ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.164.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 611/2011
tat-23 ta’ Ġunju 2011
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 tad-9 ta' Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja u f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/367/PESK tat-23 ta' Ġunju 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), persuni u entitajiet oħrajn għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tidher fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
(1) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1.
(2) Ara paġna 14 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni (data tat-twelid, post tat-twelid...) |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Zoulhima CHALICHE (Dhu al-Himma SHALISH) |
Imwieled fl-1951 jew fl-1946 f'Kerdaha. |
Kap tal-protezzjoni presidenzjali; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad. |
23.6.2011 |
2. |
Riyad CHALICHE (Riyad SHALISH) |
|
Direttur tal-Military Housing Establishment; sors ta' finanzjament għar-reġim; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad. |
23.6.2011 |
3. |
Kmandant Brigadier Mohammad Ali JAFARI (magħruf bħala JA'FARI, Aziz; magħruf bħala JAFARI, Ali; magħruf bħala JAFARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JA'FARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JAFARI-NAJAFABADI, Mohammad Ali) |
DtT 1 ta' Settembru 1957; PtT Yazd, Iran. |
Kmandant Ġenerali tar-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. |
23.6.2011 |
4. |
Maġġur Ġeneral Qasem SOLEIMANI (magħruf bħala Qasim SOLEIMANY) |
|
Kmandant tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan - Qods involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. |
23.6.2011 |
5. |
Hossein TAEB (magħruf bħala TAEB, Hassan; magħruf bħala TAEB, Hosein; magħruf bħala TAEB, Hossein; magħruf bħala TAEB, Hussayn; magħruf bħala TAEB, Hojjatoleslam Hossein TA'EB) |
DtT 1963; PtT Tehran, Iran. |
Viċi Kmandant għall-Intelligence tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. |
23.6.2011 |
6. |
Khalid QADDUR |
|
Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad Sors ta' finanzjament għar-reġim. |
23.6.2011 |
7. |
Ra'if AL-QUWATLI (magħruf bħala Ri'af AL-QUWATLI |
|
Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad Sors ta' finanzjament għar-reġim. |
23.6.2011 |
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||
1. |
Bena Properties |
|
Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
|||||
2. |
Al Mashreq Investment Fund (AMIF) (psewdonomu Sunduq Al Mashrek Al Istithmari) |
|
Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
|||||
3. |
Hamcho International (magħruf bħala Hamso International Group) |
|
Taħt il-kontroll ta' Mohamed Hamcho jew Hamsho; Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
|||||
4. |
Military Housing Establishment (psewdonomu MILIHOUSE) |
|
Kumpannija ta' xogħlijiet pubbliċi taħt il-kontroll ta' Riyad Shalish u l-Ministeru tad-Difiża. Sors ta' finanzjament għar-reġim. |
23.6.2011 |
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 612/2011
tat-23 ta’ Ġunju 2011
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ġunju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AR |
23,1 |
MA |
57,8 |
|
MK |
57,4 |
|
TR |
55,0 |
|
ZZ |
48,3 |
|
0707 00 05 |
TR |
96,5 |
ZZ |
96,5 |
|
0709 90 70 |
TR |
117,3 |
ZZ |
117,3 |
|
0805 50 10 |
AR |
77,4 |
BR |
40,6 |
|
TR |
65,0 |
|
UY |
65,6 |
|
ZA |
93,2 |
|
ZZ |
68,4 |
|
0808 10 80 |
AR |
104,6 |
BR |
79,6 |
|
CL |
99,3 |
|
CN |
95,4 |
|
NZ |
108,3 |
|
UY |
58,2 |
|
ZA |
88,0 |
|
ZZ |
90,5 |
|
0809 10 00 |
AR |
89,7 |
TR |
283,7 |
|
ZZ |
186,7 |
|
0809 20 95 |
TR |
360,5 |
XS |
382,4 |
|
ZZ |
371,5 |
|
0809 30 |
EC |
116,4 |
ZZ |
116,4 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 613/2011
tat-23 ta’ Ġunju 2011
li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
(2) |
Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi. |
(3) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8.
