ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.157.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 157

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
15 ta' Ġunju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

543/2011/UE

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 543/2011

tas-7 ta' Ġunju 2011

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 3, 103h, 121(a), 127, 134, 143(b), 148, 179, 192(2), 194 u 203a(8) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli li tinkludi s-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat.

(2)

Ir-regoli ta’ implimentazzjoni li jkopru s-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2). Dak ir-Regolament ġie emendat diversi drabi. Fl-interess taċ-ċarezza, huwa xieraq li r-regoli ta’ implimentazzjoni jkunu inkorporati kollha f’Regolament ġdid, flimkien mal-emendi meħtieġa fid-dawl tal-esperjenza, u li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007.

(3)

Għandhom jiġu stabbiliti s-snin tas-suq għall-prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat. Billi m’hemmx aktar skemi ta’ għajnuna fis-setturi li jsegwu ċ-ċiklu tal-ħsad tal-prodotti kkonċernati, is-snin tas-suq kollha jistgħu jkunu armonizzati sabiex jidħlu fis-sena kalendarja.

(4)

L-Artikolu 113(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jawtorizza lill-Kummissjoni tipprovdi għal standards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħaxix u għall-frott u l-ħaxix ipproċessat rispettivament. Skont l-Artikolu 113a(1) ta’ dak ir-Regolament, il-frott u l-ħaxix intiż biex jinbiegħ frisk lill-konsumatur jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss jekk ikun ta’ kwalità tajba, ġusta u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata u jekk ikun indikat il-pajjiż tal-oriġini biss. Sabiex tiġi armonizzata l-implimentazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti d-dettalji ta’ standard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni għall-frott u l-ħaxix frisk kollu u li ssir dispożizzjoni dwaru.

(5)

Għandhom jiġu adottati standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni għal dawk il-prodotti li għalihom jidher li jeħtieġ jiġi adottat standard ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-rilevanza tiegħu, filwaqt li jitqies, b’mod partikulari, liema prodotti huma nnegozjati l-iktar f’termini tal-valur, abbażi taċ-ċifri li hemm fil-bażi tad-dejta ta’ referenza, imsejħa “Comext”, tal-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozju internazzjonali.

(6)

Sabiex jiġu evitati ostakli bla bżonn għall-kummerċ, f’każijiet fejn ikunu jridu jiġu stabbiliti standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti individwali, dawn l-istandards għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-istandards adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (in-NU/KEE). F’każijiet fejn ma ġie adottat l-ebda standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, il-prodotti għandhom jitqiesu bħala prodotti li jikkonformaw mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni meta min ikollu f’idejh il-prodotti jkun jista’ juri li dawn huma konformi ma’ kwalunkwe standard tan-NU/KEE li jkun japplika.

(7)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar eċċezzjonijiet u eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fil-każ ta’ ċerti ħidmiet li huma jew marġinali u/jew speċifiċi ħafna, jew li jseħħu fil-bidu tal-katina tad-distribuzzjoni, jew fil-każ tal-frott u l-ħaxix imnixxef jew tal-prodotti maħsubin għall-ipproċessar. Billi xi frott u ħaxix jiżviluppa b’mod naturali u għandu tendenza jeħżien, dan għandu jitħalla juri tnaqqis żgħir fil-freskezza u fid-dehra sakemm ma jkunx tat-tip tal-Klassi “Extra”. Ċerti prodotti li normalment ma jinbigħux sħaħ għandhom ikunu eżentati mill-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni, li mill-bqija jitlob li l-prodott jinbiegħ sħiħ.

(8)

Id-dettalji tat-tagħrif meħtieġa skont l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jintwerew b’mod ċar fuq l-imballaġġ u/jew fuq it-tikketta. Sabiex tiġi evitata l-frodi u sabiex jiġu evitati każijiet fejn il-konsumatur jiġi ngannat, id-dettalji tat-tagħrif meħtieġa skont l-istandards għandhom ikunu disponibbli għall-konsumatur qabel ma jseħħ ix-xiri, speċjalment fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, fejn l-esperjenza wriet li hemm riskju ta’ frodi u riskju li jiġi evitat il-ħarsien tal-konsumaturi mogħti mill-istandards.

(9)

Il-pakketti li jkun fihom frott u ħaxix ta’ speċijiet differenti qed isiru dejjem aktar komuni fis-suq minħabba d-domanda ta’ ċerti konsumaturi. Il-kummerċ ġust jeħtieġ li l-frott u l-ħaxix mibjugħ fl-istess pakkett ikun tal-istess kwalità. Għall-prodotti li għalihom ma ġewx adottati standards tal-Unjoni, dan jista’ jkun żgurat billi wieħed jirrikorri għad-dispożizzjonijiet ġenerali. Għandhom ikunu stabbiliti r-rekwiżiti tat-tikkettar għat-taħlitiet ta’ frott u ħaxix ta’ speċijiet differenti fl-istess pakkett. Dawn għandhom ikunu inqas stretti minn dawk stabbiliti mill-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex jitqies, b’mod partikulari, l-ispazju disponibbli fuq it-tikketta.

(10)

Sabiex ikun żgurat li l-verifiki jkunu jistgħu jitwettqu sewwa u b’mod effettiv, il-fatturi u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, minbarra dawk għall-konsumaturi, għandu jkun fihom ċertu tagħrif bażiku li huwa inkluż fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

(11)

Għall-għanijiet tal-verifiki selettivi bbażati fuq analiżi tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 113a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ddettaljati dwar it-tali verifiki. Għandha ssir enfasi, b’mod partikulari, fuq ir-rwol tal-valutazzjoni tar-riskju meta jintgħażlu l-prodotti għall-verifiki.

(12)

Kull Stat Membru għandu jaħtar l-entitajiet ta’ spezzjoni li huma responsabbli għat-twettiq tal-verifiki tal-konformità f’kull stadju tal-kummerċjalizzazzjoni. Waħda minn dawk l-entitajiet għandha tkun responsabbli għall-kuntatti mal-entitajiet maħtura l-oħra kollha u għall-koordinazzjoni bejniethom.

(13)

Billi l-għarfien dwar in-negozjanti u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom huwa għodda indispensabbli fl-analiżi tal-Istati Membri, jeħtieġ li titwaqqaf bażi tad-dejta dwar in-negozjanti tal-frott u l-ħaxix f’kull Stat Membru. Sabiex ikun żgurat li jkunu koperti dawk kollha li jieħdu sehem fil-katina tal-kummerċjalizzazzjoni u sabiex ikun hemm ċertezza legali, għandha tiġi adottata definizzjoni ddettaljata tal-kelma “negozjant”.

(14)

Il-verifiki tal-konformità għandhom jitwettqu billi jittieħdu kampjuni u għandhom jiffukaw fuq dawk in-negozjanti li huma l-aktar li probabbli jkollhom oġġetti li ma jikkonformawx mal-istandards. Filwaqt li jqisu l-karatteristiċi tas-swieq nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jagħtu prijorità lill-verifiki fuq ċerti kategoriji partikulari ta’ negozjanti. Għat-trasparenza, dawk ir-regoli għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni.

(15)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esportazzjoni ta’ frott u ħaxix lejn pajjiżi terzi tkun konformi mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u għandhom jiċċertifikaw il-konformità, skont il-Protokoll ta’ Ġinevra dwar l-istandardizzazzjoni tal-frott u l-ħaxix frisk u tal-frott niexef u mnixxef konkluż fi ħdan il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u l-iskema tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (l-OECD) għall-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali għall-frott u l-ħaxix.

(16)

L-importazzjonijiet ta’ frott u ħaxix minn pajjiżi terzi għandhom iħarsu l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jew standards li huma ekwivalenti għalihom. Għalhekk il-verifiki tal-konformità jridu jitwettqu qabel ma dawn l-oġġetti jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, ħlief fil-każ ta’ lottijiet żgħar li l-entitajiet ta’ spezzjoni jqisu li huma ta’ riskju żgħir. F’ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu garanziji ta’ konformità sodisfaċenti, jistgħu jsiru verifiki mill-entitajiet ta’ spezzjoni ta’ dawn il-pajjiżi terzi qabel ma l-prodotti jiġu esportati. Meta jintuża dan il-metodu, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw b’mod regolari l-effettività u l-kwalità tal-verifiki mwettqin mill-entitajiet ta’ spezzjoni tal-pajjiżi terzi qabel l-esportazzjoni.

(17)

Il-frott u l-ħaxix maħsub għall-ipproċessar m’għandux jikkonforma bilfors mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Għalhekk għandu jiġi żgurat li dan ma jinbigħx fis-suq tal-prodotti friski. It-tali prodotti għandhom ikunu ttikkettati kif xieraq.

(18)

Il-frott u l-ħaxix ivverifikat għall-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandu jkun suġġett għall-istess tip ta’ verifika fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni. Għal dan il-għan, għandhom jiġu applikati l-linji gwida rrakkomandati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi għall-verifiki fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut.

(19)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-prodotti li għalihom jitolbu rikonoxximent. Meta dan ir-rikonoxximent jintalab għal prodotti maħsubin għall-ipproċessar biss, għandu jiġi żgurat li dawn il-prodotti jkunu fil-fatt ikkonsenjati għall-ipproċessar.

(20)

Sabiex tingħata spinta lill-kisba tal-għanijiet tal-iskema tal-frott u l-ħaxix u sabiex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jwettqu xogħolhom b’mod sostenibbli u effettiv, għandu jkun hemm l-iktar stabbilità possibbli fost l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Għalhekk is-sħubija ta’ produttur fl-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tkun għal perjodu minimu taż-żmien. Għandu jkun f’idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu l-perjodi ta’ notifika u d-dati li fihom ir-riżenja mis-sħubija għandha tidħol fis-seħħ.

(21)

L-attivitajiet ewlenin u essenzjali ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandhom ikollhom x’jaqsmu mal-konċentrazzjoni tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jitħallew jidħlu f’attivitajiet oħra, kemm jekk dawn ikunu ta’ natura kummerċjali kif ukoll jekk le.

(22)

Għandha titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi billi jkun permess li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ frott u ħaxix mixtri esklussivament minn organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta oħra titħalla barra mill-kalkoli kemm għall-għanijiet tal-attività ewlenija kif ukoll għal attivitajiet oħrajn. Meta organizzazzjoni tal-produtturi tkun irrikonoxxuta għal prodott li għalih jeħtieġ li jiġu pprovduti mezzi tekniċi, din għandha titħalla tipprovdi dawk il-mezzi permezz tal-membri tagħha, permezz tal-kumpaniji sussidjarji jew permezz tal-esternalizzazzjoni.

(23)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jista’ jkollhom ishma f’kumpaniji sussidjarji li jgħinu sabiex iżidu l-valur miżjud tal-produzzjoni tal-membri tagħhom. Għandhom ikunu stabbiliti regoli għall-kalkolu tal-valur ta’ din il-produzzjoni kkummerċjalizzata. L-attivitajiet ewlenin ta’ dawn il-kumpaniji sussidjarji għandhom ikunu l-istess bħal dawk tal-organizzazzjoni tal-produtturi, wara li jitħalla żmien għal perjodu tranżizzjonali ta’ adattament.

(24)

Għandhom ikunu stabbiliti regoli ddettaljati dwar ir-rikonoxximent u l-funzjonament tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi u tal-assoċjazzjonijiet transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għall-konsistenza, dawn għandhom jirriflettu, sa fejn ikun possibbli, ir-regoli stabbiliti għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

(25)

Sabiex tkun iffaċilitata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-fużjoni tal-organizzazzjonijiet eżistenti tal-produtturi sabiex jinħolqu organizzazzjonijiet ġodda għandha tkun inkuraġġuta billi jkunu pprovduti regoli għall-fużjoni tal-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet li jkunu ngħaqdu flimkien.

(26)

Filwaqt li jitħarsu l-prinċipji li bihom trid tkun iffurmata organizzazzjoni tal-produtturi fuq inizjattiva tal-produtturi nfushom u li bihom għandha tkun skrutinizzata mill-produtturi, għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn ikunu aċċettati bħala membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi u/jew ta’ assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

(27)

Sabiex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jirrappreżentaw ġenwinament għadd minimu ta’ produtturi, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li minoranza ta’ membri li jistgħu jikkostitwixxu l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni fl-organizzazzjoni tal-produtturi ma jiddominawx il-ġestjoni u t-tħaddim tagħha iktar milli hu xieraq.

(28)

Sabiex jitqiesu ċ-ċirkustanzi differenti tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ċerti kundizzjonijiet għall-għoti ta’ rikonoxximent preliminari lill-gruppi tal-produtturi li jressqu pjan ta’ rikonoxximent.

(29)

Sabiex ikun promoss l-istabbiliment ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi stabbli li jkunu kapaċi jagħtu kontribut li jservi għall-kisba tal-għanijiet tal-iskema tal-frott u l-ħaxix, għandu jingħata rikonoxximent preliminari biss lill-gruppi tal-produtturi li jistgħu juru l-kapaċità tagħhom li jilħqu r-rekwiżiti kollha għar-rikonoxximent f’limitu taż-żmien speċifiku.

(30)

Għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar it-tagħrif li l-gruppi tal-produtturi jridu jipprovdu fil-pjan ta’ rikonoxximent. Sabiex il-gruppi tal-produtturi jkunu jistgħu jissodisfaw aħjar il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent, għandhom ikunu awtorizzati tibdiliet fil-pjanijiet ta’ rikonoxximent. Għal dak l-għan, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri jitolbu lill-gruppi tal-produtturi jieħdu azzjoni korrettiva sabiex jiżguraw li l-pjan tagħhom ikun implimentat.

(31)

Il-grupp tal-produtturi jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent qabel ma l-pjan ta’ rikonoxximent ikun komplut. Għandha ssir dispożizzjoni sabiex dawn il-gruppi jkunu jistgħu jressqu applikazzjonijiet għar-rikonoxximent flimkien ma’ abbozz tal-programmi operattivi. Għall-konsistenza, l-għoti ta’ dan ir-rikonoxximent lil grupp tal-produtturi jrid ifisser it-tmiem tal-pjan ta’ rikonoxximent tiegħu, u l-għajnuna pprovduta m’għandhiex tkompli tingħata. Madankollu, sabiex jitqies il-finanzjament multiannwali tal-investimenti, l-investimenti li jikkwalifikaw għall-għajnuna għall-investiment għandhom ikunu jistgħu jiġu ttrasferiti għall-programmi operattivi.

(32)

Sabiex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni korretta tas-sistema ta’ għajnuna sabiex tkopri l-ispejjeż tal-formazzjoni u tal-operazzjoni amministrativa tal-gruppi tal-produtturi, dik l-għajnuna għandha tingħata b’rata fissa. Dik l-għajnuna b’rata fissa għandha tkun suġġetta għal limitu massimu sabiex timxi skont ir-restrizzjonijiet tal-baġit. Barra minn hekk, filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet finanzjarji li jvarjaw ta’ gruppi tal-produtturi ta’ daqsijiet differenti, dak il-limitu massimu għandu jkun aġġustat skont il-valur tal-produzzjoni li tista’ tiġi kkummerċjalizzata tal-gruppi tal-produtturi.

(33)

Għall-konsistenza u sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla problemi lejn l-istatus ta’ grupp tal-produtturi rrikonoxxut, l-istess regoli dwar l-attivitajiet ewlenin tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tagħhom għandhom japplikaw għall-gruppi tal-produtturi.

(34)

Sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet finanzjarji tal-gruppi tal-produtturi l-ġodda u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-iskema tal-għajnuna fil-każ ta’ fużjoni, għandha tingħata l-possibbiltà li l-għajnuna tingħata lill-gruppi tal-produtturi li jirriżultaw mill-fużjoni.

(35)

Sabiex ikun iffaċilitat l-użu tal-iskema ta’ appoġġ għall-programmi operattivi, il-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tkun iddefinita b’mod ċar, inkluża l-ispeċifikazzjoni ta’ liema prodotti jistgħu jitqiesu u l-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni li fuqu għandu jiġi kkalkulat il-valur tal-produzzjoni. Għall-għanijiet tal-kontroll u għas-simplifikazzjoni, huwa xieraq li tintuża rata fissa sabiex jiġi kkalkulat il-valur tal-frott u l-ħaxix maħsub għall-ipproċessar, li jirrappreżenta l-valur tal-prodott bażiku, jiġifieri l-frott u l-ħaxix maħsub għall-ipproċessar, u l-attivitajiet li mhumiex attivitajiet proprji tal-ipproċessar. Billi l-kwantitajiet ta’ frott u ħaxix meħtieġa għall-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix ipproċessat ivarjaw ħafna bejn il-gruppi tal-produtturi, dawk id-differenzi għandhom ikunu riflessi fir-rati fissi applikabbli. Fil-każ tal-frott u l-ħaxix maħsub għall-ipproċessar li jinbidel fi ħwawar aromatiċi pproċessati u fi trab tal-paprika, huwa xieraq ukoll li tiddaħħal rata fissa sabiex jiġi kkalkulat il-valur tal-frott u l-ħaxix maħsub għall-ipproċessar, li jirrappreżanta biss il-valur tal-prodott bażiku. Għandhom ikunu jistgħu jintużaw ukoll metodi oħrajn għall-kalkolu tal-produzzjoni li tista’ tiġi kkummerċjalizzata fil-każ ta’ varjazzjonijiet annwali jew ta’ dejta li ma tkunx biżżejjed. Sabiex jiġi evitat li din l-iskema tintuża b’mod ħażin, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ġeneralment m’għandhomx jitħallew ibiddlu l-metodoloġija għall-iffissar tal-perjodi ta’ referenza meta jkun għaddej il-programm.

(36)

Sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla problemi lejn is-sistema l-ġdida għall-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-frott u l-ħaxix maħsub għall-ipproċessar, il-programmi operattivi approvati sal-20 ta’ Jannar 2010 m’għandhomx jiġu affettwati mill-metodu l-ġdid tal-kalkolu, mingħajr ħsara għall-possibbiltà li dawn il-programmi operattivi jiġu emendati skont l-Artikoli 65 u 66 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007. Għall-istess raġuni, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-perjodu ta’ referenza tal-programmi operattivi approvati wara dik id-data għandu jiġi kkalkulat skont ir-regoli l-ġodda.

(37)

Sabiex ikun żgurat l-użu korrett tal-għajnuna, għandhom ikunu stabbiliti regoli għall-ġestjoni tal-fondi operattivi u tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri, li jippermettu kemm jista’ jkun flessibbiltà, sakemm il-produtturi kollha jkunu jistgħu japprofittaw ruħhom mill-fond operattiv u jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod demokratiku fid-deċiżjonijiet dwar kif jintuża.

(38)

Għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-ambitu u l-istruttura tal-istrateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli u l-qafas nazzjonali għal azzjonijiet ambjentali. L-għan għandu jkun li jtejjeb kemm jista’ jkun l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u li jtejjeb il-kwalità tal-istrateġija.

(39)

Sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni xierqa tat-tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti u sabiex il-miżuri u l-attivitajiet ikunu jistgħu jiġu inklużi jew esklużi mill-programmi, għandhom ikunu stabbiliti l-proċeduri għall-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tal-programmi operattivi, inklużi l-limiti taż-żmien. Minħabba li l-ġestjoni tal-programmi ssir fuq bażi annwali, għandu jkun hemm dispożizzjoni li tgħid li l-programmi li ma jkunux approvati qabel ċertu data għandhom jiġu posposti għal sena.

(40)

Għandu jkun hemm proċedura għall-emenda annwali tal-programmi operattivi għas-sena ta’ wara, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu aġġustati biex jitqiesu kwalunkwe kundizzjonijiet ġodda li ma setgħux jitbassru meta kienu ppreżentati inizjalment. Barra minn hekk, il-miżuri u l-ammonti tal-fond operattiv għandhom ikunu jistgħu jinbidlu matul kull sena ta’ eżekuzzjoni ta’ programm. Sabiex ikun żgurat li l-programmi approvati jżommu l-għanijiet ġenerali tagħhom, dawn il-bidliet kollha għandhom ikunu suġġetti għal ċerti limiti u ċerti kundizzjonijiet, li għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri, inkluża notifika obbligatorja tal-bidliet lill-awtoritajiet kompetenti.

(41)

Għal raġunijiet ta’ sigurtà finanzjarja u ċertezza legali, għandha titħejja lista ta’ ħidmiet u nfiq li ma jistgħux ikunu koperti mill-programmi operattivi.

(42)

Fil-każ ta’ investimenti f’azjendi individwali, sabiex ikun evitat li persuna privata li tkun qatgħet il-konnessjonijiet mal-organizzazzjoni matul il-ħajja utli tal-investiment tistagħna b’mod mhux iġġustifikat, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jippermettu lill-organizzazzjoni tirkupra l-valur li jibqa’ tal-investiment, sew jekk it-tali investiment ikun ta’ membru u sew jekk ikun tal-organizzazzjoni.

(43)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-iskema tal-għajnuna, għandhom ikunu stabbiliti t-tagħrif li għandu jkun inkluż fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna kif ukoll il-proċeduri għall-ħlas tal-għajnuna. Sabiex ikunu evitati d-diffikultajiet fil-flussi tal-flus, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom sistema ta’ ħlas bil-quddiem li jkollha magħha garanziji xierqa. Għal raġunijiet simili, għandha tkun disponibbli sistema alternattiva għar-rimborż ta’ nfiq li jkun sar diġà.

(44)

Il-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix mhijiex prevedibbli u l-prodotti jistgħu jeħżienu. Ammont żejjed fis-suq, anki jekk ma jkunx kbir wisq, jista’ jfixkel ħafna s-suq. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet iddettaljati dwar l-ambitu u l-applikazzjoni tal-miżuri għall-ġestjoni u l-prevenzjoni ta’ kriżijiet b’rabta mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Sa fejn huwa possibbli, dawk ir-regoli għandhom jipprovdu għall-flessibbiltà u għall-applikazzjoni ta’ malajr fil-perjodi ta’ kriżi u għalhekk għandhom jippermettu lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jieħdu d-deċiżjonijiet huma stess. Madankollu, ir-regoli għandhom jevitaw milli jkun hemm abbużi u għandhom jipprovdu għal limiti fuq l-użu ta’ ċerti miżuri, fosthom f’termini finanzjarji. Għandhom jiżguraw ukoll li r-rekwiżiti fitosanitarji u ambjentali jitħarsu kif xieraq.

(45)

F’dak li jirrigwarda l-irtirar mis-suq, għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati filwaqt li titqies l-importanza potenzjali ta’ dik il-miżura. B’mod partikulari, għandhom jitħejjew regoli dwar is-sistema ta’ appoġġ miżjud għall-frott u l-ħaxix irtirat mis-suq li jiġi distribwit bla ħlas bħala għajnuna umanitarja minn organizzazzjonijiet tal-karità u ċerti stabbilimenti u istituzzjonijiet oħrajn. Sabiex tkun iffaċilitata d-distribuzzjoni bla ħlas, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni dwar il-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-karità jitħallew jitolbu lil dawk li fl-aħħar mill-aħħar jirċievu l-prodotti li jkunu ġew irtirati mis-suq għal kontribuzzjoni simbolika, f’każ li dawn il-prodotti jkunu ġew ipproċessati. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli massimi ta’ appoġġ għall-irtirar mis-suq sabiex ikun żgurat li dan ma jsirx punt tal-ħruġ alternattiv permanenti għall-prodotti meta mqabbel mal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. F’dan il-kuntest, għal dawk il-prodotti li għalihom kienu stabbiliti livelli massimi ta’ kumpens għall-irtirar mogħti mill-Unjoni fl-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (3), huwa xieraq li dawk il-livelli jibqgħu jintużaw, suġġetti għal ċertu livell ta’ żieda sabiex jirriflettu l-fatt li dan l-irtirar issa huwa kkofinanzjat. Għall-prodotti l-oħrajn, fejn l-esperjenza għadha ma wrietx riskju ta’ rtirar eċċessiv, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu l-livelli massimi ta’ appoġġ. Madankollu, għal raġunijiet simili, fil-każijiet kollha huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu kwantitattiv ta’ rtirar għal kull prodott għal kull organizzazzjoni tal-produtturi.

(46)

Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati dwar l-għajnuna finanzjarja nazzjonali li l-Istati Membri jistgħu jagħtu f’reġjuni tal-Unjoni li fihom il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi huwa partikolarment baxx, inkluża definizzjoni ta’ dak il-livell baxx ta’ organizzazzjoni. Għandhom ikunu stabbiliti l-proċeduri għall-approvazzjoni ta’ din l-għajnuna nazzjonali kif ukoll għall-approvazzjoni u l-ammont ta’ rimborż tal-għajnuna mill-Unjoni, kif ukoll għall-proporzjon tar-rimborż. Dawk il-proċeduri għandhom jirriflettu dawk li japplikaw bħalissa.

(47)

Għandhom ikunu adottati regoli dettaljati, b’mod partikulari dispożizzjonijiet proċedurali, dwar il-kundizzjonijiet li bihom ir-regoli maħruġin mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet fis-settur tal-frott u l-ħaxix ikunu jistgħu jiġu estiżi għall-produtturi kollha stabbiliti f’żona ekonomika speċifika. Meta prodott jinbiegħ fuq is-siġra, għandu jkun ċar liema regoli għandhom ikunu estiżi lill-produtturi u lix-xerrejja rispettivament.

(48)

Sabiex ikunu mmonitorjati l-importazzjonijiet tat-tuffieħ u sabiex ikun żgurat li kull żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tat-tuffieħ tkun innutata fi żmien relattivament qasir, fl-2006 kienet iddaħħlet, bħala sistema tranżizzjonali, is-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni għat-tuffieħ tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (il-kodiċi tan-NM) bin-numru 0808 10 80. Sadanittant, ġew żviluppati metodi ġodda u eżatti biex wieħed jimmonitorja l-importazzjonijiet tat-tuffieħ – metodi li huma inqas ikkumplikati għan-negozjanti mis-sistema attwali tal-liċenzji. Għalhekk, l-obbligu li wieħed juri liċenzja tal-importazzjoni għat-tuffieħ tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0808 10 80 daqt għandu jieqaf milli jibqa’ japplika.

(49)

Għandhom ikunu adottati regoli dettaljati dwar is-sistema tal-prezz tad-dħul għall-frott u l-ħaxix. Minħabba li ħafna mill-frott u l-ħaxix ikkonċernat li jista’ jeħżien huwa fornut mal-kunsinna, dan joħloq diffikultajiet speċjali sabiex ikun stabbilit il-valur tiegħu. Għandhom ikunu stabbiliti l-metodi li wieħed jista’ juża sabiex jiġi kkalkulat il-prezz tad-dħul li abbażi tiegħu l-prodotti importati jiġu kklassifikati fit-Tariffa Doganali Komuni. B’mod partikulari, għandhom ikunu stabbiliti l-valuri standard tal-importazzjoni abbażi tal-medja ppeżata tal-prezzijiet medji tal-prodotti u għandu jkun hemm dispożizzjoni speċjali għall-każijiet fejn ma jkunx hemm prezzijiet disponibbli għall-prodotti ta’ oriġini partikulari. Għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-għoti ta’ garanzija f’ċerti ċirkustanzi, sabiex ikun żgurat li s-sistema tkun applikata b’mod korrett.

(50)

Għandhom ikunu adottati regoli ddettaljati dwar id-dazju tal-importazzjoni li jista’ jkun impost fuq ċerti prodotti minbarra dak li dwaru hemm dispożizzjoni fit-Tariffa Doganali Komuni. Id-dazju addizzjonali jista’ jkun impost jekk il-volumi tal-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati jaqbżu l-livelli tal-iskattar stabbiliti għall-prodott u għall-perjodu ta’ applikazzjoni. L-oġġetti li jkunu fi triqthom lejn l-Unjoni huma eżentati mid-dazju addizzjonali u, għalhekk, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawn l-oġġetti.

(51)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni għal monitoraġġ u evalwazzjoni xierqa ta’ programmi u skemi li jkunu għaddejjin sabiex tkun ivvalutata l-effettività u l-effiċjenza tagħhom kemm mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u kif ukoll mill-Istati Membri.

(52)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar it-tip, il-format u l-mezzi ta’ notifiki li huma meħtieġa sabiex dan ir-Regolament jiġi implimentat. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu notifiki mill-produtturi u mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-Istati Membri u mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, kif ukoll il-konsegwenzi li jkun hemm jekk in-notifiki jintbagħtu tard jew ma jkunux eżatti.

(53)

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri dwar il-verifiki meħtieġa sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni x-xierqa ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u dwar is-sanzjonijiet ix-xierqa li japplikaw għall-irregolaritajiet misjuba. Dawk il-miżuri għandhom jinvolvu kemm verifiki u sanzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni kif ukoll verifiki u sanzjonijiet nazzjonali addizzjonali. Il-verifiki u s-sanzjonijiet għandhom ikunu dissważivi, effetivi u proporzjonati. Għandu jkun hemm regoli sabiex jiġu solvuti każijiet ta’ żbalji evidenti, forza maġġuri u ċirkustanzi eċċezzjonali oħrajn sabiex ikun żgurat it-trattament ġust tal-produtturi. Għandu jkun hemm ukoll regoli dwar sitwazzjonijiet maħluqa artifiċjalment, sabiex ma jitħalla jittieħed ebda benefiċċju minn sitwazzjonijiet bħal dawn.

(54)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet sabiex titkompla t-tranżizzjoni bla problemi mis-sistema ta’ qabel mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 2200/96, fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (4) u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jintroduċi skema ta’ għajnuna tal-Komunità għall-produtturi ta’ ċertu frott taċ-ċitru (5) għas-sistema l-ġdida mogħtija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (6) u wara fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 u wara f’dan ir-Regolament u fl-implimentazzjoni tar-regoli tranżizzjonali mogħtija fl-Artikolu 203a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(55)

Sabiex jiġu limitati l-effetti tat-tneħħija tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni għat-tuffieħ fuq ix-xejriet tan-negozju, l-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jkompli japplika sal-31 ta’ Awwissu 2011.

(56)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET TAL-BIDU

Artikolu 1

Ambitu u użu tat-termini

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat.

Madankollu, it-Titoli II u III ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għall-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix imsemmija fl-Artikolu 1(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u għat-tali prodotti maħsubin għall-ipproċessar biss.

2.   It-termini użati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkollhom l-istess tifsira meta jintużaw f’dan ir-Regolament, sakemm dan ir-Regolament ma jispeċifikax mod ieħor.

Artikolu 2

Snin tas-suq

Is-snin tas-suq għall-frott u l-ħaxix u għall-frott u l-ħaxix ipproċessat għandhom ikunu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

TITOLU II

KLASSIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI

KAPITOLU I

Regoli ġenerali

Artikolu 3

Standards tal-kummerċjalizzazzjoni; min ikollu f’idejh il-prodotti

1.   Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 113a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom iservu bħala l-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni. Id-dettalji tal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni huma mogħtija fil-Parti A tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

Il-frott u l-ħaxix li mhux kopert minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni għandu jikkonforma mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, f’każijiet fejn min ikollu f’idejh il-prodotti jkun f’qagħda li juri li dawn huma konformi mal-istandards applikabbli adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (in-NU/KEE), dawn il-prodotti għandhom jitqiesu li huma konformi mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni.

