidla materjali ta’ kwalunkwe mill-partikulari kkomunikati f’konformità mal-paragrafu 2, l-AIFM għandu jagħti avviż bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla ppjanata, jew immedjatament wara li tkun seħħet bidla mhux ippjanata.

Jekk, wara bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM ma jibqax jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.

Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux ippjanata li minħabba fiha l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jkunx se jibqa’ f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’ xi mod, l-AIFM ma jkunx se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża, jekk ikun hemm bżonn il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.

Jekk il-bidliet ikunu aċċettabbli, għax ma jinfluwenzawx il-konformità tal-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma’ din id-Direttiva, jew, b’ xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-IstatiMembri ospitanti tal-AIFM dwar dawn il-bidliet.

8.   Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:

(a)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;

(c)

il-forma tat-trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 3; u

(d)

il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 7.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 AETS.

9.   Bla ħsara għall-Artikolu 43(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIFs immaniġġati u kkumerċjalizzati mill-AIFM jiġu kkummerċjalizzati biss lil investituri professjonali.

Artikolu 33

Kundizzjonijiet għall-immaniġġar ta’ AIFs tal-UE stabbiliti fi Stati Membri oħra

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM awtorizzat tal-UE jista’ jimmaniġġa AIF tal-UE stabbilit fi Stat Membru ieħor jew direttament jew inkella permezz tal-istabbiliment ta’ fergħa, sakemm l-AIFM ikun awtorizzat biex jimmaniġġa dak it-tip ta’ AIF.

2.   Kwalunkwe AIFM intenzjonat li jimmaniġġa AIFs tal-UE stabbiliti fi Stat Membru ieħor għall-ewwel darba għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu:

(a)

l-Istat Membru li fih għandu l-intenzjoni li jimmaniġġa AIFs direttament jew jistabbilixxi fergħa;

(b)

programm ta’ operazzjonijiet li jiddikkjara partikolarment is-servizzi li għandu l-intenzjoni li jeżegwixxi u li jidentifika l-AIF li għandu l-intenzjoni li jimmaniġġa.

3.   Jekk l-AIFM għandu l-intenzjoni li jistabbilixxi fergħa, dan għandu jipprovdi, l-informazzjoni li ġejja minbarra dik imsemmija fil-paragrafu 2:

(a)

l-istruttura organizzattiva tal-fergħa;

(b)

l-indirizz fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF li minnu jistgħu jinkisbu d-dokumenti;

(c)

l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni responsabbli għall-immaniġġar tal-fergħa.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu d-dokumentazzjoni kompleta, f’konformità mal-paragrafu 2 jew fi żmien xahrejn minn meta jirċievu d-dokumentazzjoni kompleta msemmija fil-paragrafu 3, jittrażmettu din id-dokumentazzjoni kompleta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM. Tali trażmissjoni għandha sseħħ biss jekk l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF huwa u se jkompli jkun f’konformità ma’ din id-Direttiva u jekk l-AIFM jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat minnhom.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-AIFM dwar it-trażmissjoni.

Malli jirċievi n-notifika tat-trażmissjoni l-AIFM jista’ jibda jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti.

5.   L-Istat Membru ospitanti tal-AIFM ma għandhux jimponi kwalunkwe rekwiżit addizzjonali fuq l-AIFM konċernat fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva.

6.   Fil-każ ta’ bidla ta’ kwalunkwe mill-informazzjoni kkomunikata f’konformità mal-paragrafu 2, u fejn rilevanti, il-pargrafu 3, l-AIFM għandu jagħti avviż bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidliet ippjanati mill-AIFM, jew immedjatament wara li tkun seħħet bidla mhux ippjanata.

Jekk, wara bidla ppjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.

Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux ippjanata li minħabba fiha, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jkunx se jibqa’ f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM ma jkunx se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46.

Jekk il-bidliet ikunu aċċettabbli għax ma jinfluwenzawx l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF f’konformità ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien mhux dovut jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti tal-AIFM dwar dawn il-bidliet.

7.   Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi notifikata f’konformità mal-paragrafi 2 u 3.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi u ta’ regolamentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8.   Bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi forom, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni f’konformità mal-paragrafi 2 u 3.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU VII

REGOLI SPEĊIFIĊI FIR-RIGWARD TA’ PAJJIŻI TERZI

Artikolu 34

Kundizzjonijiet għall-AIFMs tal-UE li jimmaniġġaw AIFs mhux tal-UE li ma jiġux kummerċjalizzati fl-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM awtorizzat tal-UE jista’ jimmaniġġa AIFs mhux tal-UE li ma jkunux ikkummerċjalizzati fl-Unjoni sakemm:

(a)

L-AIFM jikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva ħlief għall-Artikoli 21 u 22 fir-rigward ta’ dawk l-AIFs; u

(b)

Ikunu stabbiliti arranġamenti ta’ koperazzjoni konformi mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM iwettqu dmirijiethom f’konformità ma’ din id-Direttiva.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jitfassal qafas komuni li jiffaċilita l-istabbiliment ta’ dawk l-arranġamenti ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 35

Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni b’passaport ta’ AIF mhux tal-UE mmaniġġat minn AIFM tal-UE

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM tal-UE jista’ jikkummerċjalizza lil investituri professjonali fl-Unjoni unitajiet jew ishma tal-AIF mhux tal-UE li huwa jimmaniġġa u tal-AIF ta’ alimentazzjoni tal-UE li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(1) hekk kif jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   L-AIFM għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VI. Barra minn hekk, għandhom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

arranġamenti ta’ koperazzjoni konformi mal-istandards internazzjonali għandhom ikuni stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni, waqt li jitqies l-Artikolu 50(4) li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti jwettqu dmirijiethom f’konformità ma’ din id-Direttiva;

(b)

il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ma jkunx elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF;

(c)

il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM awtorizzat u ma kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, li jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u fuq il-Kapital tal-OKŻE u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effikaċi fil-kwestjonijiet fiskali, inklużi l-ftehimiet fiskali multilaterali, jekk ikun hemm.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx mal-valutazzjoni li tkun saret dwar l-applikazzjoni tal-punti (a) u (b) tal-ewweil subparagrafumill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   Fejn l-AIFM ikollu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIFs mhux tal-UE fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, l-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF mhux tal-UE li jkollu l-intenzjoni jikkummerċjalizza.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness III.

4.   Mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu fajl ta’ notifika komplut skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw lill-AIFM jekk jistax jibda jikkummerċjalizza l-AIF identifikati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 3 fit-territorju tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM jistgħu jipprevjenu biss il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF jekk l-immaniġġar tal-AIF mill-AIFM mhuwiex jew mhux se jkun f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM ma jikkonformax jew mhuwiex se jikkonforma ma’ din id-Direttiva. Fil-każ ta’ deċiżjoni pożittiva, l-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu mid-data tan-notifika mill-awtoritajiet kompetenti dwar dan.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM.

5.   Jekk AIFM ikollu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF mhux tal-UE fi Stati Membri apparti l-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, l-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF mhux tal-UE li jkollu l-intenzjoni jikkummerċjalizza.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness IV.

6.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom, mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-data minn meta jirċievu l-fajl komplut ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 5, jittrażmettu dak l-fajl komplut ta’ notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun intiż li l-AIF jiġi kkummerċjalizzat. Tali trażmissjoni għandha sseħħ biss jekk l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF jikkonforma u se jkompli jikkonforma ma’ din id-Direttiva u jekk, b’xi mod, l-AIFM jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat jimmaniġġa AIF b’dik l-istrateġija ta’ investiment partikulari.

7.   Malli jittrażmettu l-fajl ta’ notifika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-AIFM dwar it-trażmissjoni. L-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istat(i) Membru/i ospitanti rilevanti tal-AIFM mid-data ta’ dik in-notifika mill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istati Membri ospitanti tal-AIFM.

8.   L-arranġamenti imsemmija fil-punt (h) tal-Anness IV għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet u s-superviżjoni tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ittra ta’ notifika tal-AIFM imsemmija fil-paragrafu 5 u d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 jiġu pprovduti f’lingwa li hi komuni fid-dimensjoni tal-finanzi internazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni elettronika u l-iffajljar tad-dokumenti imsemmija fil-paragrafu 6 jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

10.   Fil-każ ta’ bidla materjali ta’ kwalunkwe mill-partikulari kkomunikati f’konformità mal-paragrafi 3 jew 5, l-AIFM għandu jagħti avviż bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta bidla ppjanata jew immedjatament wara li tkun seħħet bidla mhux ippjanata.

Jekk, skont bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.

Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja dan t’hawn fuq, jew, jekk ikun seħħ fatt mhux pjanat li jqanqal bidla skont liema l-l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jkunx se jibqa’ f’konformità ma’ din id-Direttiva jew b’xi mod, l-AIFM ma jkunx se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża jekk ikun hemm bżonn il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.

Jekk il-bidliet ikunu aċċettabbli, jiġifieri ma jinfluwenzawx l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF f’konformità ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinformaw lill-AETS safejn il-bidliet jikkonċenaw it-terminazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti AIF jew AIF addizzjonali li qed jiġu kkummerċjalizzati u, jekk applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti tal-AIFM dwar dawn il-bidliet.

11.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 sabiex jitfassal qafas komuni li jiffaċilita l-istabbiliment ta’ dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

12.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa linji gwida biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

13.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 2sabiex tiżgura li kemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u kemm dawk tal-Istat Membru ospitanti jirċievu biżżejjed informazzjoni biex ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigatorji tagħhom skont din id-Direttiva.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

14.   Sabiex tiġi garantita armonizzazzjoni konsistenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċeduri għall-koordinament u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u dawk tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

15.   Fil-każ li awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tirrifjuta talba biex tiskambja informazzjoni f’konformità ma’ dak li hu stabbilit fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 14, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

16.   Bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:

(a)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 3;

(b)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 5;

(c)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 6;

(d)

il-forma tat-trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 6;

(e)

il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 10.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

17.   Bla ħsara għall-Artikolu 43(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIF immaniġġati u kkumerċjalizzati mill-AIFM jiġu kkummerċjalizzati biss lil investituri professjonali.

Artikolu 36

Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Istati Membri mingħajr passaport ta’ AIFs mhux tal-UE mmaniġġat minn AIFM tal-UE

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 35, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li AIFM awtorizzat tal-UE jikkummerċjalizza lil investituri professjonali, fit-territorju tagħhom biss, unitajiet jew ishma tal-AIF mhux tal-UE li jimmaniġġaw u tal-AIF ta’ alimentazzjoni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(1), sakemm:

(a)

l-AIFM jikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 21. Dak l-AIFM għandhu madankollu jiżgura li jinħatru jew waħda jew aktar entitajiet biex iwettqu d-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 21(7), (8) u (9). L-AIFM m’għandhomx iwettqu dawk il-funzjonijiet. L-AIFM għandu jipprovdi lill-awtoritajiet superviżorji tiegħu bl-informazzjoni dwar l-identità ta’ dawk l-entitajiet responsabbli għat-twettiq ta’ dawk id-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 21(7), (8) u (9);

(b)

ikunu stabbiliti arranġamenti ta’ koperazzjoni xierqa għall-fini ta’ sorveljanza tar-riskju sistemiku u konformi mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM iwettqu dmirijiethom f’konformità ma’ din id-Direttiva;

(c)

il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ma jkunx elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF.

2.   L-Istati Membri jistgħu jimponu regoli aktar stretti fuq l-AIFM fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew l-ishma tal-AIFs mhux tal-UE lill-investituri fit-territorju tagħhom għall-fini ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jitfassal qafas komuni li jiffaċilita l-istabbiliment ta’ dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

4.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 37

Awtorizzazzjoni ta’ AIFMs mhux tal-UE bl-intenzjoni li jimmaniġġaw AIFs tal-UE u/jew jikkummerċjalizzaw AIFs immaniġġati minnhom fl-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li AIFMs mhux tal-UE intenzjonati li jimmaniġġaw AIF tal-UE u/jew jikkummerċjalizzaw AIF immaniġġati minnhom fl-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza tagħhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

2.   AIFM mhux tal-UE intenzjonat li jikseb l-awtorizzazzjoni minn qabel msemmija fil-paragrafu 1, irid jikkonforma ma’ dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VI. Jekk u safejn il-konformità ma’ dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tkun inkompatibbli mal-konformità mal-leġislazzjoni li għalihom hu suġġett l-AIFM mhux tal-UE u/jew, l-AIF mhux tal-UE kkummerċjalizzat fl-Unjoni, l-AIFM mhux obbligat li jikkonforma ma’ dik id-dispożizzjoni tad-Direttiva jekk jista’ juri li:

(a)

hu impossibbli li jagħqad tali konformità mal-konformità ma’ dispożizzjoni obbligatorja fil-leġiżlazzjoni li għaliha hu suġġett l-AIFM mhux tal-UE u/jew, l-AIF mhux tal-UE kkummerċjalizzat fl-Unjoni;

(b)

il-leġislazzjoni li għaliha hu suġġett l-AIFM mhux tal-UE u/jew l-AIF mhux tal-UE tipprevedi regola ekwivalenti li jkollha l-istess fini regolatorju u li toffri l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investituri tal-AIF rilevanti; u

(c)

l-AIFM mhux tal-UE u/jew l-AIF mhux tal-UE jikkonformaw mar-regola ekwivalenti msemmija fil-punt (b).

3.   AIFM mhux tal-UE intenzjonat li jikseb l-awtorizzazzjoni minn qabel msemmija fil-paragrafu 1, għandu ikollu rappreżentant legali stabbilit fl-Istat Membru ta’ referenza tiegħu. Ir-rappreżentant legali għandu jkun il-punt ta’ kuntatt tal-AIFM fl-Unjoni u kull korrispondenza uffiċjali bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-AIFM u bejn l-investituri tal-UE tal-AIF rilevanti u l-AIFM kif stipulat f’din id-Direttiva għandha sseħħ permezz ta’ dak ir-rappreżentant legali. Ir-rappreżentant legali għandu jwettaq il-funzjoni ta’ konformità relatata mal-attivitajiet ta’ mmaniġġar u kummerċjalizzazzjoni mwettqa mill-AIFM skont din id-Direttiva flimkien mal-AIFM.

4.   L-Istat Membru ta’ referenza ta’ AIFM mhux tal-UE għandu jiġi determinat kif ġej:

(a)

jekk l-AIFM mhux tal-UE bi ħsiebu jimmaniġġa AIF tal-UE waħda biss, jew diversi AIF tal-UE stabbiliti fl-istess Stat Membru u mhux bi ħsiebu jikkummerjċalizza kwalunkwe AIF f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 fl-Unjoni, l-Istat Membru tad-domiċilju ta’ dak jew dawk l-AIF hu meqjus li jkun l-Istat Membru ta’ referenza u l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru għandhom ikunu responsabbli għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni tal-AIFM;

(b)

jekk l-AIFM mhux tal-UE bi ħsiebu jimmaniġġa diversi AIF tal-UE stabbiliti fi Stati Membri differenti u mhux bi ħsiebu jikkummerċjalizza kwalunkwe AIF f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 fl-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza se jkun jew:

(i)

l-Istat Membru fejn il-biċċa l-kbira tal-AIF tkun stabbilita, jew

(ii)

l-Istat Membru fejn l-akbar ammont ta’ assi jkun qed jiġi mmaniġġat;

(c)

jekk l-AIFM mhux tal-UE jkun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIF tal-UE wieħed biss fi Stat Membru wieħed biss tal-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza huwa determinat kif ġej:

(i)

jekk l-AIF ikun awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF jew l-Istat Membru fejn l-AIFM ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza l-AIF,

(ii)

jekk l-AIF ma jkunx awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru fejn l-AIFM ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza l-AIF;

(d)

jekk l-AIFM mhux tal-UE ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIF mhux tal-UE wieħed biss fi Stat Membru wieħed biss tal-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza huwa dak l-Istat Membru;

(e)

jekk l-AIFM mhux tal-UE ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIF tal-UE wieħed biss, imma fi Stati Membri differenti, l-Istat Membru ta’ referenza huwa determinat kif ġej:

(i)

jekk l-AIF ikun awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF jew l-Istat Membru fejn l-AIFM ikun bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni, jew

(ii)

jekk l-AIF ma jkunx awtorizzat jew reġistrat fi Stat Membru, l-Istat Membru fejn l-AIFM ikun bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni;

(f)

jekk l-AIFM mhux tal-UE ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIF mhux tal-UE wieħed biss, imma fi Stati Membri differenti, l-Istat Membru ta’ referenza jkun wieħed minn dawk l-Istati Membri;

(g)

jekk l-AIFM mhux tal-UE ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza AIFs tal-UE fl-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza huwa determinat kif ġej:

(i)

safejn dawk l-AIFs ikunu kollha reġistrati jew awtorizzati fl-istess Stat Membru, l-Istat Membru tad-domiċilju ta’ dawk l-AIF jew l-Istat Membru fejn l-AIFM bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni għall-biċċa l-kbira ta’ dawk l-AIF,

(ii)

safejn dawk l-AIF ma jkunux kollha reġistrati jew awtorizzati fl-istess Stat Membru, l-Istat Membru fejn l-AIFM bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni għall-biċċa l-kbira ta’ dawk l-AIFs;

(h)

jekk l-AIFM mhux tal-UE bi ħsiebu jikkummerċjalizza diversi AIFs tal-UE u mhux, jew diversi AIF mhux tal-UE fl-Unjoni, l-Istat Membru ta’ referenza jkun l-Istat Membru fejn bi ħsiebu jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni għall-biċċa l-kbira ta’ dawk l-AIFs.

F’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-punti (b), (c)(i),(e), (f) u (g)(i) tal-ewwel subparagrafu, hu possibbli li jkun hemm diversi Stati Membri ta’ referenza. F’ tali każi, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIFM mhux tal-UE li bi ħsiebu jimmaniġġa AIFs tal-UE mingħajr ma jikkummerċjalizzahom u/jew jikkummerċjalizza AIFs immaniġġati minnu fl-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 iressaq talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li huma Stati Membri ta’ referenza possibbli f’konformità mal-kriterji stabbiliti f’dawk il-punti, biex jistabbilixxu l-Istat Membru ta’ referenza tiegħu bejniethom. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu b’mod konġunt fi żmien xahar mir-riċezzjoni ta’ tali talba liema minnhom se jkun l-Istat Membru ta’ referenza għat-tali AIFM mhux tal-UE. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li finalment jinħatar bħala l-Istat Membru ta’ referenza għandhom bla dewmien mhux dovut jinformaw lill-AIFM mhux tal-UE dwar din il-ħatra. Jekk l-AIFM mhux tal-UE ma jiġix informat kif dovut dwar id-deċiżjoni li tkun saret mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi żmien sebat ijiem wara d-deċiżjoni jew jekk l-awtoritajiet kompetenti rilevanti ma jkunux iddeċidew fil-perijodu ta’ xahar, jista’ jagħżel Stat Membru ta’ referenza hu nnifsu skont il-kriterji stipulati f’dan il-paragrafu.

L-AIFM għandu jkun jista’ jipprova l-intenzjoni tiegħu li jiżviluppa effettivament il-kummerċjalizzazzjoni fi’Stat Membru partikolari billi jiżvela l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru indikat minnu.

5.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li AIFM mhux tal-UE li bi ħsiebu jimmaniġġa AIF tal-UE mingħajr ma jikkummerċjalizzahom u/jew jikkummerċjalizza AIFs immaniġġat minnu fl-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 39 jew 40 għandu jressaq talba għal awtorizzazzjoni lill-Istat Membru ta’ referenza tiegħu.

Wara li jirċievu l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-mod kif l-AIFM ikun stabbilixxa l-Istat Membru ta’ referenza tiegħu jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li dan ma jkunx il-każ, għandhom jirrifjutaw it-talba għal awtorizzazzjoni tal-AIFM mhux tal-UE, waqt li jispjegaw ir-raġunijiet għar-rifjut tagħhom. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-kriterju tal-paragrafu 4 jkunu ġew rispettati, għandhom jinnotifikaw lill-AETS u jitolbu parir dwar il-valutazzjoni tagħhom. Fin-notifika tagħhom lill-AETS, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS bil-ġustifikazzjoni mill-AIFM għall-valutazzjoni tiegħu rigward l-Istat Membru ta’ referenza u bl-informazzjoni dwar l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-AIFM.

Fi żmien xahar minn meta tkun irċiviet in-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu, l-AETS għandha toħroġ parir lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tagħhom dwar l-Istat Membru ta’ referenza f’konformità mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4. L-AETS għandha tagħti parir negattiv biss fil-każ li tikkunsidra li l-kriterji tal-paragrafu 4 ma jkunux ġew rispettati.

It-terminu msemmi fl-Artikolu 8(5) għandu jiġi sospiż waqt id-deliberazzjoni mill-AETS f’konformità ma’ dan il-paragrafu.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jipproponu li jagħtu awtorizzazzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fit-tielet subparagrafu għandhom jinformaw lill-AETS, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. L-AETS għandha tippubblika l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti ma jikkonformawx jew mhux bi ħsiebhom tikkonformaw mal-parir tagħha. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti biex ma tikkonformawx ma’ dak il-parir. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirċievu preavviż dwar publikazzjoni ta’ dan it-tip.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jipproponu li jagħtu awtorizzazzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fit-tielet subparagrafu u l-AIFM ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIFs immaniġġati minnu fi Stati Membri oħra li mhumiex l-Istat Membru ta’ referenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. Safejn ikun applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF immaniġġat mill-AIFM dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.

6.   Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mad-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza mill-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.   Mingħajr ħsara għal dak li stipulat fil-paragrafu 8, ma għandha tingħata l-ebda awtorizzazzjoni sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet addizzjonali segwenti:

(a)

l-Istat Membru ta’ riferenza huwa indikat mill-AIFM skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4 u appoġġjat mill-iżvelar tal-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni, u l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5 ġiet segwita mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

l-AIFM ħatar rappreżentant legali stabbilit fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha;

(c)

ir-rappreżentant legali għandu, flimkien mal-AIFM, ikun il-persuna li magħha jsir kuntatt għall-AIFM non-UE għall-investituri tal-AIF relevanti, għall-AETS u għall-awtoritajiet kompetenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet li għalihom l-AIFM huwa awtorizzat fl-Unjoni u għandu jkun tal-anqas ekwipaġġat biżżejjed ħalli jaqdi l-funzjoni ta’ konformità skont din id-Direttiva;

(d)

ikunu jeżistu arranġamenti ta’ koperazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF kkonċernat fl-UE, u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu dmirijiethom f’konformita’ ma’ din id-Direttiva;

(e)

il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIFM mhux tal-UE ma jkunx elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF;

(f)

il-pajjiż terz fejn l-AIFM mhux-UE huwa stabbilit ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru ta’ riferenza, li jkun konformi mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u fuq il-Kaptial tal-OECD u jiżgura skambju effettiv ta’ informazzjoni f’materji fiskali, inklużi, jekk ikun hemm, il-ftehimiet fiskali multilaterali;

(g)

l-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni skont din id-Direttiva ma huwa mfixkel mil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz dwar l-AIFM, u lanqas mil-limitazzjonijiet fis-setgħat ta’ superviżjoni u ta’ investigazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ dak il-pajjiż terz.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx mal-valutazzjoni li tkun saret dwar l-applikazzjoni tal-punti (a) sa (e) u (g) ta’ dan il-paragrafu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi skont it-termini tas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Fejn awtorità kompetenti ta’ AIFM tal-UE ma tidħolx fl-arranġament rikjest ta’ kooperazzjoni kif stabbilit fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu fi żmien raġonevoli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8.   L-awtorizzazzjonijiet għandhom iseħħu skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II li għandhom japplikaw mutatis mutandis suġġett għall-kundizzjoniiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 7(2) għandha tkun supplimentata b’dan li ġej:

(i)

ġustifikazzjoni mill-AIFM tal-valutazzjoni li tkun għamlet dwar l-Istat Membru ta’ riferenza f’konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 4 bl-informazzjoni dwar l-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni,

(ii)

elenku ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li l-AIFM ma jistax jottempera ruħu magħhom billi tali ottemperanza tkun, skont il-paragrafu 2, inkompatibbli mal-ottemperanza ma’ dispożizzjoni mandatorja fil-liġi li huma suġġetti għaliha l-AIFM mhux tal-UE jew l-AIF tal-UE kkumerċjaliżżat fl-Unjoni,

(iii)

evidenza bil-miktub imsejsa fuq l-istandards tekniċi żviluppati mill-AETS li l-liġi tal-pajjiż terz relevanti tipprovdi għal regoli ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet li l-konformità magħhom tkun impossibbli, li għandha l-istess skop regolatorju u toffri l-istess livell ta’ protezzjoni lill-investituri tal-AIF relevanti u li l-AIFM jikkonforma ma’ dik ir-regola ekwivalenti; tali evidenza bil-miktub tkun appoġġjata minn opinjoni ġuridika dwar l-eżistenza ta’ dispożizzjoni relevanti mandatorja inkompatibbli fil-liġi tal-pajjiż terz u tkun tinkludi deskrizzjoni tal-iskop regolatorju u n-natura tal-protezzjoni tal-investitur li tkun tipprefiġġi li tikseb, u

(iv)

l-isem tar-rappreżentant legali tal-AIFM u l-post fejn ikun stabbilit;

(b)

l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tista’ tkun limitata għall-AIFs tal-UE li l-AIFM ikollu intenzjoni jimmaniġġa u, għal dawk l-AIFs immaniġġati mill-AIFM li jkollu intenzjoni jikkumerċjaliżża fl-Unjoni mingħajr passaport;

(c)

il-punt (a) tal-Artikolu 8(1) għandu jkun mingħajr ħsara għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(d)

il-punt (e) tal-Artikolu 8(1) ma japplikax;

(e)

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) għandu jinqara bħala referenza għall-“informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 37(8)”.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza mill-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha mill-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza jikkunsidraw li l-AIFM jista’ joqgħod biss fuq il-paragrafu 2 għaliex ikun eżenti mill-konformità ma’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, dawn għandhom mingħajr dewmien mhux ġustifikat jinnotifikaw lill-AETS b’dan. Għandhom isaħħu din il-valutazzjoni bl-informazzjoni mogħtija mill-AIFM skont il-punti (a)(ii) u (iii) tal-paragrafu 8.

Fi żmien xahar mir-riċezzjoni tan-notifika msemmija fl-ewwel s-subparagrafu, l-AETS għandha toħroġ parir lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mill-konformità mad-Direttiva kkwawżata mill-inkompatbilità skont il-paragrafu 2. Il-parir jista’ b’mod partikolari jindirizza jekk il-kundizzjonijiet għal tali eżenzjoni jidhrux li huma sodisfatti skont l-informazzjoni mogħtija mill-AIFM skont il-punti (a)(ii) u (iii)tal-paragrafu 8 u skont l-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ekwivalenza. L-AETS għandha tfittex li tibni kultura u prattiċi superviżorji konsistenti Ewropej komuni, u għandha tiżgura li jkun hemm approċċi konsistenti bejn l-awtoritjiet kompetenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

It-terminu msemmi fl-Artikolu 8(5) għandu jiġi sospiż waqt l-eżami mill-AETS f’konformità ma’ dan il-paragrafu.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ riferenza jipproponu li jagħtu awtorizzazzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fit-tieni subparagrafu għandhom jinformaw lill-AETS, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. L-AETS għandha tippubblika l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti ma tikkonformawx jew mhux bi ħsiebhom jikkonformaw ma’ dak il-parir. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti biex ma tikkonformax ma’ dak il-parir. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirċievu preavviż dwar tali publikazzjoni.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jipproponu li jagħtu awtorizzazzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fit-tieni subparagrafu u l-AIFM ikun bi ħsiebu jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIFs immaniġġati minnu fi Stati Membri oħra apparti l-Istat Membru ta’ referenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-valutazzjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza mill-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

10.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandu mingħajr dewmien mhux ġustifikat jinforma lill-AETS dwar l-eżitu tal-proċess inizjali ta’ awtorizzazzjoni, dwar kull bidla fl-awtorizzazzjoni tal-AIFM u kull irtirar tal-awtorizzazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-AETS dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni li jkunu rriġettaw, billi jagħtu d-data dwar l-AIFM li tkun talbet l-awtorizzazzjoni u r-raġunijiet għar-riġett. L-AETS għandha żżomm reġistru ċentrali ta’ dik id-data, li għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, meta jagħmlu talba għalih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrattaw din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali.

11.   Id-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza ma għandux jintlaqat mill-iżvilupp ulterjuri tan-negozju tal-AIFM fl-Ewropa. Madanakollu, fejn, l-AIFM jibdel l-istrateġija tiegħu ta’ kummerċjalizzazzjoni fi żmien sentejn mill-awtorizzazzjoni inizjali u dik il-bidla tkun affettwat id-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza jekk l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni modifikata kien fl-istrateġija inizjali ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-AIFM għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali bil-bidla qabel ma jeżegwiha u għandu jindika lill-Istat Membru tiegħu ta’ riferenza f’konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 u msejsin fuq l-istrateġija l-ġdida. L-AIFM għandu jiġġustifika l-valutazzjoni tiegħu billi jiżvela l-istrateġija l-ġdida tiegħu tal-kummerċjalizzazzjoni lill-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali tiegħu. Fl-istess waqt, l-AIFM għandu jagħti informazzjoni dwar ir-rappreżentant legali tiegħu, inkluż l-isem u l-post fejn ikun reġistrat. Ir-rappreżentant legali għandu jkun stabbilit fl-Istat Membru ta’ riferenza.

L-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali għandu jivvaluta jekk id-determinazzjoni tal-AIFM skont it-termini tal-ewwel subparagrafu hijiex korretta u għandu jinnotifika lill-AETS b’ dan. L-AETS għandha toħroġ parir fuq il-valutazzjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti. Fin-notifika tagħhom lill-AETS, l-awtoritajiet kompetenit għandhom jipprovdu l-ġustifikazzjoni mill-AIFM għall-valutazzjoni tiegħu dwar l-Istat Membru ta’ referenza u b’ informazzjoni dwar l-istrateġija l-ġdida ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-AIFM.

Fi żmien xahar mir-riċezzjoni tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu, l-AETS għandha toħroġ parir lill-awtoritjiet kompetetnti relevanti dwar il-valutazzoni tagħha. L-AETS għandha tagħti parir negattiv biss fejn tikkunsidra li l-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ma jkunux ġew rispettati.

Wara li jkunu rċevew il-parir tal-AETS skont it-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali għandhom jinfurmaw lill-AIFM mhux tal-UE, lir-rappreżentant legali oriġinali u lill-AETS dwar id-deċiżjoni tagħha.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali jaqbel mal-valutazzjoni magħmula mill-AIFM, għandu mbagħad jgħarraf ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza l-ġdid dwar il-bidla. L-Istat Membru oriġinali ta’ riferenza għandu mingħajr dewmien mhux ġustifikat jittrasferixxi kopja tal-awtorizzazzjoni u l-faxxiklu ta’ superviżjoni tal-AIFM lill-Istat Membru ta’ riferenza l-ġdid. Mill-mument tat-trażmissjoni tal-awtorizzazzjoni u l-faxxiklu ta’ superviżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza l-ġdid ikunu kompetenti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni tal-AIFM.

Fejn il-valutazzjoni finali tal-awtoritajiet kompetenti tkun kontra l-parir tal-AETS imsemmi fis-subparagrafu 3:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-AETS dwar l-istess, u jagħtu r-raġunijiet. L-AETS għandha tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew mhix bi ħsiebha tikkonforma mal-parir tagħha. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti biex ma tikkonformax ma’ dak il-parir. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirċieva preavviż dwar publikazzjoni ta’ dan it-tip;

(b)

fejn l-AIFM jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF immaniġġat minnu fi Stati Membri oħra apparti l-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. Safejn ikun applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-riferenza tal-AIF immaniġġat mill-AIFM dwar dan, waqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom.

12.   Jekk ikun jidher mill-kors kurrenti tal-iżvilupp tan-negozju tal-AIFM fl-Unjoni fi żmien sentejn mill-awtorizzazzjoni relattiva li l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni kif ippreżentata mill-AIFM fil-mument tal-awtorizzazzjoni relattiva ma kinitx segwita, jew li min-naħa tal-AIFM saru dikjarazzjonijiet foloz dwarha, jew li l-AIFM ma kienx f’konformita’ mal-paragrafu 11 meta bidel l-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali għandhom jitlobu lill-AIFM jindika l-Istat Membru ta’ riferenza abbażi tal-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 11 għandha tapplika mutatis mutandis. Jekk min-naħa tal-AIFM ma jkunx hemm ottemperanza mar-rikjesta tal-awtoritajiet kompetenti, allura dawn għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni relattiva.