(3) ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.
ANNESS
għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ġunju 2011 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
“ANNESS I
Kodiċi NM |
Deżinjazzjoni tal-merkanzija |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
113,9 |
0 |
BR |
122,6 |
0 |
AR |
||
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
136,6 |
0 |
BR |
123,9 |
0 |
AR |
||
0207 14 10 |
Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati |
202,4 |
29 |
BR |
236,8 |
19 |
AR |
||
321,2 |
0 |
CL |
||
0207 27 10 |
Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati |
316,3 |
0 |
BR |
383,2 |
0 |
CL |
||
0408 11 80 |
Isfra tal-bajd |
359,2 |
0 |
AR |
0408 91 80 |
Bajd imnixxef bla qoxra |
336,2 |
0 |
AR |
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ |
240,9 |
14 |
BR |
3502 11 90 |
Albumini mnixxfa tal-bajd |
575,1 |
0 |
AR |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 614/2011
tat-23 ta’ Ġunju 2011
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-laħam taċ-ċanga
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-Taqsima XV tal-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fis-suq tal-Unjoni, jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni għall-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti rifużjonijiet għall-esportazzjoni skont ir-regoli u l-kriterji stipulati fl-Artikoli 162, 163, 164, 167, 168 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
Skont l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-ammont tar-rifużjoni jista' jvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-qagħda tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4). |
(5) |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal-21 ta' Novembru 2007 li jistabilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni għal ċertu qatgħat tal-laħam dissussat tal-annimali bovini (5) jipprovdi għal tnaqqis fir-refużjoni speċjali jekk il-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni ikun inqas minn 95 % tal-kwantità totali f'piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mhux inqas minn 85 % tal-istess kwantità. |
(6) |
Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 265/2011 (6). Peress li għandhom jiġu stabbiliti rifużjonijiet ġodda, ir-Regolament għandu għaldaqstant ikun imħassar. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni kif provduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u l-ammonti speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, għandhom jiġu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka tas-sanità stipulati fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Artikolu 2
Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1359/2007, ir-rata ta' rifużjoni fuq prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi ta' prodotti 0201 30 00 9100 titnaqqas b'3,5 EUR/100 kg.
Artikolu 3
Ir-Regolament (UE) Nru 265/2011 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ġunju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(5) ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.
(6) ĠU L 71, 18.3.2011, p. 11.
ANNESS
Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mill-24 ta’ Ġunju 2011
Il-kodiċi tal-prodotti |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjonijiet |
||||||||||||
0102 10 10 9140 |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż ħaj |
12,9 |
||||||||||||
0102 10 30 9140 |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż ħaj |
12,9 |
||||||||||||
0201 10 00 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
18,3 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
10,8 |
|||||||||||||
0201 10 00 9130 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
24,4 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
14,4 |
|||||||||||||
0201 20 20 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
24,4 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
14,4 |
|||||||||||||
0201 20 30 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
18,3 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
10,8 |
|||||||||||||
0201 20 50 9110 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
30,5 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
17,9 |
|||||||||||||
0201 20 50 9130 (1) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
18,3 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
10,8 |
|||||||||||||
0201 30 00 9050 |
US (3) |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
3,3 |
||||||||||||
CA (4) |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
3,3 |
|||||||||||||
0201 30 00 9060 (6) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
11,3 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
3,8 |
|||||||||||||
B04 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
42,4 |
|||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
24,9 |
|||||||||||||
EG |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
51,7 |
|||||||||||||
B04 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
25,4 |
|||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
15,0 |
|||||||||||||
EG |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
31,0 |
|||||||||||||
0202 10 00 9100 |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
8,1 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
2,7 |
|||||||||||||
0202 20 30 9000 |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
8,1 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
2,7 |
|||||||||||||
0202 20 50 9900 |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
8,1 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
2,7 |
|||||||||||||
0202 20 90 9100 |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
8,1 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
2,7 |
|||||||||||||
0202 30 90 9100 |
US (3) |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
3,3 |
||||||||||||
CA (4) |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
3,3 |
|||||||||||||
0202 30 90 9200 (6) |
B02 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
11,3 |
||||||||||||
B03 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
3,8 |
|||||||||||||
1602 50 31 9125 (5) |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
11,6 |
||||||||||||
1602 50 31 9325 (5) |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
10,3 |
||||||||||||
1602 50 95 9125 (5) |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
11,6 |
||||||||||||
1602 50 95 9325 (5) |
B00 |
EUR/100 kg ta’ piż nett |
10,3 |
||||||||||||
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1). Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:
|
(*) Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.