2.   L-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 113(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma mogħtija fil-Parti B tal-Anness I għal dan ir-Regolament għall-prodotti li ġejjin:

(a)

it-tuffieħ,

(b)

il-frott taċ-ċitru,

(c)

il-frott tal-kiwi,

(d)

il-ħass u l-indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa’,

(e)

il-ħawħ u n-nuċiprisk,

(f)

il-lanġas,

(g)

il-frawli,

(h)

il-bżar ħelu,

(i)

l-għeneb tal-mejda,

(j)

it-tadam.

3.   Għall-għanijiet tal-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, “min ikollu f’idejh il-prodotti” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha fil-pussess tagħha, fiżikament, il-prodotti kkonċernati.

Artikolu 4

Eċċezzjonijiet u eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

1.   B’deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, dawn li ġejjin m’għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni:

(a)

dejjem jekk ikunu immarkati b’mod ċar bil-kliem “maħsubin għall-ipproċessar” jew “għall-għalf tal-annimali” jew bi kwalunkwe frażi ekwivalenti oħra, il-prodotti:

(i)

maħsubin għall-ipproċessar industrijali, jew

(ii)

maħsubin għall-għalf tal-annimali jew għal użu ieħor iżda mhux għall-ikel;

(b)

il-prodotti ttrasferiti mill-produttur fl-azjenda tiegħu lill-konsumaturi għall-użu personali tagħhom;

(c)

il-prodotti rrikonoxxuti f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda fuq talba ta’ Stat Membru skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bħala prodotti ta’ reġjun partikolari li jinbiegħu bl-imnut min-negozju tar-reġjun għall-konsum lokali tradizzjonali stabbilit sew;

(d)

prodotti li jkunu ġew mirquma jew inqatgħu biex ikunu “lesti għall-ikel” jew “lesti għall-kċina”;

(e)

prodotti kkummerċjalizzati bħala rimjiet li jittieklu, wara li tinbet iż-żerriegħa tal-pjanti kklassifikati bħala frott u ħaxix skont l-Artikolu 1(1)(i) u l-Parti IX tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   B’deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-prodotti li ġejjin m’għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni f’żona partikulari tal-produzzjoni:

(a)

prodotti mibjugħa jew ikkonsenjati minn min ikabbarhom lil stazzjonijiet tal-preparazzjoni jew tal-imballaġġ jew lil faċilitajiet tal-ħżin, jew ittrasportati mill-azjenda tiegħu lejn dawn l-istazzjonijiet; u

(b)

prodotti ttrasportati mill-faċilitajiet tal-ħżin lejn l-istazzjonijiet tal-preparazzjoni u tal-imballaġġ.

3.   B’deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni prodotti ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumaturi għall-użu personali tagħhom u ttikkettati bħala “prodotti maħsubin għall-ipproċessar” jew bi kwalunkwe frażi ekwivalenti oħra u maħsubin għall-ipproċessar, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1(a)(i) ta’ dan l-Artikolu.

4.   B’deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni prodotti mibjugħin direttament mill-produttur lill-konsumatur aħħari għall-użu personali, fi swieq irriżervati biss għall-produtturi f’żona speċifika tal-produzzjoni ddefinita mill-Istati Membri.

5.   B’deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għall-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni, fl-istadji ta’ wara l-bgħit, il-frott u l-ħaxix, minbarra dak tal-Klassi “Extra”, jista’ juri tnaqqis żgħir fil-freskezza u fid-dehra u kemm kemm taħsir minħabba l-iżvilupp tiegħu u minħabba t-tendenza tiegħu li jeħżien.

6.   B’deroga mill-Artikolu 113a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-prodotti li ġejjin m’għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni:

(a)

il-faqqiegħ mhux ikkultivat tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0709 59,

(b)

il-kappar tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0709 90 40,

(c)

il-lewż morr tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 11 10,

(d)

il-lewż imqaxxar tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 12,

(e)

il-ġellewż imqaxxar tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 22,

(f)

il-ġewż imqaxxar tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 32,

(g)

il-ġewż tal-arżnu [taż-żnuber] tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 90 50,

(h)

il-pistaċċi tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 50 00,

(i)

il-ġewż tal-Macadamia tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 60 00,

(j)

il-ġewż Amerikan tal-kodiċi tan-NM bin-numru ex 0802 90 20,

(k)

ġewż ieħor tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0802 90 85,

(l)

il-pjantaġġini mnixxfin tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0803 00 90,

(m)

il-frott taċ-ċitru mnixxef tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0805,

(n)

it-taħlit ta’ ġewż tropikali tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0813 50 31,

(o)

it-taħlit ta’ ġewż ieħor tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0813 50 39,

(p)

iż-żagћfran tal-kodiċi tan-NM bin-numru 0910 20.

7.   Lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandhom jingħatawlha provi li l-prodotti koperti mill-paragrafi 1(a) u 2 jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti, b’mod partikulari f’dak li jirrigwarda l-użu maħsub għalihom.

Artikolu 5

Dettalji tat-tagħrif

1.   Id-dettalji tat-tagħrif meħtieġa skont dan il-Kapitolu għandhom jidhru b’mod li jkunu jistgħu jinqraw u f’pożizzjoni ovvja fuq il-ġenb tal-imballaġġ, u għandhom jew ikunu stampati b’mod li ma jitħassarx direttament fuq il-pakkett jew fuq tikketta li tkun parti integrali minnu jew li tkun imwaħħla sewwa miegħu.

2.   Għal oġġetti ttrasportati fi kwantitajiet kbar u mgħobbija direttament fuq mezz tat-trasport, id-dettalji tat-tagħrif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw f’dokument li jakkompanja l-oġġetti jew jintwerew fuq nota mpoġġija f’pożizzjoni ovvja ġewwa l-mezz tat-trasport.

3.   Fil-każ ta’ kuntratti mill-bogħod skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), il-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandha teħtieġ li d-dettalji tat-tagħrif ikunu disponibbli qabel ma jiġi konkluż ix-xiri.

4.   Il-fatturi u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, minbarra l-irċevuti għall-konsumaturi, għandhom jindikaw l-isem u l-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti u, fejn ikun xieraq, il-klassi, il-varjetà jew it-tip kummerċjali tal-prodotti f’każ li dan ikun meħtieġ minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni, jew il-fatt li dawn il-prodotti jkunu maħsubin għall-ipproċessar.

Artikolu 6

Dettalji tat-tagħrif fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

1.   Fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut, id-dettalji tat-tagħrif meħtieġa minn dan il-Kapitolu għandhom ikunu jistgħu jinqraw faċilment u jkunu jidhru sew. Il-prodotti jistgħu jiġu ppreżentati għall-bejgħ sakemm il-bejjiegħ bl-imnut juri, bi prominenza, ħdejn il-prodotti u b’mod li jkun jista’ jinqara, id-dettalji tat-tagħrif dwar il-pajjiż tal-oriġini kif ukoll, fejn xieraq, il-klassi u l-varjetà jew it-tip kummerċjali tal-prodotti b’tali mod li ma jqarraqx bil-konsumaturi.

2.   Għall-prodotti ppakkjati minn qabel skont it-tifsira tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), il-piż nett għandu jkun indikat flimkien mat-tagħrif kollu li dwaru hemm dispożizzjoni fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ prodotti mibjugħin skont l-għadd, m’għandux japplika r-rekwiżit li jkun indikat il-piż nett jekk l-għadd tal-ogġetti jista’ jidher b’mod ċar u dawn ikunu jistgħu jingħaddu faċilment minn barra, jew jekk l-għadd ikun indikat fuq it-tikketta.

Artikolu 7

Taħlitiet

1.   Għandha titħalla ssir il-kummerċjalizzazzjoni ta’ pakketti b’piż nett ta’ 5 kilogrammi jew anqas li jkun fihom taħlitiet ta’ tipi differenti ta’ frott u ħaxix, dejjem jekk:

(a)

il-prodotti jkunu tal-istess kwalità u kull prodott ikkonċernat ikun jikkonforma mal-istandard speċifiku rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni jew mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni, jekk ma jkunx hemm standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni għal prodott partikulari,

(b)

il-pakkett ikun ittikkettat kif suppost, skont dan il-Kapitolu, u

(c)

it-taħlita ma tkunx waħda li tqarraq bil-konsumatur.

2.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1(a) m’għandhomx japplikaw għall-prodotti inklużi f’taħlita li ma jkunux prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix imsemmija fl-Artikolu 1(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   Jekk il-frott u l-ħaxix f’taħlita jkun ġej minn aktar minn Stat Membru jew pajjiż terz wieħed, l-ismijiet sħaħ tal-pajjiżi tal-oriġini jistgħu jinbidlu b’waħda mill-frażijiet li ġejjin, skont kif ikun xieraq:

(a)

“taħlita ta’ frott u ħaxix mill-UE”,

(b)

“taħlita ta’ frott u ħaxix li mhux mill-UE”,

(c)

“taħlita ta’ frott u ħaxix mill-UE u mhux mill-UE”.

KAPITOLU II

Verifiki dwar il-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 8

Ambitu

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli dwar il-verifiki tal-konformità, li għandhom ifissru l-verifiki li jitwettqu fuq il-frott u l-ħaxix fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex jiġi vverifikat li dan jikkonforma mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Titolu u tal-Artikoli 113 u 113a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 9

Awtoritajiet ta’ koordinazzjoni u entitajiet ta’ spezzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar:

(a)

awtorità kompetenti waħda responsabbli għall-koordinazzjoni u l-kuntatti fiż-żoni koperti minn dan il-Kapitolu, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-awtorità ta’ koordinazzjoni”; u

(b)

entità jew entitajiet ta’ spezzjoni responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, minn hawn ’il quddiem imsejħin “l-entitajiet ta’ spezzjoni”.

L-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni u l-entitajiet ta’ spezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu pubbliċi jew privati. Madankollu, fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għalihom.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni:

(a)

l-isem u l-indirizz postali u dak elettroniku tal-awtorità ta’ koordinazzjoni li jkunu ħatru skont il-paragrafu 1(a);

(b)

l-isem u l-indirizz postali u dak elettroniku tal-entitajiet ta’ spezzjoni li jkunu ħatru skont il-paragrafu 1(b); u

(c)

id-deskrizzjoni eżatta tal-isferi rispettivi ta’ attività tal-entitajiet ta’ spezzjoni li jkunu ħatru.

3.   L-awtorità ta’ koordinazzjoni tista’ tkun l-entità ta’ spezzjoni jew waħda mill-entitajiet ta’ spezzjoni jew kwalunkwe entità oħra maħtura skond il-paragrafu 1.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni maħtura mill-Istati Membri bil-mod li tqis li huwa xieraq.

Artikolu 10

Bażi tad-dejta dwar in-negozjanti

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bażi tad-dejta dwar in-negozjanti tal-frott u l-ħaxix, li għandha telenka, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu, in-negozjanti involuti fil-kummerċjalizzazzjoni tal-frott u l-ħaxix li għalih ġew stabbiliti standards skont l-Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw kwalunkwe bażi tad-dejta jew bażijiet tad-dejta oħrajn li kienu diġà stabbiliti għal għanijiet oħrajn.

2.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, “negozjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika:

(a)

li jkollha frott u ħaxix suġġett għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni bil-ħsieb:

(i)

li turih jew toffrih għall-bejgħ,

(ii)

li tbigħu, jew

(iii)

li tikkummerċjalizzah bi kwalunkwe mod ieħor, jew

(b)

li twettaq realment kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) għall-frott u l-ħaxix suġġett għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

L-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu:

(a)

il-bejgħ mill-bogħod kemm jekk isir bl-internet kif ukoll jekk isir xort’oħra,

(b)

it-tali attivitajiet imwettqa minn persuna fiżika jew ġuridika għaliha nnifisha jew f’isem parti terza, u

(c)

it-tali attivitajiet imwettqa fl-Unjoni u/jew permezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u/jew permezz tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom in-negozjanti li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-bażi tad-dejta jew le:

(a)

negozjanti li l-attivitajiet tagħhom huma eżentati mill-obbligu li jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 4; u

(b)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-attivitajiet tagħhom fis-settur tal-frott u l-ħaxix huma limitati jew għat-trasport tal-oġġetti, jew għall-bejgħ fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut.

4.   Fejn il-bażi tad-dejta dwar in-negozjanti tkun magħmula minn diversi elementi separati, l-awtorità ta koordinazzjoni għandha tiżgura li l-bażi tad-dejta, l-elementi tagħha u l-aġġornament tagħhom huma uniformi. L-aġġornament tal-bażi tad-dejta għandu jsir b’mod partikulari billi jintuża t-tagħrif miġbur matul il-verifiki tal-konformità.

5.   Għal kull negozjant, il-bażi tad-dejta għandha tinkludi:

(a)

in-numru ta’ reġistrazzjoni, l-isem u l-indirizz;

(b)

it-tagħrif meħtieġ għall-klassifikazzjoni tan-negozjant f’waħda mill-kategoriji tar-riskju msemmija fl-Artikolu 11(2), b’mod partikulari l-pożizzjoni fil-katina tal-kummerċjalizzazzjoni u tagħrif dwar kemm hi importanti l-kumpanija;

(c)

tagħrif dwar is-sejbiet minn verifiki li jkunu saru qabel fuq kull negozjant;

(d)

kwalunkwe tagħrif ieħor meqjus bħala tagħrif meħtieġ għall-verifiki bħat-tagħrif dwar l-eżistenza ta’ sistema għall-iżgurar tal-kwalità jew ta’ sistema ta’ verifika tan-negozjant fuqu nnifsu dwar il-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

L-aġġornament tal-bażi tad-dejta għandu jitwettaq b’mod partikulari billi jintuża t-tagħrif miġbur matul il-verifiki tal-konformità.

6.   In-negozjanti għandhom jipprovdu t-tagħrif li l-Istati Membri jqisu li huwa meħtieġ biex tiġi stabbilita u aġġornata l-bażi tad-dejta. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom in-negozjanti li mhumiex stabbiliti fit-territorju tagħhom imma li jagħmlu negozju fih għandhom jitniżżlu fil-bażi tad-dejta tagħhom.

Taqsima 2

Verifiki tal-konformità mwettqin mill-Istati Membri

Artikolu 11

Verifiki tal-konformità

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifiki tal-konformità jitwettqu b’mod selettiv, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, u bi frekwenza xierqa, sabiex tkun żgurata l-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Titolu u tal-Artikoli 113 u 113a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Il-kriterji biex jiġi vvalutat ir-riskju għandhom jinkludu l-eżistenza taċ-ċertifikat tal-konformità msemmi fl-Artikolu 14 maħruġ minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz li l-verifiki tal-konformità tiegħu ġew approvati skont l-Artikolu 15. L-eżistenza tat-tali ċertifikat għandha titqies bħala fattur li jnaqqas ir-riskju tan-nuqqas ta’ konformità.

Il-kriterji biex jiġi vvalutat ir-riskju jistgħu jinkludu wkoll:

(a)

in-natura tal-prodott, il-perjodu tal-produzzjoni, il-prezz tal-prodott, it-temp, il-ħidmiet tal-ippakkjar u tal-immaniġġar, il-kundizzjonijiet tal-ħżin, il-pajjiż tal-oriġini, il-mezz tat-trasport jew il-volum tal-lott;

(b)

id-daqs tan-negozjanti, il-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-kummerċjalizzazzjoni, il-volum jew il-valur tal-prodotti li jikkummerċjalizzaw, il-firxa tal-prodotti tagħhom, iż-żona tal-kunsinna jew it-tip ta’ negozju mwettaq bħall-ħżin, l-għażla, l-ippakkjar jew il-bejgħ;

(c)

is-sejbiet minn verifiki li jkunu saru qabel, inklużi l-għadd u t-tip ta’ difetti misjuba, il-kwalità li normalment ikollhom il-prodotti kkummerċjalizzati u l-livell ta’ tagħmir tekniku użat;

(d)

l-affidabbiltà tas-sistemi għall-iżgurar tal-kwalità jew tas-sistema ta’ verifika tan-negozjant fuqu nnifsu li n-negozjanti għandhom b’rabta mal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni;

(e)

il-post fejn titwettaq il-verifika, b’mod partikulari jekk dan ikun il-punt tal-ewwel dħul tal-prodotti fl-Unjoni, jew jekk ikun il-post fejn il-prodotti jkunu qed jiġu ppakkjati jew ikunu qed jitgħabbew;

(f)

kwalunkwe tagħrif ieħor li jista’ jindika riskju ta’ nuqqas ta’ konformità.

2.   L-analiżi tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq it-tagħrif inkluż fil-bażi tad-dejta dwar in-negozjanti msemmija fl-Artikolu 10 u għandha tikklassifika n-negozjanti f’kategoriji tar-riskju.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu minn qabel:

(a)

il-kriterji biex jiġi vvalutat ir-riskju tan-nuqqas ta’ konformità tal-lottijiet;

(b)

abbażi ta’ analiżi tar-riskju għal kull kategorija tar-riskju, il-proporzjonijiet minimi tan-negozjanti jew tal-lottijiet u/jew tal-kwantitajiet li se jkunu suġġetti għal verifika tal-konformità.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jwettqux verifiki selettivi fuq il-prodotti li ma jkunux suġġetti għall-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni, abbażi ta’ analiżi tar-riskju.

3.   F’każijiet fejn il-verifiki juru irregolaritajiet sinifikanti, l-Istati Membri għandhom iżidu l-frekwenza tal-verifiki marbutin man-negozjanti, il-prodotti, l-oriġini, jew il-parametri l-oħrajn ikkonċernati.

4.   In-negozjanti għandhom jipprovdu lill-entitajiet tal-ispezzjoni t-tagħrif kollu li dawk l-entitajiet iqisu li huwa meħtieġ sabiex jiġu organizzati u jitwettqu l-verifiki tal-konformità.

Artikolu 12

Negozjanti approvati

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lin-negozjanti kklassifikati fil-kategorija tal-inqas riskju u li jipprovdu garanziji speċjali dwar il-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex jużaw ix-xempju mogħti fl-Anness II fit-tikketta ta’ kull pakkett fl-istadju tal-bgħit u/jew biex jiffirmaw iċ-ċertifikat tal-konformità kif imsemmi fl-Artikolu 14.

2.   L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal perjodu ta’ tal-inqas sena.

3.   In-negozjanti li jibbenefikaw minn din il-possibbiltà:

(a)

għandu jkollhom persunal tal-ispezzjoni li jkun irċieva taħriġ approvat mill-Istati Membri;

(b)

għandu jkollhom tagħmir xieraq għall-preparazzjoni u l-ippakkjar tal-prodotti;

(c)

għandhom jintrabtu li jwettqu verifika tal-konformità fuq l-oġġetti kollha li jibagħtu u għandhom iżommu reġistru tal-verifiki kollha mwettqin.

4.   Meta negozjant awtorizzat ma jibqax jikkonforma aktar mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni, l-Istat Membru għandu jirtira l-awtorizzazzjoni.

5.   Minkejja l-paragrafu 1, in-negozjanti awtorizzati jistgħu jkomplu jużaw xempji li fit-30 ta’ Ġunju 2009 kienu jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

L-awtorizzazzjonijiet mogħtija lin-negozjanti qabel l-1 ta’ Lulju 2009 għandhom jibqgħu japplikaw għall-perjodu li għalih kienu ngħataw.

Artikolu 13

Aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mid-dwana

1.   Id-dwana tista’ taċċetta biss dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni u/jew dikarazzjonijiet għall-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti suġġetti għall-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni jekk:

(a)

l-oġġetti jkollhom magħhom ċertifikat tal-konformità, jew

(b)

l-entità kompetenti ta’ spezzjoni tkun għarrfet lill-awtorità doganali li l-lottijiet ikkonċernati jkun inħarġilhom ċertifikat tal-konformità, jew

(c)

l-entità kompetenti ta’ spezzjoni tkun għarrfet lill-awtoritajiet doganali li hija ma ħarġitx ċertifikat tal-konformità għal-lottijiet ikkonċernati għaliex dawn ma kellhomx bżonn jiġu vverifikati fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 11(1).

Dan għandu jsir mingħajr ħsara għal kwalunkwe verifiki tal-konformità li l-Istat Membru jista’ jwettaq skont l-Artikolu 11.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-prodotti li huma suġġetti għall-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni mogħti fil-Parti A tal-Anness I u għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) jekk l-Istat Membru kkonċernat iqis li dan huwa meħtieġ fid-dawl tal-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 11(1).

Artikolu 14

Ċertifikat tal-konformità

1.   Iċ-ċertifikati tal-konformità jistgħu jinħarġu minn awtorità kompetenti sabiex jikkonfermaw li l-prodotti kkonċernati jikkonformaw mal-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħin “iċ-ċertifikat”). Iċ-ċertifikat li għandu jintuża mill-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni huwa mogħti fl-Anness III.

Minflok iċ-ċertifikati maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni, il-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 15(4) jistgħu jużaw iċ-ċertifikati tagħhom, dejjem jekk dawn ikun fihom tagħrif li jkun tal-inqas ekwivalenti għal dak mogħti fiċ-ċertifikat tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, bil-mezzi li tqis li huma xierqa, kampjuni tat-tali ċertifikati ta’ pajjiżi terzi.

2.   Dawn iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu kemm f’format fuq il-karta b’firma oriġinali kif ukoll f’format elettroniku vverifikat b’firma elettronika.

3.   Kull ċertifikat għandu jkun ittimbrat mill-awtorità kompetenti u ffirmat mill-persuna jew mill-persuni li jkollhom is-setgħa jagħmlu dan.

4.   Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu tal-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

5.   Kull ċertifikat għandu jkollu numru tas-serje li permezz tiegħu jkun jista’ jiġi identifikat. L-awtorità kompetenti għandha żżomm kopja ta’ kull ċertifikat li toħroġ.

6.   Minkejja l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw ċertifikati li fit-30 ta’ Ġunju 2009 kienu jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Taqsima 3

Verifiki tal-konformità mwettqin minn pajjiżi terzi

Artikolu 15

Approvazzjoni ta’ verifiki tal-konformità mwettqin minn pajjiżi terzi qabel l-importazzjoni fl-Unjoni

1.   Fuq talba ta’ pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tapprova, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, verifiki tal-konformità mal-istandards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni mwettqin minn dak il-pajjiż terz qabel l-importazzjoni fl-Unjoni.

2.   L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tingħata lill-pajjiżi terzi fil-każijiet fejn jintlaħqu l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni, jew tal-inqas standards ekwivalenti, għall-prodotti esportati lejn l-Unjoni.

L-approvazzjoni għandha tispeċifika l-awtorità uffiċjali fil-pajjiż terz li taħt ir-responsabbiltà tagħha jitwettqu l-verifiki msemmija fil-paragrafu 1. Dik l-awtorità għandha tkun responsabbli għall-kuntatti mal-Unjoni. L-approvazzjoni għandha tispeċifika wkoll l-entitajiet ta’ spezzjoni tal-pajjiż terz li jwettqu l-verifiki x-xierqa.

L-approvazzjoni għandha tapplika biss għall-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż terz ikkonċernat u tista’ tkun limitata għal ċerti prodotti.

3.   L-entitajiet ta’ spezzjoni tal-pajjiż terz għandhom ikunu entitajiet uffiċjali jew irrikonoxxuti uffiċjalment mill-awtorità msemmija fil-paragrafu 2 li jipprovdu garanziji sodisfaċenti u li għandhom il-persunal, it-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa biex iwettqu l-verifiki skont il-metodi msemmija fl-Artikolu 17(1) jew b’metodi ekwivalenti.

4.   Il-pajjiżi terzi li l-verifiki tal-konformità tagħhom ġew approvati skont dan l-Artikolu, u l-prodotti kkonċernati, għandhom jingħataw fl-Anness IV.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, bil-mezzi li tqis li huma xierqa, id-dettalji tal-awtoritajiet uffiċjali u tal-entitajiet ta’ spezzjoni kkonċernati.

Artikolu 16

Sospensjoni tal-approvazzjoni tal-verifiki tal-konformità

Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-approvazzjoni tal-verifiki tal-konformità jekk jinstab li, f’għadd sinifikanti ta’ lottijiet u/jew ta’ kwantitajiet, l-oġġetti ma jikkorrispondux mat-tagħrif mogħti fiċ-ċertifikati tal-konformità maħruġin mill-entitajiet ta’ spezzjoni ta’ pajjiż terz.

Taqsima 4

Metodi ta’ spezzjoni

Artikolu 17

Metodi ta’ spezzjoni

1.   Il-verifiki tal-konformità li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan il-Kapitolu, ħlief għal dawk fil-punt tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari, għandhom jitwettqu skont il-metodi ta’ spezzjoni stabbiliti fl-Anness V, ħlief hekk kif speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi għall-verifika tal-konformità fil-punt tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur aħħari.

2.   Meta l-ispetturi jsibu li l-oġġetti huma konformi mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, l-entità ta’ spezzjoni tista’ toħroġ ċertifikat tal-konformità kif ipprovdut fl-Anness III.

3.   Meta l-oġġetti ma jikkonformawx mal-istandards, l-entità ta’ spezzjoni għandha toħroġ riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità lin-negozjanti jew lir-rappreżentanti tagħhom. L-oġġetti li għalihom ikun inħareġ riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità ma jistgħux jiġu mċaqalqin mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-entità ta’ spezzjoni li tkun ħarġet dak ir-riżultat. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tkun suġġetta għat-tħaris tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-entità ta’ spezzjoni.

In-negozjanti jistgħu jiddeċiedu li jġibu konformi l-oġġetti kollha jew uħud minnhom. L-oġġetti miġjuba konformi ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati qabel ma l-entità ta’ spezzjoni kompetenti tkun żgurat, bil-mezzi x-xierqa kollha, li l-oġġetti jkunu fil-fatt inġabu konformi. L-entità ta’ spezzjoni kompetenti għandha toħroġ, fejn applikabbli, ċertifikat tal-konformità kif ipprovdut fl-Anness III għal-lott jew għall-parti minnu biss ladarba l-oġġetti jkunu nġabu konformi.

Jekk entità ta’ spezzjoni taċċetta x-xewqa ta’ negozjant li jġib l-oġġetti konformi fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn tkun saret il-verifika li wasslet għar-riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità, in-negozjant għandu jgħarraf lill-entità ta’ spezzjoni kompetenti tal-Istat Membru destinatarju dwar il-lott li mhux konformi. L-Istat Membru li joħroġ ir-riżultat tan-nuqqas ta’ konformità għandu jibgħat kopja ta’ dan ir-riżultat lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati, inkluż lill-Istat Membru destinatarju tal-lott li mhux konformi.

Meta l-oġġetti la jkunu jistgħu jinġabu konformi u lanqas ma jkunu jistgħu jintbagħtu bħala għalf għall-annimali, għall-ipproċessar industrijali jew għal kwalunkwe użu ieħor iżda mhux għall-ikel, l-entità ta’ spezzjoni tista’, jekk ikun hemm bżonn, titlob lin-negozjanti jieħdu l-miżuri x-xierqa sabiex jiżguraw li l-prodotti kkonċernati ma jiġux ikkummerċjalizzati.

In-negozjanti għandhom jipprovdu t-tagħrif kollu li l-Istati Membri jqisu li huwa meħtieġ sabiex jiġi applikat dan il-paragrafu.

Taqsima 5

Notifiki

Artikolu 18

Notifiki

1.   Stat Membru li fih tinstab kunsinna minn Stat Membru ieħor li ma tikkonformax mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni minħabba difetti jew deterjorament li setgħu nkixfu fil-ħin tal-imballaġġ għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li x’aktarx ikunu kkonċernati.

2.   Stat Membru li fih lott ta’ oġġetti minn pajjiż terz jiġi rrifjutat milli jinħareġ għaċ-ċirkolazzjoni libera minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri li x’aktarx ikunu kkonċernati u lill-pajjiż terz ikkonċernat u mniżżel fl-Anness IV.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tagħhom tas-sistemi tal-ispezzjoni u tal-analiżi tar-riskju. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull emenda sussegwenti għal dawk is-sistemi.

4.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati fil-qosor tal-ispezzjonijiet fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni f’sena partikulari sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

5.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom isiru bil-mezzi speċifikati mill-Kummissjoni.