Jekk min-naħa tal-AIFM ikun hemm bidla fl-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni wara t-terminu msemmi fil-paragrafu 11, u jkun irid jibdel l-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu abbażi tal-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni l-ġdida tiegħu, l-AIFM ikun jista’ jippreżenta rikjesta li jibdel l-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza oriġinali. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 11 għandha tapplika mutatis mutandis.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza skont il-paragrafu 11 jew skont dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

13.   Kull tilwima li jista’ jkun hemm bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM u l-AIFM għandha tiġi riżolta f’konformità mal-liġi u suġġett għall-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza.

Kull tilwima bejn l-AIFM jew l-AIF u l-investituri tal-UE tal-AIF relevanti għandha tkun riżolta f’konformità mal-liġi u suġġett għall-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru.

14.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni bl-iskop li tispeċifika l-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Istat Membru ta’ riferenza possibbli hi u tiddetermina liema għandu jkun l-Istat Membru ta’ riferenza dawk l-Istati Membri l-oħra skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(2).

15.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 7 sabiex jitfassal qafas komuni li jiffaċilita l-istabbiliment ta’ dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

16.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 7.

17.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmijin fil-punt (d) tal-paragrafu 7sabiex tiżgura li kemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza u kemm dawk tal-Istat Membru ospitanti jirċievu biżżejjed informazzjoni biex ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigatorji tagħhom skont din id-Direttiva.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformita’ mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

18.   Bil-għan li tiġi garantita armonizzazzjoni konsistenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċeduri għall-koordinament u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza u dawk tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

19.   Fil-każ li awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tirrifjuta talba biex tiskambja informazzjoni f’konformità ma’ dak li hu stabbilit fl-istandards tekniċi stipulati fil-paragrafu 17, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

20.   F’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM mhux tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM li jkun, b’rispett sħiħ lejn id-dispożizzjoni applikabbli ta’ kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data msemmijin fil-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni.

21.   F’konformita’ mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010), l-AETS għandha twettaq ir-rwol ta’ kordinament ġenerali bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM mhux tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM li jkun. B’mod partikolari, l-AETS tista’:

(a)

tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati;

(b)

tiddetermina l-ambitu tal-informazzjoni li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kkonċernati;

(c)

tieħu l-miżuri kollha xierqa f’każ ta’ żviluppi li għandu mnejn jipperikolaw l-funzjonament tas-swieq finanzjarji bl-iskop li jkun iffaċilitat il-kordinament tal-azzjonijiet meħudin mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti b’relazzjoni mal-AIFMs mhux tal-UE.

22.   Bl-iskop li tkun żgurata l-uniformità fil-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ eżekuzzjoni ħalli jkunu ddeterminati l-forma u l-kontenut tar-rikjesta msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 12.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

23.   Bl-iskop li tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar dan li ġej:

(a)

il-mod li bih l-AIFM għandha tottempera ruħha mar-rekwiżiti msemmijin f’din id-Direttiva, billi tqis li l-AIFM hija stabbilita f’pajjiż terz. B’mod partikolari, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni rikjesta fl-Artikoli 22 sa 24.

(b)

il-kundizzjonijiet taħt liema l-liġi li għaliha l-AIFM mhux tal-UE u/jew l-AIF mhux tal-UE jkunu suġġetti tkun ikkunsidrata li tipprovdi għal regola ekwivalenti bl-istess skop ta’ regolamentazzjoni u li toffri l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investituri tal-AIF rilevanti;

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformita’ mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 38

Analiżi ta’ rieżami bejn il-pari tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-AIFM mhux tal-UE

1.   L-AETS għandha tagħmel analiżi ta’ rieżami bejn il-pari tal-attivitajiet ta’ superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u tas-superviżjoni tal-AIFMs mhux tal-UE l-Artikoli 37, 39, 40, u 41, biex tkompli tiżdied il-konsistenza fl-eżiti superviżorji, skont it-termini tal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   Sat-22 ta’ Lulju 2013, l-AETS għandha tiżviluppa metodi li jippermettu l-valutazzjoni u l-paragun oġġettivi bejn l-awtoritajiet f’diżamina.

3.   B’mod partikolari, l-analiżi tar-rieżami bejn il-parigħandha tinkludi valutazzjoni ta’ dan li ġej:

(a)

il-grad ta’ konverġenza fil-prattiċi superviżorji miksub fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-AIFMs mhux tal-UE;

(b)

kemm il-prattika superviżorja jirnexxielha tikseb l-objettivi prefissi f’din id-Direttiva;

(c)

l-effikaċja u l-grad ta’ konverġenza miksubin f’dak li għandu x’jaqsam mal-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni tagħha u l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ eżekuzzjoni żviluppati mill-AETS f’konformità ma’ din id-Direttiva, inklużi l-miżuri u penali amministrattivi imposti kontra l-AIFM mhux tal-UE fejn ma jkunx hemm konformità ma’ din id-Direttiva.

4.   Abbażi tal-konklużjonijiet tal-eżami, l-AETS tkun tista’ toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet a tenur tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, bl-iskop li tistabbilixxi prattiċi konsistenti, effikaċi u effettivi ta’ superviżjoni tal-AIFMs mhux tal-UE.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz ħalli jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet.

6.   Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk tikkonfomrax jew għandhiex il-ħsieb tikkonforma ma’ dak il-linja gwida jew rakkomdanazzjoni. Fil-każ li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma jkollhiex l-intenzjoni tikkonfomra, għandha tinforma b’dan lill-AETS, u tagħti r-raġunijiet l-għala.

7.   L-AETS għandha tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew mhix bi ħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti biex ma tikkonformax ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha jirċieva preavviż dwar publikazzjoni ta’ dan it-tip.

8.   Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010AETS, l-AETS għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li jinħarġu skont it-termini ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tgħid liema awtorità kompetenti ma ottemperawx ruħhom magħhom, u tiddelinea kif l-AETS beħsiebha tiżgura li dawk l-awtoritajiet jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tagħha fil-futur.

9.   Il-Kummissjoni għandha tieħu kont xieraq ta’ dawk ir-rapporti fir-rieżami li tagħmel ta’ din id-Direttiva skont it-termini tal-Artikolu 69 u kull valutazzjoni sussegwenti li tista’ twettaq.

10.   L-AETS għandha tagħmel pubblikament disponibbli l-aqwa prattiċi li jistgħu jiġu identifikati minn dawn l-analiżijiet mill-parir. Barra minhekk, kull riżultat ieħor tal-analiżijiet mill-pari jistgħu isiru pubbliċi, suġġett għall-qbil tal-awtorità kompetenti li tkun l-oġġett tal-analiżi mill-pari.

Artikolu 39

Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni b’passaport ta’ AIF tal-UE mmaniġġat minn AIFM mhux tal-UE

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM debitament awtorizzat tal-UE jista’ jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma ta’ AIF li huwa jimmaniġġa lil investituri professjonali fl-Unjoni b’passaport hekk kif jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Fil-każ li l-AIFM ikollu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF mhux tal-UE fl-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu, l-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF mhux tal-UE li jkollu l-intenzjoni jikkummerċjalizza.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness III.

3.   Mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu fajl ta’ notifika komplut skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinfurmaw lill-AIFM jekk jistax jibda jikkummerċjalizza l-AIF identifikati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2 fit-territorju tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM jistgħu jipprevjenu biss il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF biss jekk l-immaniġġar tal-AIF mill-AIFM mhuwiex jew mhux se jkun f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jikkonforma jew ma jikkonformax ma’ din id-Direttiva. Fil-każ ta’ deċiżjoni pożittiva, l-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu mid-data tan-notifika mill-awtoritajiet kompetenti dwar dan.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom ukoll jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF jekk l-AIFM jistax jibda l-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM.

4.   Fil-każ li l-AIFM ikollu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF mhux tal-UE fl-Istati Membri ta’ riferenza li ma jkunux l-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu, l-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF mhux tal-UE li jkollu l-intenzjoni jikkummerċjalizza.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness IV.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom, mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-data minn meta jirċievu l-fajl komplut ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 4, jittrażmettu l-fajl komplut ta’ notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn qed jiġi propost li l-unitajiet jew ishma tal-AIF jiġu kkummerċjalizzati. Tali trażmissjoni għandha sseħħ biss jekk l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF jikkonforma u se jkompli jikkonformama’ din id-Direttiva u jekk, b’xi mod, l-AIFM jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat jimmaniġġa AIF b’dik l-istrateġija ta’ investiment partikulari.

6.   Malli jittrażmettu l-fajl ta’ notifika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-AIFM dwar it-trażmissjoni. L-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istat(i) Membru/i relevanti tal-AIFM mid-data ta’ dik in-notifika.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom ukoll jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF jekk l-AIFM jistax jibda l-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istat(i) Membru/i ta’ riferenza tal-AIFM.

7.   L-arranġamenti imsemmija fil-punt (h) tal-Anness IV għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet u s-superviżjoni tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ittra ta’ notifika mill-AIFM msemmija fil-paragrafu 4 u d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jiġu pprovduti f’lingwa li hi komuni fid-dimensjoni tal-finanzi internazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni elettronika u l-iffajljar tad-dokumenti imsemmija fil-paragrafu 6 jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

9.   Fil-każ ta’ bidla materjali fi kwalunkwe mill-partikulari kkomunikati f’konformità mal-paragrafi 2 u/jew 4, l-AIFM għandu jagħti avviż bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla għal kull bidla ppjanata mill-AIFM, jew immedjatament wara li tkun seħħet bidla mhux ippjanata.

Jekk, skont il-bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’ xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.

Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni paragrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux ippjanata li minħabba fiha l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża, jekk ikun hemm bżonn il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.

Jekk il-bidliet jkunu aċċettabbli, jiġifieri ma jkunux jaffettwaw il-komformita’ tal-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinformaw lill-AETS safejn l-bidliet jikkonċenaw it-terminazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti AIFs jew AIFs addizzjonali li qed jiġu kkummerċjalizzati u, safejn ikun applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membrui ospitanti tal-AIFM dwar dawk il-bidliet.

10.   Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:

(a)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafi 2 u 4;

(b)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5;

(c)

il-forma tat-trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 5; u

(d)

il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 9.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

11.   Bla ħsara għall-Artikolu 43(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIF immaniġġati u kkumerċjalizzati mill-AIFM jiġu kkummerċjalizzati biss lil investituri professjonali.

Artikolu 40

Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni b’passaport ta’ AIFs mhux tal-UE mmaniġġat minn AIFM mhux tal-UE

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM mhux tal-UE debitament awtorizzat tal-UE jista’ jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma ta’ AIF li huwa jimmaniġġa lil investituri professjonali fl-Unjoni b’passaport hekk kif jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Addizzjonalment mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva rigward l-AIFMs tal-UE, għall-AIFMs mhux tal-UE għandom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

arranġamenti ta’ koperazzjoni xierqa stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM u l-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jwettqu dmirijiethom f’konformità ma’ din id-Direttiva;

(b)

il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ma jkunx elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF;

(c)

il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM awtorizzat u ma kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, li jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u fuq il-Kapital tal-OKŻE u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effikaċi fil-kwestjonijiet fiskali, inklużi, ftehimiet fiskali multilaterali.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-valutazzjoni magħmula bl-applikazzjoni tal-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu 2 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza mill-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   L-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF tal-UE li jkollu l-intenzjoni jikkummerċjalizza fl-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness III.

4.   Mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu fajl ta’ notifika komplut skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinfurmaw lill-AIFM jekk jistax jibda jikkummerċjalizza l-AIF identifikati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 3 fit-territorju tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM jistgħu jipprevjenu biss il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF biss jekk l-immaniġġar tal-AIF mill-AIFM mhuwiex jew mhux se jkun f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jikkonforma jew ma jikkonformax ma’ din id-Direttiva. Fil-każ ta’ deċiżjoni pożittiva, l-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu mid-data tan-notifika dwar dan mill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM.

5.   Jekk l-AIFM ikollu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF mhux tal-UE fl-Istati Membri ta’ riferenza li ma jkunux l-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu, l-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF mhux tal-UE li jkollu l-intenzjoni jikkummerċjalizza.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness IV.

6.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom, mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-data minn meta jirċievu l-fajl komplut ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 5, jittrażmettu l-fajl komplut ta’ notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikun intiż li l-unitajiet jew ishma tal-AIF jiġu kkummerċjalizzati. Tali trażmissjoni għandha sseħħ biss jekk l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF jikkonforma u se jkompli jikkonforma ma’ din id-Direttiva u jekk, b’xi mod, l-AIFM jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat jimmaniġġa AIF b’dik l-istrateġija ta’ investiment partikulari.

7.   Malli jittrażmettu l-fajl ta’ notifika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-AIFM dwar it-trażmissjoni. L-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istati Membri ospitanti fl-Istat(i) Membru/i relevanti tal-AIFM mid-data ta’ dik in-notifika.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istati Membri ospitanti tal-AIFM.

8.   L-arranġamenti imsemmija fil-punt (h) tal-Anness IV għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet u s-superviżjoni tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM, safejn dawk l-Istati Membri jkunu differenti mill-Istat Membru ta’ riferenza.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ittra ta’ notifika mill-AIFM msemmija fil-paragrafu 5 u d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 jiġu pprovduti f’lingwa li hi komuni fid-dimensjoni tal-finanzi internazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni elettronika u l-iffajljar tad-dokumenti imsemmija fil-paragrafu 6 jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

10.   Fil-każ ta’ bidla materjali ta’ kwalunkwe mill-partikulari kkomunikati f’konformità mal-paragrafi 3 jew 5, l-AIFM għandu jagħti avviż bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu tal-anqas xahar qabel ma bidla ppjanata, jew immedjatament wara li tkun seħħet bidla mhux ippjanata.

Jekk, skont il-bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’ xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.

Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux pjanata li minħabba fiha l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża jekk ikun hemm bżonn, il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.

Jekk il-bidliet jkunu aċċettabbli għax ma jaffettwawx il-konformita’ tal-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinformaw lill-AETS safejn l-bidliet jikkonċenaw it-terminazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti AIF jew AIF addizzjonali li qed jiġu kkummerċjalizzati u, safejn jkun applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti tal-AIFM dwar dawn il-bidliet.

11.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2sabiex jitfassal qafas komuni li jiffaċilita l-istabbiliment ta’ dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

12.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil- punt (a) tal-paragrafu 2.

13.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmijin fil- punt (a) tal-paragrafu 2 sabiex tiżgura li kemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza u kemm dawk tal-Istat Membru ospitanti jirċievu biżżejjed informazzjoni biex ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigatorji tagħhom skont din id-Direttiva.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

14.   Sabiex tiġi garantita armonizzazzjoni konsistenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċeduri għall-koordinament u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza u dawk tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

15.   Fil-każ li awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tirrifjuta talba biex tiskambja informazzjoni f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 14, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

16.   Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:

(a)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafi 3 u 5;

(b)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 6;

(c)

il-forma tat-trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 6;

(d)

il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 10.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

17.   Bla ħsara għall-Artikolu 43(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIF immaniġġati u kkumerċjalizzati mill-AIFM jiġu kkummerċjalizzati biss lil investituri professjonali.

Artikolu 41

Il-kundizzjonijiet għall-immaniġjjar tal-AIF stabbilit fl-Istati Membri li ma jkunux l-Istat Membru ta’ riferenza minn AIFMs mhux tal-UE

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM awtorizzat mhux tal-UE jista’ jimmaniġġa AIF tal-UE stabbilit fi Stat Membru li ma jkunx l–Istat Membru ta’ riferenza kemm direttament kemm permezz tal-istabbiliment ta’ fergħa, sakemm l-AIFM ikun awtorizzat biex jimmaniġġa dak it-tip ta’ AIF.

2.   Kwalunkwe AIFM mhux tal-UE intiż li jimmaniġġa AIF tal-UE stabbilit fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ riferenza għall-ewwel darba għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu:

(a)

l-Istat Membru li fih għandu l-intenzjoni li jimmaniġġa AIFs direttament jew jistabbilixxi fergħa;

(b)

programm ta’ operazzjonijiet li jiddikkjara partikolarment is-servizzi li għandu l-intenzjoni li jeżegwixxi u li jidentifika l-AIFs li għandu l-intenzjoni li jimmaniġġa.

3.   Jekk l-AIFM mhux tal-UE għandu l-intenzjoni li jistabbilixxi fergħa, dan għandu jipprovdi, b’żieda mal-informazzjoni rikjesta fil-paragrafu 2, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-istruttura organizzattiva tal-fergħa;

(b)

l-indirizz fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF li minnu jistgħu jinkisbu d-dokumenti;

(c)

l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni responsabbli għall-immaniġġar tal-fergħa.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċiedu d-dokumentazzjoni kompleta, f’konformità mal-paragrafi 2 jew fi żmien xahrejn minn meta jirċievu d-dokumentazzjoni kompleta msemmija fil-paragrafu 3, jittrażmettu dik id-dokumentazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM. Tali trażmissjoni għandha sseħħ biss jekk l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF jikkonforma u se jkompli jikkonforma ma’ din id-Direttiva u jekk l-AIFM jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat minnhom.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-AIFM dwar it-trażmissjoni. Malli jirċievi n-notifika tat-trażmissjoni l-AIFM jista’ jibda jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom ukoll jinformaw lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jimmaniġġa l-AIF fl-Istati/i Membru/i ospitanti tal-AIFM.

5.   L-Istat Membru ospitanti tal-AIFM ma għandhux jimponi rekwiżiti addizzjonali fuq l-AIFM konċernat fir-rigward tal-kwestjonijiet koperti minn din id-Direttiva.

6.   Fil-każ ta’ bidla ta’ kwalunkwe mill-informazzjoni kkomunikata f’konformità mal-paragrafu 2, u jekk rilevanti, il-pargrafu 3, l-AIFM għandu jagħti avviż bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta bidla ppjanata, immedjatament wara li tkun seħħet bidla mhux ippjanat.

Jekk, skont il-bidla ppjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.

Jekk il-bidla ppjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla skont liema l-l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, kif ukoll, jekk meħtieġa, l-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.

Jekk il-bidliet jkunu aċċettabbli, għax ma jkunux jaffettwaw il-konformità tal-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien mhux dovut jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM dwar dawn il-bidliet.

7.   Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi notifikata f’konformità mal-paragrafi 2 u 3.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8.   Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi forom, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni f’konformità mal-paragrafi 2 u 3.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 42

Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Istati Membri mingħajr passaport ta’ AIFs mhux tal-UE mmaniġġati minn AIFM mhux tal-UE

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 37, 39 u 40, l-Istati Membri jistgħu jippermettu AIFMs mhux tal-UE li jikkummerċjalizzaw lil investituri professjonali, fit-territorju tagħhom biss, unitajiet jew ishma tal-AIF li jimmaniġġaw suġġett għal, mill-anqas il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-AIFM mhux tal-UE jikkonforma mal-Artikoli 22, 23 u 24 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull AIF kummerċjalizzat minnu skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 26 sa 30 fejn AIF kummerċjalizzat minnha skont it-termini ta’ dan l-Artikolu jaqa’ fl-ambitu tad-deskrizzjoni tal-Artikolu 26(1. L-awtoritajiet kompetenti u l-investituri tal-AIF msemmija f’dawk l-Artikoli għandhom jitqiesu dawk tal-Istati Membri fejn l-AIFs huma kkumerċjalizzati;

(b)

arranġamenti xierqa għal koperazzjoni xierqa għall-iskop tas-sorveljanza tar-riskji sistemiċi u skont l-istandards internazzjonali huma aċċettabbli l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIFs huma kummerċjalizzati, safejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-AIF tal-UE kkonċernat u l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiż terz fejn l-AIFM mhux tal-UE jkun stabbilit u, safejn applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE jkun stabbilit bl-iskop li jkun żgurat skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jkun jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri relevanti li jwettqu dmirijiethom skont din id-Direttiva;

(c)

il-pajjiż terz li fih l-AIFM mhux tal-UE, jew l-AIF mhux tal-UE huwa stabbilit mhux elenkat bħala Pajjiż u Territorju mhux Kooperattivi mill-FATF.

Fejn awtorità kompetenti ta’ AIFM tal-UE ma tidħolx fl-arranġament rikjest ta’ kooperazzjoni kif stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fi żmien raġonevoli, allura l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun hemm l-intenzjoni li ssir il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF jista’ jirriferi l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   L-Istati Membri jistgħu jimponu regoli aktar stretti fuq l-AIFM mhux tal-UE fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet jew l-ishma tal-AIF lill-investituri fit-territorju tagħhom għall-fini ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, il-miżuri rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jitfassal qafas komuni li jiffaċilita l-istabbiliment ta’ dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

4.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

KAPITOLU VIII

KUMMERĊJALIZZAZZJONI LIL INVESTITURI MHUX PROFESSJONALI

Artikolu 43

Kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs minn AIFMs lil investituri mhux professjonali

1.   Mingħajr preġudizzju għal strumenti oħra tal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-AIFMs jikkumerċjalizzaw ma’ investituri bl-imnut fit-territorju tagħhom unitajiet jew ishma tal-AIFs li huma jamministraw, irrispettivament ta’ jekk l-AIFs humiex kumerċjalizzati fuq bażi domestika jew transkonfinali jew jekk ikunux AIF tal-UE jew mhux tal-UE.

F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar stretti fuq l-AIFMs jew l-AIF minn dawk ir-rekwiżiti applikabbli għall-AIF ikkumerċjalizzati ma’ investituri fit-territorju tagħhom skont it-termini ta’ din id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri m’ għandhomx jimponu rekwiżiti aktar stretti jew addizzjonali fuq AIF tal-UE stabbiliti fi Stat Membru ieħor u kkumerċjalizzati fuq bażi transkonfinali milli fuq AIFs ikkummerċjalizzati domestikament.

2.   L-Istati Membri li jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF ma’ investituri bl-imnut fit-territorju tagħhom, għandhom, sat-22 ta’ Lulju 2014, jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-AETS dwar:

(a)

it-tipi ta’ AIF li l-AIFMs jistgħu jikkummerċjalizzaw ma’ investituri bl-imnut fit-territorju tagħhom;

(b)

kwalunkwe rekwiżit addizzjonali li l-Istat Membru jimponi għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs ma’ investituri mhux professjonali.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw ukoll lill-Kummissjoni u lill-AETS dwar kwalunkwe bidla sussegwenti fir-rigward tal-ewwel subparagrafu.

KAPITOLU IX

AWTORITAJIET KOMPETENTI

TAQSIMA 1

Ħatra, setgħat u proċeduri ta’ riparazzjoni

Artikolu 44

Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu d-dmirijiet stipulati f’din id-Direttiva.

Huma għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-Kummissjoni dwar dan, filwaqt li jindikaw kwalunkwe diviżjoni tad-dmirjiet.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu metodi xierqa biex jimmonitorjaw li l-AIFM jottemperaw ruħhom mal-obbligi imposti fuqhom bis-saħħa ta’ din id-Direttiva fejn ikunu relevanti fuq il-bażi tal-linji gwida żviluppati mill-AETS.

Artikolu 45

Ir-responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri

1.   Is-superviżjoni prudenzjali tal-AIFM għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM, kemm jekk l-AIFM jiġġestixxi u/jew jikkumerċjalizza l-AIFs fi Stat Membru ieħor kemm jekk le, mingħajr ħsara għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jagħtu r-responsabbiltà għas-superviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

2.   Is-superviżjoni tal-konformità tal-AIFM mal-Artikoli 12 u 14 għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM meta l-AIFM jiġġestixxi u/jew jikkummerċjalizza l-AIFs permezz ta’ fergħa f’dak l-Istat Membru.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM jistgħu jirrikjedu AIFM li jkun jiġġestixxi jew jikkummerċjalizza l-AIFs fit-territorju tiegħu, kemm jekk dan isir permezz ta’ fergħa u kemm jekk le, jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni tal-konformità tal-AIFM mar-regoli applikabbli li għalihom dawk l-awtoritajiet kompetenti huma responsabbli.

Dawk ir-rekwiżiti m’ għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk li l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM jimponi fuq l-AIFMs li għalihom huwa l-Istat Membri ta’ domiċilju għall-finijiet ta’ monitoraġġ tal-konformità tagħhom mal-istess regoli.

4.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jaċċertaw li l-AIFM li jimmaniġġa u/jew jikkumerċjalizza AIFs fit-territorju tiegħu, kemm jekk dan isir permezz ta’ fergħa u kemm jekk le, qed jikser waħda mir-regoli li għalihom huma responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità, dawk l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu li l-AIFM ikkonċernat itemm dak il-ksur u jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b’dan.

5.   Jekk l-AIFM ikkonċernat jirrifjuta li jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti l-informazzjoni li taqa’ fir-responsabbiltà tagħhom, jew jonqos milli jieħu l-passi meħtieġa biex itemm il-ksur imsemmi fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini dwar dan. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandu, mal-ewwel opportunità:

(a)

jieħu l-miżuri kollha xierqa ħalli jiżgura li l-AIFM ikkonċernat jagħti l-informazzjoni kollha rikjesta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont it-termini tal-paragrafu 3, jew itemm dak il-ksur msemmi fil-paragrafu 4;

(b)

jitlob l-informazzjoni neċessarju mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti f’ pajjiżi terzi.

In-natura tal-miżuri msemmija fil-punt (a) għandha tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

6.   Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domċilju tal-AIFM skont it-termini tal-paragrafu 5 jew minħabba li dawn il-miżuri jirriżultaw li huma inadegwati jew mhumiex disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat, l-AIFM ikompli jirrifjuta li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont il-paragrafu 3, jew jippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, imsemmija fil-paragrafu 4, fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM jistgħu, wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini, jieħdu miżuri adatti, inklużi dawk stabbiliti fl-Artikoli 46 u 48, sabiex jevitaw jew jippenalizzaw iktar irregolaritajiet u, safejn ikun neċessarju, biex jevitaw lil AIFM milli jibda transazzjonijiet ulterjuri fl-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu. Fejn il-funzjoni mwettqa fl-Istat Membru ospitanti tal-AIFM hija l-ġestjoni tal-AIFs, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lill-AIFM biex jieqaf jamministra dawk l-AIFs.

7.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ta’ AIFM għandhom bażijiet ċari u dimostrabbli sabiex jemmnu li l-AIFM ikun fi ksur tal-obbligi tiegħu taħt ir-regoli li għalihom ma jkunux responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità, huma għandhom jirriferu dawk is-sejbiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM li għandu jieħu l-miżuri xierqa, inkluż, jekk ikun neċessarju, it-talba ta’ informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti f’pajjiżi terzi.

8.   Jekk, minkejja l-miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM jew minħabba li tali miżuri jirriżulta li ma jkunux adegwati, jew minħabba li l-Istat Membru ta’ domċilju tal-AIFM jonqos li jaġixxi f’qafas raġonevoli, l-AIFM jippersisti li jaġixxi b’mod li jkun kjarament preġudizzjevoli għall-interessi tal-investituri tal-AIF relevanti, l-istabilità finanzjarja jew l-integrità tas-suq fl-Istat Membru ospitanti tal-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM jistgħu, wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM, jieħdu l-miżuri kollha xierqa meħtieġa ħalli jipproteġu lill-investituri tal-AIF relevanti, l-istabilità finanzjarja u l-integrità tas-suq fl-Istat Membru ospitanti, inkluża l-possibilità ta’ prevenzjoni li l-AIFM ikkonċernat jikkommerċjalizza ulterjorment l-unitajiet jew ishma tal-AIF rilevanti fl-Istat Membru ospitanti.

9.   Il-proċedura mniżżla fil-paragrafi 7 u 8 għandha tapplika wkoll fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollhom bażijiet ċari u dimostrabbli għal nuqqas ta’ qbil mal-awtorizzazzjoni ta’ AIFM mhux tal-UE mill-Istat Membru ta’ riferenza.

10.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jaqblux ma’ xi waħda mill-miżuri meħudin mill-awtorità kompetenti skont it-termini tal-paragrafi 4 sa 9 għandhom iġibu l-kwistjoni għall-attenzjoni tal-ASE (AETS), li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095./2010.

11.   Fejn applikabbli, l-AETS għandha tiffaċilita n-negozzjazzjoni u l-konklużjoni tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni rikjesti minn din id-Direttiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi.

Artikolu 46

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Tali setgħat għandhom jiġu eżerċitati fi kwalunkwe mod li ġej:

(a)

direttament;

(b)

b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lill-entitajiet li lilhom ġew iddelegati l-kompiti;

(d)

permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li:

(a)

ikollhom aċċess għal kwalunkwe dokument f’kwalunkwe forma u li jirċievu kopja tiegħu;

(b)

jeħtieġu informazzjoni minn kwalunkwe persuna relatata mal-attivitajiet tal-AIFMs jew l-AIF u fejn meħtieġ iħarrku u jinterrogaw persuna bl-għan li jiksbu l-informazzjoni;

(c)

iwettqu spezzjonijiet fuq il-post b’notifika minn qabel jew mingħajrha;

(d)

jeħtieġu reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u tat-traffiku eżistenti tal-informazzjoni;

(e)

jeħtieġu l-waqfien ta’ kull prattika li tkun kontra d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(f)

jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru ta’ assi;

(g)

jitolbu l-projbizzjoni temporanja ta’ attività professjonali;

(h)

jeħtieġu lill-AIFM, depożitarji, jew awdituri awtorizzati jipprovdu informazzjoni;

(i)

jadottaw kull tip ta’ miżura sabiex jiżguraw li l-AIFMs jew id-depożitarji jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom;

(j)

jeħtieġu s-sospensjoni tal-ħruġ, tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet fl-interess tat-titolari tal-unitajiet jew tal-pubbliku;

(k)

jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lil ġestur tal-AIF jew lil depożitarju;

(l)

jirriferu materji għall-prosekuzzjoni kriminali;

(m)

jirrikjedu li awdituri jew esperti jwettqu verifiki jew investigazzjonijiet.

3.   Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ta’ riferenza tqis li AIFM mhux tal-UE awtorizzat ikun kiser l-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva, għandha tinnotifika dan lill-AETS mill-aktar fis possibbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-swieq f’dawk il-każijiet fejn l-attività ta’ AIF wieħed jew iżjed fis-suq għal strument finanzjarju tkun tista’ tippreġudika l-funzjonament xieraq ta’ dak is-suq.

Artikolu 47

Setgħat u kompetenzi tal-AETS

1.   L-AETS tista’ tiżviluppa u regolarment tirrivedi l-linji gwida għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fuq l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom ta’ awtorizzazzjoni u fuq l-obbligi tagħhom ta’ rapportaġġ mill-awtoritajiet kompetenti kif impost bis-saħħa ta’ din id-Direttiva.

Barra minn hekk, l-AETS għandu jkollha s-setgħat meħtieġa, inklużi dawk enumerati fl-Artikolu 43(3), biex twettaq il-kompiti attribwita lilha b’din id-Direttiva.

2.   L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-AETS, u għall-awtoritajiet kompetenti jew għal kwalunkwe persuna oħra li l-AETS tkun iddelegatilha xi kompiti, inklużi awdituri u esperti b’kuntratt mal-AETS. L-informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali m’għandhiex tinkixef lil persuna jew awtorità oħra għajr fejn it-tali żvelar ikun meħtieġ għal proċedimenti legali.

3.   L-informazzjoni kollha skambjata taħt din id-Direttiva bejn l-AETS, l-awtoritajiet kompetenti, l- ASE(ABE), l-Awtorita’ Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea dwar l-Assigurazzjoni u l-Pensjonjiet tax-Xogħol) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) u l-BERS għandha titqies kunfidenzjali, għajr fejn l-AETS jew l-awtorità kompetenti jew awtorità jew entità oħra kkonċernata titstqarr fil-waqt tal-komunikazzjoni li t-tali informazzjoni tkun tista’ tinkixef jew fejn it-tali kxif ikun meħtieġ għal proċedimenti legali.