(1) L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).
(2) L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21) u, jekk japplika, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p 7).
(3) Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006, p. 7).
(4) Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2008 (ĠU L 281, 24.10.2008, p. 3).
(5) L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).
(6) Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).
It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 615/2011
tat-23 ta’ Ġunju 2011
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fl-Unjoni tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162, 163, 164, 167 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom fuqhom il-marka tal-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3). |
(5) |
Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 266/2011 (4). Minħabba li għandhom jiġu stabbiliti rifużjonijiet ġodda, dak ir-Regolament għandu għaldaqstant jitħassar. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodifaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 266/2011 huwa b'dan imħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ġunju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 71, 18.3.2011, p. 15.
ANNESS
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur applikabbli mill-24 ta’ Ġunju 2011
Il-kodiċi tal-prodotti |
Id-destinazzjoni |
L-unità ta’ kejl |
L-ammont tar-rifużjonijiet |
||
0105 11 11 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,24 |
||
0105 11 19 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,24 |
||
0105 11 91 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,24 |
||
0105 11 99 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,24 |
||
0105 12 00 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,47 |
||
0105 19 20 9000 |
A02 |
EUR/100 pcs |
0,47 |
||
0207 12 10 9900 |
V03 |
EUR/100 kg |
32,50 |
||
0207 12 90 9190 |
V03 |
EUR/100 kg |
32,50 |
||
0207 12 90 9990 |
V03 |
EUR/100 kg |
32,50 |
||
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1). Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:
|
DEĊIŻJONIJIET
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/14 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/367/PESK
tat-23 ta’ Ġunju 2011
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta' Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, persuni u entitajiet oħra għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
(1) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.
ANNESS
PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni (data tat-twelid, post tat-twelid…) |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Zoulhima CHALICHE (Dhu al-Himma SHALISH) |
Imwieled fl-1951 jew fl-1946 f'Kerdaha. |
Kap tal-protezzjoni presidenzjali; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad. |
23.6.2011 |
2. |
Riyad CHALICHE (Riyad SHALISH) |
|
Direttur tal-Military Housing Establishment; sors ta' finanzjament għar-reġim; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad. |
23.6.2011 |
3. |
Kmandant Brigadier Mohammad Ali JAFARI (magħruf bħala JA'FARI, Aziz; magħruf bħala JAFARI, Ali; magħruf bħala JAFARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JA'FARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JAFARI-NAJAFABADI, Mohammad Ali) |
DtT 1 ta' Settembru 1957; PtT Yazd, Iran. |
Kmandant Ġenerali tar-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. |
23.6.2011 |
4. |
Maġġur Ġeneral Qasem SOLEIMANI (magħruf bħala Qasim SOLEIMANY) |
|
Kmandant tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan - Qods involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. |
23.6.2011 |
5. |
Hossein TAEB (magħruf bħala TAEB, Hassan; magħruf bħala TAEB, Hosein; magħruf bħala TAEB, Hossein; magħruf bħala TAEB, Hussayn; magħruf bħala TAEB, Hojjatoleslam Hossein TA'EB) |