TITOLU III

ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI

KAPITOLU I

Rekwiżiti u rikonoxximent

Taqsima 1

Definizzjonijiet

Artikolu 19

Definizzjonijiet

1.   Għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu:

(a)

“produttur” tfisser bidwi kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b)

“membru produttur” tfisser produttur jew koperattiva tal-produtturi li huma membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(c)

“kumpanija sussidjarja” tfisser kumpanija li fiha jkunu ttieħdu ishma minn organizzazzjoni tal-produtturi waħda jew iktar jew minn assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet u li tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(d)

“organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li fiha tal-inqas waħda mill-azjendi tal-produtturi tkun tinsab fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn l-organizzazzjoni jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha;

(e)

“assoċjazzjoni transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li fiha tal-inqas waħda mill-organizzazzjonijiet assoċjati tkun tinsab fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn l-assoċjazzjoni jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha;

(f)

“l-Objettiv ta’ Konverġenza” tfisser l-għan tal-azzjoni għall-Istati Membri u r-reġjuni l-inqas żviluppati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2013;

(g)

“miżura” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

azzjonijiet immirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni, inkluż ix-xiri ta’ assi fissi;

(ii)

azzjonijiet immirati lejn it-titjib u ż-żamma tal-kwalità tal-prodott, inkluż ix-xiri ta’ assi fissi;

(iii)

azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni, inkluż ix-xiri ta’ assi fissi, kif ukoll attivitajiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni, li mhumiex attivitajiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni li jaqgħu taħt il-punt (vi);

(iv)

ir-riċerka u l-produzzjoni sperimentali, inkluż ix-xiri ta’ assi fissi;

(v)

azzjonijiet tat-taħriġ, minbarra t-taħriġ li jaqa’ taħt il-punt (vi), u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għas-servizzi ta’ konsulenza;

(vi)

kull wieħed mis-sitt strumenti ta’ prevenzjoni u ġestjoni ta’ kriżijiet li huma elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 103c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(vii)

azzjonijiet ambjentali kif imsemmija fl-Artikolu 103c(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, inkluż ix-xiri ta’ assi fissi;

(viii)

azzjonijiet oħrajn, inkluż ix-xiri ta’ assi fissi minbarra dawk li jaqgħu taħt il-punti (i) sa (iv) u l-punt (vii) li jissodisfaw għan wieħed jew iktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 103c(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(h)

“azzjoni” tfisser attività speċifika jew strument speċifiku mmirati lejn il-kisba ta’ għan operattiv partikulari li jikkontribwixxi għal għan wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 103c(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(i)

“prodott sekondarju” tfisser prodott li jirriżulta mill-preparazzjoni ta’ prodott tal-frott jew tal-ħaxix li għandu valur ekonomiku pożittiv iżda li mhuwiex ir-riżultat ewlieni maħsub;

(j)

“preparazzjoni” tfisser attivitajiet preparatorji bħall-ħasil, it-tqattigħ, it-tqaxxir, it-tirqim u t-tnixxif tal-frott u l-ħaxix, mingħajr ma dawn jinbidlu fi frott u ħaxix ipproċessat;

(k)

“bażi li tiġbor fiha diversi fergħat tas-settur”, kif imsemmija fl-Artikolu 103d(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tfisser attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Artikolu 123(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li hija approvata mill-Istat Membru u li l-ġestjoni tagħha ssir b’mod konġunt minn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-inqas parteċipant ieħor fil-katina tal-ipproċessar tal-ikel u/jew fil-katina tad-distribuzzjoni;

(l)

“indikatur tax-xenarju ta’ referenza” tfisser kull indikatur li jirrifletti stat jew xejra eżistenti fil-bidu ta’ perjodu ta’ pprogrammar li jista’ jipprovdi tagħrif bżonnjuż:

(i)

fl-analiżi tas-sitwazzjoni inizjali sabiex tkun stabbilita strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli jew biex ikun stabbilit programm operattiv;

(ii)

bħala referenza li magħha jkunu jistgħu jitqabblu u jiġu vvalutati r-riżultati u l-impatt ta’ strateġija nazzjonali jew ta’ programm operattiv; u/jew

(iii)

fl-interpretazzjoni tar-riżultati u tal-impatt ta’ strateġija nazzjonali jew ta’ programm operattiv.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-entitajiet legali kkonċernati fit-territorju tagħhom li għandhom ikunu konformi mal-Artikolu 125b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fid-dawl tal-istrutturi legali u amministrattivi nazzjonali tagħhom. Huma jistgħu jadottaw regoli kumplimentari dwar ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u għandhom jistabbilixxu wkoll, fejn ikun xieraq, dispożizzjonijiet dwar partijiet iddefiniti b’mod ċar tal-entitajiet legali sabiex jiġi applikat l-Artikolu 125b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Taqsima 2

Rekwiżiti li japplikaw għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi

Artikolu 20

Kopertura tal-prodott

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi skont l-Artikolu 125b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-prodott jew tal-grupp ta’ prodotti speċifikati fl-applikazzjoni għar-rikonoxximent, suġġetti għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 125b(1)(c) ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward tal-prodott jew tal-grupp ta’ prodotti maħsubin biss għall-ipproċessar biss f’każijiet fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu kapaċi jiżguraw li dawk il-prodotti jitwasslu għall-ipproċessar, kemm jekk dan isir permezz ta’ sistema ta’ kuntratti tal-provvista kif ukoll jekk le.

Artikolu 21

Għadd minimu ta’ membri

Huma u jistabbilixxu l-għadd minimu ta’ membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi skont l-Artikolu 125b(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn applikant għar-rikonoxximent ikun totalment jew parzjalment magħmul minn membri li huma minnhom infushom entitajiet legali jew partijiet iddefiniti b’mod ċar ta’ entitajiet legali magħmulin mill-produtturi, l-għadd minimu ta’ produtturi jista’ jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-għadd ta’ produtturi assoċjati ma’ kull waħda mill-entitajiet legali jew mill-partijiet iddefiniti b’mod ċar tal-entitajiet legali.

Artikolu 22

Żmien minimu ta’ sħubija

1.   Il-perjodu minimu ta’ sħubija ta’ produttur għandu jkun ta’ mhux inqas minn sena.

2.   Ir-riżenja mis-sħubija għandha tkun innotifikata lill-organizzazzjoni bil-miktub. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perjodi ta’ notifika, li m’għandhomx ikunu ta’ iktar minn sitt xhur, u l-ġranet li fihom isseħħ ir-riżenja.

Artikolu 23

Strutturi u attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal, l-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġ sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 u fl-Artikolu 125b(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u jiżguraw il-funzjonament essenzjali tagħhom, b’mod partikulari dwar:

(a)

l-għarfien tal-produzzjoni tal-membri tagħhom;

(b)

il-ġbir, l-għażla, il-ħżin u l-imballaġġ tal-produzzjoni tal-membri tagħhom;

(c)

il-ġestjoni kummerċjali u tal-baġit; u

(d)

iż-żamma tal-kotba b’mod iċċentralizzat u sistema tal-ħruġ ta’ fatturi.

Artikolu 24

Valur jew volum ta’ produzzjoni li tista’ tiġi kkummerċjalizzata

1.   Għall-għanijiet tal-Artikolu 125b(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-valur jew il-volum ta’ produzzjoni li tista’ tiġi kkummerċjalizzata għandu jiġi kkalkulat fuq l-istess bażi bħall-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata stabbilit fl-Artikoli 50 u 51 ta’ dan ir-Regolament.

2.   F’każijiet fejn membru wieħed ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jew aktar ma jkollhomx biżżejjed dejta storika dwar il-produzzjoni kkummerċjalizzata biex ikun jista’ jiġi applikat il-paragrafu 1, il-valur tal-produzzjoni tagħhom li tista’ tiġi kkummerċjalizzata jista’ jiġi kkalkulat bħala l-valur medju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tagħhom fuq perjodu ta’ tliet snin qabel is-sena li fiha titressaq l-applikazzjoni għar-rikonoxximent li fih il-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata kienu verament qed jipproduċu l-prodotti.

Artikolu 25

Provvista ta’ mezzi tekniċi

Għall-għanijiet tal-Artikolu 125b(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, organizzazzjoni tal-produtturi li tkun irrikonoxxuta għal prodott li għalih jeħtieġ li jiġu pprovduti mezzi tekniċi għandha titqies li tissodisfa l-obbligu tagħha meta tipprovdi livell adegwat ta’ mezzi tekniċi hija nnifisha jew permezz tal-membri tagħha, jew permezz ta’ kumpaniji sussidjarji jew tal-esternalizzazzjoni.

Artikolu 26

Attivitajiet ewlenin tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-attività ewlenija ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandha tirrigwarda l-konċentrazzjoni tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħha li għalihom tkun irrikonoxxuta.

2.   Organizzazzjoni tal-produtturi tista’ tbigħ prodotti ta’ produtturi li ma jkunux membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, f’każ li tkun irrikonoxxuta għal dawk il-prodotti u dejjem jekk il-valur ekonomiku ta’ dik l-attività jkun inqas mill-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tagħha kkalkulat skont l-Artikolu 50.

3.   Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ frott u ħaxix li jinxtara direttament mingħand organizzazzjoni oħra tal-produtturi u ta’ prodotti li għalihom l-organizzazzjoni tal-produtturi mhix irrikonoxxuta m’għandhiex titqies bħala attività li tagħmel parti mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

4.   F’każijiet fejn japplika l-Artikolu 50(9), il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-kumpaniji sussidjarji kkonċernati mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 27

Esternalizzazzjoni tax-xogħol

1.   L-attivitajiet li Stat Membru jista’ jippermetti l-esternalizzazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 125d tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, il-ġbir, il-ħżin, l-imballaġġ u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

2.   L-esternalizzazzjoni ta’ attività ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandha tfisser li l-organizzazzjoni tal-produtturi tidħol f’arranġament kummerċjali ma’ entità oħra, inkluż ma’ waħda mill-membri tagħha jew aktar jew ma’ kumpanija sussidjarja, għall-provvista tal-attività kkonċernata. Madankollu, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tibqa’ responsabbli għat-twettiq ta’ dik l-attività u għall-kontroll tal-ġestjoni ġenerali u s-superviżjoni tal-arranġament kummerċjali għall-provvista tal-attività.

Artikolu 28

Organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi

1.   L-uffiċċju ewlieni ta’ organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi għandu jkun stabbilit fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha azjendi sinifikanti jew fejn ikollha għadd sinifikanti ta’ membri u/jew fejn tikseb livell importanti ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata.

2.   L-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi għandu jkun responsabbli għal dan li ġej:

(a)

għar-rikonoxximent tal-organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi;

(b)

għall-approvazzjoni tal-programm operattiv tal-organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi;

(c)

għall-istabbiliment tal-kollaborazzjoni amministrattiva meħtieġa mal-Istati Membri l-oħra li fihom ikunu jinsabu l-membri fir-rigward tal-konformità mat-termini ta’ rikonoxximent u s-sistema ta’ verifiki u sanzjonijiet. Dawk l-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu obbligati jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa lill-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni fi żmien perjodu raġonevoli; u

(d)

għall-għoti, meta jintalab minn Stati Membri oħra, tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha, inkluża kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli li hija disponibbli għall-Istati Membri l-oħra li fihom ikunu jinsabu l-membri, tradotta f’lingwa uffiċjali tal-Istati Membri li jkunu qed jagħmlu t-talba.

Artikolu 29

Fużjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   Meta organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu ngħaqdu flimkien, l-organizzazzjoni tal-produtturi li tirriżulta mill-fużjoni għandha tieħu post l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu qed jingħaqdu flimkien. L-entità l-ġdida għandha tieħu f’idejha d-drittijiet u l-obbligi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu qed jingħaqdu flimkien.

L-entità li tkun għadha kemm ingħaqdet flimkien tista’ tħaddem il-programmi b’mod parallel u separat sal-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-fużjoni jew inkella tista’ tgħaqqad il-programmi operattivi flimkien sa mill-waqt tal-fużjoni. Il-programmi operattivi għandhom jingħaqdu flimkien skont l-Artikoli 66 u 67.

2.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jitolbuhom dan, għal raġunijiet sostanzjati kif xieraq, biex ikomplu jimplimentaw programmi operattivi separati b’mod parallel sakemm dawn jilħqu l-konklużjoni naturali tagħhom.

Artikolu 30

Membri li mhumiex produtturi

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li mhijiex produttur tistax tkun aċċettata bħala membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi u b’liema kundizzjonijiet jista’ jsir dan.

2.   Huma u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’mod partikulari, il-konformità mal-punt (a)(iii) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 u mal-Artikolu 125a(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx:

(a)

jitqiesu għall-kriterji tar-rikonoxximent;

(b)

jibbenefikaw direttament mill-miżuri ffinanzjati mill-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jivvutaw dwar deċiżjonijiet marbutin mal-fondi operattivi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 31

Responsabbiltà demokratika tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha li jqisu li huma meħtieġa sabiex jevitaw kwalunkwe abbuż tas-setgħa jew tal-influwenza minn wieħed mill-membri jew iktar f’dak li jirrigwarda l-ġestjoni u t-tħaddim ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, li għandhom jinkludu d-drittijiet tal-vot.

2.   Meta organizzazzjoni tal-produtturi tkun parti ddefinita b’mod ċar ta’ entità legali, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri sabiex jirrestrinġu jew jipprojbixxu s-setgħat ta’ dik l-entità legali li tibdel, tapprova jew tirrifjuta deċiżjonijiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

Taqsima 3

Assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi

Artikolu 32

Regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li japplikaw għall-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

L-Artikoli 22, 26(3), 27 u 31 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. F’każ li l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi twettaq l-attività tal-bejgħ, l-Artikolu 26(2) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 33

Rikonoxximent tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu biss l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi skont l-Artikolu 125c tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-attività jew l-attivitajiet li jikkonċernaw il-prodott jew il-grupp ta’ prodotti speċifikati fl-applikazzjoni għar-rikonoxximent.

2.   Assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tista’ tkun irrikonoxxuta skont l-Artikolu 125c tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u twettaq kull waħda mill-attivitajiet ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, anke meta l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti kkonċernati tkompli titwettaq mill-membri tagħha.

Artikolu 34

Membri ta’ assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li mhijiex organizzazzjoni rrikonoxxuta tal-produtturi tistax tkun aċċettata bħala membru ta’ assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u b’liema kundizzjonijiet jista’ jsir dan.

2.   Il-membri ta’ assoċjazzjoni rrikonoxxuta tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jkunux organizzazzjonijiet tal-produtturi rrikonoxxuti m’għandhomx:

(a)

jitqiesu għall-kriterji tar-rikonoxximent;

(b)

jibbenefikaw direttament mill-miżuri ffinanzjati mill-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu, jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-dritt ta’ dawk il-membri li jivvutaw dwar deċiżjonijiet marbutin mal-programmi operattivi.

Artikolu 35

Assoċjazzjoni transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-uffiċċju ewlieni tal-assoċjazzjoni transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jkun stabbilit fl-Istat Membru fejn din l-assoċjazzjoni jkollha għadd sinifikanti ta’ organizzazzjonijiet membri u/jew fejn l-organizzazzjonijiet membri jiksbu livell importanti ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata.

2.   L-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-assoċjazzjoni transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jkun responsabbli għal dan li ġej:

(a)

għar-rikonoxximent tal-assoċjazzjoni;

(b)

għall-approvazzjoni, fejn ikun meħtieġ, tal-programm operattiv tal-assoċjazzjoni;

(c)

għall-istabbiliment tal-kollaborazzjoni amministrattiva meħtieġa mal-Istati Membri l-oħra li fihom ikunu jinsabu l-organizzazzjonijiet assoċjati fir-rigward tal-konformità mat-termini ta’ rikonoxximent u s-sistema ta’ verifiki u sanzjonijiet. Dawk l-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu obbligati jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa lill-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni; u

(d)

għall-għoti, meta jintalab minn Stati Membri oħra, tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha, inkluża kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli li hija disponibbli għall-Istati Membri l-oħra li fihom ikunu jinsabu l-membri, tradotta f’lingwa uffiċjali tal-Istati Membri li jkunu qed jagħmlu t-talba.

Taqsima 4

Gruppi tal-produtturi

Artikolu 36

Tressiq tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent

1.   Entità legali jew parti ddefinita b’mod ċar ta’ entità legali għandha tressaq il-pjan ta’ rikonoxximent imsemmi fl-Artikolu 125e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-entità għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu:

(a)

il-kriterji minimi li l-entità legali jew li l-parti ddefinita b’mod ċar tal-entità legali għandha tilħaq sabiex tkun tista’ tressaq pjan ta’ rikonoxximent;

(b)

ir-regoli għall-abbozzar, il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent;

(c)

il-perjodu li matulu xi ħadd li qabel kien membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandu jkun ipprojbit milli jidħol fi grupp tal-produtturi wara li jkun telaq mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tal-prodotti li għalihom l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun ġiet irrikonoxxuta; u

(d)

il-proċeduri amministrattivi għall-approvazzjoni, il-monitoraġġ u t-twettiq tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent.

Artikolu 37

Kontenut tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent

Abbozz ta’ pjan ta’ rikonoxximent għandu jkopri tal-inqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni inizjali, b’mod partikulari fir-rigward tal-għadd ta’ membri produtturi, li tagħti d-dettalji kollha tal-membri, il-produzzjoni, inkluż il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, il-kummerċjalizzazzjoni u l-infrastruttura li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-grupp tal-produtturi, inkluża l-infrastruttura li għandhom il-membri individwali tal-grupp tal-produtturi;

(b)

id-data proposta għall-bidu tal-implimentazzjoni tal-pjan u t-tul tiegħu, li m’għandux ikun ta’ iktar minn ħames snin; u

(c)

l-attivitajiet u l-investimenti li għandhom ikunu implimentati sabiex jinkiseb ir-rikonoxximent.

Artikolu 38

Approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiddeċiedi dwar abbozz ta’ pjan ta’ rikonoxximent fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-pjan flimkien mal-provi dokumentati kollha. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal limitu iqsar taż-żmien.

2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli addizzjonali dwar l-eliġibbiltà tal-ħidmiet u tal-infiq li jsiru fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent, inklużi regoli dwar l-eliġibbiltà tal-investimenti, sabiex il-gruppi tal-produtturi jkunu konformi mal-kriterji tar-rikonoxximent għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 125b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   Wara l-verifiki tal-konformità msemmija fl-Artikolu 111, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha, kif xieraq:

(a)

taċċetta l-pjan u tagħti rikonoxximent preliminari;

(b)

titlob li jsiru bidliet fil-pjan;

(c)

tiċħad il-pjan.

L-aċċettazzjoni tista’ tingħata, fejn ikun meħtieġ, biss jekk il-bidliet mitluba skont il-punt (b) ikunu ġew inkorporati fil-pjan.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tgħarraf lill-entità legali jew lill-parti ddefinita b’mod ċar tal-entità legali bid-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 39

Implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent

1.   Il-pjan ta’ rikonoxximent għandu jiġi implimentat f’partijiet annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-gruppi tal-produtturi jaqsmu dawn il-partijiet annwali f’partijiet semestrali.

Għall-ewwel sena tal-implimentazzjoni skont id-data proposta msemmija fl-Artikolu 37(b), il-pjan ta’ rikonoxximent għandu jibda:

(a)

fl-1 ta’ Jannar ta’ wara d-data tal-aċċettazzjoni tiegħu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru; jew

(b)

fl-ewwel jum kalendarju wara d-data tal-aċċettazzjoni tiegħu.

L-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent għandha fi kwalunkwe każ tintemm fil-31 ta’ Diċembru tal-istess sena.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom il-gruppi tal-produtturi jistgħu jitolbu li jsiru bidliet fil-pjanijiet matul l-implimentazzjoni tagħhom. Dawn it-talbiet għandu jkollhom magħhom il-provi dokumentati kollha meħtieġa.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet li bihom il-pjanijiet ta’ rikonoxximenti jistgħu jkunu emendati matul parti annwali jew parti semestrali mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Dawn il-bidliet għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna biss jekk il-grupp tal-produtturi jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru bihom minnufih.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiddeċiedi dwar il-bidliet fil-pjanijiet fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba għall-bidla, wara li tqis il-provi li jkunu ntbagħtu. Meta ma tittieħed ebda deċiżjoni dwar it-talba għall-bidla f’dak il-perjodu, it-talba għandha titqies li kienet miċħuda. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal limitu iqsar taż-żmien.

Artikolu 40

Applikazzjonijiet għar-rikonoxximent bħala organizzazzjoni tal-produtturi

1.   Il-gruppi tal-produtturi li jimplimentaw pjan ta’ rikonoxximent jistgħu, fi kwalunkwe ħin, iressqu applikazzjoni għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 125b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. It-tali applikazzjonijiet għandhom, fi kwalunkwe każ, jitressqu qabel tmiem il-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 125e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Mid-data li fiha ssir it-tali applikazzjoni, il-grupp ikkonċernat jista’ jressaq abbozz ta’ programm operattiv skont l-Artikolu 63.

Artikolu 41

Attivitajiet ewlenin tal-gruppi tal-produtturi

1.   L-attività ewlenija ta’ grupp tal-produtturi għandha tirrigwarda l-konċentrazzjoni tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tiegħu li għalihom ikun irrikonoxxut b’mod preliminari.

2.   Grupp tal-produtturi jista’ jbigħ prodotti ta’ produtturi li ma jkunux membri ta’ grupp tal-produtturi, f’każ li jkun irrikonoxxut għal dawk il-prodotti u dejjem jekk il-valur ekonomiku ta’ dik l-attività jkun inqas mill-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-membri tal-grupp tal-produtturi stess u tal-membri tal-gruppi tal-produtturi l-oħrajn.

Artikolu 42

Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata

1.   L-Artikolu 50(1) sa (4) u (7) u l-ewwel sentenza tal-paragrafu 6 ta’ dak l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-gruppi tal-produtturi.

2.   F’każ li jkun seħħ tnaqqis ta’ tal-inqas 35 % fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata minħabba raġunijiet, iġġustifikati kif xieraq lill-Istat Membru, li jaqgħu barra mir-responsabbiltà u l-kontroll tal-grupp tal-produtturi, il-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jitqies li jirrappreżenta 65 % tal-valur totali ddikjarat fl-applikazzjoni jew fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna ta’ qabel li jkopru l-iktar parti annwali riċenti, kif ivverifikat mill-Istat Membru, u fin-nuqqas ta’ dan, tal-valur iddikjarat inizjalment fil-pjan ta’ rikonoxximent approvat.

3.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi kkalkulat skont il-leġiżlazzjoni li tapplika għall-perjodu li għalih tkun qed tintalab l-għajnuna.

Artikolu 43

Finanzjament tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent

1.   Ir-rati ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jitnaqqsu bin-nofs għall-produzzjoni kkummerċjalizzata li tkun ta’ iktar minn EUR 1 000 000.

2.   L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tkun suġġetta għal limitu massimu annwali ta’ EUR 100 000 għal kull grupp tal-produtturi.

3.   L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha titħallas:

(a)

fi ħlasijiet akkont annwali jew semestrali fl-aħħar ta’ kull perjodu annwali jew semestrali għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent; jew

(b)

fi ħlasijiet akkont li jkopru parti mill-perjodu annwali jekk il-pjan jibda matul il-perjodu annwali jew jekk ir-rikonoxximent iseħħ skont l-Artikolu 125b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 qabel it-tmiem ta’ perjodu annwali. F’dak il-każ, il-limitu massimu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat.

Sabiex jiġu kkalkulati l-ħlasijiet akkont, l-Istati Membri jistgħu jużaw bħala bażi l-produzzjoni kkummerċjalizzata li tikkorrispondi ma’ perjodu li ma jkunx dak li għalih qed jitħallas il-ħlas akkont, meta l-verifiki jkunu jeħtieġu dan. Id-differenza bejn il-perjodi għandha tkun inqas minn dak il-perjodu kkonċernat.

4.   Ir-rata tal-kambju applikabbli għall-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun l-iktar rata riċenti ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel ġurnata tal-perjodu li għalih tkun qed tingħata l-għajnuna kkonċernata.

Artikolu 44

Għajnuna għall-investimenti meħtieġa għar-rikonoxximent

L-investimenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent imsemmija fl-Artikolu 37(c) ta’ dan ir-Regolament, li għalihom tingħata għajnuna skont l-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu ffinanzjati skont kemm jintużaw għall-prodotti tal-membri ta’ grupp tal-produtturi li jkun ġie rrikonoxxut b’mod preliminari.

L-investimenti li x’aktarx ifixklu l-kompetizzjoni fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi oħrajn tal-grupp tal-produturi għandhom jiġu esklużi mill-għajnuna tal-Unjoni.

Artikolu 45

Applikazzjoni għall-għajnuna

1.   Grupp ta’ produtturi għandu jressaq applikazzjoni waħda għall-għajnuna msemmija fl-Artikoli 103a(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta’ kull perjodu annwali jew semestrali kif imsemmi fl-Artikolu 43(3) ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-perjodu li għalih tkun qed tintalab l-għajnuna.

2.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jkopru perjodi semestrali jistgħu jitressqu biss jekk il-pjan ta’ rikonoxximent ikun maqsum f’perjodi semestrali kif imsemmi fl-Artikolu 39(1). L-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna għandu jkollhom magħhom dikjarazzjoni bil-miktub mill-grupp tal-produtturi li tikkonferma li dan tal-aħħar:

(a)

jimxi u se jimxi skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u skont dan ir-Regolament; u

(b)

ma jkunx ibbenefika, mhux qed jibbenefika u mhux se jibbenefika, la direttament u lanqas indirettament, minn finanzjament doppju tal-Unjoni jew nazzjonali għal azzjonijiet implimentati skont il-pjan ta’ rikonoxximent tiegħu li għalih ikun qed jingħata finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-data ta’ skadenza għall-ħlas tal-għajnuna li, fi kwalunkwe każ, m’għandhiex tkun iktar minn sitt xhur wara li jirċievu l-applikazzjoni.

Artikolu 46

Eliġibbiltà

L-Istati Membri għandhom jevalwaw l-eliġibbiltà tal-gruppi tal-produtturi għall-għajnuna skont dan ir-Regolament sabiex jistabbilixxu li l-għajnuna tkun iġġustifikata kif xieraq, filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet u d-data li fiha tkun ingħatat kull għajnuna pubblika preċedenti lill-organizzazzjonijiet jew lill-gruppi tal-produtturi li minnhom joriġinaw il-membri tal-grupp tal-produtturi kkonċernat u għal kull ċaqliq ta’ membri bejn organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi tal-produtturi.

Artikolu 47

Kontribut tal-Unjoni

1.   Il-kontribut tal-Unjoni għall-għajnuna kif imsemmija fl-Artikolu 103a(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun ta’:

(a)

75 % fir-reġjuni li huma eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza; u

(b)

50 % fir-reġjuni l-oħra.

L-għajnuna li jkun għad fadal għandha titħallas bħala ħlas b’rata fissa mill-Istat Membru. Mhux se jkun jeħtieġ li dak li jkun jinkludi provi dwar l-użu tal-għajnuna fl-applikazzjoni għall-għajnuna.

2.   Il-kontribut tal-Unjoni għall-għajnuna kif imsemmija fl-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, mogħti f’termini ta’ għotja kapitali jew ta’ ekwivalenti ta’ għotja kapitali, m’għandux ikun ta’ iktar minn, bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli tal-investiment:

(a)

50 % fir-reġjuni li huma eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza; u

(b)

30 % fir-reġjuni l-oħra.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jintrabtu li jikkontribwixxu tal-inqas 5 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-investiment.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna għall-ispejjeż eliġibbli tal-investiment għandhom iħallsu tal-inqas:

(a)

25 % fir-reġjuni li huma eliġibbli skont l-Objettiv ta’ Konverġenza; u

(b)

45 % fir-reġjuni l-oħra.

Artikolu 48

Fużjoni

1.   L-għajnuna kif prevista fl-Artikolu 103a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tista’ tingħata, jew tista’ tkompli tingħata, lil gruppi ta’ produtturi li jkunu ngħataw rikonoxximent preliminari u li jirriżultaw mill-fużjoni ta’ żewġ gruppi tal-produtturi jew aktar li jkunu ngħataw rikonoxximent preliminari.

2.   Għall-għanijiet tal-kalkolu tal-għajnuna li għandha titħallas skont il-paragrafu 1, il-grupp tal-produtturi li jirriżulta mill-fużjoni għandu jieħu post il-gruppi li jkunu qed jingħaqdu flimkien.

3.   Meta jingħaqdu flimkien żewġ gruppi tal-produtturi jew aktar, l-entità l-ġdida għandha tieħu f’idejha d-drittijiet u l-obbligi tal-grupp tal-produtturi li jkun ingħata r-rikonoxximent preliminari l-ewwel.

4.   Meta grupp ta’ produtturi li jkun ingħata rikonoxximent preliminari jingħaqad ma’ organizzazzjoni rrikonoxxuta tal-produtturi, l-entità li tirriżulta ma tibqax eliġibbli għar-rikonoxximent preliminari bħala grupp ta’ produtturi u lanqas ma tibqa’ eliġibbli għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. L-entità li tirriżulta għandha tkompli tkun ittrattata bħala organizzazzjoni rrikonoxxuta tal-produtturi, dejjem jekk hija tħares ir-rekwiżiti applikabbli. Jekk ikun meħtieġ, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha titlob bidla fil-programm operattiv tagħha, u għal dan il-għan għandu japplika l-Artikolu 29 mutatis mutandis.

Madankollu, l-azzjonijiet imwettqa mill-gruppi tal-produtturi qabel din il-fużjoni għandhom ikomplu jkunu eliġibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ rikonoxximent.

Artikolu 49

Konsegwenzi tar-rikonoxximent

1.   L-għajnuna kif prevista fl-Artikolu 103a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tintemm ladarba jingħata r-rikonoxximent.

2.   Meta jitressaq programm operattiv skont dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li ma jkunx hemm finanzjament doppju tal-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rikonoxximent.

3.   L-investimenti li jikkwalifikaw għall-għajnuna jew l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistgħu jiġu ttrasferiti lejn il-programmi operattivi dejjem jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perjodu, li jibda wara l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent, li fih il-grupp tal-produtturi għandu jkun obbligat li jkun irrikonoxxut bħala organizzazzjoni tal-produtturi. Dan il-perjodu m’għandux ikun ta’ iktar minn erba’ xhur.

KAPITOLU II

Fondi operattivi u programmi operattivi

Taqsima 1

Valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata

Artikolu 50

Bażi għall-kalkolu

1.   Għal organizzazzjoni tal-produtturi, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-produzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha u tal-membri produtturi tagħha, u għandu jinkludi biss il-produzzjoni ta’ dak il-frott u l-ħaxix li għaliha ġiet irrikonoxxuta l-organizzazzjoni tal-produtturi. Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jista’ jinkludi frott u ħaxix li mhux meħtieġ ikun konformi mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, f’każijiet fejn dawk l-istandards ma japplikawx skont l-Artikolu 4.

2.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jinkludi l-produzzjoni ta’ membri li jitilqu mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew li jingħaqdu magħha. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet sabiex ikun evitat l-għadd doppju.

3.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata m’għandux jinkludi l-valur tal-frott u l-ħaxix ipproċessat jew ta’ kwalunkwe prodott ieħor li mhuwiex prodott tas-settur tal-frott u l-ħaxix.

Madankollu, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-frott u l-ħaxix maħsub għall-ipproċessar li jkun inbidel f’wieħed mill-prodotti tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati elenkati fil-Parti X tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew fi kwalunkwe prodott ipproċessat ieħor imsemmi f’dan l-Artikolu u deskritt aktar fl-Anness VI għal dan ir-Regolament, minn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-membri produtturi tagħhom jew mill-kumpaniji sussidjarji tagħhom, kif imsemmi fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, sew jekk dawn jagħmlu x-xogħol huma stess jew permezz tal-esternalizzazzjoni, għandu jiġi kkalkulat billi tiġi applikata rata fissa, mogħtija bħala perċentwal, għall-valur iffatturat ta’ dawk il-prodotti pproċessati. Dik ir-rata fissa għandha tkun ta’:

(a)

53 % għall-meraq tal-frott;

(b)

73 % għall-meraq tal-frott ikkonċentrat;

(c)

77 % għall-kunserva;

(d)

62 % għall-frott u l-ħaxix iffriżat;

(e)

48 % għall-frott u l-ħaxix tal-bott;

(f)

70 % għall-faqqiegħ tal-bott tal-ġenus Agaricus;

(g)

81 % għall-frott ippreżervat b’mod provviżorju fis-salmura;

(h)

81 % għall-frott imnixxef;

(i)

27 % għall-frott u l-ħaxix ipproċessat l-ieħor;

(j)

12 % għall-ħwawar aromatiċi pproċessati;

(k)

41 % għat-trab tal-paprika.

4.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jinkludu l-valur tal-prodotti sekondarji fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.

5.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jinkludi l-valur tal-prodotti rtirati mis-suq u mneħħija kif previst fl-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, stmat bil-prezz medju ta’ dawk il-prodotti kkummerċjalizzati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fil-perjodu ta’ referenza ta’ qabel.

6.   Il-produzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi u/jew tal-membri produtturi tagħha li hija kkummerċjalizzata minn dik l-organizzazzjoni tal-produtturi biss għandha tingħadd fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata. Il-produzzjoni tal-membri produtturi tal-organizzazzjoni tal-produtturi li hija kkummerċjalizzata minn organizzazzjoni oħra tal-produtturi maħtura mill-organizzazzjoni tagħhom stess, skont l-Artikolu 125a(2)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tingħadd fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tat-tieni organizzazzjoni tal-produtturi.