4.   F’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, ASE (AETS) tista’, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 5, titlob lill-awtorità kompetenti jew lill-awtoritajiet kompetenti biex tieħu jew jieħdu kwalunkwe miżura minn dawn li ġejjin, kif ikun f’loku:

(a)

projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ AIF ġestit minn AIFMs mhux tal-UE jew ta’ AIFs mhux tal-UE ġestiti minn AIFMs tal-UE mingħajr l-awtorizzazzjoni rikjesta fl-Artikolu 37 jew mingħajr in-notifika rekwiżita fl-Artikoli 35, 39 u 40, jew, mingħajr ma tingħata permess tagħmel hekk mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 42;

(b)

l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq AIFMs mhux tal-UE relatati mal-ġestjoni ta’ AIF fil-każ ta’ konċentrazzjoni eċċessiva tar-riskju f’suq speċifiku fuq bażi transkonfinali;

(c)

l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq AIFMs mhux tal-UE relatati mal-ġestjoni ta’ AIF fejn l-attivitajiet tagħha potenzjalent jikkostitwixxu sors importanti ta’ riskju tal-kontroparti għal istituzzjoni ta’ kreditu jew għal istituzzjonijiet oħra ta’ rilevanza sistemika.

5.   L-AETS tista’ tieħu deċiżjoni taħt il-paragrafu 4 u suġġett għar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6 jekk ikunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn tkun teżisti theddida sostanzjata, li tkun toriġina jew tkun aggravata mill-attivitajiet rispettivi tal-AIFM, għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-suq finanzjarju jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi jew in parti fl-Unjoni u fejn ikun hemm implikazzjonijiet bejn il-fruntieri; u

(b)

l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet komeptenti ma jkunux ħadu miżuri ħalli jindirizzaw it-theddia jew il-miżuri li jkunu ttieħdu ma jkunux jindirizzaw suffiċjentement it-theddida.

6.   Il-miżuri meħudin minn awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti skont it-termini tal-paragrafu 4 għandhom:

(a)

jindirizzaw b’mod effettiv it-theddid għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-suq finanzjarju jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew in parti fl-Unjoni jew li jtejjeb b’mod sinifikattiv l-ħila tal-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw it-theddida;

(b)

ma joħolqux riskju ta’ arbitraġġ regolatorju;

(c)

ma jkollhomx effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji, inkluża r-riduzzjoni fil-likwidità ta’ dawk is-swieq jew il-ħolqien tal-inċertezza għall-parteċipanti fis-suq, b’mod li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-miżuri.

7.   Qabel ma jintalab lill-awtorità kompetenti li tieħu jew iġġedded miżuri li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 4, l-AETS għandha tikkonsulta, fejn ikun xieraq, il-BERS u awtoritajiet rilevanti oħrajn.

8.   L-AETS għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM mhux tal-UE u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti tal-AIFM mhux tal-UE kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tirrikjedi mill-awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti li jimponu jew iġeddu kull miżuri li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 4. In-notifika għandha mill-anqas tispeċifika d-dettalji li ġejjin:

(a)

l-AIFM u l-attivitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri u d-durata tagħhom;

(b)

ir-raġunijiet għaliex l-AETS tkun tal-fehma li hu neċessarju li jkunu imposti miżuri skont it-termini tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija f’dan l-Artikolu, inkluża l-evidenza li tkun ssaħħaħ tali raġunijiet.

9.   L-AETS għandha tirrivedi l-miżuri li l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti jkunu imponew skont it-termini tal-paragrafu 4 f’intervalli xierqa u fi kwalunkwe każ mill-anqas darba kull tliet xhur. Jekk miżura ma tkunx imġedda wara l-perijodu ta’ tliet xhur, għanda tiskadi awtomatikament. Il-paragrafi 5 sa 8 għandhom japplikaw għal tiġdid tal-miżuri.

10.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM mhux tal-UE kkonċernat jistgħu jirrikjedu li l-AETS tirrikunsidra d-deċiżjoni tagħha. Il-proċedura msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandha tapplika.

Artikolu 48

Penali amministrattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-miżuri u l-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati f’konformità ma’ din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni jew għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu penali kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li jistgħu jittieħdu l-miżuri amministrattivi adatti jew li jiġu imposti penali amministrattivi kontra l-persuni responsabbli fejn ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri jkunu effiċjenti, proporzjonati u disważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżvelaw lill-pubbliku kwalunkwe miżura jew penali li għandha tiġi imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm tali żvelar ma jippreġudikax b’mod serju s-swieq finanzjarji, ikun ta’ detriment għall-interessi tal-investituri jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.

3.   L-AETS għandha tipproduċi rapport ta’ kull sena dwar l-applikazzjoni tal-miżuri amministrattivi u l-impożizzjoni ta’ penali f’kaz ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-eżekuzzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri differenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-AETS bl-informazzjoni neċessarja għal dak l-iskop.

Artikolu 49

Dritt għal appell

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu r-raġunijiet bil-miktub għal kwalunkwe deċiżjoni għar-rifjut jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ AIFMs li jimmaniġġa u/jew jikkummerċjalizza AIFs, jew kwalunkwe deċiżjoni negattiva meħuda fl-implementazzjoni tal-miżuri adottati fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u jikkomunikawhom lill-applikanti.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati f’konformità ma’ din id-Direttiva tkun irraġunata sew u tkun is-suġġett tad-dritt għal appell lill-qrati.

Dak id-dritt għal appell lill-qrati għandu japplika wkoll meta, fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, ma tittieħed l-ebda deċiżjoni fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

TAQSIMA 2

Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti differenti

Artikolu 50

Obbligu ta’ kooperazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-AETS u mal-BERS fejn huwa neċessarju sabiex jeżegwixxu d-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva jew jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont din id-Direttiva jew skont il-liġi nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni prevista f’din it-taqsima.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-setgħat tagħhom għall-fini tal-kooperazzjoni, anki f’każijiet fejn il-kondotta li tkun qed tiġi investigata ma tkunx tikkostitwixxi ksur ta’ xi regolament fis-seħħ fl-Istat Membru tagħhom stess.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom immedjatament jipprovdu lil xulxin u lill-AETS bl-informazzjoni rikjesta għall-iskop tat-twettiq ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jgħaddu kopja tal-arranġamenti relevanti ta’ kooperazzjoni li jkunu ssottoskrivew għalihom skont it-termini tal-Artikoli 35, 37, u/jew 40 lill-Istati Membri ospitanti tal-AIFM kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom, f’konformità mal-proċeduri rigward l-istandards tekniċi regolatorji applikabbli msemmijin fl-Artikoli 35(14), 37(17) u 40(14), jgħaddu l-informazzjoni li jkunu rċevew mill-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ tali awtoritajiet superviżorji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ AIFM, jew fejn rilevanti, skont l-Artikolu 45(6) jew (7), lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM kkonċernat.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tqis li l-kontenut ta’ arranġament ta’ kooperazzjoni sottoskritt mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM kkonċernat skont it-termini tal-Artikoli 35, 37 u/jew 40 ma jkunx ottemperanti mar-rikjest f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat konferiti lilha skont it-termini tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkollhom raġunijiet ċari u dimostrabbli sabiex jissuspettaw li jkunu qegħdin jitwettqu jew twettqu atti kontra d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, minn AIFM li mhux suġġetti għas-superviżjoni ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, huma għandhom jinnotifikaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM kkonċernat b’mod kemm jista’ jkun speċifiku. L-awtoritajiet riċeventi għandhom jieħdu azzjoni xierqa, għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti notifikanti bl-eżitu ta’ dik l-azzjoni u, safejn ikun possibbli, bl-iżviluppi interim siewja. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità kompetenti li tinnotifika.

6.   Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva f’dak li għandu x’jaqsam mal-iskambju ta’ informazzjoni, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jeżegwixxu ħalli jkunu ddeterminati l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 51

It-trasferiment u r-retenzjoni tad-data personali

1.   F’dak li għandu x’jaqsam mat-trasferiment tad-data personali bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE. F’dak li għandu x’jaqsam mat-trasferiment tad-data personali mill-AETS lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, l-AETS għandha tottempera ruħha mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.   Id-data għandha tiġi ritenuta għal perijodu massimu ta’ ħames snin.

Artikolu 52

Żvelar ta’ informazzjoni lil pajjiżi terzi

1.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tittrasferixxi lejn pajjiż terz id-data u l-analiżi tad-data abbażi ta’ każ b’każ fejn il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25 jew 26 tad-Direttiva 95/46/KE huma sodisfatti u fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru huma sodisfatti li t-trasferiment huwa neċessarju għall-iskop ta’ din id-Direttiva. Il-pajjiż terz m’għandux jittrasferixxi d-data lejn pajjiż terz ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni espressa bil-miktub tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tiżvela biss l-informazzjoni rċevuta minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor lil awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ikun akkwista ftehim espress tal-awtorità kompetenti li tkun ittrasferixxiet l-informazzjoni u, fejn hu applikabbli, l-informazzjoni tkun żvelata biss għar-raġunijiet li għalihom l-awtorità kompetenti tkun qablet magħhom.

Artikolu 53

Skambju ta’ informazzjoni relatata mal-konsegwenzi sistemiċi potenzjali tal-attività ta’ AIFM

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għall-awtorizzazzjoni u/jew is-superviżjoni tal-AIFM skont din id-Direttiva għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra fejn din hija rilevanti għall-monitoraġġ u r-reazzjoni għall-implikazzjonijiet potenzjali tal-attivitajiet ta’ AIFMs individwali jew ta’ AIFMs kollettivament għall-istabbiltà ta’ istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti sistemikament u l-funzjonament regolat tas-swieq li huma attivi fihom l-AIFMs. L-AETS u l-BERS għandhom jiġu infurmati wkoll u għandhom jibagħtu din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

2.   Suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010AETS, l-informazzjoni aggregata relatata mal-attivitajiet tal-AIF taħt ir-responsabbiltà tagħhom għandha tiġi kkomunikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-AIFMs lill-AETS u l-BERS.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata f’konformità mal-paragrafu 1.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-modalitajiet u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata f’konformità mal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 59(2).

Artikolu 54

Kooperazzjoni f’attivitajiet superviżorji

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jistgħu jitolbu l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor f’attività superviżorja jew għal verifika fuq il-post jew f’investigazzjoni fit-territorju ta’ dan tal-aħħar fi ħdan il-qafas tas-setgħat tagħhom skont din id-Direttiva.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti jirċievu talba fir-rigward ta’ verifika fuq il-post jew investigazzjoni, dawn għandhom jagħmlu dan li ġej:

(a)

iwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni nfisha;

(b)

jippermettu lill-awtorità rikjedenti li twettaq il-verifika jew l-investigazzjoni;

(c)

jippermettu lill-awdituri jew lill-esperti jwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni.

2.   Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun talbet il-kooperazzjoni, tista’ titlob li l-membri tal-personal tagħha jassistu lill-personal li qed jagħmel il-verifika jew l-investigazzjoni. Il-verifika jew l-investigazzjoni għandha, madankollu, tkun suġġetta għall-kontroll ġenerali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu din tkun qed issir.

Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu qed issir il-verifika jew l-investigazzjoni tista’ titlob li l-membri tal-persunal tagħha jassistu lill-persunal li qed jagħmel il-verifika jew l-investigazzjoni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw l-iskambju ta’ informazzjoni jew li jaġixxu fuq talba għal kooperazzjoni fit-twettiq ta’ investigazzjoni jew verifika fuq il-post fil-każijiet li ġejjin biss:

(a)

l-investigazzoni, il-verifika fuq il-post jew l-iskambju ta’ informazzjoni jista’ jkollhom effett negattiv fuq is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Istat Membru indirizzat;

(b)

diġà jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;

(c)

diġà tkun ingħatat sentenza finali fl-Istat Membru indirizzat fir-rigward tal-istess persuni u l-istess azzjonijiet.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti rikjedenti dwar kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont l-ewwel subparagrafu, u jiddikjaraw ir-raġunijiet għal dan.

4.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġu stabbiliti proċeduri komuni għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkooperaw f’verifiki u investigazzjonijiet fuq il-post.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 55

Riżoluzzjoni ta’ disputi

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar il-valutazzjoni, l-azzjoni jew it-tħollija barra ta’ awtorità kompetenti waħda f’oqsma fejn din id-Direttiva teħtieġ kooperazzjoni jew koordinazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti minn aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-AETS li tista’ taġixxi bi qbil mas-setgħat konferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 56

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħat biex jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3, 4, 9, 12, 14 sa 25, 34 sa 37, 40, 42, 53, 67 u 68 għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin mill-21 ta’ Lulju 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex f’konformità mal-Artikolu 57.

2.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan.

3.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija b’dan konferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 57 u 58.

Artikolu 57

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3, 4, 9, 12, 14 sa 25, 34 sa 37, 40, 42, 53, 67 u 68 tista’ tiġi rrevokata f’kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet il-proċedura interna għad-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi rrevokata d-delega tas-setgħa, għandha timpenja ruħha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed deċiżjoni finali, b’indikazzjoni tad-delega tas-setgħa li tista’ tkun suġġetta għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal dan.

3.   Id-deċiżjoni għal revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 58

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien perijodu ta’ 3 xhur mid-data ta’ notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

2.   Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.

L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk wara talba ġustifikata mill-Kummissjoni, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat adottat fi żmien il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat.

Artikolu 59

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tat-Titoli Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (30). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011,

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 60

Żvelar ta’ derogi

Fejn Stat Membru juża deroga jew għażla prevista fl-Artikoli 6, 9, 21, 22, 28, 43 u l-Artikolu 61(5), għandu jinforma lill-Kummissjoni dwarha kif ukoll dwar kull bidla sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni pubblika fuq website jew permezz ta’ mezzi oħra faċilment aċċessibbli.

Artikolu 61

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   AIFMs li jkunu bdew joperaw skont id-Direttiva qabel it-22 ta’ Lulju 2013 għandhom jadottaw il-miżuri kollha neċessarji biex jikkonformaw mal-liġi nazzjonali mnissla minn din id-Direttiva u għandhom jissottomettu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni fi żmien sena minn dik id-data.

2.   L-Artikoli 31, 32 u 33 ta’ din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet jew ishma tal-AIF li huma suġġetti għal offerta attwali lill-pubbliku skont prospett li tfassal u ġie ppubblikat f’konformità mad-Direttiva 2003/71/KE qabel it-22 ta’ Lulju 2013 matul il-perijodu ta’ validita’ ta’ dan il-prospett.

3.   L-AIFMs sakemm jamministraw AIFs tat-tip magħluq qabel it-22 ta’ Lulju 2013 li ma jagħmlu l-ebda investiment addizzjonali wara t-22 ta’ Lulju 2013 jistgħu madankollu jkomplu jamministraw tali AIFs mingħajr awtorizzazzjoni skont din id-Direttiva.

4.   L-AIFMs sakemm jamministraw AIF tat-tip magħluq li l-perijodu ta’ sottoskrizzjoni tagħhom għal investuri jkun għalaq qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u li huma kkostitwiti għal perijodu ta’ żmien li jiskadi mhux aktar tard minn tliet snin wara t-22 ta’ Lulju 2013, jistgħu madankollu jibqgħu jimmaniġġaw tali AIF bla ma jkollhom għalfejn jikkonformaw ma’ din id-Direttiva ħlief għall-Artikolu 22 u, meta jkun rilevanti, mal-Artikoli 26 sa 30, jew iressqu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont din id-Direttiva.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini tal-AIF jew fil-każ meta l-AIF mhuwiex regolat l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini tal-AIFMs jistgħu jippermettu l-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(3) u stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jinħatru bħala depożitarji sat-22 ta’ Lulju 2017. Din id-dispożizzjoni għandha tkun bla ħsara għall-applikazzjoni sħiħa tal-Artikolu 121, ħlief għall-punt (a) tal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu dwar il-post fejn id-depożitarju ser ikun stabbilit.

Artikolu 62

Emendi għad-Direttiva 2003/41/KE

Id-Direttiva 2003/41/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

istituzzjonijiet li huma koperti bid-Direttivi 73/239/KEE (*) 85/611/KEE (**) 93/22/KEE (***) 2000/12/KE (****) 2002/83/KE (*****) u 2011/61/UE (******);

(*)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 6, Vol 1, p. 14)."

(**)  Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 6, Vol 1, p. 139)."

(***)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam ta’ titoli (ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27)."

(****)  Id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1)."

(*****)  Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 6, Vol 1, p. 3)."

(******)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (ĠU L 174, 1.07.2011, p. 1).”"

(2)

L-Artikolu 19(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri m’għandhomx jirrestrinġu lill-istituzzjonijiet milli jaħtru, għall-ġestjoni tal-portafoll tal-investiment, ġesturi ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru ieħor u debitament awtorizzati għal din l-attività, f’konformità mad-Direttivi 85/611/KEE, 93/22/KEE, 2000/12/KE, 2002/83/KE u 2011/61/KE, kif ukoll dawk imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva.”

Artikolu 63

Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE

Id-Direttiva 2009/65/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 50a

Sabiex tiġi żgurata konsistenza transsettorjali u jitneħħa l-allinjament ħażin bejn l-interess tal-kumpanniji li jbiddlu s-self f’titoli li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati u strumenti finanzjarji oħra (oriġinaturi) u l-UCITS li jinvestu f’dawk it-titoli jew strumenti finanzjarji oħra, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 112a, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 112b u 112c, miżuri li jistabbilixxu r-rekwiżiti fl-oqsma li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti li jeħtieġ jiġu ssodisfati mill-oriġinatur sabiex UCITS (impriża għall-investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli) tkun tista’ tinvesti f’titoli jew strumenti finanzjarji oħra ta’ dan it-tip maħruġa wara l-1 ta’ Jannar 2011, inkluż rekwiżiti li jiżguraw li l-oriġinatur iżomm interess ekonomiku nett ta’ mhux anqas minn 5 %;

(b)

rekwiżiti kwalitattivi li jridu jiġu ssodisfati minn UCITS li tinvesti f’dawk it-titoli jew strumenti finanzjarji oħra.”;

(2)

L-Artikolu 112(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 12, 14, 23, 33, 43, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 hija kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin li jibda mill-4 ta’ Jannar 2011. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 50a hija kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-21 ta’ Lulju 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhomx skont it-termini mal-Artikolu 112a.”;

(3)

L-Artikolu 112a(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12, 14, 23, 33, 43, 50a, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”.

Artikolu 64

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fid-Direttiva 2006/48/KE, ditti ta’ investiment kif definiti fid-Direttiva 2004/39/KE, impriżi tal-assigurazzjoni suġġetti għall-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (*******), impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja kif definiti fid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (********), impriżi ta’ riassigurazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (*********), l-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (il-UCITS) kif definiti fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (**********), istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali kif definiti fid-Direttiva 2003/41/KE u fondi ta’ investiment alternattivi kif definiti fid-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (***********) jistgħu jużaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għal finijiet regolatorji biss jekk dawn jinħarġu minn aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kredituaġenziji li jiggradaw il-kreditu stabbiliti fl-Unjoni u rreġistrati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 65

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, il-kliem “kull leġislazzjoni futura fil-qasam tal-AIFM” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (************).

Artikolu 66

Traspożizzjoni

1.   Sat-22 ta’ Lulju 2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-disposizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-disposizzjonijiet ma’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 mit-22 ta’ Lulju 2013.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-ottemperanza mal-Artikoli 37 sa 41 f’ konformita’ mal-att iddelegat adottat mill -Kummissjoni skont it-termini tal-Artikolu 67(6) u mid-data speċifikata fih.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati minnhom f’konformita’mal-Artikoli 36 u 42 ma jibqgħux japplikaw skont it-termini tal-att iddelegat adottat mill -Kummissjoni skont it-termini tal-Artikolu 68(6) u mid-data speċifikata fih.

5.   Fejn l-Istati Membri jadottaw il-miżuri imsemmija fil-paragrafu 1, huma għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkompanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment.

6.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 67

Att iddelegat dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 35, 37 sa 41

1.   Sat-22 ta’ Lulju 2015, l-AETS għandha tagħti lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a)

opinjoni dwar il-funzjonament tal-passaport għal AIFM tal-UE li jkun jimmaniġġa u/jew jikkummerċjalizza AIFs tal-UE skont it-termini tal-Artikoli 32 u 33 u dwar il-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIF mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni tal-AIF minn AIFM mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli stipulati fl-Artikoli 36 u 42; u

(b)

parir dwar l-applikazzjoni tal-passaport għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIF minn AIFM mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-regoli stipulati fl-Artikolu 35, u l-Artikoli 37 sa 41.

2.   L-AETS għandha tibbaża l-opinjoni u l-parir tagħha fuq l-applikazzjoni tal-passaport Ewropew għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFMs mhux tal-UE fl-Istati Membri inter alia dwar:

(a)

f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament tal-passaport Ewropew għal AIFMs tal-UE li jkun jimmaniġġa u/jew jikkumerċjalizza AIFs tal-UE;

(i)

l-użu li sar mill-passaport,

(ii)

il-problemi misjubin f’dak li għandu x’jaqsam ma’:

Kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti,

Funzjonament effettiv tas-sistema ta’ notifika,

Il-protezzjoni tal-investitur,

Medjazzjoni mill-AETS, inkluż il-għadd ta’ każijiet u l-effikaċja tal-medjazzjoni,

(iii)

L-effikaċja tal-ġbir u l-qsim tal-informazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, mill-AETS u mill-BERS;

(b)

f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIF minn AIFM mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli:

(i)

L-ottemperanza tal-AIFMs mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 21,

(ii)

il-konformità ta’ AIFM mhux tal-UE mal-Artikoli 22, 23 u 24 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull AIF ikkummerċjalizzat mill-AIFM, u fejn ikun il-każ, mal-Artikoli 26 sa 30,

(iii)

l-eżistenza u l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għall-iskop ta’ sorveljanza tar-riskji sistemiċi u in linja mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIFs huwa kkumerċjalizzat, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet komeptenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF tal-UE u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIFM mhux tal-UE jkun stabbilit u, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE jkun stabbilit,

(iv)

kull kwestjoni marbuta mal-protezzjoni tal-investitur li seta’ kien hemm,

(v)

kull karatteristika tal-qafas regolatorju u superviżorju ta’ pajjiż terz li jista’ jipprevjeni l-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-funzjonijiet superviżorji skont din id-Direttiva.

(c)

f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament taż-żewġ sistemi, it-tħarbit u d-distorsjonijiet potenzjali tas-suq fil-konkorrenza (opportunitajiet indaqs għal kulħadd). jew kull diffikultà ġenerali jew speċifika li l-AIFMs tal-UE jistaw jiltaqaw magħha fl-istabbilment jew kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mmanniġġjat mill-istess AIFMs f’pajjiż terz.

3.   Għal dak il-fini, mid-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali neċessarju għall-konformità ma’ din id-Direttiva u sakemm ikun hemm il-ħruġ tal-opinjoni tal-AETS kif msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jagħtu lill-AETS kull bażi ta’ kull kwart ta’ sena l-informazzjoni dwar l-AIFMs li qed jimmaniġġaw u/jew jikkumerċjalizzaw l-AIFs taħt is-superviżjoni tagħhom, kemm bl-applikazzjoni tar-reġim tal-passaport previst f’din id-Direttiva, kemm tar-reġimi nazzjonali tagħhom u bl-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Fejn l-AETS tqis li ma hemm l-ebda ostaklu sinifikattiv għar-rigward tal-protezzjoni tal-investituri, tat-tħarbit tas-suq, tal-konkorrenza u tal-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi, li jimpedixxu l-applikazzjoni tal-passaport għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFMs mhux tal-UE fl-Istati Membri skont it-termini tar-regoli stipulati fl-Artikoli 35, 37 sa 41, għandha toħroġ parir pożittiva f’dan ir-rigward.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, il-miżuri li jispeċifikaw il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata f’konformità mal-paragrafu 2.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat fi żmien tliet xhur wara li tkun irċeviet il-parir u l-opinjoni pożittivi tal-AETS u b’kunsiderazzjoni tal-kriterji elenkati fil-paragrafu 2, u l-objettivi ta’ din id-Direttiva, bħalma huma relatati mas-suq intern, il-protezzjoni tal-investituri u l-monitoraġġ effikaċi tar-riskju sistemiku, skont l-Artikolu 56u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 57 u 58, billi tispeċifika d-data meta r-regoli stabbiliti fl-Artikoli 35, 37 sa 41 għanhom jibdew japplikaw fl-Istati Membri kollha.

Fejn ikun hemm oġġezzjoni għall-att iddelegat msemmi fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikolu 58, il-Kummissjoni għandha tadotta mill-ġdid l-att iddelegat li fl-ambitu tiegħu r-regoli stipulati fl-Artikoli 35, 37 sa 41 għandhom isiru applikabbli fl-Istati Membri kollha, skont l-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet msemmijn fl-Artikoli 57 u 58, u fi stadju ulterjuri li jkun xieraq, billi jitqiesu l-kriterji elenkati fil-paragrafu 2 u l-objettivi ta’ din id-Direttiva, bħalma huma dawk relatati mas-suq intern, il-protezzjoni tal-investituri u l-monitoraġġ effettiv tar-riskji sistemiċi.

7.   Jekk l-AETS ma tkunx ħarġet il-parir tagħha fit-terminu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li l-parir jingħata f’terminu ġdid.

Artikolu 68

Att iddelegat dwar it-terminazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikoli 36 u 42

1.   Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-att iddelegat li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 6 tal-Artikolu 67(6) li skont it-termini tiegħu, r-regoli stipulati fl-Artikoli 35, 37 sa 41 jkunu saru applikabbli fl-Istati Membri kollha, l-AETS għandha tagħti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni:

(a)

opinjoni dwar il-funzjonament tal-passaport għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFMs tal-UE minn AIFs mhux tal-UE fl-Unjoni skont it-termini tal-Artikolu 35 u għall-AIFMs mhux tal-UE li jimmaniġġaw u/jew jikkummerċjalizzaw l-AIF fl-Unjoni skont it-termini tal-Artikoli 37 sa 41, u fil-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs minn AIFMs mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli kif stipulat fil-Artikoli 36 u 42; u

(b)

parir dwar it-terminazzjoni tal-eżistenza tar-reġimi nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 36 u 42 b’mod parallel mal-eżistenza tal-passaport Ewropew kif stipulat fir-regoli stipulatifl-Artikoli 35, 37 sa 41.

2.   L-AETS għandha tibbaża l-opinjoni u l-parir tagħha dwar it-terminazzjoni tal-eżistenza tar-reġimi nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 36 u 42 inter alia fuq:

(a)

rigward il-funzjonament tal-passaport għall-kummerċjalizzazzjoni minn AIFMs tal-UE ta’ AIFs mhux tal-UE fl-Unjoni u għall-AIFMs mhux tal-UE li jimmaniġġa u/jew jikkumerċjalizza AIF fl-Unjoni;

(i)

L-użu li sar mill-passaport,

(ii)

Il-problemi fir-riward ta’:

kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti,

funzjonament effettiv tas-sistema ta’ notifika,

l-indikazzjoni tal-Istat Membru ta’ riferenza,

L-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni skont it-termini ta’ din id-Direttiva ma huwa mfixkel mil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz dwar l-AIFMs, u lanqas mil-limitazzjonijiet fis-setgħat ta’ superviżjoni u ta’ investigazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ pajjiż terz,

il-protezzjoni tal-investitur,

l-aċċess għall-investituri fl-Unjoni,

l-impatt fuq il-pajjiżi li qed jiżvilppaw,

medjazzjoni mill-AETS, inkluż il-għadd ta’ każijiet u l-effikaċja tal-medjazzjoni,

(iii)

In-negozjazzjoni, il-konklużjoni, l-eżistenza u l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni rikjesti,

(iv)

l-effikaċja tal-ġbir u l-qsim tal-informazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, mill-AETS u mill-BERS,

(v)

ir-riżultati tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 38;

(b)

f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Istati Membri u l-ġestjoni u/jew kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFMs mhux tal-UE fl-Istati Membri f’konformità mar-reġimi nazzjonali applikabbli:

(i)

l-ottemperanza tal-AIFMs mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 21,

(ii)

il-konformità ta’ AIFMs mhux tal-UE mal-Artikoli 22, 23 u 24 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull AIF ikkummerċjalizzat mill-AIFM, u fejn ikun il-każ, mal-Artikoli 26 sa 30,

(iii)

l-eżistenza u l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għall-iskop ta’ sorveljanza tar-riskji sistemiċi u in linja mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-AIF huwa kkumerċjalizzat, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet komeptenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF tal-UE kkonċernat u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIFM mhux tal-UE jkun stabbilit u, safejn dan ikun applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-AIF mhux tal-UE jkun stabbilit,

(iv)

kull kwestjoni marbuta mal-protezzjoni tal-investitur li seta’ kien hemm,

(v)

kull karatteristika tal-qafas regolatorju u superviżorju ta’ pajjiż terz li jista’ jipprevjeni l-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni tal-funzjonijiet superviżorji skont din id-Direttiva;

(c)

fir-rigward tal-funzjonament taż-żewġ sistemi, it-tħarbit u d-distorsjonijiet potenzjali tas-suq fil-konkorrenza (opportunitajiet indaqs għal kulħadd) u kull effett negattiv potenzjali fuq l-aċċess għall-investituri jew l-investimetn fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew għall-benefiċċju tagħhom;

(d)

valutazzjoni kwantitattiva li tidentifika l-għadd ta’ ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li fihom hemm stabbilit AIFM li jikkummerċjalizza AIF fi Stat Membru jew bl-applikazzjoni tar-reġim tal-passaport stipulat fl-Artikolu 40 jew tar-reġimi nazzjonali stipulati fl-Artikolu 42.

3.   Għal dak il-fini, minn mindu jkun hemm id-dħul fis-seħħ tal-att iddelegat li għalih hemm referenza fl-Artikolu 67(6) u sakemm ikun hemm il-ħruġ tal-opinjoni tal-AETS msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, kull kwart ta’ sena, jagħtu lill-AETS l-informazzjoni dwar l-AIFMs li qed jimmaniġġa u/jew jikkumerċjalizza l-AIFs taħt is-superviżjoni tagħhom, kemm bl-applikazzjoni tar-reġim tal-passaport stipulat f’din id-Direttiva, kemm tar-reġimi nazzjonali tagħhom.

4.   Fil-każ li l-AETS tqis li ma hemmx ostakli sinifikattivi dwar il-protezzjoni tal-investituri, it-tħarbit tas-suq, il-konkorrenza u l-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi, l-impediment tat-terminazzjoni tar-reġimi nazzjonali skont it-termini tal-Artikoli 36 u 42 u ż-żamma l-passaport Ewropew għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mhux tal-UE minn AIFMs tal-UE fl-Unjoni u l-ġestjoni u/jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs minn AIFM mhux tal-UE fl-Unjoni skont ir-regoli kontenuti fl-Artikolu 35 u l-Artikoli 37 sa 41 bħala l-uniku reġim possibbli għal tali attivitajiet mill-AIFM relevanti fl-Unjoni, għandha toħroġ parir pożittiv f’dan ir-rigward.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, il-miżuri li jispeċifikaw il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata f’konformità mal-paragrafu 2.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat fi żmien tliet xhur wara li tkun irċeviet parir u opinjoni pożittivi mill-AETS u billi tqis il-kriterji elenkati fil-paragrafu 2 u l-objettivi ta’ din id-Direttiva, bħalma huma dawk relatati mas-suq intern, il-protezzjoni tal-investituri u l-monitoraġġ effettiv tar-riskji sistemiċi, skont it-termini tal-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 57 u 58, billi tkun speċifikata d-dat meta r-reġimi nazzjonali msemmijin fl-Artikoli 36 u 42 għandhom ikunu tterminati, u r-reġim tal-passaport previst fl-Artikoli 35, 37 sa 41 għandha jsir l-uniku reġim tassattiv applikabbli fl-Istati Membri.

Jekk ikun hemm oġġezzjoni għall-att iddelegat msemmi fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikolu 58, il-Kummissjoni għandha tadotta mill-ġdid att iddelegat li fl-ambitu tiegħu r-reġimi nazzjonali msemmijin fl-Artikoli 36 u 42 għandhom ikunu tterminati u r-reġim tal-passaport previst fl-Artikoli 35, 37 sa 41 għandhom isiru l-uniku reġim tassattiv applikabbli fl-Istati Membri kollha, skont l-Artikolu 56 u suġġett għall-kundizzjonijiet msemmijn fl-Artikoli 57 u 58, u fi stadju ulterjuri li jkun xieraq, billi jitqiesu l-kriterji elenkati fil-paragrafu 2 u l-objettivi ta’ din id-Direttiva, bħalma huma dawk relatati mas-suq intern, il-protezzjoni tal-investituri u l-monitoraġġ effettiv tar-riskji sistemiċi.