DtT 1963; PtT Tehran, Iran. |
Viċi Kmandant għall-Intelligence tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. |
23.6.2011 |
6. |
Khalid QADDUR |
|
Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad Sors ta' finanzjament għar-reġim. |
23.6.2011 |
7. |
Ra'if AL-QUWATLI (magħruf bħala Ri'af AL-QUWATLI |
|
Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad Sors ta' finanzjament għar-reġim. |
23.6.2011 |
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||
1. |
Bena Properties |
|
Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
|||||
2. |
Al Mashreq Investment Fund (AMIF) (psewdonomu Sunduq Al Mashrek Al Istithmari) |
|
Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
|||||
3. |
Hamcho International (magħruf bħala Hamso International Group) |
|
Taħt il-kontroll ta' Mohamed Hamcho jew Hamsho; Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
|||||
4. |
Military Housing Establishment (psewdonomu MILIHOUSE) |
|
Kumpannija ta' xogħlijiet pubbliċi taħt il-kontroll ta' Riyad Shalish u l-Ministeru tad-Difiża. Sors ta' finanzjament għar-reġim. |
23.6.2011 |
Rettifika
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/17 |
Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 504/2011 tat-23 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 136, tal-24 ta’ Mejju 2011 )
F'paġna 46, Anness, dan l-Anness għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS II
LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Bashar Al-Assad |
Twieled fil-11 ta’ Settembru 1965 f'Damas; Nru tal-passaport diplomatiku D1903 |
President tar-Repubblika; ordna u mexxa r-repressjoni kontra l-manifestanti. |
23.05.2011 |
2. |
Maher (magħruf ukoll bħala Mahir) Al-Assad |
Twieled fit-8 ta' Diċembru 1967; Nru tal-passaport diplomatiku 4138 |
Kmadant tar-raba' Diviżjoni tal-Armata, membru tal-Baath Party Central Command, strongman tal-Gwardja Repubblikana; ħu l-President Bashar Al-Assad; responsabbiltà prinċipali tal-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
3. |
Ali Mamluk (magħruf ukoll bħala Mamlouk) |
Twieled fid-19 ta' Frar 1946 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku 983 |
Kap tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence Sirjana (GID); involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
4. |
Muhammad Ibrahim Al-Sha'ar (magħruf ukoll bħala Mohammad Ibrahim Al-Chaar) |
|
Ministru tal-Intern involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
5. |
Atej (magħruf ukoll bħala Atef, Atif) Najib |
|
Qabel kien il-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika f'Deraa; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
6. |
Hafiz Makhluf (magħruf ukoll bħala Hafez Makhlouf) |
Twieled fit-2 ta' April 1971 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku 2246 |
Kurunell u Kap ta' Unità fid-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence, il-Fergħa ta' Damasku; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; qrib ta' Mahir Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
7. |
Muhammad Dib Zaytun (magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun) |
Twieled fl-20 ta' Mejju 1951 f'Damas; passaport diplomatiku Nru D000001300 |
Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
8. |
Amjad Al-Abbas |
|
Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida. |
09.05.2011 |
9. |
Rami Makhlouf |
Twieled fl-10 ta' Lulju 1969 f'Damasku, Nru tal-passaport 454224 |
Negozjant Sirjan; assoċjat ta' Mahir al-Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti. |
09.05.2011 |
10. |
Abd Al-Fatah Qudsiyah |
Twieled fl-1953 f'Hama; Nru tal-passaport diplomatiku D0005788 |
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
09.05.2011 |
11. |
Jamil Hassan |
|
Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
09.05.2011 |
12. |
Rustum Ghazali |
Twieled fit-3 ta' Mejju 1953 f'Dara'a; Nru tal-passaport diplomatiku D000000887 |
