ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.170.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 170

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
30 ta' Ġunju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 630/2011 tal-21 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 631/2011 tal-21 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b’mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

4

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 632/2011 tad-29 ta’ Ġunju 2011 li jidderoga, għas-sena 2011, mir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi

18

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 633/2011 tad-29 ta’ Ġunju 2011 li jissospendi temporanjament id-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2011/2012

19

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 634/2011 tad-29 ta’ Ġunju 2011 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2010/2011 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b'dazju doganali mnaqqas

21

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 635/2011 tad-29 ta’ Ġunju 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceite Campo de Calatrava (DPO)]

26

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2011 tad-29 ta’ Ġunju 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Moules de bouchot de la Baie du Mont-Saint-Michel (DPO)]

28

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 637/2011 tad-29 ta’ Ġunju 2011 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Beaufort (DPO)]

30

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 638/2011 tad-29 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

32

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2011 tad-29 ta’ Ġunju 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

34

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/384/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2011 li tawtorizza lill-Isvezja tapplika rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-elettriku għall-elettriku pprovdut direttament lill-vapuri rmiġġati f’port (elettriku mill-art) skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

36

 

 

2011/385/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-rikonoxximent tal-Ekwador skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4440)  ( 1 )

38

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 111/11/COL tal-11 ta’ April 2011 li temenda l-lista miġbura fil-punt 39 fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li telenka postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 8/11/COL

39

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) ( ĠU L 331, 15.12.2010 )

43

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 630/2011

tal-21 ta’ Ġunju 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sabiex ikun żgurat fornimenti suffiċjenti u bla waqfien ta’ ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 (1) li fi ħdanhom il-prodotti jistgħu jiġu impurtati b’rata ta’ dazju żero jew rati mnaqqsa.

(2)

Il-volumi tal-kwota, li ġew stabbiliti qabel, għal kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numri tal-ordni 09.2767, 09.2813, 09.2977, 09.2628, 09.2629 u 09.2635 mhumiex biżżejjed biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-industrija tal-Unjoni. Konsegwentament, dawk il-volumi ta’ kwota għandhom jiżdiedu, mill-1 ta’ Lulju 2011 fil-każ ta’ kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2767 u 09.2813, u mill-1 ta’ Jannar 2011 fil-każ ta’ kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.2977, 09.2628, 09.2629 u 09.2635.

(3)

Barra minn hekk, għall-kwota tariffarja awtonoma tal-Unjoni bin-numru tal-ordni 09.2631 id-deskrizzjoni tal-prodott għandha tiġi rriveduta.

(4)

Ma’ dan, mhuwiex aktar fl-interess tal-Unjoni li tkompli tagħti kwota tariffarja għat-tieni semestru tal-2011 fir-rigward tal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2947. Għalhekk, dik il-kwota għandha tingħalaq b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011 u r-ringiela korrispondenti għandha titneħħa mill-Anness għar-Regolament (UE) Nru 7/2010.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Peress li ċerti miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom jieħdu effett mill-1 ta’ Jannar 2011 u oħrajn mill-1 ta’ Lulju 2011, dan ir-Regolament għandu japplika minn dawk id-dati u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 7/2010 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2767, 09.2813 u 09.2631 huma sostitwiti mir-ringieli li jinsabu fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2977, 09.2628, 09.2629 u 09.2635 huma sostitwiti mir-ringieli li jinsabu fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(3)

ir-ringiela għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2947 titneħħa.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.

Madankollu, il-punt (2) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FAZEKAS S.


(1)  ĠU L 3, 7.1.2010, p. 1.


ANNESS I

Kwoti tariffarji msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 1

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2767

ex 2910 90 00

80

Allyl glycidyl ether

1.1.-31.12.

4 300  tunnellata

0  %

09.2813

ex 3920 91 00

94

Film koestruż bi tliet saffi magħmul minn butiral tal-polivinil mingħajr faxx ta’ kulur sfumat li fih bħala kontenut bil-piż 29 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx il-31 % ta’ 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) li jintuża bħala plastifikant

1.1.-31.12.

3 000 000  m2

0  %

09.2631

ex 9001 90 00

80

Lentijiet, priżmi u elementi inkullati għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-kodiċijiet NM 9002 , 9005 , 9013 10 u 9015 (1)

1.1.-31.12.

5 000 000  unitajiet

0  %


ANNESS II

Kwoti tariffarji msemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 1

Nru tal-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

09.2977

2926 10 00

 

Acrilonitrile

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0  %

09.2628

ex 7019 52 00

10

Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2(± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

1.1.-31.12.

1 900 000  m2

0  %

09.2629

ex 7616 99 90

85

Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1)

1.1.-31.12.

600 000 unitajiet

0  %

09.2635

ex 9001 10 90

20

Fibri ottiċi għall-manifattura tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ taħt l-intestatura 8544 (1)

1.1.-31.12.

3 300 000  km

0  %


30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 631/2011

tal-21 ta’ Ġunju 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b’mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Huwa fl-interess tal-Unjoni li tissospendi għal kollox id-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq għadd ta’ prodotti ġodda li bħalissa mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96 (1).

(2)

Erba’ prodotti bil-kodiċijiet tan-NM u TARIC 2933399970, 2933399980, 8507803040 u 8507803050 li huma attwalment elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandhom jitħassru minħabba li ma għadux fl-interess tal-Unjoni li żżomm is-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni għal dawk il-prodotti.

(3)

Jeħtieġ li tiġi modifikata d-deskrizzjoni tal-prodott ta’ 15-il sospensjoni fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 sabiex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi tal-prodott u x-xejriet ekonomiċi fis-suq. Dawk is-sospensjonijiet għandhom jitħassru mil-lista f’dak l-Anness u għandhom jiddaħħlu mill-ġdid bħala sospensjonijiet ġodda bl-użu ta’ deskrizzjonijiet ġodda. Barra minn hekk, għandhom jinbidlu l-kodiċijiet TARIC għal 12-il prodott.

(4)

Is-sospensjonijiet li għalihom jeħtieġ li jsiru dawk il-modifiki tekniċi għandhom jitħassru mil-lista ta’ sospensjonijiet stabbilita fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 u għandhom jiddaħħlu mill-ġdid f’dik il-lista b’deskrizzjonijiet ġodda tal-prodott, jew b’kodiċijiet TARIC ġodda.

(5)

Għal skopijiet ta’ ċarezza, il-modifiki għandhom jiġu mmarkati b’asterisk fil-listi ta’ sospensjonijiet imdaħħla u mħassra stabbiliti fl-Anness I u l-Anness II ta’dan ir-Regolament.

(6)

L-esperjenza wriet il-ħtieġa li tingħata data ta’ skadenza għas-sospensjonijiet stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 biex ikun żgurat li jiġu meqjusa t-tibdiliet teknoloġiċi u ekonomiċi. Dan ma għandux jeskludi t-terminazzjoni qabel il-waqt ta’ ċerti miżuri jew il-kontinwazzjoni tagħhom lil hinn mid-data ta’ skadenza, jekk tiġi pprovduta ġustifikazzjoni ta’ natura ekonomika, b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1998 dwar is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2).

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(8)

Minħabba li s-sospensjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament jeħtiġilhom jieħdu effett mill-1 ta’ Lulju 2011, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data u għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

qed jiddaħħlu r-ringieli għall-prodotti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

qed jitħassru r-ringieli għall-prodotti li għalihom il-kodiċijiet tan-NM u TARIC ġew stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FAZEKAS S.


(1)  ĠU L 158, 29.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU C 128, 25.4.1998, p. 2.


ANNESS I

Prodotti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1(1)

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata ta’ dazji awtonomi

Perjodu ta’ validità

0811 90 50

0811 90 70

 (*)ex 0811 90 95

70

Frott tal-ġeneru Vaccinium, mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma, iffriżat, li ma fihx zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa

0  %

1.7.2011-31.12.2013

 (*)ex 1517 90 99

10

Żejt veġetali, irfinat, li fih, f’piż, 25 % jew aktar iżda mhux aktar minn 50 % aċidu arakidonic jew 12 % jew aktar iżda mhux aktar minn 50 % aċidu dokosaeżaenojku standardizzat b’żejt tal-ġirasol b’kontenut olejku għoli (HOSO)

0  %

1.7.2011-31.12.2011

ex 2007 99 50

ex 2008 99 48

40

93

Konċentrat tal-polpa tal-mang:

tal-ġeneru Mangifera,

ta’ valur Brix ta’ 28 jew aktar iżda mhux aktar minn 30,

biex jintuża fil-manifattura tal-meraq tal-frott(1)

6 %(3)

1.7.2011-31.12.2015

ex 2007 99 50

ex 2008 99 49

50

50

Konċentrat tal-polpa tal-aċerola:

tal-ġeneru Malpighia,

ta’ valur Brix ta’ 20,

biex jintuża fil-manifattura tal-meraq tal-frott(1)

9 %(3)

1.7.2011-31.12.2015

ex 2007 99 50

ex 2008 99 48

60

20

Konċentrat tal-polpa tal-gwav:

tal-ġeneru Psidium,

ta’ valur Brix ta’ 20,

biex jintuża fil-manifattura tal-meraq tal-frott(1)

6 %(3)

1.7.2011-31.12.2015

ex 2008 99 48

94

Polpa tal-mang:

mhux mill-konċentrat,

tal-ġeneru Mangifera,

ta’ valur Brix ta’ 16,

biex tintuża fil-manifattura tal-meraq tal-frott(1)

6  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2009 41 10

ex 2009 41 99

70

70

Meraq tal-ananas:

mhux mill-konċentrat,

tal-ġeneru Ananas,

ta’ valur Brix ta’ 11 jew aktar iżda mhux aktar minn 16,

biex jintuża fil-manifattura tal-meraq tal-frott(1)

8  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2818 10 91

10

Kurundun mgħaqqad bis-sħana, bi struttura mikrokristallina, li fih bil-piż:

94 % jew aktar, imma mhux aktar minn 98,5 % ta’ α-Al2O3,

2 % (± 1,5 %) ta’ spinell tal-manjesju,

1 % (± 0,6 %) ta’ ossidu tal-ittriju, u

2 % (± 1,2 %) ta’ kull ossidu tal-lantanju u ossidu tan-neodimju

b’inqas minn 50 % tal-piż totali b’daqs ta’ partikula ta’ aktar minn 10 mm

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 2825 50 00

20

Ossidu tar-ram (I jew II) li fih, f’piż, 78 % jew aktar ta’ ram iżda mhux aktar minn 0,03 % klorur