7.   Jekk l-AETS ma tkunx ħarġet il-parir tagħha fit-terminu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li l-parir jingħata f’terminu ġdid.

Artikolu 69

Reviżjoni

1.   Sat-22 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ konsultazzjoni pubblika u fid-dawl tad-diskussjonijiet ma’ awtoritajiet kompetenti, tirrivedi l-applikazzjoni u l-ambitu ta’ din id-Direttiva. Dik ir-reviżjoni għandha tanalizza l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Direttiva, l-impatt tagħha fuq l-investituri, l-AIF jew l-AIFMs, fl-Unjoni pajjiżi terzi, u l-punt sa liema ntlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva kif ukoll, jekk hu meħtieġ, tipproponi emendi xierqa. L-eżami għandu jinkludi valutazzjoni ġenerali tal-funzjonament tar-regoli f’din id-Direttiva u l-esperjenza miksub fl-applikazzjoni tagħhom.

(a)

il-kummerċjalizzazzjoni minn AIFMs tal-UE ta’ AIsF mhux tal-UE fl-Istat Membru li fih iseħħ permezz ta’ reġimi nazzjonali;

(b)

il-kummerċjalizzazzjoni minn AIFMs mhux tal-UE ta’ AIFs tal-UE fl-Istat Membru li fih iseħħ permezz ta’ reġimi nazzjonali;

(c)

il-ġestjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFMs awtorizzat skont it-termini ta’ din id-Direttiva ta’ AIFs fl-Unjoni li jseħħ permezz ta’ reġimi ta’ passaport previsti f’din id-Direttiva;

(d)

il-kummerċjalizzazzjoni ta’ AIFs fl-Unjoni minn jew f’isem persuni jew entitajiet oħrajn li ma jkunux l-AIFM;

(e)

l-investiment fl-AIFs minn jew f’isem l-investituri professjonali Ewropej;

(f)

l-impatt tar-regoli fuq id-depożitarji stipulati fl-Artikolu 21 dwar is-suq tad-depożitarji fl-Unjoni;

(g)

l-impatt tar-rekwiżiti ta’ trasparenza u rapportaġġ stipulati fl-Artikoli 22 sa 24, 28 u 29, dwar il-valutazzjoni tar-riskju sistemiku;

(h)

l-impatt avvers potenzjali fuq l-investituri mhux professjonali;

(i)

l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq il-funzjonament u l-fattibilità tal-fondi ta’ ekwità privata u venture capital;

(j)

l-impatt ta’ din id -Direttiva fuq l-aċċess għall-investituri fl-Unjoni;

(k)

l-impatt ta’ din id -Direttiva fuq l-investimenti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew għall-benefiċċju tagħhom;

(l)

l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq il-protezzjoni tal-kumpanniji jew emittenti mhux kwotati kif stipulat fl-Artikoli 26 sa 30 ta’ din id-Direttiva u dwar opportunitajiet indaqs għal kulħadd bejn l-AIFs u investituri oħrajn wara l-akkwiżizzjoni ta’ azzjonijiet jew kontroll maġġoritarji f’tali kumpaniji jew emittenti mhux kwotati.

Meta jsir rieżami tal-kummerċjalizzazzjoni u/jew ġestjoni tal-AIF msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk ikunx xieraq li l-AETS tkun fdata b’aktar responsabbiltajiet superviżorji f’dan il-qasam.

2.   Għal finijiet tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni kull sena, informazzjoni dwar l-AIFMs li qed jimmaniġġaw u/jew kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs li jkun taħt is-superviżjoni tagħhom, kemm taħt ir-reġim tal-passaport previst f’din id-Direttiva, kemm taħt ir-reġimi nazzjonali tagħom, b’indikazzjoni tad-data li fiha r-reġim tal-passaport ġie traspost u, jekk rilevanti, applikat fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

L-AETS għandha tagħti lill-Kummissjoni l-informazjzoni dwar l-AIFM kollha mhux tal-UE li jkunu ġew awtorizzati jew talbu awtorizzazzjoni skont it-termini tal-Artikolu 37.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandha tinkludi:

(a)

l-informazzjoni dwar fejn huwa stabbilit l-AIFMs konċernat;

(b)

jekk ikun applikabbli, l-identifikazzjoni tal-AIFs tal-UE mmaniġġat jew kkumerċjalizzat minnhom;

(c)

jekk ikun applikabbli, l-identifikazzjoni tal-AIFs mhux tal-UE mmaniġġat minn AIFMs tal-UE imma mhux kkummerċjalizzat fl-Unjoni;

(d)

jekk ikun applikabbli, l-identifikazzjoni ta’ AIF mhux tal-UE mmaniġġat fl-Unjoni;

(e)

l-informazzjoni tar-reġim applikabbli, kemm nazzjonali u kemm tal-Unjoni li fl-ambitu tiegħu l-AIFMs relevanti jkunu qed jiżvolġu l-attivitajiet tagħhom; u

(f)

kull informazzjoni oħra relevanti għall-komprensjoni ta’ kif il-ġestjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs mill-AIFMs fl-Unjoni topera fil-prattika.

3.   Ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1,għanu jqis b’mod dovut ukoll l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u d-diskussjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

4.   Wara l-finalizzazzjoni ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien mhux ġustifikat tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti, inklużi emendi għal din id-Direttiva b’ kont meħud tal-objettivi tad-Direttiva, l-effetti tagħha fuq il-protezzjoni tal-investituri, it-tħarbit tas-suq u l-konkorrenza, il-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi u l-impatti potenzjali fuq l-investituri, l-AIFs jew l-AIFMs, fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

Artikolu 70

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 71

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

GYŐRI E.


(1)  ĠU C 272, 13.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 18, 19.1.2011, p. 90.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2011.

(4)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(5)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

(8)  ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22.

(9)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(10)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(11)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.

(12)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

(13)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(14)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

(15)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(16)  ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

(17)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(18)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(19)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(20)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(21)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

(22)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

(23)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 1.

(24)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(25)  ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.

(26)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

(27)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(28)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.

(29)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(30)  ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.

(************)  ĠU L 174, 1.07.2011, p. 1”.


ANNESS I

1.

Funzjonijiet ta’ mmaniġġar tal-investimenti li AIFM għandu tal-anqas iwettaq meta jimmaniġġa AIF:

(a)

l-immaniġġar tal-portafoll;

(b)

l-immaniġġar tar-riskju.

2.

Funzjonijiet oħrajn li AIFM jista’ jaqdi addizzjonalment matul il-kors tal-ġestjoni kollettiva ta’ AIF:

(a)

Amministrazzjoni:

(i)

servizzi legali u ta’ kontabilità fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-fondi;

(ii)

servizz ta’ informazzjoni għall-klijenti;

(iii)

valutazzjoni u pprezzar, inklużi l-formoli tat-taxxa;

(iv)

monitoraġġ regolatorju tal-konformità;

(v)

żamma tar-reġistru tat-titolari tal-unità/azzjonisti;

(vi)

distribuzzjoni tad-dħul;

(vii)

ħruġ u tifdija ta’ unitajiet/ishma;

(viii)

riżoluzzjonijiet ta’ kuntratti, inkluża l-kunsinna taċ-ċertifikat;

(ix)

żamma ta’ rekords;

(b)

Kummerċjalizzazzjoni;

(c)

Attivitajiet relatati mal-assi tal-AIFs, jiġifieri servizzi meħtieġa biex jiġu sodisfatti d-dmirijiet fiduċjarji tal-AIFM, immaniġġar tal-faċilitajiet, attivitajiet amministrattivi ta’ proprjetà immobbli, konsulenza lil impriżi dwar struttura ta’ kapital, strateġija industrijali u materji relatati, konsulenza u servizzi relatati ma’ amalgamazzjonijiet u x-xiri ta’ impriżi u servizzi oħra konnessi mal-immaniġġar tal-AIF u l-kumpaniji u assi oħra li jkunu investew fihom.


ANNESS II

POLITIKA DWAR IR-RIMUNERAZZJONI

1.

Meta jistabbilixxu u japplikaw il-linji politiċi ta’ rimunerazzjoni totali, inklużivi ta’ salarji u benefiċċji diskrezzjonali ta’ pensjoni, għal dawk il-kategoriji tal-persunal, inklużi l-management l-għoli, dawk li jieħdu r-riskji, li jikkontrollow il-funzjonijiet u kull impjegat li jirċievi rimunerazzjonali totali li ddaħħalhom fl-istess faxxa retributtiva bħall-management l-għoli u dawk li jieħdu r-riskji, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-AIFMs jew tal-AIFs li jimmaniġġaw, l-AIFMs għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin b’mod u safejn jkun xieraq għad-daqs, organizzazzjoni u natura interna, ambitu u komplessità tal-attivitajiet, tagħhom:

(a)

il-politika dwar ir-rimunerazzjoni hija konsistenti ma’ u tippromwovi ġestjoni tajba u effettiva tar-riskju u ma tinkoraġġixxix teħid ta’ riskji li huwa inkonsistenti mal-profili tar-riskju, ir-regoli dwar il-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF li huma jimmaniġġjaw;

(b)

il-politika dwar ir-rimunerazzjoni hija f’konformità mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi tal-ġestur tal-AIF u l-AIF li huwa jamministra jew l-investituri tal-AIsF, u tinkludi miżuri sabiex jiġu evitati konflitti ta’ interess;

(c)

il-korp amministrattiv tal-AIFM, fil-funzjoni superviżorja tiegħu jadotta u jirrieżamina perjodikament il-prinċipji ġenerali tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha;

(d)

l-implimentazzjoni tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni tkun, tal-anqas darba fis-sena, suġġetta għal rieżami intern ċentrali u indipendenti dwar il-konformità mal-linji politiċi u l-proċeduri għar-rimunerazzjoni adottati mill-korp amministrattiv fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

(e)

il-persunal involut fil-funzjonijiet ta’ kontroll jiġi kkumpensat skont kemm jinkisbu l-objettivi marbutin mal-funzjonijiet tagħhom, indipendentement mill-prestazzjoni tal-oqsma tan- negozju li huma jikkontrollaw;

(f)

ir-rimunerazzjoni tal-uffiċjali l-għoljin fil-ġestjoni tar-riskju u l-funzjonijiet ta’ ottemperanza hija direttament sorveljata mill-kumitat tar-rimunerazzjoni;

(g)

fejn ir-rimunerazzjoni tkun marbuta mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-rimunerazzjoni jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu u tal-unità tan-negozju kkonċernata jew tal-AIF ikkonċernat u tar-riżultati globali tal-AIFM, u meta tkun qed tiġi vvalutata l-prestazzjoni individwali, jittieħed kont ta’ kriterji finanzjarji kif ukoll ta’ dawk mhux finanzjarji;

(h)

il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tkun stabbilita f’qafas pluriennali adatt għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-AIFs amministrati mill-AIFM sabiex jiġi żgurat li l-proċess ta’ valutazzjoni jkun ibbażat fuq prestazzjoni aktar fit-tul u li l-ħlas attwali tal-komponenti tar-rimunerazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni jkun mifrux fuq perijodu li jieħu kont tal-politika dwar it-tifdija tal-AIFs li huwa jamministra u r-riskji kummerċali tagħhom;

(i)

rimunerazzjoni varjabbli garantita tkun eċċezzjonali u sseħħ biss fil-kuntest tar-reklutaġġ ta’ persunal ġdid u tkun limitata għall-ewwel sena;

(j)

il-komponenti fissi u varjabbli tar-rimunerazzjoni totali jkunu bbilanċjati b’mod adatt u il-komponent fiss ikun jirrappreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-rimunerazzjoni totali sabiex jippermetti t-tħaddim ta’ politika kompletament flessibbli dwar il-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni, inkluża l-possibbiltà li ma jitħallas l-ebda komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni;

(k)

il-ħlasijiet marbuta mat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jirriflettu l-prestazzjoni miksuba maż-żmien u huma mfassla b’mod li ma jippremjawx il-falliment;

(l)

il-kejl tal-prestazzjoni li jintuża sabiex jiġu kkalkulati l-komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni jew gruppi ta’ komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni jkun jinkludi mekkaniżmu ta’ aġġustament li jintegra t-tipi kollha ta’ riskji preżenti u futuri rilevanti;

(m)

suġġett għall-istruttura ġuridika tal-AIF u r-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tiegħu, porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ, mill-anqas 50 % ta’ kwalunkwe rimunerazzjoni varjabbli, jikkonsisti f’unitajiet jew ishma tal-AIF kkonċernat, jew interessi ekwivalenti ta’ sjieda, jew strumenti marbutin mal-ishma jew strumenti ekwivalenti li ma jkunux fi flus, sakemm il-ġestjoni tal-AIFs tkun tlaħħaq anqas minn 50 % tal-portafoll totali mmaniġġat mill-AIFM, f’liema każ il-minimu ta’ 50 % ma japplikax.

L-istrumenti msemmijia f’dan il-punt għandhom ikunu suġġetti għal politika ta’ retenzjoni xierqa maħsuba li tallinja l-inċentivi mal-interessi tal-AIFM u tal-AIF li timmaniġġah u l-investituri ta’ tali AIFs. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jqiegħdu restrizzjonijiet fuq it-tipi u t-tifsil ta’ dawk l-istrumenti jew jipprojbixxu ċerti strumenti, skont ma jkun xieraq. Dan il-punt għandu jkun applikat kemm għall-porzjon tal-komponent tar-rimunerazzjoni varjabbli differit in linja mal-punt (n) u l-porzjon tal-komponent tar-rimunerazzjoni varjabbli mhux differit;

(n)

porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ, mill-anqas 40 % tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni jkun differit fuq perijodu li jkun adatt fid-dawl taċ-ċiklu tal-ħajja u l-politika dwar it-tifdija tal-AIF ikkonċernat u jkun allinjat b’mod korrett man-natura tar-riskji tal-AIF inkwistjoni.

Il-perijodu msemmi f’dan il-punt għandu jkun mill-anqas ta’ tlieta sa ħames snin sakemm iċ-ċiklu tal-ħajja tal-AIF kkonċernat ma jkunx aqsar; ir-rimunerazzjoni pagabbli skont l-arranġamenti ta’ differiment m’għandhiex tkun akkwistata aktar malajr minn fuq bażi pro-rata; fil-każ ta’ komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta’ ammont partikolarment għoli, tal-anqas 60 % tal-ammont huwa differit;

(o)

ir-rimunerazzjoni varjabbli, inkluż il-porzjon differit, titħallas jew tkun dovuta biss jekk tkun sostenibbli skont is-sitwazzjoni finanzjarja tal-AIFM fl-intier tagħha, u tkun iġġustifikata skont il-prestazzjoni tal-unità tan-negozju, l-AIF u l-individwu kkonċernati.

Ir-rimunerazzjoni varjabbli totali għandha ġeneralment tiġi kkontrattata b’mod konsiderevoli meta jkun hemm il-performance finanzjarja mnaqqsa jew negattiva tal-AIFM jew tal-AIF kkonċernati, u jitqiesu kemm il-kumpensazzjoni u r-riduzzjonijiet kurrenti fil-pagamenti ta’ ammonti maqlugħin preċedentement, inkluż permezz ta’ arranġamenti malus jew claw back;

(p)

il-politika tal-pensjonijiet tkun in linja mal-istrateġija, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-terminu t-twil tan-negozju tal-AIFM u l-AIFs li jimmaniġġa.

Jekk l-impjegat jitlaq mill-AIFM qabel l-età li fiha wieħed jirtira, allura l-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jinżammu mill-AIFM għal perijodu ta’ ħames snin fil-forma ta’ strumenti bħalma hu definit fil-punt (m). F’każ li impjegat jasal sal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jitħallsu mill-impjegat fil-forma ta’ strumenti definiti fil-punt (m) suġġett għal perijodu ta’ retenzjoni ta’ ħames snin;

(q)

il-persunal ikun meħtieġ jaċċetta li ma jużax strateġiji personali ta’ hedgings jew assigurazzjoni relatata mar-rimunerazzjoni u r-responsabbiltà biex idgħajjef l-effetti tal-allinjament tar-riskju integrat fl-arranġamenti ta’ rimunerazzjoni tiegħu;

(r)

ir-rimunerazzjoni varjabbli ma tithallasx permezz ta’ veikoli jew metodi li jiffaċilitaw l-evitar tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.

Il-prinċipji msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għar-rimunerazzjoni ta’ kull tip imħallsa mill-AIFM, għal kull ammont imħallas mill-AIF innifsu, inkluż il-carried interest, u għal kull trasferiment ta’ unitajiet jew ishma tal-AIF, li jsiru għall-benefiċċji ta’ dawk il-kategoriji tal-persunal, inkluż il-management l-għoli, dawk li jieħdu r-riskji, jiżvolġu funzjonijiet ta’ kontroll u kull impjegat li jirċievi rimunerazzjoni totali li ddaħħalhom fl-istess faxxa retributtiva bħall-management l-għoli u dawk li jieħdu r-riskji, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tagħhom tar-riskju jew il-profili ta’ riskju tal-AIF li jimmaniġġaw.

3.

L-AIFMs li huma sinifikanti fid-daqs tagħhom jew id-daqs tal-AIFs li jamministraw, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom għandhom jistabbilixxu kumitat dwar ir-rimunerazzjoni. Il-kumitat dwar ir-rimunerazzjoni għandu jkun magħmul b’mod li jkun jista’ jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti dwar il-linji politiċi u l-prassi tar-rimunerazzjoni u l-inċentivi maħluqa għall-ġestjoni tar-riskju.

Il-kumitat dwar ir-rimunerazzjoni għandu jkun responsabbli għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet rigward ir-rimunerazzjoni, inklużi dawk li jkollhom implikazzjonijiet għar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tal-AIFMs jew l-AIF ikkonċernati u li jkollhom jittieħdu mill-korp amministrattiv fil-funzjoni superviżorja tiegħu. Il-kumitat dwar ir-rimunerazzjoni għandu jkun ippresedut minn membru tal-korp amministrattiv li ma jwettaqx funzjonijiet eżekuttivi fost l-AIFMs ikkonċernat. Il-membri tal-kumitat dwar ir-rimunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp ta’ management li ma jwettaqx funzjonijiet eżekuttivi fost l-AIFM ikkonċernat.


ANNESS III

DOKUMENTAZZJONI U INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA F’KAŻ LI TKUN INTIŻA L-KUMMERĊJALIZZAZZJONI FL-ISTAT MEMBRU TA’ DOMIĊILJU TAL-AIFM

(a)

ittra ta’ notifika, inkluż programm tal-operazzjonijiet li jidentifika l-AIFs li l-AIFM għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza u l-informazzjoni dwar fejn hu stabbilit l-AIF;

(b)

ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF;

(c)

l-identifikazzjoni tad-depożitarju tal-AIF;

(d)

deskrizzjoni ta’, jew kwalunkwe informazzjoni dwar, l-AIF disponibbli għall-investituri;

(e)

informazzjoni dwar il-post fejn l-AIF prinċipali huwa stabbilit jekk l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni;

(f)

kwalunkwe informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 23(1) għal kull AIF li l-AIFM jimmaniġġa jew li biħsiebu jikkumerċjalizza;

(g)

meta jkun rilevanti, informazzjoni dwar l-arranġamenti stabbiliti biex jevitaw li l-ishma jew l-unitajiet tal-AIF jiġu kkummerċjalizzati ma’ investituri bl-imnut, inkluż fil-każ fejn il-ġestur tal-AIF jiddipendi fuq attivitajiet ta’ entitajiet indipendenti biex jipprovdi servizzi ta’ investiment fir-rigward tal-AIF.


ANNESS IV

DOKUMENTAZZJONI U INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA F’KAŻ LI TKUN INTIŻA L-KUMMERĊJALIZZAZZJONI FI STATI MEMBRI OĦRAJN LI MA JKUNUX L-ISTAT MEMBRU TA’ DOMĊILJU TAL-AIFM

(a)

ittra ta’ notifika, inkluż programm tal-operazzjonijiet li jidentifika l-AIFs li l-AIFM għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza u l-informazzjoni dwar fejn hu stabbilit l-AIF;

(b)

ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF;

(c)

l-identifikazzjoni tad-depożitarju tal-AIF;

(d)

deskrizzjoni ta’, jew kwalunkwe informazzjoni dwar, l-AIF disponibbli għall-investituri;

(e)

informazzjoni dwar il-post fejn l-AIF prinċipali huwa stabbilit jekk l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni;

(f)

kwalunkwe informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 23(1) għal kull AIF li l-AIFM jimmaniġġa jew li biħsiebu jikkumerċjalizza.

(g)

l-indikazzjoni tal-Istati Membri li fihom għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF ma’ investituri professjonali;

(h)

informazzjoni dwar l-arranġamenti li saru għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF u, fejn rilevanti, informazzjoni dwar l-arranġamenti stabbiliti biex jevitaw li l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF jiġu kkummerċjalizzati ma’ investituri bl-imnut, inkluż fil-każ fejn il-ġestur tal-AIF jiddipendi fuq attivitajiet ta’ entitajiet indipendenti biex jipprovdi servizzi ta’ investiment fir-rigward tal-AIF.


1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/74


DIRETTIVA 2011/62/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Ġunju 2011

li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta’ prodotti mediċinali falsifikati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u punt (c) tal-Artikolu 168(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Huma u jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u dik tal-Kunsill (4) tistabbilixxi r-regoli għal inter alia il-manifattura, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq u d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali fl-Unjoni kif ukoll regoli marbuta mas-sustanzi attivi.

(2)

Fl-Unjoni hemm żieda allarmanti ta’ prodotti mediċinali li huma ffalsifikati f’dak li jirrigwardja identità, storja u sors tagħhom. Dawk il-prodotti normalment ikun fihom ingredjenti ta’ kwalita’ sub-standard jew ingredjenti foloz, jew nieqsa mill-ingredjenti jew ingredjenti, inklużi s-sustanzi attivi, f’doża żbaljata, u għalhekk jippreżentaw tehdida importanti għas-saħħa pubblika.

(3)

L-esperjenza tal-passat turi li dawn il-prodotti mediċinali falsifikati ma jilħqux il-pazjenti biss permezz ta’ mezzi illegali, iżda permezz tal-katina legali tal-provvista wkoll. Dan jippreżenta theddida partikolari għas-saħħa tal-bniedem u jista’ jnissel fil-pazjent nuqqas ta’ fiduċja fil-katina legali tal-provvista.Id-Direttiva 2001/83/KE għandha tiġi emendata b’mod li tirrispondi għal din id-theddida li qed tiżdied.

(4)

It-theddida għas-saħħa pubblika hija wkoll rikonoxxuta mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), li waqqfet l-International Medical Products Anti-Counterfeiting Taskforce (“IMPACT”). L-IMPACT żviluppat il-Prinċipji u Elementi għal-Leġiżlazzjoni Nazzjonali kontra l-Prodotti Mediċinali Foloz. Dawn ġew approvati mil-Laqgħa Ġenerali tal-IMPACT f’Lisbona fit-12 ta’ Diċembru 2007. L-Unjoni pparteċipat b’mod attiv fl-IMPACT.

(5)

Definizzjoni ta’ ‘prodotti mediċinali ffalsifikati’ għandha tiġi introdotta sabiex tiddistingwi b’mod ċar il-prodotti mediċinali ffalisifikati minn prodotti mediċinali illegali oħra, kif ukoll minn prodotti li jiksru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, il-prodotti meċinali b’difetti fil-kwalità mhux intenzjonati li jirriżultaw mill-iżbalji tal-manifattura jew tad-distribuzzjoni m’għandhomx jiġu konfużi ma’ prodotti mediċinali ffalsifikati. Biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, it-termini ‘sustanza attiva’ u ‘eċċipjent’ għandhom jiġu definiti wkoll.

(6)

Persuni li jiksbu, iżommu, jaħżnu, jipprovdu jew jesportaw il-prodotti mediċinali huma intitolati biss biex isegwu l-attivitajiet tagħhom jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni tad-distribuzzjoni bl-ingrossa skont id-Direttiva 2001/83/KE. Madankollu, illum in-netwerk tad-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali qed isir dejjem iktar ikkumplikat u qed jinvolvi dejjem iktar persuni li mhumiex dejjem id-distributuri bl-ingrossa kif hemm imsemmi f’dik id-Direttiva. Sabiex tiġi assigurata l-kredibilità tal-katina tal-provvista, il-leġiżlazzjoni f’relazzjoni mal-prodotti mediċinali għandha tindirizza lil dawk kollha involuti fil-katina tal-provvista. Dan jinkludi mhux biss lid-distributuri bl-ingrossa, irrispettivament minn jekk huma jimmaniġġjawx il-prodotti mediċinali fiżikament jew le, imma wkoll lill-intermedjarji li huma involuti fil-bejgħ u x-xiri tal-prodotti mediċinali bla ma jbiegħu jew jixtru huma stess, u bla ma jkunu sidien tal-prodotti u mingħajr ma jmissu fiżikament mal-prodotti mediċinali.

(7)

Sustanzi attivi ffalsifikati u sustanzi attivi li mhumiex konformi mar-rekwiżiti applikabbli tad-Direttiva 2001/83/KE jippreżentaw riskji serji għas-saħħa pubblika. Dawk ir-riskji għandhom jiġu indirizzati billi jissaħħu r-rekwiżiti tal-verifika applikabbli għall-manifattur tal-prodotti mediċinali.

(8)

Hemm medda ta’ prattiki tajba ta’ manifattura differenti li huma adattati sabiex jiġu applikati għall-manifattura tal-eċċipjenti. Sabiex jipprovdi għal livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika, il-manifattur tal-prodott mediċinali għandu jevalwa l-addatabilità tal-eċċipjenti fuq il-bażi ta’ prattika tajba u xierqa ta’ manifattura għall-eċċipjenti.

(9)

Sabiex isir iktar faċli l-infurzar ta’ u l-kontroll tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni rigward is-sustanzi attivi, il-manifatturi, l-importaturi jew id-distributuri ta’ dawn is-sustanzi għandhom jgħarrfu l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bl-attivitajiet tagħhom.

(10)

Il-prodotti mediċinali jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni filwaqt li ma jkunux maħsuba għall-importazzjoni, jiġifieri mhux intenzjonati sabiex jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Jekk dawk il-prodotti mediċinali jiġu ffalsifikati, huma jippreżentaw riskju għas-saħħa pubblika fl-Unjoni. Barra minn hekk, dawn il-prodotti mediċinali falsifikati jistgħu jilħqu l-pazjenti fil-pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jevitaw dawn il-prodotti mediċinali falsifikati, jekk introdotti fl-Unjoni, mid-dħul fiċ-ċirkolazzjoni. Meta jiġu adottati d-dispożizzjonijiet li jissupplimentaw dan l-obbligu fuq l-Istati Membri sabiex jieħdu dawk il-miżuri, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra r-riżorsi amministrattivi disponibbli u l-implikazzjonijiet prattiki, kif ukoll il-ħtieġa biex jinżammu flussi tal-kummerċ mgħaġġla għall-prodotti mediċinali leġittimi. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bla preġudizzju għal-leġiżlazzjoni doganali, għad-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u għad-distribuzzjoni tar-responsabiltajiet fl-Istati Membri.

(11)

Il-karatteristiċi ta’ sigurtà għall-prodotti mediċinali għandhom jiġu armonizzati fl-Unjoni sabiex jiġu kkunsidrati profili ta’ riskji ġodda, filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern għall-prodotti mediċinali. Dawn il-karatteristiċi ta’ sigurtà għandhom jippermettu l-verifika tal-awtentiċità u tal-identifikazzjoni ta’ pakketti individwali, u jipprovdu evidenza ta’ tbagħbis. L-ambitu ta’ dawn il-karatteristiċi ta’ sigurtà għandu jikkunsidra l-partikolaritajiet ta’ ċerti prodotti mediċinali jew kategoriji ta’ prodotti mediċinali, bħall-prodotti mediċinali ġeneriċi. Il-prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni għandhom bħala regola ġenerali jkun fihom il-karatteristika ta’ sigurtà. Madankollu, fid-dawl tar-riskju ta’ falsifikazzjoni u tar-riskju li joħroġ mill-falsifikazzjoni tal-prodotti mediċinali jew tal-kategoriji ta’ prodotti mediċinali għandu jkun hemm il-possibilità li jiġu esklużi ċerti prodotti mediċinali jew kategoriji ta’ prodotti mediċinali soġġetti għall preskrizzjoni mir-rekwiżit li juru l-karatteristiċi ta’ sigurtà permezz ta’ att delegat, wara stima ta’ riskju. Il-karatteristiċi ta’ sigurtà m’għandhomx jiġu introdotti għall-prodotti mediċinali kategoriji ta’ prodotti mediċina li ma jkunux suġġett għal preskrizzjoni sakemm, permezz ta’ eċċezzjoni, stima turi r-riskju ta’ falsifikazzjoni, li twassal għal konsegwenzi serji.

Dawk il-prodotti mediċinali għandhom jiġu elenkati f’att delegat. L-istimi ta’ riskju għandhom jikkunsidraw aspetti bħall-prezz tal-prodott mediċinali; każijiet preċedenti ta’ prodotti mediċinali falsifikati li ġew irrappurtati fl-Unjoni u f’terzi pajjiżi; l-implikazzjonijiet ta’ falsifikazzjonijiet għas-saħħa pubblika, bit-teħid f’konsiderazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti kkonċernati; u s-severità tal-kundizzjonijiet maħsuba li jkunu trattati. Il-karatteristiċi ta’ sigurtà għandhom jippermettu l-verifika ta’ kull pakkett fornut tal-prodotti mediċinali, irrispettivament ta’ kif ġew fornutii inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod. L-identifikatur uniku kif ukoll is-sistema tar-repożitorji korrispondenti għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (5) u għandhom iżommu salvagwardji ċari u effettivi kull meta tiġi proċessata data personali. Is-sistema ta’ repożitorji li jkun fiha informazzjoni dwar karatteristiċi ta’ sigurtà tista’tinkludi informazzjoni kummerċjali sensittiva. Din l-informazzjoni trid tiġi protetta kif suppost. Meta jkunu introdotti l-karatteristiċi ta’ sigurtà obbligatorji, għandu jittieħed kont xieraq tal-karatteristiċi partikolari tal-ktajjen tal-provvista fl-Istati Membri.

(12)

Kull attur fil-katina tal-provvista li jippakkja prodotti mediċinali għandu jkollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura. Sabiex ikunu effettivi l-karatteristiċi ta’ sigurtà, detentur tal-awtorizzazzjoni tal-manifattura li ma jkunx il-manifattur oriġinali tal-prodott mediċinali għandu jkollu biss il-permess li jneħħi, jibdel jew jgħatti dawn il-karatteristiċi ta’ sigurtà taħt kundizzjonijiet stretti. B’mod partikolari, il-karatteristiċi ta’ sigurtà għandhom jiġu sostitwiti fil-każ ta’ imballaġġ mill-ġdid minn karatteristiċi ta’ sigurtà ekwivalenti. Għal dan l-għan, is-sinifikat tat-terminu “ekwivalenti” għandu jiġi speċifikat b’mod ċar. Dawk il-kundizzjonijiet stretti għandhom jipprovdu protezzjoni adegwata kontra prodotti mediċinali ffalsifikati li jidħlu fil-katina tal-provvista, sabiex jiġu protetti l-pazjenti, kif ukoll l-interessi ta’ dawk li jkollhom f’idejhom u jimmanifatturaw l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

(13)

Detenturi tal-awtorizzazzjoni tal-manifattura li jippakkjaw mill-ġdid il-prodotti mediċinali għandhom ikunu responsabbli tal-ħsara fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fejn tidħol ir-responsabilità għal prodotti difettużi (6).

(14)

Sabiex tiżdied il-kredibilità tal-katina tal-provvista, id-distributuri bl-ingrossa għandhom jivverifikaw li d-distributuri tal-provvista bl-ingrossa tagħhom huma detenturi ta’ awtorizzazzjoni għal distriubzzjoni bl-ingrossa.

(15)

Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-esportazzjoni tal-prodotti mediċinali mill-Unjoni u dawk applikabbli għall-introduzzjoni tal-prodotti mediċinali fl-Unjoni bl-iskop uniku li jesportawhom jeħtieġ li jiġu ċċarati. Skont id-Direttiva 2001/83/KE persuna li tesporta l-prodotti mediċinali hija distributur bl-ingrossa. Id-dispożizzjonjiet applikabbli għad-distributuri bl-ingrossa kif ukoll il-prattiki tajba tad-distribuzzjoni għandhom japplikaw għal dawk l-attivitajiet kollha kull meta jiġu mwettqa fit-territorju tal-Unjoni, inklużi fiż-żoni bħal żoni ta’ kummerċ ħieles jew imħażen ħielsa.