7.   Il-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-frott u l-ħaxix għandha tinħarġilha fattura fl-istadju ta’ “meta toħroġ mill-organizzazzjoni tal-produtturi” fejn applikabbli, bħala prodott elenkat fil-Parti IX tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li huwa ppreparat u ppakkjat, li ma tkunx tinkludi:

(a)

il-VAT;

(b)

l-ispejjeż tat-trasport intern, f’każijiet fejn id-distanza bejn il-ġbir iċċentralizzat jew il-punti tal-ippakkjar tal-organizzazzjoni tal-produtturi u l-punt tad-distribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi tkun sinifikanti. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal tnaqqis li għandu japplika għall-valur iffatturat tal-prodotti li tinħarġilhom fattura fi stadji differenti tal-kunsinna jew tat-trasport u, fl-istrateġija nazzjonali tagħhom, għandhom jiġġustifikaw kif xieraq liema distanza se titqies bħala waħda sinifikanti.

8.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jista’ jiġi kkalkulat ukoll fl-istadju ta’ “meta toħroġ mill-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi” u fuq l-istess bażi bħal dik stabbilita fil-paragrafu 7.

9.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jista’ jiġi kkalkulat ukoll fl-istadju ta’ “meta toħroġ mill-kumpanija sussidjarja”, fuq l-istess bażi bħal dik stabbilita fil-paragrafu 7, sakemm tal-inqas 90 % tal-kapital tal-kumpanija sussidjarja jkun:

(a)

ta’ organizzazzjoni tal-produtturi waħda jew iktar jew ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi waħda jew iktar; u/jew

(b)

ta’ membri produtturi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, suġġett għall-approvazzjoni ta’ Stat Membru, jekk dan il-fatt jikkontribwixxi għall-għanijiet elenkati fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 u fl-Artikolu 125b(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

10.   Fil-każ tal-esternalizzazzjoni, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi kkalkulat fl-istadju ta’ “meta toħroġ mill-organizzazzjoni tal-produtturi” u għandu jinkludi l-valur ekonomiku miżjud tal-attività li l-organizzazzjoni tal-produtturi esternalizzat lill-membri tagħha, lil partijiet terzi jew lil kumpanija sussidjarja oħra minbarra dik imsemmija fil-paragrafu 9.

11.   F’każijiet fejn iseħħ tnaqqis fil-produzzjoni minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, mard tal-pjanti jew tal-annimali jew impestazzjonijiet mid-dud, kwalunkwe kumpens tal-assigurazzjoni li jingħata minħabba dawn il-kawżi għal miżuri għall-assigurazzjoni tal-ħsad koperti mit-Taqsima 6 tal-Kapitolu III, jew għal miżuri ekwivalenti ġestiti mill-organizzazzjoni tal-produtturi, jista’ jingħadd mal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.

Artikolu 51

Perjodu ta’ referenza

1.   Il-limitu massimu annwali fuq l-għajnuna msemmi fl-Artikolu 103d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jiġi kkalkulat kull sena fuq il-bażi tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata matul perjodu ta’ referenza ta’ 12-il xahar li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri.

2.   Il-perjodu ta’ referenza għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri għal kull organizzazzjoni tal-produtturi bħala:

(a)

perjodu ta’ 12-il xahar li ma jibdiex iktar kmieni mill-1 ta’ Jannar ta’ tliet snin qabel is-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna u li ma jintemmx wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna; jew

(b)

il-valur medju ta’ tliet perjodi konsekuttivi ta’ 12-il xahar kull wieħed, li ma jibdewx iktar kmieni mill-1 ta’ Jannar ta’ ħames snin qabel is-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna u li ma jintemmux wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.

3.   Il-perjodu ta’ 12-il xahar għandu jkun il-perjodu tal-kontabbiltà tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata.

Il-metodu li bih jiġi stabbilit il-perjodu ta’ referenza m’għandux ivarja matul il-programm operattiv ħlief f’sitwazzjonijiet li jkunu ġġustifikati kif xieraq.

4.   F’każ li jkun seħħ tnaqqis ta’ tal-inqas 35 % fil-valur ta’ prodott minħabba raġunijiet li jaqgħu barra mir-responsabbiltà u l-kontroll tal-organizzazzjoni tal-produtturi, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ dak il-prodott għandu jitqies li jirrappreżenta 65 % tal-valur tiegħu fil-perjodu ta’ referenza ta’ qabel.

L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tiġġustifika r-raġunijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   F’każijiet fejn organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jkunx ilhom li ġew irrikonoxxuti ma jkollhomx biżżejjed dejta storika dwar il-produzzjoni kkummerċjalizzata biex ikun jista’ jiġi applikat il-paragrafu 2, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jista’ jitqies li huwa l-valur tal-produzzjoni li tista’ tiġi kkummerċjalizzata li l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun tat għall-għanijiet tar-rikonoxximent.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għall-membri l-ġodda ta’ organizzazzjoni tal-produtturi li jingħaqdu ma’ organizzazzjoni tal-produtturi għall-ewwel darba.

6.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġbru tagħrif dwar il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jkunux ressqu programmi operattivi.

7.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 6, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-perjodu ta’ referenza għandu jkun kif ikkalkulat skont il-leġiżlazzjoni applikabbli f’dan il-perjodu ta’ referenza.

Madankollu, għall-programmi operattivi approvati sal-20 ta’ Jannar 2010, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għas-snin sal-2007 għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-perjodu ta’ referenza, filwaqt li l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għas-snin mill-2008 ’l quddiem għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli fl-2008.

Għall-programmi operattivi approvati wara l-20 ta’ Jannar 2010, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għas-snin mill-2008 ’l quddiem għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli fiż-żmien meta ġie approvat il-programm operattiv.

Taqsima 2

Fondi operattivi

Artikolu 52

Ġestjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fondi operattivi jkunu ġestiti b’tali mod li l-awdituri esterni jkunu jistgħu jidentifikaw, jivverifikaw u jiċċertifikaw l-infiq u d-dħul tagħhom ta’ kull sena.

Artikolu 53

Finanzjament tal-fondi operattivi

1.   Il-kontributi finanzjarji għall-fond operattiv imsemmija fl-Artikolu 103b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jiġu deċiżi mill-organizzazzjoni tal-produtturi.

2.   Il-produtturi kollha għandu jkollhom l-opportunità li jibbenefikaw mill-fond operattiv, u l-produtturi kollha għandu jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw b’mod demokratiku f’deċiżjonijiet dwar l-użu tal-fond operattiv tal-organizzazzjoni tal-produtturi u tal-kontributi finanzjarji għall-fond operattiv.

Artikolu 54

Notifika tal-ammont stmat

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri tagħhom bl-ammonti stmati tal-kontribut tal-Unjoni u tal-kontribut tal-membri tagħhom kif ukoll tal-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha għall-fondi operattivi għas-sena ta’ wara sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru, flimkien mal-programmi operattivi jew mat-talbiet għall-approvazzjoni tal-emendi tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data li tkun iktar tard mill-15 ta’ Settembru.

2.   Il-kalkolu tal-ammont stmat tal-fondi operattivi għandu jkun ibbażat fuq il-programmi operattivi u fuq il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata. Il-kalkolu għandu jinqasam bejn l-infiq għall-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet u dak għal miżuri oħra.

Taqsima 3

Programmi operattivi

Artikolu 55

L-istrateġija nazzjonali

1.   L-istruttura ġenerali u l-kontenut tal-istrateġija nazzjonali msemmija fl-Artikolu 103f(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jiġu stabbiliti skont il-linji gwida mogħtija fl-Anness VII. L-istrateġija tista’ tkun magħmula minn elementi reġjonali.

L-istrateġija nazzjonali għandha tinkludi fiha d-deċiżjonijiet kollha meħuda u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-Istat Membru huwa u japplika t-Taqsimiet I u Ia tal-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u dan it-Titolu.

2.   L-istrateġija nazzjonali, inkluża l-integrazzjoni tal-qafas nazzjonali msemmi fl-Artikolu 103f(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandha tiġi stabbilita qabel ma jitressqu l-abbozzi tal-programmi operattivi fi kwalunkwe sena partikulari. Il-qafas nazzjonali għandu jkun integrat wara li jkun tressaq lill-Kummissjoni u, jekk ikun xieraq, wara li jkun ġie emendat, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103f(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   Analiżi tas-sitwazzjoni inizjali għandha tifforma parti mill-proċess tat-tfassil tal-istrateġija nazzjonali u għandha titwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru. Hija għandha tidentifika u tivvaluta l-bżonnijiet li għandhom jintlaħqu, il-gradazzjoni tal-bżonnijiet f’termini ta’ prijoritajiet, l-għanijiet li għandhom jinkisbu permezz tal-programmi operattivi sabiex jintlaħqu dawk il-bzonnijiet ta’ prijorità, ir-riżultati mistennija u l-miri kkwantifikati li għandhom jinkisbu fir-rigward tas-sitwazzjoni inizjali u għandha wkoll tistabbilixxi l-iktar strumenti u azzjonijiet xierqa sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija nazzjonali u l-implimentazzjoni tagħha permezz tal-programmi operattivi.

L-istrateġija nazzjonali tista’ tiġi emendata, b’mod partikulari skont il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Dawn l-emendi għandhom isiru qabel ma jitressqu l-abbozzi tal-programmi operattivi fi kwalunkwe sena partikulari.

5.   Fl-istrateġija nazzjonali l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perċentwali massimi tal-fond li jistgħu jintefqu fuq kwalunkwe miżura individwali u/jew fuq kull tip ta’ azzjoni u/jew għal kull infiq sabiex ikun żgurat bilanċ xieraq bejn il-miżuri differenti.

Artikolu 56

Qafas nazzjonali għall-azzjonijiet ambjentali

1.   Minbarra li jressqu l-qafas propost imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103f(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni wkoll bi kwalunkwe emendi tal-qafas nazzjonali li għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura stabbilita f’dak is-subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-qafas nazzjonali għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra permezz tal-mezzi li tqis li huma xierqa.

2.   F’taqsima għaliha, il-qafas nazzjonali għandu jindika r-rekwiżiti ġenerali dwar il-kumplimentarjetà, il-konsistenza u l-konformità li l-azzjonijiet ambjentali magħżula fil-qafas ta’ programm operattiv għandhom jissodisfaw, kif imsemmi fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 103f(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Il-Kummissjoni għandha tagħti mudell ta’ dik it-taqsima lill-Istati Membri.

Il-qafas nazzjonali għandu jistabbilixxi wkoll lista mhux eżawrjenti ta’ azzjonijiet ambjentali u l-kundizzjonijiet tagħhom li japplikaw fl-Istat Membru għall-għanijiet tal-Artikolu 103c(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għal kull azzjoni ambjentali, il-qafas nazzjonali għandu jindika:

(a)

il-ġustifikazzjoni tal-azzjoni, abbażi tal-impatt ambjentali tagħha; u

(b)

l-obbligu jew l-obbligi speċifiċi mitluba fiha.

3.   L-azzjonijiet ambjentali li jkunu simili għal impenji agroambjentali mogħtija appoġġ skont programm għall-iżvilupp rurali għandhom idumu daqs dawk l-impenji. F’każ li impenji agroambjentali li huma simili jkunu se jdumu iktar mill-programm operattiv inizjali, dawn l-impenji għandhom jitkomplew fi programm operattiv ta’ wara. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tul iqsar taż-żmien għall-azzjonijiet ambjentali jew saħansitra jawtorizzaw li dawn ma jitkomplewx f’każijiet li jkunu ġġustifikati kif xieraq, u b’mod partikulari abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 126(3) ta’ dan ir-Regolament.

Il-qafas nazzjonali għandu jindika t-tul ta’ żmien tal-azzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu 1 u, fejn ikun xieraq, l-obbligu li l-azzjoni titkompla fi programm operattiv ta’ wara.

Artikolu 57

Regoli kumplimentari tal-Istati Membri

L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li jikkumplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u dan ir-Regolament dwar l-eliġibbiltà tal-miżuri, l-azzjonijiet jew l-infiq fil-kuntest tal-programmi operattivi.

Artikolu 58

Relazzjoni mal-programmi għall-iżvilupp rurali

1.   Suġġett għall-paragrafu 2, m’għandu jingħata ebda appoġġ skont il-programm jew il-programmi għall-iżvilupp rurali tal-Istati Membri approvati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (9) għal azzjonijiet li huma koperti minn miżuri stabbiliti minn dan ir-Regolament.

2.   F’każijiet fejn ingħata appoġġ, b’mod eċċezzjonali, skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, għal miżuri li kienu jkunu potenzjalment eliġibbli skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarju jista’ jirċievi appoġg għal azzjoni partikulari taħt skema waħda biss.

Għal dak il-għan, meta l-Istati Membri jinkludu miżuri li jkun fihom dawn l-eċċezzjonijiet fil-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom, huma għandhom jiżguraw li l-istrateġija nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament tindika l-kriterji u r-regoli amministrattivi li għandhom japplikaw fil-programmi għall-iżvilupp rurali.

3.   Fejn ikun rilevanti, u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 103a(3), 103d(1) u (3) u 103e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u tal-Artikolu 47 ta’ dan ir-Regolament, il-livell ta’ appoġġ għall-miżuri koperti minn dan ir-Regolament m’għandux jaqbeż dak li japplika għall-miżuri skont il-programm għall-iżvilupp rurali.

4.   L-appoġġ għall-azzjonijiet ambjentali, minbarra x-xiri ta’ assi fissi, għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għall-ħlasijiet agroambjentali. Dawn l-ammonti jistgħu jiżdiedu f’każijiet eċċezzjonali filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li għandhom ikunu ġġustifikati fl-istrateġija nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament u fil-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-ammonti għall-azzjonijiet ambjentali jistgħu jiżdiedu wkoll sabiex jiġu appoġġati ħidmiet marbutin mal-prijoritajiet identifikati fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

5.   Il-paragrafu 4 m’għandux japplika għal azzjonijiet ambjentali li m’għandhomx x’jaqsmu, direttament jew indirettament, ma’ pakkett partikulari.

Artikolu 59

Kontenut tal-programmi operattivi

Il-programmi operattivi għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni inizjali, ibbażata, fejn ikun rilevanti, fuq l-indikaturi komuni tax-xenarju ta’ referenza mniżżlin fl-Anness VIII;

(b)

l-għanijiet tal-programm, filwaqt li jitqiesu l-prospetti tal-produzzjoni u tal-postijiet tal-bejgħ, u spjegazzjoni ta’ kif il-programm jikkontribwixxi għall-istrateġija nazzjonali, kif ukoll konferma li huwa konsistenti magħha, inkluż fil-bilanċ tiegħu bejn l-attivitajiet. Id-deskrizzjoni tal-għanijiet għandha tirreferi għall-għanijiet iddefiniti fl-istrateġija nazzjonali u tindika għanijiet li jistgħu jitkejlu, sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-progress li jkun qed isir bil-mod il-mod fl-implimentazzjoni tal-programm;

(c)

deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri li għandhom jittieħdu, inklużi dawk ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet, li tinkludi azzjonijiet separati u l-mezzi sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet f’kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programm. Id-deskrizzjoni għandha tindika safejn il-miżuri differenti proposti:

(i)

jikkumplimentaw miżuri oħra u huma konsistenti magħhom, inklużi miżuri ffinanzjati minn fondi oħrajn tal-Unjoni jew eliġibbli għall-appoġġ minn dawn l-istess fondi, u b’mod partikulari l-appoġġ għall-iżvilupp rurali. F’dan ir-rigward, għandha ssir ukoll referenza speċifika, jekk ikun xieraq, għall-miżuri mwettqin fil-kuntest ta’ programmi operattivi ta’ qabel;

(ii)

ma jinkludu ebda riskju ta’ finanzjament doppju mill-fondi tal-Unjoni;

(d)

it-tul tal-programm; u

(e)

l-aspetti finanzjarji, jiġifieri:

(i)

il-metodu ta’ kalkolu u l-livell tal-kontributi finanzjarji;

(ii)

il-proċedura għall-finanzjament tal-fond operattiv;

(iii)

it-tagħrif meħtieġ sabiex ikunu ġġustifikati l-livelli differenti ta’ kontributi; u

(iv)

il-baġit u l-iskeda taż-żmien sabiex isiru l-ħidmiet għal kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programm.

Artikolu 60

Eliġibbiltà tal-azzjonijiet skont il-programmi operattivi

1.   Il-programmi operattivi m’għandhomx jinkludu l-azzjonijiet jew l-infiq imsemmija fil-lista stabbilita fl-Anness IX.

2.   L-infiq fil-kuntest tal-programmi operattivi li huwa eliġibbli għall-għajnuna għandu jkun ristrett għall-ispejjeż li fil-fatt ikunu saru. Madankollu, fil-każijiet li ġejjin, minflok dan, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rati fissi standard minn qabel u b’mod iġġustifikat kif xieraq:

(a)

fil-każijiet fejn dawn ir-rati fissi standard jissemmew fl-Anness IX;

(b)

għal spejjeż addizzjonali għal kull kilometru ta’ trasport estern, meta mqabbel mal-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, li jiġġarrbu meta jintuża t-trasport bil-ferrovija u/jew bil-baħar bħala parti minn miżura sabiex jitħares l-ambjent; u

(c)

għal spejjeż addizzjonali u dħul mitluf li jirriżulta minn azzjonijiet ambjentali, ikkalkulati skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (10).

L-Istati Membri għandhom jirrevedu dawn ir-rati tal-inqas kull ħames snin.

3.   Sabiex azzjoni tkun eliġibbli, iktar minn 50 % tal-valur tal-prodotti kkonċernati minnha għandhom ikunu dawk li għalihom l-organizzazzjoni tal-produtturi hija rikonoxxuta. Sabiex jingħaddu fil-50 %, il-prodotti għandhom joriġinaw mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri produtturi ta’ organizzazzjoni tal-produtturi oħra jew ta’ assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-Artikolu 50 għandu japplika mutatis mutandis għall-kalkolu tal-valur.

4.   Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-azzjonijiet ambjentali:

(a)

diversi azzjonijiet ambjentali jistgħu jkunu magħquda, dejjem jekk dawn ikunu kumplimentari u kompatibbli. F’każijiet fejn l-azzjonijiet ambjentali jkunu magħquda, il-livell ta’ appoġġ għandu jqis id-dħul speċifiku mitluf u l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-għaqda;

(b)

l-impenji biex ikun limitat l-użu ta’ fertilizzanti, ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u ta’ elementi oħrajn tal-produzzjoni għandhom ikunu aċċettati biss jekk it-tali limitazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu vvalutati b’mod li jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar il-ħarsien ta’ dawk l-impenji;

(c)

l-azzjonijiet marbutin mal-ġestjoni ambjentali tal-imballaġġ għandhom ikunu ġġustifikati sewwa u għandhom imorru lil hinn mir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istat Membru skont id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

Fl-istrateġiji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perċentwal massimu tal-infiq annwali li jsir fil-kuntest ta’ programm operattiv li jista’ jintuża għal azzjonijiet marbutin mal-ġestjoni ambjentali tal-imballaġġ. Dak il-perċentwal m’għandux ikun ogħla minn 20 %, ħlief sabiex jitqiesu ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali jew reġjonali li għandhom jiġu ġġustifikati fl-istrateġija nazzjonali.

5.   L-investimenti, inklużi dawk li jsiru fil-kuntest ta’ kuntratti tal-kiri, li l-perjodu għall-ħlas lura tagħhom ikun idum iktar minn kemm idum il-programm operattiv, jistgħu jiġu ttrasferiti lejn programm operattiv ta’ wara għal raġunijiet ekonomiċi ġġustifikati kif xieraq, u b’mod partikulari f’każijiet fejn il-perjodu fiskali tad-deprezzament ikun itwal minn ħames snin.

Meta l-investimenti jinbidlu, il-valur li jibqa’ tal-investimenti mibdulin għandu:

(a)

jiżdied mal-fond operattiv tal-organizzazzjoni tal-produtturi; jew

(b)

jitnaqqas mill-ispiża tal-bdil.

6.   L-investimenti jew l-azzjonijiet jistgħu jiġu implimentati f’azjendi individwali u/jew f’bini tal-membri produtturi tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi f’każijiet fejn l-azzjonijiet ikunu esternalizzati għal membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, dejjem jekk jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-programm operattiv. Jekk il-membru produttur jitlaq mill-organizzazzjoni tal-produtturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investiment jew il-valur li jibqa’ tiegħu jkun irkuprat. Madankollu, f’ċirkustanzi ġġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-organizzazzjoni tal-produtturi m’għandhiex tkun meħtieġa tirkupra l-investiment jew il-valur li jibqa’ tiegħu.

7.   L-investimenti u l-azzjonijiet relatati mat-trasformazzjoni tal-frott u tal-ħaxix fi frott u ħaxix ipproċessat jistgħu jkunu eleġibbli għall-appoġġ fejn investimenti u azzjonijiet bħal dawn ifittxu li jilħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 103c(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, inklużi dawk imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 ta’ dak ir-Regolament, u sakemm huma identifikati fl-istrateġija nazzjonali msemmija fl-Artikolu 103f(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 61

Dokumenti li għandhom jitressqu

Il-programmi operattivi għandu jkollhom magħhom, b’mod partikulari:

(a)

provi li ġie stabbilit fond operattiv;

(b)

impenn bil-miktub mill-organizzazzjoni tal-produtturi li timxi skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u skont dan ir-Regolament; u

(c)

impenn bil-miktub mill-organizzazzjoni tal-produtturi li hija la rċeviet u lanqas m’hi se tirċievi, direttament jew indirettament, kwalunkwe finanzjament ieħor tal-Unjoni jew nazzjonali għall-azzjonijiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna skont dan ir-Regolament.

Artikolu 62

Programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   Stat Membru jista’ jawtorizza assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tippreżenta programm operattiv sħiħ jew parzjali, li għandu jkun magħmul minn azzjonijiet li jkunu ġew identifikati minn żewġ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew aktar li huma membri fiha fil-programmi operattivi tagħhom, iżda li ma ġewx implimentati minnhom.

2.   Il-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jitqiesu flimkien mal-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li huma membri fihom, inkluż fir-rigward ta’ kemm jissodisfaw l-għanijiet u l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 103c tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-azzjonijiet ikunu ffinanzjati kompletament mill-kontributi tal-membri tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li huma organizzazzjonijiet tal-produtturi, imħallsa mill-fondi operattivi ta’ dawk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Madankollu, l-azzjonijiet jistgħu jiġu ffinanzjati, b’ammont li jkun proporzjonat mal-kontribut tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li huma membri, mill-membri produtturi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjoniet tal-produtturi u li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi skont l-Artikolu 34;

(b)

l-azzjonijiet u l-parteċipazzjoni finanzjarja korrispondenti jitniżżlu fil-programm operattiv ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi li tkun qed tieħu sehem fih;

(c)

m’hemmx riskju li l-għajnuna tingħata darbtejn.

4.   L-Artikoli 58, 59 u 60, l-Artikolu 61(b) u (c) u l-Artikoli 63 sa 67 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjoniet tal-produtturi. Madankollu, fil-programmi parzjalment operattivi tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjoniet tal-produtturi m’hemmx għalfejn ikun hemm bilanċ bejn l-attivitajiet imsemmi fl-Artikolu 59(b).

Artikolu 63

Limitu taż-żmien għat-tressiq

1.   L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tressaq il-programmi operattivi lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih ikollha l-kwartieri ġenerali tagħha għall-approvazzjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel dik li fiha għandhom ikunu implimentati l-programmi. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu dik id-data.

2.   Meta entità legali jew parti ddefinita b’mod ċar ta’ entità legali, inkluż grupp tal-produtturi, tressaq applikazzjoni għar-rikonoxximent bħala organizzazzjoni tal-produtturi, hija tista’ tressaq, fl-istess ħin, il-programm operattiv imsemmi fil-paragrafu 1 għall-approvazzjoni. L-approvazzjoni tal-programm operattiv għandha tkun suġġetta għall-kisba tar-rikonoxximent sa mhux aktar tard mid-data aħħarija stabbilita fl-Artikolu 64(2).

Artikolu 64

Deċiżjoni

1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha, kif xieraq:

(a)

tapprova l-ammonti tal-fondi operattivi u l-programmi operattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u dawk ta’ dan il-Kapitolu;

(b)

tapprova l-programmi operattivi, bil-kundizzjoni li l-organizzazzjoni tal-produtturi taċċetta ċerti emendi; jew

(c)

tirrifjuta l-programmi operattivi jew partijiet minnhom.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiddeċiedi dwar il-programmi operattivi u l-fondi operattivi sal-15 ta’ Diċembru tas-sena li fiha jkunu tressqu.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi b’dawk id-deċiżjonijiet sal-15 ta’ Diċembru.

Madankollu, għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ tiddeċiedi dwar il-programmi operattivi u l-fondi operattivi sal-20 ta’ Jannar ta’ wara d-data meta jitressqu. Id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tista’ tistipula li l-infiq ikun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara t-tressiq.

Artikolu 65

Emendi tal-programmi operattivi għas-snin ta’ wara

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jitolbu li jsiru emendi fil-programmi operattivi, inkluż fit-tul tagħhom, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru, sabiex dawn jiġu applikati mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipposponu d-data għat-tressiq tat-talbiet.

2.   It-talbiet għall-emendi għandu jkollhom magħhom provi dokumentati li jagħtu r-raġuni, in-natura u l-implikazzjonijiet tal-bidliet.

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiddeċiedi dwar it-talbiet għall-emendi tal-programmi operattivi sal-15 ta’ Diċembru tas-sena li fiha ssir it-talba.

Madankollu, għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ tiddeċiedi dwar l-emendi tal-programmi operattivi sal-20 ta’ Jannar ta’ wara s-sena li fiha jitressqu. Id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tista’ tistipula li l-infiq ikun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik li fiha ssir it-talba.

Artikolu 66

Emendi tal-programmi operattivi matul is-sena

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw emendi tal-programmi operattivi matul is-sena, skont kundizzjonijiet li għandhom jistabbilixxu huma stess.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiddeċiedi dwar l-emendi tal-programmi operattivi mitlubin skont il-paragrafu 1 sal-20 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik li għaliha jkunu ntalbu l-emendi.

3.   Matul is-sena, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru sabiex:

(a)

jimplimentaw biss parti mill-programmi operattivi;

(b)

jibdlu l-kontenut tal-programm operattiv;

(c)

iżidu l-ammont tal-fond operattiv b’massimu ta’ 25 % tal-ammont li kien approvat inizjalment jew inaqqsuh b’perċentwal ta’ dan l-ammont li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, dejjem jekk jinżammu l-għanijiet ġenerali tal-progamm operattiv. L-Istati Membri jistgħu jżidu dan il-perċentwal fil-każ tal-fużjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 29(1).

(d)

iżidu l-fond operattiv b’għajnuna finanzjarja nazzjonali f’każ li jkun qed jiġi applikat l-Artikolu 93.

4.   L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet li bihom il-programmi operattivi jistgħu jkunu emendati matul is-sena mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Dawk l-emendi huma eliġibbli għall-għajnuna biss jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi tgħarraf lill-awtorità kompetenti dwarhom mingħajr dewmien.

Artikolu 67

Format tal-programmi operattivi

1.   Il-programmi operattivi għandhom ikunu implimentati f’perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar u jkomplu għaddejjin sal-31 ta’ Diċembru.

2.   Il-programmi operattivi approvati sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru għandhom jiġu implimentati mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.

L-implimentazzjoni tal-programmi approvati wara l-15 ta’ Diċembru għandha tiġi posposta b’sena.

B’deroga mill-ewwel u mit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, meta japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 64(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 65(3), l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi approvati skont dawk id-dispożizzjonijiet għandha tibda sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ wara li jiġu approvati.

Taqsima 4

Għajnuna

Artikolu 68

Ammont tal-għajnuna approvat

1.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi bl-ammont tal-għajnuna approvat, kif mitlub mill-Artikolu 103g(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, sal-15 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel dik li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.

2.   Meta japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 64(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 65(3), l-Istati Membru għandhom jagħtu notifika tal-ammont tal-għajnuna approvat sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Jannar tas-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.

Artikolu 69

Applikazzjonijiet għall-għajnuna

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom iressqu applikazzjoni għall-għajnuna jew il-bilanċ tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għal kull programm operattiv li għalih tkun qed tintalab l-għajnuna sal-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara dik li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.

2.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandu jkollhom magħhom provi dokumentati li juru:

(a)

l-għajnuna mitluba;

(b)

il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata;

(c)

il-kontributi finanzjarji imposti fuq il-membri tagħha u dawk tal-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha;

(d)

l-infiq imġarrab fir-rigward tal-programm operattiv;

(e)

l-infiq marbut mal-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet, maqsum skont l-azzjonijiet;

(f)

il-proporzjon tal-fond operattiv li ntefaq fuq il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet, maqsum skont l-azzjonijiet;

(g)

il-konformità mal-Artikolu 103c(2), mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 103c(3) u mal-Artikolu 103d tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(h)

impenn bil-miktub li hija ma rċevietx finanzjament doppju tal-Unjoni jew nazzjonali għall-miżuri u/jew il-ħidmiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna skont dan ir-Regolament; u

(i)

fil-każ ta’ applikazzjoni għal ħlas ibbażat fuq rata fissa standard kif imsemmi fl-Artikolu 60(2), prova li l-azzjoni kkonċernata ġiet implimentata.

3.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jistgħu jkopru nfiq ipprogrammat iżda li ma jkunx sar jekk ikun hemm provi dwar l-elementi li ġejjin:

(a)

il-ħidmiet ikkonċernati ma setgħux jitwettqu sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-programm operattiv, għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata;

(b)

dawk il-ħidmiet jistgħu jitwettqu sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara dik li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna; u

(c)

għad hemm kontribut ekwivalenti mill-organizzazzjoni tal-produtturi fil-fond operattiv.

L-għajnuna għandha titħallas biss, u l-garanzija magħmula skont l-Artikolu 71(3) għandha tiġi rrilaxxata biss, bil-kundizzjoni li tingħata prova, sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara dik li fiha l-infiq ikkonċernat kien ipprogrammat, li l-infiq ipprogrammat imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ġie implimentat, u fuq il-bażi tad-dritt għall-għajnuna stabbilit fil-verità.

4.   F’każ li l-applikazzjonijiet jitressqu wara d-data prevista fil-paragrafu 1, l-għajnuna għandha titnaqqas b’1 % għal kull ġurnata ta’ dewmien.

F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif xieraq, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ taċċetta applikazzjonijiet wara d-data prevista fil-paragrafu 1, jekk ikunu twettqu l-verifiki meħtieġa u jekk ikun tħares il-limitu taż-żmien għall-ħlas imsemmi fl-Artikolu 70.