0  %

1.7.2011-31.12.2013

ex 2826 19 90

10

Eżaflorur tat-tangstin ta’ purità ta’ mill-inqas 99,9 % f’piż

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 2833 29 80

20

Manganiż sulfat monoidrat

0  %

1.7.2011-31.12.2013

ex 2833 29 80

30

Sulfat taż-żirkonju

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 2836 99 17

20

Karbonat bażiku taż-żirkonju (IV)

0  %

1.7.2011-31.12.2013

ex 2903 69 90

70

α,α,α’,α’-Tetrakloro-o-ksilin

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2905 29 90

30

Dodeka-8,10-dien-1-ol

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2909 30 90

30

3,4,5-Trimetossitoluen

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2912 49 00

30

Saliċilaldeide

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2915 39 00

60

Aċetat tad-dodek-8-enil

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2915 39 00

65

Aċetat tad-dodeka-7,9-dienil

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2915 39 00

70

Aċetat tad-dodek-9-enil

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2917 12 00

20

Adipat tad-dimetil

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2917 39 95

40

1,2-Anidrid tal-aċidu benżin-1,2,4-trikarbossiliċi

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2920 90 85

20

Fosfit tat-tris(metilfenil)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2920 90 85

30

2,2’-[[3,3’,5,5’-Tetrakis(1,1-dimetiletil)[1,1’-bifenil]-2,2’-dil]bis(ossi)]bis[bifenil-1,3,2-dijossafosfepin]

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2920 90 85

40

Difosfite tal-bis(2,4-dikumilfenil)pentaeritritol

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2921 42 00

82

2-Koloro-4-nitroanilin

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2921 43 00

50

4-Aminobenzotrifluworu

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2921 43 00

60

3-Aminobenzotrifluworu

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2921 49 00

80

4-Eptafluworoisopropil-2-metilanilin

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2922 49 85

45

Gliċina

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 2923 90 00

10

Idrossidu tat-tetrametilammonium, fil-forma ta’ soluzzjoni milwiema li jkollha 25 % (± 0,5 %) bil-piż jew aktar ta’ idrossidu tat-tetrametilammonium

0  %

1.7.2011-31.12.2013

ex 2923 90 00

75

Idrossidu tat-Tetraetilammonju, fil-forma ta’ soluzzjoni ilmija li fiha:

35 % (± 0,5 %) bil-piż ta’ idrossidu tat-tetraetilammonju,

1 000  mg/kg jew inqas ta’ klorur,

2 mg/kg jew inqas ta’ ħadid u

10 mg/kg jew inqas ta’ potassju

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2924 29 98

35

2'-Metossiaċetoaċetanilide

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2924 29 98

40

N,N’-1,4-Fenilinbis[3-oksobutiramid]

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2924 29 98

45

Propoksur (ISO)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2924 29 98

50

N,N’-(2,5-Dikloro-1,4-fenilin)bis[3-oksobutiramid]

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2924 29 98

55

N,N’-(2,5-Dimetil-1,4-fenilin)bis[3-oksobutiramid]

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2924 29 98

60

N,N’-(2-Kloro-5-metil-1,4-fenilin)bis[3-oksobutiramid]

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2926 90 95

30

Idrokloru tat-2-amino-3-(3,4-dimetossifenil)-2-metilpropanenitril

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2929 10 00

55

2,5 (u 2,6)-Bis(isoċianatometil)biċiklo[2.2.1]ettan

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2930 90 99

10

2,3-Bis((2-merkaptoetil)tio)-1-propanetiol

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2930 90 99

20

2-Metossi-N-[2-nitro-5-(feniltio)fenil]aċetamid

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2930 90 99

55

Tiourea

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2930 90 99

65

Tetrakis(3-merkaptopropionat) tal-pentaeritritol

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2931 00 99

30

Diethylborane isopropoxide

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2933 21 00

80

5,5-Dimetilidantoin

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2933 39 99

85

2-Kloro-5-klorometilpiridin

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2933 69 80

55

Terbutrin (ISO)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2933 99 80

64

Idrokloru tal-((3R)-1-{(1R,2R)-2-[2-(3,4-Dimetossifenil) etossi]ċikloeżil}pirrolidin-3-ol

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2934 99 90

85

Anidrid tan-N2-[1-(S)-Etossikarbonil-3-fenilpropil]-N6-trifluoroaċetil-L-lisil-N2-karbossi

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2934 99 90

86

Ditianon (ISO)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2934 99 90

87

2,2’-(1,4-Fenilene) bis(4H-3,1-benzoksazin-4-on)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2935 00 90

40

Imazosulfuron (ISO), ta’ purezza bil-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 2935 00 90

42

Penossulam (ISO)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3204 11 00

10

Żebgħa C.I. Disperse Yellow 54 magħrufa wkoll bħala C.I. Solvent Yellow 114

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3204 11 00

20

Żebgħa C.I. Disperse Yellow 241

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3204 11 00

30

Preparat ta’ żebgħa tat-tixrid, li fih:

C.I. Disperse Orange 61,

C.I. Disperse Blue 291:1,

C.I. Disperse Violet 93:1,

C.I. Disperse Red 54

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3204 19 00

71

Żebgħa C.I. Solvent Brown 53

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3204 19 00

72

Żebgħa C.I. Solvent Yellow 93

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3204 19 00

73

Żebgħa C.I Solvent Blue 104

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 3208 20 10

20

Likwidu biex bih tingħata passata ta’ fuq tat tip immersion b’kontenut ta’ acrylate-methacrylate-alkenesulfonate-copolymers b’fluorinated side chains ta’ 0,5 % jew iżjed tal-piż tiegħu iżda li ma jaqbiżx il-15 %, fl-likwidu magħmul minn n-butanol u/jew 4-methyl-2-pentanol u/jew diisoamylether

0  %

1.7.2011-31.12.2013

ex 3215 90 00

40

Trab tal-inka xott ma’ bażi ta’ raża mħallta (magħmula minn raża akrilika fotosensittiva u raża tal-poliester) flimkien ma’:

xema’;

polimeru abbażi ta’ vinyl u

aġent li jagħti l-kulur

għall-użu fil-produzzjoni ta’ flixken tat-toner għall-magni tal-fotokopji, magni tal-faks, printers u tagħmir multifunzjonali (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 3707 90 90

85

Rollijiet, li fihom:

saff xott ta’ raża akrilika fotosensittiva,

fuq naħa waħda folja protettiva ta’ poli(etilene tereftalat) u

fuq in-naħa l-oħra folja protettiva ta’ polietilen

0  %

1.7.2011-31.12.2014

ex 3808 93 90

20

Preparat magħmul minn benzyl(purin-6-yl)amine f’soluzzjoni ta’ glycol, li jinkludi f’piż:

1,88 % jew aktar iżda mhux aktar minn 2,00 % ta’ benzyl(purin-6-yl)amine

ta’ tip użat f’regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3808 93 90

30

Soluzzjoni ilmija li tinkludi f’piż:

1,8 % ta’ paranitrofenolat tas-sodju,

1,2 % ta’ ortonitrofenolat tas-sodju,

0,6 % ta’ 5-nitrogwajakolat tas-sodju

Biex tintuża fil-manifattura ta’ regolatur ta’ kemm jikbru l-pjanti (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3808 93 90

40

Trab abjad imħallat li jinkludi f’piż:

3 % jew aktar iżda mhux aktar minn 3,6 % ta’ 1-methylcyclopropene ta’ purità ta’ aktar minn 96 % u

li jinkludi inqas minn 0,05 % ta’ kull impurità ta’ 1-chloro-2-methylpropene u 3-chloro-2-methylpropene

għall-użu fil-manifattura ta’ regulatur tat-tkabbir ta’ frott ta’ wara l-ħsad, ħaxix u pjanti ornamentali b’ġeneratur speċifiku (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3808 93 90

50

Preparat f’forma ta’ trab, li jinkludi f’piż:

55 % jew aktar ta’ Ġibberellina A4,

1 % jew aktar imma mhux aktar minn 35 % ta’ Ġibberellina A7,

90 % jew aktar ta’ Ġibberellina A4 u Ġibberellina A7 mħalltin

mhux aktar minn 10 % ta’ taħlita ta’ ilma u Ġibberellini oħrajn li jeżistu b’mod naturali

ta’ tip użati f’regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3815 12 00

20

Trab katalist tal-platinu sostnut bil-karbonju, li jikkonsisti f’piż f’ 9,5 % jew aktar imma mhux aktar minn 10,5 % ta’ platinu, biex jintuża bħala katalist għaċ-ċelloli tal-fjuwil(1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3815 12 00

30

Katalist ta’ liega tal-platinu sostnut bil-karbonju, li jinkludi b’piż 11 % jew aktar iżda mhux aktar minn 12,6 % ta’ platinu, biex jintuża bħala katalist għaċ-ċelloli tal-fjuwil (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3815 90 90

30

Katalist, li jikkonsisti f’sospensjoni fiż-żejt minerali ta’:

kumplessi tat-tetraidrofuran tal-klorur tal-manjeżju u tetraklorur tat-titanju; u

dijossidu tas-silikon

li jikkonsisti f’6,6 % (± 0,6 %) bil-piż ta’ manjeżju, u

li jikkonsisti fi 2,3 % (± 0,2 %) bil-piż ta’ titanju

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 3824 90 97

46

Webbies għal reżina epossidika abbażi ta’ aċidu karbossiliku anidru, f’forma likwida, b’piż speċifiku f’25 °C ta’ 1,15 g/cm3 jew aktar iżda ma jaqbiżx 1,20 g/cm3

0  %

1.7.2011-31.12.2013

ex 3824 90 97

58

Anidride N2-[1-(S)-Etossikarbonil-3-fenilpropil]-N6-triflworoaċetil-L-lisil-N2-karbossi f’soluzzjoni ta’ diklorometan f’ 37 %

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3824 90 97

59

3’,4’,5’-Trifluworobifenil-2-amina, fil-forma ta’ soluzzjoni f’toluwen li jinkludi f’piż 80 % jew aktar iżda mhux aktar minn 90 % ta’ 3’,4’,5’- Trifluworobifenil-2-amina