(16)

Sabiex tiġi assigurata t-trasparenza, għandha tiġi ppubblikata lista tad-distributuri bl-ingrossa li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni permezz ta’ spezzjoni minn awtorità kompetenti ta’ xi Stat Membru, f’database li għandha tiġi stabbilita fuq livell tal-Unjoni.

(17)

Id-dispożizzjonijiet dwar ispezzjonijiet u kontrolli tal-atturi kollha involuti fil-manifattura u l-provvista ta’ prodotti mediċinali u l-ingredjenti tagħhom għandhom jiġu ċċarati u dispożizzjonjiet speċifiċi għandhom japplikaw għal tipi ta’ atturi differenti. Dan m’għandux iżomm lill-Istati Membri milli jwettqu ispezzjonijiet addizzjonali, fejn ikunu kkunsidrati xierqa.

(18)

Sabiex jiġi żgurat livell simili ta’ protezzjoni għas-saħħa umana fl-Unjoni, u biex jiġu evitati distorzjonijiet fis-suq intern, għandhom jiġu msaħħa l-prinċipji u l-linji gwida armonizzati għall-ispezzjoni tal-manifatturi u d-distributuri bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali kif ukoll tas-sustanzi attivi għandhom jiġu msaħħa. Tali prinċipji u linji gwida armonizzati għandhom wkoll jgħinu biex tiġi żgurata l-ħidma tal-ftehimiet rikonoxxuti b’mod reċiproku ma’ pajjiżi terzi li l-applikazzjoni tagħhom tiddependi fuq l-effiċjenza u l-komparabilità tal-ispezzjoni u mill-infurzar fl-Unjoni.

(19)

L-impjant li mmanifattura s-sustanzi attivi għandu jkun suġġett mhux biss ta’ spezzjonijiet imwettqa fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ konformità suspettata iżda wkoll fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju.

(20)

Il-manifattura tas-sustanzi attivi għandha tkun suġġetta għal prattiki tajba ta’ manifattura, irrispettivament jekk dawk is-sustanzi attivi humiex manifatturati fl-Unjoni jew importati. Rigward il-manifattura tas-sustanzi attivi fil-pajjiżi terzi, għandu jiġi assigurat li d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi applikabbli għall-manifattura tas-sustanzi attivi maħsuba biex jiġu esportati fl-Unjoni, kif ukoll l-ispezzjonijiet tal-faċilitajiet u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet applikabbli, jipprovdu livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dik provduta mil-liġi tal-Unjoni.

(21)

Il-bejgħ illegali ta’ prodotti mediċinali lill-pubbliku permezz tal-Internet huwa theddid importanti għas-saħħa pubblika peress li l-prodotti mediċinali ffalsifikati jistgħu jilħqu l-pubbliku b’dan il-mod. Huwa meħtieġ li tiġi indirizzata din it-theddida. Waqt li jsir dan, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-provvista bl-imnut tal-prodotti mediċinali għall-pubbliku ma ġewx armonizzati fuq livell tal-Unjoni u għaldaqstant, l-Istati Membri jistgħu jimponu kundizzjonijiet għall-provvista tal-prodotti mediċinali għall-pubbliku fil-limiti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(22)

Meta tiġi eżaminata l-kompatibilità tal-kundizzjonijiet għall-provvista bl-imnut tal-prodotti mediċinali mal-liġijiet tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) irrikonoxxiet in-natura tassew partikolari tal-prodotti mediċinali, li l-effetti terapewtiċi tagħhom jiddistingwuhom b’mod sostanzjali minn oġġetti oħra. Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet ukoll illis-saħħa u l-ħajja tal-bniedem jikklassifikaw l-ewwel fost l-assi u l-interessi protetti mit-TFUE u li huwa f’idejn l-Istati Membri biex jistabbilixxu l-livell ta’ protezzjoni li jixtiequ joffru għas-saħħa pubblika u l-mod ta’ kif dak il-livell għandu jinkiseb. Ladarba dak il-livell jista’ jvarja minn Stat Membru għal ieħor, l-Istati Membri għandhom jingħataw id-diskrezzjoni (7) fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-provvista fuq it-territorju tagħhom tal-prodotti mediċinali għall-pubbliku.

(23)

B’mod partikolari, fid-dawl tar-riskji għas-saħħa pubblika u minħabba s-setgħa mogħtija lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-Istati Membri jistgħu, fil-prinċipju, jirrestrinġu l-bejgħ bl-imnut tal-prodotti mediċinali lill-farmaċisti biss (8).

(24)

Għaldaqstant, u fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jimponu kundizzjonijiet ġustifikati bil-protezzjoni tas-saħħa pubblika mal-provvista bl-imnut tal-prodotti mediċinali offruti għall-bejgħ mill-bogħod permezz ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika. Tali kundizzjonijiet m’għandhomx jirrestrinġu bla bżonn il-funzjonament tas-suq intern.

(25)

Il-pubbliku għandu jiġi assistit fl-identifikazzjoni tal-websajts li qed joffru legalment il-prodotti mediċinali għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku. Għandu jiġi stabbilit logo komuni, li huwa rikonoxxibbli fl-Unjoni, filwaqt li jippermetti l-identifikazzjoni tal-Istat Membru fejn il-persuna jew il-korp li joffri l-prodotti mediċinali għall-bejgħ mill-bogħod jiġi stabbilit. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa d-disinn għal tali logo. Il-websajts li joffru l-prodotti mediċinali għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku għandhom ikunu marbuta mal-websajt tal-awtorità kompetenti kkonċernata. Il-websajts tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif ukoll dik tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (“l-Aġenzija”), għandhom jagħtu spjegazzjoni dwar l-użu tal-logo. Dawk il-websajts kollha għandhom ikunu marbuta sabiex jipprovdu informazzjoni komprensiva lill-pubbliku.

(26)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, b’koperazzjoni mal-Aġenzija u l-Istati Membri, tagħmel kampanji ta’ għarfien biex javżaw bir-riskji fix-xiri ta’ prodotti mediċinali mis-sorsi illegali permezz tal-Internet.

(28)

L-Istati Membri għandhom jimponu penali effettivi għal atti li jinvolvu prodotti mediċinali ffalsifikati li jikkunsidraw it-theddid għas-saħħa pubblika ppreżentat minn dawk il-prodotti.

(28)

Il-falsifikazzjoni tal-prodotti mediċinali hija problema globali, li teħtieġ koordinazzjoni u koperazzjoni internazzjonali effettivi u mtejba sabiex jiżguraw li l-istrateġiji kontra l-falsifikazzjoni huma aktar effettivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-provvista ta’ tali prodotti permezz tal-Internet. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw mill-qrib u jappoġġjaw il-ħidma kontinwa fil-fora internazzjonali dwar dan is-suġġett, bħall-Kunsill tal-Ewropa, l-Europol u n-Nazzjonijiet Uniti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, li taħdem mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fir-rigward tal-ġlied b’mod effettiv kontra l-kummerċ tal-prodotti mediċinali ffalsifikati fuq livell globali.

(29)

Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Hija timmira speċifikatament biex tipprevjeni li prodotti mediċinali ffalsifikati jidħlu fil-katina legali tal-provvista.

(30)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFEU sabiex tissupplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE, kif emendata minn din id-Direttiva, dwar prattiki tajba tal-manifattura u d-distribuzzjoni għas-sustanzi attivi, dwar regoli dettaljati għal prodotti mediċinali introdotti fl-Unjoni bla ma jiġu importati u fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ sigurtà. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ preparazzjoni tagħha, inkluż fuq livell espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u fil-ħin tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(31)

Sabiex jiġu assigurati kondizzjonijet uniformi għall-implimentazzjoni, setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu attribwiti lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri għall-evalwazzjoni tal-qafas regolatorju applikabbli għall-manifattura tas-sustanzi attivi esportati minn pajjiżi terzi lill-Unjoni u fir-rigward ta’ logo komuni li jidentifika l-websajts li qed joffru legalment prodotti mediċinali għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku. Dawk il-poteri għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (9).

(32)

Il-karatteristiċi ta’ sigurtà għall-prodotti mediċinali introdotti taħt din id-Direttiva jeħtieġu adattamenti sostanzjali għall-proċessi tal-manifattura. Sabiex jippermettu lill-manifatturi sabiex jagħmlu dawk l-adattamenti, il-limiti ta’ żmien għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-karatteristiċi ta’ sigurtà għandhom ikunu twal b’mod suffiċjenti u għandhom jiġu kkalkulati mid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-atti delegati li jistabbilixxu r-regoli dettaljati fir-rigward ta’ dawk il-karatteristiċi ta’ sigurtà. Għandu wkoll jiġi kkunsidrat li xi Stati Membri diġà għandhom sistema nazzjonali fis-seħħ. Dawk l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu tranżitorju addizzjonali għall-adattament tas-sistema armonizzata tal-Unjoni.

(33)

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiġi assigurata l-ħidma tas-suq intern għall-prodotti mediċinali, waqt li jiġi assigurat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika kontra prodotti mediċinali ffalsifikati, ma jistax jiġi milħuq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jista’, minħabba l-iskala tal-miżura, jintlaħaq aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, fi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Bi qbil mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif istabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(34)

Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija jikkoperaw biex jiżguraw l-iskambju tal-informazzjoni fuq il-miżuri meħuda biex jiġġieldu kontra l-falsifikazzjoni tal-prodotti mediċinali u fuq is-sistemi ta’ penali li jinsabu fis-seħħ. Bħalissa, tali skambju iseħħ permezz tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Uffiċjali tal-Infurzar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-konsumaturi jinżammu informati dwar l-attivitajiet ta’ infurzar sakemm dan ikun kompatibbli mal-ħtiġijiet operattivi.

(35)

Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil tal-liġi aħjar (10), l-Istati Membri jiġu inkoraġġuti biex ifasslu, għalihom stess u fl-interessi tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess li jillustraw, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri tat-traspożizzjoni, u biex jippubblikawhom.

(36)

Id-Direttiva 2001/83/KE ġiet emendata reċentament mid-Direttiva 2010/84/UE (11) fir-rigward tal-farmakoviġilanza. Dik id-Direttiva inter alia emendat l-Artikolu 111 fir-rigward tal-ispezzjonijiet u l-Artikolu 116 fir-rigward tas-sospensjoni u r-revoka u l-varjazzjoni tal-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq skont ċerti ċirkustanzi. Barra minn hekk, daħħlet dispożizzjonijiet dwar l-atti delegati f’Artikoli 121a, 121b u 121c tad-Direttiva 2001/83/KE. Din id-Direttiva teħtieġ xi bidliet kumplimentari oħra lil dawk l-Artikoli tad-Direttiva 2001/83/KE.

(37)

Id-Direttiva 2001/83/KE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2001/83/KE hija b’dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“3a.

Sustanza attiva:

Kwalunkwe sustanza jew taħlita ta’ sustanzi maħsuba biex jintużaw fil-manifattura ta’ prodott mediċinali u li, meta użata fil-produzzjoni tagħha, issir ingredjent attiv ta’ dak il-prodott maħsub biex jeżerċita azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika fir-rigward tar-restawr, tal-korrezzjoni u l-modifika tal-karatteristiċi fiżjoloġiċi jew biex issir dijanjosi medika.

3b.

Eċċipjent:

Kwalunkwe kostitwenti ta’ prodott mediċinali minflok is-sustanza attiva u l-materjal tal-imballaġġ.”;

(b)

il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal:

“17a.

Senserija tal-prodotti mediċinali:

L-attivitajiet kollha b’rabta mal-bejgħ jew ix-xiri tal-prodotti mediċinali, minbarra d-distribuzzjoni bl-ingrossa, li ma tinkludix it-trattament fiżiku u li tikkonsisti f’negozjati b’mod indipendenti u f’isem ta’ persuna oħra legali jew naturali.”;

(c)

il-punt li ġej għandu jiżdied:

“33.

Prodotti mediċinali ffalsifikati:

Kull prodott mediku b’rappreżentanza falza ta’:

(a)

l-identità tiegħu, inkluż l-imballaġġ u t-tikkettjar tiegħu, ismu jew il-kompożizzjoni tiegħu fir-rigward ta’ kull wieħed mill-ingredjenti tiegħu inklużi l-eċċipjenti u s-saħħa ta’ dawk l-ingredejenti:

(b)

is-sors tiegħu, inkluż il-manifattur tiegħu, il-pajjiż tal-manifattura tiegħu, il-pajjiż tal-oriġini tiegħu, jew dak li għandu l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq tiegħu; jew

(c)

l-istorja tiegħu, inklużi r-rekords u d-dokumenti li jirrelataw mal-kanali tad-distribuzzjoni użati.

Din id-definizzjoni ma tinkludix difetti fil-kwalità mhux intenzjonati u hi mingħajr preġudizzju għall-ksur ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali.”.

2.

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit minn li ġej:

“3.   Minkejja l-paragrafu 1 u l-Artikolu 3(4), it-Titolu IV ta’ din id-Direttiva għandu jgħodd għall-manifattura tal-prodotti mediċinali maħsuba biss għall-esportazzjoni u għall-prodotti intermedji, sustanzi attivi u eċċipjenti.”;

“4.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 52b u 85a.”.

3.

Fl-Artikolu 8(3), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ha)

Konferma bil-miktub li l-manifattur tal-prodott mediċinali vverifika l-konformità tal-manifattur tas-sustanza attiva mal-prinċipji u l-linji gwida ta’ prattika tajba ta’ manifattura billi jsiru verifiki, skont il-punt (f) tal-Artikolu 46. Il-konferma bil-miktub għandu jkun fiha referenza għad-data tal-verifika u dikjarazzjoni li r-riżultat tal-konfermi tal-verifika li l-manifattura hija konformi mal-prinċipji u l-linji gwida ta’ prattika tajba ta’ manifattura.”.

4.

Fl-Artikolu 40, il-paragrafu 4 jiġi sostitwit b’li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu l-informazzjoni relatata mal-awtorizzazzjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fid-database tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 111(6).”.

5.

Fl-Artikolu 46, punt (f) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

jikkonforma mal-prinċipji u l-linji gwida ta’ prattika tajba ta’ manifattura għall-prodotti mediċinali u biex jintużaw biss sustanzi attivi manifatturati skont prattika tajba ta’ manifattura għal sustanzi attivi u distribwiti skont prattiki tajba tad-distribuzzjoni għal sustanzi attivi. Għal dan l-għan, min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura għandu jivverifika li l-manifattur u d-distributuri tas-sustanzi attivi jikkonformaw mal-prattiki tajba ta’ manifattura u prattiki tajba ta’ distribuzzjoni billi jwettaq verifiki fis-siti tal-manifattura u d-distribuzzjoni tal-manifattur u d-distributuri tas-sustanzi attivi. Min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura għandu jivverifika tali konformità jew hu stess jew, mingħajr preġudizzju għar-responsabilità tiegħu kif prevista f’din id-Direttiva, minn entità kkuntrattata minnu sabiex taġixxi f’ismu.

Min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura għandu jiżgura li l-eċċipjenti huma xierqa għall-użu fi prodotti mediċinali billi jaċċerta x’jikkostitwixxi prattika tajba u xierqa ta’ manifattura. Dan għandu jkun aċċertat fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju formalizzata b’konformità mal-linji gwida applikabbli msemmija fil-ħames paragrafu ta’ Artikolu 47. Din l-istima tar-riskju għandha tikkunsidra r-rekwiżiti taħt sistemi ta’ kwalità oħra xierqa kif ukoll is-sors u l-użu maħsub tal-eċċipjenti u istanzi preċedenti ta’ difetti ta’ kwalità. Min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura għandu jassigura li prattiki tajba u xierqa ta’ manifattura, hekk aċċertati, jiġu applikati. Min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura għandu jiddokumenta l-miżuri meħuda taħt dan il-paragrafu.

(g)

jinforma l-awtorità kompetenti u min ikollu l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq mill-ewwel jekk jikseb informazzjoni li l-prodotti mediċinali li huma taħt l-ambitu tal-awtorizzazzjoni tal-manifattura tiegħu huma, jew huma suspettati li huma, iffalsifikati irrispettivament minn jekk dawk il-prodotti ġewx distribwiti fil-katina legali tal-provvista jew permezz ta’ mezzi illegali, inkluż il-bejgħ illegali permezz ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika;

(h)

jivverifika li l-manifatturi, l-importaturi jew id-distributuri mingħand min huwa jikseb is-sustanzi attivi jiġu reġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti;

(i)

jivverifika l-awtentiċità u l-kwalità tas-sustanzi attivi u l-eċċipjenti.”.

6.

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 46b

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jassiguraw li l-manifattura, l-importazzjoni u d-distribuzzjoni fuq it-territorju tagħhom tas-sustanzi attivi, inklużi s-sustanzi attivi intenzjonati għall-esportazzjoni, ikunu konformi ma’ prattiki tajba ta’ manifattura u prattiki tajba ta’ distribuzzjoni għas-sustanzi attivi.

2.   Sustanzi attivi għandhom jiġu importati biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sustanzi attivi ikunu ġew manifatturati b’konformità ma’ livelli ta’ prattika tajba ta’ manifattura tal-inqas daqs dawk stipulati mill-Unjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 47; u

(b)

is-sustanzi attivi jkollhom magħhom konferma bil-miktub mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li minnu ġew esportati ta’ dan li ġej:

(i)

il-livelli ta’ prattika tajba ta’ manifattura applikabbli għall-impjant li mmanifattura s-sustanza attiva esportata huma tal-inqas daqs dawk stipulati mill-Unjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 47;

(ii)

l-impjant ta’ manifattura kkonċernat huwa suġġett għal kontrolli regolari, stretti u trasparenti u għall-infurzar effettiv tal- prattika tajba ta’ manifattura inklużi l-ispezzjonijiet ripetuti u mhux imħabbra, sabiex tiġi żgurata protezzjoni għas-saħħa pubblika mill-inqas ekwivalenti għal dik fl-Unjoni; u

(iii)

fil-każ ta’ sejbiet relatati man-nuqqas ta’ konformità, dik l-informazzjoni fuq tali sejbiet tiġi fornita mill-pajjiż terz li minnu ssir l-esportazzjoni lill-Unjoni mingħajr dewmien.

Din il-konferma bil-miktub għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8 u fil-punt (f) ta’ Artikolu 46.

3.   Ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (b) ta’ paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax jekk il-pajjiż li qed jesporta jkun inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 111b.

4.   Eċċezzjonalment u fejn meħtieġ sabiex tiġi assigurata d-disponibilità tal-prodotti mediċinali, meta impjant li jimmanifattura sustanza attiva għall-esportazzjoni jkun ġie spezzjonat minn Stat Membru u nstab konformi mal-prinċipji u l-linji gwida ta’ prattika tajba ta’ manifattura stipulati skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 47, ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jista’ jiġi rtirat minn kwalunkwe Stat Membru għal perjodu li ma jaqbiżx il-validità taċ-ċertifikat ta’ Prattika Tajba ta’ Manifattura. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibilità, għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni.”.

7.

Fl-Artikolu 47, it-tielet u r-raba’ paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati b’konformità ma’ Artikolu 121a u suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 121b u 121c, il-prinċipji u l-linji gwida ta’ prattika tajba ta’ manifattura għal sustanzi attivi msemmija fl-ewwel paragrafu tal-punt (f) ta’ Artikolu 46 u fl-Artikolu 46b.

Il-prinċipji ta’ prattika tajba ta’ distribuzzjoni għas-sustanzi attivi li għalihom saret referenza fl-ewwel paragrafu tal-punt (f) ta’ Artikolu 46 għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni taħt il-forma ta’ linji gwida.

Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida dwar l-istima ta’ riskju formalizzata għall-aċċertament ta’ prattika tajba u xierqa ta’ manifattura għall-eċċipjenti li jirreferi għaliha t-tieni paragrafu tal-punt (f) tal-Artikolu 46.”

8.

L-Artikolu li ġej jiddaħħal:

“Artikolu 47a

1.   Il-karatteristiċi ta’ sigurtà msemmija fil-punt (o) ta’ Artikolu 54 ma jistgħux jiġu mneħħija jew mgħottija, kompletament jew parzjalment, sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura jivverifika, qabel it-tneħħija parzjali jew kompleta jew l-għottija ta’ tali karattersitiċi ta’ sigurtà, li l-prodott mediċinali kkonċernat huwa awtentiku u li ma ġiex imbagħbas;

(b)

min ikollu l-awtorizzazzjoni tal-manifattura jkun konformi mal-punt (o) ta’ Artikolu 54 billi jibdel dawk il-karatteristiċi ta’ siġurtà ma’ karatteristiċi ta’ sigurtà ekwivalenti fir-rigward tal-possibbilità li tiġi verifikatia l-awtentiċità, l-identifikazzjoni u li tiġi provduta evidenza ta’ tbagħbis tal-prodott mediċinali. Tali sostituzzjoni għandha ssir mingħajr ma jiftaħ l-imballaġġ immedjat kif definit fil-punt 23 ta’ Artikolu 1.

Il-karatteristiċi tas-sigurtà għandhom jiġu kkunsidrati ekwivalenti jekk huma:

(i)

jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 54a(2), u

(ii)

huma effettivi b’mod ugwali, f’li jippermettu l-verifika tal-awtentiċita’ u l-identifikazzjoni tal-prodotti mediċinali u fil-provvediment ta’ evidenza ta’ tbagħbis mal-prodotti mediċinali;

(c)

is-sostituzzjoni tal-karatterisitiċi tas-sigurtà hija kondotta b’konformità ma’ prattika tajba ta’ manifattura applikabbli għall-prodotti mediċinali; u

(d)

il-bdil tal-karatteristiċi ta’ sigurtà huwa suġġett għas-superviżjoni tal-awtorità kompetenti.

2.   Dawn li jkollhom l-awtorizzazzjoni tal-manifattura, inklużi dawk li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu kkunsidrati bħala produtturi u għaldaqstant jinżammu responsabbli għal ħsarat fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 85/374/KEE.”

9.

Fl-Artikolu 51(1), is-subparagrafu li ġej huwa mdaħħal qabel it-tieni subparagrafu:

“Il-persuna kkwalifikata msemmija fl-Artikolu 48 għandha fil-każ ta’ prodotti mediċinali maħsuba biex ikunu mqiegħda fis-suq fl-Unjoni, tiżgura li l-karatteristiċi ta’ siġurtà li għalihom hemm referenza fil-punt (o) tal-Artikolu 54 kienu mwaħħla mal-pakkett.”.

10.

L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu:

“Artikolu 52a

1.   L-importaturi, il-manifatturi u d-distributuri tas-sustanzi attivi li huma stabbiliti fl-Unjoni għandhom jirreġistraw l-attività tagħhom mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti.

2.   Il-formola tar-reġistrazzjoni għandha tinkludi, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-isem jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz permanenti;

(ii)

is-sustanza/i attiva/i li għandhom jiġu impurtati, manifatturati jew distribwiti;

(iii)

partikolaritajiet fir-rigward tal-istabbilimenti u t-tagħmir tekniku għall-attività tagħhom.

3.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw formola tar-reġistrazzjoni lill-awtorità kompetenti mill-inqas 60 jum qabel il-bidu maħsub tal-attività tagħhom.

4.   L-awtorità kompetenti tista’, fuq bażi ta’ stima ta’ riskju, tiddeċiedi li twettaq ispezzjoni. Jekk l-awtorità kompetenti tinnotifika l-applikant fi żmien 60 jum mir-riċevuta tal-formula ta’ reġistrazzjoni li se titwettaq ispezzjoni, l-attività m’għandhiex tibda qabel l-awtorità kompetenti ma tkunx innotifikat l-applikant li jista’ jibda l-attività. Jekk fi żmien 60 jum mill-irċevuta tal-formola tar-reġistrazzjoni, l-awtorità kompetenti nnotifikat l-applikant li se titwettaq ispezzjoni, l-applikant jista’ jibda l-attività tiegħu.

5.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkomunikaw annwalment lill-awtorità kompetenti inventarju tal-bidliet li twettqu fir-rigward tal-informazzjoni provduta fil-formula ta’ reġistrazzjoni. Kwalunkwe bidliet li jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità jew is-sigurtà tas-sustanza/i attiva/i li huma manifatturati, importati jew distribwiti għandhom jiġu notifikati immedjatament.

6.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 li bdew l-attività tagħhom qabel it-2 ta’ Jannar 2013 għandhom jippreżentaw il-formola tar-reġistrazzjoni lill-awtorità kompetenti sat-2 ta’ Marzu 2013.

7.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu l-informazzjoni provduta skontil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fid-database tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 111(6).

8.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 111.

Artikolu 52b

1.   Minkejja Artikolu 2(1), u mingħajr preġudizzju għat-Titolu VII, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprevjenu li prodotti mediċinali li huma introdotti fl-Unjoni iżda mhux maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni jekk ikun hemm ir-raġunijiet suffiċjenti li jagħtu x’jifhmu li l-prodotti huma ffalsifikati.

2.   Sabiex tistabbilixxi x’inhuma l-miżuri meħtieġa msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tadotta permezz ta’ atti delegati b’konformità ma’ Artikolu 121a, u suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’Artikoli 121b u 121c, miżuri li jissupplimentaw il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati u l-verifiki li għandhom isiru meta jiġi evalwat il-karattru potenzjali ffalsifikat tal-prodotti mediċinali introdotti fl-Unjoni iżda mhux maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq.”.

11.

Fl-Artikolu 54, jiżdied il-punt li ġej:

“(o)

għal prodotti mediċinali minbarra r-radjofarmaċewtiċi msemmija fl-Artikolu 54a(1), karatteristiċi ta’ sigurtà li jippermettu lid-distributuri bl-ingrossa u persuni awtorizzati jew intitolati biex jipprovdu prodotti mediċinali lill-pubbliku biex:

jivverifikaw l-awtentiċità tal-prodott mediċinali; u

jidentifikaw pakketti individwali;

kif ukoll tagħmir li jippermetti l-verifika dwar jekk l-imballaġġ ta’ barra ġiex imbagħbas.”.

12.

L-Artikolu li ġej jiddaħħal:

“Artikolu 54a

1.   Prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni għandu jkun fihom il-karatteristiċi ta’ sigurtà li għalihom hemm referenza fil-punt (o) tal-Artikolu 54, sakemm ma ġewx elenkati b’konformità mal-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Prodotti mediċinali li mhumiex suġġetti għal preskrizzjoni, m’għandux ikun fihom il-karatteristiċi ta’ sigurtà li għalihom hemm referenza fil-punt (o) ta’ Artikolu 54, sakemm, permezz ta’ eċċezzjoni, ma ġewx elenkati b’konformità mal-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, wara li ġew stmati bħala fir-riskju ta’ falsifikazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati b’konformità ma’ Artikolu 121a u suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’Artikoli 121b u 121c, miżuri li jissupplimentaw il-punt (o) tal-Artikolu 54 bl-għan li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati għall-karatteristiċi tas-sigurtà msemmija fil-punt (o) tal-Artikolu 54.

Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu:

(a)

il-karatteristiċi u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-identifikatur uniku tal-karatteristiċi ta’ sigurtà li għalihom hemm referenza fil-punt (o) tal-Artikolu 54 li jippermetti li l-awtentiċità tal-prodotti mediċinali tiġi verifikata u li l-pakketti individwali jiġu identifikati. Meta jiġu stabbiliti l-karatteristiċi ta’ sigurtà għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-effikaċja tan-nefqa tagħhom;

(b)

il-listi tal-prodotti mediċinali jew kategoriji ta’ prodotti li, fil-każ ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni m’għandux ikollhom il-karatteristiċi ta’ sigurtà, u fil-każ ta’ prodotti mediċinali bla preskrizzjoni għandu jkollhom il-karatteristiċi ta’ sigurtà li għalihom hemm referenza fil-punt (o) tal-Artikolu 54. Dawk il-listi għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jiġi kkunsidrat ir-riskju ta’ u r-riskju li joħroġ minn falsifikazzjoni marbut mal-prodotti jew kategoriji ta’ prodotti. Għal dan l-għan għandhom jiġu applikati tal-inqas il-kriterji li ġejjin:

(i)

il-prezz u l-volum tal-bejgħ tal-prodott mediċinali;

(ii)

in-numru u l-frekwenza ta’ każijiet preċedenti ta’ prodotti mediċinali ffalsifikati rrappurtati fi ħdan l-Unjoni u fil-pajjiżi terzi u l-evoluzzjoni tan-numru u tal-frekwenza ta’ tali każijiet sal-ġurnata;

(iii)

il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti mediċinali konċernati;

(iv)

is-severità tal-kundizzjonijiet maħsuba li jkunu trattati;

(v)

riskji potenzjali oħra għas-saħħa pubblika;.

(c)

il-proċeduri għan-notifikazzjoni lill-Kummissjoni provduti fil-paragrafu 4 u sistema rapida għall-evalwazzjoni u d-deċiżjoni dwar tali notifika għall-iskop tal-applikazzjoni tal-punt (b);

(d)

il-modalitajiet għall-verifikazzjoni tal-karatteristiċi ta’ sigurtà li hemm referenza għalihom fil-punt (o) tal-Artikolu 54 mill-manifatturi, il-bejjiegħa bl-ingrossa, l-ispiżjara u l-persuni awtorizzati jew intitolati li jfornu prodotti mediċinali lill-pubbliku u mill-awtoritajiet kompetenti. Dawk il-modalitajiet għandhom jippermettu l-verifika tal-awtentiċità ta’ kull pakkett fornut tal-prodotti mediċinali li juru l-karatterisitiċi ta’ sigurtà msemmija fil-punt (o) tal-Artikolu 54 u jiddeterminaw il-livell ta’ tali verifika. Meta jiġu stabbiliti dawk il-modalitajiet, għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari tal-ktajjen tal-provvista fl-Istati Membri, u l-ħtieġa li l-impatt tal-miżuri ta’ verifikazzjoni fuq atturi partikolari fil-ktajjen tal-provvista jkun proporzjonat;

(e)

dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment, il-ġestjoni u l-aċċessibilità tas-sistema ta’ ripożitorji li fihom tinżamm l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-sigurtà, li jippermettu l-verifika tal-awtentiċità u l-identifikazzjoni tal-prodotti mediċinali, kif previst fil-punt (o) tal-Artikolu 54. L-ispejjeż tas-sistema tar-ripożitorji għandhom jitħallsu mid-detenturi tal-awtorizzazzjoni tal-manifattura ta’ prodotti mediċinali li jkollhom il-karatteristiċi ta’ sigurtà.

3.   Meta tadotta l-miżuri li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra tal-inqas dawn li ġejjin:

(a)

il-protezzjoni tad-dejta personali kif previst fil-liġi tal-Unjoni;

(b)

l-interessi leġittimi għall-protezzjoni tal-informazzjoni ta’ natura kummerċjali kunfidenzjali;

(c)

is-sjieda u l-kunfidenzjalità tad-dejta ġġenerata permezz tal-użu tal-karatteristiċi ta’ sigurtà; u

(d)

l-effikaċja tan-nefqa tal-miżuri.

4.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar prodotti mediċinali mhux suġġetti għal preskrizzjoni li huma jqisu li jkunu f’riskju ta’ falsifikazzjoni u jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar prodotti mediċinali li huma jqisu li mhumiex fir-riskju, skont il-kriterji stipulati fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.   L-Istati Membri jistgħu, għal skopijiet ta’ rimbors jew farmako-viġilanza, jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-identifikatur uniku li hemm referenza għalih f’punt (o) ta’ Artikolu 54 għal kwalunkwe prodotti mediċinali suġġett għal preskrizzjoni jew għal rimbors.

L-Istati Membri jistgħu, għal skopijiet ta’ rimbors, farmako-viġilanza jew farmako-epidemjoloġija, jużaw l-informazzjoni miżmuma fis-sistema ta’ repożitorji li għaliha hemm referenza f’punt (e) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri jistgħu, għal skopijiet ta’ sigurtà tal-pazjenti, jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tat-tagħmir ta’ kontra t-tbagħbis li hemm referenza għalih f’punt (o) ta’ Artikolu 54 għal kwalunkwe prodott mediċinali.”.

13.

Fl-Artikolu 57, ir-raba’ inċiż tal-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“—

awtentiċità u identifikazzjoni skont l-Artikolu 54a(5).”

