ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.158.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 158

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
16 ta' Ġunju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 566/2011 tat-8 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi ( 1 )

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 567/2011 tal-14 ta’ Ġunju 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Porchetta di Ariccia (IĠP)]

25

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 568/2011 tal-14 ta’ Ġunju 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miód drahimski (IĠP)]

27

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 569/2011 tal-15 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

29

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 570/2011 tal-15 ta’ Ġunju 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

31

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 571/2011 tal-15 ta’ Ġunju 2011 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2011

33

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/341/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/2/2011 tal-15 ta’ Ġunju 2011 dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall- operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

36

 

 

2011/342/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/3 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2011/6)

37

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 341/09/COL tat-23 ta’ Lulju 2009 dwar l-iskema nnotifikata rigward il-benefiċċji fiskali għal ċerti kooperattivi (Norveġja)

39

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2011 tal-10 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju provviżorju ta’ antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja ( ĠU L 122, 11.5.2011 )

54

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 566/2011

tat-8 ta’ Ġunju 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(4), 5(3) u 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2), b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur (vetturi) u partijiet sostituti fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom u jistipula regoli għal konformità waqt is-servizz, durabbiltà tal-mezzi għall-kontroll tat-tniġġis, sistemi djanjostiċi abbord (OBD), kejl tal-konsum tal-fjuwil u aċċessibbiltà għal informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vettura.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (3) jeħtieġ li l-Kummissjoni tintroduċi proċeduri ġdida ta’ ttestjar għall-massa u numru ta’ partikuli emessi minn vetturi light duty.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (4) teħtieġ l-użu ta’ bozoz tas-sewqan binhar għal raġunijiet ta’ sigurtà. L-effett ta’ dawk il-mezzi, li huma mixgħula b’mod permanenti matul l-operazzjoni tal-vetturi, għandhom jiġu riflessi b’mod xieraq fil-pollutant imkejjel u fl-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2).

(4)

Ir-riskju ta’ tbagħbis ma’ u ta’ fallimenti totali tal-filtri tal-partikuli tad-diżil (DPFs) jeħtieġ il-monitoraġġ ta’ DPFs, irrispettivament mill-eċċedenza tal-limitu applikabbli tal-OBD.

(5)

Minħabba n-natura permanenti tiegħu, il-monitoraġġ taċ-ċirkwiti elettriċi għandu jkun eżenti mir-rappurtaġġ li jirriżulta mir-rekwiżiti tal-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu tas-sistema tal-OBD.

(6)

Il-frekwenza limitata ta’ sitwazzjonijiet ta’ sewqan li matulhom jistgħu jitħaddmu l-moniters tas-sistema tal-kontroll taż-żieda fil-pressjoni jew moniters li jeħtieġu startjar kiesaħ teħtieġ rekwiżiti ta’ prestazzjoni speċjali għal dawn il-moniters.

(7)

Il-kundizzjonijiet statistiċi li taħthom tiġi vvalutata normalment il-konformità mar-rekwiżiti tal-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu għandhom jiġu armonizzati.

(8)

Jekk jiġi identifikat tbagħbis tas-sistema ta’ Riduzzjoni Katalitika Selettiva (SCR) permezz tal-monitoraġġ dirett tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-kundizzjonijiet li taħthom tiġi attivata s-sistema tagħha ta’ inċentiv tas-sewwieq għandhom jiġu definiti aħjar.

(9)

Ir-reġistrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv tas-sewwieq għandha tkun kjarifikata fir-rigward tal-użu futur possibbli ta’ din l-informazzjoni waqt spezzjonijiet li jivvalutaw kemm vettura tkun tajba għat-triq.

(10)

Il-ħarsien tal-kompjuter għall-kontroll tal-emissjonijiet minn tbagħbis għandu jkun soġġett għal titjib tekniku dovut għall-innovazzjoni.

(11)

Ir-reġistrazzjoni u r-rappurtaġġ tad-dejta huma partijiet essenzjali ta’ moniter OBD mandatorju u m’għandhomx jitħallew barra minħabba defiċjenzi allegati, b’mod partikolari mhux b’mod sistematiku fejn il-manifattur jagħżel ċerti standards għall-komunikazzjoni abbord u mhux abbord.

(12)

Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effettiva fis-suq għal servizzi ta’ informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vetturi, u sabiex jiġi kkjarfikat li l-informazzjoni kkonċernata tkopri wkoll l-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi pprovduta lil operaturi indipendenti oħra minbarra s-sewwejja, sabiex ikun żgurat li s-suq indipendenti tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi inġenerali jkun jista’ jikkompeti ma’ bejjiegħa awtorizzati, irrispettivament minn jekk il-manifattur tal-vettura jagħtix tali informazzjoni lill-bejjiegħa u s-sewwejja awtorizzati direttament, huma meħtieġa kjarifikazzjonijiet ulterjuri fir-rigward tad-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007.

(13)

Fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, filwaqt li l-manifatturi tal-vetturi m’għandhomx ikunu mġiegħla jiġbru dejta dwar modifiki ta’ vetturi individwali minn partijiet terzi esklużivament għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u tal-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu, sabiex ikun żgurat suq kompetittiv tat-tiswija u l-manutenzjoni, l-operaturi indipendenti għandhom jirċievu aġġornamenti għal dejta dwar il-komponenti tal-vettura sakemm l-aġġornamenti jkunu disponibbli għall-bejjiegħa u sewwejja awtorizzati.

(14)

L-unitajiet ta’ ħidma huma informazzjoni teknika importanti għal tiswija u manutenzjoni għal operaturi indipendenti. Il-kjarifika li l-unitajiet ta’ ħidma huma koperti bl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 hija mistennija tipprovdi ċertezza kummerċjali għall-atturi fis-suq.

(15)

Fejn il-manifatturi tal-vetturi jiddeċiedu li r-rekords tat-tiswija u l-manutenzjoni ma jibqgħux jinżammu f’format fiżiku – li s-sidien tal-vetturi jistgħu jagħmlu wkoll aċċessibbli għal sewwejja indipendenti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jintroduċu dikjarazzjoni tax-xogħol ta’ tiswija u manutenzjoni mwettaq – fil-vettura, iżda jinżammu fil-bażi ta’ dejta ċentrali tal-manifatturi tal-vetturi, dawn ir-rekords għandhom, bil-kunsens tas-sidien tal-vetturi, ikunu aċċessibbli wkoll għas-sewwejja indipendenti sabiex ikunu jistgħu jkomplu jipproduċu tali rekord komplut tax-xogħol ta’ tiswija u manutenzjoni mwettaq u sabiex is-sidien tal-vetturi jkun jista’ jkollhom dokument wieħed li jagħti prova ta’ tali xogħlijiet.

(16)

Aktar flessibbiltà għandha tingħata għall-programazzjoni mill-ġdid tal-unitajiet tal-kontroll tal-vettura u l-iskambju ta’ dejta bejn il-manifatturi tal-vetturi u l-operaturi indipendenti sabiex jingħata spazju għall-innovazzjonijiet u jiġu ffrankati spejjeż.

(17)

Għandu jkun żgurat li l-vetturi approvati f’konformità mar-Regolament rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) ekwivalenti għar-rekwiżiti relatati mal-emissjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament (KE) Nru 692/2008 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dawk ir-Regolamenti dwar l-aċċess għal informazzjoni jiġu approvati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 mingħajr piżijiet amministrattivi.

(18)

Minħabba li bħalissa m’hemm ebda proċess strutturat komuni għall-iskambju ta’ dejta dwar il-komponenti ta’ vettura bejn il-manifatturi tal-vetturi u operaturi indipendenti, huwa xieraq li jiġu żviluppati prinċipji għal tali skambju ta’ dejta. Proċess strutturat komuni futur dwar il-format standardizzat tad-dejta skambjata għandu jiġi żviluppat formalment mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), fejn il-mandat mogħti lil CEN ma jippredeterminax il-livell tad-dettall li dan l-istandard se jipprovdi. Il-ħidma ta’ CEN għandha, b’mod partikolari, tirrifletti l-interessi u l-ħtiġijiet kemm tal-manifatturi tal-vetturi kif ukoll ta’ operaturi indipendenti u għandha tinvestiga wkoll soluzzjonijiet bħal formati ta’ dejta miftuħa deskritti minn metadejta definita sew sabiex jiġu akkomodati l-infrastrutturi eżistenti tal-IT.

(19)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(20)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni mingħajr ekwivoku tal-vettura;

(b)

il-manwali tal-manutenzjoni, inklużi rekords ta’ servizz u manutenzjoni;

(ċ)

il-manwali tekniċi;

(d)

l-informazzjoni dwar il-komponenti u d-dijanjosi (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi ta’ kejl);

(e)

il-pjanti tal-wiring;

(f)

il-kodiċijiet tad-dijanjostika tal-ħsarat (inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur);

(g)

in-numru tal-identifikazzjoni għall-kalibrazzjoni tas-software applikabbli għat-tip ta’ vettura;

(h)

l-informazzjoni pprovduta li tikkonċerna, u tkun twasslet permezz ta’ għodda u tagħmir ta’ sjieda;

(i)

l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-dejta u d-dejta bi-direzzjonali ta’ monitoraġġ u ttestjar; u

(j)

unitajiet ta’ ħidma standard jew perjodi ta’ żmien għal xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni jekk jitpoġġew, jew direttament jew permezz ta’ parti terza, għad-dispożizzjoni tal-bejjiegħa u s-sewwejja awtorizzati tal-manifatturi.”

(b)

Għandu jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

“8.   Fejn ir-rekords ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ vettura jinżammu f’bażi ta’ dejta ċentrali tal-manifattur tal-vettura jew f’ismu, is-sewwejja indipendenti, approvati u awtorizzati kif meħtieġ skont il-punt 2.2 tal-Anness XIV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (*), għandu jkollhom aċċess għal tali rekords mingħajr ħlas u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal ta’ bejjiegħa jew sewwejja awtorizzati sabiex ikunu jistgħu jirreġistraw informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni li jkunu wettqu.

(*)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.”"

2.

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli inklużi servizzi ta’ tranżazzjoni bħal programmar mill-ġdid jew assistenza teknika fuq bażi ta’ kull siegħa, kull jum, kull xahar u kull sena, u l-ħlasijiet mitluba għall-aċċess għal tali informazzjoni għandhom ivarjaw skont il-perjodi ta’ żmien rispettivi li għalihom jingħata l-aċċess. B’żieda mal-aċċess ibbażat fuq iż-żmien, il-manifatturi jistgħu joffru aċċess ibbażat fuq it-tranżazzjoni, li għalih jintalbu ħlasijiet għal kull tranżazzjoni u mhux ibbażati fuq iż-żmien li għalih jingħata l-aċċess. Meta l-manifatturi joffru ż-żewġ sistemi ta’ aċċess, is-sewwejja indipendenti għandhom jagħżlu sistema ta’ aċċess preferita, jew ibbażata fuq iż-żmien jew ibbażata fuq it-tranżazzjoni.”

3.

Fl-Anness I, in-noti 1 u 2 tat-Tabella 1 u n-noti 1, 2 u 5 tat-Tabella 2 jitħassru.

Artikolu 2

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-punt 33 li ġej:

“33.

Startjar kiesaħ tfisser it-temperatura tal-likwidu li jkessaħ il-magna (jew temperatura ekwivalenti) mal-istartjar tal-magna inqas minn jew ugwali għal 35 °C u inqas minn jew ekwivalenti għal 7 K ogħla mit-temperatura tal-ambjent (jekk disponibbli) mal-istartjar tal-magna.”

2.

Fl-Artikolu 6(1), għandhom jiżdiedu r-raba u l-ħames subparagrafi li ġejjin:

“Ir-rekwiżiti rilevanti għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

Jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 13;

(b)

Il-vettura tkun ġiet approvata skont ir-Regolamenti Nru 83 tal-UN/ECE, sensiela ta’ emendi 06, Nru 101, sensiela ta’ emendi 01 u fil-każ ta’ vetturi li jaqbdu bil-kompressjoni Nru 24 parti III, sensiela ta’ emendi 03.

L-Artikolu 14 għandu japplika wkoll fil-każ imsemmi fir-raba’ subparagrafu.”

3.

Fl-Artikolu 10(1), għandhom jiżdiedu t-tielet u r-raba’ subparagrafi li ġejjin:

“Ir-rekwiżiti rilevanti għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 13;

(b)

It-tagħmir ta’ kontroll tat-tniġġis ta’ sostituzzjoni jkun ġie approvat skont ir-Regolament Nru 103 tal-UN/ECE.

L-Artikolu 14 għandu japplika wkoll fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu.”

4.

L-Artikolu 13(9) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.   Il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura (‘il-Forum’) huwa b’dan stabbilit.

Il-Forum għandu jqis jekk l-aċċess għall-informazzjoni jaffettwax l-avvanzi li saru biex jitnaqqas is-serq tal-vetturi u għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jittejbu r-rekwiżiti relatati mal-aċċess għall-informazzjon. B’mod partikolari, il-Forum għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni ta’ proċess għall-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ operaturi indipendenti minn organizzazzjonijiet akkreditati sabiex jaċċedu għal informazzjoni dwar is-sigurtà tal-vetturi.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li żżomm id-diskussjonijiet u s-sejbiet ta’ dan il-Forum kunfidenzjali.”

5.

L-Annessi I, III, IV, VIII, IX, XI, XII, XIV, XVI u XVIII huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

6.

L-Anness II huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1.


ANNESS I

Emendi għal ċerti Annessi tar-Regolament (KE) Nru 692/2008

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 2.3.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3.1.

Kwalunkwe vettura li jkollha kompjuter għall-kontroll tal-emissjonijiet għandha tinkludi karatteristiċi li jipprevjenu l-modifikazzjoni, ħlief kif awtorizzat mill-manifattur. Il-manifattur għandu jawtorizza l-modifikazzjonijiet jekk dawn il-modifikazzjonijiet huma meħtieġa għal dijanjosi, servis, spezzjoni, konverżjoni jew tiswija tal-vettura. Kwalunkwe kodiċi tal-kompjuter jew parametru operattiv riprogrammabbli għandu jkun reżistenti għat-tbagħbis u jippermetti livell ta’ protezzjoni għall-inqas daqs kemm huma tajbin id-dispożizzjonijiet fl-ISO 15031-7; li jġib id-data tal-15 ta’ Marzu 2001 (SAE J2186 bid-data ta’ Ottubru 1996). Kwalunkwe ċippa ta’ kalibrazzjoni tal-memorja li tista’ titneħħa għandha tiġi preservata, tingħalaq f’kontenitur issiġġillat jew tiġi protetta permezz ta’ algoritmi elettroniċi u m’għandhiex titbiddel mingħajr ma jintużaw għodod u proċeduri speċjalizzati. Jistgħu jiġu protetti b’dan il-mod biss komponenti direttament assoċjati mal-kalibrazzjoni tal-emissjonijiet jew mal-prevenzjoni tas-serq tal-vettura.”

(b)

Il-Figura I.2.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

Figura I.2.4

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip u għall-estensjonijiet

 

Vetturi b’magni positive-ignition inklużi l-ibridi

Vetturi b’magni compression-ignition inklużi l-ibridi

Fjuwil wieħed

Żewġ fjuwils (1)

Flex fuel (1)

Flex fuel

Fjuwil wieħed

Fjuwil ta’ referenza

Petrol (E5)

LPG

NG/Bijometanu

Idroġenu

Petrol (E5)

Petrol (E5)

Petrol (E5)

Petrol (E5)

Diżil (B5)

Diżil (B5)

LPG

NG/Bijometanu

Idroġenu

Etanol (E85)

Bijodiżil

Inkwinanti gassużi

(test tat-Tip 1)

Iva

Iva

Iva

 

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(B5 biss) (2)

Iva

Massa tal-partikulat u numru tal-partikula

(test tat-Tip 1)

Iva

 

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(B5 l biss) (2)

Iva

Emissjonijiet meta l-vettura tkun idle

(test tat-Tip 2)

Iva

Iva

Iva

 

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Emissjonijiet mill-crankcase

(test tat-Tip 3)

Iva

Iva

Iva

 

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(petrol)

Emissjonijiet evaporattivi

(test tat-Tip 4)

Iva

 

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(petrol)

Durabbiltà

(test tat-Tip 5)

Iva

Iva

Iva

 

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(petrol)

Iva

(B5 l biss) (2)

Iva

Emissjonijiet f’temperaturi baxxi

(test tat-Tip 6)

Iva

 

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(iż-żewġ fjuwils) (3)

 

 

Konformità waqt is-servizz

Iva

Iva

Iva

 

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(petrol biss) (2)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(B5 l biss) (2)

Iva

Dijanjostika abbord

Iva

Iva

Iva

 

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Emissjonijiet tas-CO2 u konsum tal-fjuwil

Iva

Iva

Iva

 

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(petrol biss)

Iva

(iż-żewġ fjuwils)

Iva

(B5 l biss) (2)

Iva

Opaċità tad-duħħan

 

Iva

(B5 l biss) (2)

Iva

(c)

Fl-Appendiċi 3, il-punt 3.4.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.4.8.

Il-firxa elettrika tal-vettura … km (skont l-Anness 9 tar-Regolament Nru 101 tal-UN/ECE)”

(d)

Fl-Appendiċi 4, il-punt 3.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.2.

It-termini u l-kondizzjonijiet ta’ aċċess (i.e. tul ta’ żmien tal-aċċess, prezz tal-aċċess fuq bażi ta’ kull siegħa, kull jum, kull xahar, kull sena u skont kull tranżazzjoni) għall-websajts imsemmija fil-punt 3.1.): …”;

(e)

Fl-Appendiċi 6, għandu jiżdied dan li ġej mal-muftieħ tat-tabella 1:

“Standard ta’ emissjonijiet Euro 5b= ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet kollha Euro 5 inkluża l-proċedura riveduta ta’ kejl għall-partikulati, l-istandard tan-numru ta’ partikuli u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil.

Standard ta’ emissjonjiet Euro 6b= ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet kollha Euro 6 inkluża l-proċedura riveduta ta’ kejl għall-partikulati, l-istandard tan-numru ta’ partikuli u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil.

Standards tal-OBD Euro 5= ir-rekwiżiti ta’ bażi tal-OBD Euro 5 eskluż il-proporzjon rilaxxat tal-prestazzjoni waqt l-użu (IUPR), il-monitoraġġ tal-NOx għall-vetturi li jieħdu l-petrol u l-limiti ta’ limitu aktar stretti tal-PM għad-diżil.

Standards tal-OBD Euro 6= ir-rekwiżiti kollha tal-OBD Euro 6.”;

2.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 3.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.1.

Ir-rekwiżiti tekniċi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punti 3.2 sa 3.12. Mid-dati stipulati fit-tieni sentenza tal-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 il-massa ta’ materja f’partikuli (PM) u n-numru tal-partikuli (P) għandhom jiġu determinati skont il-proċedura tat-test tal-emissjoni stipulata fit-taqsima 6 tal-Anness 4a tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE, sensiela ta’ emendi 05, supplement 07, bl-użu tat-tagħmir tal-ittestjar deskritt fil-punti 4.4 u 4.5 tiegħu, rispettivament.”

(b)

Fil-punt 3.4., għandu jiżdied dan li ġej:

“Għall-etanol (E75) (C1 H2,61 O0,329)

d = 0,886 g/l”

(c)

It-tabella fil-punt 3.8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Fjuwil

X

Petrol (E5)

13,4

Diżil (B5)

13,5

LPG

11,9

NG/bijometanu

9,5

Etanol (E85)

12,5

Etanol (E75)

12,7 ”

(d)

Fil-punt 3.10, għandu jiżdied dan li ġej:

“QTHC = 0,886 fil-każ tal-etanol (E75)”;

(e)

Għandu jiżdied il-punt 3.14. li ġej:

“3.14.

Mid-dati stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/89/KE (*) il-bozoz tas-sewqan binhar tal-vettura kif definiti fit-taqsima 2 tar-Regolament Nru 48 tal-UN/ECE (**) għandhom jinxtegħlu waqt iċ-ċiklu tat-test. Il-vettura ttestjata għandha tkun mgħammra bis-sistema tal-bozoz tas-sewqan binhar li għandha l-ogħla konsum ta’ enerġija elettrika fost is-sistema tal-bozoz tas-sewqan binhar, li huma mwaħħla mill-manifattur fuq vetturi fil-grupp rappreżentat mill-vettura approvata tat-tip. Il-manifattur għandu jissupplixxi d-dokumentazzjoni teknika xierqa lill-awtoritajiet għall-approvazzjoni tat-tip f’dan ir-rigward.

(*)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 14."

(**)  ĠU L 135, 23.5.2008, p. 1.”"

3.

Fl-Anness IV, il-punt 2.2 tal-Appendiċi 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.2.

Il-proporzjonijiet atomiċi speċifikati fil-punt 5.3.7.3. għandhom jiftiehmu kif ġej:

 

Hcv = Il-proporzjon atomiku tal-idroġenu mal-karbonju

għall-petrol (E5) 1,89

għal-LPG 2,53

għall-NG/bijometanu 4,0

għall-etanol (E85) 2,74

għall-etanol (E75) 2,61

 

Ocv = Il-proporzjon atomiku tal-ossiġnu mal-karbonju

għall-petrol (E5) 0,016

għal-LPG 0,0

għall-NG/bijometanu 0,0

għall-etanol (E85) 0,39

għall-etanol (E75) 0,329”

4.

Fl-Anness VIII, il-punt 2.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3.

Il-valuri ta’ limitu msemmija fil-punt 5.3.5.2 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE huma relatati mal-valuri ta’ limitu mniżżla fl-Anness 1, Tabella 4, tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.”

5.

Fi tmiem l-Anness IX, Taqsima B, it-test “L-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil ta’ referenza għandha tiġi żviluppata qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007” għandu jiġi sostitwit bit-tabella li ġejja:

“Parametru

Unità

Limiti (4)

Metodu tat-test (5)

Minimu

Massimu

In-numru ottan ta’ riċerka, RON

 

95

EN ISO 5164

In-numru ottan tal-mutur, MON

 

85

EN ISO 5163

Id-densità fi 15 °C

kg/m3

rapport

EN ISO 12185

Il-pressjoni tal-fwar

kPa

50

60

EN ISO 13016-1 (DVPE)

Il-kontenut ta’ kubrit (6)  (7)

mg/kg

10

EN ISO 20846

EN ISO 20884

L-istabbiltà tal-ossidazzjoni

minuti

360

EN ISO 7536

Il-kontenut ta’ gomma eżistenti (maħsula bis-solvent)

mg/100 ml

4

EN ISO 6246

Id-dehra għandha tkun iddeterminata f’temperatura ambjentali jew fi 15 °C liema minnhom tkun l-ogħla

 

Ċara u brillanti, viżibbilment ħielsa minn kontaminanti sospiżi jew preċipitati

Spezzjoni viżwali

L-etanol u l-alkoħols ogħla (10)

% (V/V)

70

80

EN 1601

EN 13132

EN 14517

L-alkoħols ogħla (C3 - C8)

% (V/V)

2

 

Il-metanol

 

0,5

 

Il-petrol (8)

% (V/V)

Bilanċ

EN 228

Il-fosfru

mg/l

0,30  (9)

ASTM D 3231

EN 15487

Il-kontenut ta’ ilma

% (V/V)

0,3

ASTM E 1064

EN 15489

Il-kontenut ta’ kloridi inorganiċi

mg/l

1

ISO 6227 - EN 15492

pHe

 

6,50

9

ASTM D 6423

EN 15490

Il-korrużjoni tal-istrixxa tar-ram (3h f’50 °C)

Klassifikazzjoni

Klassi 1

 

EN ISO 2160

L-aċidità (bħala aċidu aċetiku CH3COOH)

% (m/m)

 

0,005

ASTM D1613

EN 15491

mg/l

 

40

Il-proporzjon tal-karbonju/tal-idroġenu

 

rapport

 

Il-proporzjon tal-karbonju/tal-ossiġnu

 

rapport

 

6.