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3901 30 00

80

Kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil-etilene,

li fih 27.8 % jew aktar bil-piż iżda li ma jaqbiżx 29.3 % bil-piż ta’ aċetat ta’ vinil

bil-ħxuna tal-ħajt ta’ 22 g/10 min jew aktar iżda mhux aktar minn 28 g/10 min

li fih mhux aktar minn 15 mg/kg monemeru ta’ aċetat ta’ vinil

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3901 30 00

82

Kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil-etilene,

li fih 9.8 % jew aktar bil-piż iżda li ma jaqbiżx 10,8 % bil-piż ta’ aċetat ta’ vinil

bil-ħxuna tal-ħajt ta’ 2,5 g/10 min jew aktar iżda mhux aktar minn 3,5 g/10 min

li fih mhux aktar minn 15 mg/kg monemeru ta’ aċetat ta’ vinil

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3901 90 90

80

Kopolimeru fi blokok ta’ etiline bl-ottan fil-forma ta’ pellets:

bi gravità speċifika ta’ 0,862 jew aktar iżda mhux aktar minn 0,865,

kapaċi jiġġebbed għall-anqas 200 % tat-tul oriġinali tiegħu,

b’istereżi ta’ 50 % (± 10 %),

b’deformazzjoni permanenti ta’ mhux aktar minn20 %,

għall-użu fil-manifattura ta’ inforri tas-srievet għat-trabi (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3901 90 90

82

Kopolimeru ta’ etilene u aċidu metakriliku

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 3902 10 00

40

Polipropilen li ma fihx plastifikant:

ta’ reżistenza għat-tensjoni: ta’ 32-60 MPa (kif inhu determinat fil-metodu ASTM D638);

ta’ qawwa flessurali ta’ 50-90 MPa (kif inhu determinat fil-metodu ASTM D790);

b’Melt Flow Rate (MFR) ta’ 230 °C/2,16 kg ta’ 5-15 g/10 min (kif inhu determinat fil-metodu ASTM D1238);

b’40 % jew aktar iżda anqas minn 80 % tal-piż tal-Polipropilen,

b’10 % jew aktar iżda anqas minn 30 % tal-piż tal-fibri tal-ħġieġ,

b’10 % jew aktar iżda anqas minn 30 % tal-piż tal-majka

0  %

1.7.2011-31.12.2014

ex 3902 90 90

84

Taħlita ta’ blokk ta’ kopolimeru istreniku idroġenat, xema’ tal-polietilene, u reżina tackifier, fil-forma ta’ pellets, li fiha bil-piż:

70 (± 5) % ta’ blokk ta’ kopolimeru istreniku,

15 (± 5) % ta’ xema’ tal-polietilene, u

± 15) % reżina poliamidi,

bil-karatteristiċi fiżiċi segwenti:

kapaċi tiġġebbed għall-anqas 200 % tat-tul oriġinali tagħha,

b’istereżi ta’ 50 % (± 10 %),

b’deformazzjoni permanenti ta’ mhux aktar minn20 %

għall-użu fil-manifattura tas-srievet u inforri tas-srievet għat-trabi (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 3903 90 90

86

Taħlita li fiha f’piż:

45 % jew iżjed iżda mhux aktar minn 65 % ta’ polimeri tal-istirene

35 % jew iżjed iżda mhux aktar minn 45 % ta’ etere tal-polifenilin

Mhux aktar minn 10 % ta’ addittivi oħra

u li jkollha wieħed jew aktar mill-effetti speċjali tal-kulur li ġejjin:

effett metallliku jew li jixbah il-madriperla b’metameriżmu angolari kkawżat minn pigment b’bażi ta’ mill-anqas 0.3 % ta’ qxur

effett florexxenti, ikkaratterizzat minn emissjoni ta’ dawl matul l-assorbiment ta’ radjazzjoni ultravjola

effett abjad jixgħel, ikkaratterizzat minn L (*) mhux anqas minn 92 u b (*) mhux aktar minn 2 u a (*) bejn 5 u 7 fuq l-iskala tal-kuluri CIELab

0  %

1.7.2011-31.12.2013

ex 3907 99 90

80

Kopolimeru, li jikkonsisti minn 72 % bil-piż jew aktar minn aċidu tereftaliku u/jew derivattivi tiegħu u cyclohexanedimethanol, mitmum b’djoli lineari u/jew ċikliċi

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3909 40 00

20

Trab ta’ partiċelli tar-reżina tat-termosetting fejn il-partiċelli manjetiċi ġew imqassma b’mod indaqs, għall-użu fil-manifattura tal-fliexken tat-toners għall-fotokopiers, magni tal-faks, printers u tagħmir multifunzjonali (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3911 90 99

30

1,4:5,8- Dimethanonaphthalene, 2-ethylidene-1,2,3,4,4a,5,8,8a-octahydro-, polimeru b’3a,4,7,7a- tetraidro- 4,7-methano-1H-indene,idroġenat

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3911 90 99

35

Kopolimeru alternat ta’ etilene u anidride malejku (EMA)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3919 90 00

63

Film bi tliet saffi ko-estruż,

kull saff fih taħlita ta’ polipropilene u polietilene,

li fih mhux aktar minn 3 % bil-piż ta’ polimeri oħra,

kemm jekk fih kif ukoll jekk ma fihx diossidu tat-titanju fis-saff tal-qalba,

kopert b’kolla akrilika sensittiva għall-pressjoni u

b’saff għar-rilaxx

bi ħxuna globali ta’ mhux aktar minn 110 μm

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 3921 90 55

 (*)ex 7019 40 00

 (*)ex 7019 40 00

25

21

29

Folji jew rombli tal-Prepreg li fihom raża tal-polyimide

0  %

1.7.2011-31.12.2014

ex 5603 13 10

20

Materjali mhux minsuġa tal-polietilene miksuba permezz tal-għażil dirett, b’kisja

ta’ wisgħa ta’ aktar minn 80 g/m2 iżda mhux aktar minn 105 g/m2 u

reżistenza għall-arja (Gurley) ta’ 8 sekondi jew aktar iżda li ma taqbiżx il-75 sekonda (skont il-metodu ISO 5636/5)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 7009 91 00

10

Mirja tal-ħġieġ bla gwarniċ b’:

tul ta’ 1 516  mm (± 1 mm);

wisa’ ta’ 533 (± 1 mm);

ħxuna ta’ 3 (± 0.1 mm);

id-dahar tal-mera huwa kopert b’film ta’ polietilene (PE) protettiv, bi ħxuna ta’ 0.11 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 0.13 mm;

kontenut taċ-ċomb ta’ mhux aktar minn 90 mg/kg u

reżistenza għall-korrużjoni ta’ 72 siegħa jew aktar skont it-test tal-isprej tal-melħ ISO 9227

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 7019 19 10

10

Ħjut ta’ 33 tex jew il-multiplu tiegħu (± 7,5 %), miksub minn filamenti tal-ħġieġ b’insiġ kontinwi b’dijametru nominali ta’ 3,5 μm jew ta’ 4,5 μm, li fih il-biċċa l-kbira filamenti b’dijametru ta’ 3 μm jew aktar iżda li ma jaqbiżx 5,2 μm, differenti minn dawk ittrattati biex itejbu l-adeżjoni mal-elastomeri

0  %

1.7.2011-31.12.2013

ex 7019 19 10

20

Ħajt ta’ 10,3 tex jew aktar iżda mhux aktar minn 11,9 tex, miksub minn filamenti ta’ ħġieġ kontinwu, fejn hemm predominanza ta’ filamenti ta’ dijametru ta’ 4,83 μm jew aktar iżda mhux aktar minn 5,83 μm

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 7019 19 10

25

Ħajt ta’ 5.1 tex jew aktar iżda mhux aktar minn 6.0 tex, miksub minn filamenti ta’ ħġieġ kontinwu, fejn hemm predominanza ta’ filamenti ta’ dijametru ta’ 4.83 μm jew aktar iżda mhux aktar minn 5.83 μm

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 7019 19 10

30

Ħjut ta’ 22 tex (± 1,6 tex), miksub minn filamenti tal-ħġieġ b’insiġ kontinwi b’dijametru nominali ta’ 7 μm, li fih fil-biċċa l-kbira filamenti b’dijametru ta’ 6,35 μm jew aktar iżda li ma jaqbiżx 7,61 μm

0  %

1.7.2011-31.12.2013

 (*)ex 7019 19 10

55

Korda tal-ħġieg impregnata b’gomma jew plastik, miksuba minn filamenti tal-ħġieġ K jew U, magħmulin minn:

9 % jew aktar imma mhux aktar minn 16 % ta’ ossidu tal-Manjeżju,

19 % jew aktar imma mhux aktar minn 25 % ta’ ossidu tal-Aluminju,

0 % jew aktar imma mhux aktar minn 2 % ta’ ossidu tal-Boron,

mingħajr ossidu tal-Kalċju,

Miksija bil-lattiċe li jinkludi talanqas reżina tal-resorcinol-formaldehyde u chlorosulphonated polyethylene

0  %

1.7.2011-31.12.2014

 (*)ex 7019 19 10

 (*)ex 7019 90 99

60

30

Korda tal-ħġieġ b’modulus għoli (tat-tip K) mimlija (impregnated) bil-gomma, miksuba minn ħjut b’filamenti tal-ħġieġ mibrumin b’modulus għoli, miksija b’lattiċe li fih talanqas reżina tar-resorcinol-formaldehyde bil-vinylpyridine jew mingħajru u/jew gomma acrylonitrile-butadiene idroġenat (HNBR)

0  %

1.7.2011-31.12.2013

 (*)ex 7019 19 10

 (*)ex 7019 90 99

70

20

Korda tal-ħġieġ mimlija (impregnated) bil-gomma jew bil-plastik, miksuba minn ħjut b’filamenti tal-ħġieġ mibrumin, miksija b’lattiċe li fih talanqas reżina tar-resorcinol-formaldehyde u gomma acrylonitrile-butadiene (NBR)

0  %

1.7.2011-31.12.2013

 (*)ex 7019 19 10

 (*)ex 7019 90 99

80

10

Korda tal-ħġieġ mimlija (impregnated) bil-gomma jew bil-plastik, miksuba minn ħjut b’filamenti tal-ħġieġ mibrumin, miksija b’lattiċe li fih talanqas reżina tar-resorcinol-formaldehyde u chlorosulfonated polyethylene

0  %

1.7.2011-31.12.2013

 (*)ex 7019 40 00

 (*)ex 7019 40 00

11

19

Drappijiet minsuġa ta’ ftietel, imxappin b’raża epossi, b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta’ bejn 30 °C u 120 °C (kif determinat mill-metodu tal-IPC-TM-650)ta’

10 ppm għal kull°C jew aktar, imma mhux aktar minn 12 ppm għal kull °C fit-tul u l-wisa’ u

20 ppm għal kull °C jew aktar, imma mhux aktar minn 30 ppm għal kull °C fil-ħxuna, b’temperatura tat-tranżizzjoni tal-ħġieġ ta’ 152 °C jew aktar, imma mhux aktar minn 153 °C (kif determinat mill-metodu tal-IPC-TM-650)