14.

L-intestatura tat-titlu VII hija sostitwita mit-test li ġej:

“Distribuzzjoni bl-ingrossa u senserija ta’ prodotti mediċinali”.

15.

Fl-Artikolu 76, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’li ġej:

“3.   Kull distributur li ma jkunx detentur ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq li jimporta prodott mediċinali minn Stat Membru ieħor għandu jinnotifika dwar l-intenzjoni tiegħu li jimporta l-prodott mediċinali, lid-detentur ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq u lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membri fejn ikun se jimporta dak il-prodott. Fil-każ ta’ prodotti mediċinali li ma ngħatawx awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, in-notifikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti għandha tkun bla ħsara għal proċeduri addizzjonali previsti fil-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru u l-miżati pagabbli lill-awtorità kompetenti għall-eżami tan-notifika.

4.   Fil-każ ta’ prodotti mediċinali li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, id-distributur għandu jissottometti n-notifikazzjoni skont il-paragrafu 3 ta’dan l-Artikolu lid-detentur tal-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq u lill-Aġenzija. Miżata għandha tkun pagabbli lill-Aġenzija talli tiċċekkja li l-kundizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti mediċinali jkunu osservati.”.

16.

L-Artikolu 77 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali tkun suġġetta għall-pussess ta’ awtorizzazzjoni biex wieħed iwettaq ħidma ta’ bejjiegħ bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali, u jiddikjara l-istabbiliment lokalizzat fit-territorju tagħhom li għalih tkun valida.”;

(b)

il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu l-informazzjoni relatata mal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fid-database tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 111(6). Fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ xi Stat Membru, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha approprjata dwar l-awtorizzazzjonijiet individwali li huma jkunu taw skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Il-kontrolli fuq il-persuni awtorizzati li jwettqu attività ta’ bejjiegħa bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali, u l-ispezzjoni tal-istabbilimenti tagħhom, għandhom jitwettqu taħt ir-responsabilità tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni għall-istabbilimenti li jkunu fit-territorju tiegħu.”.

17.

L-Artikolu 80 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt li ġej huwa mdaħħal:

“(ca)

huma jridu jivverifikaw li l-prodotti mediċinali irċevuti mhumiex iffalsifikati billi jiċċekkjaw il-karatteristiċi ta’ sigurtà fuq l-imballaġġ ta’ barra, skont ir-rekwiżit stabbilit fl-atti delegati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 54a(2);”;

(b)

punt (e) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

għandhom iżommu rendikont jew taħt forma ta’ fatturi ta’ xiri/bejgħ, jew fuq kompjuter, jew f’kull xorta ta’ forma oħra, u għall kull tranżizzjoni fi prodotti mediċinali riċevuti jew mibgħuta jew mogħtija b’senserija jagħtu għall-inqas l-informazzjoni li ġejja:

data;

l-isem tal-prodott mediċinali;

kwantità riċevuta, fornuta jew mogħtija b’senserija;

isem u indirizz tal-fornitur jew kunsinnatarju, kif japplika;

in-numru tal-lott tal-prodotti mediċinali għall-inqas għal prodotti li jkollhom il-karatteristiċi ta’ sigurtà msemmija fil-punt (o) tal-Artikolu 54;”;

(c)

il-punti li ġejjin huma miżjuda:

“(h)

għandhom iżommu sistema ta’ kwalita’ li tindika r-responsabilitajiet, il-proċessi u l-miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom;

(i)

Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-awtorità kompetenti u, jekk japplika, lid-detentur tal-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali li jirċievu jew li jiġu offruti lilhom li huma jidentifikaw bħala ffalsifikati jew suspettati li huma ffalsifikati.”;

(d)

Il-paragrafi li ġejjin jiġu miżjuda:

“Għall-finijiet tal-punt (b), fejn il-prodott mediċinali ġie miksub minn distributur bl-ingrossa ieħor, dawk li għandhom l-awtorizzazzjoni tad-distribuzzjoni bl-ingrossa għandhom jivverifikaw li d-distributur bl-ingrossa huwa konformi mal-prinċipji u mal-linji gwida tal-prattiki tajba tad-distribuzzjoni. Dan jinkludi verifikazzjoni ta’ jekk id-distributur bl-ingrossa li jforni għandux awtorizzazzjoni għal distribuzzjoni bl-ingrossa.

Fejn il-prodott mediċinali huwa miksub mill-manifattur jew l-importatur, dawk li għandhom l-awtorizzazzjoni tad-distribuzzjoni bl-ingrossa għandhom jivverifikaw li l-manifattur jew l-importatur għandu awtorizzazzjoni tal-manifattura;

Fejn il-prodott mediċinali jinkiseb permezz ta’ għoti b’senserija, id-detenturi tal-awtorizzazzjoni tad-distribuzzjoni bl-ingrossa jridu jivverifikaw li s-sensar involut jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva.”.

18.

Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 82, għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

in-numru tal-lott tal-prodotti mediċinali għall-inqas għal prodotti li jkollhom il-karatteristiċi ta’ sigurtà msemmija fil-punt (o) tal-Artikolu 54;”

19.

L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu:

“Artikolu 85a

Fil-każ tad-distribuzzjoni bl-ingrossa tal-prodotti mediċinali lill-pajjiżi terzi, l-Artikolu 76 u l-punt (c) tal-Artikolu 80 m’għandhomx japplikaw. Barra minn hekk, il-punti (b) u (ca) Artikolu 80 m’għandhomx japplikaw fejn il-prodott hu direttament riċevut minn pajjiż terz iżda mhux importat. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 82 għandhom japplikaw għall-provvista ta’ prodotti mediċinali lil persuni f’pajjiżi terzi awtorizzati jew intitolati li jfornu prodotti mediċinali lill-pubbliku.

Artikolu 85b

1.   Il-persuni li jagħtu b’senserija prodotti mediċinali għandhom jassiguraw li l-prodotti mediċinali mogħtija b’senserija għandhom l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru skont din id-Direttiva.

Il-persuni li jagħtu b’senserija għandu jkollhom indirizz permanenti u dettalji ta’ kuntatt fl-Unjoni, sabiex ikunu żgurati identifikazzjoni, lok, komunikazzjoni u sorveljanza preċiżi tal-attivitajiet tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti.

Ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (d) sa (i) tal-Artikolu 80 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-għoti b’senserija ta’ prodotti mediċinali.

2.   Is-sensara jistgħu jagħtu b’senserija prodotti mediċinali biss jekk ikunu reġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-indirizz permanenti tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk il-persuni għandhom jissottomettu, tal-inqas, isimhom, l-isem tal-kumpanija u l-indirizz permanenti sabiex jirreġistraw. Huma għandhom jinnotifikaw l-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidla f’dawn id-dettalji mingħajr dewmien bla bżonn.

Persuni li jagħtu b’senserija prodotti mediċinali li jkunu bdew l-attività tagħhom qabel it-2 ta’ Jannar 2013 għandhom jirreġistraw mal-awtorità kompetenti sat-2 ta’ Marzu 2013.

L-awtorità kompetenti għandha ddaħħal l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’reġistru li għandu jkun aċċessibbli pubblikament.

3.   Il-linji gwida li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 84 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-għoti b’senserija.

4.   Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għall-Artikolu 111. L-ispezzjonijiet li għalihom jagħmel referenza l-Artikolu 111 għandhom jitwettqu taħt ir-responsabilità tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tas-sensar tal-prodotti mediċinali.

Jekk sensar tal-prodotti mediċinali ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tneħħi lil dik il-persuna mir-reġistru li għalih jagħmel referenza l-paragrafu 2. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lis-sensar dwar dan.”.

20.

It-Titolu li ġej jiddaħħal qabel it-Titolu VIII:

TITOLU VIIA

BEJGĦ MILL-BOGĦOD LILL-PUBBLIKU

Artikolu 85c

1.   Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-offerta għall-bejgħ mill-bogħod ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni lill-pubbliku permezz tas-soċjetà tal-informatika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li prodotti mediċinali jiġu offruti għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku permezz ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika kif definiti fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (*) taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-persuna fiżika jew legali li toffri l-prodotti mediċinali hija awtorizzata jew intitolata li tforni prodotti mediċinali għall-pubbliku, anke mill-bogħod, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment ta’ dik il-persuna.

(b)

il-persuna msemmija fil-punt (a) tkun innotifikat lill-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha, għall-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-isem jew l-isem tal-kumpanija u l-indirizz permanenti tal-post tal-attività minn fejn jiġu fornuti dawk il-prodotti mediċinali;

(ii)

id-data tal-bidu tal-attività tal-offerta għall-bejgħ mill-bogħod ta’ prodotti mediċinali lill-pubbliku permezz tas-soċjetà tal-informatika;

(iii)

l-indirizz tal-websajt użat għal dak l-iskop u l-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa sabiex jiġi identifikat dak il-websajt;

(iv)

jekk applikabbli, il-klassifikazzjoni skont it-Titolu VI tal-prodotti mediċinali offruti għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku permezz tas-soċjetà tal-informatika.

Fejn ikun il-każ, dik l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata;

(c)

il-prodotti mediċinali jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membru ta’ destinazzjoni skont l-Artikolu 6(1);

(d)

bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (**), il-websajt li toffri l-prodotti mediċinali tinkludi tal-inqas:

(i)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti jew l-awtorità notifikata skont il-punt (b);

(ii)

hyperlink għall-websajt li għalih hemm referenza fil-paragrafu 4 tal-Istat Membru ta’ stabbiliment:

(iii)

Il-logo komuni li għalih hemm referenza fil-paragrafu 3 muri b’mod ċar fuq kull paġna tal-websajt li tirrelata mal-offerta għall-bejgħ mill-bogħod ta’ prodotti mediċinali lill-pubbliku. Il-logo komuni għandu jkun illinkjat mal-entrata tal-persuna fil-lista msemmija fil-punt c tal-paragrafu 4.

2.   L-Istati Membri jistgħu jimponu kundizzjonijiet, iġġustifikati fuq bażi tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, fuq il-provvista bl-imnut fit-territorju tagħhom ta’ prodotti mediċinali għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku permezz ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika.

3.   Għandu jiġi stabbilit logo komuni li jkun jingħaraf fl-Unjoni kollha kemm hi, filwaqt li jippermetti l-identifikazzjoni tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-persuna toffru l-prodotti mediċinali għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku. Dak il-logo għandu jiġi muri b’mod ċar fil-websajts li joffru prodotti mediċnali għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku skont il-punt (d) tal-paragrafu 1.

Għall-armonizzazzjoni tal-funzjonament tal-logo komuni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward:

(a)

ir-rekwiżiti tekniċi, elettroniċi u kriptografiċi għall-verifika tal-awtentiċità tal-logo komuni;

(b)

id-disinn tal-logo komuni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom, fejn ikun meħtieġ, jiġu emendati sabiex jittieħed in kunsiderazzjoni il-progress tekniku u xjentifiku. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 121(2).

4.   Kull Stat Membru għandu joħloq websajt li jipprovdi tal-inqas dawn li ġejjin:

(a)

informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-offerta ta’ prodotti mediċinali għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku permezz ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika, inkluża informazzjoni dwar il-fatt li jista’ jkun hemm differenzi bejn l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ prodotti mediċinali u l-kundizzjonijiet għall-provvista tagħhom;

(b)

informazzjoni dwar l-iskop tal-logo komuni;

(c)

il-lista ta’ persuni li joffru prodotti mediċinali għall-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku permezz ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika skont il-paragrafu 1, kif ukoll l-indirizzi tal-websajts tagħhom;

(d)

informazzjoni ta’ sfond dwar ir-riskji relatati mal-prodotti mediċinali fornuti illegalment lill-pubbliku permezz tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika;

Dan il-websajt għandu jinkludi fih link għall-websajt li għalih hemm referenza fil-paragrafu 5.

5.   L-Aġenzija għandha toħloq websajt li jipprovdi l-informazzjoni li għaliha hemm referenza fil-punti (b) u (d) tal-paragrafu 4, informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għal prodotti mediċinali ffalsifikati kif ukoll links għall-websajts tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 4. Il-websajt tal-Aġenzija għandu b’mod espliċitu jsemmi li l-websajts tal-Istati Membri jinkludu fihom informazzjoni dwar il-persuni awtorizzati jew intitolati li jfornu prodotti mediċinali għall-pubbliku mill-bogħod permezz tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika fl-Istat Membru kkonċernat.

6.   Bla ħsara għad-Direttiva 2000/31/KE u r-rekwiżiti stipulati f’dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li persuni barra dawk li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1 li joffru għall-bejgħ mill-bogħod prodotti mediċinali lill-pubbliku permezz tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika u li joperaw fit-territorju tagħhom jkunu suġġetti għal penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 85d

Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni mal-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri, twettaq jew tippromwovi kampanji ta’ informazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali dwar il-perikli ta’ prodotti mediċinali ffalsifikati. Dawk il-kampanji għandhom iqajmu l-kuxjenza tal-konsumaturi dwar ir-riskji relatati ma’ prodotti mediċinali fornuti llegalment mill-bogħod lill-pubbliku permezz ta’ servizzi tas-soċjeta’ tal-informatika u dwar l-funzjonament tal-logo komuni, tal-websajts tal-Istati Membri u tal-websajt tal-Aġenzija.

(*)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37."

(**)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.”."

21.

L-Artikolu 111 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat għandha, b’kooperazzjoni mal-Aġenzija, tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti legali li jiggvernaw il-prodotti mediċinali, permezz ta’ spezzjonijiet, mingħajr avviż jekk ikun meħtieġ, u, fejn xieraq, billi titlob Laboratorju Uffiċjali ta’ Kontroll tal-Mediċini jew laboratorju magħżul għal dak l-iskop jagħmlu testijiet fuq kampjuni. Din il-kooperazzjoni għandha tikkonsisti fi qsim ta’ informazzjoni mal-Aġenzija kemm dwar spezzjonijiet ippjanati kif ukoll dawk imwettqa. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw fil-koordinazzjoni ta’ spezzjonijiet f’pajjiżi terzi. L-ispezzjonijiet għandhom jinkludu iżda m’għandhomx ikunu limitati għal dawk imsemmija fil-paragrafi 1a sa 1f.

1a.   Il-manifatturi, kemm f’dawk li jinsabu fl-Unjoni kif ukoll dawk li jinsabu f’pajjiżi terzi, u d-distributuri bl-ingrossa ta’ prodotti mediċinali għandhom ikunu suġġetti għal spezzjonijiet ripetuti.

1b.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkollha sistema ta’ superviżjoni anke permezz ta’ spezzjonijiet ta’ frekwenza xierqa fuq il-bażi tar-riskju, fl-istabbilimenti tal-manifatturi, l-importaturi jew id-distributuri ta’ sustanzi attivi, li jkunu jinsabu fit-territorju tagħhom, u s-segwitu effettiv tagħhom.

Kull meta tikkunsidra li hemm raġuni għal suspett ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti legali stipulati f’din id-Direttiva, inklużi l-prinċipji u l-linji gwida tal-prattika tajba tal-manifattura u l-prattiċi tajba tad-distribuzzjoni li għalihom hemm referenza f’punt (f) tal-Artikolu 46 u fl-Artikolu 47, l-awtorità kompetenti tista’ twettaq spezzjonijiet fl-istabbilimenti ta’:

(a)

manifatturi jew distributuri ta’ sustanzi attivi li jkunu f’pajjiżi terzi;

(b)

manifatturi jew impurtaturi ta’eċċipjenti.

1c.   L-ispezzjonijiet li għalihom hemm referenza f’paragrafi 1a u 1b jistgħu ukoll isiru fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi fuq talba ta’ Stat Membru, tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija.

1d.   L-ispezzjonijiet jistgħu isiru wkoll fl-istabbilimenti ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq, u ta’ sensara ta’ prodotti mediċinali.

1e.   Sabiex jivverifika jekk id-data mogħtija sabiex jinkiseb ċertifikat ta’ konformità mal-monografi tal-Farmakopea Ewropea, il-korp ta’ standardizzazzjoni tan-nomenklaturi u tan-normi tal-kwalità fit-tifsira tal-Konvenzjoni dwar it-tiswir tal-Farmakopea Ewropea (id-Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċini u l-Kura tas-Saħħa) jista’ jistaqsi lill-Kummissjoni jew lill-Aġenzija sabiex jitolbu spezzjoni tali meta l-materjal tal-bidu ikun is-suġġett ta’ monografu tal-Farmakopea Ewropea.

1f.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat tista’ twettaq spezzjonijiet lill-manifatturi tal-materjali tal-bidu fuq talba speċifika tal-manifattur.

1g.   L-ispezzjonijiet għandhom isiru minn uffiċjali li jirrappreżentaw l-awtorità kompetenti li għandhom ikollhom is-setgħa li:

(a)

jispezzjonaw l-istabbilimenti ta’ manifattura u dawk kummerċjali tal-manifatturi ta’ prodotti mediċinali, ta’ sustanzi attivi jew ta’ eċċipjenti, u kull laboratorju mqabbad mid-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ manifattura biex iwettaq kontrolli skont l-Artikolu 20;

(b)

jieħdu kampjuni anke bl-għan li jsiru testijiet indipendenti minn laboratorju Uffiċjali għall-Kontroll tal-Mediċini jew laboratorju magħżul għal dan l-iskop minn Stat Membru;

(c)

jeżaminaw kull dokument relatat mal-oġġett tal-ispezzjoni, suġġett għad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri fil-21 ta’ Mejju 1975 u li jagħmlu restrizzjonijiet fuq dawn is-setgħat fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-metodi ta’ manifattura;

(d)

jispezzjonaw l-istabbiliment, ir-reġistri, id-dokumenti u l-master file tas-sistema ta’ farmako-viġilanza tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew kwalunkwe kumpanija imqabbda mid-detentur tal-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq biex twettaq l-attivitajiet deskritti fit-Titolu IX.

1h.   L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu skont il-linji gwida li għalihom saret referenza fl-Artikolu 111a.”;

(b)

il-paragrafi 3 sa 6 huma sostitwiti b’li ġej:

“3.   Wara kull ispezzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tirrapporta jekk l-entità spezzjonata hix konformi mal-prinċipji u l-linji gwida ta’ prattika tajba tal-manifattura u prattika tajba ta’ distribuzzjoni li għalihom saret referenza fl-Artikoli 47 u 84, kif applikabbli, jew jekk dak li għandu l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq huwiex konformi mar-rekwiżiti stipulati f’Titlu IX.

L-awtorità kompetenti li tmexxi l-ispezzjoni għandha tikkomunika l-kontenut ta’ dawk ir-rapporti lill-entità spezzjonata.

Qabel tadotta r-rapport, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-entità spezzjonata kkonċernata l-opportunità li tissottomenti kummenti.

4.   Bla ħsara għal kull arranġament li jista’ jkun ġie konkluż bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, Stat Membru, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu lil manifattur stabbilit f’pajjiż terz biex jissottometti ruħu għal spezzjoni li għaliha hemm referenza f’dan l-Artikolu.

5.   Fi żmien 90 ġurnata mill-ispezzjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1, lill-entità spezzjonata għandu jingħatalha ċertifikat ta’ prattika tajba ta’ manifattura jew ta’ prattiki tajba ta’ distribuzzjoni, fejn japplika, jekk ir-rizultat tal-ispezzjoni juri li l-entità hi konformi mal-prinċipji u l-linji gwida tal-prattika tajba tal-manifattura jew prattiki tajba ta’ distribuzzjoni kif ipprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

Jekk l-ispezzjonijiet jiġu mwettqa bħala parti mill-proċedura taċ-ċertifikazzjoni għall-monografi tal-Farmakopea Ewropea, għandu jiġi magħmul ċertifikat.

6.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu ċ-ċertifikati ta’ prattika tajba ta’ manifattura u ta’ prattiki tajba ta’ distribuzzjoni li jagħtu fid-database Komunitarja mmexxija mill-Aġenzija f’isem il-Komunità. Skont l-Artikolu 52a(7), l-Istati Membri għandhom idaħħlu wkoll f’dik id-database informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ importaturi, manifatturi u distributuri ta’ sustanzi attivi. Id-database għandha tkun aċċessibbli pubblikament.”;

(c)

il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-kliem “paragrafu 1” huma sostitwiti bil-kliem “paragrafu 1g”;

(ii)

il-kliem “użati bħala materjal tal-bidu” huma mħassra;

(d)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 8, il-kliem “il-punt (d) tal-paragrafu 1” huma sostitwiti bil-kliem “il-punt (d) tal-paragrafu 1g”.

22.

L-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla:

“Artikolu 111a

Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida li jistabbilixxu l-prinċipji applikabbli għall-ispezzjonijiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 111.

L-Istati Membri għandhom, b’kooperazzjoni mal-Aġenzija, jistabbilixxu s-sura u l-kontenut tal-awtorizzazzjoni li għaliha hemm referenza fl-Artikoli 40(1) u 77(1), tar-rapporti li għalihom hemm referenza fl-Artikoli 111(3), taċ-ċertifikati ta’ prattika tajba tal-manifattura u taċ-ċertifikati ta’ prattiki tajba tad-distribuzzjoni li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 111(5).

Artikolu 111b

1.   Fuq talba minn pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-qafas tar-regoli applikabbli għas-sustanzi attivi esportati lejn il-Komunità u l-attivitajiet ta’ kontroll u ta’ nfurzar rispettivi ta’ dak il-pajjiż jassigurawx livell ta’ protezzjoni għas-saħħa pubblika l-istess bhal dak tal-Unjoni. Jekk l-evalwazzjoni tikkonferma tali ekwivalenza, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni sabiex tinkludi lill-pajjiż terz f’lista. Il-valutazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ reviżjoni tad-dokumentazzjoni relevanti u, sakemm ma jkunx hemm arranġamenti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 51(2) ta’ din id-Direttiva li jkopru dan il-qasam ta’ attività, dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll reviżjoni fil-post tas-sistema regulatorja tal-pajjiż terz, u jekk ikun meħtieġ, spezzjoni osservata ta’ wieħed jew aktar mis-siti ta’ manifattura għal sustanzi attivi f’pajjiżi terzi. Fil-valutazzjoni, għandhom b’mod partikolari jittieħdu in konsiderazzjonil-elementi li ġejjin:

(a)

ir-regoli tal-pajjiż għall-prattika tajba ta’ manifattura;

(b)

ir-regolarità tal-ispezzjonijiet sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-prattika tajba ta’ manifattura;

(c)

l-effettività tal-infurzar ta’ prattika tajba ta’ manifattura;

(d)

ir-regolarità u l-ħeffa tal-informazzjoni pprovduta mill-pajjiz terz rigward produtturi tas-sustanzi attivi li m’humiex konformi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (d) ta’ paragrafu (1). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 121(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika b’mod regolari jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex qegħdin jintlaħqu. L-ewwel verifika għandha tinżamm mhux iktar tard minn tliet snin wara li l-pajjiż ikun ġie inkluż fil-lista li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 1.

4.   Il-Kummissjoni għandha twettaq il-valutazzjoni u l-verifika li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 3 b’kooperazzjoni mal-Aġenzija u mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.”.

23.

Fl-Artikolu 116 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“It-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu japplika wkoll f’każijiet fejn il-manifattura tal- prodotti mediċinali ma ssirx skont id-dettalji provduti skont il-punt (d) tal-Artikolu 8(3), jew fejn il-kontrolli ma jsirux skont il-metodi ta’ kontroll deskritti skont il-punt (h) tal-Artikolu 8(3).”

24.

L-Artikolu li ġej jiddaħħal:

“Artikolu 117a

1.   L-Istati Membri għandhom ikollhom sistema li jkollha l-għan li żżomm prodotti mediċinali ssuspettati li huma perikolużi għas-saħħa milli jaslu għand il-pazjent.

2.   Is-sistema li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 għandha tkopri l-wasla u l-ittrattar ta’ notifikazzjonijiet ta’ prodotti mediċinali ssuspettati ffalsifikati kif ukoll difetti tal-kwalità ssuspettati ta’ prodotti mediċinali. Is-sistema għandha wkoll tkopri s-sejħa lura ta’ prodotti mediċinali minn detenturi ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew l-irtirar mis-suq ta’ prodotti mediċinali ordnati minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali mill-atturi relevanti kollha fil-katina tal-provvista kemm waqt kif ukoll barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol. Is-sistema għandha wkoll tippermetti li jinġabru lura, fejn meħtieġ bl-għajnuna ta’ professjonisti tas-saħħa, prodotti mediċinali mingħand il-pazjenti li jkunu rċevew tali prodotti.

3.   Jekk ikun suspettat li l-prodott mediċinali konċernat jippreżenta riskju serju għas-saħħa pubblika, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-prodott ikun ġie identifikat għall-ewwel darba għandha, mingħajr ebda dewmien tittrażmetti notifikazzjoni ta’ twissija rapida lill-Istati Membri kollha u lill-atturi kollha fil-katina tal-provvista f’dak l-Istat Membru. Fil-każ li jitqies li dan it-tip ta’ prodotti mediċinali jkunu waslu għand il-pazjenti, għandhom jinħarġu avviżi pubbliċi urġenti fi żmien 24 siegħa sabiex dawk il-prodotti mediċinali jinġabru lura mingħand il-pazjenti. Dawn l-avviżi għandhom jinkludu fihom informazzjoni suffiċjenti dwar id-difetti ssuspettati fil-kwalità jew falsifikazzjoni ssuspettata u r-riskji involuti.

4.   L-Istati Membri għandhom sat-22 ta’ Lulju 2013 jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dettalji tas-sistemi nazzjonali rispettivi tagħhom imsemmija f’dan l-Artikolu.”.

25.

L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu:

“Artikolu 118b

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penalitajiet jiġu implimentati. Il-penalitajiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Dawk il-penalitajiet m’għandhomx ikunu inferjuri għal dawk applikabbli f’każ ta’ ksur ta’ natura u importanza simili tal-liġi nazzjonali.

2.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jindirizzaw, inter alia, dan li ġej:

(a)

il-manifattura, id-distribuzzjoni, l-għoti b’senserija, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti mediċinali kif ukoll il-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku permezz ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika ta’ prodotti mediċinali ffalsifikati;

(b)

nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonjiet stabbiliti f’din id-Direttiva dwar il-manifattura, id-distribuzzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ sustanzi attivi;

(c)

in-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonjiet stabbiliti f’din id-Direttiva dwar l-użu ta’ eċċipjenti.

Jekk relevanti, il-penalitajiet għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni r-riskju għas-saħħa pubblika li tippreżenta l-falsifikazzjoni ta’ prodotti mediċinali.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2013 u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Sat-2 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni għanda tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jagħti ħarsa ġenerali tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tal-Istati Membri fir-rigward ta’ dan l-Artikolu, flimkien ma’ evalwazzjoni tal-effettività ta’ dawk il-miżuri.

Artikolu 118b

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw laqgħat li jinvolvu lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-konsumaturi u, fejn jeħtieġ, lill-uffiċjali tal-infurzar tal-Istati Membri, sabiex jikkomunikaw informazzjoni pubblika dwar l-azzjonijiet meħuda fil-qasam tal-prevenzjoni u l-infurzar sabiex tiġi miġġielda l-falsifikazzjoni ta’ prodotti mediċinali.

Artikolu 118c

Meta japplikaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-prodotti mediċinali u l-awtoritajiet tad-dwana.”.

26.

Fl-Artikolu 121a(1), il-kliem “Artikolu 22b” huma sostitwiti bil-kliem “Artikoli 22b, 47, 52b u 54a”.

27.

Fl-Artikolu 121b(1), il-kliem “Artikolu 22b” huma sostitwiti bil-kliem “Artikoli 22b, 47, 52b u 54a”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-2 ta’ Jannar 2013. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-2 ta’ Jannar 2013.

Madakollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw:

(a)

Id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ruħhom mal-punt 6 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva sakemm għandu x’jaqsam mal-Artikoli 46b(2)(b), 46b(3) u 46b(4) tad-Direttiva 2001/83/KE kif inserit minn din id-Direttiva mit-2 ta’ Jannar 2013;

(b)

id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ruħhom mal-punti 8, 9, 11 u 12 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva minn tliet snin wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti delegati li għalihom hemm referenza fil-punt 12 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva.

Minkejja dan, l-Istati Membri li, fil-21 ta’ Lulju 2011, jkollhom stabbiliti sistemi għall-iskop imsemmi fil-punt 11 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità mal-punti 8, 9, 11 u 12 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn sitt snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-punt 12 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva;

(c)

id-dispożizzjonijiet meħtieġa għal konformità mal-punt 20 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva safejn dan ikollu x’jaqsam mal-Artikolu 85c tad-Direttiva 2001/83/KE imdaħħal permezz ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn sena wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 85c(3) kif imdaħħal minn din id-Direttiva.

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif għandhom isiru referenzi ta’ dan it-tip għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Sa mhux aktar tard minn 5 snin wara d-data ta’ applikazzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 54a(2) tad-Direttiva 2001/83/KE kif imdaħħla minn din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun jinkludi fih dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni, fejn possibbli bl-inklużjoni ta’ data kwantitattiva, tax-xejriet tal-falsifikazzjoni ta’ prodotti mediċinali f’termini ta’: kategoriji ta’ prodotti mediċinali effettwati, il-kanali tad-distribuzzjoni inkluż il-bejgħ mill-bogħod lill-pubbliku permezz tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika, l-Istati Membri konċernati, in-natura tal-falsifikazzjonijiet, u r-reġjuni minn fejn jiġu dawn il-prodotti; u

(b)

evalwazzjoni tal-kontribut tal-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva dwar il-prevenzjoni tad-dħul ta’ prodotti mediċinali ffalsifikati fil-katina tal-provvista legali. Dik l-evalwazzjoni għandha b’mod partikolari tivvaluta l-punt (o) tal-Artikolu 54 u l-Artikolu 54a tad-Direttiva 2001/83/KE kif imdaħħal minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Sabiex jiġu adottati l-atti delegati li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 54a(2) tad-Direttiva 2001/83/KE kif imdaħħla minn din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq studju li jivvaluta tal-inqas l-aspetti li ġejjin:

(a)

l-għażliet tekniċi għall-identifikatur uniku għall-karatteristiċi ta’ sigurtà li għalihom hemm referenza f’punt (o) ta’ Artikolu 54 tad-Direttiva 2001/83/KE kif imdaħħla minn din id-Direttiva;

(b)

l-għażliet għal-livell u l-modalitajiet ta’ verifikazzjoni tal-awtentiċità tal-prodott mediċinali li jkollu l-karatteristiċi ta’ sigurtà. Din il-valutazzjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikulari tal-ktajjen tal-provvista fl-Istati Membri;

(c)

l-għażliet tekniċi għall-istabbiliment u l-ġestjoni tas-sistema tar-ripożitorji, li għalihom hemm referenza f’punt (e) ta’ Artikolu 54a(2) tad-Direttiva 2001/83/KE kif imdaħħla minn din id-Direttiva.

L-istudju għandu, għal kull waħda mill-għażliet, jivvaluta l-benefiċċji, l-ispejjeż u l-effikaċja tan-nefqa.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

GYŐRI E.


(1)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 62.

(2)  ĠU C 79, 27.3.2010, p. 50.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Frar 2011 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2011.

(4)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(5)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(6)  ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29.

(7)  Sentenza tal-Qorti tad-19 ta’ Mejju 2009 fil-Każijiet Konġunti C-171/07 u C-172/07 Apothekerkammer des Saarlandes u Oħrajn. v Saarland ECR [2009] I-4171, paragrafi 19 u 31.

(8)  Sentenza tal-Qorti tad-19 ta’ Mejju 2009 fil-Każijiet Konġunti C-171/07 u C-172/07 Apothekerkammer des Saarlandes u Oħrajn. v Saarland ECR [2009] I-4171, paragrafi 34 u 35.

(9)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(10)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(11)  ĠU L 348, 31.12.2010, p. 74.


1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/88


DIRETTIVA 2011/65/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Ġunju 2011

dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku

(tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Jeħtieġ li jsir għadd ta’ bidliet sostanzjali fid-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (4). Fl-interess taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha titfassal mill-ġdid.

(2)

Id-disparitajiet bejn il-liġijiet jew il-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri rigward ir-restrizzjoni tal-użu ta’ sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) jistgħu joħolqu ostakoli għall-kummerċ u jgħawġu l-kompetizzjoni fl-Unjoni u jistgħu għaldaqstant ikollhom impatt dirett fuq l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Għalhelkk, jidher li hu meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli f’dan il-qasam u li jkun hemm kontribut għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-irkupru kif ukoll ir-rimi, bla ħsara għall-ambjent tal-iskart EEE.