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-Fergħa tal-Kampanja ta' Damasku; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
09.05.2011 |
13. |
Fawwaz Al-Assad |
Twieled fit-18 ta' Ġunju 1962 f'Kerdala; Nru tal-passaport 88238 |
Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha. |
09.05.2011 |
14. |
Munzir Al-Assad |
Twieled fl-1 ta' Marzu 1961 f'Lattakia; Nru tal-passaport 86449 u 842781 |
Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha. |
09.05.2011 |
15. |
Asif Shawkat |
Twieled fil-15 ta' Jannar 1950 f'Al-Madehleh, Tartus |
Deputat Kap tal-Persunal għas-Sigurtà u r-Reconnaissance; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
16. |
Hisham Ikhtiyar |
Twieled fl-1941 |
Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali Sirjana; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
17. |
Faruq Al Shar' |
Twieled fl-10 ta' Diċembru 1938 |
Viċi President tas-Sirja; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
18. |
Muhammad Nasif Khayrbik |
Twieled fl-10 ta' April 1937 (alt. 20 ta' Mejju 1937) f'Hama, Nru tal-passaport diplomatiku 0002250 |
Assistent Viċi President tas-Sirja għall-Affarijiet tas-Sigurtá Nazzjonali; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
19. |
Mohamed Hamcho |
Twieled fl-20 ta' Mejju 1966; Nru tal-passaport diplomatiku 002954347 |
Ħaten Mahir Al-Assad; negozjant u aġent lokali ta' diversi kumpanniji barranin; jiffinanzja r-reġim li jippermetti r-repressjoni kontra d-dimostranti. |
23.05.2011 |
20. |
Iyad (magħruf ukoll bħala Eyad) Makhlouf |
Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N001820740 |
Ħu Rami Makhlouf u Uffiċjal tal-GID involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
21. |
Bassam Al Hassan |
|
Konsulent Presidenzjali għall-Affarijiet Strateġiċi; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
22. |
Dawud Rajiha |
|
Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati responsabbli għall-involviment militari fir-repressjoni tad-dimostranti paċifiċi. |
23.05.2011 |
23. |
Ihab (magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab) Makhlouf |
Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N002848852 |
Viċi President ta' SyriaTel u jieħu ħsieb il-Kumpannija Amerikana ta' Rami Makhlouf jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti. |
23.05.2011 |
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/19 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK tat-23 ta’ Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 136, tal-24 ta’ Mejju 2011 )
Paġna 84, Anness II, dan l-Anness għandu jinbidel b’dan li ġej:
ANNESS II
PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni Identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Ali Akbar SALEHI |
|
Ministru għall-Affarijiet Barranin. Ex Kap tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija indikata taħt il-UNSCR 1737 (2006). |
17.11.2009 |
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni Identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Research Institute of Nuclear Science & Technology (magħrufa wkoll bħala Nuclear Science & Technology Research Institute) |
AEOI, PO Box 14395-836, Tehran |
Subordinat tal-AEOI u jkompli l-ħidma tad-Diviżjoni tar-Riċerka tiegħu ta’ qabel. Id-direttur maniġerjali tiegħu huwa l-Viċi President tal-AEOI Mohammad Ghannadi (indikat fil-UNSCR 1737). |
26.07.2010 |
2. |
Ministry Of Defense And Support For Armed Forces Logistics (magħruf ukoll bħala Ministry Of Defense For Armed Forces Logistics; magħruf ukoll bħala MODAFL; magħruf ukoll bħala MODSAF) |
Jinsab fil-parti oċċidentali ta’ Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran, Iran |
Responsabbli għall-programmi ta’ riċerka, żvilupp u manifattura għad-difiża tal-Iran, inkluż appoġġ għall-programmi tal-missili u nukleari. |
23.06.2008 |
3. |
Iran Centrifuge Technology Company (magħrufa wkoll bħala TSA jew TESA) |