5.   L-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jressqu applikazzjoni għall-għajnuna kif imsemmi fil-paragrafu 1 f’isem il-membri tagħhom, meta dawk il-membri huma organizzazzjonijiet tal-produtturi u sakemm il-provi dokumentati mitluba skont il-paragrafu 2 jiġu mressqa għal kull membru. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu l-benefiċjarji aħħarin tal-għajnuna.

Artikolu 70

Ħlas tal-għajnuna

L-Istati Membri għandhom iħallsu l-għajnuna sal-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara dik li fiha jiġi implimentat il-programm.

Artikolu 71

Ħlasijiet bil-quddiem

1.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi japplikaw għall-ħlas bil-quddiem tal-parti tal-għajnuna li tikkorrispondi mal-infiq previst li jirriżulta mill-programm operattiv matul il-perjodu ta’ tliet jew erba’ xhur li jibda fix-xahar li fih titressaq l-applikazzjoni għall-ħlas bil-quddiem.

2.   L-applikazzjonijiet għall-ħlas bil-quddiem għandhom jitressqu kif jiddeċiedi l-Istat Membru, jew fuq il-bażi ta’ tliet xhur f’Jannar, April, Lulju u Ottubru jew fuq il-bażi ta’ erba’ xhur f’Jannar, Mejju u Settembru.

Il-ħlasijiet kollha bil-quddiem li jsiru għal sena partikulari ma jistgħux jaqbżu t-80 % tal-ammont tal-għajnuna li kien approvat inizjalment għall-programm operattiv.

3.   Il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jitħallsu jekk tingħata garanzija li tkun daqs 110 % ta’ dawn il-ħlasijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (12).

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet sabiex ikun żgurat li l-kontributi finanzjarji għall-fond operattiv ikunu imposti skont l-Artikolu 52 u l-Artikolu 53 ta’ dan ir-Regolament u li l-ħlasijiet bil-quddiem li jkunu saru qabel u l-kontribut tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkun jikkorrispondi magħhom ikunu fil-fatt intefqu.

4.   L-applikazzjonijiet għar-rilaxx tal-garanziji jistgħu jitressqu matul is-sena tal-programm li tkun għaddejja u għandu jkollhom magħhom provi dokumentati, bħalma huma l-fatturi u dokumenti li jippruvaw li sar il-ħlas.

Il-garanziji għandhom jiġu rrilaxxati għal ammonti li jkunu sa 80 % tal-ħlasijiet magħmula.

5.   Ir-rekwiżit ewlieni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandu jkopri t-twettiq tal-ħidmiet stabbiliti fil-programmi operattivi, suġġett għall-impenji msemmija fl-Artikolu 61(b) u (c) ta’ dan ir-Regolament.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit ewlieni jew ta’ nuqqas serju li jintlaħqu l-obbligi previsti fl-Artikolu 61(b) u (c), il-garanzija għandha tintilef, mingħajr ħsara għal sanzjonijiet u penali oħrajn li għandhom jiġu applikati skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu V.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti l-oħrajn, il-garanzija għandha tintilef b’mod li jkun skont il-gravità tal-irregolarità li kienet stabbilita.

6.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu u d-dati ta’ skadenza għall-ħlasijiet bil-quddiem.

Artikolu 72

Ħlasijiet parzjali

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi japplikaw għall-ħlas tal-parti tal-għajnuna li tikkorrispondi mal-ammonti li jkunu diġà ntefqu fil-kuntest tal-programm operattiv.

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu f’kull ħin, iżda mhux aktar minn tliet darbiet f’sena partikulari. Għandhom ikollhom magħhom provi dokumentati, bħalma huma l-fatturi u dokumenti li jippruvaw li sar il-ħlas.

Il-ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal partijiet mill-għajnuna ma jistgħux jaqbżu t-80 % tal-parti tal-għajnuna li tikkorrispondi mal-ammonti li jkunu diġà ntefqu fil-kuntest tal-programm operattiv għall-perjodu kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu għall-ħlasijiet parzjali u d-dati ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet.

KAPITOLU III

Mizuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 73

Għażla tal-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li waħda jew iktar mill-miżuri mniżżlin fl-Artikolu 103c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 m’għandhiex tapplika fit-territorju tagħhom.

Artikolu 74

Self għall-finanzjament tal-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet

Is-self meħud biex jiġu ffinanzjati l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 103c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li l-perjodu għall-ħlas lura tiegħu jkun idum iktar minn kemm idum il-programm operattiv, jista’ jiġi ttrasferit lejn programm operattiv ta’ wara għal raġunijiet ekonomiċi ġġustifikati kif xieraq.

Taqsima 2

Rtirar mis-suq

Artikolu 75

Definizzjoni

Din it-Taqsima tistabbilixxi r-regoli dwar l-irtirar mis-suq kif imsemmi fl-Artikolu 103c(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, “prodotti rtirati mis-suq”, “prodotti rtirati” u “prodotti li ma tqegħdux għall-bejgħ” ifissru prodotti li ġew irtirati mis-suq b’dan il-mod.

Artikolu 76

Standards tal-kummerċjalizzazzjoni

1.   F’każ li jkun jeżisti standard tal-kummerċjalizzazzjoni, kif imsemmi fit-Titolu II, għal prodott partikulari, it-tali prodott irtirat mis-suq għandu jkun konformi ma’ dak l-istandard, ħlief għad-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-immarkar tal-prodotti. Il-prodotti jistgħu jiġu rtirati fi kwantitajiet kbar, bid-daqsijiet kollha f’daqqa, dejjem jekk jitħarsu r-rekwiżiti minimi għall-klassi II, b’mod partikulari fir-rigward tal-kwalità u d-daqs.

Madankollu, il-prodotti ż-żgħar kif iddefiniti fl-istandard rilevanti għandhom ikunu konformi mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli, fosthom mad-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-immarkar tal-prodotti.

2.   Jekk ma jeżisti l-ebda standard tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ dan it-tip għal prodott partikulari, il-prodotti rtirati mis-suq għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness X. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali li jissupplimentaw dawk ir-rekwiżiti minimi.

Artikolu 77

Medja ta’ tliet snin għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni bla ħlas

1.   Il-limitu ta’ 5 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata msemmi fl-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ medja aritmetika tal-volumi ġenerali ta’ prodotti li għalihom l-organizzazzjoni tal-produtturi hija rrikonoxxuta u li jkunu kkummerċjalizzati mill-organizzazzjoni tal-produtturi matul it-tliet snin ta’ qabel.

2.   Għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jkunx ilhom li ġew irrikonoxxuti, id-dejta għas-snin tas-suq qabel ir-rikonoxximent għandha tkun:

(a)

f’każ li l-organizzazzjoni kienet grupp tal-produtturi, id-dejta ekwivalenti għal dak il-grupp tal-produtturi, fejn dan ikun applikabbli; jew

(b)

il-volum li japplika għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent.

Artikolu 78

Notifika minn qabel tal-ħidmiet ta’ rtirar

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jgħarrfu minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, permezz ta’ telekomunikazzjoni bil-miktub jew permezz ta’ messaġġ elettroniku, b’kull ħidma ta’ rtirar li beħsiebhom iwettqu.

Din in-notifika għandha tispeċifika, b’mod partikulari, il-lista ta’ prodotti li ttieħdu f’intervent u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom skont l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni rilevanti, il-kwantità stmata ta’ kull prodott ikkonċernat, id-destinazzjoni maħsuba tagħhom u l-post fejn il-prodotti rtirati jistgħu jiġu spezzjonati kif previst fl-Artikolu 108.

In-notifiki għandhom jinkludu ċertifikat li jivverifika li l-prodotti rtirati jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli jew mar-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 76.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli ddettaljati għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi dwar in-notifiki previsti fil-paragrafu 1, b’mod partikulari dwar il-limiti taż-żmien.

3.   Fil-limiti taż-żmien imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jew iwettqu l-verifika msemmija fl-Artikolu 108(1), li warajha, jekk ma tkun osservata l-ebda irregolarità, għandhom jawtorizzaw il-ħidma ta’ rtirar kif innutat fil-verifika; jew

(b)

fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 108(3), ma jwettqux il-verifika msemmija fl-Artikolu 108(1), f’liema każ għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjoni tal-produtturi b’dan permezz ta’ telekomunikazzjoni bil-miktub jew permezz ta’ messaġġ elettroniku u jawtorizzaw il-ħidma ta’ rtirar kif innotifikata.

Artikolu 79

Appoġġ

1.   L-appoġġ għall-irtirar mis-suq, li jinkludi kemm il-kontribut tal-Unjoni kif ukoll dak tal-organizzazzjoni tal-produtturi, m’għandux ikun iktar mill-ammonti stabbiliti fl-Anness XI għall-prodotti msemmija f’dak l-Anness. Għal prodotti oħrajn, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ammonti massimi tal-appoġġ.

F’każ li l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irċeviet kumpens minn partijiet terzi għall-prodotti rtirati, l-appoġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitnaqqas bl-ammonti netti li l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun qalgħet mill-prodotti rtrati mis-suq. Sabiex ikunu eliġibbli għall-appoġġ, il-prodotti kkonċernati għandhom jiġu rtirati mis-suq kummerċjali tal-frott u l-ħaxix.

2.   L-irtirar mis-suq m’għandux jaqbeż il-5 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kwalunkwe prodott fi kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi. Madankollu, l-ammonti li jitneħħew b’wieħed mill-modi msemmija fl-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew bi kwalunkwe mod ieħor approvat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 80(2) ta’ dan ir-Regolament, m’għandhomx jitqiesu f’dak il-perċentwali.

Il-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi kkalkulat bħala medja tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fit-tliet snin ta’ qabel. Jekk ma jkunx hemm dan it-tagħrif, għandu jintuża l-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li għalih l-organizzazzjoni tal-produtturi ġiet irrikonoxxuta.

Il-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu l-medji annwali fuq perjodu ta’ tliet snin, b’marġni annwali ta’ qbiż tal-limitu ta’ 5 punti perċentwali.

3.   L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni fil-każ tal-irtirar mis-suq ta’ frott u ħaxix li jitneħħa billi jiġi distribwit bla ħlas lill-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-karità msemmija fl-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tkopri biss il-ħlas għall-prodotti mneħħija skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artkolu u l-ispejjeż imsemmija fl-Artikoli 81(1) u 82(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 80

Destinazzjonijiet tal-prodotti rtirati

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-destinazzjonijiet li jista’ jkun hemm għall-prodotti rtirati mis-suq. Għandhom jadottaw dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw li l-irtirar jew id-destinazzjoni tal-prodotti rtirati ma jwasslu għall-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent jew għal kwalunkwe konsegwenza fitosanitarja negattiva. L-ispejjeż imġarrbin mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi minħabba l-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli bħala parti mill-appoġġ għall-irtirar mis-suq skont il-programm operattiv.

2.   Id-destinazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu d-distribuzzjoni bla ħlas fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u kwalunkwe destinazzjoni ekwivalenti oħra approvata mill-Istati Membri.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-karità msemmija fl-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jitolbu lil dawk li fl-aħħar mill-aħħar jirċievu l-prodotti li jkunu ġew irtirati mis-suq għal kontribuzzjoni simbolika, f’każ li dawn il-prodotti jkunu ġew ipproċessati.

Jista’ jiġi permess il-ħlas in natura mill-benefiċjarji tad-distribuzzjoni bla ħlas lil dawk li jipproċessaw il-frott u l-ħaxix, f’każ li t-tali ħlas jikkumpensa biss l-ispejjeż tal-ipproċessar u f’każ li l-Istat Membru li fih isir il-ħlas ikun għamel dispożizzjonijiet dwar regoli li jiżguraw li l-prodotti pproċessati huma verament maħsubin għall-konsum minn dawk li fl-aħħar mill-aħħar jirċevuhom, li jissemmew fit-tieni subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-kuntatti u l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-karità msemmija fl-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jkunu approvaw.

3.   Wieħed għandu jkun jista’ jneħħi l-prodotti wkoll billi jagħtihom lill-industrija tal-ipproċessar. L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet iddettaljati sabiex jiżguraw li ma jkunx hemm tfixkil fil-kompetizzjoni għall-industriji kkonċernati fl-Unjoni jew għall-prodotti importati u sabiex jiżguraw li l-prodotti rtirati ma jerġgħux jiddaħħlu fis-suq kummerċjali. L-alkoħol li jkun ġej mid-distillazzjoni għandu jintuża esklussivament għal għanijiet industrijali jew tal-enerġija.

Artikolu 81

Spejjeż tat-trasport

1.   L-ispejjeż tat-trasport għad-distribuzzjoni bla ħlas tal-prodotti kollha rtirati mis-suq għandhom ikunu eliġibbli skont il-programm operattiv fuq il-bażi tal-ammonti stabbiliti b’rata fissa skont id-distanza bejn il-punt tal-irtirar u l-post tal-kunsinna stabbilita fl-Anness XII.

Fil-każ tat-trasport bil-baħar, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-distanza bejn il-punt tal-irtirar u l-post tal-kunsinna. Il-kumpens ma jistax ikun ta’ iktar mill-ispejjeż tat-trasport bl-art fuq l-iqsar distanza bejn il-post fejn jitgħabbew il-prodotti u l-punt tal-ħruġ teoretiku f’każijiet fejn ikun jista’ jintuża t-trasport bl-art. Għandu jiġi applikat koeffiċjent korrettiv ta’ 0.6 għall-ammonti mogħtija fl-Anness XII.

2.   L-ispejjeż tat-trasport għandhom jitħallsu lill-parti li fil-fatt tħallas l-ispejjeż finanzjarji tal-ħidma tat-trasport ikkonċernata.

Il-ħlas għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ provi dokumentati li jiċċertifikaw, b’mod partikulari:

(a)

l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji;

(b)

il-kwantità tal-prodotti kkonċernati;

(c)

l-aċċettazzjoni mill-organizzazzjonijiet benefiċjarji u l-mezzi tat-trasport użati; u

(d)

id-distanza bejn il-post tal-irtirar u l-post tal-kunsinna.

Artikolu 82

Spejjeż tal-għażla u tal-ippakkjar

1.   L-ispejjeż tal-għażla u tal-imballaġġ tal-frott u l-ħaxix irtirat mis-suq għad-distribuzzjoni bla ħlas għandhom ikunu eliġibbli skont il-programmi operattivi bl-ammonti stabbiliti b’rata fissa fil-Parti A tal-Anness XIII fil-każ ta’ prodotti mqiegħda f’pakketti b’piż nett ta’ anqas minn 25 kilogramm.

2.   Il-pakketti tal-prodotti għad-distribuzzjoni bla ħlas għandu jkollhom fuqhom l-emblema Ewropea, flimkien ma’ waħda jew aktar mir-referenzi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness XIII.

3.   L-ispejjeż tal-għażla u tal-imballaġġ għandhom jitħallsu lill-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni li jkunu wettqu dawk il-ħidmiet.

Il-ħlas għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ provi dokumentati li jiċċertifikaw, b’mod partikulari:

(a)

l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji;

(b)

il-kwantità tal-prodotti kkonċernati; u

(c)

l-aċċettazzjoni mill-organizzazzjonijiet benefiċjarji, li tispeċifika l-preżentazzjoni.

Artikolu 83

Kundizzjonijiet għal min jirċievi l-prodotti rtirati

1.   Dawk li jirċievu l-prodotti rtirati msemmija fl-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jintrabtu li:

(a)

jimxu skont dan ir-Regolament;

(b)

iżommu reġistri tal-ħażniet u kontijiet finanzjarji separati għall-ħidmiet ikkonċernati;

(c)

jaċċettaw il-verifiki li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-liġijiet tal-Unjoni; u

(d)

jipprovdu l-provi dokumentati dwar l-aħħar destinazzjoni ta’ kull wieħed mill-prodotti kkonċernati, fil-forma ta’ ċertifikat tax-xiri (jew dokument ekwivalenti) li jikkonferma li l-prodotti rtirati nxtraw minn terza persuna bil-għan li jiġu distribwiti bla ħlas.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dawk li jirċievu l-prodotti m’għandhomx għalfejn iżommu r-reġistri jew il-kontijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jekk huma jirċievu biss kwantitajiet żgħar u f’każijiet fejn iqisu li r-riskju huwa baxx. Dik id-deċiżjoni u l-ġustifikazzjoni tagħha għandhom ikunu rreġistrati.

2.   Dawk li jirċievu l-prodotti rtirati għal destinazzjonijiet oħra għandhom jintrabtu li:

(a)

jimxu skont dan ir-Regolament;

(b)

iżommu reġistri tal-ħażniet u kontijiet finanzjarji separati għall-ħidmiet ikkonċernati jekk l-Istati Membri jqisu li dan huwa xieraq minkejja l-fatt li l-prodott tkun inbidlitlu n-natura tiegħu qabel il-kunsinna;

(c)

jaċċettaw il-verifiki li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-liġijiet tal-Unjoni; u

(d)

ma jitolbux għajnuna addizzjonali għall-alkoħol prodott mill-prodotti kkonċernati fil-każ ta’ prodotti rtirati maħsubin għad-distillazzjoni.

Taqsima 3

Ħsad bikri u meta ma jsirx ħsad

Artikolu 84

Definizzjonijiet tal-ħsad bikri u ta’ meta ma jsirx ħsad

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“il-ħsad bikri” tfisser il-ħsad totali ta’ prodotti li ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati f’żona partikulari mwettaq qabel il-bidu tal-ħsad normali. Il-prodotti kkonċernati m’għandhomx ikunu diġà bil-ħsara qabel isir il-ħsad bikri, kemm minħabba raġunijiet klimatiċi kif ukoll minħabba mard jew affarijiet oħra.

(b)

“meta ma jsirx ħsad” tfisser is-sitwazzjoni meta, matul iċ-ċiklu normali tal-produzzjoni, ma tittieħed ebda produzzjoni kummerċjali miż-żona kkonċernata. Madankollu, il-qerda tal-prodotti minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp jew minħabba l-mard m’għandhiex titqies bħala każ ta’ meta ma jsirx il-ħsad.

2.   Il-ħsad bikri u meta ma jsirx il-ħsad għandhom jiżdiedu mal-prattiki normali tat-tkabbir u jintużaw b’mod differenti minnhom.

Artikolu 85

Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-ħsad bikri u ta’ meta ma jsirx ħsad

1.   F’dak li jirrigwarda l-ħsad bikri u ma’ meta ma jsirx il-ħsad, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jadottaw dispożizzjonijiet iddettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri, inkluż dwar in-notifiki minn qabel ta’ meta ma jsirx il-ħsad u tal-ħsad bikri u l-kontenut u d-dati ta’ skadenza tagħhom, dwar l-ammont ta’ kumpens li għandu jitħallas u dwar l-applikazzjoni tal-miżuri, kif ukoll il-lista tal-prodotti eliġibbli skont il-miżuri;

(b)

jadottaw dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-miżuri ma twassal għall-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent jew għal kwalunkwe konsegwenza fitosanitarja negattiva;

(c)

jivverifikaw li l-miżuri jkunu qed jitwettqu b’mod korrett, inkluż b’rabta mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) u, jekk dan ma jkunx il-każ, ma japprovawx l-applikazzjoni tal-miżuri.

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jgħarrfu minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, permezz ta’ telekomunikazzjoni bil-miktub jew permezz ta’ messaġġ elettroniku, b’kull ħsad bikri li beħsiebhom jagħmlu jew b’kull deċiżjoni li beħsiebhom jieħdu li ma jsirx ħsad.

Fl-ewwel notifika ta’ kwalunkwe sena partikulari u għal prodott partikulari, huma għandhom jinkludu analiżi, ibbażata fuq il-qagħda mistennija tas-suq, li tiġġustifika l-ħsad bikri bħala miżura ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet.

3.   Il-ħsad bikri u s-sitwazzjonijiet meta ma jsirx ħsad m’għandhomx jitwettqu t-tnejn f’daqqa għall-istess prodott u fl-istess żona partikulari fi kwalunkwe sena partikulari, jew fi kwalunkwe sentejn konsekuttivi.

4.   L-ammonti ta’ kumpens għall-ħsad bikri u għal meta ma jsirx ħsad, li jinkludu kemm il-kontribut tal-Unjoni kif ukoll dak tal-organizzazzjoni tal-produtturi, għandhom ikunu ħlasijiet għal kull ettaru, stabbiliti mill-Istat Membru skont il-paragrafu 1(a):

(a)

fil-livell li jkopri biss l-ispejjeż addizzjonali li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni tal-miżura, filwaqt li titqies il-ġestjoni ambjentali u fitosanitarja meħtieġa sabiex ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont il-paragrafu 1(b); jew

(b)

f’livell li jkopri mhux iktar minn 90 % tal-livell massimu ta’ appoġġ għall-irtirar mis-suq kif imsemmi fl-Artikolu 79.

Taqsima 4

Promozzjoni u komunikazzjoni

Artikolu 86

Implimentazzjoni tal-miżuri ta’ promozzjoni u ta’ komunikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet iddettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ promozzjoni u ta’ komunikazzjoni. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu l-applikazzjoni ta’ malajr tal-miżuri jekk dan ikun meħtieġ.

2.   L-azzjonijiet fil-kuntest tal-miżuri ta’ promozzjoni u ta’ komunikazzjoni għandhom jiżdiedu ma’ kwalunkwe azzjoni ta’ promozzjoni u ta’ komunikazzjoni li tkun qed twettaq l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata u li ma tkunx marbuta mal-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet.

Taqsima 5

Taħriġ

Artikolu 87

Implimentazzjoni tal-miżuri tat-taħriġ

L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet iddettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tat-taħriġ.

Taqsima 6

Assigurazzjoni tal-ħsad

Artikolu 88

Għan tal-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad

L-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad għandhom ikunu ġestiti minn organizzazzjoni tal-produtturi li għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tad-dħul tal-produtturi u biex jiġi kopert it-telf tas-suq imġarrab mill-organizzazzjoni tal-produtturi u/jew mill-membri tagħha, meta dawn ikunu affettwati minn diżastri naturali, kundizzjonijiet ħżiena tat-temp u, fejn xieraq, mill-mard jew mill-impestazzjonijiet mid-dud.

Artikolu 89

Implimentazzjoni tal-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet iddettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad, inklużi dawk meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn l-azzjonijiet ma jfixklux il-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu fondi nazzjonali addizzjonali sabiex jappoġġaw l-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad li jkunu qed jibbenefikaw mill-fond operattiv. Madankollu, l-appoġġ pubbliku totali għall-assigurazzjoni tal-ħsad ma jistax jaqbeż:

(a)

it-80 % tal-ispiża tal-primjums tal-assigurazzjoni li l-produtturi jkunu ħallsu għall-assigurazzjoni kontra t-telf li jiġi minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali;

(b)

il-50 % tal-ispiża tal-primjums tal-assigurazzjoni li l-produtturi jkunu ħallsu għall-assigurazzjoni kontra:

(i)

it-telf imsemmi fil-punt (a) u kontra telf ieħor ikkawżat minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp; u

(ii)

it-telf ikkawżat minn mard tal-pjanti jew tal-annimali jew minn impestazzjonijiet mid-dud.

Il-limitu stabbilit fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika anke fil-każijiet fejn il-fond operattiv huwa eliġibbli b’mod ieħor għal 60 % tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 103d(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   L-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad m’għandhomx ikopru l-ħlasijiet tal-assigurazzjoni li jikkumpensaw lill-produtturi għal aktar minn 100 % tat-telf imġarrab fid-dħul, filwaqt li jitqies kwalunkwe kumpens li l-produtturi jieħdu minn skemi oħra ta’ appoġġ marbutin mar-riskju assigurat.

4.   Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, il-frażi “kundizzjonijiet ħżiena tat-temp li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali” għandu jkollha l-istess tifsira bħal dik mogħtija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 (13).

Taqsima 7

Appoġg għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi

Artikolu 90

Kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet iddettaljati dwar l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi.

2.   L-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi għandu jinkludi l-kontribut kemm tal-Unjoni kif ukoll tal-organizzazzjoni tal-produtturi. L-ammont totali tal-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi m’għandux jaqbeż il-perċentwali li ġejjin tal-kontribut tal-organizzazzjoni tal-produtturi għall-fond mutwu fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet sena ta’ ħidma tiegħu:

(a)

10 %, 8 % u 4 % rispettivament fl-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara;

(b)

5 %, 4 % u 2 % rispettivament fl-Istati Membri l-oħra.

3.   Organizzazzjoni tal-produtturi tista’ tirċievi l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 2 darba biss u matul l-ewwel tliet snin ta’ ħidma tal-fond biss. F’każ li organizzazzjoni tal-produtturi titlob għall-appoġġ fit-tieni jew fit-tielet sena ta’ ħidma tal-fond biss, l-appoġġ għandu jkun ta’:

(a)

8 % u 4 % rispettivament fl-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara;

(b)

4 % u 2 % rispettivament fl-Istati Membri l-oħra.

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti massimi għall-ammonti li organizzazzjoni tal-produtturi tista’ tirċievi bħala appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi.

KAPITOLU IV

Għajnuna finanzjarja nazzjonali

Artikolu 91

Livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi

1.   Għall-għanijiet tal-Artikolu 103e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi f’reġjun fi Stat Membru għandu jiġi kkalkulat bħala l-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix li nkisbet fir-reġjun u li ġiet ikkummerċjalizzata mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-gruppi tal-produtturi, diviż bil-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix li nkisbet f’dak ir-reġjun.

2.   Il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi f’reġjun fi Stat Membru għandu jitqies bħala livell partikularment baxx meta l-medja tal-livelli, ikkalkulata kif imsemmi fil-paragrafu 1, għall-aħħar tliet snin li għalihom ikun hemm id-dejta, tkun ta’ inqas minn 20 %.

Il-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix li ssir fir-reġjun imsemmi f’dan l-Artikolu biss tista’ tibbenefika mill-għajnuna finanzjarja nazzjonali. Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, reġjun għandu jitqies bħala parti distinta mit-territorju ta’ Stat Membru minħabba l-karatteristiċi amministrattivi, ġeografiċi jew ekonomiċi tiegħu.

Artikolu 92

Awtorizzazzjoni sabiex titħallas l-għajnuna finanzjarja nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom iressqu talba lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni sabiex jagħtu għajnuna finanzjarja nazzjonali skont l-Artikolu 103e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-programmi operattivi li għandhom jiġu implimentati fi kwalunkwe sena kalendarja partikulari sal-31 ta’ Jannar ta’ dik is-sena.

It-talba għandu jkollha magħha provi li juru li l-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fir-reġjun ikkonċernat huwa partikularment baxx, kif iddefinit fl-Artikolu 91 ta’ dan ir-Regolament u li l-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħaxix prodotti f’dak ir-reġjun biss se jibbenefikaw mill-għajnuna, kif ukoll id-dettalji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati, l-ammont ta’ għajnuna kkonċernata u l-proporzjon ta’ kontributi finanzjarji magħmula skont l-Artikolu 103b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Il-Kummissjoni għandha tapprova jew tiċħad it-talba fi żmien tliet xhur minn meta titressaq. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx matul dan il-perjodu, it-talba għandha titqies li ġiet approvata.

Jekk it-talba ma tkunx kompluta, il-perjodu ta’ tliet xhur jitwaqqaf u l-Istat Membru jiġi mgħarraf bin-nuqqas ta’ konformità li tkun instabet. Is-sospensjoni għandha tibda mid-data meta l-Istat Membru jiġi mgħarraf biha u għandha ddum sa ma tintbagħat talba kompluta.

Artikolu 93

Emendi għall-programm operattiv

Organizzazzjoni tal-produtturi li tixtieq tapplika għall-għajnuna finanzjarja nazzjonali għandha, jekk ikun meħtieġ, temenda l-programm operattiv tagħha skont l-Artikolu 65 jew l-Artikolu 66.

Artikolu 94

Applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja nazzjonali u l-ħlas tagħha

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-għajnuna finanzjarja nazzjonali, u l-Istati Membri għandhom iħallsu l-għajnuna, skont l-Artikoli 69 u 70.

2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli dwar il-ħlas tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali, inkluża l-possibbiltà ta’ ħlasijiet bil-quddiem u ta’ ħlasijiet parzjali.

Artikolu 95

Rimborż tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali min-naħa tal-Unjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu għal rimborż mill-Unjoni tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali approvata li fil-fatt tkun tħallset lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, qabel l-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik tal-implimentazzjoni tal-programm.

It-talba għandu jkollha magħha provi li juru li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 103e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ntlaħqu fi tlieta mill-erba’ snin ta’ qabel, kif ukoll id-dettalji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati, l-ammont tal-għajnuna li tħallset fil-verità u deskrizzjoni tal-fond operattiv li tispeċifika l-ammont totali u l-kontributi tal-Unjoni, tal-Istat Membru (l-għajnuna finanzjarja nazzjonali), tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-membri.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax jew tiċħadx it-talba. It-talba għandha tiġi miċħuda jekk l-Istat Membru li jkun qed jitlob ir-rimborż ma jkunx ħares ir-regoli dwar l-awtorizzazzjoni u r-rimborż tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali jew jekk huwa ma jkunx ħares ir-regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-fond operattiv u l-programmi operattivi stabbiliti f’dan ir-Regolament jew fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.   F’każijiet fejn ir-rimborż tal-għajnuna mill-Unjoni jkun ġie approvat, l-infiq eliġibbli għandu jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (14).

4.   Il-proporzjon ta’ rimborż mill-Unjoni għall-għajnuna finanzjarja nazzjonali m’għandux jaqbeż is-60 % tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjoni tal-produtturi.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet ġenerali

Taqsima 1

Rapporti u notifiki

Artikolu 96

Rapporti tal-gruppi tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   Fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, il-gruppi tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jipprovdu t-tagħrif rilevanti kollu meħtieġ sabiex jitfassal ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 97(b).

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jibagħtu rapporti annwali, li jakkumpanjaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, dwar l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi.

Dawk ir-rapporti għandhom jikkonċernaw dan li ġej:

(a)

il-programmi operattivi implimentati matul is-sena ta’ qabel;

(b)

l-emendi ewlenin għall-programmi operattivi; u

(c)

id-differenzi bejn l-ammont stmat tal-għajnuna u l-għajnuna li tkun saret applikazzjoni għaliha.

3.   Għal kull programm operattiv implimentat, ir-rapport annwali għandu jindika:

(a)

il-kisbiet u r-riżultati tal-programm operattiv, ibbażati, fejn ikun rilevanti, fuq l-indikaturi komuni tal-produzzjoni u tar-riżultati stabbiliti fl-Anness VIII u, fejn ikun xieraq, fuq l-indikaturi addizzjonali tal-produzzjoni u tar-riżultati stabbiliti fl-istrateġija nazzjonali; u

(b)

sommarju tal-problemi ewlenin li jkunu nstabu fil-ġestjoni tal-programm u kwalunkwe miżuri meħuda sabiex jiżguraw il-kwalità u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-programm.

Fejn ikun rilevanti, ir-rapport annwali għandu jispeċifika x’salvagwardji effettivi huma fis-seħħ, skont l-istrateġija nazzjonali u b’applikazzjoni tal-Artikolu 103c(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, sabiex l-ambjent jitħares minn pressjonijiet ikbar li jista’ jkun hemm li jkunu ġejjin minn investimenti appoġġati fil-kuntest tal-programm operattiv.