(3)

Id-Direttiva 2002/95/KE tipprevedi li l-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva, b’mod partikolari, sabiex tinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, tagħmir li jaqa’ f’ċerti kategoriji u tistudja l-ħtieġa li l-lista ta’ sustanzi ristretti tiġi adattata abbażi tal-progress xjentifiku, filwaqt li tqis il-prinċipju tal-prekawzjoni, kif approvat bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000.

(4)

Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart (5) tagħti l-ewwel prijorità lill-leġislazzjoni ta’ prevenzjoni tal-iskart. Il-prevenzjoni hija definita, inter alia, bħala miżuri li jnaqqsu l-kontenut ta’ sustanzi ta’ ħsara f’materjali u prodotti.

(5)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 1988 dwar programm ta’ azzjoni Komunitarju għall-ġlieda kontra t-tniġġis ambjentali mill-kadmju (6) stiednet lill-Kummissjoni tiżviluppa mingħajr dewmien miżuri speċifiċi għal tali programm. Anke saħħet il-bniedem trid titħares u għaldaqstant għandha tiġi implimentata strateġija globali li, b’mod partikolari, trażżan l-użu tal-kadmju u tqanqal ir-riċerka dwar sostituti. Ir-Riżoluzzjoni tisħaq fuq il-fatt li l-użu tal-kadmju għandu jkun limitat għall-każi fejn ma jeżistux alternattivi.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti (7) jfakkar li l-objettiv tal-ħarsien tal-ambjent u saħħet il-bniedem minn sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba l-effetti transkonfinali ta’ dawk is-sustanzi, u għaldaqstant jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. Skont dak ir-Regolament, jekk jiġu rilaxxati sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, bħal dijossini u furani, li huma prodotti sekondarji mhux intenzjonali ta’ proċessi industrijali, dawn għandhom jiġu identifikati u mnaqqsa kemm jista’ jkun malajr, bl-għan aħħari li, fejn ikun fattibbli, jiġu eliminati.

(7)

L-evidenza disponibbli tindika li l-miżuri dwar il-ġbir, it-trattament, ir-riċiklaġġ u r-rimi tal-iskart EEE kif stabbiliti fid-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (8) huma meħtieġa sabiex inaqqsu l-problemi ta’ ġestjoni tal-iskart assoċjati mal-metalli t-tqal u s-sustanzi li jdumu ma jieħdu n-nar ikkonċernati. Madankollu, minkejja dawk il-miżuri, partijiet sinifikanti tal-iskart EEE ser jibqgħu jinstabu fir-rotot tar-rimi attwali fl-Unjoni jew barra minnha. Anke jekk l-iskart EEE jinġabar serparatament u jkun sottomess għall-proċessi ta’ riċiklaġġ, il-kontenut tiegħu tal-merkurju, il-kadmju, iċ-ċomb, il-kromju VI, il-bifenili polibrominati (PBB) u l-eteri difenili polibrominati (PBDE) x’aktarx li joħolqu riskji għas-saħħa jew għall-ambjent, speċjalment meta jiġu ttrattati f’kondizzjonijiet li jkunu anqas minn ottimali.

(8)

Meta titqies il-fattibbiltà teknika u ekonomika, inkluż għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-aktar mod effikaċi sabiex jiġi żgurat tnaqqis sinifikanti tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk is-sustanzi, sabiex jinkiseb il-livell magħżul ta’ protezzjoni fl-Unjoni, huwa s-sostituzjoni ta’ dawk is-sustanzi fil-EEE b’materjali sikuri jew aktar sikuri. Ir-restrizzjoni tal-użu ta’ dawk is-sustanzi perikolużi x’aktarx li żżid il-possibilitajiet u l-vantaġġ ekonomiku tar-riċiklaġġ tal-iskart EEE u tnaqqas l-impatt negattiv fuq is-saħħa tal-ħaddiema fl-impjanti tar-riċiklaġġ.

(9)

Is-sustanzi koperti b’din id-Direttiva huma rriċerkati u evalwati tajjeb xjentifikament u ġew soġġetti għal miżuri differenti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak nazzjonali.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva għandhom iqisu linji gwida u rakkomandazzjonijiet internazzjonali eżistenti u għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tat-tagħrif xjentifiku u tekniku disponibbli. Il-miżuri huma meħtieġa sabiex jintlaħaq il-livell magħżul ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, bir-rispett dovut għall-prinċipju tal-prekawzjoni, u filwaqt li jqisu r-riskji li jistgħu jinħolqu fl-Unjoni minħabba n-nuqqas ta’ dawn il-miżuri. Il-miżuri għandhom jibqgħu jiġu rriveduti u, jekk ikun meħtieġ, aġġustati sabiex iqisu t-tagħrif tekniku u xjentifiku disponibbli. L-annessi għal din id-Direttiva għandhom jiġu rieżaminati perjodikament biex iqisu, inter alia, l-Annessi XIV u XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (9). B’mod partikolari, ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent li jirriżultaw mill-użu tal-Eżabromoċiklododekan (HBCDD), il-Bis (2-etileżil) ftalat (DEHP), il-Butil benżil ftalat (BBP) u d-Dibutilftalat (DBP) għandu jiġi kkunsidrat bħala prijorità. Fil-prospettiva ta’ restrizzjoni ulterjuri ta’ sustanzi, il-Kummissjoni għandha terġa’ tinvestiga s-sustanzi li kienu soġġetti għal valutazzjonijiet preċedenti, f’konformità mal-kriterji l-ġodda stipulati f’din id-Direttiva bħala parti mill-ewwel rieżami.

(11)

Din id-Direttiva tissupplimenta l-leġislazzjoni ġenerali tal-Unjoni rigward il-ġestjoni tal-iskart, bħad-Direttiva 2008/98/KE, u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(12)

Għandu jiġi inkluż għadd ta’ definizzjonijiet f’din id-Direttiva sabiex jiġi speċifikat il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ tagħmir elettriku u elettroniku għandha tiġi kkomplementata b’definizzjoni ta’ “dipendenti”, biex tiġi koperta n-natura multifunzjonali ta’ ċerti prodotti, fejn il-funzjonijiet intenzjonati tal-EEE jridu jiġu stabbiliti abbażi ta’ karatteristiki oġġettivi, bħad-disinn tal-prodott u l-mod kif jiġi kkummerċjalizzat.

(13)

Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (10) tippermetti li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għal prodotti relatati mal-enerġija li jistgħu jkunu wkoll koperti b’din id-Direttiva. Id-Direttiva 2009/125/KE u l-miżuri implimentattivi adottati skont din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni tal-Unjoni rigward il-ġestjoni tal-iskart.

(14)

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza u s-saħħa u l-leġislazzjoni speċifika tal-Unjoni rigward il-ġestjoni tal-iskart, b’mod partikolari d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (11) u r-Regolament (KE) Nru 850/2004.

(15)

Għandu jitqies l-iżvilupp tal-EEE mingħajr metalli tqal, PBDE u PBB.

(16)

Hekk kif ikun hemm disponibbli evidenza xjentifika, u filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-prekawzjoni, ir-restrizzjoni ta’ sustanzi perikolużi oħra, inkluża kwalunkwe sustanza ta’ daqs jew struttura superfiċjali jew interna żgħira ħafna (nanomaterjali) li tista’ tkun ta’ periklu minħabba proprjetajiet relatati mad-daqs jew l-istruttura tagħha u s-sostituzzjoni tagħha b’alternattivi li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent li jiżguraw tal-anqas l-istess livell ta’ protezzjoni għall-konsumaturi għandhom jiġu eżaminati. Għal dan il-għan, ir-rieżami u l-emendar tal-lista ta’ sustanzi ristretti fl-Anness II għandhom ikunu koerenti, jimmassimizzaw is-sinerġiji ma’, u jirriflettu n-natura komplementarja tal-ħidma mwettqa taħt leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, u b’mod partikolari taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 waqt li jiġi żgurat l-operat reċiprokament indipendenti ta’ din id-Direttiva u dak ir-Regolament. Għandha titwettaq konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti l-oħra u għandu jitqies b’mod speċifiku l-impatt potenzjali fuq l-SMEs.

(17)

L-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija li jiġġeddu hu wieħed mill-objettivi fundamentali tal-Unjoni, u l-kontribut li jingħata mis-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu lill-objettivi ambjentali u klimatiċi huwa kruċjali. Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (12) tfakkar li għandu jkun hemm koerenza bejn dawk l-objettivi u l-leġislazzjoni ambjentali tal-Unjoni l-oħra. Konsegwentement, din id-Direttiva m’għandhiex tipprevjeni l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-enerġija li tiġġedded li m’għandhom l-ebda impatt negattiv fuq is-saħħa u l-ambjent u li huma sostenibbli u ekonomikament vijabbli.

(18)

Eżenzjonijiet mir-rekwiżit ta’ sostituzzjoni għandhom ikunu permessi jekk is-sostituzzjoni ma tkunx possibbli mil-lat xjentifiku u tekniku, b’kunsiderazzjoni speċifika għas-sitwazzjoni tal-SMEs jew jekk l-impatti negattivi ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati bis-sostituzzjoni x’aktarx li jkunu akbar mill-benefiċċji ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur tas-sostituzzjoni, jew l-affidabbiltà tas-sostituti mhijiex żgurata. Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjonijiet u dwar it-tul ta’ żmien tal-eżenzjonijiet possibbli għandha tqis id-disponibilità tas-sostituti u l-impatt soċjo-ekonomiku tas-sostituzzjoni. Fejn ikun rilevanti, għandu japplika ċ-ċiklu tal-ħajja meta jkunu qed jiġu kkunsidrati l-impatti ġenerali tal-eżenzjonijiet. Is-sostituzzjoni tas-sustanzi perikolużi fil-EEE għandha titwettaq ukoll b’tali mod li tkun kompatibbli mas-saħħa u s-sikurezza tal-utenti tal-EEE. It-tqegħid fis-suq ta’ apparat mediku jeħtieġ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (13) u d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (14), li jista’ jkun li tkun teħtieġ l-involviment ta’ korp notifikat maħtur mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Jekk tali korp notifikat jiċċertifika li s-sikurezza tas-sostitut potenzjali għall-użu maħsub fl-apparat mediku jew f’apparat mediku dijanjostiku in vitro ma ntwerietx, l-użu ta’ dak is-sostitut potenzjali jitqies li jkollu impatti negattivi ċari fuq is-sikurezza soċjo-ekonomika, tas-saħħa u tal-konsumatur. Għandu jkun possibbli, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, li ssir applikazzjoni għall-eżenzjonijiet ta’ tagħmir, ukoll qabel l-inklużjoni nnifisha ta’ dak it-tagħmir fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(19)

Eżenzjonijiet mir-restrizzjoni għal ċerti materjali jew komponenti speċifiċi għandhom ikunu limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul tagħhom, sabiex ikun hemm tneħħija gradwali tas-sustanzi perikolużi fil-EEE, ladarba l-użu ta’ dawk is-sustanzi f’tali applikazzjonijiet għandu jkun jista’ jiġi evitat.

(20)

Billi l-użu mill-ġdid, it-tiġdid u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-prodott huma ta’ benefiċċju, hemm bżonn li l-ispare parts ikunu disponibbli.

(21)

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità tal-EEE soġġett għal din id-Direttiva għandhom ikunu konsistenti mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (15). L-armonizzazzjoni tal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jagħtu lill-manifatturi ċ-ċertezza legali fir-rigward ta’ dak li għandhom jipprovdu bħala evidenza tal-konformità lill-awtoritajiet fl-Unjoni kollha.

(22)

Il-marka ta’ konformità applikabbli għall-prodotti fil-livell tal-Unjoni, il-marka CE, għandha tapplika wkoll għall-EEE li jkun soġġett għal din id-Direttiva.

(23)

Il-mekkaniżmi tas-sorveljanza tas-suq stipulati bir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (16), jipprovdu l-mekkaniżmi ta’ salvagwardja għall-iċċekkjar tal-konformità ma’ din id-Direttiva.

(24)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-linji gwida u l-format tal-applikazzjonijiet għall-eżenzjonijiet, għandhom jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (17).

(25)

Għall-finijiet tal-kisba tal-objettivi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Anness II, regoli dettaljati għall-konformità mal-valuri ta’ konċentrazzjoni massima u l-adattament tal-Annessi III u IV għall-progress tekniku u xjentifiku. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti.

(26)

L-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva ta’ qabel. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti jirriżulta taħt id-Direttiva ta’ qabel.

(27)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva stabbilita fl-Anness VII, il-Parti B.

(28)

Meta tkun qed tirrieżamina din id-Direttiva, għandha titwettaq analiżi bir-reqqa tal-koerenza tagħha mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 mill-Kummissjoni.

(29)

F’konformità mal-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (18), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, u biex jagħmluhom pubbliċi.

(30)

Minħabba li l-għan tal-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri li jiġu stabbiliti restrizzjonijiet rigward l-użu ta’ sustanzi perikolużi fil-EEE ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba d-daqs tal-problema u l-implikazzjonijiet tagħha fir-rigward ta’ leġislazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-irkupru u r-rimi tal-iskart u oqsma ta’ interess komuni, bħall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistipula r-regoli dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) bil-għan li tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż l-irkupru u r-rimi mingħajr preġudizzju għall-ambjent tal-iskart EEE.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha, soġġett għall-paragrafu 2, tapplika għall-EEE li jaqa’ fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness I.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(3) u 4(4), l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-EEE li kien barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/95/KE, imma li ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, jista’ madankollu jibqa’ disponibbli fuq is-suq sat-22 ta' Lulju 2019.

3.   Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u s-saħħa, u dwar kimiki, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-leġislazzjoni speċifika tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart.

4.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)

tagħmir li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, inklużi armi, munizzjon u materjal tal-gwerra maħsuba għal għanijiet speċifikament militari;

(b)

tagħmir maħsub biex jintbagħat fl-ispazju;

(c)

tagħmir li huwa ddisinjat speċifikament, u li għandu jiġi installat, bħala parti minn tip ieħor ta’ tagħmir li hu eskluż jew li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, li jista’ jintuża biss jekk ikun jagħmel parti minn dak it-tagħmir, u li jista’ jiġi sostitwit biss mill-istess tagħmir iddisinjat speċifikament;

(d)

għodda industrijali stazzjonarja fuq skala kbira;

(e)

installazzjonijiet fissi fuq skala kbira;

(f)

mezzi ta’ trasport għall-persuni jew il-merkanzija, esklużi l-vetturi elettriċi b’żewġ roti li mhumiex soġġetti għall-approvazzjoni skont it-tip;

(g)

makkinarju mobbli mhux għal fuq it-triq li jkun disponibbli esklussivament għall-użu professjonali;

(h)

apparat mediku attiv impjantabbli;

(i)

pannelli fotovoltajċi maħsuba biex jintużaw f’sistema ddisinjata, assemblata u installata minn professjonisti għal użu permanenti f’post definit għall-produzzjoni tal-enerġija mid-dawl tax-xemx għal applikazzjonijiet pubbliċi, kummerċjali, industrijali u residenzjali;

(j)

tagħmir iddisinjat speċifikament għall-uniku skop ta’ riċerka u żvilupp u li jkun biss disponibbli bejn negozji.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tagħmir elettriku u elettroniku” jew “EEE” tfisser tagħmir dipendenti fuq kurrenti tal-elettriku jew kampijiet elettromanjetiċi sabiex jaħdem sew u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ kurrenti u kampijiet bħal dawn u ddisinjat għall-użu ma’ vultaġġ massimu li ma jaqbiżx l-1 000 volt għal kurrent alternanti u l-1 500 volt għal kurrent dirett;

(2)

għall-finijiet tal-punt 1, “dipendenti” tfisser, fir-rigward tal-EEE, li jinħtieġu kurrenti elettriċi jew kampijiet elettromanjetiċi biex iwettaq tal-anqas waħda mill-funzjonijiet maħsuba tiegħu;

(3)

“għodda industrijali stazzjonarja fuq skala kbira” tfisser assemblea ta’ skala kbira ta’ magni, tagħmir u/jew komponenti, li jiffunzjonaw flimkien għal applikazzjoni speċifika, installati b’mod permanenti u żarmati minn professjonisti f’post partikolari, u li l-użu u l-manutenzjoni tagħhom issir minn professjonisti f’faċilità ta’ manifattura industrijali jew f’faċilità għar-riċerka u l-iżvilupp;

(4)

“installazzjoni fissa fuq skala kbira” tfisser kombinazzjoni ta’ skala kbira ta’ diversi tipi ta’ apparat u, fejn applikabbli, strumenti oħra, li huma assemblati u installati minn professjonisti, maħsuba biex jintużaw b’mod permanenti f’post predefinit u ddedikat, u li jiġu żarmarti minn professjonisti;

(5)

“kejbils” tfisser il-kejbils kollha b’vultaġġ ikkalkulat ta’ anqas minn 250 volts li jservu bħala konnessjoni jew estensjoni biex EEE jiġi konness mal-plakka tad-dawl jew biex żewġ EEE jew aktar jiġu konnessi flimkien;

(6)

“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura EEE jew li għandha EEE ddisinjat jew immanifatturat u li tikkummerċjalizzah taħt isimha jew bit-trejdmark tagħha;

(7)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur sabiex taġixxi f’ismu għal kompiti speċifiċi;

(8)

“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, għajr il-manifattur jew l-importatur, li tagħmel EEE disponibbli fis-suq;

(9)

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li jqiegħed EEE minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(10)

“operaturi ekonomiċi” tfisser il-produttur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(11)

“tagħmel disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe forniment ta’ EEE għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun bla ħlas;

(12)

“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li EEE jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

(13)

“standard armonizzat” tfisser standard adottat minn wieħed mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (19) abbażi ta’ talba li l-Kummissjoni tkun għamlet f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/34/KE;

(14)

“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu sodisfatti minn prodott, proċess jew servizz;

(15)

“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġislazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għat-twaħħil tagħha;

(16)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ikunux intlaħqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva relatati ma’ EEE;

(17)

“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jiżguraw li l-EEE jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva u ma jipperikolax is-saħħa, is-sikurezza jew aspetti oħra ta’ protezzjoni tal-interess pubbliku;

(18)

“teħid lura” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

(19)

“irtirar” tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex ma tħallix li prodott fil-katina tal-provvista jsir disponibbli fis-suq;

(20)

“materjal omoġenju” tfisser materjal wieħed ta’ kompożizzjoni kollha kemm hi uniformi jew materjal, li jikkonsisti f’kombinazzjoni ta’ materjali, li ma jistgħux jinfirdu jew jiġu separati f’materjali differenti b’azzjonijiet mekkaniċi bħal proċessi ta’ żvitar, qtugħ, tgħaffiġ, dħin u brix;

(21)

“apparat mediku” tfisser apparat mediku skont it-tifsira tal-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/42/KEE u li jkun ukoll EEE;

(22)

“apparat mediku dijanjostiku in vitro” tfisser apparat mediku dijanjostiku in vitro skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/79/KE;

(23)

“apparat mediku attiv impjantabbli” tfisser kull apparat mediku attiv impjantabbli skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/385/KEE tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (20);

(24)

“strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali” tfisser strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll iddisinjati esklużivament għal użu industrijali jew professjonali;

(25)

“disponibbilità ta’ sostitut” tfisser il-kapaċità li tali sostitut jiġi mmanifatturat u fornit f’perijodu ta’ żmien raġonevoli meta mqabbel maż-żmien meħtieġ għall-manifattura u l-forniment tas-sustanzi elenkati fl-Anness II;

(26)

“affidabbiltà ta’ sostitut” tfisser il-probabbiltà li EEE li juża dak is-sostitut iwettaq funzjoni rikjesta mingħajr falliment taħt kondizzjonijiet iddikjarati għal perijodu ta’ żmien iddikjarat;

(27)

“spare part” tfisser parti separata ta’ EEE li tista’ tissostitwixxi parti minn EEE. L-EEE ma jistax jiffunzjona kif intenzjonat mingħajr dik il-parti tal-EEE. Il-funzjonalità tal-EEE terġa’ tinkiseb jew titjieb meta l-parti tiġi sostitwita minn spare part;

(28)

“makkinarju mobbli mhux għal fuq it-triq li jkun disponibbli esklussivament għall-użu professjonali” tfisser makkinarju b’sors ta’ enerġija fuqu, li l-operat tiegħu jirrikjedi jew mobilità jew ċaqliq kontinwu jew semikontinwu bejn suċċessjoni ta’ postijiet fissi tax-xogħol waqt li jkun qed jaħdem jaħdem u li jkun disponibbli biss għall-użu professjonali.

Artikolu 4

Prevenzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-EEE mqiegħed fis-suq, inklużi l-kejbils u l-ispare parts għat-tiswija tiegħu, għall-użu mill-ġdid tiegħu, għall-immodernizzar tal-funzjonalitajiet tiegħu jew it-tkabbir tal-kapaċità tiegħu, ma jkunx fih is-sustanzi elenkati fl-Anness II.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandu jiġi ttollerat mhux aktar mill-valur tal-konċentrazzjoni massima skont il-piż f’materjali omoġenji kif speċifikat fl-Anness II. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21 u 22, regoli dettaljati dwar il-konformità ma’ dawk il-valuri tal-konċentrazzjoni massima li jqisu, inter alia, il-kisi superfiċjali.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għal apparat mediku u strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll li jitqiegħdu fis-suq mit-22 ta' Lulju 2014, għal apparat mediku dijanjostiku in vitro li jitqiegħed fis-suq mit-22 ta' Lulju 2016 u għal strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll li jitqiegħdu fis-suq mit-22 ta' Lulju 2017.

4.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal kejbils jew spare parts, għat-tiswija, l-użu mill-ġdid, l-immodernizzar tal-funzjonalitajiet jew it-tkabbir tal-kapaċità ta’ dawn li ġejjin:

(a)

EEE mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006;

(b)

apparat mediku mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2014;

(c)

apparat mediku dijanjostiku in vitro mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2016;

(d)

strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll imqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2014;

(e)

strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali imqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2017;

(f)

EEE li bbenefika minn eżenzjoni u li tqiegħed fis-suq qabel skadiet dik l-eżenzjoni, safejn hija kkonċernata l-eżenzjoni speċifika.

5.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-użu mill-ġdid ta’ spare parts, li jkunu ġew irkuprati minn EEE li tqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006, użati f’tagħmir imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2016 u bil-kondizzjoni li l-użu mill-ġdid isir f’sistemi ta’ rkupru bejn negozji b’ċiklu magħluq u verifikabbli, u li l-użu mill-ġdid tal-partijiet jiġi nnotifikat lill-konsumatur.

6.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Annessi III u IV.

Artikolu 5

Adattament tal-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku

1.   Għall-finijiet ta’ adattament tal-Annessi III u IV għall-progress xjentifiku u tekniku, u sabiex tikseb l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati individwali f’konformità mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21 u 22, il-miżuri li ġejjin:

(a)

l-inklużjoni ta’ materjali u komponenti ta’ EEE għal applikazzjonijiet speċifiċi fil-listi fl-Annessi III u IV, bil-kondizzjoni li tali inklużjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u fejn tiġi sodisfatta waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

it-tneħħija jew is-sostituzzjoni tagħhom permezz ta’ bidliet fid-disinn jew fil-materjali u l-komponenti li ma jeħtieġu l-ebda materjal jew sustanza elenkati fl-Anness II mhijiex prattikabbli mil-lat xjentifiku jew tekniku;

l-affidabbiltà tas-sostituti mhijiex żgurata;

it-totali tal-impatti negattivi ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur totali kkawżati mis-sostituzzjoni x’aktarx li huma ogħla mit-total tal-benefiċċji ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur tagħhom.

Deċiżjonijiet dwar l-inklużjoni ta’ materjali u komponenti ta’ EEE fil-listi fl-Annessi III u IV f u dwar it-tul ta’ kwalunkwe eżenzjoni għandha tqis id-disponibilità tas-sostituti u l-impatt soċjo-ekonomiku tas-sostituzzjoni. Id-deċiżjonijiet dwar it-tul ta’ kwalunkwe eżenzjoni għandha tqis kull impatt ħażin potenzjali fuq l-innovazzjoni. Fejn ikun rilevanti, għandu jitqies iċ-ċiklu tal-ħajja meta jkunu qed jiġu kkunsidrati l-impatti ġenerali tal-eżenzjoni;

(b)

it-tħassir tal-materjali u l-komponenti tal-EEE mill-listi fl-Annessi III u IV fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) ma għadhomx qed jiġu sodisfatti.

2.   Il-miżuri adottati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom, għall-kategoriji 1 sa 7, 10 u 11 tal-Anness I, jkollhom perjodu ta’ validità ta’ mhux aktar minn ħames snin u, għall-kategoriji 8 u 9 tal-Anness I, perjodu ta’ validità ta’ mhux aktar minn seba’ snin. Il-perijodi ta’ validità għandhom jiġu deċiżi għal kull każ individwalment u jistgħu jiġġeddu.

Għall-eżenzjonijiet elenkati fl-Anness III fil-21 ta' Lulju 2011, il-perijodu ta’ validità massima, li jista’ jiġġedded, għandu jkun, għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 tal-Anness I, ta’ ħames snin mill-21 ta' Lulju 2011 u, għall-kategoriji 8 u 9 tal-Anness I, seba’ snin mid-dati rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 4(3), sakemm ma jiġix speċifikat perjodu iqsar.

Għall-eżenzjonijiet elenkati fl-Anness IV fil-21 ta' Lulju 2011, il-perijodu ta’ validità massima, li jista’ jiġġedded, għandu jkun ta’ seba’ snin mid-dati rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 4(3), sakemm ma jiġix speċifikat perijodu iqsar.

3.   Applikazzjoni għall-għoti, it-tiġdid jew ir-revoka ta’ eżenzjoni għandha ssir lill-Kummissjoni f’konformità mal-Anness V.

4.   Il-Kummissjoni għandha:

(a)

tirrikonoxxi li tkun irċeviet applikazzjoni bil-miktub fi żmien 15-il jum minn meta tirċeviha. Ir-rikonoxximent għandu jiddikjara d-data ta’ meta rċeviet l-applikazzjoni;

(b)

tinforma lill-Istati Membri dwar l-applikazzoni mingħajr telf ta’ żmien u għandha tagħmel l-applikazzjoni u kull informazzjoni supplimentari pprovduta mill-applikant disponibbli għalihom;

(c)

tagħmel sommarju tal-applikazzjoni disponibbli għall-pubbliku;

(d)

tivvaluta l-applikazzjoni u l-ġustifikazzjoni tagħha.

5.   Applikazzjoni għat-tiġdid ta’ eżenzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel tiskadi l-eżenzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar applikazzjoni għat-tiġdid ta’ eżenzjoni sa mhux aktar tard minn 6 xhur qabel id-data meta tiskadi l-eżenzjoni eżisteni sakemm ċirkostanzi speċifiċi ma jiġġustifikawx skadenzi oħrajn. L-eżenzjoni eżistenti għandha tibqa’ valida sa meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal tiġdid mill-Kummissjoni.

6.   Fil-każ li l-applikazzjoni għat-tiġdid ta’ eżenzjoni tiġi miċħuda jew li eżenzjoni tiġi rrevokata, l-eżenzjoni għandha tiskadi mhux iktar kmieni minn 12-il xahar, u mhux iktar tard minn 18-il xahar, wara d-data tad-deċiżjoni.

7.   Qabel ma jiġu emendati l-Annessi, il-Kummissjoni għandha, inter alia, tikkonsulta l-operaturi ekonomiċi, ir-riċiklaturi, l-operaturi tat-trattament, l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-assoċjazzjonijiet tal-impjegati u l-konsumaturi u tqieħed il-kummenti li tkun irċeviet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta format armonizzat għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu kif ukoll linji gwida komprensivi għal tali applikazzjonijiet, waqt li tqis is-sitwazzjoni tal-SMEs. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

Artikolu 6

Rieżami u emenda tal-lista tas-sustanzi ristretti fl-Anness II

1.   Bl-għan li jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 u waqt li jitqies il-prinċipju tal-prekawzjoni, rieżami, abbażi ta’ valutazzjoni bir-reqqa, u emenda tal-lista tas-sustanzi ristretti fl-Anness II għandha tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni qabel it-22 ta' Lulju 2014, u perjodikament wara dan fuq l-inizjattiva tagħha stess jew b’segwitu għat-tressiq ta’ propost minn Stat Membru li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Ir-rieżami u l-emenda tal-lista tas-sustanzi ristrett fl-Anness II għandhom ikunu koerenti mal-leġiżlazzjoni l-oħra relatata mal-kimiċi, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u għandhom iqisu, inter alia, l-Annessi XIV u XVII għal dak ir-Regolament. Ir-rieżami għandu juża tagħrif disponibbli pubblikament miksub mill-applikazzjoni ta’ tali leġislazzjoni.

Sabiex tirrieżamina u temenda l-Anness II, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod speċjali jekk sustanza, inklużi sustanzi ta’ daqs zgħir ħafna jew bi struttura superfiċjali jew interna żgħira ħafna, jew grupp ta’ sustanzi simili:

(a)

jistgħux ikollhom impatt negattiv waqt l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-iskart tal-EEE, inklużi fuq il-possibilitajiet ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid tal-iskart tal-EEE jew ta’ riċiklaġġ ta’ materjali mill-iskart tal-EEE;

(b)

jistgħu jirriżultaw, minħabba l-użi tagħha, f’rilaxx bla kontroll jew diffuż fl-ambjent tas-sustanza, jew jistgħu jirriżultaw f’residwi perikolużi, jew fit-trasformazzjoni jew degradazzjoni ta’ prodotti permezz tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew trattament ieħor ta’ materjali mill-iskart tal-EEE taħt il-kondizzjonijiet operattivi attwali;

(c)

jistgħu jwasslu għal esponiment inaċċettabbli tal-ħaddiema involuti fil-ġbir jew fil-proċessi ta’ trattament tal-iskart tal-EEE;

(d)

jistgħu jiġu sostitwiti minn sostituti jew tekonoloġiji alternattivi li għandhom impatti anqas negattivi.

Waqt dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi operaturi ekonomiċi, riċiklaturi, operaturi tat-trattament, organizzazzjonijiet ambjentali u assoċjazzjonijiet tal-impjegati u tal-konsumaturi.

2.   Il-proposti għar-rieżami u l-emenda tal-lista tas-sustanzi ristretti, jew grupp ta’ sustanzi simili, fl-Anness II għandhom jinkludu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

formulazzjoni preċiża u ċara tar-restrizzjoni proposta;

(b)

evidenza b’referenzi u xjentifika għar-restrizzjoni;

(c)

informazzjoni dwar l-użu tas-sustanza jew il-grupp ta’ sustanzi simili fl-EEE;

(d)

informazzjoni dwar l-effetti ta’ ħsara u l-esponiment b’mod partikolari waqt l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-iskart tal-EEE;

(e)

informazzjoni dwar is-sostituti possibbli u alternattivi oħrajn, id-disponibbiltà tagħhom u l-affidabilità tagħhom;

(f)

ġustifikazzjoni biex restrizzjoni fl-Unjoni kollha kemm hi tiġi kkunsidrata bħala l-aktar miżura xierqa;

(g)

valutazzjoni soċjo-ekonomika.

3.   Il-miżuri msemmijin f’dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 20 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21 u 22.