156 Golestan Street, Saradr-e Jangal, Tehran. |
Iran Centrifuge Technology Company ħadet f’idejha l-attivitajiet tal-Farayand Technique (indikata taħt il-UNSCR 1737). Hija timmanifattura partijiet ta’ ċentrifugi għall-arrikkiment tal-uranju, u qed tappoġġa direttament attivitajiet sensittivi għall-proliferazzjoni li l-Iran huwa meħtieġ li jissospendi mill-UNSCRs. Hija twettaq ħidma għall-Kalaye Electric Company (indikati taħt il-UNSCR 1737). |
26.07.2010 |
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/20 |
Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK tat-23 ta' Mejju 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 136, tal-24 ta’ Mejju 2011 )
F'paġna 92, Anness, l-Anness għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS
LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3 U 4
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Bashar Al-Assad |
Twieled fil-11 ta’ Settembru 1965 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku D1903 |
President tar-Repubblika; ordna u mexxa r-repressjoni kontra l-manifestanti. |
23.05.2011 |
2. |
Maher (magħruf ukoll bħala Mahir) Al-Assad |
Twieled fit-8 ta' Diċembru 1967; nru tal-passaport diplomatiku 4138 |
Kmadant tar-raba′ Diviżjoni tal-Armata, membru tal-Baath Party Central Command, strongman tal-Gwardja Repubblikana; ħu l-President Bashar Al-Assad; responsabbiltà prinċipali tal-vjolenza kontra d-dimostranti. |
9.05.2011 |
3. |
Ali Mamluk (magħruf ukoll bħala Mamlouk) |
Twieled fid-19 ta' Frar 1946 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku 983 |
Kap tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence Sirjana (GID); involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
9.05.2011 |
4. |
Muhammad Ibrahim Al-Sha’ar (magħruf ukoll bħala Mohammad Ibrahim Al-Chaar) |
|
Ministru tal-Intern; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
9.05.2011 |
5. |
Atej (magħruf ukoll bħala Atef, Atif) Najib |
|
Qabel kien il-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika f'Deraa; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
9.05.2011 |
6. |
Hafiz Makhluf (magħruf ukoll bħala Hafez Makhlouf) |
Twieled fit-2 ta' April 1971 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku 2246 |
Kurunell u Kap ta' Unità fid-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence, il-Fergħa ta' Damasku; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; qrib ta' Mahir Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
9.05.2011 |
7. |
Muhammad Dib Zaytun (magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun) |
Twieled fl-20 ta' Mejju 1951 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku D000001300 |
Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti. |
9.05.2011 |
8. |
Amjad Al-Abbas |
|
Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida. |
9.05.2011 |
9. |
Rami Makhlouf |
Twieled fl-10 ta' Lulju 1969 f'Damasku, Nru tal-passaport 454224 |
Negozjant Sirjan; assoċjat ta' Mahir al-Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti. |
9.05.2011 |
10. |
Abd Al-Fatah Qudsiyah |
Twieled fl-1953 f'Hama; Nru tal-passaport diplomatiku D0005788 |
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
9.05.2011 |
11. |
Jamil Hassan |
|
Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
9.05.2011 |
12. |
Rustum Ghazali |
Twieled fit-3 ta′ Mejju 1953 f′Dara'a; Nru tal-passaport diplomatiku D000000887 |
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-Fergħa tal-Kampanja ta' Damasku; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
9.05.2011 |
13. |
Fawwaz Al-Assad |
Twieled fit-18 ta' Ġunju 1962 f'Kerdala; Nru tal-passaport 88238 |
Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha. |
9.05.2011 |
14. |
Munzir Al-Assad |
Twieled fl-1 ta' Marzu 1961 f'Lattakia; Nru tal-passaport 86449 u 842781 |
Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha. |
9.05.2011 |
15. |