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a)

Għandu jiżdied il-punt 2.14. li ġej:

“2.14.

Mill-1 ta’ Settembru 2011, b’devjazzjoni mill-punt 3.3.5 tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE, nasba għall-partikulati, fejn mgħammra bħala unità separata jew integrata f’tagħmir għall-kontroll tal-emissjonijiet kombinat, għandha tkun dejjem monitorjata għall-inqas għal falliment totali jew tneħħija jekk dan tal-aħħar irriżulta fil-qbiż tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli. Għandha wkoll tkun monitorjata għal kwalunkwe falliment li jirriżulta fil-qbiż tal-limiti tal-limitu tal-OBD applikabbli.”

(b)

Il-punt 3.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.3.

L-awtorità tal-approvazzjoni ma għandha taċċetta l-ebda talba minħabba defiċjenza li tinkludi n-nuqqas sħiħ ta’ moniter dijanjostiku meħtieġ jew ta’ reġistrazzjoni u rapportaġġ mandatorju ta’ data relatata ma’ moniter.”

(c)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-punti 3.1.7. u 3.1.8. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.1.7.

Il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni u meta mitlub lill-Kummissjoni li dawn il-kundizzjonijiet statistiċi qed jiġu sodisfatti għall-moniters kollha li jeħtieġ li jiġu rapportati mis-sistema OBD skont il-punt 3.6 ta’ dan l-Appendiċi mhux aktar tard minn 18-il xahar wara t-tpoġġija fis-suq tal-ewwel tip ta’ vettura b’IUPR f’familja tal-OBD u darba kull 18-il xahar wara dan. Għal dan il-għan, għal familji tal-OBD magħmula minn aktar minn 1 000 reġistrazzjoni fl-Unjoni li huma suġġetti għat-teħid ta’ kampjuni fil-perjodu ta’ teħid ta’ kampjuni għandu jintuża l-proċess deskritt fl-Anness II mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3.1.9 ta’ dan l-Appendiċi.

Minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II u irrispettivament mir-riżultat tal-verifika deskritta fit-taqsima 2 tal-Anness II, l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni għandha tapplika l-kontroll tal-konformità waqt is-servizz għall-IUPR deskritt fl-Appendiċi 1 tal-Anness II f’għadd xieraq ta’ każijiet determinati b’mod każwali. F’għadd xieraq ta’ każijiet determinati b’mod każwali tfisser, li din il-miżura għandha effett disważiv fuq in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 3 ta’ dan l-Anness jew il-forniment ta’ data manipulata, falza jew mhux rappreżentattiva għall-verifika. Jekk ebda ċirkustanzi speċjali ma japplikaw u jistgħu jiġu murija mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni każwali tal-kontroll tal-konformità waqt is-servizzi ta’ 5 % tal-familji tal-OBD approvati tat-tip għandha titqies bħala suffiċjenti għall-konformità ma’ dan ir-rekwiżit. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jistgħu jsibu arranġamenti mal-manifattur għat-tnaqqis tal-ittestjar doppju ta’ familja tal-OBD speċifika sakemm dawn l-arranġamenti ma jxekklux l-effett disważiv tal-kontroll tal-konformità waqt is-servizz tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip infisha għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 3 ta’ dan l-Anness. Id-dejta miġbura mill-Istati Membri waqt il-programmi ta’ ttestjar ta’ sorveljanza tista’ tintuża għall-kontrolli tal-konformità waqt is-servizz. Meta mitluba, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jipprovdu d-dejta dwar il-verifiki u l-kontrolli tal-konformità waqt is-servizz imwettqa, inkluża l-metodoloġija użata għall-identifikazzjoni ta’ dawk il-każijiet, li huma suġġetti għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz każwali, lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip oħra.

3.1.8.

Għall-kampjun kollu tat-test tal-vetturi, il-manifattur irid jirrapporta lill-awtoritajiet rilevanti d-dejta kollha tal-prestazzjoni waqt l-użu li għandha tiġi rrapurtata mis-sistema OBD skont il-punt 3.6 ta’ dan l-Appendiċi flimkien mal-identifikazzjoni tal-vettura li tkun qed tiġi ttestjata u l-metodoloġija użata għall-għażla tal-vetturi ttestjati mill-flotta. Fuq talba, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tagħti l-approvazzjoni għandha tagħmel din id-dejta u r-riżultati tal-evalwazzjoni statistika disponibbli għall-Kummissjoni u għal awtoritajiet tal-approvazzjoni oħra.”

(ii)

Għandu jiżdied il-punt 3.1.10. li ġej:

“3.1.10.

In-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-punt 3.1.6 stabbiliti mit-testijiet deskritti fil-punti 3.1.7 jew 3.1.9 għandha titqies bħala ksur suġġett għall-penali stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. Din ir-referenza ma tillimitax l-applikazzjoni ta’ tali penali għal ksur ieħor ta’ dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew dan ir-Regolament, li ma jirreferux b’mod espliċitu għall-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.”

(iii)

Fil-punt 3.3.2., għandhom jiżdiedu l-punti (e) u (f) li ġejjin:

“(e)

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti għall-inkrement tad-denominaturi ta’ moniters oħra, id-denominaturi tal-moniters tal-komponenti li ġejjin għandhom jiġu inkrementati jekk u biss jekk iċ-ċiklu tas-sewqan ikun inbeda bi startjar kiesaħ:

(i)

Sensuri likwidi (żejt, likwidu li jkessaħ il-magna, fjuwil, reaġent SCR) tat-temperatura;

(ii)

Sensuri ta’ ajra nadifa (arja ambjentali, arja tal-intake, arja taċ-ċarġ, manifold tal-intake) tat-temperatura;

(iii)

Sensuri tal-egżost (ċirkolazzjoni mill-ġdid/tkessiħ tal-EGR, iċċarġjar turbo tal-gass tal-egżost, katalist) tat-temperatura;

(f)

Id-denominaturi tal-moniters tas-sistema għall-kontroll taż-żieda fil-pressjoni għandhom jiġu inkrimentati jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

il-kundizzjonijiet ġenerali tad-denominatur huma sodisfatti;

(ii)

is-sistema tal-kontroll taż-żieda fil-pressjoni hija attiva għal ħin itwal minn jew ugwali għal 15-il sekonda.”

(iv)

Il-punt 3.6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.6.2.

Għal komponenti jew sistemi speċifiċi li jkollhom ħafna moniters, li jeħtieġ li jiġu rapportati minn dan il-punt (eż. il-massa tas-sensuri tal-ossiġnu 1 jista’ jkollu ħafna moniters għal reazzjoni tas-sensuri jew għal karatteristiċi oħra tas-sensuri), is-sistema OBD għandha tintraċċa separatament in-numeraturi u d-denominaturi għal kull moniter speċifiku ħlief dawk li jimmonitorjaw l-ixxortjar fiċ-ċirkwit jew fallimenti fiċ-ċirkwit miftuħ u tirrapporta biss in-numeratur u d-denominatur korrispondenti għall-moniter speċifiku li jkollu l-aktar proporzjon numeriku baxx. Jekk żewġ moniters speċifiċi jew aktar ikollhom proporzjonijiet identiċi, għall-komponent speċifiku għandhom jiġu rapportati n-numeratur u d-denominatur korrispondenti għall-moniter speċifiku li jkollu l-ogħla denominatur.”

7.

L-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 2.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3.

Il-punt 5.2.4. tar-Regolament Nru 101 tal-UN/ECE għandu jaqra:

(1)

id-densità: imkejla fuq fil-fjuwil tat-test skont l-ISO 3675 jew metodu ekwivalenti. Għall-petrol, għad-diżil, għall-bijodiżil u għall-etanol (E85 u E75) għandha tintuża d-densità mkejla f’temperatura ta’ 15 °C; għal-LPG u għall-gass naturali/bijometanu għandha tintuża densità ta’ referenza, kif ġej:

 

0,538 kg/litru għal-LPG,

 

0,654 kg/m3 għall-NG (3)

(2)

il-proporzjon idroġenu-karbonju-ossiġnu: għandhom jintużaw valuri fissi li huma:

 

C1H1,89O0,016 għall-petrol,

 

C1H1,86O0,005 għad-diżil,

 

C1H2,525 għal-LPG (gas tal-petroleum likwifikat),

 

CH4 għall-NG (gass naturali) u bijometanu,

 

C1H2,74O0,385 għall-etanol (E85),

 

C1 H2,61 O0,329 għall-etanol (E75).”

(b)

Għandu jiżdied il-punt 3.5. li ġej:

“3.5.

Matul iċ-ċiklu tat-test użat għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vettura għandha tapplika d-dispożizzjoni tal-punt 3.14 tal-Anness III.”

8.

L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 2.1., għandu jiżdied dan li ġej:

“L-informazzjoni dwar il-partijiet kollha tal-vettura, li biha l-vettura, kif identifikata min-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u kull kriterju addizzjonali bħall-bażi tar-rota, l-output tal-magna, il-livell jew opzjonijiet tat-trim, hija mgħammra mill-manifattur tal-vettura u li jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet sostituti offruti mill-manifattur tal-vettura lis-sewwejja jew bejjiegħa awtorizzati tiegħu jew partijiet terzi permezz ta’ referenza għan-numru tal-partijiet tat-tagħmir oriġinali (OE), għandha tkun disponibbli f’bażi ta’ dejta li tkun faċilment aċċessibbli għal operaturi indipendenti.

Din il-bażi ta’ dejta għandha tinkludi l-VIN, in-numri tal-partijiet OE, l-attributi tal-validità (id-dati validu minn u validu sa), l-attributi tal-immuntar u fejn applikabbli l-karatteristiki tal-istrutturar.

L-informazzjoni fuq il-bażi ta’ dejta għandha tiġi aġġornata regolarment. L-aġġornamenti għandhom jinkludu b’mod partikolari l-modifiki kollha lill-vetturi individwali wara l-produzzjoni tagħhom jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-bejjiegħa awtorizzati.”

(b)

Il-punti 2.2. u 2.3. huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.2.

L-aċċess għall-karatteristiki tas-sigurtà tal-vettura li jintużaw mill-bejjiegħa u mill-ħwienet tat-tiswija awtorizzati għandu jkun disponibbli għall-operaturi indipendenti taħt il-protezzjoni tat-teknoloġija tas-sigurtà skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

id-dejta għandha tkun skambjata filwaqt li jiġu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni kontra repetizzjoni (replay);

(ii)

għandu jintuża l-istandard https//ssl-tls (RFC4346);

(iii)

għandhom jintużaw ċertifikati ta’ sigurtà skont l-ISO 20828 għall-awtentikazzjoni reċiproka ta’ operaturi u manifatturi indipendenti;

(iv)

iċ-ċavetta privata tal-operatur indipendenti għandha tkun protetta minn ħardwer sikur.

Il-Forum dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni dwar il-Vettura msemmi fil-paragrafu 9 tal-Artikolu 13 għandu jispeċifika l-paramentri għat-twettiq ta’ dawn ir-rekwiżiti skont l-aħħar avvanzi.

L-operatur indipendenti għandu jkun approvat u awtorizzat għal dan il-fini fuq il-bażi ta’ dokumenti li juru li huwa jwettaq attività leġittima ta’ negozju u li ma nstabx ħati ta’ attività kriminali rilevanti.

2.3.

Ir-riprogrammazzjoni tal-unitajiet ta’ kontroll ta’ vetturi mmanifatturati wara l-31 ta’ Awwissu 2010 għandha titwettaq skont l-ISO 22900 jew l-SAE J2534, tkun xi tkun id-data ta’ approvazzjoni tat-tip. Għall-validazzjoni tal-kompatibbiltà tal-applikazzjoni speċifika għall-manifattur u l-kollegamenti tal-komunikazzjoni tal-vettura (VCI) konformi mal-ISO 22900 jew l-SAE J2534, il-manifattur għandu joffri jew validazzjoni ta’ VCIs żviluppati indipendentement jew l-informazzjoni, u s-self ta’ kwalunkwe ħardwer speċjali, meħtieġ biex manifattur tal-VCI jwettaq tali validazzjoni huwa stess. Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 japplikaw għal ħlasijiet għal tali validazzjoni jew informazzjoni u ħardwer.

Għall-vetturi mmanifatturati qabel l-1 ta’ Settembru 2010 il-manifattur jista’ joffri jew riprogrammazzjoni sħiħa f’konformità ma’ ISO 22900 jew SAE J2534, inkella riprogrammazzjoni permezz tal-bejgħ jew kiri tal-għodda proprjetarja tiegħu stess. F’dan il-każ tal-aħħar, l-operaturi indipendenti jrid ikollhom aċċess b’mod mhux diskriminatorju, immedjat u proporzjonat, u l-għodda għandha tiġi pprovduta f’forma li tista’ tintuża. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandhom japplikaw għal ħlasijiet għall-aċċess għal dawn l-għodod.”

(c)

Il-punt 2.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.8.

Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu onorarji għal kull siegħa, kull jum, kull xahar, kull sena u kull tranżazzjoni għall-aċċess għall-websajts tagħhom ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, u li għandhom ikunu raġonevoli u proporzjonati.”

9.

L-Anness XVI huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 6.2, għandu jiżdied dan li ġej:

“Għall-fini ta’ dan il-punt dawn is-sitwazzjonijiet huma preżunti li jseħħu, jekk jinqabeż il-limitu tal-emissjoni tal-NOx applikabbli tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, multiplikat b’fattur ta’ 1,5. B’eċċezzjoni, għal vettura approvata għal-limiti tal-limitu interim OBD Euro 6 tal-punt 2.3.2 tal-Anness XI ta’ dan ir-Regolament, dawk is-sitwazzjonijiet huma preżunti li jseħħu jekk il-limitu tal-emissjoni tal-NOx applikabbli tat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jinqabeż b’100 mg jew aktar. L-emissjonijiet tal-NOx matul it-test biex tintwera l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti m’għandhomx ikunu aktar minn 20 % ogħla mill-valuri msemmija fl-ewwel u fit-tieni sentenza.”

(b)

Il-punt 7.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.1.

Fejn issir referenza għal dan il-punt, għandhom jinħażnu Identifikaturi tal-Parametri (PID) li ma jistgħux jitħassru li jidentifikaw ir-raġuni għal u d-distanza vvjaġġata mill-vettura waqt l-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv. Il-vettura għandha żżomm rekord tal-PID għal mill-inqas 800 jum jew 30 000 km ta’ tħaddim il-vettura. Il-PID għandu jkun disponibbli permezz tal-port serjali tal-konnettur dijanjostiku standard fuq talba ta’ għodda ġenerika tal-iskenjar skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.5.3.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE u l-punt 2.5 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI ta’ dan ir-Regolament. Mid-dati msemmija fl-Artikolu 17, l-informazzjoni maħżuna fil-PID għandha tkun marbuta mal-perjodu tal-operat tal-vettura kumulat, li matulu seħħ, bi preċiżjoni ta’ mhux inqas minn 300 jum jew 10 000 km.”

10.

Fl-Anness XVIII, il-punt 3.4.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.4.8.

Il-firxa elettrika tal-vettura … km (skont l-Anness 9 tar-Regolament Nru 101 tal-UN/ECE)”


(1)  Fejn vettura li tieħu żewġ fjuwils tkun ikkombinata ma’ vettura li tieħu flex fuel, ikunu applikabbli ż-żewġ rekwiżiti tat-test.

(2)  Din id-dispożizzjoni hija temporanja, rekwiżiti ulterjuri għall-bijodiżil u l-idroġenu għandhom jiġu proposti aktar 'il quddiem.

(3)  It-test fuq petrol biss qabel id-dati stipulati fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. It-test għandu jitwettaq fuq iż-żewġ fjuwils wara dawn id-dati. Għandu jintuża l-fjuwil ta' referenza tat-test E75 speċifikat fl-Anness IX Taqsima B.”

(4)  Il-valuri msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet huma ‘valuri veri’. Fl-istabbiliment tal-valuri ta’ limitu, ġew applikati t-termini tal-ISO 4259 Prodotti tal-petroleum — Determinazzjoni u applikazzjoni ta’ data ta’ preċiżjoni b’relazzjoni għall-metodi tat-test. Fl-iffissar ta’ valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R 'il fuq miż-żero. Fl-iffissar ta' valur massimu u minimu, id-differenza minima użata kienet ta’ 4R (R = riproduċibbiltà). Minkejja din il-proċedura, li hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, il-manifatturi tal-fjuwil għandhom jimmiraw għal valur ta’ żero fejn il-valur massimu stipulat huwa ta’ 2R u għall-valur intermedju għal kwotazzjonijiet ta’ limiti massimi u minimi. Jekk ikun meħtieġ li jiġi ċċarat jekk fjuwil jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet, għandhom jiġu applikati t-termini tal-ISO 4259.

(5)  F’każi ta’ tilwim, għandhom jintużaw il-proċeduri biex tiġi solvuta t-tilwima u l-intepretazzjoni tar-riżultati bbażata fuq il-preċiżjoni tal-metodu tat-test, deskritti fl-EN ISO 4259.

(6)  F’każi ta’ tilwima nazzjonali rigward il-kontenut tal-kubrit, għandu jsir użu jew mill-EN ISO 20846 jew mill-EN ISO 20884 b’mod simili għar-referenza fl-anness nazzjonali għall-EN 228.

(7)  Għandu jiġi rapportat il-kontenut effettiv tal-kubrit tal-fjuwil li jintuża għat-test tat-Tip 6.

(8)  Il-kontenut tal-petrol bla ċomb jista’ jiġi determinat bħala 100 mingħajr is-somma tal-kontenut f’perċentwali ta’ ilma u ta’ alkoħols.

(9)  Ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza m’għandu jkun hemm l-ebda żieda intenzjonali ta’ komposti li fihom il-fosfru, il-ħadid, il-manganiż, jew iċ-ċomb.

(10)  L-etanol li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-EN 15376 huwa l-uniku ossiġenat li għandu jiġi miżjud intenzjonalment ma’ dan il-fjuwil ta’ referenza.”


ANNESS II

ANNESS II

IL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-konformità waqt is-servizz tal-emissjonijiet mit-tailpipe u OBD (inkluż IUPRM) għal vetturi approvati għat-tip skont dan ir-Regolament.

2.   IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ

2.1.   Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz mill-awtorità tal-approvazzjoni għandha titwettaq fuq il-bażi ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollu l-manifattur, skont l-istess proċeduri bħal dawk għall-konformità tal-produzzjoni definiti fl-Artikolu 12(1) u (2) tad-Direttiva 2007/46/KE u fil-punti 1 u 2 tal-Anness X ta’ dik id-Direttiva. L-informazzjoni mill-ittestjar ta’ sorveljanza tal-awtorità tal-approvazzjoni u tal-Istat Membru tista’ tikkomplementa r-rapporti ta’ monitoraġġ waqt is-servizz ipprovduti mill-manifattur.

2.2.   Il-figura li tissemma fil-punt 9 tal-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness u l-Figura 4/2 tal-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE (għal emissjonijiet mit-tailpipe biss) jispjegaw il-proċedura għalll-kontroll tal-konformità waqt is-servizz. Il-proċess għall-konformità waqt is-servizz huwa deskritt fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.

2.3.   Bħala parti mill-informazzjoni pprovduta għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz, fuq it-talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-manifattur għandu jirrapporta lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dwar talbiet għal garanzija, xogħlijiet ta’ tiswija bil-garanzija u ħsarat fl-OBD irreġistrati waqt is-servis, skont format miftiehem waqt l-approvazzjoni tat-tip. L-informazzjoni għandha tispjega fid-dettall il-frekwenza u s-sustanza tal-ħsarat għall-komponenti u għas-sistemi relatati mal-emissjonijiet. Ir-rapporti għandhom jiġu preżentati mill-inqas darba fis-sena għal kull mudell ta’ vettura sakemm idum il-perjodu definit fl-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament.

2.4.   Il-parametri li jiddefinixxu l-familja ta’ waqt is-servizz tal-emissjonijiet mit-tailpipe

Il-familja ta’ waqt is-servizz tista’ tiġi definita permezz tal-parametri bażiċi tad-disinn li għandhom ikunu komuni għall-vetturi fi ħdan il-familja. Għaldaqstant, it-tipi ta’ vetturi jistgħu jitqiesu bħala li jappartjenu għall-istess familja ta’ waqt is-servizz jekk ikollhom komuni, jew fi ħdan it-tolleranzi dikjarati, il-parametri li ġejjin:

2.4.1.

il-proċess kombustibbli (two stroke, four stroke, rotatorju);

2.4.2.

in-numru ta’ ċilindri;

2.4.3.

il-konfigurazzjoni tal-blokka taċ-ċilindru (allinjata, V, radjali, orizzontalment opposta, oħrajn. L-inklinazzjoni jew l-orjentazzjoni taċ-ċilindri mhix kriterju);

2.4.4.

il-metodu tal-alimentazzjoni tal-magna (eż. injezzjoni indiretta jew diretta);

2.4.5.

it-tip tas-sistema ta’ tkessiħ (arja, ilma, żejt);

2.4.6.

il-metodu tal-aspirazzjoni (aspirat naturalment, iċċarġjat bil-pressjoni);

2.4.7.

il-fjuwil li għalih hija ddiżinjata l-magna (petrol, diżil, NG, LPG, eċċ). Vetturi li jieħdu żewġ fjuwils jistgħu jiġu ggruppati mal-vetturi li jieħdu fjuwil speċifiku sakemm wieħed mill-fjuwils ikun komuni;

2.4.8.

it-tip ta’ konvertitur katalitiku (katalista three-way, nasba rqiqa għall-NOx, SCR, katalista rqiqa tal-NOx jew ieħor (oħrajn));

2.4.9.

it-tip ta’ nasba għall-partikulati (biha jew mingħajrha);

2.4.10.

ir-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost (biha jew mingħajrha, imkessħa jew mhux imkessħa); u

2.4.11.

il-kapaċità taċ-ċilindri tal-magna tal-akbar magna fi ħdan il-familja neħħi 30 %.