0  %

1.7.2011-31.12.2013

ex 7604 29 10

ex 7606 12 99

10

20

Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litju

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 7607 20 90

20

Folja tad-dħul lubrikata bi ħxuna totali ta’ mhux aktar minn 350 μm, li tikkonsisti f’:

saff ta’ folja tal-aluminju bi ħxuna ta’ 70 μm jew aktar imma mhux aktar minn 150 μm,

lubrikant li jinħall fl-ilma bi ħxuna ta’ 20 μm jew aktar imma mhux aktar minn 200 μm u solidu f’temperatura ambjentali,

għall-użu fil-manifattura tal-bords taċ-ċirkwiti stampati (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 8104 30 00

10

Trab tal-manjeżju:

b’purità bil-piż ta’ 98 % jew aktar,

b’daqs tal-partiċelli ta’ 0.2 mm jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 0.8 mm

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 8108 90 50

60

Pjanċi, folji, strippi u fojls ta’ lega tat-titanju, aluminju, silikon u nijobju, li bil-piż fihom

0.4 % jew aktar, imma mhux aktar minn 0.6 % ta’ aluminju u

0.35 % jew aktar, imma mhux aktar minn 0.55 % ta’ silikon u

0.1 % jew aktar imma mhux aktar minn 0.3 % ta’ nijobju

0  %

1.7.2011-31.12.2013

ex 8302 42 00

ex 9401 90 80

80

10

Disketti bis-snien tat-tip li jintużaw fil-manifattura ta’ sedili tal-karozzi li jitilgħu u jinżlu

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 8407 90 90

20

Sistema ta’ Magna tal-Gass taż-Żejt Likwidu Kumpatt (LPG), b’:

6 ċilindri,

output ta’ 75 kW jew iżjed, imma mhux aktar minn 80 kW,

valves tad-dħul u l-ħruġ modifikati biex joperaw kontinwament f’applikazzjonijiet heavy duty,

għall-użu fil-manifattura ta’ vettruri taħt l-intestatura 8427 (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 8414 30 81

50

Kumpressuri elettriċi ermetiċi jew semiermetiċi forma ta’ sprall b’veloċità varjabbli, b’rata ta’ enerġija nominali ta’ 0.5 kW jew iżjed, imma mhux aktar minn 10 kW, b’volum ta’ spustament li ma jaqbiżx il-35 cm3, tat-tip użat fit-tagħmir ta’ refriġerazzjoni

0  %

1.7.2011-31.12.2014

ex 8479 89 97

ex 8479 90 80

50

80

Makkinarju, jiġifieri komponenti ta’ linja tal-produzzjoni għall-manifattura ta’ batteriji tal-jone tal-litju għall-muturi tal-elettriku ta’ vetturi tal-passiġġieri, għall-kostruzzjoni tagħhom f’linja tal-produzzjoni (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 8483 40 90

80

Kaxxa tal-gerijiet tat-trażmissjoni, b’:

mhux aktar minn 3 gerijiet,

sistema awtomatika ta’ deċelerazzjoni u

sistema biex taqleb id-direzzjoni tat-trażmissjoni,

għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti taħt l-intestatura 8427 (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 8501 10 99

79

Mutur DC bil-brushes u b’rotor intern bi tkebbib fi tliet fażijiet, b’firxa ta’ temperatura speċifikata bejn talanqas -20 °C u + 70 °C

0  %

1.7.2011-31.12.2013

 (*)ex 8501 31 00

40

Mutur DC b’eċċitazzjoni permanenti bi

tkebbib b’fażijiet multipli,

djametru estern ta’ 30 mm jew aktar, imma mhux aktar minn 80 mm,

veloċità mkejla ta’ mhux aktar minn 15 000  rpm,

output ta’ 45 W jew iżjed, imma mhux aktar minn 300 W u

vultaġġ tal-provvista ta’ 9 V jew aktar, imma mhux aktar minn 25 V

0  %

1.7.2011-31.12.2014

ex 8507 10 20

80

Batterija tal-istartjar tal-aċidu taċ-ċomb, b’:

kapaċità ta’ aċċettazzjoni taċ-ċarġ ta’ 200 % jew aktar tal-livell ta’ betterija konvenzjonali ekwivalenti ċċarġjata matul l-ewwel 5 sekondi,

elettrolit likwidu

għall-użu fil-manifattura ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief li jużaw kontrolli ta’ alternaturi riġenerattivi għolja jew sistemi start/stop b’kontrolli ta’ alternaturi riġenerattivi għolja (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 8507 80 30

60

Batteriji tal-jone tal-litju riċarġabbli:

tul ta’ 1 213  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 575  mm,

b’wisa’ ta’ 245 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 200  mm,

għoli ta’ 265 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 755 mm,

piż ta’ 265 kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 294 kg,

kapaċità nominali ta’ 66.6 Ah,

ippakkjati f’moduli ta’ 48

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 8508 70 00

ex 8537 10 99

10

96

Kard ta’ ċirkwit elettroniku b’housing separat biex tazzjona u tikkonktrolla bushes tal-vacuum cleaner alimentat b’mhux aktar minn 300 W

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 8508 70 00

ex 8537 10 99

20

98

Kards ta’ ċirkwit elettroniku li:

li huma konnessi b’wajer jew frekwenza tar-radju ma’ xulxin u l-kard tal-kontrollur tal-mutur, u

li jirregolaw il-funzjonament (li jixegħlu jew jitfu u l-kapaċità ta’ ġbid) ta’ vacuum cleaners skont il-programm maħżun,

kemm jekk mgħammra b’indikaturi li juru l-funzjonament tal-vacuum cleaner kif ukoll jekk le (kapaċità ta’ ġbid u/jew borża tat-trab mimlija u/jew filtru mimli)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 8522 90 80

83

Unità ta’ pick-up ottiku Blu-ray, kemm jekk jirrekordja u kemm jekk le, għall-użu ma’ diski Blu-ray, DVD u CD, li jinkludi tal-anqas:

diodi ta’ lejżer li joperaw fuq tliet frekwenzi differenti,

ċirkwit integrat ditekter tar-ritratti u

attwatur,

għall-manifattura ta’ prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2013

 (*)ex 8525 80 19

31

Kamera tat-televixin b’ċirkwit magħluq (CCTV):

b’piż ta’ mhux aktar minn 5.9 kg,

sew jekk fihiex housing kif ukoll jekk le,

ta’ dimensjonijiet ta’ mhux aktar minn 400 mm × 250 mm,

b’tagħmir tal-akkoppjament taċ-charge (CCD) wieħed jew b’senser Semikonduttur tal-ossidu tal-metal komplimentari (CMOS),

b’pixels effettivi ta’ mhux aktar minn 5 megapixels,

għall-użu fis-sistemi ta’ sorveljanza CCTV (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2013

ex 8526 91 20

ex 8528 59 80

80

10

Modulu tal-awdjo integrat (IAM) b’output tal-video diġitali biex jitqabbad ma’ moniter touch screen LCD, b’interface fuq Media Oriented Systems Transport(MOST) network u trasportat permezz tal-MOST High protocol bi:

bord taċ-ċirkwit Printjat (PCB) li hu riċevitur tas-Sistema ta’ Pożizzjonament Globali (GPS), ġiroskopju, u tuner għall-Kanal ta’ Messaġġi dwar it-Traffiku (TMC),

hard disk li tieħu għadd ta’ mapep,

Radju HD,

sistema tar-rikonoxximent tal-vuċi,

konnessjoni għal drive esterna tas-CD u DVD,

Input ta’ konnessjoni Bluetooth, MP3 u Universal Serial Bus (USB),

vultaġġ ta’ 10 V jew aktar iżda mhux aktar minn 16 V,

għall-użu fil-manifattura ta’ vettruri taħt il-Kapitolu 87 (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 8529 90 92

50

Pannell tad-display bil-kulur tal-LCD għall-moniters LCD tal-intestatura 8528 :

b’kejl dijagonali tal-iskrin ta’ 14,48 ċm jew aktar, imma mhux aktar minn 31,24 ċm,

b’dawl fl-isfond, mikro-kontrollur,

B’kontrollur CAN ((Controller area network) b’interface LVDS (Low-voltagedifferential signaling) u CAN/sokit tal-alimentazzjoni jew kontrollur APIX (Automotive Pixel Link) b’interface APIX,

f’kisja li l-parti ta’ wara hija tal-aluminju biex tarmi s-sħana,

mingħajr modulu li jipproċessa s-sinjali,

għall-użu fil-manifattura ta’ vettruri tal-intestatura 8703 (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 8536 69 90

84

Konnettur femminili Universal serial bus (USB) forma unika jew multipla għall-konnessjoni ma’ tagħmir ieħor USB, għall-użu fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestaturi 8521 u 8528 (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 8536 90 85

ex 8538 90 99

ex 8543 90 00

96

94

50

Tastieri, kompletament jew tas-silikon jew tal-polikarbonat, inkluż tastieri stampati b’ elementi ta’ kuntatt elettriċi

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 8537 10 99

97

Kard tal-kontroll elettronika biex tazzjona u tikkontrolla mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ 750 W jew aktar, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600  W imma mhux aktar minn 2 700  W

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 8543 70 90

95

Skrin tat-telefon ċellulari u modulu tal-kontroll li jikkonsisti fi:

Sokit tal-ħruġ CAN/tal-mains tal-elettriku (Controller area network),

a Universal Serial Bus (USB) u portijiet Awdjo DĦUL/ĦRUĠ u

li jinkorpora tagħmir li jaqleb il-video għall-interface tas-sistemi tal-operar tat-telefon smart man-netwerk Media Orientated Systems Transport (MOST), għall-użu fil-manifattura ta’ vettruri tal-kapitolu 87 (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 8545 90 90

20

Karta tal-fibri tal-karbonju tat-tip użat għas-saffi tad-diffużjoni tal-gass f’elettrodi ta’ ċellola tal-fjuwil

0  %

1.7.2011-31.12.2015

ex 8708 30 91

10

Brejk tal-parking tat-tip drum:

li jopera fi ħdan is-service brake disk,

b’dijametru ta’ 170 mm jew aktar, imma mhux aktar minn 175 mm,

għall-użu fil-manifattura ta’ vetturi motorizzati (1)

0  %

1.7.2011-31.12.2015

 (*)ex 9001 20 00

10

Materjal li jikkonsisti f’film polarizzanti, kemm jekk hu fuq rombli kemm jekk mhux, appoġġjat min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat minn materjal trasparenti, kemm jekk fih saffa adeżiv kif ukoll jekk le, kopert minn naħa waħda jew miż-żewġ naħat minn film li jitneħħa

0  %

1.7.2011-31.12.2012


(*)  Sospenzjoni relatata ma’ prodott fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96 għal liema il-Kodiċi tan-NM ew tat-TARIC jew id- deskrizzjoni tal-prodott huma modifikati b’dan ir-Regolament