4.   Għall-aħħar sena ta’ applikazzjoni ta’ programm operattiv, ir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinbidel b’rapport finali.

Ir-rapporti finali għandhom juru sa liema punt ikunu nkisbu l-għanijiet tal-programmi. Għandhom jispjegaw il-bidliet fl-azzjonijiet u/jew fil-metodi u jidentifikaw il-fatturi li taw kontribut għas-suċċess jew għall-falliment tal-implimentazzjoni tal-programm, u li tqiesu jew li ser jitqiesu meta jitfasslu l-programmi operattivi ta’ wara jew meta jiġu emendati l-programmi operattivi eżistenti.

5.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dan ir-Regolament, meta grupp tal-produtturi jew organizzazzjoni tal-produtturi jonqsu milli jgħarrfu lill-Istat Membru kif mitlub skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew jekk jagħmlu notifika li tidher li ma tkunx korretta fid-dawl tal-fatti oġġettivi li jkollu f’idejh l-Istat Membru, l-Istat Membru għandu jissospendi r-rikonoxximent preliminari tal-grupp tal-produtturi jew ir-rikonoxximent tal-organizzazzjoni tal-produtturi sa ma n-notifika ssir kif suppost.

Fir-rapport annwali tiegħu msemmi fl-Artikolu 97(b) ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu jinkludi d-dettalji ta’ dawn il-każijiet.

Artikolu 97

Notifiki tal-Istati Membri dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi tal-produtturi

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-tagħrif u d-dokumenti li ġejjin:

(a)

sal-31 ta’ Jannar ta’ kwalunkwe sena partikulari, l-ammont totali tal-fondi operattivi approvati dik is-sena għall-programmi operattivi kollha. F’din in-notifika għandhom jidhru biċ-ċar kemm l-ammont totali tal-fondi operattivi kif ukoll l-ammont totali ta’ għajnuna tal-Unjoni mogħtija għal dawk il-fondi. Dawn iċ-ċifri għandhom jerġgħu jinqasmu fl-ammonti għall-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet u l-ammonti għall-miżuri l-oħra;

(b)

sal-15 ta’ Novembru ta’ kwalunkwe sena partikulari, rapport annwali dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi tal-produtturi u l-fondi operattivi, il-programmi operattivi u l-pjanijiet ta’ rikonoxximent li kienu għaddejjin fis-sena ta’ qabel. Ir-rapport annwali għandu jinkludi, b’mod partikulari, it-tagħrif stabbilit fl-Anness XIV;

(c)

sal-31 ta’ Jannar ta’ kwalunkwe sena partikulari, l-ammont finanzjarju li jikkorrispondi mal-implimentazzjoni annwali tal-pjanijiet ta’ rikonoxximent li jkunu għaddejjin matul dik is-sena. Għandhom jingħataw l-ammonti approvati jew dawk stmati. Għal kull grupp tal-produtturi, in-notifiki għandu jkun fihom it-tagħrif li ġej:

(i)

l-ammont totali tal-perjodu annwali tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent, il-kontributi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-gruppi tal-produtturi u/jew tal-membri tal-gruppi tal-produtturi;

(ii)

it-tqassim tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 103a(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rispettivament.

Artikolu 98

Notifiki tal-Istati Membri dwar il-prezzijiet tal-produtturi għall-frott u l-ħaxix fis-suq intern

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sa nofsinhar (12:00, ħin ta’ Brussell) ta’ kull nhar t’Erbgħa, bil-prezzijiet medji rreġistrati għal kull jum tas-suq, għall-frott u l-ħaxix li jkun sar kummerċ tiegħu fis-swieq rappreżentattivi elenkati fil-Parti A tal-Anness XV.

Għall-frott u l-ħaxix kopert mill-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni, għandhom jiġu nnotifikati biss il-prezzijiet tal-prodotti li jilħqu dak l-istandard, filwaqt li l-prezzijiet tal-prodotti koperti minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jingħataw biss għall-prodotti tal-klassi I.

Il-prezzijiet innotifikati għandhom ikunu dawk tal-prodotti magħżulin u ppakkjati, u, fejn ikun applikabbli, fuq paliti, hekk kif joħorġu mill-post tal-imballaġġ, u għandhom jingħataw f’ewro għal kull 100 kilogramm ta’ piż nett.

F’każijiet fejn ikun hemm id-dejta disponibbli, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu l-prezzijiet li jikkorrispondu mat-tipi u mal-varjetajiet tal-prodotti, mad-daqsijiet u/jew mal-preżentazzjonijiet speċifikati fil-Parti A tal-Anness XV. F’każijiet fejn il-prezzijiet irreġistrati jikkonċernaw tipi, varjetajiet, daqsijiet u/jew preżentazzjonijiet oħrajn minbarra dawk speċifikati fil-Parti A tal-Anness XV, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-tipi, il-varjetajiet, id-daqsijiet u/jew il-preżentazzjonijiet tal-prodotti li magħhom jikkorrispondu l-prezzijiet.

2.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw is-swieq rappreżentattivi fil-qasam tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix ikkonċernat, abbażi tat-tranżazzjonijiet imwettqin fis-swieq li jistgħu jiġu identifikati b’mod fiżiku, bħas-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa, l-irkanti jew il-postijiet fiżiċi fejn jiltaqgħu l-provvista u d-domanda, jew abbażi tat-tranżazzjonijiet diretti bejn il-produtturi, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, u x-xerrejja individwali, bħall-bejjiegħa bl-ingrossa, in-negozjanti, iċ-ċentri tat-tqassim u operaturi rilevanti oħrajn. Is-swieq rappreżentattivi jistgħu jiġu identifikati wkoll billi jittieħdu flimkien it-tranżazzjonijiet imwettqin fis-swieq li jistgħu jiġu identifikati b’mod fiżiku u t-tranżazzjonijiet diretti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-prezzijiet tal-produtturi għall-frott u l-ħaxix u l-prodotti l-oħrajn elenkati fil-Parti B tal-Anness XV fuq bażi volontarja.

4.   In-notifiki dwar il-prezzijiet magħmulin skont il-paragrafu 3 għandhom isiru skont linji gwida li l-Kummissjoni għandha tadotta u l-Kummissjoni għandha tqegħedhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bil-metodi li tqis li huma xierqa.

Taqsima 2

Verifiki

Artikolu 99

Sistema ta’ identifikazzjoni unika

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tapplika sistema ta’ identifikazzjoni unika fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna mressqin mill-istess organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-istess grupp tal-produtturi. Din l-identifikazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-sistema li tirreġistra l-identità msemmija fl-Artikolu 15(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (15).

Artikolu 100

Proċeduri tat-tressiq

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjonijiet dwar proċeduri xierqa għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, tat-talbiet għar-rikonoxximent jew għall-approvazzjoni ta’ programm operattiv, kif ukoll tat-talbiet għall-ħlas.

Artikolu 101

Teħid tal-kampjuni

Fejn ikun xieraq li jitwettqu verifiki permezz tat-teħid tal-kampjuni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifiki jkunu xierqa għall-miżura kkonċernata fin-natura u l-frekwenza tagħhom u fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju.

Artikolu 102

Verifiki amministrattivi

Għandhom jitwettqu verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna u fuq it-talbiet kollha għall-ħlas, li għandhom ikopru l-elementi kollha li huma possibbli u xierqa. Il-proċeduri għandhom jeħtieġu r-reġistrazzjoni tal-ħidmiet li jkunu twettqu, ir-riżultati tal-verifiki u l-miżuri meħudin fir-rigward tad-diskrepanzi.

Artikolu 103

Verifiki fuq il-post

1.   Kull verifika fuq il-post għandha tkun suġġetta għal rapport tal-monitorġġ sabiex ikun possibbli li wieħed jirrevedi d-dettalji tal-verifiki li jkunu twettqu. Ir-rapport għandu jindika, b’mod partikulari:

(a)

l-iskema tal-għajnuna u l-applikazzjoni vverifikata;

(b)

il-persuni preżenti;

(c)

l-azzjonijiet, il-miżuri u d-dokumenti vverifikati; u

(d)

ir-riżultati tal-verifika.

2.   Il-benefiċjarju jista’ jingħata l-opportunità li jiffirma r-rapport sabiex jivverifika li kien preżenti meta saret il-verifika u jżid il-kummenti tiegħu. F’każ li jinstabu irregolaritajiet, il-benefiċjarju jista’ jirċievi kopja tar-rapport tal-monitoraġġ.

3.   Jista’ jingħata avviż minn qabel dwar il-verifiki fuq il-post, dejjem jekk b’hekk l-għan tal-verifika ma jitqiegħedx f’periklu. L-avviż minn qabel għandu jkun limitat għaż-żmien minimu meħtieġ.

4.   Fejn ikun possibbli, il-verifiki fuq il-post li dwarhom hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament u verifiki oħrajn li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-liġijiet tal-Unjoni dwar is-sussidji agrikoli għandhom jitwettqu fl-istess ħin.

Artikolu 104

Għoti tar-rikonoxximent u l-approvazzjoni tal-programmi operattivi

1.   Qabel ma organizzazzjoni tal-produtturi tiġi rrikonoxxuta skont l-Artikolu 125b(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri għandhom iwettqu żjara fuq il-post lill-organizzazzjoni tal-produtturi sabiex jivverifikaw il-konformità mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent.

2.   Qabel ma programm operattiv jiġi approvat skont l-Artikolu 64, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tivverifika, permezz tal-mezzi x-xierqa kollha, inkluż permezz tal-verifiki fuq il-post, il-programm operattiv imressaq għall-approvazzjoni u, jekk ikun applikabbli, it-talba għall-emenda. Dawk il-verifiki għandhom jikkonċernaw b’mod partikulari:

(a)

il-korrettezza tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 59(a), (b) u (e), li għandu jiddaħħal fl-abbozz tal-programm operattiv;

(b)

il-konformità tal-programmi mal-Artikolu 103c tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u mal-qafas nazzjonali u l-istrateġija nazzjonali;

(c)

l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet u l-eliġibbiltà tal-infiq propost;

(d)

il-konsistenza u l-kwalità teknika tal-programmi, il-korrettezza tal-istimi u tal-pjan tal-għajnuna, u l-ippjanar tal-implimentazzjoni tiegħu. Il-verifiki għandhom jivverifikaw jekk kinux stabbiliti miri li jistgħu jitkejlu, sabiex il-kisba tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata, u jekk l-għanijiet stabbiliti jistgħux jinkisbu permezz tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet proposti; u

(e)

il-konformità tal-ħidmiet li għalihom qed tintalab l-għajnuna mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni, b’mod partikulari dawk dwar, fejn ikun rilevanti, ix-xiri pubbliku, l-għajnuna mill-Istat u l-istandards obbligatorji x-xierqa l-oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, fil-qafas nazzjonali jew fl-istrateġija nazzjonali.

Artikolu 105

Verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-programmi operattivi

1.   Qabel ma tingħata l-għajnuna, l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna, li għandhom ikunu supplimentati minn verifiki fuq il-post permezz tat-teħid tal-kampjuni kif speċifikat fl-Artikolu 106.

2.   Il-verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu, b’mod partikulari, u sa fejn dan ikun xieraq għall-applikazzjoni mressqa, verifika:

(a)

tar-rapport annwali jew, fejn ikun applikabbli, tar-rapport finali mibgħut mal-applikazzjoni dwar it-twettiq tal-programm operattiv;

(b)

tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, tal-kontributi għall-fond operattiv u tal-infiq imġarrab;

(c)

tal-kunsinna tal-prodotti u tas-servizzi u tal-ġenwinità tal-infiq mitlub;

(d)

tal-konformità tal-azzjonijiet imwettqin ma’ dawk inklużi fil-programm operattiv approvat;

(e)

tal-ħarsien tal-limiti u tal-limiti massimi imposti, kemm dawk finanzjarji kif ukoll oħrajn.

3.   L-infiq imġarrab skont il-programm operattiv għandu jkun appoġġat minn fatturi u dokumenti, bħal estratti bankarji, li jippruvaw li sar il-ħlas. Meta dan ma jistax isir, il-ħlasijiet għandhom ikunu appoġgati minn dokumenti li jkollhom valur ta’ prova ekwivalenti. Il-fatturi użati għandhom ikunu maħruġa f’isem l-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-kumpanija sussidjarja fil-każ imsemmi fl-Artikolu 50(9) jew, suġġett għall-approvazzjoni tal-Istat Membru, f’isem wieħed mill-membri produtturi jew aktar. Madankollu, fejn hu rilevanti, il-fatturi fir-rigward tal-ispejjeż tal-persunal imsemmija fl-Anness IX (2)(b), għandhom ikunu stabbiliti f’isem l-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew il-kumpanija sussidjarja fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 50(9).

Artikolu 106

Verifiki fuq il-post dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-programmi operattivi

1.   Fil-kuntest tal-verifika tal-applikazzjoni għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 69(1), l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki fuq il-post fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna jew tal-bilanċ tal-għajnuna għas-sena kkonċernata.

Dawn il-verifiki għandhom jikkonċernaw b’mod partikulari:

(a)

il-konformità mal-kriterji tar-rikonoxximent għas-sena kkonċernata;

(b)

l-użu tal-fond operattiv f’dik is-sena partikulari, inkluż l-infiq iddikjarat fit-talba għall-ħlasijiet bil-quddiem jew għall-ħlasijiet parzjali, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, il-kontributi għall-fond operattiv u l-infiq iddikjarat appoġġat mid-dokumenti tal-kontabbiltà jew minn dokumenti oħrajn;

(c)

il-verifiki tat-tieni livell għall-ispejjeż tal-irtirar mis-suq, tal-ħsad bikri u ta’ meta ma jsirx ħsad.

2.   Il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu marbutin ma’ kampjun sinifikanti ta’ applikazzjonijiet kull sena. Fl-Istati Membri li għandhom iktar minn 10 organizzazzjonijiet irrikonoxxuti tal-produtturi, il-kampjun għandu jirrappreżenta tal-inqas 30 % tal-ammont kollu tal-għajnuna mitluba. Fil-każijiet l-oħra, kull organizzazzjoni tal-produtturi għandha ssirilha żjara tal-inqas darba kull tliet snin.

Għandha ssir tal-inqas verifika waħda fuq kull organizzazzjoni tal-produtturi qabel ma titħallas l-għajnuna jew il-bilanċ tagħha li jkollhom x’jaqsmu mal-aħħar sena tal-programm operattiv tagħha.

3.   Ir-riżultati tal-verifiki fuq il-post għandhom ikunu evalwati sabiex jiġi stabbilit jekk kwalunkwe problemi li jkunu nstabu fihom humiex ta’ natura sistemika u jinvolvux riskju għal azzjonijiet, benefiċjarji jew korpi oħra simili. L-evalwazzjoni għandha tidentifika wkoll il-kawżi ta’ dawn is-sitwazzjonijiet, kwalunkwe eżami ieħor li jista’ jkun meħtieġ, u l-azzjoni korrettiva u preventiva meħtieġa.

Jekk il-verifiki jiżvelaw irregolaritajiet sinifikanti f’reġjun jew parti minn reġjun jew għal organizzazzjoni tal-produtturi speċifika, l-Istat Membru għandu jwettaq verifiki addizzjonali matul is-sena kkonċernata u għandu jżid il-perċentwal ta’ applikazzjonijiet korrispondenti li għandhom ikunu vverifikati fis-sena ta’ wara.

4.   L-Istat Membru għandu jiddeċiedi dwar liema organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom isirulhom il-verifiki fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju.

L-analiżi tar-riskju għandha tqis b’mod partikulari:

(a)

l-ammont tal-għajnuna;

(b)

ir-riżultati tal-verifiki fis-snin ta’ qabel;

(c)

element aleatorju; u

(d)

parametri oħrajn li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 107

Verifiki fuq il-post dwar il-miżuri tal-programmi operattivi

1.   Permezz ta’ verifiki fuq il-post dwar il-miżuri tal-programmi operattivi, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw b’mod partikulari dan li ġej:

(a)

l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet inklużi fil-programm operattiv;

(b)

li l-implimentazzjoni jew l-implimentazzjoni maħsuba tal-azzjoni tkun konsistenti mal-użu deskritt fil-programm operattiv approvat;

(c)

għal għadd adegwat ta’ elementi tal-infiq individwali, li n-natura u l-ħin tal-infiq rilevanti jkunu konformi mal-liġijiet tal-Unjoni u jkunu jikkorrispondu mal-ispeċifikazzjonijiet approvati;

(d)

li l-infiq imġarrab jista’ jkun appoġġat mid-dokumenti tal-kontabbiltà jew minn dokumenti oħrajn; u

(e)

il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.

2.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi vverifikat fuq il-bażi tas-sistema tal-kontabbiltà finanzjarja vverifikata u ċċertifikata skont il-liġi nazzjonali.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-dikjarazzjoni tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandha tiġi ċċertifikata bl-istess mod bħad-dejta tal-kontabbiltà finanzjarja.

Il-verifika dwar id-dikjarazzjoni tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tista’ titwettaq qabel ma tintbagħat l-applikazzjoni rilevanti għall-għajnuna. Din il-verifika għandha titwettaq sa mhux aktar tard minn qabel ma titħallas l-għajnuna.

3.   Ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-verifika fuq il-post għandha tinkludi żjara lill-azzjoni jew, jekk l-azzjoni ma tkunx tanġibbli, lill-promotur tal-azzjoni. B’mod partikulari, l-azzjonijiet fuq azjendi individwali koperti mill-kampjun imsemmi fl-Artikolu 106(2) għandha ssirilhom tal-inqas żjara waħda sabiex jiġi vverifikat it-twettiq tagħhom.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqux dawn iż-żjarat għal azzjonijiet iżgħar, jew meta jqisu li r-riskju li l-kundizzjonijiet sabiex jirċievu l-għajnuna ma ġewx issodisfati, jew li r-realtà tal-ħidma ma tħarsitx, huwa baxx. Dik id-deċiżjoni u l-ġustifikazzjoni tagħha għandhom ikunu rreġistrati.

4.   Il-verifika fuq il-post għandha tkopri l-impenji u l-obbligi kollha tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-membri tagħha li jistgħu jiġu vverifikati waqt iż-żjara.

5.   Il-verifiki li jilħqu r-rekwiżiti kollha ta’ dan l-Artikolu biss jistgħu jingħaddu biex tiġi ssodisfata r-rata ta’ verifika stabbilita fl-Artikolu 106(2).

Artikolu 108

Verifiki tal-ewwel livell fuq il-ħidmiet ta’ rtirar

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki tal-ewwel livell fuq il-ħidmiet ta’ rtirar f’kull organizzazzjoni tal-produtturi, li jinkludu verifika tad-dokumenti u tal-identità u verifika fiżika tal-piż tal-prodotti rtirati mis-suq, fejn ikun xieraq permezz tat-teħid tal-kampjuni, kif ukoll verifika dwar il-konformità mal-Artikolu 76, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu II tat-Titolu II. Il-verifika għandha ssir wara li tasal in-notifika msemmija fl-Artikolu 78(1), fil-limitijiet ta’ żmien stabbiliti skont l-Artikolu 78(2).

2.   Il-verifiki tal-ewwel livell li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1 għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati mis-suq. Fi tmiem din il-verifika, il-prodotti rtirati, minbarra dawk għad-distribuzzjoni bla ħlas, għandha tinbidlilhom in-natura tagħhom jew għandhom jitneħħew billi jingħataw lill-industrija tal-ipproċessar taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru skont l-Artikolu 80.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, meta l-prodotti jkunu għad-distribuzzjoni bla ħlas, l-Istati Membri jistgħu jiċċekkjaw perċentwal iżgħar minn dak stabbilit f’dak il-paragrafu, dejjem jekk dan ma jkunx inqas minn 10 % tal-kwantitajiet ikkonċernati matul is-sena tas-suq ta’ kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi partikulari. Il-verifika tista’ sseħħ fil-bini tal-organizzazzjoni tal-produtturi u/jew fil-postijiet ta’ dawk li jirċievu l-prodotti. F’każ li l-verifiki jiżvelaw irregolaritajiet sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom iwettqu verifiki addizzjonali.

Artikolu 109

Verifiki tat-tieni livell fuq il-ħidmiet ta’ rtirar

1.   Fil-qafas tal-verifiki msemmija fl-Artikolu 106, l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki tat-tieni livell fuq il-ħidmiet ta’ rtirar.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-analiżi u għall-evalwazzjoni tar-riskju ta’ kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi partikulari li twettaq ħidmiet ta’ rtirar li ma jikkonformawx mar-regoli. Dawn il-kriterji għandhom jikkonċernaw, fost oħrajn, mar-riżultati tal-verifiki tal-ewwel u tat-tieni livell li jkunu saru qabel, u ma’ jekk organizzazzjoni tal-produtturi għandhiex xi forma ta’ proċedura għall-iżgurar tal-kwalità jew le. L-Istati Membri għandhom jużaw dawk il-kriterji sabiex jiddeċiedu dwar il-frekwenza minima tal-verifiki tat-tieni livell għal kull organizzazzjoni tal-produtturi.

2.   Il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu verifiki fuq il-post fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta’ dawk li jirċievu l-prodotti rtirati, sabiex ikun żgurat li jkunu tħarsu l-kundizzjonijiet għall-ħlas tal-għajnuna tal-Unjoni. Dawk il-verifiki għandhom jinkludu:

(a)

ir-reġistri speċifiċi tal-ħażniet u tal-kontabbiltà li għandhom jinżammu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kollha li jwettqu ħidma ta’ rtirar waħda jew aktar matul is-sena tas-suq ikkonċernata;

(b)

verifika tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati kif iddikjarati fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, li tivverifika b’mod partikulari r-reġistri tal-ħażniet u tal-kontabbiltà, il-fatturi, u fejn ikun meħtieġ, il-veraċità tagħhom u tiżgura li d-dikjarazzjonijiet ikunu jaqblu mad-dejta tal-kontabbiltà u/jew tat-taxxa tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati;

(c)

verifiki li l-kontijiet huma korretti, b’mod partikulari l-veraċità tal-irċevuti netti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif iddikjarati fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-ħlas, il-proporzjonalità ta’ kwalunkwe spiża tal-irtirar u l-iżgurar li dawk l-ammonti huma korretti; u

(d)

verifiki dwar id-destinazzjoni tal-prodotti rtirati kif iddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas u verifiki dwar il-bdil xieraq tan-natura tal-prodott, sabiex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk li jirċievu l-prodotti jkunu mxew skont dan ir-Regolament.

3.   Il-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitwettqu fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati u ta’ dawk li jirċievu l-prodotti rtirati li huma assoċjati ma’ dawk l-organizzazzjonijiet. Kull verifika għandha tinkludi kampjun li jirrappreżenta tal-inqas 5 % tal-kwantitajiet li l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irtirat matul is-sena tas-suq.

4.   Ir-reġistri tal-ħażniet u tal-kontabbiltà msemmija fil-paragrafu 2(a) għandhom juru, għal kull prodott irtirat, l-ammonti mċaqalqin, mogħtija fil-volum:

(a)

tal-produzzjoni mwassla mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi u minn membri ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi oħrajn skont l-Artikolu 125a(2)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b)

tal-bejgħ mill-organizzazzjoni tal-produtturi, maqsum fi prodotti ppreparati għas-suq frisk u tipi oħrajn ta’ prodotti li jinkludu l-materja prima għall-ipproċessar; u

(c)

tal-prodotti rtirati mis-suq.

5.   Il-verifiki dwar id-destinazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 4(c) għandhom jinkludu, b’mod partikulari:

(a)

verifika ta’ kampjun dwar il-kontijiet separati li għandhom jinżammu minn dawk li jirċievu l-prodotti u, fejn ikun meħtieġ, verifika li dawn jaqblu mal-kontijiet meħtieġa skont il-liġi nazzjonali; u

(b)

verifiki dwar il-konformità mar-rekwiżiti ambjentali rilevanti.

6.   Jekk il-verifiki tat-tieni livell jiżvelaw irregolaritajiet sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom iwettqu verifiki tat-tieni livell iktar iddettaljati għas-sena tas-suq ikkonċernata u għandhom iżidu l-frekwenza tal-verifiki tat-tieni livell fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati jew tal-assoċjazzjonijiet tagħhom ikkonċernati matul is-sena tas-suq ta’ wara.

Artikolu 110

Il-ħsad bikri u meta ma jsirx ħsad

1.   Qabel ma jseħħ il-ħsad bikri, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, permezz ta’ verifika fuq il-post, li l-prodotti kkonċernati ma jkunux bil-ħsara u li ż-żona partikulari kienet miżmuma sewwa. Wara l-ħsad bikri, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li ż-żona kkonċernata nħasdet kompletament u li l-prodott maħsud inbidlitlu n-natura tiegħu.

Wara l-perjodu tal-ħsad, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw l-affidabbiltà tal-analiżi bbażata fuq il-qagħda mistennija tas-suq imsemmija fl-Artikolu 85(2). Huma għandhom janalizzaw ukoll kwalunkwe differenzi bejn il-qagħda mistennija tas-suq u dik reali.

2.   Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li ma jsirx ħsad, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, permezz ta’ verifika fuq il-post, li ż-żona partikulari kienet miżmuma sewwa, li ma seħħx ħsad parzjali diġà u li l-prodott huwa żviluppat sewwa u li, b’mod ġenerali, kien se jkun ta’ kwalità tajba, ġusta u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tinbidlilhom in-natura tagħhom. Jekk dan ma jkunx possibbli, huma għandhom jiżguraw li ma jseħħ l-ebda ħsad, billi jagħmlu żjara waħda jew aktar fuq il-post matul l-istaġun tal-ħsad.

3.   L-Artikolu 109(1), (2), (3) u (6) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 111

Verifiki qabel ma jiġu approvati l-pjanijiet ta’ rikonoxximent tal-gruppi tal-produtturi

1.   Qabel ma jiġi approvat pjan ta’ rikonoxximent ta’ grupp tal-produtturi skont l-Artikolu 125e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri għandhom iwettqu verifika fuq il-post tal-entità legali jew tal-parti ddefinita b’mod ċar tal-entità legali.

2.   L-Istat Membru għandu jivverifika, permezz tal-mezzi x-xierqa kollha, inkluż permezz tal-verifika fuq il-post:

(a)

il-korrettezza tat-tagħrif mogħti fil-pjan ta’ rikonoxximent;

(b)

il-konsistenza kummerċjali u l-kwalità teknika tal-pjan, il-korrettezza tal-istimi u l-ippjanar tal-implimentazzjoni tiegħu;

(c)

l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet u l-eliġibbiltà u r-raġonevolezza tal-infiq propost; u

(d)

il-konformità tal-ħidmiet li għalihom qed jintalab l-appoġġ mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u, b’mod partikulari, mad-dispożizzjonijiet dwar ix-xiri pubbliku, l-għajnuna mill-Istat u l-istandards obbligatorji x-xierqa l-oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew fil-qafas nazzjonali jew fl-istrateġija nazzjonali.

Artikolu 112

Verifiki fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna mressqin mill-gruppi tal-produtturi

1.   Qabel ma jingħata l-ħlas, l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna mressqin mill-gruppi tal-produtturi, kif ukoll verifiki fuq il-post permezz tat-teħid tal-kampjuni.

2.   Wara li titressaq l-applikazzjoni għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 45, l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki fuq il-post tal-gruppi tal-produtturi sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għas-sena kkonċernata.

Dawk il-verifiki għandhom jikkonċernaw b’mod partikulari:

(a)

il-konformità mal-kriterji tar-rikonoxximent għas-sena kkonċernata; u

(b)

il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-pjan ta’ rikonoxximent u l-ispejjeż imġarrbin.

3.   Il-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu marbutin ma’ kampjun sinifikanti ta’ applikazzjonijiet kull sena. Il-kampjun għandu jirrappreżenta tal-inqas 30 % tal-ammont kollu tal-għajnuna.

Il-gruppi tal-produtturi kollha għandha ssirilhom verifika tal-inqas darba kull ħames snin.

4.   L-Artikoli 105 u 107 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 113

Organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi u assoċjazzjonijiet transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-Istat Membru li fih organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi jew assoċjazzjoni transnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha għandu jkun responsabbli, b’mod ġenerali, għall-organizzazzjoni tal-verifiki fuq dik l-organizzazzjoni jew dik l-assoċjazzjoni, b’mod speċjali dwar il-programm operattiv u l-fond operattiv, u għandu japplika sanzjonijiet fuqha fejn dan ikun meħtieġ.

2.   L-Istati Membri l-oħra mitluba jipprovdu l-kooperazzjoni amministrativa msemmija fl-Artikolu 28(2)(c) u fl-Artikolu 35(2)(c) għandhom iwettqu dawk il-verifiki amministrattivi u dawk il-verifiki fuq il-post meħtieġa mill-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u għandhom jirrapportaw ir-riżultati lilu. Huma għandhom jirrispettaw id-dati ta’ skadenza kollha stabbiliti mill-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Ir-regoli applikabbli fl-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-organizzazzjoni tal-produtturi u għall-programm operattiv u l-fond operattiv. Madankollu, fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali u fitosanitarji, u fir-rigward tat-tneħħija tal-prodotti rtirati, għandhom japplikaw il-liġijiet tal-Istat Membru li fih isseħħ il-produzzjoni.

Taqsima 3

Sanzjonijiet

Artikolu 114

Nuqqas ta’ ħarsien tal-kriterji tar-rikonoxximent

1.   L-Istati Membri għandhom jirtiraw ir-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jekk il-kriterji tar-rikonoxximent ma jitħarsux b’mod sostanzjali u jekk dan ikun ġej mill-fatt li l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun aġixxiet apposta jew permezz ta’ negliġenza serja.

B’mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jirtiraw ir-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jekk in-nuqqas ta’ ħarsien tal-kriterji tar-rikonoxximent ikun jikkonċerna:

(a)

ksur tar-rekwiżiti tal-Artikoli 21, 23, 26(1) u (2) jew 31; jew

(b)

sitwazzjoni fejn il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jaqa’, f’sentejn konsekuttivi, taħt il-limitu stabbilit mill-Istat Membru skont l-Artikolu 125b(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

L-irtirar tar-rikonoxximent skont dan il-paragrafu għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ma kinux issodisfati, suġġett għal kwalunkwe leġiżlazzjoni orizzontali li tapplika fil-livell nazzjonali dwar il-perjodi tal-limitazzjoni.

2.   F’każijiet fejn ma japplikax il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jissospendu r-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jekk il-kriterji tar-rikonoxximent ma jitħarsux b’mod sostanzjali iżda din tkun biss ħaġa temporanja.

Matul il-perjodu ta’ sospensjoni, m’għandha titħallas l-ebda għajnuna. Is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-ġurnata meta tkun seħħet il-verifika u għandha tintemm fil-ġurnata tal-verifika li turi li l-kriterji kkonċernati ġew issodisfati.