2.5.   Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni

Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz se ssir mill-awtorità tal-approvazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur. Tali informazzjoni għandha tinkludi b’mod partikolari dan li ġej:

2.5.1.

l-isem u l-indirizz tal-manifattur;

2.5.2.

l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-faks u l-indirizz elettroniku tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu fi ħdan l-oqsma koperti mill-informazzjoni tal-manifattur;

2.5.3.

l-isem/ismijiet tal-mudell(i) tal-vetturi inkluż(i) fl-informazzjoni tal-manifattur;

2.5.4.

fejn xieraq, il-lista tat-tipi ta’ vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur, jiġifieri għal emissjonijiet mit-tailpipe, il-grupp tal-familja ta’ waqt is-servizz skont il-punt 2.4, u għall-OBD u IUPRM, il-familja OBD skont l-Appendiċi 2 tal-Anness XI;

2.5.5.

il-kodiċijiet tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) applikabbli għal dawn it-tipi ta’ vetturi fi ħdan il-familja (il-prefiss tal-VIN);

2.5.6.

in-numri tal-approvazzjonijiet tat-tip applikabbli għal dawn it-tipi ta’ vetturi fi ħdan il-familja ta’ waqt is-servizz, inklużi, fejn applikabbli, in-numri tal-estensjonijiet kollha u tat-tiswijiet li jsiru fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż (mudelli ġodda);

2.5.7.

id-dettalji tal-estensjonijiet, tat-tiswijiet fil-post/irtirar ta’ prodott difettuż għal dawk l-approvazzjonijiet tat-tip għall-vetturi koperti mill-informazzjoni tal-manifattur (jekk ikunu mitluba mill-awtorità tal-approvazzjoni);

2.5.8.

il-perjodu ta’ żmien li matulu nġabret l-informazzjoni tal-manifattur;

2.5.9.

il-perjodu tal-bini tal-vettura kopert mill-informazzjoni tal-manifattur (eż. il-vetturi manifatturati matul is-sena kalendarja 2007);

2.5.10.

il-proċedura tal-manifattur għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz, inklużi:

(i)

il-metodu biex tinstab il-vettura;

(ii)

il-kriterji għall-għażla u għaċ-ċaħda tal-vettura;

(iii)

it-tipi ta’ testijiet u l-proċeduri użati għall-programm;

(iv)

il-kriterji tal-manifattur għall-aċċettazzjoni/għaċ-ċaħda għall-grupp tal-familja;

(v)

iż-żona(i) ġeografika/ċi li fihom il-manifattur ġabar l-informazzjoni;

(vi)

id-daqs tal-kampjun u l-pjan għat-teħid tal-kampjuni użat;

2.5.11.

ir-riżultati mill-proċedura tal-manifattur għall-konformità waqt is-servizz, inklużi:

(i)

l-identifikazzjoni tal-vetturi inklużi fil-programm (kemm jekk ittestjati u kemm jekk le). L-identifikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

l-isem tal-mudell,

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN),

in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura,

id-data tal-manifattura,

ir-reġjun ta’ użu (meta jkun magħruf),

it-tajers imwaħħla (emissjonijiet mit-tailpipe biss);

(ii)

ir-raġuni(jiet) għalfejn vettura ġiet miċħuda mill-kampjun;

(iii)

l-istorja tas-servizz għal kull vettura fil-kampjun (inkluż kull xogħol li kellu jsir iżjed minn darba);

(iv)

l-istorja tat-tiswijiet għal kull vettura fil-kampjun (fejn tkun magħrufa);

(v)

id-dejta tat-test, inkluża din li ġejja:

id-data tat-test/tniżżil,

il-post fejn sar it-test/tniżżil,

id-distanza indikata fuq l-odometru tal-vettura;

(vi)

id-dejta tat-test għal emissjonijiet mit-tailpipe biss:

l-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwil użat għat-test (eż. il-fjuwil ta’ referenza użat għat-test jew il-fjuwil fis-suq),

il-kundizzjonijiet tat-test (it-temperatura, l-umdità, il-piż tal-inerzja tad-dinamometru),

is-settings tad-dinamometru (eż. is-setting tal-qawwa),

ir-riżultati tat-test (minn għallinqas tliet vetturi differenti għal kull familja);

(vii)

id-dejta tat-test għal IUPRM biss;

id-dejta kollha metħieġa mniżżla mill-vettura;

għal kull moniter li jrid jiġi rrappurtat il-proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu IUPRM;

2.5.12.

ir-rekords ta’ indikazzjoni mis-sistema OBD;

2.5.13.

għat-teħid ta’ kampjuni IUPRM, dan li ġej:

Il-medja tal-proporzjonijiet tal-prestazzjoni waqt l-użu IUPRM tal-vetturi magħżula kollha għal kull moniter skont il-punti 3.1.4. u 3.1.5. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI;

Il-perċentwali tal-vetturi magħżula, li għandhom IUPRM ikbar jew daqs il-valur minimu applikabbli għall-moniter skont il-punti 3.1.4. u 3.1.5. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI.

3.   L-GĦAŻLA TAL-VETTURI GĦALL-KONFORMITÀ WAQT IS-SERVIZZ

3.1.   L-informazzjoni miġbura mill-manifattur għandha tkun komprensiva biżżejjed biex tiżgura li r-rendiment waqt is-servizz tista’ tkun ivvalutata għall-kundizzjonijiet normali tal-użu. It-teħid tal-kampjuni tal-manifattur għandu jsir minn għallinqas żewġ Stati Membri b’kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi li jkunu sostanzjalment differenti (sakemm mhux mibjugħa biss fi Stat Membru wieħed). Fl-għażla tal-Istati Membri għandhom jitqiesu fatturi bħad-differenzi fil-fjuwils, il-kundizzjonijiet ambjentali, il-veloċitajiet medji fit-triq, u l-qasma bejn is-sewqan urban/fl-awtostrada.

Għal ittestjar tal-OBD IUPRM għandhom jiġu inklużi fil-kampjun tat-test biss dawk il-vetturi li jissodisfaw il-kriterji tal-punt 2.2.1. tal-Appendiċi 1.

3.2.   Fl-għażla tal-Istati Membri għat-teħid tal-kampjuni tal-vetturi, il-manifattur jista’ jagħżel vetturi minn Stat Membru li jitqies bħala partikolarment rappreżentattiv. F’dan il-każ, il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip li l-għażla hija rappreżentattiva (eż. billi s-suq ikollu l-akbar bejgħ annwali ta’ familja ta’ vetturi fl-Unjoni). Meta familja teħtieġ li aktar minn lott ta’ kampjun wieħed jiġi ttestjat, kif ġie definit fil-punt 3.5, il-vetturi fit-tieni u fit-tielet lottijiet tal-kampjun għandhom jirriflettu kundizzjonijiet operattivi tal-vetturi differenti minn dawk magħżula għall-ewwel kampjun.

3.3.   L-ittestjar tal-emissjonijiet jista’ jsir f’faċilità tat-testijiet li tinsab f’suq jew f’reġjun differenti minn fejn intgħażlu l-vetturi.

3.4.   It-testijiet ta’ konformità waqt is-servizz, tal-emissjonijiet mit-tailpipe, mill-manifattur għandhom jitwettqu b’mod kontinwu fejn jirriflettu ċ-ċiklu ta’ produzzjoni tat-tipi applikabbli tal-vetturi fi ħdan familja partikolari ta’ vetturi ta’ waqt is-servizz. Il-perjodu massimu ta’ żmien bejn il-bidu ta’ żewġ kontrolli ta’ konformità waqt is-servizz m’għandux jeċċedi t-18-il xahar. Fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi koperti minn estensjoni għall-approvazzjoni tat-tip li ma kinitx teħtieġ test tal-emissjonijiet, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż għal 24 xahar.

3.5.   Daqs tal-kampjun

3.5.1.

Meta tiġi applikata l-proċedura statistika definita fl-Appendiċi 2 (jiġifieri għal emissjonijiet mit-tailpipe), in-numru tal-lottijiet tal-kampjuni għandu jiddependi mill-volum ta’ bejgħ annwali ta’ familja ta’ waqt is-servizz fl-Unjoni, kif ġie definit fit-tabella li ġejja:

Reġistrazzjonijiet UE

għal kull sena kalendarja (għal testijiet għal emissjonijiet mit-tailpipe)

ta’ vetturi ta’ familja OBD b’IUPR fil-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Numru ta’ lottijiet tal-kampjun

sa 100 000

1

100 001 sa 200 000

2

aktar minn 200 000

3

3.5.2.

Għal IUPR, in-numru ta’ lottijiet tal-kampjun li għandu jittieħed huwa deskritt fit-tabella fil-punt 3.5.1 u huwa bbażat fuq in-numru ta’ vetturi ta’ familja OBD li huma approvati b’IUPR (suġġett għat-teħid tal-kampjuni).

Għall-ewwel perjodu tat-teħid tal-kampjuni ta’ familja OBD, it-tipi kollha tal-vettura fil-familja li huma approvati b’IUPR għandhom jitqiesu bħala suġġetti għat-teħid tal-kampjuni. Għall-perjodi sussegwenti tat-teħid tal-kampjuni, huma biss it-tipi ta’ vetturi li ma kinux ġew ittestjati qabel jew li huma koperti minn approvazzjonijiet tal-emissjonijiet li ġew estiżi mill-perjodu tat-teħid tal-kampjuni preċedenti li għandhom jitqiesu bħala suġġetti għat-teħid tal-kampjuni.

Għal familji magħmula minn inqas minn 5 000 reġistrazzjoni UE li huma suġġetti għat-teħid tal-kampjuni fil-perjodu tat-teħid tal-kampjuni n-numru minimu ta’ vetturi f’lott tal-kampjun huwa sitta. Għall-familji l-oħra kollha, in-numru minimu ta’ vetturi f’lott tal-kampjun huwa ħmistax.

Kull lott tal-kampjun għandu jirrappreżenta adegwatament ix-xejra tal-bejgħ, jiġifieri għall-inqas tipi ta’ vetturi b’volum għoli (≥ 20 % tat-total tal-familja) għandhom jiġu rappreżentati.

4.   Fuq il-bażi tal-verifika msemmija fit-taqsima 2 l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tadotta waħda mid-deċiżjonijiet u mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

tiddeċiedi li l-konformità waqt is-servizz ta’ tip ta’ vettura, ta’ familja ta’ vetturi waqt is-servizz jew ta’ familja OBD ta’ vettura hija sodisfaċenti u li m’hemmx għalfejn tieħu azzjoni ulterjuri;

(b)

tiddeċiedi li d-dejta pprovduta mill-manifattur mhix biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni u titlob informazzjoni jew dejta tat-testijiet addizzjonali mingħand il-manifattur;

(c)

tiddeċiedi li fuq il-bażi tad-dejta mill-programmi tal-ittestjar tas-sorveljanza tal-awtorità tal-approvazzjoni jew tal-Istat Membru, dik l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur mhix biżżejjed sabiex tittieħed deċiżjoni u tintalab informazzjoni jew dejta tat-test addizjonali mingħand il-manifattur;

(d)

tiddeċiedi li l-konformità waqt is-servizz ta’ tip ta’ vettura li hija parti minn familja ta’ waqt is-servizz, jew ta’ familja OBD, mhix sodisfaċenti u tipproċedi biex tali tip ta’ vettura jew familja OBD jiġi ttestjat skont l-Appendiċi 1.

Jekk skont il-verifika tal-IUPRM il-kriterji tat-test tal-punt 6.1.2 (a) jew (b) tal-Appendiċi 1 jintlaħqu għal vetturi f’lott kampjun, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip trid tieħu l-azzjoni ulterjuri deskritta fil-punt (d) ta’ dan il-punt.

4.1.   Fejn it-testijiet tat-tip 1 jitqies li huma meħtieġa biex tkun ikkontrollata l-konformità tat-tagħmir għall-kontroll tal-emissjonijiet għar-rendiment tagħhom waqt is-servizz, tali testijiet għandhom jitwettqu billi tintuża proċedura tat-test li tissodisfa l-kriterji statistiċi definiti fl-Appendiċi 2.

4.2.   L-awtorità tal-approvazzjoni, b’kooperazzjoni mal-manifattur, għandha tagħżel kampjun ta’ vetturi li għamlu biżżejjed mili li l-użu tagħhom f’kundizzjonijiet normali jista’ jkun raġonevolment żgurat. Il-manifattur għandu jkun ikkonsultat dwar l-għażla tal-vetturi fil-kampjun u jitħalla jieħu sehem fil-kontrolli ta’ konferma fuq il-vetturi.

4.3.   Il-manifattur għandu jkun awtorizzat, taħt is-superviżjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, biex iwettaq kontrolli, anki ta’ natura qerrieda, fuq dawk il-vetturi b’livelli ta’ emissjonijiet li jeċċedu l-valuri ta’ limitu bil-għan li jistabbilixxi l-kawżi possibbli ta’ deterjorament li ma jistgħux ikunu attribwiti lill-manifattur (eż. l-użu ta’ petrol biċ-ċomb qabel id-dejta tat-test). Fejn ir-riżultati tal-kontrolli jikkonfermaw tali kawżi, dawk ir-riżultati tat-testijiet għandhom jiġu esklużi mill-kontroll tal-konformità.

Appendiċi 1

Il-verifika tal-konformità waqt is-servizz

1.   INTRODUZZJONI

1.1.

Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-kriterji li jissemmew fit-taqsima 4 rigward l-għażla ta’ vetturi biex jiġu ttestjati u l-proċeduri għall-kontroll tal-konformità waqt is-servizz.

2.   IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Il-kriterji biex tiġi aċċettata vettura magħżula huma definiti għal emissjonijiet mit-tailpipe fil-punti 2.1 sa 2.8 u għall-IUPRM fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.5.

2.1.

Il-vettura għandha tappartjeni għal tip ta’ vettura li tkun approvata għat-tip skont dan ir-Regolament u li tkun koperta b’ċertifikat ta’ konformità skont id-Direttiva 2007/46/KE. Għall-kontroll tal-IUPRM, il-vettura għandha tkun approvata għall-istandards OBD Euro 5+, Euro 6- plus IUPR jew aktar tard. Għandha tkun irreġistrata u tkun ġiet użata fl-Unjoni.

2.2.

Il-vettura għandha tkun ilha taħdem għal mill-inqas 15 000 km jew 6 xhur, liema minnhom jiġi l-aktar tard, u għal mhux aktar minn 100 000 km jew 5 snin, liema minnhom jiġi l-ewwel.

2.2.1.

Għall-kontroll tal-IUPRM, il-kampjun tat-test għandu jinkludi biss vetturi li:

(a)

ġabru dejta suffiċjenti dwar l-operat tal-vettura għall-moniter li jrid jiġi ttestjat.

Għal moniters li jeħtieġ li jissodisfaw il-proporzjon ta’ rendiment waqt l-użu tal-moniter u li jintraċċaw u jirrapportaw dejta dwar il-proporzjon skont il-punt 3.6.1 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, dejta suffiċjenti dwar l-operat tal-vettura għandha tfisser li d-denominatur jissodisfa l-kriterji stipulati hawn taħt. Id-denominatur, kif definit fil-punti 3.3 u 3.5 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, għall-moniter li jrid jiġi ittestjat irid ikollu valur ugwali għal jew ikbar minn wieħed mill-valuri li ġejjin:

(i)

75 għal moniters tas-sistema evaporattiva, moniters tas-sistema tal-arja sekondarja, u monitors li jutilizzaw denominatur inkrementat skont il-punti (a), (b) jew (c) tal-punt 3.3.2 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI (eż. moniters tal-istartjar kiesaħ, moniters tas-sistema tal-arja kundizzjonata, eċċ.), jew

(ii)

25 għal moniters tal-filtri tal-partikulati u moniters tal-katalista ta’ ossidazzjoni li jutilizzaw denominatur inkrementat skont il-punt (d) tal-punt 3.3.2 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, jew

(iii)

150 għal moniters tal-katalista, tas-sensur tal-ossiġnu, tal-EGR, tal-VVT, u tal-komponenti l-oħra kollha;

(b)

ma jkunux ġew imbagħbsa jew mgħammra b’partijiet miżjuda jew modifikati li jwasslu biex is-sistema OBD ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Anness XI.

2.3.

Għandu jkun hemm rekord ta’ manutenzjoni li juri li l-vettura inżammet sew (eż. sarilha s-servis skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur).

2.4.

Il-vettura m’għandha turi l-ebda indikazzjoni ta’ abbuż (eż. tlielaq, tagħbija żejda, alimentazzjoni bi fjuwil ħażin, jew użu ħażin ieħor), jew fatturi oħra (eż. tbagħbis) li jistgħu jaffettwaw ir-rendiment tal-emissjonijiet. Għandhom jitqiesu l-kodiċi tal-ħsara u l-informazzjoni dwar il-mili maħżuna fil-kompjuter. Vettura m’għandhiex tingħażel għall-ittestjar jekk l-informazzjoni maħżuna fil-kompjuter turi li l-vettura ħadmet wara li nħażen kodiċi tal-ħsara u ma saritx tiswija pjuttost fil-pront.

2.5.

M’għandha tkun saret l-ebda tiswija kbira mhux awtorizzata tal-magna jew l-ebda tiswija kbira tal-vettura.

2.6.

Il-kontenut taċ-ċomb u tal-kubrit ta’ kampjun tal-fjuwil meħud mit-tank tal-vettura għandu jissodisfa l-istandards applikabbli stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u m’għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta’ alimentazzjoni bi fjuwil ħażin. Jistgħu jsiru kontrolli fit-tailpipe.

2.7.

M’għandu jkun hemm l-ebda indikazzjoni ta’ kwalunkwe problema li tista’ tipperikola s-sikurezza tal-persunal tal-laboratorju.

2.8.

Il-komponenti kollha tas-sistema ta’ kontra t-tniġġis li hemm fuq il-vettura għandhom ikunu konformi mal-approvazzjoni tat-tip applikabbli.

3.   ID-DIJANJOSI U L-MANUTENZJONI

Id-dijanjosi u kwalunkwe manutenzjoni normali meħtieġa għandhom jitwettqu fuq vetturi aċċettati għall-ittestjar, qabel ma jitkejlu l-emissjonijiet mill-egżost, skont il-proċedura stabbilita fil-punti 3.1 sa 3.7.

3.1.

Għandhom isiru l-kontrolli li ġejjin: kontrolli tal-filtru tal-arja, taċ-ċintorini tas-sewqan kollha, tal-livelli tal-fluwidi kollha, tat-tapp tar-radjatur, tal-pajpijiet tal-vakwu kollha u tal-wajers tad-dawl relatati mas-sistema ta’ kontra t-tniġġis kollha; kontrolli tal-ignixin, tal-kejl tal-fjuwil u tal-komponenti tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis. Id-diskrepanzi kollha għandhom jiġu reġistrati.

3.2.

Is-sistema OBD għandha tkun ikkontrollata sabiex ikun ivverifikat li qed taħdem sew. Kwalunkwe indikazzjoni ta’ ħsara għandha tiġi reġistrata fil-memorja tal-OBD u għandhom isiru t-tiswijiet meħtieġa. Jekk l-indikatur ta’ ħsara fl-OBD jindika ħsara waqt ċiklu tal-prekundizzjonament, il-ħsara tista’ tiġi identifikata u msewwija. It-test jista’ jerġa’ jsir u jintużaw ir-riżultati ta’ dik il-vettura msewwija.

3.3.

Is-sistema tal-ignixin għandha tiġi kontrollata u l-komponenti difettużi sostitwiti, pereżempju l-ispark plaggs, il-kejbils, eċċ.

3.4.

Il-kompressjoni għandha tiġi kontrollata. Jekk ir-riżultat ma jkunx sodisfaċenti, il-vettura għandha tiġi miċħuda.

3.5.

Il-parametri tal-magna għandhom jiġu kontrollati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu aġġustati.

3.6.

Jekk il-vettura jonqosha 800 km għal servis ta’ manutenzjoni skedat, dak is-servis għandu jitwettaq skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Irrispettivament mill-qari tal-odometru, il-filtri taż-żejt u tal-arja jistgħu jinbidlu fuq it-talba tal-manifattur.

3.7.

Kif tiġi aċċettata l-vettura, il-fjuwil għandu jiġi sostitwit bil-fjuwil ta’ referenza tat-test tal-emissjonijiet xieraq, sakemm il-manifattur ma jaċċettax li jintuża l-fjuwil tas-suq.

4.   L-ITTESTJAR WAQT IS-SERVIZZ

4.1.

Meta jitqies li jkun meħtieġ kontroll fuq il-vetturi, għandhom jitwettqu t-testijiet tal-emissjonijiet skont l-Anness III fuq vetturi prekundizzjonati magħżula skont ir-rekwiżiti tat-Taqsimiet 2 u 3 ta’ dan l-Appendiċi. Dan it-test għandu jinkludi biss il-kejl tal-emissjonijiet tan-numru tal-partikuli għal vetturi approvati għall-istandards tal-emissjonijiet Euro 6 fil-kategoriji W, X u Y kif definiti fit-Tabella 1 tal-Appendiċi 6 tal-Anness I. Ċikli prekundizzjonati addizzjonali għal dawk speċifikati fil-punt 5.3 tal-Anness 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE jiġu permessi biss jekk huma rappreżentattivi tas-sewqan normali.

4.2.

Vetturi mgħammra b’sistema OBD jistgħu jiġu kontrollati għall-funzjonalità xierqa waqt is-servizz tal-indikatur ta’ ħsara, eċċ., b’relazzjoni għal-livelli tal-emissjonijiet (eż. il-limiti tal-indikazzjoni tal-ħsara definiti fl-Anness XI) għall-ispeċifikazzjonijiet approvati għat-tip.

4.3.

Is-sistema OBD tista’ tiġi kontrollata, pereżempju, għal-livelli ta’ emissjonijiet ‘il fuq mill-valuri ta’ limitu applikabbli bl-ebda indikazzjoni ta’ ħsara, attivazzjoni sistematika żbaljata tal-indikazzjoni ta’ ħsara u komponenti difettużi jew deterjorati indikati fis-sistema OBD.

4.4.

Jekk komponent jew sistema taħdem b’mod mhux kopert mill-partikolaritajiet fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u/jew mill-pakkett ta’ informazzjoni għal tali tipi ta’ vetturi u tali devjazzjoni ma ġietx awtorizzata skont l-Artikolu 13(1) jew (2) tad-Direttiva 2007/46/KE, bl-ebda indikazzjoni tal-ħsara mill-OBD, il-komponent jew is-sistema m’għandux jiġi sostitwit qabel l-ittestjar tal-emissjonijiet, sakemm ma jkunx iddeterminat li l-komponent jew is-sistema ġie mbagħbas jew abbużat b’tali mod li l-OBD ma jiskoprix il-ħsara li rriżultat.

5.   L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI TAT-TESTIJIET DWAR L-EMISSJONIJIET

5.1.

Ir-riżultati tat-test għandhom jitressqu għall-proċedura ta’ evalwazzjoni skont l-Appendiċi 2.

5.2.

Ir-riżultati tat-test m’għandhomx jiġu multiplikati b’fatturi ta’ deterjorament.

6.   IL-PJAN TAL-MIŻURI RIMEDJALI

6.1.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-manifattur biex iressaq pjan ta’ miżuri rimedjali biex jirrimedja għan-nuqqas ta’ konformità meta:

6.1.1.