ANNESS II

Prodotti li jirreferi għalihom l-Artikolu 1(2)

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

 (*)0811 90 50

 

 (*)0811 90 70

 

 (*)ex 0811 90 95

69

 (*)ex 1517 90 99

10

 (*)ex 2825 50 00

11

 (*)ex 2825 50 00

19

 (*)ex 2833 29 80

10

 (*)ex 2836 99 17

10

 (*)ex 2923 90 00

10

ex 2933 39 99

70

ex 2933 39 99

80

 (*)ex 3208 20 10

20

 (*)ex 3707 10 00

55

 (*)ex 3824 90 97

46

 (*)ex 3902 10 00

40

 (*)ex 3903 90 90

86

 (*)ex 3921 90 55

25

 (*)ex 7019 19 10

41

 (*)ex 7019 19 10

42

 (*)ex 7019 19 10

43

 (*)ex 7019 19 10

44

 (*)ex 7019 19 10

45

 (*)ex 7019 19 10

46

 (*)ex 7019 19 10

61

 (*)ex 7019 19 10

62

 (*)ex 7019 19 10

63

 (*)ex 7019 19 10

64

 (*)ex 7019 19 10

65

 (*)ex 7019 19 10

66

 (*)ex 7019 40 00

10

 (*)ex 7019 40 00

20

 (*)ex 7019 90 99

10

 (*)ex 7019 90 99

20

 (*)ex 7019 90 99

30

 (*)ex 8108 90 50

60

 (*)ex 8414 30 81

50

 (*)ex 8501 10 99

79

 (*)ex 8501 31 00

40

ex 8507 80 30

40

ex 8507 80 30

50

 (*)ex 8507 80 30

60

 (*)ex 8522 90 80

83

 (*)ex 8525 80 19

31

 (*)ex 9001 20 00

10


(*)  SospenSjoni relatata ma’ prodott fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96 għal liema il-Kodiċi tan-NM jew tat-TARIC jew id- deskrizzjoni tal-prodott huma modifikati b’dan ir-Regolament


30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 632/2011

tad-29 ta’ Ġunju 2011

li jidderoga, għas-sena 2011, mir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta' Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) jistabbilixxi li l-kwota annwali fuq l-importazzjoni ta' 2 989 240 tunnellata għandha tkun maqsuma fi tliet subkwoti: 572 000 tunnellata għall-Istati Uniti tal-Amerika, 38 853 tunnellata għall-Kanada u 2 378 387 tunnellata għall-pajjiżi terzi l-oħra.

(2)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 jipprevedi li s-subkwota III ta' 2 378 387 tunnellata għall-pajjiżi terzi l-oħra għandha tkun maqsuma f'erba' subperjodi ta' tliet xhur, li jkopru, b'mod partikolari, s-subperjodu 3 li jibda fl-1 ta' Lulju u jispiċċa fit-30 ta' Settembru għal kwantità ta' 594 597 tunnellata u s-subperjodu 4 li jibda fl-1 ta' Ottubru u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru għal kwantità ta' 594 596 tunnellata.

(3)

Meta titqies is-sitwazzjoni tas-suq, sabiex għas-sena 2011 tkun iffavorita l-provvista kontinwa ta' ċereali fis-suq tal-Unjoni skont is-subkwota III, jeħtieġ li s-subperjodu 3 u s-subperjodu 4 jiġu amalgamati f'subperjodu wieħed li jkopri l-kwantità akkumulata fis-subperjodi 3 u 4, jiġifieri 1 189 193 tunnellata.

(4)

Għalhekk, jeħtieġ li, għas-sena 2011, ikun hemm deroga mir-Regolament (KE) Nru 1067/2008.

(5)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-proċedura għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni mill-1 ta' Lulju 2011 ’il quddiem, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 3(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2011 is-subperjodu 3 għandu jibda mill-1 ta' Lulju 2011 u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2011, u għandu jkopri 1 189 193 tunnellata.

B’deroga mill-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, is-subperjodu 4 għandu jitħassar għas-sena 2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.


30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 633/2011

tad-29 ta’ Ġunju 2011

li jissospendi temporanjament id-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 187 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex fl-aħħar xhur tas-sena tas-suq 2010/2011 tkun iffavorita l-provvista ta’ ċereali fis-suq Komunitarju, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 177/2011 (2) issospenda, sat-30 ta Ġunju 2011, id-dazji doganali fuq il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-qamħ komuni ta’ kwalità baxxa u medja u tax-xgħir għall-għalf li nfetħu permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (3) u (KE) Nru 2305/2003 (4) rispettivament.

(2)

Il-prospettivi tal-iżvilupp fis-suq taċ-ċereali għall-bidu tas-sena tas-suq li jmiss, jiġifieri l-2011/2012, jagħtu ’l wieħed x’jifhem li l-prezzijiet se jibqgħu għoljin, meta wieħed iqis il-livelli baxxi tal-istokkijiet u l-istat attwali tal-istimi tal-Kummissjoni għall-kwantitajiet li se jkunu disponibbli effettivament mill-ħsad tal-2011. Sabiex tiġi ffaċilitata ż-żamma tal-flussi tal-importazzjoni meħtieġa biex jinżamm il-bilanċ fis-suq tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġ għalhekk li tkun żgurata kontinwità fil-politika tal-importazzjoni taċ-ċereali billi tinżamm, sal-31 ta’ Diċembru 2011, is-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni għas-sena tas-suq 2011/2012 għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni li dal-ħin qed igawdu minn din il-miżura.

(3)

Barra minn hekk, l-operaturi m’għandhomx jiġu ppenalizzati f’każijiet fejn il-kunsinna taċ-ċereali diġà tkun intbagħtet għall-importazzjoni fl-Unjoni. F’dan ir-rigward, għandu jitqies il-ħin meħtieġ għat-trasport u l-operaturi għandhom jitħallew iqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa ċ-ċereali skont l-iskema ta’ sospensjoni tad-dazji doganali prevista f’dan ir-Regolament għall-prodotti kollha li t-trasport dirett tagħhom lejn id-destinazzjoni fl-Unjoni jkun inbeda sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011. Għandha tiġi stabbilita wkoll l-evidenza li trid tingħata biex tiġġustifika t-trasport dirett lejn l-Unjoni u d-data ta’ meta t-trasport ikun inbeda.

(4)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-proċedura għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2011 ’il quddiem, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjoni tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni għall-prodotti rilevanti tal-kodiċi tan-NM bin-numru 1001 90 99, ta’ kwalunkwe kwalità minbarra l-kwalità għolja ddefinita fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (5), u tal-kodiċi tan-NM bin-numru 1003 00 hija sospiża għas-sena tas-suq 2011/2012, għall-importazzjonijiet kollha li jsiru skont il-kwoti tariffarji bid-dazju mnaqqas miftuħin permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 2305/2003.

2.   Fejn it-trasport taċ-ċereali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jsir direttament lejn destinazzjoni fl-Unjoni, u dan it-trasport ikun inbeda sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, is-sospensjoni tad-dazji doganali skont dan ir-Regolament għandha tibqa’ tgħodd għall-finijiet tar-rilaxx tal-prodotti kkonċernati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa.

Għandha tiġi pprovduta evidenza tat-trasport dirett lejn l-Unjoni u tad-data meta t-trasport ikun inbeda, b’mod li jissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti, permezz tad-dokument oriġinali tat-trasport.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 51, 25.2.2011, p. 8.

(3)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7.

(5)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 634/2011

tad-29 ta’ Ġunju 2011

li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2010/2011 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b'dazju doganali mnaqqas

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezzijiet tas-suq dinji taz-zokkor kienu kostantement f'livell għoli matul l-ewwel xhur tas-sena tas-suq 2010/2011, hekk li naqas ir-ritmu tal-importazzjonijiet, partikolarment minn pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn ċerti ftehimiet preferenzjali.

(2)

Minħabba din is-sitwazzjoni, reċentement il-Kummissjoni adottat serje ta' miżuri bil-għan li tiżdied il-provvista fis-suq tal-Unjoni. Dawk il-miżuri kienu jinkludu r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2011 tat-3 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta' zokkor u iżoglukożju 'l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2010/2011 (2), li żied id-disponibbiltà kkombinata taz-zokkor u l-iżoglukożju fis-suq tal-Unjoni b'526 000 tunnellata, u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2011 tat-28 ta' Marzu 2011 li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor għas-sena tas-suq 2010/2011 (3), li ssospenda d-dazji tal-importazzjoni għaz-zokkor li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 għal kwantità ta' 300 000 tunnellata.

(3)

L-importazzjonijiet taz-zokkor taħt l-Ipproċessar Attiv skont il-kapitolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4) tnaqqsu u l-industrija tal-ipproċessar żiedet l-użu tal-kwota taz-zokkor fil-prodotti esportati. Dawn l-iżviluppi sostnew is-sitwazzjoni diffiċli fil-provvista fis-suq tal-Unjoni, li heddedt li tikkawża nuqqas fil-provvista matul l-aħħar xhur tas-sena tas-suq, sa ma jasal il-ħsad li jmiss.

(4)

Il-prezzijiet għoljin fis-suq dinji taz-zokkor għalhekk huma ta' theddida għad-disponibbiltà tal-provvista fis-suq tal-Unjoni. Għal dik ir-raġuni u bil-ħsieb li tiżdied il-provvista, jeħtieġ li jiġu ffaċilitati l-importazzjonijiet billi jitnaqqas id-dazju tal-importazzjoni għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor. Dik il-kwantità u t-tnaqqis tad-dazju għandhom jiġu vvalutati fil-kuntest tal-istat attwali u tal-iżvilupp prevedibbli fis-suq taz-zokkor tal-Unjoni u dak dinji. Il-kwantità u t-tnaqqis għandhom għalhekk ikunu bbażati fuq sistema ta' offerti.

(5)

Għandhom jiġi speċifikati r-rekwiżiti minimi tal-eliġibbiltà biex wieħed iressaq offerta.

(6)

Għandha tiġi ddepożitata garanzija għal kull offerta. Dik il-garanzija għandha ssir il-garanzija tal-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni f’każ li l-offerta tkun rebbieħa u għandha tiġi rrilaxxata jekk l-offerta ma tkunx rebbieħa.

(7)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-offerti ammissibbli. Sabiex dawn in-notifiki jiġu ssimplifikati u standardizzati, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni l-mudelli tagħhom.

(8)

Għal kull sejħa parzjali għall-offerti, għandha ssir dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tistipula dazju doganali minimu u, jekk ikun xieraq, koeffiċjent tal-allokazzjoni sabiex tnaqqas il-kwantitajiet aċċettati, jew biex tiddeċiedi li ma tistipulax dazju doganali minimu.