Artikolu 7

Obbligi tal-manifatturi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

meta jqiegħdu EEE fis-suq, il-manifatturi jiżguraw li dan ikun ġie iddisinjat u mmanifatturat skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4;

(b)

il-manifatturi jfasslu d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa u jwettqu l-proċedura ta’ kontroll intern f’konformità mal-modulu A tal-Anness II għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmel dan;

(c)

fejn ikun intwera permezz tal-proċedura msemmija fil-punt (b) li l-EEE huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, il-manifatturi jfasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE fuq il-prodott lest. Fejn leġislazzjoni oħra applikabbli tal-Unjoni tkun teħtieġ l-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li ma tkunx inqas stretta, il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva tista’ tintwera fil-kuntest ta’ din il-proċedura. Tista’ titħejja dokumentazzjoni teknika waħdanija;

(d)

il-manifatturi jżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformita tal-UE għal għaxar snin wara li l-EEE ikun tqiegħed fis-suq;

(e)

il-manifatturi jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri sabiex il-produzzjoni ta’ serje tibqa’ konformi. It-tibdiliet fid-disinn jew il-karatteristiki u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li b’referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità ta’ EEE għandhom jitqiesu b’mod adegwat;

(f)

il-manifatturi jżommu reġistru tal-EEE li ma jkunux konformi u ta’ prodotti li kellhom jiġbru lura, u jżommu lid-distributuri informati dwar dan;

(g)

il-manifatturi jiżguraw li l-EEE tagħhom ikollu numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew kwalunkwe element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tiegħu, jew, jekk fejn id-daqs jew in-natura tal-EEE ma jippermettux dan, li t-tagħrif meħtieġ jingħata fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja l-EEE;

(h)

il-manifatturi jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trejdmark reġistrat tagħhom u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati dwar l-EEE jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-EEE. L-indirizz irid jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur. Fejn leġislazzjoni oħra applikabbli tal-Unjoni jkun fiha dispożizzjonijiet għat-twaħħil tal-isem u l-indirizz tal-manifattur li ma jkunux inqas stretti, għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet;

(i)

il-manifatturi li jikkunsidraw jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li EEE li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva jieħdu minnufih il-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-EEE jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, jekk dan ikun xieraq, u jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-EEE disponibbli dwar dan, billi jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet;

(j)

il-manifatturi, b’segwitu għal talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bit-tagħrif u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-EEE ma’ din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità u li jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fuq kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva tal-EEE li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 8

Obbligi ta’ rappreżentanti awtorizzati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

manifatturi jkollhom il-possibbiltà li jaħtar rappreżentant awtorizzat permezz ta’ mandat bil-miktub. L-obbligi stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 7 u t-tfassil ta’ dokumentazzjoni teknika m’għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat;

(b)

rappreżentant awtorizzat iwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat li tal-anqas jagħmel dan li ġej:

iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni ta’ awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza għal perijodu ta’ għaxar snin wara li l-EEE ikun tqiegħed fis-suq;

b’segwitu għal talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità bit-tagħrif u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ EEE ma’ din id-Direttiva;

jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex tiġi żgurata konformità ma’ din id-Direttiva ta’ EEE kopert bil-mandat tagħhom.

Artikolu 9

Obbligi tal-importaturi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-importaturi jqiegħdu biss l-EEE li jkun konformi ma’ din id-Direttiva fis-suq tal-Unjoni;

(b)

l-importaturi, qabel ma jqiegħdu EEE fis-suq, jiżguraw li tkun twettqet il-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità mill-manifattur, u li jiżguraw ulterjorment li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-EEE jkollu l-marka CE u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa, u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 7;

(c)

Fejn importatur jikkunsidra jew ikollu raġuni biex jaħseb li EEE mhux konformi mal-Artikolu 4, dak l-importatur ma jqiegħedx l-EEE fis-suq qabel ma’ dan ikun sar konformi, u li dak l-imortatur jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan;

(d)

l-importaturi jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trejdmark reġistrat tagħhom u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-EEE jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-EEE. Fejn leġislazzjoni oħra applikabbli tal-Unjoni jkun fiha dispożizzjonijiet għat-twaħħil tal-isem u l-indirizz tal-manifattur li ma jkunux inqas stretti, għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet;

(e)

l-importaturi, sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva, iżommu reġistru tal-EEE li ma jkunux konformi u ta’ EEE li kellhom jinġabru lura, u jżommu lid-distributuri informati dwar dan;

(f)

l-importaturi li jikkunsidraw jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li EEE li huma jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma’ din id-Direttiva jieħdu minnufih il-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-EEE jsir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq, u jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-EEE disponibbli dwar dan, billi jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet;

(g)

l-importaturi iżommu, għal perijodu ta’ għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq tal-EEE, kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jitolbuha;

(h)

l-importaturi, b’segwitu għal talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bit-tagħrif u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ EEE ma din id-Direttiva, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità, u li jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva tal-EEE li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 10

Obbligi tal-distributuri

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

Meta jagħmlu EEE disponibbli fis-suq, id-distributuri jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli b’mod partikolari billi jivverifikaw li l-EEE jkollu fuqu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti rikjesti f’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarin oħra fl-Istat Membru fejn l-EEE ser isir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 7 u l-punt (d) tal-Artikolu 9;

(b)

fejn distributur iqis jew ikollu raġuni biex jaħseb li EEE mhux konformi mal-Artikolu 4, dak id-distributur ma jagħmilx l-EEE disponibbli fis-suq qabel ma dan ikun sar konformi, u dak id-distributur jinforma lill-manifattur jew lill-importatur kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan;

(c)

id-distributuri li jikkunsidraw jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li EEE li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq mhux konformi ma’ din id-Direttiva jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiġbruh lura, kif ikun xieraq, u li jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-EEE disponibbli dwar dan, billi jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet;

(d)

id-distributuri, b’segwitu għal talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bit-tagħrif u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ EEE ma’ din id-Direttiva, u li jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fuq kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva tal-EEE li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq.

Artikolu 11

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u d-distributuri

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li importatur jew distributur jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u li jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur taħt l-Artikolu 7, meta jqiegħed EEE fis-suq f’ismu jew taħt it-trejdmark tiegħu jew jimmodifika EEE li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

Artikolu 12

Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi, fuq talba, jgħarrfu, għal għaxar snin, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar it-tqegħid fis-suq tal-EEE:

(a)

kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom b’EEE;

(b)

kwalunkwe operatur ekonomiku li huma jkunu fornewh b’EEE.

Artikolu 13

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

1.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li ntwera li r-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 4 ġew sodisfatti.

2.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell u għandha tinkludi l-elementi speċifikati fl-Anness VI u għandha tiġi aġġornata. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew il-lingwi rikjesti mill-Istat Membru fis-suq fejn il-prodott jitqiegħed jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni.

Fejn leġislazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni tirrikjedi l-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li tkun tal-anqas stretta daqs ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva, il-konformità magħhom tista’ tintwera fil-kuntest ta’ dik il-proċedura. Tista’ titfassal dokumentazzjoni teknika waħda.

3.   Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-EEE ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 14

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

Il-marka CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 15

Regoli u kondizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE

1.   Il-marka CE għandha titwaħħal fuq l-EEE lest jew fuq il-pjanċa tad-data tiegħu b’mod li tkun tidher, tkun tista’ tinqara u ma titħassarx. Meta dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natura tal-EEE, il-marka CE għandha titwaħħal fuq l-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjawh.

2.   Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-EEE jitqiegħed fis-suq.

3.   L-Istati Membri għandhom ikomplu jiżviluppaw il-mekkaniżmi eżistenti sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema li tirregola l-marka CE u jieħdu azzjoni xierqa f’każ ta’ użu skorrett tal-marka CE. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal pieni għall-ksur, li jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali meta jkun hemm ksur gravi. Dawk il-pieni għandhom ikunu proporzjonati għall-gravità tar-reat u jikkostitwixxu deterrent effikaċi kontra użu skorrett.

Artikolu 16

Preżunzjoni ta’ konformità

1.   Fin-nuqqas ta’ evidenza kuntrarja, l-Istati Membri għandhom jippreżumu li EEE bil-marka CE huma konformi ma’ din id-Direttiva.

2.   Il-materjali, il-komponenti u l-EEE li fuqhom twettqu t-testijiet u l-kejl li juru konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4, jew li ġew ivvalutati f’konformità mal-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 17

Oġġezzjoni formali għal standard armonizzat

1.   Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox ir-rekwiżiti li jkopri u li huma stipulati fl-Artikolu 4, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru konċernat għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, u jagħtu r-raġunijiet tagħhom. Il-Kumitat, wara li jikkonsulta lill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej rilevanti, għandu jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

2.   Fid-dawl tal-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tippubblika, li ma tippubblikax, li tippubblika b’mod ristrett, li żżomm, li żżomm b’mod ristrett jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat konċernat fi jew minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-korp ta’ standardizzazzjoni Ewropew ikkonċernat u, jekk ikun meħtieġ, titlob li jkunu riveduti l-istandards armonizzati kkonċernati.

Artikolu 18

Sorveljanza tas-suq u kontrolli tal-EEE li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Istati Membri għandhom iwettqu s-sorveljanza tas-suq skont l-Artikoli 15 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 19

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 20

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħat li tadotta l-atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ 5 snin mill-21 ta' Lulju 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-segħat delegati sa mhux aktar tard minn 6 xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi awtomatikament estiża għal perijodi ta’ żmien identiċi sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex skont l-Artikolu 21.

2.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha.

3.   Is-setgħat biex tadotta atti delegati jingħataw lill-Kummissjoni soġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 21 u 22.

Artikolu 21

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet il-proċedura interna għad-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi revokata d-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, b’indikazzjoni tal-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.

3.   Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tieħu effett minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f’perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

2.   Jekk, meta jiskadi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni tagħha għall-att delegat.

Artikolu 23

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sat-2 ta' Jannar 2013, u għandhom jinnotifikawha wkoll minnufih dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 24

Rieżami

1.   Sa mhux aktar tard mit-22 ta' Lulju 2014, il-Kummissjoni għandha teżamina l-ħtieġa li jiġi emendat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-EEE msemmi fl-Artikolu 2, u għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ proposta leġislattiva, jekk tkun xierqa, fir-rigward ta’ kwalunkwe esklużjoni addizzjonali fir-rigward ta’ dik l-EEE.

2.   Sa mhux aktar tard mit-22 ta' Lulju 2021, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ġenerali ta’ din id-Direttiva, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ proposta leġislattiva, jekk tkun xierqa.

Artikolu 25

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-2 ta' Jannar 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-disposizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew jinkludu din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 26

Tħassir

Id-Direttiva 2002/95/KE, kif emendata bl-atti elenkati fl-Anness VII, il-Parti A titħassar b’effett mit-3 ta' Jannar 2013 mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttiva stipulata fl-Anness VII, il-Parti B.

Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 28

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

GYŐRI E.


(1)  ĠU C 306, 16.12.2009, p. 36.

(2)  ĠU C 141, 29.5.2010, p. 55.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2010 (għandha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2011.

(4)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(5)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(6)  ĠU C 30, 4.2.1988, p. 1.

(7)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(8)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(9)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(10)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(11)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(12)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(13)  ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.

(14)  ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1.

(15)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

(16)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(17)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(18)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(19)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(20)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17.


ANNESS I

Kategoriji ta’ EEE koperti b’din id-Direttiva

1.

Apparat elettrodomestiku kbir

2.

Apparat elettrodomestiku żgħir

3.

Tagħmir tal-informatika u t-telekomunikazzjoni

4.

Tagħmir tal-konsumatur

5.

Tagħmir tat-tidwil

6.

Għodda elettrika u elettronika

7.

Ġugarelli, tagħmir ta’ divertiment u tal-isport

8.

Apparat mediku

9.

Strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll inklużi strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali

10.

Apparat ta’ distribuzzjoni awtomatika

11.

EEE ieħor mhux kopert mill-kategoriji t’hawn fuq.


ANNESS II

Sustanzi ristretti msemmija fl-Artikolu 4(1) u valuri ta’ konċentrazzjoni massima ttolerati skont il-piż f’materjali omoġenji

 

Ċomb (0,1 %)

 

Merkurju (0,1 %)

 

Kadmju (0,01 %)

 

Kromju eżavalenti (0,1 %)

 

Bifenili polibrominati (PBB) (0,1 %)

 

Eteri difenili polibrominati (PBDE) (0,1 %)


ANNESS III

Applikazzjonijiet eżentati mir-restrizzjoni fl-Artikolu 4(1)

Eżenzjoni

Ambitu u dati tal-applikabbiltà

1

Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti b’kappa waħda (kompatta) li ma jaqbiżx (għal kull burner):

 

1(a)

Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali < 30 W: 5 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 sal- 31 ta’ Diċembru 2012 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull burner; Wara l-31 ta’ Diċembru 2012 għandhom jintużaw 2,5 mg għal kull burner

1(b)

Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali ≥ 30 W and < 50 W: 5 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull burner

1(c)

Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali ≥ 50 W u < 150 W: 5 mg

 

1(d)

Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali ≥ 150 W: 15 mg

 

1(e)

Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali b’forma strutturali ċirkolari jew kwadra u dijametru tat-tubu ≤ 17 mm

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 7 mg għal kull burner

1(f)

Għal skopijiet speċjali: 5 mg

 

2(a)

Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti lineari b’kappa doppja għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull bozza):

 

2(a)(1)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu < 9 mm (eż. T2): 5 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 4 mg għal kull bozza

2(a)(2)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu ≥ 9 mm u ≤ 17 mm (eż. T5): 5 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 3 mg għal kull bozza

2(a)(3)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu > 17 mm u ≤ 28 mm (eż. T8): 5 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull bozza

2(a)(4)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu > 28 mm (eż. T12): 5 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012; Wara l-31 ta’ Diċembru 2012 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull bozza

2(a)(5)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’ċiklu tal-ħajja twil (≥ 25 000 siegħa): 8 mg

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 5 mg għal kull bozza

2(b)

Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti oħra li ma jaqbiżx (għal kull bozza):

 

2(b)(1)

Bozoz lineari tal-alofosfati b’dijametru tat-tubu > 28 mm (eż. T10 u T12): 10 mg

Tiskadi fit-13 ta’ April 2012

2(b)(2)

Bozoz mhux lineari tal-alofosfati (id-dijametri kollha): 15 mg

Tiskadi fit-13 ta’ April 2016

2(b)(3)

Bozoz mhux lineari b’sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’dijametru tat-tubu > 17 mm (eż. T9)

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 15 mg għal kull bozza

2(b)(4)

Bozoz għal skopijiet oħra ta’ illuminazzjoni ġenerali u speċjali (eż. bozoz ta’ induzzjoni)

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 15 mg għal kull bozza

3

Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti b’katodu kiesaħ u bozoz fluworexxenti b’elettrodu estern (CCFL u EEFL) għal skopijiet speċjali li ma jaqbiżx (għal kull lampa):

 

3(a)

Tul qasir (≤ 500 mm)

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 3,5 mg għal kull bozza

3(b)

Tul medju (> 500 mm u ≤ 1 500  mm)

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 5 mg għal kull bozza

3(c)

Tul twil (> 1 500  mm)

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 13 mg għal kull bozza

4(a)

Il-merkurju f’bozoz oħra b’discharge taħt pressjoni baxxa (għal kull bozza):

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 15 mg għal kull bozza

4(b)

Il-merkurju f’bozoz tas-Sodju (fwar) Taħt Pressjoni Għolja għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull burner) f’bozoz b’indiċi tal-apparenza tal- kulur imtejjeb Ra > 60:

 

4(b)-I

P ≤ 155 W

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 30 mg għal kull burner

4(b)-II

155 W < P ≤ 405 W

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 40 mg għal kull burner

4(b)-III

P > 405 W

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 40 mg għal kull burner

4(c)

Il-merkurju f’bozoz oħra tas-Sodju (fwar) Taħt Pressjoni Għolja għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull burner):

 

4(c)-I

P ≤ 155 W

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 25 mg għal kull burner

4(c)-II

155 W < P ≤ 405 W

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 30 mg għal kull burner

4(c)-III

P > 405 W

L-ebda limitu fuq l-użu sal-31 ta’ Diċembru 2011; Wara l-31 ta’ Diċembru 2011 jistgħu jintużaw 40 mg għal kull burner

4(d)

Il-merkurju f’bozoz tal-Merkurju (fwar) Taħt Pressjoni Għolja (HPMV)

Tiskadi fit-13 ta’ April 2015

4(e)

Il-merkurju f’bozoz tal-alid tal-metall (MH)

 

4(f)

Il-merkurju f’bozoz oħra b’discharge għal skopijiet speċjali mhux imsemmija speċifikament f’dan l-Anness

 

5(a)

Iċ-ċomb fil-ħġieġ ta’ tubi vakwi

 

5(b)

Ċomb fil-ħġieġ ta’ tubi fluworexxenti li ma jaqbiżx 0,2 % skont il-piż

 

6(a)

Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar fl-azzar għal skopijiet ta’ xogħol bil-magni (machining) u fl-azzar galvanizzat sa 0,35 % ċomb skont il- piż

 

6(b)

Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar f’aluminju li jkun fih sa 0,4 % ċomb skont il-piż

 

6(c)

Liga tar-ram li jkun fiha sa 4 % ċomb skont il- piż

 

7(a)

Iċ-ċomb fi stann tat-tip li jdewweb f’temperaturi għoljin (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % ċomb jew aktar skont il-piż)

 

7(b)

Iċ-ċomb fi stann ta’ oġġetti li jservu, sistemi ta’ ħżin u ta’ wiri ordnat tal-ħżin, tagħmir tal- infrastrutturi tan-netwerks għas-swiċċjar, is- sinjalar, it-trażmissjoni u l-ġestjoni tan- netwerks għat-telekomunikazzjoni

 

7(c)-I

Komponenti elettriċi u elettroniċi li jkun fihom iċ-ċomb fi ħġieġa jew ċeramika għajr iċ- ċeramika dielettrika fil-kapaċitaturi, eż. apparat pjeżoelettroniku, jew f’kompost b’matriċi tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika

 

7(c)-II

Iċ-ċomb f’ċeramika dielettrika f’kapaċitaturi għal vultaġġ nominali ta’ 125 V AC jew 250 V DC jew ogħla

 

7(c)-III

Iċ-ċomb f’ċeramika dielettrika f’kapaċitaturi għal vultaġġ nominali ta’ anqas minn 125 V AC jew 250 V DC

Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2013 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2013

8(a)

Il-kadmju u l-komposti tiegħu f’apparat ta’ interruzzjoni termali f’darba tat-tip b’pelit.

Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2012 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2012

8(b)

Il-kadmju u l-komposti tiegħu f’kuntatti elettriċi

 

9

Il-kromju eżavalenti bħal aġent kontra l- korrożjoni tas-sistema tat-tkessiħ tal-karbonju u l-azzar fi friġġijiet tal-assorbiment sa 0,75 % skont il-piż fis-soluzzjoni tat-tkessiħ

 

9(b)

Iċ-ċomb f’ċilindri ta’ ġewwa u ta’ barra tal- bearings għal kompressuri li jkun fihom refriġerant għall-applikazzjoniet ta’ tisħin, ventilazzjoni, kundizzjonar tal-arja u refriġerazzjoni (HVACR)

 

11(a)

Iċ-ċomb użat f’sistemi ta’ konnetturi tal- pinnijiet konformi mas-C-press.

Jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Settembru 2010

11(b)

Iċ-ċomb użat f’sistemi ta’ konnetturi tal- pinnijiet oħra li ma jkunux dawk konformi mas-C-press

Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2013 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2013

12

Iċ-ċomb bħala materjal għall-kisi għall-modulu ta’ trażmissjoni termali C-ring

Jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Settembru 2010

13(a)

Ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi

 

13(b)

Il-kadmju u ċ-ċomb fi ħġieġ li jiffiltra u ħġieġ użat għall-istandards tar-riflettanza

 

14

Iċ-ċomb fl-istann li jikkonsisti f’aktar minn żewġ elementi għall-konnessjoni bejn il- pinnijiet u l-pakkett tal-mikroproċessuri b’kontenut ta’ ċomb ta’ 80 % jew aktar u anqas minn 85 % skont il-piż

Skadiet fl-1 ta’ Jannar 2011 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2011

15

Iċ-ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u carrier fi ħdan ċirkwit integrat ta’ pakketti flip chip

 

16

Iċ-ċomb f’bozoz inkandexxenti lineari b’tubi miksija bis-silikat

Tiskadi fl-1 ta’ Settembru 2013

17

L-alid taċ-ċomb bħala aġent jiddi f’bozoz b’discharge ta’ intensità għolja (HID) użat għal applikazzjonijiet ta’ reprografija professjonali

 

18(a)

Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) ta’ bozoz b’discharge meta jintużaw bħala bozoz speċjali fir-reprografija tal-istampar bid-diażo, il-litografija, in-nases tal-insetti, il-proċessi fotokimiċi u ta’ vulkanizzazzjoni li fihom il- fosfri bħall-SMS ((Sr,Ba)2MgSi2O7:Pb)

Skadiet fl-1 ta’ Jannar 2011

18(b)

Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) ta’ bozoz b’discharge meta jintużaw bħala lampi għat- tismir li fihom il-fosfri bħall-BSP (BaSi2O5:Pb)

 

19

Iċ-ċomb bil-PbBiSn-Hg u l-PbInSn-Hg f’kompożizzjonijiet speċifiċi bħala amalgamu prinċipali u bil-PbSn-Hg bħala amalgamu awżiljarju f’bozoz li jiffrankaw l-enerġija (ESL) kompatti ħafna

Tiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2011

20

L-ossidu taċ-ċomb fil-ħġieġ użat biex jgħaqqad flimkien is-sustrati ta’ quddiem u ta’ wara tal-bozoz fluworexxenti ċatti użati fl-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD)

Tiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2011

21

Iċ-ċomb u l-kadmju fil-linka tal-istampar għall-applikazzjoni ta’ enamels fuq ħġieġ, bħall-ħġieġ tal-borosilikat u tal-ġir sodat (soda lime).

 

23

Iċ-ċomb f’finituri ta’ komponenti fine pitch li ma jkunux konnetturi b’pitch ta’ 0,65 mm jew inqas

Jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Settembru 2010

24

Iċ-ċomb fl-istann li jintuża għall-issaldjar ma’ kapaċitaturi b’aktar minn saff wieħed diskojdali, b’toqob imħaffra fihom

 

25

L-ossidu taċ-ċomb li jintuża fl-iskrins li jemettu l-elettroni permezz tat-trażmissjoni mas-superfiċje (SED) li jintużaw f’elementi strutturali, notevolment fil-frit tas-siġillar u ċ- ċirku tal-frit

 

26

L-ossidu taċ-ċomb fl-envelop tal-ħġieġ ta’ bozoz blu b’dawl iswed

Tiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2011

27

Il-ligi taċ-ċomb bħala stann għat-transdutturi li jintużaw fi spikers qawwija (deżinjati biex joperaw għal diversi sigħat f’livelli ta’ qawwa akustika ta’ 125dB SPL u aktar)

Skadiet fl-24 ta’ Settembru 2010

29

Iċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall kif iddefinit fl- Anness I (Il-kategoriji 1, 2, 3 u 4) tad- Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE (1)

 

30

Il-ligi tal-kadmju użati bħala ġonot tal-istann elettriċi/mekkaniċi għal kondutturi elettriċi li jinsabu direttament fuq il-kojl tal-vuċi fi transdutturi użati fi spikers qawwija b’livelli ta’ pressjoni ta’ ħoss ta’ 100 dB (A) jew aktar

 

31

Iċ-ċomb f’materjali tal-issaldjar f’bozoz fluworexxenti ċatti mingħajr merkurju (li pereżempju jintużaw għal skrins tal-kristalli likwidi, iddisinjar jew f’dawl industrijali)

 

32

L-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar li jintuża fil-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għat- tubi tal-lejżer Argon u Kripton

 

33

Iċ-ċomb fl-istann li jintuża għall-issaldjar ta’ wajers irqaq tar-ram ta’ dijametru ta’ 100 μm u anqas fit-transformers tal-enerġija

 

34

Iċ-ċomb fl-elementi ta’ potenzjometru trimmer abbażi taċ-ċermit

 

36

Il-merkurju użat bħala inibitur tat-textix tal- katodu fl-iskrins tal-plażma DC li jkun fihom sa massimu ta’ 30 mg għal kull skrin

Skadiet fl-1 ta’ Lulju 2010

37

Iċ-ċomb fis-saff tal-kisi ta’ diodes ta’ vultaġġ għoli abbażi ta’ korp tal-ħġieġ tal-borat taż- żingu

 

38

Il-kadmju u l-ossidu tal-kadmju f’pejsts b’rita ħoxna użati fuq ossidu tal-berilju marbut mal- aluminju

 

39

Il-kadmju fl-LEDs II-VI tal-konverżjoni tal- ilwien (< 10 μg Cd/mm2 ta’ medda li tarmi d-dawl) għall-użu f’sistemi ta’ stat solidu għall-illuminazzjoni jew turija

Tiskadi fl-1 ta’ Lulju 2014


(1)  ĠU L 326, 29.12.1969, p. 36.


ANNESS IV

Applikazzjonijiet eżentati mir-restrizzjoni fl-Artikolu 4(1) speċifiċi għall-apparat mediku u l-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll

Tagħmir li juża jew li jindividwa radjazzjoni jonizzanti

1.

Iċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju f’tagħmir għar-rilevament tar-radjazzjoni jonizzanti

2.

Il-bearings taċ-ċomb f’tubi tar-raġġi X

3.

Iċ-ċomb fi strumenti tal-amplifikazzjoni tar-radjazzjoni elettromanjetika: plejt għall-micro-channel u plejt kapillari

4.

Iċ-ċomb fi frit tal-ħġieġ tat-tubi tar-raġġi X u intensifikaturi tal-immaġni u ċ-ċomb fi frit tal-ħġieġ li jintuża bħala materjal li jgħaqqad għall-armar ta’ lejżers tal-gass u għal tubi b’vakum li jbiddlu radjazzjoni manjetika f’elettroni

5.

Iċ-ċomb f’ilqugħ ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni jonizzanti

6.

Iċ-ċomb f’oġġetti tal-ittestjar bir-raġġi X

7.

Il-kristalli tal-istearat taċ-ċomb għad-diffrazzjoni tar-raġġi X

8.

Sors tal-iżotopi tal-kadmju radjuattiv għal spettrometri fluworexxenti portabbli tar-raġġi

Sensers, ditekters u elettrodi

1a.

Iċ-ċomb u l-kadmju f’elettrodi selettivi għall-joni inkluż il-ħġieġ tal-elettrodi tal-pH

1b.

Anodi taċ-ċomb f’sensers tal-ossiġnu elettrokimiċi

1c.

Iċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju f’tagħmir għar-rilevament tad-dawl infraaħmar

1d.

Il-merkurju f’elettrodi ta’ referenza: il-klorur tal-merkurju b’kontenut baxx ta’ klorur, is-sulfat tal-merkurju u l-ossidu tal-merkurju

Oħrajn

9.

Il-kadmju f’lejżers tal-elju-kadmju

10.

Iċ-ċomb u l-kadmju f’lampi tal-ispettroskopija ta’ assorbiment atomiku

11.

Iċ-ċomb f’ligi bħala supertrażmettituri u trażmettituri termali fl-MRI

12.

Iċ-ċomb u l-kadmju f’rabtiet metalliċi f’materjali supertrażmettituri fl-MRI u fid-detekters SQUID

13.

Iċ-ċomb f’kontrapiżijiet

14.

Iċ-ċomb f’materjali piżoelettriċi monokristallini għal transducers ultrasoniċi

15.

Iċ-ċomb fi stannijiet għall-irbit ma’ transducers ultrasoniċi

16.

Il-merkurju fi briġġijiet ta’ kapaċitanza b’akkuratezza għolja ħafna u ta’ kejl ta’ telf u fi swiċċijiet RF ta’ frekwenza għolja u rilejs fi strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll li ma jaqbiżx 20 mg ta’ merkurju f’kull swiċċ jew rilej

17.

Iċ-ċomb fi stannijiet f’defibrillaturi ta’ emerġenza portabbli

18.

Lead in solders of high performance infrared imaging modules to detect in the range 8–14 μm

19.

Iċ-ċomb fil-kristalli likwidi fuq skrins tas-silkon (LcoS)

20.

Il-kadmju f’filters tat-tkejjil tar-raġġi X


ANNESS V

Applikazzjonijiet għall-għoti, it-tiġdid u r-revoka ta’ eżenzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 5

L-applikazzjonijiet għal eżenzjonijiet, it-tiġdid ta’ eżenzjonijiet jew, mutatis mutandis, għar-revoka ta’ eżenzjoni jistgħu jiġu ppreżentati minn manifattur, rappreżentant awtorizzat ta’ manifattur, jew kwalunkwe operatur ekonomiku fil-katina tal-provvista u għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-isem, l-indirizz, u d-dettalji tal-kuntatt tal-applikant;

(b)

l-informazzjoni dwar il-materjal jew il-komponent u l-użi speċifiċi tas-sustanza fil-materjal u l-komponent li għalihom ġiet mitluba eżenzjoni jew ir-revoka tagħha, u l-karatteristiċi partikolari tagħhom;

(ċ)

ġustifikazzjoni verifikabbli u b’referenzi għal eżenzjoni, jew ir-revoka tagħha, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5;

(d)

analiżi tas-sustanzi, il-materjali jew id-disinni alternattivi eventwali abbażi taċ-ċiklu tal-ħajja, inklużi, meta jkunu disponibbli, l-informazzjoni dwar ir-riċerka indipendenti, l-istudji eżaminati minn pari u attivitajiet ta’ żvilupp mill-applikant u analiżi tad-disponibbiltà ta’ tali alternattivi;

(e)

informazzjoni dwar it-tħejjija possibbli għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ta’ materjali mill-iskart EEE, u dwar id-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament xieraq tal-iskart skont l-Anness II tad-Direttiva 2002/96/KE;

(f)

l-informazzjoni rilevanti l-oħra;

(g)

l-azzjonijiet proposti biex jiġu żviluppati, jintalab biex jiġu żviluppati u/jew biex jiġu applikati alternattivi possibbli għal tali azzjonijiet mill-applikant;

(h)

fejn ikun xieraq, indikazzjoni tal-informazzjoni li għandha titqies bħala proprjetarja flimkien ma’ ġustifikazzjoni verifikabbli;

(i)

meta ssir applikazzjoni għal eżenzjoni, proposta għal formulazzjoni preċiża u ċara għall-eżenzjoni;

(j)

sommarju tal-applikazzjoni.


ANNESS VI

DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-UE

1.

Nru … (identifikazzjoni unika tal-EEE):

2.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.

Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareg taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur (jew tal-installatur):

4.

L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tal-EEE li tippermetti t-traċċabilità. Tista’ tinkludi ritratt, fejn xieraq):

5.

L-għan tad-dikjarazzjoni deskritta hawn fuq huwa konformi mad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (*):

6.

Fejn applikabbli, referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti użati, jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li, f’rabta magħhom, qed tiġi ddikjarata l-konformità:

7.

Tagħrif addizzjonali:

Iffirmat għal u f’isem: …

(post u data tal-ħruġ):

(isem, funzjoni) (firma):


(*)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS VII

PARTI A

Id-Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 26)

Id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/618/KE

(ĠU L 214, 19.8.2005, p. 65)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/717/KE

(ĠU L 271, 15.10.2005, p. 48)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/747/KE

(ĠU L 280, 25.10.2005, p. 18)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/310/KE

(ĠU L 115, 28.4.2006, p. 38)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/690/KE

(ĠU L 283, 14.10.2006, p. 47)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/691/KE

(ĠU L 283, 14.10.2006, p. 48)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/692/KE

(ĠU L 283, 14.10.2006, p. 50)

Id-Direttiva 2008/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 81, 20.3.2008, p. 67)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/385/KE

(ĠU L 136, 24.5.2008, p. 9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/428/KE

(ĠU L 139, 5.6.2009, p. 32)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/443/KE

(ĠU L 148, 11.6.2009, p. 27)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/122/UE

(ĠU L 49, 26.2.2010, p. 32)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/571/UE

(ĠU L 251, 25.9.2010, p. 28)

PARTI B

Lista tal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 26)

Direttiva

Skadenza għat-traspożizzjoni

2002/95/KE

fit-12 ta’ Awwissu 2004.

2008/35/KE


ANNESS VIII

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 2002/95/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1), 2(2), l-Anness I

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(4), il-kliem tal-bidu

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(a)

Artikolu 3(1), (2)

Artikolu 3(b)

Artikolu 3(6)-(28)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1), l-Anness II

Artikolu 4(3), (4)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(3)

Artikolu 5(1), il-kliem tal-bidu

Artikolu 5(1), il-kliem tal-bidu

Artikolu 5(1)(a)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 5(1)(a), l-ewwel u t-tielet inċiżi

Artikolu 5(1)(a), it-tieni inċiż

Artikolu 5(1)(a), il-paragrafu finali

Artikolu 5(1)(c)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3)-(6)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(7)

Artikolu 5(8)

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7-18

Artikolu 7

Artikoli 19-22

Artikolu 8

Artikolu 23

Artikolu 9

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 10

Artikolu 27

Artikolu 11

Artikolu 28

Annessi I, II

Anness, il-punti 1-39

Anness III, il-punti 1-39

Anness IV, V, VI -VIII.