Għal emissjonijiet mit-tailpipe, jinstab li aktar minn vettura waħda tkun qed tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost u tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.2.3. tal-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE u kemm l-awtorità tal-approvazzjoni kif ukoll il-manifattur jaqblu li l-emissjoni żejda hija minħabba l-istess raġuni, jew

(b)

tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.2.4 tal-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE fejn l-awtorità tal-approvazzjoni ddeterminat li l-emissjoni żejda hija minħabba l-istess raġuni.

6.1.2.

Għall-IUPRM ta’ moniter partikolari M il-kundizzjonijiet statistiċi li ġejjin huma sodisfatti f’kampjun tat-test, li d-daqs tiegħu huwa ddeterminat skont il-punt 3.5. ta’ dan l-Anness:

(a)

Għal vetturi ċertifikati għal proporzjon ta’ 0,1 skont il-punt 3.1.5. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, id-dejta miġbura mill-vetturi tindika għal mill-inqas moniter wieħed M fil-kampjun tat-test jew li l-proporzjon medju ta’ prestazzjoni waqt l-użu tal-kampjun tat-test huwa inqas minn 0,1 jew li 66 fil-mija jew aktar tal-vetturi fil-kampjun tat-test għandhom proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu tal-moniter ta’ inqas minn 0,1.

(b)

Għal vetturi ċertifikati għal proporzjonijiet sħaħ skont il-punt 3.1.4 tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, id-dejta miġbura mill-vetturi tindika għal mill-inqas moniter wieħed M fil-kampjun tat-test jew li l-proporzjon medju ta’ rendiment waqt l-użu tal-kampjun tat-test huwa inqas mill-valur Testmin(M) jew li 66 fil-mija jew aktar tal-vetturi fil-kampjun tat-test għandhom proporzjon tal-prestazzjoni waqt l-użu ta’ inqas minn Testmin(M). Il-valur ta’ Testmin(M) għandu jkun:

Il-valur tat- Testmin(M) għandu jkun:

(i)

0,230 jekk il-moniter M jeħtieġ li jkollu proporzjon waqt l-użu ta’ 0,26;

(ii)

0,460 jekk il-moniter M jeħtieġ li jkollu proporzjon waqt l-użu ta’ 0,52;

(iii)

0,297 jekk il-moniter M jeħtieġ li jkollu proporzjon waqt l-użu ta’ 0,336,

skont il-punt 3.1.4. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI.

6.2.

Il-pjan tal-miżuri rimedjali għandu jiġi preżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni mhux aktar tard minn 60 jum ta’ xogħol mid-data tan-notifika msemmija fil-punt 6.1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, fi żmien 30 jum ta’ xogħol, għandha tiddikjara l-approvazzjoni jew id-diżapprovazzjoni tagħha rigward il-pjan tal-miżuri rimedjali. Madankollu, tingħata estensjoni meta l-manifattur jista’ juri, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni kompetenti, li jinħtieġ aktar żmien biex jiġi investigat in-nuqqas ta’ konformità sabiex jitressaq pjan tal-miżuri rimedjali.

6.3.

Il-miżuri rimedjali għandhom japplikaw għall-vetturi kollha li probabbilment ikunu affetwati mill-istess difett. Għandha tkun ivvalutata l-ħtieġa li jiġu emendati d-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip.

6.4.

Il-manifattur għandu jipprovdi kopja tal-komunikazzjonijiet kollha relatati mal-pjan tal-miżuri rimedjali, u għandu wkoll iżomm rekord tal-kampanja ta’ rtirar ta’ prodott difettuż, eċċ., u jipprovdi rapporti ta’ status regolari lill-awtorità tal-approvazzjoni.

6.5.

Il-pjan tal-miżuri rimedjali għandu jinkludi r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6.5.1 sa 6.5.11. Il-manifattur għandu jassenja isem jew numru ta’ identifikazzjoni uniku lill-pjan tal-miżuri rimedjali.

6.5.1.

Deskrizzjoni ta’ kull tip ta’ vettura inkluż fil-pjan tal-miżuri rimedjali.

6.5.2.

Deskrizzjoni tal-modifikazzjonijiet, tal-alterazzjonijiet, tat-tiswijiet, tal-korrezzjonijiet, tal-aġġustamenti, jew ta’ bidliet speċifiċi oħra li jridu jsiru biex il-vetturi jsiru konformi inkluż sommarju qasir tad-dejta u tal-istudji tekniċi li jappoġġjaw id-deċiżjoni tal-manifattur rigward il-miżuri partikolari li għandhom jittieħdu biex ikun korrett in-nuqqas ta’ konformità.

6.5.3.

Deskrizzjoni tal-metodu li permezz tiegħu l-manifattur jinforma lis-sidien tal-vetturi.

6.5.4.

Deskrizzjoni tal-manutenzjoni xierqa jew tal-użu xieraq, jekk ikun hemm, li l-manifattur jistipula bħala kundizzjoni ta’ eliġibbiltà għal tiswija skont il-pjan tal-miżuri rimedjali, u spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex il-manifattur impona kwalunkwe kundizzjoni bħal din. L-ebda kundizzjoni għall-manutenzjoni jew għall-użu ma tista’ tiġi imposta sakemm ma jkunx jista’ jintwera li hija marbuta man-nuqqas ta’ konformità u mal-miżuri rimedjali.

6.5.5.

Deskrizzjoni tal-proċedura li għandhom isegwu s-sidien tal-vetturi biex jiksbu korrezzjoni tan-nuqqas ta’ konformità. Din għandha tinkludi data li warajha jistgħu jittieħdu l-miżuri rimedjali, iż-żmien stmat biex il-ħanut tax-xogħol iwettaq it-tiswijiet u fejn jistgħu jsiru. It-tiswija għandha ssir b’mod xieraq, fi żmien raġonevoli wara l-konsenja tal-vettura.

6.5.6.

Kopja tal-informazzjoni trażmessa lil sid il-vettura.

6.5.7.

Deskrizzjoni qasira tas-sistema li l-manifattur juża biex jiżgura provvista adegwata ta’ komponenti jew ta’ sistemi biex iwettaq l-azzjoni rimedjali. Għandu jkun indikat meta se jkun hemm provvista adegwata ta’ komponenti jew sistemi biex tinbeda l-kampanja.

6.5.8.

Kopja tal-istruzzjonijiet kollha li għandhom jintbagħtu lil dawk il-persuni li se jwettqu t-tiswija.

6.5.9.

Deskrizzjoni tal-impatt tal-miżuri rimedjali proposti fuq l-emissjonijiet, il-konsum tal-fjuwil, il-kumdità fis-sewqan, u s-sikurezza ta’ kull tip ta’ vettura, koperta mill-pjan tal-miżuri rimedjali bid-dejta u bl-istudji tekniċi li jappoġġjaw dawn il-konklużjonijiet.

6.5.10.

Kwalunkwe informazzjoni, rapport jew dejta oħra li l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ raġonevolment tiddetermina li tkun meħtieġa biex jiġi evalwat il-pjan tal-miżuri rimedjali.

6.5.11.

Fejn il-pjan tal-miżuri rimedjali jinkludi rtirar ta’ prodott difettuż għandha titressaq deskrizzjoni tal-metodu għar-reġistrazzjoni tat-tiswija quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Jekk tintuża tikketta, għandu jitressaq eżempju tagħha.

6.6.

Il-manifattur jista’ jkun meħtieġ iwettaq testijiet raġonevolment iddisinjati u meħtieġa fuq komponenti u vetturi billi jinkorpora bidla, tiswija, jew modifikazzjoni proposta biex juri l-effikaċja tal-bidla, tat-tiswija, jew tal-modifikazzjoni.

6.7.

Il-manifattur huwa responsabbli miż-żamma ta’ rekord ta’ kull vettura rtirata minħabba difett, u msewwija, u tal-ħanut tax-xogħol li wettaq it-tiswija. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkollha aċċess għar-rekord meta titolbu għal perjodu ta’ 5 snin mill-implimentazzjoni tal-pjan tal-miżuri rimedjali.

6.8.

It-tiswija u l-modifikazzjoni jew iż-żieda ta’ tagħmir ġdid għandhom jiġu reġistrati f’ċertifikat ipprovdut mill-manifattur lil sid il-vettura.

Appendiċi 2

Il-proċedura statistika għall-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz

1.

Din il-proċedura għandha tintuża biex ikunu verifikati r-rekwiżiti tal-konformità waqt is-servizz għat-test tat-tip 1. Il-metodu statistiku applikabbli għandu jkun dak stabbilit fl-Appendiċi 4 tar-Regolament Nru 83 tal-UN/ECE, bl-eċċezzjonijiet deskritti fit-Taqsimiet 2 sa 9 ta’ dan l-Appendiċi.

2.

In-nota 1 m’għandhiex tapplika.

3.

Il-punt 3.2 għandu jinftiehem kif ġej:

Vettura tingħad li tkun tagħmel emissjonijiet aktar milli suppost (outlying emitter) meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet mogħtija fil-punt 3.2.2.

4.

Il-punt 3.2.1 m’għandux japplika.

5.

Fil-punt 3.2.2, ir-referenza għar-ringiela B tat-tabella fil-punt 5.3.1.4 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6.

6.

Fil-punti 3.2.3.2.1 u 3.2.4.2, ir-referenza għat-taqsima 6 tal-Appendiċi 3 għandha tinftiehem bħala referenza għat-taqsima 6 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

7.

Fin-noti 2 u 3, ir-referenza għar-ringiela A tat-tabella fil-punt 5.3.1.4 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6.

8.

Fil-punt 4.2, ir-referenza għall-punt 5.3.1.4 għandha tinftiehem bħala referenza għat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 5 u għat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għall-vetturi Euro 6.

9.

Il-figura 4/1 għandha tiġi sostitwita bil-figura li ġejja:

Figura 4/1

Image

Appendiċi 3

Ir-responsabbiltajiet għall-konformità waqt is-servizz

1.

Il-proċess biex jiġi kontrollat il-kontroll tal-konformità waqt is-servizz ġie spjegat fil-Figura 1

2.

Il-manifattur għandu jikkompila l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. L-awtorità tal-approvazzjoni tista’ wkoll tqis informazzjoni mill-programmi ta’ sorveljanza.

3.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq il-proċeduri u t-testijiet kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti rigward il-konformità waqt is-servizz qed jiġu sodisfatti (il-Fażijiet 2 sa 4).

4.

Fil-każ ta’ diskrepanzi jew ta’ nuqqas ta’ qbil fil-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob kjarifika mingħand is-servizz tekniku li wettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip.

5.

Il-manifattur għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta’ miżuri rimedjali. Dan il-pjan għandu jkun approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni qabel ma jkun implimentat (il-Fażi 5).

Figura 1

Spjegazzjoni tal-proċess ta’ konformità waqt is-servizz

Image

(1)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.


16.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 567/2011

tal-14 ta’ Ġunju 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Porchetta di Ariccia (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba tal-Italja biex id-denominazzjoni “Porchetta di Ariccia” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 256, 23.9.2010, p. 10.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajra, immelħa, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Porchetta di Ariccia (IĠP)


16.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 568/2011

tal-14 ta’ Ġunju 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miód drahimski (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Polonja biex id-denominazzjoni “Miód drahimski” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 248, 15.9.2010, p. 8.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassifikazzjoni 1.4.   Prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib għajr il-butir, eċċ.)

IL-POLONJA

Miód drahimski (IĠP)


16.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 569/2011

tal-15 ta’ Ġunju 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

90,3

MK

31,8

TR

93,0

ZZ

71,7

0707 00 05

TR

112,2

ZZ

112,2

0709 90 70

TR

117,4

ZZ

117,4

0805 50 10

AR

74,7

CL

79,9

TR

63,4

ZA

98,2

ZZ

79,1

0808 10 80

AR

107,8

BR

74,6

CL

95,6

CN

99,6

NZ

114,6

US

178,7

UY

57,7

ZA

99,5

ZZ

103,5

0809 10 00

TR

166,5

ZZ

166,5

0809 20 95

TR

409,3

XS

175,4

ZZ

292,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 570/2011

tal-15 ta’ Ġunju 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 565/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 156, 15.6.2011, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

47,19

0,00

1701 11 90  (1)

47,19

0,75

1701 12 10  (1)

47,19

0,00

1701 12 90  (1)

47,19

0,45

1701 91 00  (2)

48,59

2,89

1701 99 10  (2)

48,59

0,00

1701 99 90  (2)

48,59

0,00

1702 90 95  (3)

0,49

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


16.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/33


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 571/2011

tal-15 ta’ Ġunju 2011

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Ġunju 2011, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Ġunju 2011, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2011

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

31.5.2011-14.6.2011

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

270,51

205,35

Prezz FOB USA

338,30

328,30

308,30

172,34

Tariffa fuq il-Golf

16,15

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

92,13

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż: Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam:

17,78  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż: L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

47,92  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

16.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/2/2011

tal-15 ta’ Ġunju 2011

dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall- operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2011/341/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

(2)

Ir-Renju Unit ippropona li l-Viċi Ammiral Duncan POTTS jissostitwixxi lill-Ġeneral Maġġur Buster HOWES bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

(3)

Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik il-proposta.

(4)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammiral Duncan POTTS huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2011.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.


16.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/37


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta’ Mejju 2011

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/3 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2011/6)

(2011/342/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li taddotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jista’ jassenja kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jikkonċernaw il-politiki li jirrigwardaw is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra bl-eċċezzjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni. Il-Kunsill eżerċita din l-għażla u skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2) assenja lill-BĊE il-kompitu li jipprovdi s-Segretarjat lill- Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) u b’hekk jipprovdi sostenn analitiku, statistiku, loġistiku u amministrattiv lill-BERS. F’dan il-kuntest, il-BĊE ser iħejji jew iżomm dokumenti relatati mal-attivitajiet u politiki u deċiżjonijiet tiegħu relatati mal-BERS li ser jikkwalifikaw bħala dokumenti tal-BĊE skont it-tifsira ta’ Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (3).

(2)

Filwaqt li skont l-Artikolu 7(1) ta’ Regament (UE) Nru 1096/2010, is-Segretarjat tal-BERS jiżgura l-applikazzjoni ta’ Deċiżjoni BĊE/2004/3 li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet u l-limiti skont liema l-BERS għandu jagħti aċċess lid-dokumenti tal-BERS, il-BĊE għandu jadatta Deċiżjoni BĊE/2004/3 biex tirrifletti l-fatt illi l-BĊE ser iħejji jew iżomm dokumenti relatati mal-attivitajiet tiegħu relatati mal-BERS u politiki jew deċiżjonijiet li ser jikkwalifikaw baħala dokumenti tal-BĊEskont it-tifsira tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3.

(3)

Hemm bżonn li jiġi żgurat illi l-BĊE jista’ jirrifjuta l-aċċess għal dokumenti relatati mal-attivitajiet tiegħu u politiki jew deċiżjonijiet skont l-Artikolu 127(5) u (6) tat-Trattat imħejjijin jew miżmumin minnu fil-qasam tal-istabbiltà finanazjarja, inklużi dawk relatati mal-appoġġ tiegħu lill-BERS, fejn l-iskopertura tagħhom xxekkel l-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni.

(4)

L-emendi neċessarji għandhom isiru wkoll lil Deċiżjoni BĊE/2004/3 sabiex jirriflettu bidliet fit-terminoloġija u r-rinumerazzjoni tal-artikoli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni BĊE/2004/3 hija emendata kif ġej:

1.

Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

F’punt (a) qed jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

stabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew fi Stat Membru;”

(b)

Il-kelma “Komunità” hija sostitwita minn “Unjoni”.

2.

Fl-Artikolu 4(4) qed tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Fir-rigward ta’ talbiet għall-aċess għal dokumenti tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għandha tapplika Deċiżjoni BERS/2011/5 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-3 ta’ Ġunju 2011 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (*), adottata abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (**).

(*)  ĠU C 176, 16.6.2011, p. 3."

(**)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162.”"

3.

Fl-Artikolu 8 ir-referenzi għal Artikolu 230 huwa mibdul minn referenzi għal Artikolu 263 u referenzi għal Artikolu 195 minn referenzi għal Artikolu 228 tat-Trattat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għdha tidħol fis-seħħ fit-18 June 2011.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta’ Mejju 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162.

(3)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 42.


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

16.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/39


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 341/09/COL

tat-23 ta’ Lulju 2009

dwar l-iskema nnotifikata rigward il-benefiċċji fiskali għal ċerti kooperattivi (Norveġja)

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), b’mod partikolari l-Artikoli 61 sa 63 tiegħu u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (3), b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Artikolu 1(2) tal-Parti I u l-Artikoli 4(4), 6 u 7(5) tal-Parti II tal- Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u dwar il-Qorti (4),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (5), u b’mod partikolari l-Kapitolu li jirrigwarda t-tassazzjoni tan-negozji,

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet implimentattivi li jissemmew taħt l-Artikolu 27 tal-Parti II tal-Protokoll 3 (6),

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni Nru 719/07/COL tad-19 ta’ Diċembru 2007 biex tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u dwar il-Qorti rigward l-iskema nnotifikata li tirrigwarda l-benefiċċji fiskali għal ċerti kooperattivi,

WARA LI TALBET lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom (7) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   FATTI

1.   PROĊEDURA

Permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Ġunju 2007 mill-Ministeru Norveġiż tal-Amministrazzjoni u r-Riforma tal-Gvern, li l-Awtorità rċeviet u rreġistrat fid-29 ta’ Ġunju 2007 (Avveniment Nru 427327) u ittra mill-Ministeru tal-Finanzi datata t-22 ta’ Ġunju 2007, li l-Awtorità rċeviet u rreġistrat fl-4 ta’ Lulju 2007 (Avveniment Nru 428135), l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw l-emendi proposti għar-regoli dwar it-tassazzjoni ta’ kumpaniji kooperattivi li jinsabu fis-Sezzjoni 10-50 tal-Att dwar it-Taxxa, skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u dwar il-Qorti.

Wara diversi skambji ta’ korrispondenza (8), permezz ta’ ittra datata d-19 ta’ Diċembru 2007, l-Awtorità infurmat lill-awtoritajiet Norveġiżi li kienet iddeċidiet li ser tiftaħ il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 rigward l-iskema nnotifikata li tirrigwarda benefiċċji fiskali għal ċerti kooperattivi. Permezz ta’ ittra datata l-20 ta’ Frar 2008 (Avveniment Nru 465882), l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni Nru 719/07COL li tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali.

Id-Deċiżjoni Nru 719/07COL kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu (9). L-Awtorità talbet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwarha.

L-Awtorità rċeviet kummenti minn bosta partijiet interessati (10). Permezz ta’ ittra datata t- 23 ta’ Mejju 2008 (Avveniment Nru 478026), l-Awtorità ressqet dawn il-kummenti lill-awtoritajiet Norveġiżi, li ngħataw l-opportunità biex jirreaġixxu, iżda dawn iddeċidew li ma jressqux aktar kummenti.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA PROPOSTA

2.1.   SFOND

Fl-1992, l-awtoritajiet Norveġiżi introduċew skema li tirrigwarda tnaqqis speċjali mit-taxxa għal ċerti kooperattivi. Skont l-iskema, ċerti kooperattivi fi ħdan is-setturi tal-agrikoltura, forestrija u sajd kif ukoll kooperattivi tal-konsumaturi kienu intitolati għal tnaqqis tat-taxxa abbażi tal-allokazzjonijiet tal-kapital azzjonarju. It-tnaqqis kien limitat għal massimu ta’ l5 % tad-dħul nett annwali, u kompost biss minn dik il-parti tad-dħul li tkun ġejja min-negozju mal-membri tal-kooperattiva. Tnaqqis li jikkorrispondi għall-massimu permess jimplika tnaqqis mir-rata tat-taxxa korporattiva normali ta’ 28 % għal rata ta’ 23,8 %. L-għan tal-iskema kien li jingħata vantaġġ fiskali lill-kooperattivi fuq il-bażi li dawn huma meqjusa li għandhom aċċess aktar diffiċli għal kapital azzjonarju minn impriżi oħrajn (11).

L-iskema tneħħiet mis-sena fiskali 2005. Madankollu, fir-rigward tal-Baġit Statali għall-2007, l-awtoritajiet Norveġiżi pproponew li jdaħħlu l-iskema mill-ġdid f’forma kemmxejn emendata (12). Għalhekk, l-iskema ġiet innotifikata lill-Awtorità.

2.2.   OBJETTIV TAL-ISKEMA

Skont in-notifika, il-kooperattivi għandhom jingħataw għajnuna minħabba l-interess pubbliku fiż-żamma ta’ impriżi bbażati fuq prinċipji bħad-demokrazija, l-awto-għajnuna, ir-responsabbiltà, l-ugwaljanza, l-ekwità u s-solidarjetà bħala alternattiva għal kumpaniji limitati. B’hekk, biex ikun żgurat l-interess pubbliku intanġibbli fiż-żamma ta’ soċjetajiet kooperattivi bħala alternattiva għal kumpaniji limitati, jeħtieġ li l-kooperattivi jingħataw kumpens għall-iżvantaġġ li għandhom meta mqabbla ma’ kumpaniji oħrajn. L-għan tal-iskema nnotifikata huwa, skont in-notifika, li tpatti għal xi wħud minn dawn l-iżvantaġġi relatati mal-provvista tal-kapital.

2.3.   IL-MIŻURA PROPOSTA

Il-miżura nnotifikata hija stabbilita fis-Sezzjoni l0-50 ġdida tal-Att dwar it-Taxxa, li tistabbilixxi li l-kooperattivi jistgħu jkunu intitolati għal tnaqqis fit-taxxa. It-test huwa fformulat b’dan il-mod:

“[…] jista’ jingħata tnaqqis għall-allokazzjonijiet għall-kapital azzjonarju kollettiv sa 15 % tad-dħul. It-tnaqqis jingħata biss fir-rigward ta’ dħul li jkun ġej minn negozju mal-membri. In-negozju mal-membri u negozju ekwivalenti għandu jidher fil-kontijiet u għandu jkun issostanzjat.” (13)

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, l-espressjoni “kapital azzjonarju kollettiv” ma tirreferix għal partita fil-karta tal-bilanċ tal-kooperattivi iżda hija espressjoni purament fiskali. Jirriżulta li l-kapital azzjonarju kollettiv jista’ jikkonsisti f’kapital miżmum, fondi ta’ bonus, li huma bonus ta’ membri miżmuma fil-kooperattiva f’“riżerva ta’ pagament sussegwenti” (14) u f’fondi individwalizzati fil-forma ta’ bonus li jkun ġie ttrasferit fil-kontijiet tal-kapital tal-membri fil-kooperattiva (15).

“Negozju ekwivalenti” huwa definit fil-paragrafu 3 tas-Sezzjoni 10-50 tal-Att dwar it-Taxxa bħala x-xiri ta’ organizzazzjonijiet ta’ bejgħ tas-sajjieda mingħand membri ta’ organizzazzjoni oħra ta’ bejgħ tas-sajjieda diment li jkunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, xiri mingħand kooperattiva agrikola minn kooperattiva korrispondenti bil-għan li jiġi rregolat is-suq, u xiri impost minn awtorità Statali (16).