Il-perjodu ta’ sospensjoni m’għandux jaqbeż 12-il xahar. Jekk wara l-kriterji kkonċernati jibqgħu ma jiġux issodisfati wara 12-il xahar, ir-rikonoxximent għandu jiġi rtirat.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu ħlasijiet wara d-data ta’ skadenza stabbilita fl-Artikolu 70 f’każijiet fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi applikat dan il-paragrafu. Madankollu, dawk il-ħlasijiet li jsiru iktar tard, fi kwalunkwe każ, ma jistgħux isiru wara l-15 ta’ Ottubru tat-tieni sena wara s-sena tal-implimentazzjoni tal-programm.

3.   F’każijiet oħra ta’ nuqqas ta’ ħarsien tal-kriterji tar-rikonoxximent, fejn ma japplikawx il-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jibagħtu ittra ta’ twissija li tiddikjara l-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu. L-Istati Membri jistgħu jipposponu l-ħlasijiet tal-għajnuna sa ma jittieħdu l-miżuri korrettivi.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu ħlasijiet wara d-data ta’ skadenza stabbilita fl-Artikolu 70 f’każijiet fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi applikat dan il-paragrafu. Madankollu, dawk il-ħlasijiet li jsiru iktar tard, fi kwalunkwe każ, ma jistgħux isiru wara l-15 ta’ Ottubru tat-tieni sena wara s-sena tal-implimentazzjoni tal-programm.

Nuqqas li jittieħdu l-miżuri korrettivi fi żmien 12-il xahar għandu jitqies bħala nuqqas sostanzjali li jitħarsu l-kriterji u wara dan, għandu jiġi applikat il-paragrafu 2.

Artikolu 115

Frodi

1.   F’każ li jinstab li organizzazzjoni tal-produtturi, assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew grupp tal-produtturi wettqu frodi fir-rigward tal-għajnuna koperta mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri għandhom, mingħajr ħsara għal kwalukwe sanzjonijiet u penali oħra applikabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni:

(a)

jirtiraw ir-rikonoxximent tal-organizzazzjoni tal-produtturi, tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-grupp tal-produtturi;

(b)

jeskludu l-azzjonijiet jew il-ħidmiet ikkonċernati mill-appoġġ fil-kuntest tal-programm operattiv jew tal-pjan ta’ rikonoxximent ikkonċernat u jirkupraw kwalunkwe għajnuna li tkun diġà tħallset għal dik il-ħidma; u

(c)

jeskludu lill-organizzazzjoni tal-produtturi, lill-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew lill-grupp tal-produtturi mill-appoġġ fil-kuntest tal-programm operattiv jew tal-pjan ta’ rikonoxximent ikkonċernat għas-sena ta’ wara.

2.   L-Istati Membri jistgħu jissospendu r-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, ta’ assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew ta’ grupp tal-produtturi, jew jissospendu l-ħlasijiet lit-tali entitajiet, jekk dawn ikunu ssuspettati li wettqu frodi fir-rigward tal-għajnuna koperta mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 116

Gruppi tal-produtturi

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw, mutatis mutandis, is-sanzjonijiet u l-penali għall-pjanijiet ta’ rikonoxximent li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 114 u/jew fl-Artikolu 117.

2.   Minbarra l-paragrafu 1, jekk, wara tmiem il-perjodu stabbilit mill-Istat Membru skont l-Artikolu 49(4), il-grupp tal-produtturi ma jkunx irrikonoxxut bħala organizzazzjoni tal-produtturi, l-Istat Membru għandu jirkupra:

(a)

100 % tal-għajnuna mħallsa lill-grupp tal-produtturi jekk in-nuqqas li jiġi rrikonoxxut kien minħabba li l-grupp tal-produtturi aġixxa apposta jew permezz ta’ negliġenza serja; jew

(b)

50 % tal-għajnuna mħallsa lill-grupp tal-produtturi fil-każijiet l-oħra kollha.

Artikolu 117

Il-programm operattiv

1.   Il-ħlasijiet għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ dak li jinstab li huwa eliġibbli għall-għajnuna.

2.   L-Istat Membru għandu jeżamina l-applikazzjoni għall-għajnuna li jkun irċieva mingħand il-benefiċjarju u għandu jistabbilixxi l-ammonti li huma eliġibbli għall-appoġġ. Huwa għandu jistabbilixxi:

(a)

l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju bbażat biss fuq l-applikazzjoni;

(b)

l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju wara li tiġi eżaminata l-eliġibbiltà tal-applikazzjoni.

3.   Jekk l-ammont stabbilit skont il-paragrafu 2(a) jkun jaqbeż l-ammont stabbilit skont il-paragrafu 2(b) b’iktar minn 3 %, għandhom jiġu applikati penali. L-ammont tal-penali għandu jkun daqs id-differenza bejn l-ammonti kkalkulati fil-paragrafu 2(a) u (b).

Madankollu, m’għandha tiġi applikata ebda penali jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi jew il-grupp tal-produtturi jkunu jistgħu juru li huma mhumiex responsabbli għall-inklużjoni tal-ammont li mhuwiex eliġibbli.

4.   Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-infiq li ma jkunx eliġibbli li jiġi identifikat waqt il-verifiki fuq il-post jew il-verifiki li jsiru wara.

5.   Jekk il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jkun ġie ddikjarat u vverifikat qabel ma tressqet l-applikazzjoni għall-għajnuna, il-valuri ddikjarati u approvati għandhom jintużaw huma u jiġu stabbiliti l-ammonti skont il-paragrafu 2(a) u (b) rispettivament.

Artikolu 118

Sanzjonijiet wara l-verifiki tal-ewwel livell fuq il-ħidmiet ta’ rtirar

Jekk, wara l-verifika msemmija fl-Artikolu 108, jinstabu irregolaritajiet fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jew tar-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 76, il-benefiċjarju għandu jintalab:

(a)

iħallas penali ta’ ammont li jkun daqs il-kontribut tal-Unjoni, kkalkulat fuq il-bażi tal-kwantitajiet ta’ prodotti rtirati li ma jkunux konformi mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jew mar-rekwiżiti minimi, jekk dawk il-kwantitajiet ikunu ta’ inqas minn 10 % tal-kwantitajiet innotifikati skont l-Artikolu 78 għall-ħidma ta’ rtirar ikkonċernata;

(b)

iħallas penali ta’ ammont li jkun id-doppju tal-kontribut tal-Unjoni, jekk dawk il-kwantitajiet ikunu ta’ bejn 10 % u 25 % tal-kwantitajiet innotifikati; jew

(c)

iħallas penali ta’ ammont li jkun daqs il-kontribut tal-Unjoni għall-kwantità kollha nnotifikata skont l-Artikolu 78, f’każ li dawk il-kwantitajiet ikunu ta’ iktar minn 25 % tal-kwantità nnotifikata.

Artikolu 119

Sanzjonijiet oħrajn li japplikaw għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward tal-ħidmiet ta’ rtirar

1.   Il-penali msemmija fl-Artikolu 117 għandhom ikopru l-għajnuna li tkun intalbet għall-ħidmiet ta’ rtirar bħala parti integrata mill-infiq ta’ programm operattiv.

2.   L-infiq għall-ħidma ta’ rtirar għandu jitqies bħala nfiq mhux eliġibbli jekk il-prodotti li ma tqegħdux għall-bejgħ ma jkunux tneħħew kif previst mill-Istat Membru skont l-Artikolu 80(1) jew jekk l-irtirar jew id-destinazzjoni tiegħu kellu impatt negattiv fuq l-ambjent jew kwalunkwe konsegwenza fitosanitarja negattiva bi ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikolu 80(1).

Artikolu 120

Sanzjonijiet li japplikaw għal dawk li jirċievu l-prodotti rtirati

F’każijiet fejn, matul il-verifiki magħmula skont l-Artikoli 108 u 109, jiġu osservati irregolaritajiet li jistgħu jiġu attribwiti lil dawk li jirċievu l-prodotti rtirati, għandhom japplikaw is-sanzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawk li jirċievu l-prodotti m’għandhomx jibqgħu jkunu eliġibbli biex jirċievu l-prodotti rtirati; u

(b)

dawk li jirċievu l-prodotti rtirati mis-suq għandhom ikunu obbligati jħallsu lura l-valur tal-prodotti li jkunu rċevew kif ukoll l-ispejjeż tal-għażla, tal-imballaġġ u tat-trasport relatati magħhom skont ir-regoli stabbiliti mill-Istati Membri.

Is-sanzjoni li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punt (a) għandha tidħol fis-seħħ minnufih u tibqa’ tgħodd għal tal-inqas sena waħda tas-suq. Hija tista’ tittawwal skont kemm tkun serja l-irregolarità.

Artikolu 121

Ħsad bikri u meta ma jsirx ħsad

1.   F’dak li jirrigwarda l-ħsad bikri, jekk jinstab li l-organizzazzjoni tal-produtturi ma tkunx wettqet l-obbligi tagħha, hija għandha tħallas, bħala penali, l-ammont tal-kumpens marbut maż-żoni li fihom ma tħarisx l-obbligu. Nuqqas li jitwettqu l-obbligi għandu jinkludi każijiet fejn:

(a)

l-Istat Membru jsib, matul il-verifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 110(1), li l-miżura tal-ħsad bikri ma kinitx iġġustifikata fuq il-bażi tal-analiżi tal-qagħda mistennija tas-suq li kienet teżisti dak iż-żmien;

(b)

iż-żona nnotifikata għall-ħsad bikri mhix eliġibbli għal dan; jew

(c)

ma kienx hemm ħsad totali fiż-żona jew il-prodotti ma nbidlitilhomx in-natura tagħhom.

2.   F’dak li jirrigwarda ma’ meta ma jsirx ħsad, jekk jinstab li l-organizzazzjoni tal-produtturi ma tkunx wettqet l-obbligi tagħha, hija għandha tħallas, bħala penali, l-ammont tal-kumpens marbut maż-żoni li fihom ma tħarisx l-obbligu. Nuqqas li jitwettqu l-obbligi għandu jinkludi każijiet fejn:

(a)

iż-żona nnotifikata għan-nuqqas ta’ ħsad mhix eliġibbli għal dan;

(b)

xorta waħda twettaq ħsad jew ħsad parzjali; jew

(c)

kien hemm impatt negattiv fuq l-ambjent jew kwalunkwe konsegwenza fitosanitarja negattiva li l-organizzazzjoni tal-produtturi kienet responsabbli għalihom.

3.   Il-penali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw flimkien ma’ kwalunkwe penali oħrajn imposti skont l-Artikolu 117.

Artikolu 122

Meta ma titħalliex isseħħ verifika fuq il-post

Applikazzjoni għall-għajnuna għandha tkun miċħuda għall-parti tal-infiq ikkonċernat jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi, il-membru jew ir-rappreżentant rilevanti ma jħallix li titwettaq verifika fuq il-post.

Artikolu 123

Ħlas tal-għajnuna rkuprata u tal-penali

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-gruppi tal-produtturi u l-operaturi l-oħra kkonċernati għandhom iħallsu lura, bl-imgħax, l-għajnuna mħallsa b’mod mhux dovut u għandhom iħallsu l-penali li dwarhom hemm dispożizzjoni f’din it-Taqsima.

L-imgħax għandu jiġi kkalkulat:

(a)

fuq il-bażi tal-perjodu li jgħaddi bejn il-ħlas u r-rimborż mill-benefiċjarju;

(b)

bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħidmiet ewlenin ta’ finanzjament mill-ġdid tiegħu, ippubblikata fis-serje “Ċ” ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li tkun fis-seħħ fil-ġurnata li fiha jkun sar il-ħlas mhux dovut, biż-żieda ta’ tliet punti perċentwali.

2.   L-għajnuna rkuprata, l-imgħax u l-penali imposti għandhom jitħallsu lill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija.

Artikolu 124

Notifika tal-irregolaritajiet

L-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u penali u l-irkupru tal-ammonti mħallsa b’mod mhux dovut, kif previst f’din it-Taqsima, huma mingħajr ħsara għan-notifika tal-irregolaritajiet lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1848/2006 (16).

Taqsima 4

Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-programmi operattivi u tal-istrateġiji nazzjonali

Artikolu 125

Indikaturi komuni tal-prestazzjoni

1.   Kemm l-istrateġiji nazzjonali kif ukoll il-programmi operattivi għandhom ikunu suġġetti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni mmirati lejn il-valutazzjoni tal-progress magħmul sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti għall-programmi operattivi, kif ukoll tal-effiċjenza u l-effettività fir-rigward ta’ dawk l-għanijiet.

2.   Il-progress, l-effiċjenza u l-effettività għandhom jiġu vvalutati permezz ta’ indikaturi komuni tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness VIII, li jirrigwardaw ix-xenarju ta’ referenza kif ukoll il-prestazzjoni finanzjarja, il-produzzjoni, ir-riżultati u l-impatt tal-programmi operattivi implimentati.

3.   Fejn Stat Membru jqis li dan huwa xieraq, l-istrateġija nazzjonali għandha tispeċifika sett limitat ta’ indikaturi addizzjonali speċifiċi għal dik l-istrateġija, li jirriflettu l-bżonnijiet nazzjonali u/jew reġjonali, il-kundizzjonijiet u l-għanijiet speċifiċi għall-programmi operattivi implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Fejn ikun disponibbli, għandhom jiġu inklużi indikaturi addizzjonali marbutin ma’ għanijiet ambjentali li mhumiex koperti mill-indikaturi komuni tal-prestazzjoni.

Artikolu 126

Proċeduri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni marbutin mal-programmi operattivi

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jiżguraw li jkun hemm monitoraġġ u evalwazzjoni tal-programmi operattivi tagħhom billi jużaw l-indikaturi rilevanti minn fost dawk komuni tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 125 u, fejn ikun xieraq, l-indikaturi addizzjonali speċifikati fl-istrateġija nazzjonali.

Għal dan il-għan, huma għandhom jistabbilixxu sistema sabiex jiġbru, jirreġistraw u jżommu t-tagħrif li huwa bżonnjuż għall-kumpilazzjoni ta’ dawk l-indikaturi.

2.   Il-monitoraġġ għandu jkun immirat lejn il-valutazzjoni tal-progress magħmul sabiex jinkisbu l-miri speċifiċi li kienu stabbiliti għall-programm operattiv. Għandu jitwettaq permezz ta’ indikaturi finanzjarji, indikaturi tal-produzzjoni u indikaturi tar-riżultati. Ir-riżultati ta’ dan l-eżerċizzju huma maħsubin biex iservu:

(a)

sabiex tiġi vverifikata l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-programm;

(b)

sabiex jiġi identifikat kwalunkwe bżonn ta’ aġġustamenti jew ta’ reviżjoni tal-programm operattiv immirati lejn il-kisba tal-għanijiet stabbiliti għall-programm jew sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-programm, inkluża l-ġestjoni finanzjarja tiegħu;

(c)

sabiex jikkontribwixxu biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ rrappurtar li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-programm operattiv.

It-tagħrif dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ għandu jiġi inkluż f’kull rapport annwali, kif imsemmi fl-Artikolu 96(1), li l-organizzazzjoni tal-produtturi hija mitluba tibgħat lill-awtorità nazzjonali li jkollha f’idejha l-ġestjoni tal-istrateġija nazzjonali.

3.   L-evalwazzjoni għandha ssir fil-forma ta’ rapport separat ta’ evalwazzjoni li jsir f’nofs it-terminu.

L-eżerċizzju tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, li jista’ jitwettaq bl-għajnuna ta’ uffiċċju speċjalizzat tal-konsulenza, għandu jkollu l-għan li jeżamina l-livell ta’ użu tar-riżorsi finanzjarji u l-effiċjenza u l-effettività tal-programm operattiv, kif ukoll li jivvaluta l-progress magħmul fir-rigward tal-għanijiet ġenerali tal-programm. Għal dan il-għan, għandhom jintużaw l-indikaturi komuni tal-prestazzjoni li jirrigwardaw ix-xenarju ta’ referenza, ir-riżultati u, fejn ikun xieraq, l-impatti.

Fejn ikun rilevanti, l-eżerċizzju tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandu jinkludi valutazzjoni kwalitattiva tar-riżultati u tal-impatt tal-azzjonijiet ambjentali bil-għan li:

(a)

jiġi evitat it-tgħawwir tal-ħamrija;

(b)

jitnaqqas l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u/jew tittejjeb il-ġestjoni tagħhom;

(c)

jitħarsu l-ambjenti naturali u l-bijodiversità; jew

(d)

jinżamm il-pajsaġġ.

Ir-riżultati tal-eżerċizzju għandhom jintużaw:

(a)

sabiex tittejjeb il-kwalità tal-programmi operattivi ġestiti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(b)

sabiex jiġi identifikat kwalunkwe bżonn ta’ bidla sostantiva fil-programm operattiv;

(c)

sabiex jikkontribwixxu biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ rrappurtar li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi; u

(d)

sabiex joħorġu lezzjonijiet utli dwar it-titjib tal-kwalità, tal-effiċjenza u tal-effettività tal-programmi operattivi ġestiti mill-organizzazzjoni tal-produtturi fil-ġejjieni.

L-eżerċizzju tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandu jitwettaq matul l-implimentazzjoni tal-programm operattiv, f’waqt li jippermetti li r-riżultati tal-evalwazzjoni jitqiesu fit-tħejjija tal-programm operattiv ta’ wara.

Ir-rapport tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandu jinhemeż mar-rapport annwali korrispondenti msemmi fl-Artikolu 96(1).

Artikolu 127

Proċeduri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni marbutin mal-istrateġija nazzjonali

1.   Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għandhom jitwettqu billi jintużaw l-indikaturi rilevanti minn fost dawk komuni tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 125 u, fejn ikun xieraq, l-indikaturi addizzjonali speċifikati fl-istrateġija nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema sabiex jiġbru, jirreġistraw u jżommu t-tagħrif, f’forma kkompjuterizzata, adegwata għall-għan tal-kumpilazzjoni tal-indikaturi msemmija fl-Artikolu 125. Għal dan il-għan, għandhom jibnu fuq it-tagħrif mibgħut mill-organizzazzjoni tal-produtturi b’rabta mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi operattivi tagħhom.

3.   Il-monitoraġġ għandu jkun kontinwu u għandu jkun immirat lejn il-valutazzjoni tal-progress magħmul sabiex jinkisbu l-għanijiet u l-miri stabbiliti għall-programmi operattivi. Għandu jitwettaq permezz ta’ indikaturi finanzjarji, indikaturi tal-produzzjoni u indikaturi tar-riżultati. Għal dan il-għan, għandu jintuża t-tagħrif mogħti fir-rapporti annwali tal-progress mibgħuta mill-organizzazzjoni tal-produtturi b’rabta mal-monitoraġġ tal-programmi operattivi tagħhom. Ir-riżultati tal-eżerċizzji tal-monitoraġġ għandhom jintużaw:

(a)

sabiex tiġi vverifikata l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi;

(b)

sabiex jiġi identifikat kwalunkwe bżonn ta’ aġġustamenti jew ta’ reviżjoni tal-istrateġija nazzjonali immirati lejn il-kisba tal-għanijiet stabbiliti għall-istrateġija jew sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija, inkluża l-ġestjoni finanzjarja tal-programmi operattivi; u

(c)

sabiex jikkontribwixxu biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ rrappurtar li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali.

4.   L-evalwazzjoni għandu jkollha l-għan li tivvaluta l-progress magħmul fir-rigward tal-għanijiet ġenerali tal-istrateġija. Għandha titwettaq permezz ta’ indikaturi li jirrigwardaw ix-xenarju ta’ referenza, ir-riżultati u, fejn ikun xieraq, l-impatti. Għal dan il-għan, għandhom jintużaw ir-riżultati tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programmi operattivi kif indikati fir-rapporti annwali tal-progress u fir-rapporti finali mibgħuta mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Ir-riżultati tal-eżerċizzji tal-evalwazzjoni għandhom jintużaw:

(a)

sabiex tittejjeb il-kwalità tal-istrateġija;

(b)

sabiex jiġi identifikat kwalunkwe bżonn ta’ bidla sostantiva fl-istrateġija; u

(c)

sabiex jikkontribwixxu biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ rrappurtar li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali.

L-evalwazzjoni għandha tinkludi eżerċizzju tal-evalwazzjoni mwettaq fl-2012, iżda f’waqt li jippermetti li r-riżultati tiegħu jiġu inklużi f’rapport separat tal-evalwazzjoni li għandu jinhemeż, fl-istess sena, mar-rapport annwali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 97(b). Ir-rapport għandu jeżamina l-livell ta’ użu tar-riżorsi finanzjarji, l-effiċjenza u l-effettività tal-programmi operattivi implimentati u għandu jivvaluta l-effetti u l-impatt ta’ dawk il-programmi, b’rabta mal-għanijiet, il-miri u l-iskopijiet stabbiliti fl-istrateġija u, fejn ikun xieraq, mal-għanijiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 103c(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għandu jkollu l-għan li minnu joħorġu lezzjonijiet utli dwar it-titjib tal-kwalità tal-istrateġiji nazzjonali fil-ġejjieni u, b’mod partikulari, li jidentifika nuqqasijiet li jista’ jkun hemm fid-definizzjoni tal-għanijiet, tal-miri jew tal-miżuri li huma eliġibbli għall-appoġġ jew il-bżonn li jiġu ddefiniti strumenti ġodda.

KAPITOLU VI

Estensjoni tar-regoli għall-produtturi ta’ żona ekonomika

Artikolu 128

Notifika tal-lista taż-żoni ekonomiċi

In-notifika tal-lista taż-żoni ekonomiċi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 125f(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tinkludi t-tagħrif kollu meħtieġ biex jiġi vvalutat jekk tħarsux il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125f(2) ta’ dak ir-Regolament jew le.

Artikolu 129

Notifika tar-regoli li jorbtu; il-livell ta’ rappreżentanza

1.   Meta Stat Membru jgħarraf lill-Kummissjoni bir-regoli li jkun għamel bħala regoli li jorbtu għal prodott partikulari u għal żona ekonomika partikulari skont l-Artikolu 125 g tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, huwa għandu jgħarrafha fl-istess ħin:

(a)

bl-organizzazzjoni tal-produtturi jew bl-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li tkun talbet l-estensjoni tar-regoli;

(b)

bl-għadd ta’ produtturi li huma msieħba f’dik l-organizzazzjoni tal-produtturi jew f’dik l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u bl-għadd totali tal-produtturi fiż-żona ekonomika kkonċernata; dan it-tagħrif għandu jingħata għas-sitwazzjoni li jkun hemm fiż-żmien meta ssir l-applikazzjoni għall-estensjoni;

(c)

bil-produzzjoni totali taż-żona ekonomika u bil-produzzjoni kkummerċjalizzata mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi matul l-aħħar sena tas-suq li għaliha hemm ċifri disponibbli;

(d)

bid-data minn meta r-regoli li għandhom jiġu estiżi bdew japplikaw għall-organizzazzjoni tal-produtturi jew għall-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernata; u

(e)

bid-data minn meta l-estensjoni għandha tidħol fis-seħħ u bit-tul ta’ żmien li għalih se tapplika l-estensjoni.

2.   Sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ rappreżentanza skont it-tifsira tal-Artikolu 125f(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jeskludu:

(a)

l-produtturi li l-produzzjoni tagħhom tkun maħsuba essenzjalment għall-bejgħ dirett lill-konsumaturi fl-azjenda jew fiż-żona tal-produzzjoni;

(b)

l-bejgħ dirett kif imsemmi fil-punt (a);

(c)

l-prodotti mwasslin għall-ipproċessar kif imsemmi fl-Artikolu 125f(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ħlief għall-każijiet fejn ir-regoli kkonċernati japplikaw totalment jew parzjalment għal dawn il-prodotti.

Artikolu 130

Kontributi finanzjarji

Meta Stat Membru jiddeċiedi, skont l-Artikolu 125i tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li l-produtturi li mhumiex imsieħba fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jagħtu kontribut finanzjarju, huwa għandu jibgħat lill-Kummissjoni t-tagħrif meħtieġ sabiex tiġi vvalutata l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.

Dak it-tagħrif għandu jinkludi, b’mod partikulari, il-bażi li fuqha qed jiġi kkalkulat il-kontribut u l-ammont għal kull unità tiegħu, il-benefiċjarju jew il-benefiċjarji u t-tipi differenti ta’ spejjeż imsemmija fl-Artikolu 125i tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 131

Estensjonijiet li jdumu iktar minn sena waħda tas-suq

F’każijiet fejn ikun deċiż li tiġi applikata estensjoni għal perjodu li jdum iktar minn sena waħda tas-suq, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, għal kull sena tas-suq, li jkomplu jitħarsu l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-livell ta’ rappreżentanza stabbiliti fl-Artikolu 125f(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-estensjoni.

Jekk l-Istati Membri jsibu li m’għadhomx qed jitħarsu l-kundizzjonijiet, huma għandhom iħassru l-estensjoni minnufih b’effett mill-bidu tas-sena tas-suq ta’ wara.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe revoka, u din għandha tqiegħed dan it-tagħrif għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bil-mezzi li tqis li huma xierqa.

Artikolu 132

Prodotti mibjugħin fuq is-siġra; ix-xerrejja

1.   F’każijiet fejn produtturi li mhumiex imsieħba f’organizzazzjoni tal-produtturi jbiegħu l-prodott tagħhom fuq is-siġra, ix-xerrej għandu, għall-għanijiet tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punti 1(e), 1(f) u 3 tal-Anness XVIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jitqies bħala l-persuna li pproduċa dak il-prodott.

2.   L-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li r-regoli mniżżlin fl-Anness XVIa għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, jistgħu jsiru regoli li jorbtu lix-xerrejja meta dawn tal-aħħar ikunu responsabbli għall-ġestjoni tal-produzzjoni kkonċernata.

TITOLU IV

KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI TERZI

KAPITOLU I

Dazji tal-importazzjoni u s-sistema tal-prezz tad-dħul

Taqsima 1

Sistema tal-prezz tad-dħul

Artikolu 133

Ambitu u definizzjonijiet

1.   Din it-Taqsima tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 140a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima:

(a)

“lott” tfisser l-oġġetti ppreżentati skont dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera li tkopri biss oġġetti tal-istess oriġini li jaqgħu f’kodiċi waħda tan-Nomenklatura Magħquda; u

(b)

“importatur” tfisser id-dikjarant skont it-tifsira tal-Artikolu 4(18) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (17).

Artikolu 134

Notifika tal-prezzijiet u tal-kwantitajiet tal-prodotti impurtati

1.   Għal kull prodott u għall-perjodi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness XVI, għal kull ġurnata tas-suq u għal kull oriġini, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sa nofsinhar (12:00 ħin ta’ Brussell) tal-ġurnata tax-xogħol ta’ wara:

(a)

bil-prezzijiet rappreżentattivi medji tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi u mibjugħa fis-swieq rappreżentattivi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 135, u bil-prezzijiet sinifikanti rreġistrati fi swieq oħrajn għal kwantitajiet kbar ta’ prodotti importati, jew, fejn ma jkun hemm ebda prezzijiet għas-swieq rappreżentattivi disponibbli, bil-prezzijiet sinifikanti għall-prodotti importati rreġistrati fi swieq oħrajn; u

(b)

bil-kwantitajiet totali marbutin mal-prezzijiet imsemmija fil-punt (a).

F’każijiet fejn il-kwantitajiet totali msemmija fil-punt (b) jkunu ta’ inqas minn tunnellata, il-prezzijiet korrispondenti m’għandhomx ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni.

2.   Il-prezzijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jiġu rreġistrati:

(a)

għal kull prodott elenkat fil-Parti A tal-Anness XVI;

(b)

għal kull varjetà u daqs disponibbli; u

(c)

fl-istadju tal-importatur/tal-bejjiegħ bl-ingrossa jew fl-istadju tal-bejjiegħ bl-ingrossa/tal-bejjiegħ bl-imnut meta ma jkunu disponibbli ebda prezzijiet fl-istadju tal-importatur/tal-bejjiegħ bl-ingrossa.

Huma għandhom jitnaqqsu bl-ammonti li ġejjin:

(a)

b’marġni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ 15 % għaċ-ċentri tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ Londra, Milan u Rungis u ta’ 8 % għaċ-ċentri tal-kummerċjalizzazzjoni l-oħrajn; u

(b)

bl-ispejjeż tat-trasport u tal-assigurazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Għall-ispejjeż tat-trasport u tal-assigurazzjoni li għandhom jitnaqqsu skont it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammonti tat-tnaqqis li jkunu standard. Dawn l-ammonti standard u l-metodi sabiex ikunu kkalkulati għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

3.   Meta jkunu stabbiliti fl-istadju tal-bejjiegħ bl-ingrossa/tal-bejjiegħ bl-imnut, il-prezzijiet irreġistrati skont il-paragrafu 2 għandhom l-ewwel jitnaqqsu b’ammont ta’ 9 % sabiex jitqies il-marġni tal-kummerċ tal-bejjiegħ bl-ingrossa, u mbagħad b’ammont ta’ EUR 0.7245 għal kull 100 kilogramma sabiex jitqiesu l-ispejjeż tal-immaniġġar u t-taxxi u l-ħlasijiet tas-suq.

4.   Għall-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness XVI li huma koperti minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu li huma rappreżentattivi:

(a)

il-prezzijiet tal-prodotti tal-Klassi I, dejjem jekk il-kwantitajiet f’dik il-klassi jkunu jirrappreżentaw tal-inqas 50 % tal-kwantitajiet totali kkummerċjalizzati;

(b)

il-prezzijiet tal-prodotti tal-Klassi I kif ukoll, meta l-prodotti f’dik il-klassi jkunu jirrappreżentaw inqas minn 50 % tal-kwantitajiet totali, il-prezzijiet kif stabbiliti tal-prodotti tal-Klassi II għal kwantitajiet li jippermettu li jkunu koperti 50 % tal-kwantitajiet totali kkummerċjalizzati;

(c)

il-prezzijiet kif stabbiliti tal-prodotti tal-Klassi II, meta ma jkunux disponibbli prodotti tal-Klassi I, sakemm ma jkunx deċiż li wieħed japplikalhom koeffiċjent tal-aġgustament jekk, minħabba l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-prodotti tal-oriġini kkonċernati, dawk il-prodotti ma jkunux normalment u tradizzjonalment ikkummerċjalizzati fil-Klassi I minħabba l-karatteristiċi tal-kwalità tagħhom.

Il-koeffiċjent tal-aġġustament imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi applikat fuq il-prezzijiet wara li jitnaqqsu l-ammonti msemmija fil-paragrafu 2.

Għall-prodotti mniżżlin fil-Parti A tal-Anness XVI li m’humiex koperti minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni, il-prezzijiet tal-prodotti li huma konformi mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jitqiesu li huma rappreżentattivi.

Artikolu 135

Swieq rappreżentattivi

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-ġranet tas-suq tas-soltu tas-swieq elenkati fl-Anness XVII li għandhom jitqiesu bħala s-swieq rappreżentattivi.