(9)

Fi żmien qasir l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-offerenti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-sejħa parzjali għall-offerti.

(10)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqiegħed mudelli għad-dispożizzjoni.

(11)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qiegħda tinfetaħ proċedura tal-offerti għas-sena tas-suq 2010/2011, li għandha n-numru ta' referenza 09.4314, għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b'dazju doganali mnaqqas skont l-Artikolu 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Dak id-dazju doganali għandu jieħu post id-dazju tat-tariffa doganali komuni u d-dazji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 951/2006 (5).

Għandu japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (6), ħlief meta huwa previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Il-perjodu li fih jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti għandu jintemm fit-13 ta’ Lulju 2011 f'nofsinhar (12:00), ħin ta’ Brussell.

2.   Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali għall-offerti u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għall-offerti għandhom jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara li jintemm il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu f'nofsinhar (12:00), ħin ta' Brussell, fis-27 ta' Lulju 2011, fl-24 ta' Awwissu 2011, fl-14 ta' Settembru 2011 u fit-28 ta' Settembru 2011.

3.   Il-Kummissjoni tista' tissospendi t-tressiq tal-offerti għal xi sejħa parzjali għall-offerti jew għal aktar minn waħda.

Artikolu 3

1.   L-offerti marbuta ma' din il-proċedura tal-offerti għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti fi Stat Membru permezz tal-faks jew bil-posta elettronika.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jistgħu jirrikjedu li l-offerti elettroniċi jkollhom magħhom firma elettronika avvanzata skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

2.   L-offerti għandhom ikunu ammissibbli biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-offerti għandhom jindikaw:

(i)

l-isem, l-indirizz u n-numru tal-VAT tal-offerent;

(ii)

il-kwantità ta' zokkor offruta, li għandha tkun ta’ mill-anqas 20 tunnellata u ta’ mhux iżjed minn 45 000 tunnellata;

(iii)

l-ammont propost tad-dazju doganali, f'euro għal kull tunnellata zokkor, imqarreb għal mhux aktar minn żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(iv)

il-kodiċi tan-NM taz-zokkor, magħmul minn tmien ċifri;

(b)

għandha tingħata prova li l-offerent ikun iddepożita l-garanzija msemmija fl-Artikolu 4(1) qabel l-iskadenza tal-perjodu stabbilit għat-tressiq tal-offerti;

(c)

l-offerta għandu jkollha magħha applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni għall-kwantitajiet offruti u d-dazju doganali, li jkun fiha l-entrati previsti fl-Artikolu 8(2);

(d)

l-offerta għandha titressaq fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun qed titressaq;

(e)

l-offerta għandha tirreferi għal dan ir-Regolament u għandha turi d-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-offerti;

(f)

l-offerta m’għandha tinkludi l-ebda kundizzjoni addizzjonali miżjuda mill-offerent ħlief għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

3.   Offerta li ma titressaqx skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tkun ammissibbli.

4.   L-applikanti ma għandhomx iressqu aktar minn offerta waħda għal kull kodiċi tan-NM li jkun magħmul minn tmien ċifri għall-istess sejħa parzjali għall-offerti.

5.   L-offerti ma jistgħux jiġi rtirati jew emendati wara li jkunu tressqu.

Artikolu 4

1.   Skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (8), kull offerent għandu jiddepożita garanzija ta' EUR 150 għal kull tunnellata zokkor li jkun ser jiġi importat skont dan ir-Regolament.

Meta offerta tingħażel, dik il-garanzija għandha ssir il-garanzija għal-liċenzja tal-importazzjoni.

2.   Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rrilaxxata fil-każ tal-offerenti li ma jkunux rebbieħa.

Artikolu 5

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-validità tal-offerti fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

Il-persuni awtorizzati li jirċievu u jeżaminaw l-offerti għandu jkollhom l-obbligu li ma jiżvelaw l-ebda dettalji relatati magħhom lil xi persuna mhux awtorizzata.

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiddeċiedu li offerta mhix valida, dawn għandhom jinfurmaw lill-offerent b’dan.

2.   L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bil-faks, dwar l-offerti ammissibbli mressqin fi żmien sagħtejn wara l-għeluq tal-perjodu għat-tressiq stabbilit fl-Artikolu 2(1) u (2). Dik in-notifika ma għandux ikun fiha d-dejta msemmija fl-Artikolu 3(2)(a)(i).

3.   Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom ikunu ddefiniti fuq il-bażi tal-mudelli li l-Kummissjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. Meta ma titressaq ebda offerta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw, bil-faks, lill-Kummissjoni dwar dan fl-istess perjodu taż-żmien.

Artikolu 6

Fil-kuntest tal-istat attwali u tal-iżvilupp prevedibbli tas-suq tal-Unjoni u s-suq dinji, il-Kummissjoni għandha, għal kull sejħa parzjali għall-offerti u għal kull kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri, jew tistipula dazju doganali minimu jew tiddeċiedi li ma tistipulax dazju doganali minimu billi tadotta Regolament ta' Implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

B'dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistipula wkoll, fejn meħtieġ, koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-offerti li jkunu tressqu fil-livell tad-dazju doganali minimu. F'dan il-każ, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 4 għandha tiġi rrilaxxata f'proporzjon mal-kwantitajiet allokati.

Artikolu 7

1.   F’każ li ma jkunx ġie stabbilit dazju doganali minimu, għandhom jiġu rrifjutati l-offerti kollha.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhomx jaċċettaw offerti li ma jkunux ġew innotifikati kif previst fl-Artikolu 5.

2.   L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika lill-applikanti, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 6, bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-sejħa parzjali għall-offerti. Għandha tibgħat dikjarazzjonijiet tal-għoti lil kwalunkwe offerent li l-offerta tiegħu tikkwota dazju doganali għall-kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri li jkun daqs id-dazju doganali minimu stipulat għal dak il-kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri jew aktar minnu. Il-kwantitajiet mogħtija għal dazju doganali speċifiku u għal kodiċi speċifiku tan-NM magħmul minn tmien ċifri għandhom ikunu l-kwantitajiet offruti għal dak id-dazju doganali u għal dak il-kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri.

3.   Id-dikjarazzjonijiet tal-għoti għandhom jindikaw tal-anqas:

(a)

il-proċedura li l-offerta għandha x’taqsam magħha;

(b)

il-kwantità ta' zokkor mogħti;

(c)

l-ammont, mogħti f'euro u mqarreb għal mhux aktar minn żewġ ċifri wara l-punt deċimali, tad-dazju doganali li għandu jitħallas għal kull tunnellata zokkor tal-kwantità msemmija fil-punt (b);

(d)

il-kodiċi taz-zokkor tan-NM magħmul minn tmien ċifri.

Artikolu 8

1.   Sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xogħol tal-ġimgħa li tiġi wara l-ġimgħa li matulha jiġi ppubblikat ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 6, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ liċenzja tal-importazzjoni lil kull offerent rebbieħ li tkopri l-kwantità mogħtija.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkollhom l-entrati li ġejjin:

(a)

fil-kaxxa nru 16, il-kodiċi taz-zokkor tan-NM magħmul minn tmiem ċifri;

(b)

fil-kaxxi nru 17 u nru 18, il-kwantità taz-zokkor;

(c)

fil-kaxxa nru 20, tal-anqas waħda mill-entrati elenkati fil-Parti A tal-Anness;

(d)

fil-kaxxa nru 24, id-dazju doganali applikabbli bl-użu ta' waħda mill-entrati elenkati fil-Parti B tal-Anness.

3.   B’deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-drittijiet li tagħti l-liċenzja tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu ttrasferuti.

Artikolu 9

Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġin b'rabta ma’ sejħa parzjali għall-offerti għandhom ikunu validi mill-jum tal-ħruġ tagħhom sa tmiem it-tielet xahar wara dak li fih ikun ġie ppubblikat ir-Regolament dwar is-sejħa parzjali msemmi fl-Artikolu 6.

Artikolu 10

Sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xogħol tat-tieni ġimgħa li tiġi wara l-ġimgħa li matulha jiġi ppubblikat ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni skont dan ir-Regolament. In-notifika għandha tintbagħat elettronikament skont il-mudelli u l-metodi li l-Kummissjoni tkun qegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 60, 5.3.2011, p. 6.

(3)  ĠU L 81, 29.3.2011, p. 8.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(6)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(7)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(8)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.


ANNESS

A.   L-entrati msemmija fl-Artikolu 8(2)(c)

bil-Bulgaru

:

Внесена при намалена ставка на митото съгласно Регламент за изпълнение (ЕС) № 634/2011; референтен номер 09.4314

bl-Ispanjol

:

Importado con derecho de aduana reducido en virtud del Reglamento de Ejecución (UE) no 634/2011; número de referencia 09.4314

biċ-Ċek

:

Dovezeno se sníženou celní sazbou v souladu s prováděcím nařízením (EU) č. 634/2011; Referenční číslo 09.4314

bid-Daniż

:

Importeret til en nedsat toldsats i henhold til gennemførelsesforordning (EU) nr. 634/2011; Referencenummer 09.4314

bil-Ġermaniż

:

Eingeführt zum ermäßigten Zollsatz gemäß der Durchführungsverordnung (EU) Nr. 634/2011; Referenznummer 09.4314

bl-Estonjan

:

Imporditud vähendatud tollimaksuga vastavalt rakendusmäärusele (EL) nr 634/2011; viitenumber 09.4314

bil-Grieg

:

Εισαγωγή με μειωμένο δασμό δυνάμει του εκτελεστικού κανονισμού (ΕΕ) αριθ. 634/2011; αριθμός αναφοράς 09.4314

bl-Ingliż

:

Imported at reduced customs duty pursuant to Implementing Regulation (EU) No 634/2011; reference number 09.4314

bil-Franċiż

:

Importés à des taux de droits réduits conformément au règlement d’exécution (UE) no 634/2011; numéro de référence 09.4314

bit-Taljan

:

Importato applicando un’aliquota ridotta del dazio doganale, a norma del regolamento di esecuzione (UE) n. 634/2011; numero di riferimento 09.4314

bil-Latvjan

:

Importēts ar samazinātu muitas nodokli saskaņā ar Īstenošanas regulu (ES) Nr. 634/2011; Atsauces numurs 09.4314

bil-Litwan

:

Importuota taikant sumažintą muitą pagal Įgyvendinimo reglamentą (ES) Nr. 634/2011; Nuorodos numeris 09.4314

bl-Ungeriż

:

Behozatal csökkentett vámtétel mellett a 634/2011/EU végrehajtási rendelet alapján; Hivatkozási szám 09.4314

bil-Malti

:

Impurtat b'dazju doganali mnaqqas skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011; numru ta’ referenza 09.4314

bl-Olandiż

:

Ingevoerd tegen verlaagd douanerecht overeenkomstig Uitvoeringsverordening (EU) nr. 634/2011; referentienummer 09.4314

bil-Pollakk

:

Przywóz z zastosowaniem obniżonych stawek celnych zgodnie z rozporządzeniem wykonawczym (UE) nr 634/2011; Numer referencyjny 09.4314

bil-Portugiż

:

Importado a taxa reduzida de direito aduaneiro a título do Regulamento de Execução (UE) n.o 634/2011; número de referência 09.4314

bir-Rumen

:

Importat cu taxă vamală redusă conform Regulamentului de punere în aplicare (UE) nr. 634/2011; număr de referință 09.4314

bis-Slovakk

:

Dovoz so zníženým clom podľa Vykonávacieho nariadenia (EÚ) č. 634/2011; Referenčné číslo 09.4314

bis-Sloven

:

Uvoz po znižani carini v skladu z Izvedbeno uredbo (ES) št. 634/2011; Referenčna številka 09.4314

bil-Finlandiż

:

Tuonti alennetuin tullein täytäntönpanoasetuksen (EU) N:o 634/2011 mukaisesti; Viitenumero 09.4314

bl-Isvediż

:

Importerad till nedsatt tullsats enligt genomförandeförordning (EU) nr 634/2011; Referensnummer 09.4314

B.   L-entrati msemmija fl-Artikolu 8(2)(d)

bil-Bulgaru

:

Мито (мито върху приетата оферта)

bl-Ispanjol

:

Derecho de aduana (derecho de aduana de la oferta seleccionada)

biċ-Ċek

:

Clo: (clo platné pro vybranou nabídku)

bid-Daniż

:

Toldsats: (toldsats for det antagne bud)

bil-Ġermaniż

:

Zollsatz: (Zollsatz für das erfolgreiche Angebot)

bl-Estonjan

:

Tollimaks: (hankelepingu suhtes kohaldatav tollimaks)

bil-Grieg

:

Δασμός: (δασμός της κατακυρωθείσας προσφοράς)

bl-Ingliż

:

Customs duty: (customs duty of the awarded tender)

bil-Franċiż

:

Droit de douane: (droit de douane du marché attribué)

bit-Taljan

:

Dazio doganale: (dazio doganale dell'aggiudicazione)

bil-Latvjan

:

Muitas nodoklis: (konkursā uzvarējušā piedāvājuma muitas nodoklis)

bil-Litwan

:

Muitas (konkursą laimėjusiam pasiūlymui taikomas muitas)

bl-Ungeriż

:

Vámtétel: (a nyertes ajánlat szerinti vámtétel)

bil-Malti

:

Dazju doganali: (id-dazju doganali tal-offerta rebbieħa)

bl-Olandiż

:

Douanerecht: (douanerecht voor de gegunde inschrijving)

bil-Pollakk

:

Cło: (cło zatwierdzonej oferty)

bil-Portugiż

:

Direito aduaneiro: (direito aduaneiro aplicável à proposta adjudicada)

bir-Rumen

:

Taxă vamală: (taxa vamală aplicabilă ofertei selecționate)

bis-Slovakk

:

Clo: (clo vybranej ponuky)

bis-Sloven

:

Carina: (carina dodeljene ponudbe)

bil-Finlandiż

:

Tulli: (voittaneeseen tarjoukseen sovellettava tulli)

bl-Isvediż

:

Tullsats: (tullsats för det antagna anbudet)


30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 635/2011

tad-29 ta’ Ġunju 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceite Campo de Calatrava (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba li għamlet Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Aceite Campo de Calatrava” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 287, 23.10.2010, p. 16.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.5.   Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

SPANJA

Aceite Campo de Calatrava (DPO)


30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 636/2011

tad-29 ta’ Ġunju 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Moules de bouchot de la Baie du Mont-Saint-Michel (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta' Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni "Moules de bouchot de la Baie du Mont-Saint-Michel" ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 302, 9.11.2010, p. 11.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.7.   Ħut frisk, molluski u krostaċji friski u prodotti li ġejjin minnhom

FRANZA

Moules de bouchot de la Baie du Mont-Saint-Michel (DPO)


30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 637/2011

tad-29 ta’ Ġunju 2011

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Beaufort (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Beaufort”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Minħabba li l-emenda konċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU C 302, 9.11.2010, p. 16.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

FRANZA

Beaufort (DPO)


30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 638/2011

tad-29 ta’ Ġunju 2011

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AR

23,1

EC

23,1

MK

40,6

TR

40,0

ZZ

31,7

0707 00 05

TR

95,0

ZZ

95,0

0709 90 70

EC

28,8

TR

108,5

ZZ

68,7

0805 50 10

AR

63,5

CL

88,7

TR

67,0

UY

57,0

ZA

86,7

ZZ

72,6

0808 10 80

AR

139,6

BR

77,0

CA

105,9

CL

93,2

CN

77,3

NZ

104,6

US

163,6

UY

64,1

ZA

97,0

ZZ

102,5

0809 10 00

AR

89,7

TR

294,4

XS

152,4

ZZ

178,8

0809 20 95

TR

335,9

ZZ

335,9

0809 30

EC

116,4

TR

179,1

XS

55,8

ZZ

117,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 639/2011

tad-29 ta’ Ġunju 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 629/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 169, 29.6.2011, p. 25.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-30 ta’ Ġunju 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

51,67

0,00

1701 11 90  (1)

51,67

0,00

1701 12 10  (1)

51,67

0,00

1701 12 90  (1)

51,67

0,00

1701 91 00  (2)

53,59

1,39

1701 99 10  (2)

53,59

0,00

1701 99 90  (2)

53,59

0,00

1702 90 95  (3)

0,54

0,20


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/36


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2011

li tawtorizza lill-Isvezja tapplika rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-elettriku għall-elettriku pprovdut direttament lill-vapuri rmiġġati f’port (“elettriku mill-art”) skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

(2011/384/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra ddatata l-4 ta’ Marzu 2010, l-Isvezja talbet awtorizzazzjoni biex tapplika rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-elettriku għall-elettriku pprovdut direttament lil vapuri rmiġġati f’port (“elettriku mill-art”) skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

(2)

Permezz tat-tnaqqis fit-taxxa li bi ħsiebha tapplika, l-Isvezja għandha l-għan li tippromovi użu iktar wiesa’ ta’ elettriku mill-art bħala mezz ambjentali inqas dannuż sabiex il-vapuri jissoddisfaw il-bonnijiet tagħhom ta’ elettriku filwaqt li jkunu fl-irmiġġ fil-portijiet meta mqabbel mal-ħruq ta’ karburanti tal-bunker abbord.

(3)

Sakemm l-użu tal-elettriku mill-art jevita l-emissjonijiet ta’ inkwinament tal-arja assoċjat mal-ħruq ta’ karburanti tal-bunker abbord il-vapuri fl-irmiġġ, dan jagħti kontribut għal titjib tal-kwalità tal-arja lokali fl-ibliet portwali. Taħt il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-istruttura tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fir-reġjun ikkonċernat, jiġifieri s-suq tal-elettriku Nordiku inklużi l-Isvezja, id-Danimarka, il-Finlandja u n-Norveġja, l-użu tal-elettriku mis-sistema ta’ distribuzzjoni mill-art minflok l-elettriku iġġenerat permezz tal-ħruq ta’ karburanti tal-bunker abbord hija ikltar minn hekk mistennija li tnaqqas l-emissjonijiet CO2. Il-miżura għalhekk hija mistennija li tagħti kontribut lill-objettivi tal-politiki ambjentali, tas-saħħa u tal-klima tal-Unjoni.

(4)

Il-permess li l-Isvezja titħalla tnaqqas ir-rata tat-tassazzjoni fuq l-elettriku għall-elettriku mill-art ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv imsemmi hawn fuq, minħabba li fil-maġġoranza tal-każi l-ġenerazzjoni abbord se tibqa’ l-alternattiva l-iktar kompetittiva. Għall-istess raġuni, u minħabba bħalissal-penetrazzjoni tat-teknoloġija fis-suq hija relattivament baxxa, il-miżura x’aktarx li ma twassalx għal distorsjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni matul il-ħajja tagħha u għalhekk mhux se jkollha effett negattiv fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern.

(5)

Mill-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2003/96/KE joħroġ li kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt din id-dispożizzjoni għandu jkollha żmien strettament limitat. Minħabba l-ħtieġa li l-perjodu għandu jkun twil biżżejjed sabiex ma jiskoraġġix lill-operaturi tal-portijiet milli jagħmlu l-investimenti neċessarji, iżda wkoll il-ħtieġa li ma jiġux imminati żviluppi futuri tal-qafas legali eżistenti, huwa xieraq li l-awtorizzazzjoni mitluba tingħata għal tliet snin, bil-kundizzjoni madankollu li jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet ġenerali fil-kwistjoni, f’mument iktar kmieni mill-iskadenza hekk prevista,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Isvezja hija għaldaqstant awtorizzata li tapplika rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni fuq l-elettriku fornit direttament lil vapuri, ħlief għal opri ta’ użu privat rekreattiv, irmiġġati fil-portijiet (“elettriku mill-art”) sakemm il-livelli minimi ta’ tassazzjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/96/KE jiġu rrispettati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifikazzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi fil-25 ta’ Ġunju 2014.

Madankollu, jekk il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi abbażi tal-Artikolu 113 tat-Trattat, jipprovdi għal regoli ġenerali fuq il-vantaġġi tat-taxxi għall-elettriku mill-art, din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-jum li fih dawk ir-regoli ġenerali jsiru applikabbli.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Isvezja.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MATOLCSY Gy.


(1)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.


30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Ġunju 2011

dwar ir-rikonoxximent tal-Ekwador skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4440)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/385/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu l-Artikolu 19(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula minn Spanja fl-14 ta’ Frar 2006,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2008/106/KE l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw iċ-ċertifikati xierqa tal-baħħara li jkunu ġew minn pajjiżi terzi, sakemm dak il-pajjiż terz ikkonċernat ikun rikonnoxxut mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) il-Konvenzjoni dwar l-Istandards għat-Taħriġ, iċ-Ċertifikazzjoni u l-Għassa tal-baħħara, 1978 (il-Konvenzjoni STCW) (2) kif ġiet riveduta fl-1995.