Jirriżulta mid-dispożizzjoni proposta li tnaqqis tat-taxxa jingħata biss, b’mod ġenerali, fir-rigward ta’ dħul li jkun ġej minn negozju mal-membri. Għalhekk, ma jingħata l-ebda tnaqqis għal dħul minn negozju ma’ ħaddieħor. Kif iddikjarat fl-abbozz tas-Sezzjoni 10-50 tal-Att dwar it-Taxxa, għandu jkun possibbli li jkun iddeterminat in-negozju mal-membri u negozju ekwivalenti abbażi tal-kontijiet tal-kooperattiva. Għalhekk, huwa essenzjali li jkun hemm kontijiet separati għan-negozju mal-membri u n-negozju ma’ partijiet terzi. Il-kooperattiva għandha tkun f’pożizzjoni li tissostanzja n-negozju mal-membri jew in-negozju ekwivalenti.

Fin-notifika, l-awtoritajiet Norveġiżi stmaw li t-telf mid-dħul tat-taxxa li jirriżulta mill-iskema jkun jammonta għal bejn NOK 35 miljun u NOK 40 miljun (madwar EUR 4 - 5 miljun) għas-sena fiskali 2007.

2.4.   BENEFIĊJARJI

L-iskema sejra tapplika għall-kooperattivi indikati fil-paragrafi 2 u 4 sa 6 tas-Sezzjoni l0-50 proposta tal-Att dwar it-Taxxa. Jirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet li l-iskema nnotifikata tinkludi l-aktar ċerti kooperattivi ta’ konsumaturi u kooperattivi attivi fis-setturi tal-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd.

Rigward il-kooperattivi tal-konsumaturi, jirriżulta mill-paragrafu (2)a tas-Sezzjoni l0-50 proposta tal-Att dwar it-Taxxa li kooperattivi ta’ konsumaturi li jiksbu aktar minn 50 % tal-fatturat regolari min-negozju mal-membri għandhom jibbenefikaw mill-iskema nnotifikata.

Barra minn hekk, soċjetajiet kooperattivi tal-bini li huma koperti mill-Att dwar is-soċjetajiet kooperattivi tal-bini (17) jistgħu jibbenefikaw wkoll mit-tnaqqis tat-taxxa. Din hija estensjoni tal-iskema meta mqabbla ma’ dik li kienet fis-seħħ sal-2005, cf. Sezzjoni I-2.1 aktar ’il fuq.

Kooperattivi oħrajn li mhumiex dawk imsemmija espressament fis-Sezzjoni 10-50 tal-Att dwar it-Taxxa m’għandhomx ikunu koperti mill-iskema. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, l-għażla ta’ kooperattivi eliġibbli hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li hemm ħtieġa kbira għal kumpens għal spejjeż żejda fis-setturi koperti mill-iskema nnotifikata. Il-kooperattivi f’setturi li mhumiex sejrin ikunu koperti mill-iskema huma, skont l-awtoritajiet Norveġiżi, ġeneralment kumpaniji iżgħar b’attività ekonomika limitata jew attività li mhix ekonomika.

2.5.   ID-DEFINIZZJONI TA’ KOOPERATTIVI FIL-LIĠI NORVEĠIŻA

Kooperattiva hija definita fis-Sezzjoni 1(2) tal-Att dwar il-kooperattivi (18) bħala impriża

“li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippromwovi l-interessi ekonomiċi tal-membri tagħha permezz tal-membri li jieħdu sehem fis-soċjetà bħala xerrejja, fornituri jew b’mod ieħor simili, meta

1.

id-dħul, apparti minn dħul normali fuq il-kapital investit, jew jibqa’ fis-soċjetà jew jinqasam bejn il-membri abbażi tas-sehem tagħhom fin-negozju mal-grupp, u

2.

l-ebda wieħed mill-membri ma jkun personalment responsabbli għad-djun tal-grupp, kemm fl-intier tagħhom kif ukoll għal partijiet li flimkien jikkostitwixxu d-djun totali.” (19)

Barra minn hekk, jirriżulta mis-Sezzjoni 3(2) tal-Att dwar il-kooperattivi li l-membri ta’ kooperattiva mhumiex obbligati li jikkontribwixxu kapital għall-kooperattiva sakemm il-membru individwali ma jkunx ftiehem li jagħmel dan bil-miktub meta applika għal sħubija jew fi ftehim separat. Dan ir-rekwiżit jitwarrab biss jekk id-dmir li titħallas kontribuzzjoni tas-sħubija jkun stipulat fl-istatuti tal-kooperattiva. Barra minn hekk, jirriżulta mill-istess dispożizzjoni li kull dmir ta’ kontribut ta’ kapital għandu jkun limitat, jew għal ċertu ammont jew b’xi mod ieħor.

2.6.   IL-MOVIMENT TAL-KOOPERATTIVI FIN-NORVEĠJA (20)

Hemm madwar 4 000 kooperattiva fin-Norveġja b’aktar minn 2 miljun membru b’kollox. Il-kooperattivi joperaw l-aktar fl-agrikoltura, fis-sajd, fis-settur tad-djar u fis-settur tal-konsumaturi, iżda wkoll f’partijiet oħrajn tal-ekonomija, bħall-assigurazzjoni, it-trasport, il-forniment tal-enerġija, il-kura tas-saħħa, il-midja eċċ.

Il-Federazzjoni tal-Kooperattivi Agrikoli Norveġiżi (Federation of Norwegian Agricultural Co-operatives - FNAC) tinkludi 14-il organizzazzjoni mifruxa mal-pajjiż kollu involuti f’attivitajiet bħall-ipproċessar, il-bejgħ u x-xiri ta’ prodotti u oġġetti agrikoli użati għall-produzzjoni agrikola (fertilizzanti, makkinarju eċċ.), trobbija, kreditu u assigurazzjoni. Il-kooperattivi agrikoli għandhom aktar minn 50 000 membru individwali (bdiewa), madwar 19 000 impjegat u d-dħul annwali huwa ’l fuq minn NOK 58 biljun (madwar EUR 6 biljuni). Il-kooperattivi agrikoli huma l-proprjetarji ta’ xi wħud mill-aktar marki Norveġiżi magħrufa bħal TINE (prodotti tal-ħalib), Gilde (laħam aħmar) u Prior (bajd u tjur). L-għanijiet ewlenin tal-kooperattivi agrikoli huma li jipprovdu kanali għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, u li jipprovdu kondizzjonijiet tajbin għal aċċess għal kapital u li jdaħħlu oġġetti għall-produzzjoni f’kull razzett.

Skont l-Att Norveġiż dwar il-Ħut Nej, (21) l-organizzazzjonijiet kooperattivi tal-bejgħ Norveġiżi għandhom dritt esklussiv li jieħdu ħsieb l-ewwel bejgħ dirett ta’ ħut u frott tal-baħar, ħlief għall-ħut imrobbi. Hemm sitt organizzazzjonijiet kooperattivi tal-bejgħ f’dan is-settur. Il-qasam operattiv ta’ kull organizzazzjoni huwa relatat jew ma’ żona ġeografika u/jew mal-ispeċi. L-organizzazzjonijiet kooperattivi tal-bejgħ huma proprjetà tas-sajjieda nfushom. Minbarra l-funzjonijiet ta’ bejgħ, l-organizzazzjonijiet tal-bejgħ għandhom ukoll funzjonijiet ta’ kontroll rigward il-ħarsien tar-riżorsi tal-baħar. Il-valur tal-bejgħ dirett tal-ħut u tal-frott tal-baħar huwa ta’ madwar NOK 6 biljun (madwar EUR 620 miljun). 90 % tal-ħut u tal-frott tal-baħar kollu huwa esportat.

Coop NKL BA hija l-organizzazzjoni ċentrali għall-kooperattivi tal-konsumaturi Norveġiżi. Coop hija katina ta’ ħwienet tal-merċa li għandha madwar 1.1 miljun membru individwali organizzati f’140 kooperattiva. Hija topera ‘l fuq minn 1 350 ħanut bi dħul annwali ta’ madwar NOK 34 biljun (madwar EUR 3.6 biljun) u madwar 22 000 impjegat. Is-sehem tas-suq huwa 24 % tas-suq għall-prodotti tal-merċa. Coop hija involuta wkoll fl-ipproċessar tal-ikel u tikkoopera mal-organizzazzjonijiet kooperattivi tal-imnut Skandinavi l-oħrajn rigward ix-xiri u l-ipproċessar. L-objettivi ewlenin tal-kooperattivi tal-konsumaturi huma li jipprovdu lill-membri b’oġġetti u servizzi tajbin u utli bi prezzijiet kompetittivi, u fl-istess waqt li jkunu organizzazzjoni ta’ interess għall-membri fi kwistjonijiet tal-konsumaturi.

Il-Federazzjoni Norveġiża tal-Assoċjazzjonijiet Kooperattivi tad-Djar (Norwegian Federation of Co-operative Housing Associations - NBBL) hija assoċjazzjoni ta’ sħubija nazzjonali li tirrappreżenta 86 assoċjazzjoni kooperattiva tad-djar, u tinkludi 772 000 membru individwali u 378 000 unità ta’ djar f’madwar 5 100 kooperattiva ta’ djar affiljati. L-assoċjazzjonijiet kooperattivi tad-djar ivarjaw fid-daqs, u jinkludu minn 100 sa 190 000 membru individwali. Il-kooperattivi tad-djar għandhom sehem sinjifikanti tal-bejgħ tad-djar fl-ibliet, f’Oslo is-sehem tas-suq huwa qrib l-40 %, meta l-medja nazzjonali hija ta’ 15 %. L-objettivi ewlenin huma li jassiguraw residenzi tajbin u adattati għall-membri u li jaħdmu għal kundizzjonijiet tajbin u stabbli għall-kooperattivi tad-djar.

2.7.   IR-REGOLI NORVEĠIŻI DWAR IT-TASSAZZJONI KORPORATTIVA U L-POŻIZZJONI FIR-RIGWARD TAL-KOOPERATTIVI

It-taxxa korporattiva ġenerali fin-Norveġja bħalissa hija ta’ 28 %. It-taxxa tapplika għad-dħul nett taxxabbli tal-entitajiet ta’ negozju. Tapplika wkoll meta d-dħul jiżdied mal-kapital azzjonarju tal-kumpanija. Madankollu, il-Qorti Suprema Norveġiża ikkonkludiet li d-depożiti ta’ ishma mhumiex dħul taxxabbli għall-kumpanija li tirċievi. (22) Ir-raġuni hija li l-kontribuzzjonijiet huma meqjusa li jkunu ġew intaxxati qabel bħala d-dħul tal-kontributur. Għalhekk, filwaqt li impriża jkollha tħallas 28 % taxxa fuq kapital azzjonarju ffinanzjat permezz tad-dħul tal-impriża nnifisha, ma titħallas l-ebda taxxa rigward depożiti mill-azzjonisti jew mill-pubbliku. Jirriżulta li impriżi organizzati bħala kumpaniji limitati eċċ. jistgħu jżidu l-kapital azzjonarju tagħhom billi jirċievu depożiti ta’ ishma mhux taxxabbli mingħand l-azzjonijisti tagħhom jew mingħand il-pubbliku.

Il-kooperattivi, madankollu, m’għandhomx din il-possibbiltà. Skont l-Att Norveġiż dwar il-kooperattivi, ma jistgħux joħorġu ishma lill-pubbliku jew joħorġu ċertifikati jew titoli ta’ kapital oħrajn. Barra minn hekk, huwa meqjus li l-prinċipju ta’ sħubija miftuħa tillimita d-daqs ta’ kontribuzzjonijiet ta’ kapital li l-kooperattivi jistgħu jitolbu lill-membri tagħhom.

Skont in-notifika, l-obbligi u l-limitazzjonijiet imposti mil-liġi fuq il-kooperattivi jitqiesu mill-awtoritajiet Norveġiżi bħala essenzjali u inerenti fil-prinċipji tal-kooperattivi. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Norveġiżi jikkunsidraw li t-tneħħija ta’ dawn ir-restrizzjonijiet jiksru l-prinċipji fundamentali tal-kooperattivi. L-awtoritajiet Norveġiżi jirrilevaw li l-Att Norveġiż dwar il-kooperattivi jista’ jkun aktar strett fuq dan il-punt milli l-leġiżlazzjoni dwar il-kooperattivi fi stati Ewropej oħrajn. Bħala eżempju, l-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu għall-Artikolu 64 tar-Regolament tal-KE dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (23), li tistabbilixxi li l-kooperattiva tista’ tipprovdi għal ħruġ ta’ titoli li mhumiex ishma li jistgħu jissottoskrivu għalihom kemm il-membri kif ukoll dawk li mhumiex membri. Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li r-restrizzjonijiet imposti fuq il-kooperattivi fin-Norveġja huma meħtieġa.

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 719/07/COL, l-Awtorità ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-iskema nnotifikata. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-opinjoni preliminari tal-Awtorità kienet li l-iskema kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE.

L-ewwel nett, l-Awtorità qieset li l-benefiċċju fiskali propost għall-kooperattivi jagħti vantaġġ lill-kooperattivi. It-tieni, l-Awtorità kkunsidrat li l-benefiċċju fiskali għall-kooperattivi huwa selettiv u kellha dubji jekk ikunx iġġustifikat min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa Norveġiża. Fuq il-bażi li l-iskema tnaqqas it-taxxa korporattiva pagabbli mill-kooperattivi koperti, l-Awtorità esprimiet dubji dwar jekk l-iskema toħloqx distorsjoni jew theddidx li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. Fl-aħħar nett, l-Awtorità esprimiet dubji dwar jekk il-miżura nnotifikata tistax titqies li tikkonforma ma’ kwalunkwe eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 61 taż-ŻEE u għaldaqstant titqiesx kumpatibbli mar-regoli tal-Ftehim dwar iż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.   IL-KUMMENTI TAL-AWTORITAJIET NORVEĠIŻI

L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li t-tnaqqis tat-taxxa propost ma jagħtix vantaġġ lill-kooperattivi. Minn naħa waħda, l-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li t-tnaqqis tat-taxxa għandu jitqies “parti minn ftehim li permezz tiegħu l-iskema tat-taxxa tikkostitwixxi ħlasijiet mill-Istat lil kumpaniji kooperattivi għall-adattament tagħhom għall-qafas legali attwali għall-kooperattivi” (24). B’dan l-Istat jissalvagwardja l-forma kooperattiva bħala alternattiva għal kumpaniji limitati, li huwa meqjus bħala benefiċċju intanġibbli fl-interess pubbliku. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li t-tnaqqis tat-taxxa għandu jitqies bħala kumpens għall-ispejjeż żejda li jġarrbu l-kooperattivi minħabba r-restrizzjonijiet imposti fuqhom fir-rigward tal-aċċess għal kapital azzjonarju, meqjus bħala żvantaġġ strutturali għall-kooperattiva. L-awtoritajiet Norveġiżi jiddikjaraw li huma jassumu li l-miżura inkwistjoni tikkumpensa u tikkumbatti biss l-iżvantaġġ fundamentali impost fuq il-kooperattivi fir-rigward tal-aċċess għal kapital azzjonarju.

Fir-rigward taż-żewġ argumenti, l-awtoritajiet Norveġiżi jiddikjaraw li l-iskema hija konformi mal-prinċipju ta’ investitur fis-suq. L-argument jidher li huwa bbażat fuq l-opinjoni li l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema mhix sejra taqbeż l-ispejjeż żejda involuti fl-operat bħala kooperattiva u lanqas il-benefiċċju pubbliku ta’ salvagwardja tal-forma kooperattiva.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li l-użu ta’ miżura fiskali ma jipprevjenix l-użu tal-prinċipju ta’ investitur fis-suq, minħabba li l-forma ta’ għajnuna magħżula mill-Istat għandha tkun irrilevanti.

Jirriżulta mill-prattika tal-Qrati Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea li l-fatt li miżura tikkumpensa għal żvantaġġ li ssofri impriża, ma jimplikax li l-miżura ma tistax titqies bħala għoti ta’ vantaġġ lill-impriża. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, din il-prattika ma tapplikax f’dan il-każ. Il-kumpaniji kollha b’responsabbiltà limitata għandhom il-possibbiltà li jżidu l-kapital azzjonarju tagħhom billi jirċievu depożiti li mhumiex dħul taxxabbli għall-kumpanija. L-iskema tikkumpensa biss għall-iżvantaġġ u tpoġġi lill-kooperattivi f’livell ugwali ma’ kumpaniji oħrajn. L-awtoritajiet Norveġiżi barra minn hekk jargumentaw li dan il-każ huwa distint mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-każ OTE  (25) minħabba li l-benefiċċju fiskali u l-ispejjeż żejda dovuti għall-obbligu f’dan il-każ iseħħu fl-istess waqt. L-awtoritajiet Norveġiżi jinterpretaw il-paragrafu 101 fil-każ OTE bħala li jindika li dan jista’ jkun ta’ importanza għall-kwalifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat.

Rigward is-selettività tal-iskema, l-awtoritajiet Norveġiżi jiddikjaraw li l-iskema tirriżulta fit-trattament tal-kooperattivi bħal li kieku l-kapital azzjonarju kien ġie ffinanzjat minn azzjonisti. Il-benefiċċju fiskali jippermetti lill-kooperattiva li tirċevieh li talloka l-istess ammont bħala ekwità mingħajr ma jkollha tħallas taxxa, bħal li kieku rċeviet ammont simili bħala depożiti ta’ ishma. B’konsegwenza ta’ dan, fl-opinjoni tal-awtoritajiet Norveġiżi, ir-regola ġenerali li tikkonċerna d-depożiti ta’ kapital azzjonarju ssir applikabbli għall-kooperattivi.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li l-iskema nnotifikata hija konformi mar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat u l-prinċipji espressi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi (26). L-awtoritajiet Norveġiżi b’mod partikolari jirreferu għas-Sezzjoni 3.2.6 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, li tistabbilixxi li trattament fiskali speċifiku tal-kooperattivi jista’ jintlaqa’ tajjeb.

Fl-aħħar nett, rigward id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li l-iskema tikkumbatti biss distorsjoni eżistenti għad-detriment tal-kooperattivi, u għaldaqstant jista’ jiġi preżunt li ttejjeb l-effiċjenza tas-swieq affettwati.

5.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

Wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 719/07/COL li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-għajnuna nnotifikata lil ċerti kooperattivi, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA irċeviet kummenti minn għadd ta’ partijiet terzi.

Il-kummenti tal-Gvern Franċiż jirreferu, essenzjalment, għall-karattru speċjali tal-kooperattivi, u jenfasizzaw li l-iskema nnotifikata hija maħsuba biss sabiex tikkumpensa lill-kooperattivi għall-iżvantaġġi strutturali tagħhom.

Cooperatives Europe tirrappreżenta kooperattivi madwar l-Ewropa u għandha l-għan li tappoġġja u tiżviluppa impriżi kooperattivi. Fil-bidu, l-organizzazzjoni tirreferi għall-identità speċifika tal-kooperattiva, rikonoxxuta mill-awtoritajiet Komunitarji. Cooperatives Europe temmen li l-iskemi speċifiċi li jibbenefikaw minnhom il-kooperattivi m’għandhomx jitqabblu mal-iskemi li japplikaw għal forom oħrajn ta’ impriżi minħabba li l-iskemi huma t-traduzzjoni operattiva tal-prinċipji kooperattivi. Barra minn hekk, Cooperatives Europe targumenta li arranġamenti speċifiċi tat-taxxa għal kooperattivi m’għandhomx l-għan jew l-effett li jistabbilixxu kompetizzjoni inġusta, iżda pjuttost huma mfassla sabiex jikkunsidraw u jikkumpensaw il-limitazzjonijiet li huma inerenti fil-forma kooperattiva b’mod proporzjonat. Skont Cooperatives Europe, l-iskema hija ġġustifikata minn prinċipju ta’ ugwaljanza minħabba li l-kooperattivi jbatu minn ċerti żvantaġġi, inter alia rigward l-aċċess għal kapital. Cooperatives Europe tqis li l-kooperattivi huma soġġetti għal skema legali awtonoma li tikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. Huwa argumentat li jekk skema fiskali speċifika għall-kooperattivi tikkonforma mal-loġika tas-sistema legali fl-Istat Membru, hija konsegwenza tal-modi ta’ tħaddim operattiv tal-kooperattiva marbut mal-prinċipji u l-valuri tal-kooperattivi u hija proporzjonata għal-limitazzjonijiet imposti minn dawn il-modi ta’ tħaddim ta’ kooperattiva, ma tistax titqies li hija għajnuna mill-Istat jew vantaġġ iżda hija sempliċiment skema li toħroġ minn loġika ta’ tħaddim li huwa differenti minn forom oħrajn ta’ impriża u hija ġġustifikata minn trattament ugwali bejn forom differenti ta’ impriżi. Fl-aħħar nett, Cooperatives Europe targumenta li l-iskema tpatti għall-iżvantaġġi li jsofru l-kooperattivi u b’dan tirrikonoxxi l-loġika tas-sistema tal-kooperattivi u d-drittijiet tagħhom li jikkompetu fuq livell ugwali.

Kooperativa Förbundet, organizzazzjoni għall-kooperattivi tal-konsumaturi fl-Iżvezja, tappoġġa l-argumenti li ressqet Cooperatives Europe.

Confcooperative – Confederazione Cooperative Italiane hija organizzazzjoni għal kooperattivi Taljani. Hija tenfasizza l-għan reċiproku tal-kooperattivi u fil-konklużjoni tagħha li l-leġiżlazzjoni Norveġiża hija konformi ma’ dik ta’ Stati Membri oħra li jfittxu li jnaqqsu l-iżvantaġġi li jkollhom il-kooperattivi, b’mod speċjali rigward iż-żieda fil-kapital, tenfasizza li kull eċċess imħallas mill-membri fil-kooperattiva jibqa’ l-proprjetà tal-membru u għalhekk ma jistax ikun intaxxat f’idejn il-kooperattiva.

Legacoop – Lega Nazionale delle Cooperative e Mutue hija organizzazzjoni għal kooperattivi Taljani fis-setturi kollha. Legacoop tirreferi għall-bilanċ żejjed tal-kooperattivi li huwa kkaratterizzat mill-fatt li l-membri tal-kooperattiva jirrinunzjaw temporanjament għall-bonus tagħhom. L-organizzazzjoni tqis li l-iskema hija konformi mal-leġiżlazzjoni ċivili u fiskali dwar il-kooperattivi Ewropej, u li l-iskema għandha tgħin sabiex tnaqqas l-iżvantaġġi tal-kooperattivi fir-rigward tal-provvista tal-kapital.

Coop de France hija organizzazzjoni għal kooperattivi Franċiżi fis-settur tal-agrikoltura. L-organizzazzjoni tirreferi għall-qafas legali Ewropew li rrikonoxxa l-irwol speċifiku li għandhom il-kooperattivi, irrispettivament mis-settur tal-ekonomija li fih ikunu attivi u żviluppa strumenti li jagħtuhom sigurtà legali. Barra minn hekk, l-organizzazzjoni targumenta li l-iskema mhijiex għajnuna iżda sempliċiment tikkumpensa lill-kooperattivi għall-iżvantaġġi strutturali inerenti fil-forma legali tagħhom. Barra minn hekk, huwa argumentat li l-iskema hija fil-loġika tas-sistema, u għalhekk mhix selettiva. Dan huwa prinċipalment ibbażat fuq l-argument li l-kapital tal-kooperattivi m’huwiex diviżibbli u jikkonsisti minn profitti mhux imqassma tal-membri. Coop de France tirreferi wkoll għad-diffikultajiet tal-kooperattivi f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-kapital azzjonarju bbażati fuq in-nuqqas ta’ possibbiltà li joħorġu ishma, l-għadd limitat ta’ membri potenzjali bbażat fuq l-objettiv tal-kooperattivi u n-nuqqas ta’ possibbiltà għall-kooperattivi li jużaw strumenti finanzjarji.