Asif Shawkat |
Twieled fil-15 ta' Jannar 1950 f'Al-Madehleh, Tartus |
Deputat Kap tal-Persunal għas-Sigurtá u r-Reconnaissance; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
16. |
Hisham Ikhtiyar |
Twieled fl-1941 |
Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali Sirjana; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
17. |
Faruq Al Shar′ |
Twieled fl-10 ta' Diċembru 1938 |
Viċi President tas-Sirja; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
18. |
Muhammad Nasif Khayrbik |
Twieled fl-10 ta' April 1937 (alt. 20 ta' Mejju 1937) f'Hama, Nru tal-passaport diplomatiku 0002250 |
Assistent Viċi President tas-Sirja għall-Affarijiet tas-Sigurtà Nazzjonali; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
19. |
Mohamed Hamcho |
Twieled fl-20 ta' Mejju 1966; Nru tal-passaport diplomatiku 002954347 |
Ħaten Mahir Al-Assad; negozjant u aġent lokali ta' diversi kumpanniji barranin; jiffinanzja r-reġim li jippermetti r-repressjoni kontra d-dimostranti. |
23.05.2011 |
20. |
Iyad (magħruf ukoll bħala Eyad) Makhlouf |
Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N001820740 |
Ħu Rami Makhlouf u Uffiċjal tal-GID involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
21. |
Bassam Al Hassan |
|
Konsulent Presidenzjali għall-Affarijiet Strateġiċi; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili. |
23.05.2011 |
22. |
Dawud Rajiha |
|
Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati responsabbli għall-involviment militari fir-repressjoni tad-dimostranti paċifiċi. |
23.05.2011 |
23. |
Ihab (magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab) Makhlouf |
Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N002848852 |
Viċi President ta' SyriaTel u jieħu ħsieb il-Kumpannija Amerikana ta' Rami Makhlouf jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti. |
23.05.2011 |
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/22 |
Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011 tat-23 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 136, tal-24 ta’ Mejju 2011 )
Paġna 44, Anness II, dan l-Anness għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS II
PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni Identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Ali Akbar SALEHI |
|
Ministru għall-Affarijiet Barranin. Ex Kap tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija indikata taħt il-UNSCR 1737 (2006). |
17.11.2009 |
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni Identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Research Institute of Nuclear Science & Technology (magħrufa wkoll bħala Nuclear Science & Technology Research Institute) |
AEOI, PO Box 14395-836, Tehran |
Subordinat tal-AEOI u jkompli l-ħidma tad-Diviżjoni tar-Riċerka tiegħu ta' qabel. Id-direttur maniġerjali tiegħu huwa l-Viċi President tal-AEOI Mohammad Ghannadi (indikat fil-UNSCR 1737). |
26.07.2010 |
2. |
Ministry Of Defense And Support For Armed Forces Logistics (magħruf ukoll bħala Ministry Of Defense For Armed Forces Logistics; magħruf ukoll bħala MODAFL; magħruf ukoll bħala MODSAF) |
Jinsab fil-parti oċċidentali ta' Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran, Iran |
Responsabbli għall-programmi ta' riċerka, żvilupp u manifattura għad-difiża tal-Iran, inkluż appoġġ għall-programmi tal-missili u nukleari. |
23.06.2008 |
3. |
Iran Centrifuge Technology Company (magħrufa wkoll bħala TSA jew TESA) |
156 Golestan Street, Saradr-e Jangal, Tehran. |
Iran Centrifuge Technology Company ħadet f'idejha l-attivitajiet tal-Farayand Technique (indikata taħt il-UNSCR 1737). Hija timmanifattura partijiet ta' ċentrifugi għall-arrikkiment tal-uranju, u qed tappoġġa direttament attivitajiet sensittivi għall-proliferazzjoni li l-Iran huwa meħtieġ li jissospendi mill-UNSCRs. Hija twettaq ħidma għall-Kalaye Electric Company (indikati taħt il-UNSCR 1737). |
26.07.2010 |