(2)

Permezz ta' ittra tal-14 ta' Frar 2006, Spanja ressqet talba għar-rikonoxximent tal-Ekwador. Wara t-talba ta' Spanja, il-Kummissjoni vvalutat, it-taħriġ u s-sistemi ta' ċertifikazzjoni fl-Ekwador sabiex tivverifika jekk dan il-pajjiż jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux miżuri xierqa biex ikunu evitati l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Dik il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq ir-riżultati ta' spezzjoni li għamlu l-esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f'Lulju 2007. Matul dik l-ispezzjoni, ġew identifikati ċerti nuqqassijiet fit-taħriġ u s-sistemi ta' ċertifikazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni pprovdiet lill-Istati Membri rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni.

(4)

Permezz ta' ittra tat-18 ta' Marzu 2009, il-Kummissjoni talbet lill-Ekwador biex jipprovdi provi li juru li n-nuqqassijiet li kienu identifikati ġew ikkoreġuti.

(5)

Permezz tal-ittri tat-8 ta' Mejju 2009, u tal-20 ta’ Mejju 2009, l-Ekwador pprovda l-informazzjoni mitluba u l-provi dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva xierqa u suffiċjenti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kollha identifikati matul il-valutazzjoni ta' konformità;

(6)

Ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-konformità u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni pprovdut mill-Ekwador juru li l-Ekwador jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW, u ħa l-miżuri xierqa biex ikunu evitati l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Għaldaqstant, għandu jiġi rikonoxxut mill-Kummissjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/106/KE L-Ekwador hu rikonoxxut fir-rigward tas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi-President


(1)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

(2)  Adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/39


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 111/11/COL

tal-11 ta’ April 2011

li temenda l-lista miġbura fil-punt 39 fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li telenka postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 8/11/COL

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat il-punti 4(B)(1) u (3) u punt 5(b) tal-Parti Preliminari tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jikkontrollaw l-organizzazzjonijiet ta’ verifiki veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1)), kif emendat u adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-adattamenti settorjali msemmija fl-Anness I ta’ dak il-Ftehim, u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ Nru 86/11/COL li tagħti s-setgħa lill-Membru tal-Kulleġġ kompetenti biex jadotta din id-deċiżjoni,

Billi:

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA (minn issa ‘l quddiem l-Awtorità), bid-Deċiżjoni Nru 8/11/COL tal-26 ta’ Jannar 2011 (2), irrevokat id-Deċiżjoni Nru 43/10/COL tal-10 ta’ Frar 2010 (3) u fasslet lista ġdida ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja approvati għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi.

Fl-1 ta’ Marzu 2011, l-Awtorità Norveġiża għas-Sigurtà tal-Ikel (minn issa ‘l quddiem Mattilsynet) infurmat lill-Awtorità li kienet issospendiet il-Post ta’ Spezzjoni Fuq il-Fruntiera (BIP – Border Inspection Post) ta’ Båtsfjord Port (NRU tal-Kodiċi TRACES BJF 1) mil-lista Norveġiża ta’ BIPs, wara li l-faċilitajiet sofrew dannu estensiv ikkawżat minn nar fit-28 ta’ Jannar 2011. Mattilsynet indikat li b’riżultat ta’ dan in-nar, il-BIP ma setax ikompli jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni marbuta ma’ kmamar soċjali u faċilitajiet ta’ laboratorju u ħażna.

Is-sospensjoni tal-approvazzjoni u l-provvediment sussegwenti tal-informazzjoni lill-Awtorità sar skont il-leġiżlazzjoni Norveġiża Instruks om grensekontrollstasjoner mv. Il-Kapitolu 1, punt 2 li jimplimenta l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 97/78/KE, u li skontha l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tinforma lill-Awtorità dwar bidliet lill-BIP jew liċ-Ċentru ta’ Spezzjoni (IC – Inspection Centre) li jistgħu jkunu ta’ importanza rigward il-lista li hemm fil-Punt 39 tal-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li jelenka l-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja.

Skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 97/78/KE, l-Awtorità għandha tfassal u tippubblika lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni approvati fil-fruntiera, inklużi każijiet fejn l-approvazzjoni tkun ġiet sospiża temporanjament.

L-Awtorità għandha għalhekk l-obbligu li temenda l-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja u li tippubblika lista ġdida, li tirrifletti s-sospensjoni tal-BIP ta’ Båtsfjord Port (NRU tal-Kodiċi TRACES BJF 1) mil-lista Norveġiża tal-BIPs.

L-Awtorità rreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni unanima tal-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u t-test finali tal-miżuri baqa’ mhux mibdul.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

BIP Båtsfjord Port (TRACES Code NO BJF 1) hija sospiża sakemm tinħareġ notifika oħra mil-lista li hemm fil-punt 39 tal-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li telenka postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Il-verifiki veterinarji fuq l-annimali ħajjin u fuq il-prodotti tal-animali li jiddaħħlu fl-Islanda u fin-Norveġja għandhom isiru mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-postijiet ta’ spezzjonijiet fuq il-fruntiera li dwarhom hemm ftehim u li huma elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 08/11/COL tal-26 ta’ Jannar 2011 qed tiġi revokata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ April 2011.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Islanda u lin-Norveġja.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2011.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  ĠU L 85, 31.3.2011, p. 27 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 16, 31.3.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 256, 30.9.2010, p. 30 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 53, 30.9.2010, p. 1.


ANNESS

IL-LISTA TAL-POSTIJIET TAL-ISPEZZJONI FUQ IL-FRUNTIERA

1

=

Isem

2

=

Kodiċi TRACES

3

=

Tip

A

=

Ajruport

F

=

Ferrovija

P

=

Port

R

=

Triq

4

=

Ċentru ta’ spezzjoni

5

=

Prodotti

HC

=

Il-Prodotti kollha għall-Konsum tal-Bniedem

NHC

=

Prodotti Oħrajn

NT

=

L-ebda rekwiżiti ta’ temperatura

T

=

Prodotti ffriżati/imkessħa

T(FR)

=

Prodotti ffriżati

T(CH)

=

Prodotti mkessħa

6

=

Annimali ħajjin

U

=

Ungulati: frat, ħnieżer, nagħaġ, mogħoż, solipedi slavaġ u domestiċi

E

=

Ekwidi rreġistrati kif iddefiniti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE

O

=

Annimali oħrajn

5-6

=

Kummenti speċjali

(*)

=

Sospiż fuq il-bażi tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 97/78/KE sakemm tinħareġ notifika oħra, kif innutat fil-kolonni 1,4,5 u 6

(1)

=

Verifika skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/352/KEE kkunsidrata fl-eżekuzzjoni tal-Artikolu 19(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE

(2)

=

Prodotti ppakkjati biss

(3)

=

Prodotti tas-sajd biss

(4)

=

Proteini ta’ annimali biss

(5)

=

Ġlud tas-suf u ġlud biss

(6)

=

Xaħmijiet likwidi, żjut, u żejt tal-ħut biss

(7)

=

Ponijiet tal-Iżlanda (minn April sa Ottubru biss)

(8)

=

Ekwidi biss

(9)

=

Ħut tropikali biss

(10)

=

Qtates, klieb, rodenti, lagomorfi, ħut ħaj, rettili u oħrajn u għasafar li mhumiex għasafar li ma jtirux

(11)

=

Għalf bl-ingrossa biss

(12)

=

Għall-(U) fil-każ ta’ solipedi, dawk li jinżammu f’ġonna żooloġiċi biss; kif ukoll għall-(O), flieles ta’ ġurnata, ħut, klieb, qtates, insetti, jew annimali oħra li jinżammu f’ġonna żooloġiċi

(13)

=

Nagylak HU: Dan huwa post tal-isepzzjoni fuq il-fruntieri (għall-prodotti) u punt ta’ dħul (għall-annimali Ħajjin) fuq il-fruntiera bejn l-Ungerija u r-Rumanija, soġġett għall-miżuri tranżitorji li ġew innegozjati u stipulati fit-Trattat tal-Adeżjoni kemm fir-rigward tal-prodotti kif ukoll fir-rigward tal-annimali ħajjin. Ara Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/630/KE

(14)

=

Magħżul għat-tranżitu madwar il-Komunità Ewropea għal kunsinni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum tal-bniedem li jmorru lejn jew jiġu mir-Russja skont il-proċeduri speċifiċi previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti

(15)

=

Annimali ta’ akwakultura biss

(16)

=

Ħut magħmul mill-ħut biss

Pajjiż: L-Islanda

1

2

3

4

5

6

Akureyri

IS AKU1

P

 

HC-T(1)(2)(3), NHC(16)

 

Hafnarfjörður

IS HAF 1

P

 

HC(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16)

 

Húsavík

IS HUS 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Ísafjörður

IS ISA1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Keflavík Airport

IS KEF 4

A

 

HC(1)(2)(3)

O(15)

Reykjavík Eimskip

IS REY 1a

P

 

HC(1)(2)(3), NHC-NT (2)(6)(16)

 

Reykjavík Samskip

IS REY 1b

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16)

 

Þorlákshöfn

IS THH1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-NT(6)

 


Pajjiż: In-Norveġja

1

2

3

4

5

6

Borg

NO BRG 1

P

 

HC, NHC

E(7)

Båtsfjord (*)

NO BJF 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3) (*)

 

Egersund

NO EGE 1

P

 

HC-NT(6), NHC-NT(6)(16)

 

Florø EWOS

NO FRO 1

P

 

NHC-NT(6)(16)

 

Hammerfest

NO HFT 1

P

Rypefjord

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

 

Honningsvåg

NO HVG 1

P

Honningsvåg

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Gjesvær

HC-T(1)(2)(3)

 

Kirkenes

NO KKN 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

 

Kristiansund

NO KSU 1

P

Kristiansund

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) HC-NT(6), NHC-NT(6)

 

Larvik

NO LAR 1

P

 

HC(2)

 

Måløy

NO MAY 1

P

Gotteberg

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

 

Trollebø

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

 

Oslo

NO OSL 1

P

 

HC, NHC

 

Oslo

NO OSL 4

A

 

HC, NHC

U,E,O

Sortland

NO SLX 1

P

Melbu

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Sortland

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Storskog

NO STS 3

R

 

HC, NHC

U,E,O

Tromsø

NO TOS 1

P

Bukta

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Solstrand

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Vadsø

NO VOS 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Ålesund

NO AES 1

P

Breivika

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

 

Ellingsøy

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Skutvik

HC-T(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-T(FR) (2)(3), NHC-NT(6)

 


Rettifika

30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/43


Rettifika għad-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 331, tal-15 ta' Diċembru 2010 )

F'paġna 145, l-Artikolu 9, Emendi għad-Direttiva 2006/48/KE, punt (6):

minflok:

“(6)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   Sabiex …”.”

aqra:

“(6)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“6.   Sabiex …”.”.