Landbrugsrådet hija organizzazzjoni għal kooperattivi fis-settur tal-agrikoltura fid-Danimarka. L-organizzazzjoni targumenta li l-iskema toħloq livell ġust u ugwali bejn tipi differenti ta’ impriżi billi tirrispetta n-natura u l-prinċipji tal-kooperattivi. L-iskema ma tiffavorixxix lill-kooperattivi, iżda taġġusta żvantaġġ strutturali.

CECOP-CICOPA-Europe tirrappreżenta lill-kooperattivi industrijali u tas-servizzi. L-organizzazzjoni targumenta li l-iskemi speċifiċi li jibbenefikaw minnhom il-kooperattivi m’għandhomx jitqabblu mal-iskemi li japplikaw għal forom oħra ta’ impriżi, minħabba li huma bbażati fuq il-prinċipji li jirregolaw lill-kooperattivi. Hija tkompli targumenta li meta l-Awtorità tqabbel is-sitwazzjoni tal-kooperattivi ma’ kumpaniji oħrajn tidher li tkun qiegħda tistabbilixxi ġerarkija bejn il-forom legali, bl-iskema għall-kooperattivi tkun interpretata bħala eċċezzjoni. Dan mhuwiex konformi mat-Trattat Ewropew jew mar-Regolament dwar l-Istatut għal kumpanija Ewropea. L-organizzazzjoni, b’referenza għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi, issostni li l-iskema nnotifikata tikkunsidra u tpatti għal-limitazzjonijiet li huma inerenti fil-forma kooperattiva b’mod proporzjonat.

Il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli fl-UE (General Confederation of Agricultural Co-operatives in the EU - COGECA) tirrappreżenta l-interess ekonomiku ġenerali tal-kooperattivi agrikoli, tal-ikel agrikolu, tal-forestrija u tas-sajd fl-Ewropa. L-organizzazzjoni tirreferi għall-irwol fundamentali tal-kooperattivi f’dawn is-setturi, li ġie rikonoxxut minn bosta Stati Membri tal-UE, u għall-fatt li l-kooperattivi għandhom kuxjenza intrinsika lejn il-komunità (żvilupp sostenibbli) fl-istatuti tagħhom. L-organizzazzjoni tesprimi t-tħassib li t-trattament fiskali uniformi tal-kooperattivi u ta’ impriżi oħrajn jista’ jkollu r-riżultat li l-kooperattivi jadottaw tipi legali oħrajn ta’ organizzazzjoni u għalhekk joħolqu aċċess aktar diffiċli għas-suq għall-bdiewa.

CCAE Confederación de Cooperativas Agrarias de España, organizzazzjoni għal kooperattivi agrikoli, tappoġġja l-argumenti mressqa minn COGECA, Coop de France u Cooperatives Europe.

Groupement National de la Coopération hija organizzazzjoni għall-moviment tal-kooperattivi fi Franza. Hija targumenta li t-trattament fiskali benefiċjali għall-kooperattivi fi Franza u f’pajjiżi oħrajn Ewropew huwa maħsub sabiex jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn il-kooperattivi u impriżi oħrajn u ma joħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni. L-organizzazzjoni tirreferi għall-karatteristiċi distintivi tal-kooperattivi, u tenfasizza li l-kooperattivi, biex jeżistu u jevolvu, jeħtieġu ċertu qafas legali u fiskali li jikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom u l-kundizzjonijiet li taħthom iwettqu l-attivitajiet tagħhom. Hija tappoġġa l-opinjoni Norveġiża li l-iskema ma tagħtix vantaġġ lill-kooperattivi u targumenta li l-iskema mhix ser toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni minħabba li ma jkunx possibbli li jkun hemm regoli identiċi għal forom differenti ta’ impriżi b’karatteristiċi differenti. Abbażi ta’ dan, l-organizzazzjoni tenfasizza li l-għajnuna ma tkunx sproporzjonata.

Il-Kumitat Permanenti Norveġiż dwar l-Affarijiet tal-Kooperattivi (Norwegian Standing Committee on Co-operative Affairs) (Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-NSCC”) huwa organizzazzjoni għal kooperattivi Norveġiżi. L-NSCC jgħid fil-bidu li hemm differenza fundamentali bejn il-kooperattivi u forom legali oħrajn ta’ impriżi, jiġifieri li r-relazzjoni bejn il-kooperattiva u l-membri tagħha hija differenti minn dik bejn kumpanija ta’ responsabbiltà limitata u l-azzjonist. Dan jaffettwa wkoll il-miżuri fiskali imposti fuq il-kooperattivi.

L-NSCC l-ewwel jargumenta li l-miżura mhijiex għajnuna mill-Istat minħabba li hija ġġustifikata min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa. F’dan ir-rigward, l-NSCC targumenta li l-kooperattivi jibnu l-kapital azzjonarju tagħhom billi ma jħallsux bonusijiet lill-membri tagħhom. Normalment, dan il-bilanċ żejjed ikollu jitħallas lill-membri tal-kooperattiva, minħabba li huwa fil-fatt korrezzjoni differita tal-prezz li ma jappartjenix għall-kooperattiva iżda għall-membri. Jekk iseħħ rimbors, dan ikun imnaqqas mit-taxxa għall-kooperattiva. Jekk il-bilanċ żejjed ma jitħallasx, fil-fatt ikun kontribut ta’ kapital azzjonarju mill-membri tal-kooperattiva. Huwa għalhekk fil-loġika tas-sistema li l-bilanċ żejjed għandu jkun eżenti mit-taxxa irrispettivament minn jekk jitwarrabbx bħala kapital azzjonarju jew jekk jitħallasx lura bħala rimbors lill-membri. Barra minn hekk, hija applikabbli l-loġika sottostanti li jkun evitat li ammont jiġi ntaxxat darbtejn. Bl-istess mod kif pjazzamenti privati huma eżenti mit-taxxa f’idejn il-kumpanija ta’ responsabbiltà limitata minħabba li jkunu diġà ġew intaxxati f’idejn l-azzjonist, il-kontribuzzjoni ta’ kapital azzjonarju mill-membru tal-kooperattiva għandha tkun eżenti mit-taxxa f’idejn il-kooperattiva minħabba li din tkun diġà ġiet intaxxata f’idejn il-membru. Abbażi ta’ dan, l-NSCC jikkunsidra li minflok titqabbel l-iskema mar-regoli dwar it-taxxa fuq id-dħul, il-qafas legali għandu jkun ir-regoli li jirrigwardaw il-kontribuzzjoni tal-azzjonisti għall-kapital azzjonarju.

It-tieni, l-NSCC jargumenta li l-miżura ma tirrappreżentax vantaġġ minħabba li tpatti biss għal żvantaġġi strutturali inerenti fl-istruttura legali tal-kooperattivi. L-NSCC, b’referenza għad-deċiżjoni ta’ ftuħ, ikompli jargumenta li mhuwiex rilevanti jekk l-iżvantaġġi rilevanti humiex ikkumpensati minn elementi oħrajn fis-sistema tal-kooperattivi fin-Norveġja, iżda li l-prova legali għandha tkun jekk l-iżvantaġġ partikolari li l-miżura għandha l-għan li tibbilanċja huwiex ikkumpensat minn miżuri oħrajn.

It-tielet, l-NSCC isostni li l-miżura mhijiex selettiva minħabba li t-trattament differenti tat-taxxa bejn il-kooperattivi u impriżi oħrajn jirrifletti d-differenzi li jinsabu fil-liġi dwar il-kumpaniji. Għaldaqstant, minħabba li l-miżura fiskali li qed tiġi eżaminata tapplika biss għal entitajiet organizzati bħala kooperattivi, din tikkonċerna biss forma legali ta’ impriża li hija miftuħa għal kulħadd. Għalhekk, il-miżura mhijiex selettiva.

II.   EVALWAZZJONI

1.   L-AMBITU TAD-DEĊIŻJONI

Kif stabbilit fis-Sezzjoni I-2.4 aktar ’il fuq, il-benefiċjarji potenzjali taħt l-iskema huma l-aktar kooperattivi attivi fis-setturi tal-agrikoltura, is-sajd u l-forestrija, ċerti kooperattivi tal-konsumaturi u soċjetajiet tal-bini tal-kooperattivi.

L-Artikolu 8 taż-ŻEE jiddefinixxi l-ambitu tal-Ftehim. Jirriżulta mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 li:

“Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw biss għal:

(a)

prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 25 sa 97 tad-Deskrizzjoni Armonizzata tal-Komoditajiet u s-Sistema ta’ Kodifikazzjoni, minbarra l-prodotti elenkati fil-Protokoll 2;

(b)

prodotti speċifikati fil-Protokoll 3, soġġetti għall-arranġamenti speċifiċi stabbiliti f’dak il-Protokoll.”

Abbażi ta’ dan, is-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd fil-biċċa l-kbira jaqgħu barra mill-ambitu tar-regoli tal-Ftehim dwar iż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat.

Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni tapplika għall-konċessjoni ta’ taxxa proposta għall-kooperattivi, iżda ma tittrattax il-kooperattivi attivi fis-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd sal-punt li l-attivitajiet ta’ dawn il-kooperattivi jaqgħu barra l-ambitu tar-regoli tal-Ftehim dwar iż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat.

2.   IL-PREŻENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

2.1.   INTRODUZZJONI

L-Artikolu 61(1) taż-ŻEE jgħid hekk:

“Ħlief kif ipprovdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, kwalunkwe għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, mill-Istati tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, tkun xi tkun, li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, sakemm taffetwa n-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti, għandha tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta’ dan il-Ftehim.”

L-Awtorità tfakkar li, bħala regola ġenerali, is-sistema tat-taxxa ta’ Stat tal-EFTA nnifsu mhijiex koperta mill-Ftehim dwar iż-ŻEE. Huwa f’idejn kull Stat tal-EFTA biex ifassal u japplika sistema ta’ taxxa skont l-għażliet ta’ politika tiegħu stess. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ miżura fiskali, bħat-tnaqqis fit-taxxa korporattiva għal ċerti kooperattivi, jista’ jkollha konsegwenzi li jistgħu jġibu l-miżura fiskali fl-ambitu tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE. Skont il-ġurisprudenza (27), l-Artikolu 61(1) taż-ŻEE ma jagħmilx distinzjoni bejn miżuri ta’ intervent Statali b’referenza għall-kawżi jew l-għanijiet tagħhom iżda jiddefinixxihom b’relazzjoni mal-effetti tagħhom.

2.2.   PREŻENZA TA’ RIŻORSI TAL-ISTAT

Biex tkun għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE, l-għajnuna għandha tingħata mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat.

L-Awtorità tfakkar li, skont ġursiprudenza stabbilita, id-definizzjoni ta’ għajnuna hija aktar ġenerali minn dik ta’ sussidju, għaliex tinkludi mhux biss benefiċċji pożittivi, bħas-sussidji nnifishom, iżda wkoll miżuri tal-Istat li, f’diversi forom, itaffu l-ħlasijiet li normalment ikunu inklużi fil-baġit ta’ impriża u li b’hekk, mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens strett tal-kelma, huma simili fin-natura tagħhom u għandhom l-istess effett. (28)

Skont l-iskema nnotifikata, il-kooperattivi msemmija fis-Sezzjoni 10-50 tal-Att dwar it-Taxxa sejrin ikunu intitolati għal forma speċjali ta’ tnaqqis tat-taxxa. Għalhekk, dawn il-kooperattivi jistgħu inaqqsu allokazzjonijiet għal kapital azzjonarju mid-dħul tagħhom. It-tnaqqis tat-taxxa jimplika li t-taxxa pagabbli mill-kooperattivi koperti mill-iskema hija mnaqqsa. Il-miżura tinvolvi telf ta’ dħul mit-taxxa għall-Istat Norveġiż, stmat mill-awtoritajiet Norveġiżi li jammonta għal bejn madwar NOK 35 u 40 miljun (madwar EUR 4 - 5 miljun) għas-sena fiskali 2007. Skont ġurisprudenza stabbilita, miżura li permezz tagħha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi eżenzjoni mit-taxxa li, għalkemm ma tinvolvix trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat, tpoġġi lil dawk li eliġibbli għall-eżenzjoni mit-taxxa f’sitwazzjoni finanzjarja aktar favorevoli minn oħrajn li jħallsu t-taxxa, din tirrappreżenta għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat (29). B’konsegwenza ta’ dan, l-Awtorità ssib li fl-iskema nnotifikata huma involuti r-riżorsi tal-Istat.

2.3.   IL-FAVOREĠĠAMENT TA’ ĊERTI IMPRIŻI JEW TAL-PRODUZZJONI TA’ ĊERTI OĠĠETTI

2.3.1.    Selettività

L-ewwel, il-miżura ta’ għajnuna trid tkun selettiva fis-sens li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”.

Il-kooperattivi eliġibbli taħt l-iskema huma impriżi fis-sens tar-regoli tal-Ftehim dwar iż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat. Skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ “impriża” ikopri kwalunkwe entità impenjata f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tkun iffinanzjata (30).

Biex ikun determinat jekk miżura hijiex selettiva, huwa xieraq li jkun eżaminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali partikolari, dik il-miżura tirrappreżentax vantaġġ għal ċerti impriżi meta mqabbla ma’ oħrajn li huma f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli (31).

L-Awtorità sejra Minn hawn ’il quddiem teżamina dawn l-elementi fir-rigward tat-tnaqqis tat-taxxa favur ċerti kooperattivi stabbiliti fis-Sezzjoni 10-50 tal-Att dwar it-Taxxa.

Qafas ta’ referenza

Biex tikklassifika miżura fiskali bħala selettiva, l-Awtorità għandha l-ewwel tibda billi tidentifika u teżamina r-reġim komuni jew “normali” taħt is-sistema ta’ taxxa applikabbli li jirrappreżenta l-qafas ta’ referenza rilevanti. (32)

Fin-Norveġja, il-kooperattivi huma soġġetti għat-taxxa korporattiva ġeneralment applikabbli. L-għan tat-taxxa korporattiva huwa li tintaxxa profitti (dħul nett) li jsiru mill- kumpaniji. Madankollu, skont is-Sezzjoni 10-50 proposta tal-Att dwar it-Taxxa, ċerti kooperattivi tal-konsumaturi, kooperattivi attivi fis-setturi tal-agrikoltura, tas-sajd u tal-forestrija u soċjetajiet kooperattivi tal-bini huma intitolati għal tnaqqis sa 15 % tad-dħul tagħhom li jkun ġej minn negozju mal-membri tagħhom. B’hekk, il-bażi tat-taxxa ta’ dawn l-impriżi tonqos, u b’hekk tonqos ukoll it-taxxa korporattiva tagħhom. Din ir-regola fiskali tiddevja mir-regoli normali dwar it-taxxa korporattiva li jħallsu l-impriżi fin-Norveġja.

Fin-notifika, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li s-sistema ta’ referenza rilevanti f’dan il-każ huwa l-qafas ġenerali għall-forniment tal-kapital. L-Awtorità għandha opinjoni differenti. Minħabba li l-eżenzjoni mit-taxxa għal ċerti kooperattivi hija deroga mit-taxxa korporattiva applikabbli b’mod ġenerali, l-Awtorità ssib li r-referenza rilevanti li magħha għandha titqabbel il-miżura nnotifikata sabiex din tkun iġġudikata hija s-sistema ta’ taxxa korporattiva. Għaldaqstant, it-taxxa korporattiva hija l-qafas ta’ referenza rilevanti li fl-isfond tiegħu għandha titkejjel id-deroga.

Sitwazzjoni fattwali u legali

Imbagħad, l-Awtorità għandha tevalwa jekk, taħt skema statutorja partikolari (f’dan il-każ it-taxxa korporattiva), miżura tal-istat hijiex tali li tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti fis-sens tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li huma f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli fid-dawl tal-objettiv imfittex mill-miżura inkwistjoni (33).

Għaldaqstant, l-Awtorità għandha tevalwa u tiddetermina jekk kwalunkwe vantaġġ mogħti mill-miżura fiskali fil-kwistjoni jistax ikun selettiv billi turi li l-miżura tidderoga minn dak ir-reġim komuni peress li l-miżura tiddistingwi bejn operaturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettiv assenjat lis-sistema tat-taxxa tal-Istat ikkonċernat, huma f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli (34).

Skont il-ġurisprudenza msemmija hawn fuq, l-Awtorità għandha għalhekk tevalwa jekk taħt it-taxxa korporattiva, it-tnaqqis ta’ 15 % tad-dħul tal-kooperattivi li jkun ġej min-negozju mal-membri tagħhom jiffavorixxix ċerti kooperattivi fis-sens tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li jkunu f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli fid-dawl tal-objettiv imfittex mit-taxxa korporattiva.

Kif imsemmi hawn fuq, l-objettiv imfittex mit-taxxa korporattiva huwa li tintaxxa profitti li jagħmlu l-kumpaniji.

F’dan il-kuntest, l-Awtorità hija konxja mill-karatteristiċi speċifiċi tal-kooperattivi. B’mod partikolari, l-Awtorità tinnota li skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi, “[k]ooperattivi joperaw fl-interess tal-membri tagħhom, li fl-istess waqt huma utenti, u mhumiex ġestiti fl-interessi ta’ investituri barranin. Il-membri jirċievu profitti fi proporzjon man-negozju tagħhom mal-kooperattiva, u r-riżorsi u l-assi huma spiss miżmuma, ma jitqassmux u huma ddedikati għall-interessi komuni tal-membri. Minħabba li r-rabtiet personali fost il-membri huma fil-prinċipju b’saħħithom u ta’ importanza, sħubijiet ġodda huma soġġetti għal approvazzjoni filwaqt li d-drittijiet ta’ votazzjoni mhux bilfors ikunu proporzjonati mal-ishma (persuna waħda vot wieħed). Ir-riżenja tintitola lill-membru għal ħlas lura tal-parti tiegħu u timplika tnaqqis tal-kapital.” (35)

B’konsegwenza ta’ dan, kooperattiva purament reċiproka hija ddefinita, l-ewwel, permezz ta’ relazzjoni speċifika mal-membri tal-kooperattiva, li jfisser li l-membri jkunu involuti b’mod attiv fit-tħaddim tan-negozju tal-kooperattiva, u li jkun hemm grad għoli ta’ interazzjoni bejn il-membri u l-kooperattiva li tmur lil hinn minn sempliċi relazzjoni kummerċjali. It-tieni, l-assi tal-kooperattiva huma spiss miżmuma mill-membri u l-profitti jitqassmu b’mod esklussiv fost il-membri tal-kooperattiva abbażi tan-negozju tal-membri mal-kooperattiva.

Fuq il-bażi tal-prinċipji stipulati hawn fuq, l-Awtorità ma teskludix li kooperattivi purament reċiproċi u kumpaniji oħrajn jistgħu jitqiesu li mhumiex f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli f’dak li jirrigwarda l-objettiv tat-taxxa dwar il-profitti korporattivi.

Madankollu, f’dan il-każ, jidher li l-karattru purament reċiproku ta’ xi wħud mill-kooperattivi koperti mill-iskema nnotifikata huwa dubjuż. Parti kbira min-negozju ta’ ċerti kooperattivi koperti mill-iskema mhuwiex relatat ma’ negozju mal-membri, iżda ma’ negozju ma’ klijenti oħrajn. F’dan ir-rigward, l-Awtorità tirreferi għar-restrizzjoni stipulata fis-Sezzjoni 10-50 tal-Att dwar it-Taxxa li permezz tagħha dawk il-kooperattivi tal-konsumaturi b’aktar minn 50 % tal-fatturat regolari relatat ma’ negozju mal-membri għandhom jibbenefikaw mill-iskema nnotifikata. Fl-opinjoni tal-Awtorità, kooperattivi bħal dawn li b’mod prevalenti huma reċiproċi huma pjuttost differenti mill-mudell kooperattiv pur deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi.

Barra minn hekk, l-iskema tkopri biss dawk il-kooperattivi speċifikati fl-abbozz tas-Sezzjoni 10-50 tal-Att dwar it-Taxxa, jiġifieri ċerti kooperattivi tal-konsumaturi, kooperattivi attivi fis-settur tal-agrikoltura, tas-sajd u tal-forestrija u soċjetajiet kooperattivi tal-bini. Dawn il-kooperattivi biss huma intitolati għal tnaqqis sa 15 % tal-parti tad-dħul tagħhom li jkun ġej minn negozju mal-membri tagħhom. B’konsegwenza ta’ dan, il-vantaġġ fiskali kkonċernat jingħata abbażi tal-forma legali tal-impriża bħala kooperattiva u tas-setturi li fihom l-impriża twettaq l-attivitajiet tagħha. Huwa għalhekk ċar li l-miżura hija selettiva fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħrajn komparabbli.

Minħabba li tapplika tassazzjoni differenti fuq il-profitti ta’ ċerti kooperattivi minn negozju mal-membri tagħhom skont is-settur ta’ attività tagħhom, l-Awtorità tqis li s-Sezzjoni 10-50 tal-Att Norveġiż dwar it-Taxxa tiddistingwi bejn operaturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettiv assenjat lis-sistema ta’ taxxa korporattiva li huwa t-tassazzjoni tal-profitti, huma f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli.

Ġustifikazzjoni permezz tan-natura u l-loġika tas-sistema

Skont ġurisprudenza stabbilita sew, il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat ma jirreferix għal miżuri tal-Istat li jiddistingwu bejn l-impriżi u li huma, għaldaqstant, prima facie selettivi f’każ li dik id-differenza tirriżulta min-natura jew mill-istruttura ġenerali tas-sistema li jiffurmaw parti minnha. (36) Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-EFTA u tal-Qrati tal-Komunità stabbiliet li miżura fiskali speċifika li parzjalment jew kompletament tkun maħsuba biex teżenta impriżi f’settur partikolari mill-ħlasijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni normali tas-sistema ġenerali tista’ tkun iġġustifikata permezz tal-loġika interna tas-sistema tat-taxxa jekk ma tkunx konsistenti magħha. (37)

Għaldaqstant, l-Awtorità għandha tiddetermina jekk id-distinzjoni bejn ċerti kooperattivi u impriżi oħrajn mhijiex madankollu selettiva minħabba li tirriżulta min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema ta’ ħlasijiet li tifforma parti minnha. Għaldaqstant, jekk id-distinzjoni tirriżultax direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta’ gwida ta’ dik is-sistema (38).

Jirriżulta mill-ġurisprudenza li huwa f’idejn l-Istat taż-ŻEE li jkun introduċa tali distinzjoni biex juri li hija ġġustifikata min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema inkwistjoni (39). L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li t-tnaqqis tat-taxxa applikabbli għal ċerti kooperattivi huwa ġġustifikat min-natura jew l-iskema ġenerali minħabba li dan jimplika li s-sistema Norveġiża ta’ finanzjar ta’ kapital azzjonarju għal korporazzjonijiet billi jirċievu depożiti mhux taxxabbli tiġi applikata wkoll għall-kooperattivi. Fi kliem ieħor, l-iskema jkollha l-għan li tibbilanċja żvantaġġ għall-kooperattivi li huwa inerenti fil-forma legali tagħhom.

Fl-opinjoni tal-Awtorità, f’dan il-każ, il-ġustifikazzjoni li pprovdew l-awtoritajiet Norveġiżi li t-tnaqqis fit-taxxa korporattiva għandu jitqies bħala kumpens għall-ispejjeż żejda li jġarrbu l-kooperattivi minħabba l-aċċess diffiċli tagħhom għal kapital ma tistax titqies li taqa’ fil-loġika tas-sistema tat-taxxa korporattiva. It-taxxa korporattiva hija taxxa imposta fuq id-dħul ta’ kumpanija min-negozju normali filwaqt li d-depożiti ta’ ishma u depożiti oħrajn ta’ kapital azzjonarju mhumiex ikkwalifikati bħala dħul skont il-liġi tat-taxxa Norveġiża (40). Għalhekk, anki jekk l-għan imfittex mill-awtoritajiet Norveġiżi huwa ta’ wieħed nobbli, ma jidhirx li jirriżulta b’mod dirett mill-prinċipji bażiċi jew ta’ gwida tas-sistema li fiha hija inkorporata l-miżura, jiġifieri s-sistema tat-taxxa. L-Awtorità tfakkar li skont ġursiprudenza konsistenti l-għan imfittex mill-miżuri tal-Istat mhuwiex biżżejjed sabiex jeskludi bla ebda dubju dawk il-miżuri mill-klassifikazzjoni ta’ għajnuna għall-finijiet tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE. (41)

Barra minn hekk, f’dan il-każ, l-Awtorità tinnota li l-iskema nnotifikata mhix maħsuba li tapplika għall-kooperattivi kollha, li fil-prinċipju jbatu mill-istess żvantaġġ strutturali kif enfasizzat mill-awtoritajiet Norveġiżi. Għall-kuntrarju, l-iskema tkopri biss kooperattivi f’dawk is-setturi li huma espressament imsemmija fl-abbozz tas-Sezzjoni 10-50 tal-Att dwar it-Taxxa. L-awtoritajiet Norveġiżi ma ressqux argumenti li juru li d-delimitazzjoni tal-iskema għal dawn il-kooperattivi hija konformi man-natura u l-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa. Id-dokumenti ta’ tħejjija għas-Sezzjoni 10-50 tal-Att dwar it-Taxxa jirreferu biss għall-kooperattivi koperti mill-iskema bħala li jirrappreżentaw is-setturi kooperattivi tradizzjonali (42), konsiderazzjoni li mhix rilevanti fil-qafas tat-tassazzjoni korporattiva. Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Norveġiżi, id-delimitazzjoni hija bbażata fuq suppożizzjoni li l-kooperattivi li għandhom ikunu koperti mill-iskema huma aktar fi bżonn ta’ għajnuna milli kooperattivi f’setturi oħrajn. Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi la ressqu xi informazzjoni oġġettiva li tappoġġa s-suppożizzjoni tagħhom u lanqas xi ġustifikazzjoni oħra oġġettiva u ssostanzjata għal din id-distinzjoni.

B’mod konformi mal-ġurisprudenza (43), l-Awtorità tqis li l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati ċerti rekwiżiti (f’dan il-każ il-partikularitajiet tal-kooperattivi bħala organizzazzjonijiet), għalkemm leġittima, ma tistax tiġġustifika l-esklużjoni ta’ miżuri selettivi, anki dawk speċifiċi, mill-ambitu tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE minħabba li f’kull każ jistgħu jiġu kkunsidrati l-objettivi partikolari meta l-kumpatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna mill-istat tiġi evalwata skont l-Artikolu 61(3) taż-ŻEE.

Bħala punt addizzjonali, l-Awtorità tirreferi għall-kummenti tal-Kumitat Permanenti Norveġiż dwar l-Affarijiet tal-Kooperattivi u l-osservazzjoni li eżenzjoni mit-taxxa għall-kooperattivi tista’ tkun iġġustifikata fuq il-bażi tal-argumenti ta’ tassazzjoni doppja u skont dan taqa’ fin-natura u l-loġika tas-sistema tat-taxxa korporattiva. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni li għandha, l-Awtorità ma tistax teskludi li jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il-kapital la jiġi ntaxxat f’idejn il-kooperattiva u lanqas f’idejn il-membri.

Barra minn hekk, fir-rigward ta’ dan il-każ u fin-nuqqas ta’ argumenti konvinċenti rigward il-kuntrarju, l-Awtorità hija tal-opinjoni li l-fatt li wieħed japplika trattament fiskali favorevoli biss għal ċerti kooperattivi mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni oġġettiva għal dan id-distinzjoni ma jistax jitqies konformi mal-loġika tas-sistema tat-taxxa (44). Anki jekk il-miżura fiskali inkwistjoni tiddetermina l-ambitu tagħha fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, jibqa’ l-fatt li fin-natura tagħha hija selettiva (45).

F’dan l-isfond, l-Awtorità tqis li t-tnaqqis tat-taxxa applikabbli għal ċerti kooperattivi tidderoga mir-reġim ta’ taxxa korporattiv ordinarju, ma jidhirx li huwa ġġustifikat min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema, u għaldaqstant għandu jitqies selettiv. (46)

2.3.2.    Vantaġġ

It-tieni, biex ikun iddeterminat jekk ingħatax vantaġġ ekonomiku lill-kooperattivi koperti mill-iskema, l-Awtorità għandha tevalwa jekk il-miżura teħlisx lill-benefiċjarji minn spejjeż li huma normalment iġarrbu waqt in-negozju tagħhom. L-Awtorità hija tal-opinjoni li l-kwistjoni dwar jekk l-iskema tagħtix vantaġġ lill-kooperattivi koperti għandha tiġi kkunsidrata fid-dawl tas-sistema ta’ taxxa korporattiva li tapplika kemm għall-impriżi li jagħmlu qligħ tajjeb kif ukoll għall-kooperattivi, inklużi dawk li mhumiex koperti mill-iskema.

Skont l-iskema nnotifikata, ċerti kooperattivi huma intitolati għal tnaqqis sa 15 % tal-parti tad-dħul tagħhom li jkun ġej minn negozju mal-membri tagħhom. Għalhekk, il-bażi tat-taxxa ta’ dawn l-impriżi titnaqqas, u b’hekk ukoll it-taxxa korporattiva tagħhom. B’riżultat ta’ dan, il-miżura teħlishom mill-ispejjeż li s-soltu jġarrbu mill-baġits tagħhom. Din ir-regola fiskali tiddevja mir-regoli normali dwar it-taxxa korporattiva li l-impriżi jħallsu fin-Norveġja.

L-awtoritajiet Norveġiżi u l-parti l-kbira mill-partijiet terzi li ressqu kummenti għad-deċiżjoni tal-ftuħ jargumentaw li t-tnaqqis tat-taxxa propost ma jagħtix vantaġġ lill-kooperattivi. L-ewwel nett, skont l-awtoritajiet Norveġiżi, l-iskema hija konformi mal-prinċipju ta’ investitur fis-suq u għandha titqies bħala ħlas lill-kooperattivi talli jżommu l-forma legali tagħhom, li hija ta’ interess pubbliku. It-tieni, it-tnaqqis tat-taxxa huwa kumpens għall-ispejjeż żejda mġarrba mill-kooperattivi minħabba r-restrizzjonijiet imposti, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għal kapital azzjonarju, u ma jinvolvix xi kumpens żejjed.

L-ewwel, rigward il-prinċipju ta’ investitur fis-suq, l-argumentazzjoni tidher li hija bbażata fuq l-opinjoni li l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema mhijiex sejra taqbeż l-ispejjeż żejda involuti għal impriża li topera bħala kooperattiva (kumpens żejjed) lanqas il-benefiċċju pubbliku mis-salvagwardja tal-kooperattivi. L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li l-prinċipju ta’ investitur fis-suq japplika meta l-Istat jixtri benefiċċji intanġibbli għall-interess pubbliku bil-prezz tas-suq, għall-inqas fejn il-benefiċċju intanġibbli għall-Istat ikun għal kollox estern għall-interess tal-impriża kkonċernata. (47)

L-Awtorità tqis li hemm bosta raġunijiet għaliex il-prinċipju ta’ investitur fis-suq mhuwiex applikabbli f’dan il-każ. L-ewwel nett, l-Awtorità ma taqbilx mal-pożizzjoni tal- awtoritajiet Norveġiżi li l-operat bħala kooperattiva ma jinvolvix xi vantaġġ għal impriża. F’dan ir-rigward l-Awtorità tirreferi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi, fejn il-Kummissjoni Ewropea tiddikjara, inter alia, li l-mudell kooperattiv jista’ jkun “mezz biex jinbena jew jiżdied il-poter ekonomiku ta’ Impriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (SMEs)”. (48)

Ukoll, l-Awtorità tqis li l-benefiċċju intanġibbli li l-Istat għandu intenzjoni li “jixtri” f’dan il-każ huwa ż-żamma tas-settur kooperattiv fin-Norveġja fil-kundizzjonijiet preżenti fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal kapital azzjonarju. L-Awtorità hija tal-opinjoni li huwa impossibbli li wieħed japplika l-prinċipju ta’ investitur fis-suq f’dan il-każ għas-sempliċi raġuni li l-ebda investitur privat fis-suq ma jista’ qatt jagħmel tranżazzjoni simili għal dik li qegħdin jipproponu l-awtoritajiet Norveġiżi. F’dan il-każ l-Istat mhuwiex jaġixxi bħala investitur fis-suq jew impriża. Għall-kuntrarju, l-Istat qiegħed jaqdi l-funzjonijiet sovrani u amministrattivi tiegħu, bl-impożizzjoni ta’ taxxi tkun waħda mill-komponenti ewlenin ta’ dawn il-funzjonijiet. Għaldaqstant, l-Awtorità ma tistax tara li l-prinċipju ta’ investitur fis-suq huwa applikabbli.

L-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw ukoll li l-iskema ma tinvolvix kumpens żejjed u li l-għajnuna mogħtija ma taqbiżx il-benefiċċju pubbliku ta’ salvagwardjar tal-kooperattivi. L-Awtorità tinnota li l-awtoritajiet Norveġiżi ma ressqux figuri jew tagħrif ieħor f’dan ir-rigward, iżda ddikjaraw biss li jassumu li dan huwa l-każ. Għaldaqstant, l-Awtorità ma tistax taċċetta dan l-argument.

It-tieni, l-Awtorità sejra teżamina jekk jistax ikun konkluż li l-iskema ma tinvolvix vantaġġ għall-kooperattivi koperti minnha fuq il-bażi li l-għajnuna hija mogħtija sabiex tikkumpensa lill-kooperattivi għal żvantaġġi strutturali. Ġie rikonoxxut li żvantaġġi strutturali jistgħu, f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, jkunu kkumpensati minn miżuri ta’ għajnuna (49). Il-kumpens ta’ żvantaġġ ġie kkunsidrat li ma jikkostitwix vantaġġ f’ċerti sitwazzjonijiet, b’mod partikolari fejn monopolji li qabel kienu proprjetà tal-Istat jiġu strutturati mill-ġdid u jinbidlu f’atturi fis-suq meta s-suq jinfetaħ għall-kompetizzjoni. Dawn il-preċedenti jirreferu għal sitwazzjoni fattwali li hija differenti minn dik eżistenti f’dan il-każ. Barra minn hekk, la l-ġurisprudenza tal-Qrati Ewropej u lanqas il-prattika tal-Kummissjoni Ewropea ma jidhru li jappoġġaw li miżura bħal dik innotifikata ma tagħtix vantaġġ lill-impriża inkwistjoni sempliċiment għaliex tikkumpensa “żvantaġġ” imġarrab mill-impriża (50).

F’dan l-isfond, il-konklużjoni tal-Awtorità hija li l-konċessjoni ta’ taxxa proposta tagħti vantaġġ lill-kooperattivi koperti mill-iskema.

2.4.   DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI U EFFETT FUQ IN-NEGOZJU BEJN IL-PARTIJIET KONTRAENTI

Rigward il-kriterji fl-Artikolu 61(1) taż-ŻEE dwar għajnuna li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni inkwantu taffetwa n-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti, jirriżulta mill-ġurisprudenza li mhuwiex meħtieġ li jkun stabbilit li l-għajnuna għandha effett reali fuq in-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti u li fil-fatt hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni, iżda biss li jkun eżaminat jekk l-għajnuna tistax taffettwa n-negozju u tistax toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. (51)

L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li l-għan tal-iskema huwa li tpatti għall-iżvantaġġ kompetittiv eżistenti għall-kooperattivi fir-rigward tal-aċċess għal kapital azzjonarju. Fuq din il-bażi huma jsostnu li l-iskema la toħloq distorsjoni u lanqas thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. L-Awtorità tinnota li l-effett tal-iskema huwa li tnaqqas it-taxxa korporattiva tal-kooperattivi koperti mill-iskema meta mqabbla ma’ kumpaniji oħrajn. B’dan, il-pożizzjoni kompetittiva ta’ dawn il-kooperattivi tissaħħaħ. Il-fatt li l-kooperattivi huma soġġetti għal ċerti limitazzjonijiet skont il-liġi Norveġiża, li mhumiex imposti inter alia fuq kumpaniji limitati, ma jistgħax ikun deċiżiv f’dan ir-rigward.

Barra minn hekk, meta l-għajnuna mogħtija mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li jkunu qegħdin jikkompetu fil-kummerċ intra-ŻEE, dan tal-aħħar għandu jitqies li huwa affettwat minn dik l-għajnuna. Min-naħa l-oħra mhuwiex meħtieġ li l-impriża destinatarja stess tkun involuta fl-imsemmi kummerċ (52). It-tnaqqis fit-taxxa propost isaħħaħ il-pożizzjoni tal-kooperattivi fir-rigward tal-kompetituri tagħhom li huma organizzati b’mod differenti. It-tnaqqis fit-taxxa japplika għall-forom ewlenin kollha ta’ kooperattivi, u mill-inqas xi wħud minnhom huma wkoll attivi fis-swieq fi ħdan iż-ŻEE. F’dan ir-rigward, l-Awtorità tinnota li l-kooperattiva tal-konsumaturi Coop NKL BA għandha sehem ta’ 24 % tas-suq tal-merċa fin-Norveġja. Barra minn hekk, Coop NKL BA tikkoopera mal-organizzazzjonijiet kooperattivi tal-imnut Skandinavi l-oħrajn rigward ix-xiri u l-ipproċessar.

Abbażi ta’ dan, l-Awtorità tikkonkludi li l-iskema nnotifikata tista’ toħloq distorsjoni fl-kompetizzjoni u taffettwa n-negozju bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE.

2.5.   IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-KOOPERATTIVI

L-awtoritajiet Norveġiżi jidhru li jargumentaw li l-iskema nnotifikata ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat minħabba li hija konformi mal-prinċipji espressi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi. L-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu b’mod partikolari għas-Sezzjoni 3.2.6 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, fejn il-Kummissjoni Ewropea inter alia tgħid li trattament fiskali speċifiku għall-kooperattivi jista’ jintlaqa’ tajjeb. Din is-sezzjoni tgħid hekk:

“Xi Stati Membri (bħall-Belġju, l-Italja u l-Portugall) jikkunsidraw li r-restrizzjonijiet inerenti fin-natura speċifika tal-kapital tal-kooperattivi jistħoqqilhom trattament fiskali speċifiku: pereżempju, il-fatt li l-ishma tal-kooperattivi mhumiex elenkati, u għalhekk mhux disponibbli għax-xiri fuq bażi wiesgħa, jirriżulta kważi fl-impossibbiltà li jsir qligħ kapitali; il-fatt li l-ishma jitħallsu lura fil-valur nominali tagħhom (m’għandhomx valur spekulattiv) u kwalunkwe redditu (dividend) huwa normalment limitat jista’ jiskoraġġixxi sħubijiet ġodda. Barra minn hekk, għandu jingħad li l-kooperattivi jkunu spiss soġġetti għal rekwiżiti stretti rigward l-allokazzjonijiet għar-riżervi. Trattament fiskali speċifiku jista’ jintlaqa’ tajjeb, iżda fl-aspetti kollha tar-regolamenti tal-kooperattivi, għandu jiġi osservat il-prinċipju li kwalunkwe protezzjoni jew benefiċċju mogħtija lil tip partikolari ta’ entità għandu jkun proporzjonat ma’ kwalunkwe restrizzjoni legali, valur soċjali miżjud jew limitazzjonijiet inerenti f’dik il-forma u m’għandux iwassal għal kompetizzjoni inġusta. Barra minn hekk, kull ‘vantaġġ’ ieħor mogħti m’għandux jippermetti l-użu mhux mixtieq tal-forma kooperattiva minn kooperattivi li ma jkunux bona fede bħala mezz sabiex jevitaw rekwiżiti adattati ta’ żvelar u tmexxija korporattiva. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex meta jikkunsidraw trattament fiskali xieraq u proporzjonat għal kapital azzjonarju u riżervi tal-kooperattivi, jieħdu ħsieb li tali dispożizzjonijiet ma joħolqux sitwazzjonijiet antikompetittivi (…)”.

Madankollu, l-Awtorità tinnota li fis-Sezzjoni 3.2.7 il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tkompli tgħid li “[k]ooperattivi li jwettqu attivitajiet ekonomiċi huma meqjusa bħala ‘impriżi’ fis-sens tal-Artikoli 81, 82 u 86 sa 88 tat-Trattat dwar il-Komunità Ewropea (KE). Huma għalhekk għal kollox soġġetti għar-regoli Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat u dwar il-kompetizzjoni, kif ukoll għad-diversi eżenzjonijiet, limiti u regoli de minimis.”

Abbażi ta’ dan, l-Awtorità hija tal-opinjoni li filwaqt li għandhom jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-kooperattivi meta wieħed jeżamina dan il-każ, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, moqrija bħala ħaġa sħiħa, ma tistax tiġi invokata biex wieħed jargumenta li l-għajnuna mogħtija mill-Istat lill-kooperattivi taħrab mill-ambitu tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

Għaldaqstant, l-Awtorità ssib li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi, meta tinqara bħala ħaġa sħiħa, ma teħtiġx xi tibdil għall-konklużjoni li l-konċessjoni ta’ taxxa proposta tagħti vantaġġ lill-kooperattivi koperti mill-iskema.

2.6.   KONKLUŻJONI RIGWARD IL-PREŻENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

Fuq il-bażi tal-konsiderazzjonijiet stabbiliti hawn fuq, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni li l-iskema nnotifikata rigward konċessjonijiet ta’ taxxa għal ċerti kooperattivi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE.

3.   REKWIŻITI PROĊEDURALI

Skont l-Artikolu 1(3) fil-Part I tal-Protokoll 3, “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi nnotifikata, fi żmien suffiċjenti biex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan ta’ għoti jew ta’ tibdil ta’ għajnuna (…). L-Istat ikkonċernat m’għandux idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu qabel ma l-proċedura tirriżulta f’deċiżjoni finali”.

L-awtoritajiet Norveġiżi innotifikaw l-iskema proposta rigward benefiċċji fiskali għal ċerti kooperattivi permezz tal-ittri datati t-28 ta’ Ġunju 2007 u s-16 ta’ Ottubru 2007 u ma implimentawx l-iskema sakemm id-deċiżjoni finali mill-Awtorità għadha pendenti.

L-Awtorità tista’ għalhekk tikkonkludi li l-awtoritajiet Norveġiżi irrispettaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) fil-Part I tal-Protokoll 3.

4.   KUMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

L-Awtorità tinnota li l-awtoritajiet Norveġiżi ma ressqux, la fin-notifika tal-iskema u lanqas fil-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Awtorità, argumenti rigward il-kumpatibbiltà tal-għajnuna. L-Awtorità madankollu evalwat il-kumpatibbiltà tal-miżura nnotifikata mal-Artikolu 61 taż-ŻEE abbażi tal-informazzjoni li kellha quddiemha.

L-Awtorità tikkunsidra li l-ebda waħda mid-derogi msemmija fl-Artikolu 61(2) taż-ŻEE ma tista’ tiġi applikata għal dan il-każ.

F’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-Artikolu 61(3) taż-ŻEE, il-benefiċċju fiskali għall-kooperattivi ma jistax jitqies li jaqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 61(3)(a) taż-ŻEE minħabba li l-ebda waħda mir-reġjuni Norveġiżi ma tikkwalifika għal din id-dispożizzjoni, li tirrikjedi standard ta’ għajxien baxx b’mod abnormali jew qgħad serju. Lanqas ma jidher li l-iskema tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni jew tirrimedja xi taqlib serju fl-ekonomija tal-Istat Norveġiż, kif ikun meħtieġ għall-kumpatibbiltà fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) taż-ŻEE.

Rigward l-Artikolu 61(3)(c) taż-ŻEE, għajnuna tista’ titqies kumpatibbli mal-Ftehim dwar iż-ŻEE jekk tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi mingħajr ma taffettwa ħażin il-kundizzjonijiet ta’ kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. L-Awtorità tinnota li l-miżura la hija limitata għar-reġjuni koperti mill-mappa ta’ għajnuna reġjonali u lanqas ma taqa’ taħt xi linja gwida eżistenti ta’ għajnuna mill-Istat rigward il-kumpatibbiltà mal-Ftehim dwar iż-ŻEE fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(c) tiegħu.

Minħabba li l-ebda linja gwida ma hi applikabbli b’mod dirett għall-iskema nnotifikata, l-Awtorità sejra tevalwa l-kumpatibbiltà tal-iskema direttament taħt l-Artikolu 61(3)(c) taż-ŻEE (53). Derogi fis-sens tal-Artikolu 61(3)(c) taż-ŻEE għandhom ikunu interpretati b’mod restrittiv (54) u jistgħu jiġu aċċettati biss meta jista’ jkun stabbilit li l-għajnuna sejra tikkontribwixxi għal kisba ta’ għan ta’ interess komuni, li ma jistax ikun assigurat taħt kundizzjonijiet tas-suq normali waħedhom. L-hekk imsejjaħ “prinċipju ta’ ġustifikazzjoni kompensatorja” ġie approvat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-każ ta’ Philip Morris  (55).

L-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fundamentalment tikkonsisti fl-ibbilanċjar tal-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni mal-effetti pożittivi tagħha f’termini ta’ interess komuni (56). Biex tkun iddikjarata kumpatibbli taħt l-Artikolu 61(3)(c) taż-ŻEE, skema ta’ għajnuna mill-Istat għandha:

tkun immirata lejn għan ta’ interess komuni definit tajjeb,

tkun imfassla sew biex twassal l-għan ta’ interess komuni, u f’dak ir-rigward, tkun strument xieraq, ikollha effett ta’ inċentiv, u tkun proporzjonata,

ma toħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni u l-kummerċ fiż-ŻEE sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni (57).

L-Awtorità għandha tevalwa jekk l-għan imfittex mill-miżura huwiex meħtieġ, f’konformità mal-għanijiet ta’ interess komuni u, jekk iva, jekk dan huwiex il-metodu li joħloq l-inqas distorsjoni biex jintlaħaq dak l-għan.

Għan ta’ interess komuni definit tajjeb

L-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw li l-għan aħħari tal-iskema nnotifikata huwa li jkun żgurat li tinżamm il-forma kooperattiva. L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li l-iffaċilitar tal-aċċess tal-kooperattivi għal kapital azzjonarju huwa essenzjali sabiex jintlaħaq dan l-għan.

L-Awtorità tirrikonoxxi li l-kooperattivi għandhom ċerti karatteristiċi speċifiċi, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tiddikjara li l-promozzjoni tal-mudell kooperattiv jista’ fil-prinċipju jwassal għal tħaddim aktar effiċjenti tal-ekonomija u jkollha effetti soċjali pożittivi. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tidher li tindika li minħabba l-gwadanni wiesgħa soċjali, ta’ ekwità u ta’ koordinazzjoni, li l-mudell kooperattiv huwa meqjus li jipprovdi, u li kieku b’mod ieħor ma jkunx disponibbli fuq is-suq, iż-żamma tal-mudell kooperattiv tista’ titqies bħala għan ta’ interess komuni. Barra minn hekk, ġie enfasizzat l-irwol possibbli tal-mudell kooperattiv bħala mezz biex jinbena jew jiżdied il-poter ekonomiku tal-SMEs, u li jipprovdu servizzi li ma jipprovdux il-kumpaniji bi qligħ għoli u jikkontribwixxu għall-bini ta’ soċjetà bbażata fuq l-għarfien (58). Wieħed għandu jżomm f’moħħu, iżda, li d-definizzjoni ta’ kooperattiva fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tidher li hija relattivament stretta, minħabba li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni b’mod ġenerali tidher li tikkonċerna kooperattivi purament reċiproċi. (59)

Abbażi ta’ dan, l-Awtorità hija tal-opinjoni li l-iskema għandha għan ta’ interess komuni definit tajjeb, sal-punt li hija mmirata lejn kooperattivi purament reċiproċi.

Skema mfassla sew

It-tieni pass huwa li jiġi evalwat jekk l-għajnuna hijiex imfassla kif xieraq biex tilħaq l-għan imfittex ta’ interess komuni, f’dan il-każ li jkun żgurat li l-forma kooperattiva tinżamm billi jkun iffaċilitat l-aċċess tal-kooperattivi għal kapital azzjonarju.

Tista’ ssir distinzjoni bejn kooperattivi purament reċiproċi u dawk li mhumiex purament reċiproċi, bir-reċiproċità tkun il-karatteristika prinċipali tal-kooperattivi. Aktar ma l-kooperattiva tkun ikkaratterizzata mir-reċiproċità aktar il-kooperattiva tista’ titqies bħala differenti minn impriżi li jagħmlu qligħ tajjeb. Għalhekk, l-għan ta’ interess komuni taż-żamma tal-kooperattivi kif definit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi jista’ jintlaħaq l-aħjar billi tingħata għajnuna lil kooperattivi li huma verament reċiproċi.

Rigward il-kunċett ta’ kooperattivi reċiproċi, l-Awtorità għandha dubji dwar jekk ikunx biżżejjed sabiex kooperattiva tikkwalifika bħala kooperattiva reċiproka fis-sens tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi li l-kooperattiva tinnegozja l-aktar mal-membri tagħha. L-Awtorità hija tal-opinjoni li l-kwalifika ta’ kooperattiva bħala verament reċiproka tiddependi wkoll fuq għadd ta’ fatturi oħrajn, bħall-frekwenza ta’ kuntatti bejn il-kooperattiva u l-membri; l-involviment attiv tal-membri fit-tħaddim tal-kooperattiva; l-involviment attiv tal-membri fil-ġestjoni u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-kooperattiva; il-mod mhux awtomatiku ta’ sħubija fil-kooperattiva, iżda l-applikazzjoni attiva u l-approvazzjoni mill-membri eżistenti; parti kbira mill-bonusijiet imħallsa lill-membri skont il-profitti; parti kbira mill-benefiċċji riżervati għall-membri meta mqabbla ma’ benefiċċji għal klijenti li ma jkunux membri; eċċ. Fl-opinjoni tal-Awtorità, evalwazzjoni ta’ jekk kooperattiva hijiex ġenwinament reċiproka ikollha tikkunsidra dawn il-kriterji u oħrajn simili.

L-Awtorità tinnota li xi kooperattivi li għandhom ikunu koperti minn din l-iskema huma kooperattivi purament reċiproċi filwaqt li oħrajn huma kooperattivi prevalentement reċiproċi. Fir-rigward tal-kooperattivi tal-konsumaturi huwa ddikjarat fl-abbozz tas-Sezzjoni 10-50 tal-Att dwar it-Taxxa li kooperattivi tal-konsumaturi prevalentement reċiproċi biss huma koperti mill-iskema (60). Għaldaqstant, f’dan il-każ jidher li l-karattru purament reċiproku ta’ xi wħud mill-kooperattivi koperti mill-iskema nnotifikata huwa dubjuż. Pereżempju, parti kbira min-negozju ta’ ċerti kooperattivi koperti mill-iskema, b’mod partikolari l-kooperattivi tal-konsumaturi, mhuwiex relatat ma’ negozju mal-membri, iżda ma’ negozju ma’ klijenti oħrajn. Barra minn hekk, minħabba d-daqs ta’ xi wħud mill-kooperattivi koperti, l-involviment attiv tal-membri fit-tħaddim u l-ġestjoni tal-kooperattiva huwa limitat. Barra minn dan, is-sħubija tidher sa ċertu punt li hija awtomatika, għall-inqas fir-rigward tal-kooperattivi tal-konsumaturi u tal-akkomodazzjoni. Għaldaqstant, fl-opinjoni tal-Awtorità, l-iskema mhijiex imfassla biss biex tkopri kooperattivi b’identità reċiproka partikolarment qawwija.

Barra minn hekk, rigward l-evalwazzjoni dwar jekk l-iskema hijiex imfassla tajjeb biex tilħaq l-għan ta’ interess komuni, għandu jkun ikkunsidrat jekk l-attività mmirata tinvolvix xi spejjeż addizzjonali li huma kkumpensati mill-għajnuna. L-Awtorità tinnota li l-awtoritajiet Norveġiżi ma pprovdewx dejta li tippermetti lill-Awtorità tikkwantifika, b’mod dirett jew indirett, l-ispejjeż involuti għal impriża li tassumi forma kooperattiva. Għalhekk, l-Awtorità ma tistax tevalwa wkoll jekk l-għajnuna hijiex meħtieġa u proporzjonata għall-għan imfittex.

Min-naħa l-oħra, l-Awtorità tinnota b’mod pożittiv li t-tnaqqis tat-taxxa propost sejjer jingħata biss, skont in-notifika, fuq dħul li jkun ġej minn negozju mal-membri u negozju ekwivalenti. Barra minn hekk, l-iskema nnotifikata teħtieġ kontijiet separati għan-negozju mal-membri u negozju ma’ partijiet oħrajn biex il-kooperattivi jkunu jistgħu jirċievu għajnuna taħt l-iskema.

Madankollu, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-Awtorità għandha dubji dwar jekk l-iskema nnotifikata hijiex imfassla tajjeb sabiex tilħaq l-għan ta’ interess komuni li huwa ż-żamma tal-forma kooperattiva, u b’mod partikolari kooperattivi purament reċiproċi, billi tiffaċilita l-aċċess għal kapital azzjonarju.

L-ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni u kummerċ fiż-ŻEE sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni

Fl-aħħar nett, għandu jkun evalwat jekk il-potenzjal ta’ distorsjoni ta’ kompetizzjoni u kummerċ fiż-Żona Ekonomika Ewropea huwiex ta’ natura kuntrarja għall-interess komuni.

Rigward id-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u l-kummerċ, l-Awtorità tinnota li l-iskema għandha tkun ikklassifikata bħala għajnuna operattiva minħabba li teħles lill-benefiċjarji minn spejjeż li normalment iġarrbu l-impriżi fit-twettiq ordinarju tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom, f’dan il-każ, it-taxxa korporattiva.

L-għajnuna operattiva tista’ biss eċċezzjonalment titqies kumpatibbli mal-Ftehim dwar iż-ŻEE jekk tippermetti t-trawwim ta’ għan ta’ interess komuni li ma jintlaħaqx mod ieħor. L-Awtorità għandha dubji dwar jekk l-għan imfittex mill-awtoritajiet Norveġiżi ta’ żamma tal-forma korporattiva tal-kooperattivi billi tiffaċilita l-aċċess tagħhom għal kapital azzjonarju jistax jintlaħaq b’miżuri oħrajn, aktar proporzjonati. B’mod partikolari, l-Awtorità tenfasizza l-fatt li xi wħud mill-kooperattivi koperti mill-iskema huma impriżi kbar li joperaw fi swieq kompetittivi ħafna fi ħdan iż-ŻEE.

Konklużjoni

Kif iddikjarat hawn fuq, l-Awtorità tqis li l-iskema tkun immirata lejn għan ta’ interess komuni definit tajjeb, għall-inqas sal-punt li hija mmirata lejn kooperattivi purament reċiproċi. Madankollu, jidher li l-karattru purament reċiproku ta’ xi wħud mill-kooperattivi koperti mhuwiex ovvju. Għaldaqstant, l-Awtorità hija tal-opinjoni li l-għajnuna ma tistax titqies li hija mmirata sew. Barra minn hekk, l-Awtorità mhijiex f’pożizzjoni li tevalwa jekk l-għajnuna hijiex meħtieġa u proporzjonata mal-għan imfittex.

Fuq il-bażi ta’ dan, l-Awtorità tikkonkludi li, anki jekk l-għan tal-iskema jista’ jitqies għan ta’ interess komuni definit tajjeb, l-awtoritajiet Norveġiżi ma wrewx li l-effetti pożittivi tal-għajnuna sejrin jegħlbu l-effetti negattivi tagħha. Għalhekk, l-iskema ma tistax titqies li hija kumpatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) taż-ŻEE.

5.   KONKLUŻJONI

Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni preċedenti, l-Awtorità tqis li l-eżenzjoni tat-taxxa nnotifikata għal ċerti kooperattivi hija għajnuna mill-Istat mhux kumpatibbli mar-regoli tal-Ftehim dwar iż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat.

L-Awtorità tixtieq tenfasizza li din id-Deċiżjoni, kif stabbilita fis-Sezzjoni II-1 aktar ’il fuq, ma tapplikax għall-kooperattivi attivi fis-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd sal-punt li l-attivitajiet ta’ dawn il-kooperattivi jaqgħu barra l-ambitu tar-regoli tal-Ftehim dwar iż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema ppjanata li tirrigwarda eżenzjonijiet mit-taxxa għal ċerti kooperattivi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li mhijiex kumpatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE fis-sens tal-Artikolu 61 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

Artikolu 2

L-iskema nnotifikata ma tistax tkun implimentata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 4

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2009.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kristján A. STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”.

(2)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar iż-ŻEE”.

(3)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u dwar il-Qorti”.

(4)  Minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll 3”.

(5)  Linji gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u dwar il-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikat fil-ĠU L 231, 3.9.1994, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994. Minn hawn ’il quddiem imsejħa “Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat”.

(6)  Deċiżjoni 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 ippubblikata fil-ĠU L 139, 25.5.2006 p. 37 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1 kif emendata. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat hija ppubblikata fuq il-websajt tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/.

(7)  Ippubblikati fil-ĠU C 96, 17.4.2008, p. 27 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 17.4.2008, p. 44.

(8)  Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar il-korrispondenza bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet Norveġiżi, qed issir referenza għad-Deċiżjoni tal-Awtorità li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali, Deċiżjoni Nru 719/07COL, ippubblikata fil-ĠU C 96, 17.4.2008, p. 27 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 17.4.2008, p. 44.

(9)  Ara nota 8 ta’ qiegħ il-paġna għar-referenza tal-ĠU.

(10)  Sezzjoni I-5 hawn taħt.

(11)  Sezzjoni 12.2 tal-Proposta mill-Gvern Norveġiż tad-29 ta’ Settembru 2006(Ot.prp. Nru 1 (2006-2007) Skatte- og avgiftsopplegget 2007 - lovendringer).

(12)  Ot.prp. nr. 1 (2006-2007) Skatte- og avgiftsopplegget 2007 - lovendringer.

(13)  Traduzzjoni mhux uffiċjali mill-Awtorità. It-test Norveġiż oriġinali huwa fformulat hekk: “[…] I tillegg kan det gis fradrag for avsetning til felleseid andelskapital med inntil 15 prosent av inntekten. Fradrag gis bare i inntekt av omsetning med medlemmene. Omsetning med medlemmene og likestilt omsetning må fremgå av regnskapet og kunne legitimeres.”

(14)  Sezzjoni 28 tal-Att dwar il-kooperattivi.

(15)  Sezzjoni 29 tal-Att dwar il-kooperattivi.

(16)  L-awtoritajiet Norveġiżi ddikjaraw li din id-dispożizzjoni hija rilevanti biss għal kooperattivi li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu barra l-ambitu tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, cf. ittra mill-awtoritajiet Norveġiżi tas-6 ta’ Lulju 2009 (Avveniment Nru 523765), p. 3. Fuq din il-bażi, l-Awtorità mhix sejra tidħol fl-analiżi tal-kunċett ta’ “negozju ekwivalenti”.

(17)  Lov 6. juni 2003 No 38 Lov om bustadbyggjelag (bustadbyggjelagslova).

(18)  Lov 29. juni 2007 No 8l Lov om samvirkeforetak (samvirkelova).

(19)  Traduzzjoni mill-websajt taċ-Ċentru Norveġiż tal-Kooperattivi, www.samvirke.org.

(20)  It-tagħrif f’din is-Sezzjoni huwa bbażat l-aktar fuq il-websajt taċ-Ċentru tal-Kooperattivi Norveġiżi, ċentru ta’ informazzjoni, dokumentazzjoni u pariri rigward il-kooperattivi u huwa proprjetà tal-organizzazzjonijiet kooperattivi ewlenin fin-Norveġja, www.samvirke.org.

(21)  Lov 14. desember 1951 No 3 om omsetning av råfisk (Råfiskloven), cf. b’mod partikolari s-Sezzjoni 3.

(22)  Rt. 1917 p. 627 u Rt. 1927 p. 869.

(23)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (ĠU L 207, 18.8.2003 p. 1).

(24)  Ittra mill-awtoritajiet Norveġiżi datata 20 ta’ Frar 2008 (Avveniment Nru 465882), p. 2.

(25)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Każ C 2/2006 OTE.

(26)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Dwar il-promozzjoni ta’ soċjetajiet kooperattivi fl-Ewropa COM(2004)18 tat-23 ta’ Frar 2004, Minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunikazzjoni tal-Kummssjoni dwar il-kooperattivi” jew “il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni”.

(27)  Kawża E-6/98 In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [1999] Rapport tal-Qorti tal-EFTA p. 76, paragrafu 34; Kawżi magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord, PIL et. u n-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA [2005] Rapport tal-Qorti tal-EFTA p. 121, paragrafu 76; Kawża 173/73 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1974] Ġabra 709, paragrafu 13; u Kawża C-241/94 Franza vs Il-Kummissjoni [1996] Ġabra I-4551, paragrafu 20.

(28)  Ara, b’mod partikolari, il-Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke [2001] Ġabra I-8365, paragrafu 38; Kawża C-501/00 Spanja vs Il-Kummissjoni [2004] Ġabra I-6717, paragrafu 90; u l-Kawża C-66/02 L-Italja vs Il-Kummissjoni [2005] Ġabra I-10901, paragrafu 77.

(29)  Ara f’dan is-sens Kawża C-387/92 Banco Exterior de España [1994] Ġabra I-877, paragrafu 14; u l-Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze et. [2006] Ġabra I-289, paragrafu 132.

(30)  Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze et. [2006] Ġabra I-289, paragrafi 107 et seq. u l-ġurisprudenza ċċitata hemmhekk.

(31)  Kawża C-487/06 P, British Aggregates Association vs Il-Kummissjoni, paragrafi 82 et seq.; Kawża C-409/00 Spanja vs Il-Kummissjoni [2003] Ġabra I-1487, paragrafu 47; Kawżi magħquda C-428/06 sa C-434/06 UGT-Rioja et., li għadhom ma ġewx irrapportati, paragrafu 46.

(32)  Kawżi T-211/04 u T-215/04 Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni, li għadhom ma ġewx irrapportati, paragrafu 143.

(33)  Kawża C-75/97 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-3671, paragrafi 28-31.

(34)  Kawżi T-211/04 u T-215/04 Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni, li għadhom ma ġewx irrapportati, paragrafu 143 b’referenzi ulterjuri.

(35)  Sezzjoni 1.1 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi.

(36)  Kawża 173/73 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1974] Ġabra 709, paragrafu 33; Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke [2001] Ġabra I-8365, paragrafu 42.

(37)  Kawża E-6/98 In-Norveġja vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, iċċitata iktar ‘il fuq, paragrafu 38; Kawżi magħquda E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord, PIL et. u In-Norveġja vs L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, iċċitata iktar ‘il fuq, paragrafi 84-85; Kawżi magħquda T-127/99, T-129/99 u T-148/99 Territorio Histórico de Alava et al. vs Il-Kummissjoni [2002] Ġabra II-1275, paragrafu 163; Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline [2001] Ġabra I-8365, paragrafu 42; Kawża T-308/00 Salzgitter vs Il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-1933, paragrafu 42; Kawża C-172/03 Wolfgang Heiser [2005] Ġabra I-1627, paragrafu 43.

(38)  Kawżi T-211/04 u T-215/04 Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni, li għadhom ma ġewx irrapportati, paragrafu 144 b’referenzi ulterjuri.

(39)  Kawża C-159/01 L-Olanda vs Il-Kummissjoni [2004] Ġabra I-4461, paragrafi 43-47.

(40)  Cf. Sezzjoni I-2.3 hawn fuq.

(41)  Kawża C-241/94 Franza vs Il-Kummissjoni [1996] Ġabra I-4551, paragrafu 21, Kawża C-342/96 Spanja vs Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-2459, paragrafu 23.

(42)  Ot.prp. nr. 1 (2006-2007) Skatte- og avgiftsopplegget 2007 - lovendringer.

(43)  Kawża C-487/06 P, British Aggregates Association vs Il-Kummissjoni, paragrafu 92.

(44)  F’dan ir-rigward, l-Awtorità tirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-każ li kien jikkonċerna skema Daniża ta’ kumpens għad-dazju tas-CO2, cf. Każ C 41/2006 (ex N 318/2004), li għadu ma ġiex ippubblikat. Fil-paragrafu 44 tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tiddikjara li l-iskema inkwistjoni tkopri biss xi wħud mill-impriżi li jinsabu fis-sitwazzjoni fattwali li l-iskema, skont l-awtoritajiet Daniżi, tfittex li tirrettifika. Il-Kummissjoni tqis li din hija deroga mil-loġika ġenerali li l-awtoritajiet Daniżi jargumentaw li għandha tapplika u tikkonkludi, għaldaqstant, li l-iskema mhijiex konformi ma’ din il-loġika.

(45)  Kawżi magħquda T-92/00 u T-103/00, Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava et. vs Il-Kummissjoni [2002] Ġabra II-1385, paragrafu 58

(46)  Kawża C-222/04, Cassa di Risparmio di Firenze [2006] Ġabra I-289, paragrafi 134-138; Kawża C-148/04 Unicredito Italiano [2005] Ġabra I-11137, paragrafi 48-49.

(47)  L-awtoritajiet Norveġiżi jirreferu għall-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Fennelly fil-Kawża 251/97 Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni biex jiġġustifikaw l-argument tagħhom. Skont l-argument imressaq mill-awtoritajiet Franċiżi f’dan il-każ huwa possibbli li wieħed jargumenta, essenzjalment, li meta l-Istat jixtri oġġetti jew servizzi jew aktar benefiċċji intanġibbli fl-interess ġenerali tal-pubbliku bil-prezz tas-suq, m’hemm l-ebda element ta’ għajnuna, jew li hemm għajnuna li hija, mill-inqas potenzjalment, kompatibbli, cf. paragrafu 20 tal-Konklużjonijiet. L-Avukat Ġenerali, madankollu, ma segwiex l-argumentazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi f’dan il-każ.

(48)  Sezzjoni 2.1.1 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kooperattivi.

(49)  Kawża T-157/01 Danske Busvognmænd vs Il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-917.

(50)  Kawża 30/59 Gezamenlijke Steenkolenmijnen [1961] Ġabra p. 3, 29-30; Kawża C-173/73 L-Italja vs Il-Kummissjoni [1974] Ġabra 709, paragrafi 12-13; Kawża C-241/94 Franza vs Il-Kummissjoni [1996] Ġabra I-4551, paragrafi 25 u 35; Kawża C-251/97 Franza vs Il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-6639, paragrafi 41, 46-47 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-Kawża C 2/2006 OTE, paragrafu 92.

(51)  Kawża C-372/97 L-Italja vs Il-Kummissjoni [2004] Ġabra I-3679, paragrafu 44; Kawża C-66/02 L-Italja vs Il-Kummissjoni, paragrafu 111 u Kawża C-148/04 Unicredito Italiano [2005] Ġabra I-11137, paragrafu 54.

(52)  Kawża C-66/02 L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ‘il fuq, paragrafi 115 u 117, u Kawża C-148/04 Unicredito Italiano, iċċitata iktar ‘il fuq, paragrafi 56 u 58.

(53)  Kawża T-288/97, Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia vs Il-Kummissjoni [2001] Ġabra II-1169, paragrafu 72.

(54)  Kawża C-301/96 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni [2003] Ġabra I-9919, paragrafi 66 u 105.

(55)  Kawża 730/79 Philip Morris vs Il-Kummissjoni [1980] Ġabra I-2671.

(56)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat tas-7 ta’ Ġunju 2005, COM(2005) 107, paragrafu 11.

(57)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2007 C (2006) 6630, fil-Kawża N 270/06, paragrafu 67.

(58)  Sezzjoni 2.1.1 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kooperattivi.

(59)  Sezzjoni II-2.3.1 hawn fuq.

(60)  Din il-kundizzjoni mhijiex applikabbli għal kooperattivi oħrajn, u l-Awtorità m’għandhiex informazzjoni dwar jekk kooperattivi f’setturi oħrajn li mhumiex prevalentement reċiproċi għandhomx ikunu koperti mill-iskema.


Rettifika

16.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/54


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2011 tal-10 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju provviżorju ta’ antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 122, tal-11 ta’ Mejju 2011 )

Fil-paġna 61, l-Artikolu 1(2):

flok:

“VVF Limited, Sion (East), Mumbai”,

aqra:

“VVF Ltd., Taloja, Maharashtra”.