Artikolu 136

Valuri standard tal-importazzjoni

1.   Għal kull prodott u għall-perjodi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness XVI, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, għal kull ġurnata tax-xogħol u għal kull oriġini, valur standard tal-importazzjoni li jkun daqs il-medja ppeżata tal-prezzijiet rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 134, mingħajr ammont standard ta’ EUR 5 għal kull 100 kilogramm u d-dazji doganali ad valorem.

2.   Meta jkun stabbilit valur standard tal-importazzjoni għall-prodotti u għall-perjodi ta’ applikazzjoni elenkati fil-Parti A tal-Anness XVI skont din it-Taqsima, m’għandux japplika l-prezz tal-unità kif imsemmi fl-Artikolu 152(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (18). F’dan il-każ dan għandu jinbidel bil-valur standard tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Meta ma jkun fis-seħħ ebda valur standard tal-importazzjoni għal prodott ta’ oriġini partikulari, għandha tapplika l-medja tal-valuri standard tal-importazzjoni li jkunu fis-seħħ għal dak il-prodott.

4.   Matul il-perjodi ta’ applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness XVI, il-valuri standard tal-importazzjoni għandhom jibqgħu japplikaw sa ma jinbidlu. Madankollu, huma m’għandhomx jibqgħu japplikaw meta ma jkun ġie nnotifikat ebda prezz rappreżentattiv medju lill-Kummissjoni għal sebat ijiem tas-suq konsekuttivi.

F’każijiet fejn, skont l-ewwel subparagrafu, ma japplika ebda valur standard tal-importazzjoni għal prodott partikulari, il-valur standard tal-importazzjoni applikabbli għal dak il-prodott għandu jkun daqs l-aħħar valur standard medju tal-importazzjoni.

5.   B’deroga mill-paragrafu 1, f’każijiet fejn ma kienx possibbli li jiġi kkalkulat valur standard tal-importazzjoni, m’għandu japplika ebda valur standard tal-importazzjoni mill-ewwel ġurnata tal-perjodi ta’ applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness XVI.

6.   Il-prezzijiet rappreżentattivi f’ewro għandhom jinbidlu billi tintuża r-rata rappreżentattiva tas-suq ikkalkulata għall-ġurnata kkonċernata.

7.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-valuri standard tal-importazzjoni, mogħtija f’ewro, għad-dispożizzjoni tal-pubbliku bil-metodi li tqis li huma xierqa.

Artikolu 137

Bażi tal-prezz tad-dħul

1.   Il-prezz tad-dħul li fuq il-bażi tiegħu l-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness XVI huma kklassifikati fit-Tariffa Doganali Komuni għandu jkun daqs, skont kif jagħżel l-importatur:

(a)

il-prezz fob tal-prodotti (il-prezz tal-unità flimkien mal-ispejjeż tat-twassil sal-post tat-tagħbija u l-ispejjeż tal-approvazzjoni tad-dwana għall-esportazzjoni) fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom, flimkien mal-ispejjeż tal-assigurazzjoni u tat-trasport sal-fruntieri tat-territorju doganali tal-Unjoni, meta dak il-prezz u dawk l-ispejjeż ikunu magħrufa meta ssir id-dikjarazzjoni tar-rilaxx tal-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera. Meta dawk il-prezzijiet ikunu ogħla, b’iktar minn 8 %, mill-valur standard li japplika għall-prodott ikkonċernat meta ssir id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-importatur irid jagħmel il-garanzija msemmija fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Għal dan il-għan, l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni li l-prodotti jistgħu finalment ikunu suġġetti għalih għandu jkun l-ammont ta’ dazju li l-importatur kien iħallas kieku l-prodott ikkonċernat kien ikklassifikat fuq il-bażi tal-valur standard ikkonċernat; jew

(b)

il-valur doganali kkalkulat skont l-Artikolu 30(2)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 applikat biss għall-prodotti importati kkonċernati. F’dak il-każ, id-dazju għandu jitnaqqas kif previst fl-Artikolu 136(1) ta’ dan ir-Regolament. F’dak il-każ l-importatur għandu jagħmel il-garanzija msemmija fl-Artikolu 248(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, li tkun daqs l-ammont ta’ dazju li kien iħallas kieku l-prodotti kienu kklassifikati fuq il-bażi tal-valur standard tal-importazzjoni applikabbli għal-lott ikkonċernat; jew

(c)

il-valur standard tal-importazzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 136 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-prezz tad-dħul li fuq il-bażi tiegħu l-prodotti elenkati fil-Parti B tal-Anness XVI huma kklassifikati fit-Tariffa Doganali Komuni għandu jkun daqs, skont kif jagħżel l-importatur:

(a)

il-prezz fob tal-prodotti fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom, flimkien mal-ispejjeż tal-assigurazzjoni u tat-trasport sal-fruntieri tat-territorju doganali tal-Unjoni, meta dak il-prezz u dawk l-ispejjeż ikunu magħrufa meta ssir id-dikjarazzjoni doganali. Jekk l-awtoritajiet doganali jqisu li hija meħtieġa garanzija skont l-Artikolu 248 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-importatur irid jagħmel garanzija li tkun daqs l-ammont massimu ta’ dazju li japplika għall-prodott ikkonċernat; jew

(b)

il-valur doganali kkalkulat skont l-Artikolu 30(2)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 applikat biss għall-prodotti importati kkonċernati. F’dak il-każ, id-dazju għandu jitnaqqas kif previst fl-Artikolu 136(1) ta’ dan ir-Regolament. F’dak il-każ l-importatur irid jagħmel il-garanzija msemmija fl-Artikolu 248 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, li tkun daqs l-ammont massimu ta’ dazju li japplika għall-prodott ikkonċernat.

3.   Meta l-prezz tad-dħul jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-prezz fob tal-prodotti fil-pajjiż tal-oriġini, il-valur doganali għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-bejgħ rilevanti b’dak il-prezz.

Meta l-prezz tad-dħul jiġi kkalkulat skont waħda mill-proċeduri li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 1(b) jew (c) jew fil-paragrafu 2(b), il-valur doganali għandu jiġi kkalkulat fuq l-istess bażi bħall-prezz tad-dħul.

4.   L-importatur għandu jkollu xahar mill-bejgħ tal-prodotti kkonċernati, suġġett għal limitu ta’ erba’ xhur mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, sabiex jagħti prova li ħeles mil-lott bil-kundizzjonijiet li jikkonfermaw il-korrettezza tal-prezzijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) jew fil-paragrafu 2(a), jew sabiex jikkalkula l-valur doganali msemmi fil-paragrafu 1(b) u fil-paragrafu 2(b). Jekk ma titħarisx waħda minn dawn id-dati ta’ skadenza, il-garanzija mogħtija tintilef, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-paragrafu 5.

Il-garanzija mogħtija għandha tiġi rrilaxxata jekk l-awtoritajiet doganali jingħataw prova tal-kundizzjonijiet tat-tneħħija li tkun tissodisfahom.

Jekk dan ma jseħħx, il-garanzija għandha tintilef u għandha tittieħed bħala l-ħlas tad-dazji tal-importazzjoni.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jistgħu jestendu l-limitu taż-żmien ta’ erba’ xhur imsemmi fil-paragrafu 4 b’massimu ta’ tliet xhur fuq talba tal-importatur, li trid tkun iġġustifikata kif xieraq.

6.   Jekk, wara li ssir verifika, l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li ma ntlaħqux ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jirkupraw id-dazju dovut lilhom skont l-Artikolu 220 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. L-ammont tad-dazju li għandu jiġi rkuprat, jew li għad irid jiġi rkuprat, għandu jinkludi l-imgħax mid-data li fiha l-oġġetti kienu rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera sad-data tal-irkupru. Ir-rata tal-imgħax applikata għandha tkun dik li tkun fis-seħħ għall-ħidmiet ta’ rkupru skont il-liġi nazzjonali.

Taqsima 2

Dazji addizzjonali tal-importazzjoni

Artikolu 138

Ambitu u definizzjonijiet

1.   Jista’ jiġi applikat dazju addizzjonali tal-importazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 141(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “dazju addizzjonali” għall-prodotti u matul il-perjodi elenkati fl-Anness XVIII bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

2.   Il-livelli ta’ skattar għad-dazji addizzjonali huma elenkati fl-Anness XVIII.

Artikolu 139

Notifika tal-volumi

1.   Għal kull prodott elenkat fl-Anness XVIII u matul il-perjodi indikati, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-volumi mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera billi jużaw il-metodu għas-sorveljanza tal-importazzjonijiet preferenzjali stabbilit fl-Artikolu 308d tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

It-tali notifika għandha sseħħ sa mhux aktar tard minn nofsinhar (12:00), ħin ta’ Brussell, ta’ kull nhar t’Erbgħa, għall-volumi mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera matul il-ġimgħa ta’ qabel.

2.   Id-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti koperti minn din it-Taqsima li l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw, fuq talba tal-importatur, mingħajr ma jkunu jinkludu ċerti dettalji msemmija fl-Anness 37 għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, għandhom jinkludu, minbarra d-dettalji msemmija fl-Artikolu 254 ta’ dak ir-Regolament, indikazzjoni tal-piż nett tal-prodotti kkonċernati (f’kilogrammi).

Meta tintuża l-proċedura tad-dikjarazzjoni ssimplifikata msemmija fl-Artikolu 260 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 biex il-prodotti koperti minn din it-Taqsima jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni libera, id-dikjarazzjonijiet issimplifikati għandhom jinkludu, minbarra rekwiżiti oħra, indikazzjoni tal-piż nett tal-prodotti kkonċernati (f’kilogrammi).

Meta tintuża l-proċedura lokali ta’ approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 263 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 biex il-prodotti koperti minn din it-Taqsima jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni libera, in-notifika lill-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 266(1) ta’ dak ir-Regolament għandha tinkludi d-dejta kollha meħtieġa sabiex l-oġġetti jiġu identifikati, kif ukoll indikazzjoni tal-piż nett tal-prodotti kkonċernati (f’kilogrammi).

L-Artikolu 266(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 m’għandux japplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti koperti minn din it-Taqsima.

Artikolu 140

Tqegħid ta’ dazju addizzjonali

1.   Jekk jinstab li, għal wieħed mill-prodotti u wieħed mill-perjodi elenkati fl-Anness XVIII, il-kwanitità mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera taqbeż il-volum tal-iskattar korrispondenti, il-Kummissjoni għandha timponi dazju addizzjonali sakemm l-importazzjonijiet x’aktarx li ma jkunux se jfixklu s-suq tal-Unjoni, jew sakemm l-effetti ma jkunux se jkunu mhux proporzjonati mal-għan maħsub.

2.   Id-dazju addizzjonali għandu jiġi impost fuq il-kwantitajiet impoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dak id-dazju, dejjem jekk:

(a)

il-klassifika tat-tariffa tagħhom stabbilita skont l-Artikolu 137 tkun tinvolvi applikazzjoni tal-ogħla dazji speċifiċi applikabbli għall-importazzjonijiet tal-oriġini kkonċernata;

(b)

l-importazzjoni ssir matul il-perjodu tal-applikazzjoni tad-dazju addizzjonali.

Artikolu 141

Ammont tad-dazju addizzjonali

Id-dazju addizzjonali impost skont l-Artikolu 140 għandu jkun terz tad-dazju doganali applikabbli għall-prodott partikulari skont it-Tariffa Doganali Komuni.

Madankollu, għall-importazzjonijiet li jibbenefikaw minn preferenza tat-tariffi għad-dazju ad valorem, id-dazju addizzjonali għandu jkun terz tad-dazju speċifiku fuq il-prodott, safejn japplika l-Artikolu 140(2).

Artikolu 142

Eżenzjonijiet mid-dazju addizzjonali

1.   L-oġġetti li ġejjin huma eżentati mid-dazju addizzjonali:

(a)

oġġetti importati fil-kuntest tal-kwoti tat-tariffi mniżżlin fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (19) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “in-Nomenklatura Magħquda)”;

(b)

oġġetti li jkunu fit-triq lejn l-Unjoni kif iddefiniti fil-paragrafu 2.

2.   L-oġġetti għandhom jitqiesu li jkunu fit-triq lejn l-Unjoni jekk:

(a)

ikunu telqu mill-pajjiż tal-oriġini qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li jiġi impost dazju addizzjonali; u

(b)

ikunu qed jinġarru skont dokument tat-trasport validu mill-post tat-tagħbija fil-pajjiż tal-oriġini għall-pajjiż tal-ħatt fl-Unjoni, magħmul qabel ma ġie impost id-dazju addizzjonali.

3.   Il-partijiet interessati għandhom jagħtu provi li jissodisfaw lill-awtoritajiet doganali li ntlaħqu r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.

Madankollu, l-awtoritajiet jistgħu jqisu li l-oġġetti telqu mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom qabel id-data ta’ impożizzjoni tad-dazju addizzjonali, jekk jingħata wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

(a)

għal trasport bil-baħar, il-polza ta’ kargu li turi li t-tagħbija seħħet qabel dik id-data;

(b)

għal trasport bil-ferrovija, il-polza tat-tagħbija aċċettata mill-awtoritajiet tal-ferrovija tal-pajjiż tal-oriġini qabel dik id-data;

(c)

għal trasport bit-triq, il-kuntratt tat-trasport bit-triq (CMR) jew dokument ta’ tranżitu ieħor magħmul fil-pajjiż tal-oriġini qabel dik id-data, jekk jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti f’arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi fil-kuntest tat-tranżitu tal-Unjoni jew tat-tranżitu komuni;

(d)

għal trasport bl-ajru, il-polza tat-tagħbija bl-ajru li turi li l-linja tal-ajru aċċettat l-oġġetti qabel dik id-data.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 143

Verifiki

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament jew ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jintroduċu verifiki u miżuri safejn dawn ikunu meħtieġa biex tkun żgurata l-applikazzjoni tajba tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex jagħtu protezzjoni adegwata lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

B’mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-kriterji kollha tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew f’dik nazzjonali jew stabbiliti fil-qafas nazzjonali jew fl-istrateġija nazzjonali jistgħu jiġu vverifikati;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li huma responsabbli għat-twettiq tal-verifiki jkollhom biżżejjed persunal bi kwalifiki u esperjenza xierqa biex iwettqu l-verifiki b’mod effettiv; u

(c)

jkun hemm dispożizzjoni dwar il-verifiki sabiex ikun evitat il-finanzjament doppju irregolari tal-miżuri skont dan ir-Regolament u skont skemi oħrajn nazzjonali jew tal-Unjoni.

Artikolu 144

Sanzjonijiet nazzjonali

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe sanzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament jew fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-livell nazzjonali marbutin ma’ irregolaritajiet imwettqin fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex jagħtu protezzjoni adegwata lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 145

Sitwazzjonijiet maħluqin b’mod artifiċjali

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżuri speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament jew fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, m’għandu jsir ebda ħlas lil benefiċjarji li għalihom ikun ġie stabbilit li ħolqu, artifiċjalment, il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu t-tali ħlasijiet bil-għan li jieħdu vantaġġ li jmur kontra l-għanijiet tal-iskema tal-appoġġ ikkonċernata.

Artikolu 146

Notifiki

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità jew entità kompetenti waħda li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tan-notifiki dwar kull wieħed mis-suġġetti li ġejjin:

(a)

l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi tal-produtturi, kif previst fl-Artikolu 97 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-prezzijiet tal-produtturi għall-frott u l-ħaxix fis-suq intern, kif previst fl-Artikolu 98 ta’ dan ir-Regolament;

(c)

il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi u mibjugħa fis-swieq rappreżentattivi tal-importazzjoni, kif previst fl-Artikolu 134 ta’ dan ir-Regolament;

(d)

il-volumi tal-importazzjoni mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera, kif previst fl-Artikolu 139 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-ħatra u bid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità jew tal-entità kkonċernata, u bi kwalunkwe bidla f’dawn id-dettalji.

Il-lista tal-awtoritajiet jew tal-entitajiet maħtura, li jkun fiha l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku b’kull mezz xieraq permezz tas-sistemi tat-tagħrif implimentati mill-Kummissjoni, fosthom il-pubblikazzjoni fuq l-internet.

3.   Mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika ta’ dan ir-Regolament, in-notifiki kollha li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament għandhom isiru b’mezzi elettroniċi permezz tas-sistema tat-tagħrif li l-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet jew tal-entitajiet kompetenti tal-Istati Membri u fil-format speċifikat mill-Kummissjoni.

In-notifiki li ma jsirux bil-mod u fil-format imsemmi fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu bħala notifiki li ma sarux, mingħajr ħsara għall-paragrafu 5.

4.   Mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li huma jkunu jistgħu jħarsu d-dati ta’ skadenza għan-notifiki stabbiliti f’dan ir-Regolament.

5.   Jekk Stat Membru jonqos milli jagħmel notifika kif mitlub skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew jekk jagħmel notifika li tidher li ma tkunx korretta fid-dawl tal-fatti oġġettivi li jkollha f’idejha l-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-ħlasijiet kollha li jsiru kull xahar imsemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (20) għas-setturi tal-frott u l-ħaxix, jew parti minnhom, sa ma n-notifika ssir kif suppost.

Artikolu 147

Żbalji evidenti

Kwalunkwe notifika, talba jew applikazzjoni magħmula lil Stat Membru skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, inkluża applikazzjoni għall-għajnuna, tista’ titranġa fi kwalunkwe żmien wara li titressaq f’każ li jkun hemm żbalji evidenti li jkunu rrikonoxxuti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Artikolu 148

Forza maġġuri u ċirkustanzi eċċezzjonali

F’każijiet fejn għandhom ikunu imposti sanzjonijiet jew penali jew fejn għandu jkun irtirat benefiċċju jew rikonoxximent skont dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, is-sanzjonijiet jew il-penali m’għandhomx ikunu imposti u l-irtirar m’għandux isir f’każijiet ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Madankollu, il-każ ta’ forza maġġuri għandu jkun innotifikat lill-awtorità fi żmien (10) għaxart ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-persuna kkonċernata tkun f’qagħda li tagħmel dan, flimkien ma’ provi rilevanti tal-każ li jissodisfaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Artikolu 149

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jitħassar.

Madankollu, l-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jibqa’ japplika sal-31 ta’ Awwissu 2011.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw, fejn ikun xieraq, skont it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness XIX.

Artikolu 150

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Il-programmi operattivi li jibbenefikaw mill-Artikolu 203a(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistgħu jkomplu għaddejjin sa ma jintemmu, dejjem jekk dawn ikunu konformi mar-regoli li kienu japplikaw qabel l-1 ta’ Jannar 2008.

2.   Għall-għanijiet tal-Artikolu 203a(6) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-regoli dwar il-karatteristiċi minimi tal-materja prima pprovduta għall-ipproċessar u r-rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-prodotti lesti li għandhom jibqgħu japplikaw għall-materja prima li jinħasdu fit-territorju tal-Istati Membri li jużaw l-arranġament tranżizzjonali msemmi f’dak il-paragrafu għandhom ikunu, minbarra kwalunkwe standards rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fit-Titolu II ta’ dan ir-Regolament, dawk inklużi fir-Regolamenti tal-Kummissjoni mniżżlin fl-Anness XX.

3.   Il-pjanijiet ta’ rikonoxximent aċċettati skont ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għadhom qed jibbenefikaw mill-aċċettazzjoni skont l-Artikolu 203a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-gruppi tal-produtturi li mhumiex fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, u li mhumiex fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat jew fil-Gżejjer minuri tal-Eġew kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (21) għandhom jiġu ffinanzjati bir-rati stabbiliti fl-Artikolu 103a(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Il-pjanijiet ta’ rikonoxximent aċċettati skont ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 li bbenefikaw mill-Artikolu 14(7) ta’ dak ir-Regolament u li għadhom qed jibbenefikaw mill-aċċettazzjoni skont l-Artikolu 203a(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jiġu ffinanzjati bir-rati stabbiliti fl-Artikolu 103a(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

4.   L-Istati Membri għandhom jemendaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2011, jekk ikun hemm bżonn, sabiex:

(a)

jiġġustifikaw kif xieraq id-distanza li se titqies bħala waħda sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 50(7)(b);

(b)

jistabbilixxu l-perċentwal massimu tal-infiq annwali li jsir fil-kuntest ta’ programm operattiv li għandu jintuża għal azzjonijiet marbutin mal-ġestjoni ambjentali tal-imballaġġ kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(4).

5.   Il-programmi operattivi li kienu approvati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu għaddejjin sa ma jintemmu mingħajr ma jissodisfaw il-perċentwal massimu li dwaru hemm dispożizzjoni fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(4).

Artikolu 151

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1.

(4)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29.

(5)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 46.

(6)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.

(7)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

(8)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 33.

(9)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(10)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15.

(11)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

(12)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.

(13)  ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3.

(14)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(15)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(16)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56.

(17)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(18)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(19)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(20)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(21)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.


ANNESS I

STANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

PARTI A

Standard Ġenerali tal-Kummerċjalizzazzjoni

1.   Rekwiżiti minimi ta’ kwalità

Suġġett għat-tolleranza permessa, il-prodotti għandhom ikunu:

intatti,

f’kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa mid-dud,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata minn dud li taffettwa l-laħam,

ħielsa minn indewwa esterna li mhix normali,

ħielsa minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

Il-kundizzjoni tal-prodotti trid tkun tali li tippermettilhom:

jifilħu għat-trasport u l-immaniġġar,

li jaslu fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

2.   Rekwiżiti minimi tal-maturità

Il-prodotti jridu ikunu żviluppati biżżejjed imma mhux iżżejjed, u l-frott irid ikun jidher li sar b’mod sodisfaċenti u m’għandux ikun misjur iżżejjed.

L-iżvilupp u l-istat ta’ maturità tal-prodotti jridu jkunu tali li jippermettulhom ikomplu jsiru u jilħqu livell sodisfaċenti ta’ sajran.

3.   Tolleranza

Għandha tkun awtorizzata tolleranza ta’ 10 % skont in-numru jew il-piż ta’ prodott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi għall kull lott. Fil-limiti ta’ din it-tolleranza, sa 2 % tat-total biss jista’ jkun jikkonsisti fi prodotti mħassrin.

4.   Immarkar tal-oriġini tal-prodott

L-isem sħiħ tal-pajjiż tal-oriġini. (1) Għall-prodotti ġejjin minn Stat Membru, dan għandu jkun fil-lingwa tal-pajjiż tal-oriġini, jew fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju. Għal prodotti oħrajn, dan għandu jkun fi kwalunkwe lingwa li tiftiehem mill-konsumaturi tal-pajjiż destinatarju.

PARTI B

Standards Speċifiċi tal-Kummerċjalizzazzjoni

PARTI 1:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAT-TUFFIEĦ

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għat-tuffieħ ta’ varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) li jkunu tkabbru mill-Malus domestica Borkh., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li tuffieħ għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tuffieħ, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali għall kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tuffieħ irid jkun:

intatt,

f’kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħieles mid-dud,

ħieles minn ħsara kkawżata mid-dud li taffettwa l-laħam,

ħieles minn taħsir fuq ġewwa tat-tuffieħ li jikkonsisti f’soluzzjoni ta’ ilma u zokkor (watercore) ħlief għall-varjetajiet Fuji u l-mutanti tagħhom

ħieles minn indewwa esterna li mhix normali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tuffieħ jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

li jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

It-tuffieħ irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti.

L-iżvilupp u l-istat ta’ maturità tat-tuffieħ iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u jilħaq livell sodisfaċenti ta’ sajran b’rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.

Sabiex jiġu vverifikati r-rekwiżiti minimi ta’ maturità, jistgħu jitqiesu għadd ta’ parametri (pereżempju: l-aspett morfoloġiku, it-togħma, kemm hu sod il-prodott u l-indiċi refrattometriku tiegħu)

C.   Klassifika

It-tuffieħ huwa kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt.

(i)   Klassi “Extra”

It-tuffieħ f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà (2) u z-zokk irid ikun intatt.

It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:

3/4 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A,

1/2 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B,

1/3 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C.

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difetti żgħar ħafna fil-qoxra,

b’qoxra li hija kemxejn ħoxna u ħamra samranija (3) bħal pereżempju:

partijiet li huma kannella li jistgħu ma jkunux ’il barra mill-ħofra taz-zokk u li jistgħu ma jkunux raffi u/jew

traċċi ħfief u iżolati ta’ qoxra ħoxna u ħamra samranija (russeting).

(ii)   Klassi I

It-tuffieħ f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà (4).

It-tuffieħ irid juri l-karatteristiċi tal-kulur tal-wiċċ minimi għall-varjetà:

1/2 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar fil-każ tal-kulur tal-grupp A,

1/3 tat-total tal-wiċċ ta’ kulur aħmar imħallat fil-każ tal-kulur tal-grupp B,

1/10 tat-total tal-wiċċ ta kulur ftit aħmar, ħamrani jew irrigat, fil-każ tal-kulur tal-grupp C.

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difett żgħir fil-kulur,

dbabar ħfief li mhumiex ikbar minn 1 ċm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ u li ma jkunux tilfu l-kulur.

difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:

2 ċm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

1 ċm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b’mod kumulattiv, minn 0.25 ċm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

b’qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija (5) bħal pereżempju:

partijiet li huma kannella li jistgħu jkunu kemxejn ’il barra mill-ħofra taz-zokk jew tal-pistill u li jistgħu ma jkunux raffi u/jew

qoxra ħoxna u ħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u li ma taqbiżx 1/5 tat-total tal-wiċċ tal-frotta u li ma tikkuntrastax ħafna mal-kulur ġenerali tal-frotta u/jew

qoxra bi grad dens ta’ ħxuna u ħmura samranija li ma taqbiżx 1/20 tat-total tal-wiċċ tal-frotta, filwaqt li l-partijiet fejn hemm qoxra ħoxna uħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u fejn ħemm qoxra bi grad dens ta’ ħxuna u ħmura samranija flimkien ma jistgħux jaqbżu massimu ta’ 1/5 tat-total tal-wiċċ tal-frotta.

Iz-zokk jista’ jkun nieqes, sakemm il-qatgħa tkun nadifa u l-qoxra ta’ maġenbha ma tkunx imħassra.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi tuffieħ li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam irid ikun ħieles minn difetti kbar.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm it-tuffieħ iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp,

difetti fil-kulur,

dbabar ħfief li ma jaqbżux il-1.5 ċm2 tal-erja tal-wiċċ li tista’ tkun tilfet kemxejn il-kulur,

difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:

4 ċm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

2.5 ċm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief għall-iskabbja (Venturia inaequalis), li ma tridx tkun aktar minn 1 ċm2, b’mod kumulattiv, tat-total tal-erja tal-wiċċ;

b’qoxra ftit ħoxna u ħamra samranija (6) bħal pereżempju:

partijiet li huma kannella li jistgħu jkunu ’il barra mill-ħofor taz-zokk jew tal-pistill u li jistgħu jkunu kemxejn raffi u/jew

qoxra ħoxna u ħamra samranija li tidher qisha xibka rqiqa u li ma taqbiżx 1/2 tat-total tal-wiċċ tal-frotta u li ma tikkuntrastax ħafna mal-kulur ġenerali tal-frotta u/jew

qoxra bi grad dens ta’ ħxuna ħmura samranija li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-wiċċ tal-frotta filwaqt

li l-partijiet fejn hemm qoxra ħoxna u ħamra samranija li qisha xibka rqiqa u fejn hemm il-qoxra bi grad dens ta’ ħxuna u ħmura samranija flimkien ma jistgħux jaqbżu massimu ta’ 1/2 tat-total tal-wiċċ tal-frotta.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew skont il-piż.

Id-daqs minimu għandu jkun ta’ 60 mm, jekk jiġi mkejjel skont id-dijametru jew 90 gm jekk jiġi mkejjel skont il-piż. Frott ta’ daqsijiet iżgħar jista’ jkun aċċettat, jekk il-livell Brix tal-prodott ikun ta’ 10.5° Brix jew akbar u d-daqs mhuwiex iżgħar minn 50 mm jew 70 g.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett m’għandhiex taqbeż:

(a)

għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

5 mm għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f’ringieli u f’saffi. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Bramley’s Seedling (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista’ tilħaq sa 10 mm, u

10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f’pakketti għall-bejgħ. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Bramley’s Seedling (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista’ tkun sa 20 mm, jew

(b)

għall-frott imkejjel skont il-piż:

Għat-tuffieħ tal-Klassi “Extra” u għat-tuffieħ tal-Klassijiet I u II ippakkjat f’ringieli u f’saffi

Firxa (gm)

Differenza fil-piż (gm)

70-90

15  gm

91-135

20  gm

136-200

30  gm

201-300

40  gm

> 300

50  gm

Għall-frott tal-Klassi I ippakkjat sfuż f’pakkett jew f’pakketti għall-bejgħ:

Firxa (gm)

Uniformità (gm)

70-135

35

136-300

70

> 300

100

M’hemmx rekwiżit dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f’pakketti għall-bejgħ.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tuffieħ li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tuffieħ li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, jistgħu jkunu mħassrin mhux iktar minn 2 % tat-total tal-prodotti.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż tal-frott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. Din it-tolleranza ma tistax tiġi estiża biex tinkludi prodotti ta’ daqs ta’:

5 mm jew iktar inqas mid-dijametru minimu,

10 gm jew iktar inqas mill-piż minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss tuffieħ tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs (jekk jiġi mkejjel) u l-istess grad ta’ sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.

Madankollu, taħlita ta’ tuffieħ ta’ varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakketti għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini.

Madankollu, il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

It-tuffieħ irid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq. B’mod partikolari, il-pakketti għall-bejgħ li jkollhom piż nett ta’ aktar minn 3 kg għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed biex il-prodott ikun protett sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett jridu jkunu nodfa u ta’ kwalità tali li tiġi evitata ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit.

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew minn jibgħathom, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Min jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li tirrappreżenta lil min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew il-bgħit. Il-bejjiegħ għandu jagħti t-tagħrif kollu li l-entità ta’ spezzjoni tqis bħala meħtieġ skont it-tifsira ta’ din il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

’Tuffieħ’ jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra

Isem il-varjetà. Fil-każ ta’ taħlita ta’ tuffieħ ta’ varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

L-isem tal-varjetà jista’ jinbidel b’sinonimu. L-isem tal-mutant jew l-isem kummerċjali jista’ jingħata biss bħala addizzjoni tal-varjetà tas-sinonimu.

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (7) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ tuffieħ ta’ varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi

Daqs jew l-għadd ta’ unitajiet għall-frott ippakkjat f’ringieli u saffi.

Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a)

għall-prodotti suġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu;

(b)

għall-prodotti mhux suġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala d-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi “u iktar” jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, segwiti bid-dijametru jew il-piż tal-akbar frotta fil-pakkett.

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti m’għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jkunu viżibbli b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ toħloq diżgwid. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq paliti, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż imqiegħed f’pożizzjoni ovvja fuq tal-inqas żewġ naħat tal-palit.

Appendiċi

Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet tat-tuffieħ

Frott ta’ varjetajiet li ma jiffurmawx parti mil-lista jridu jkunu kklassifikati skont il-karatteristiċi tal-varjetajiet tagħhom.

Varjetajiet

Mutant

Sinonimi

Grupp tal-kulur

Qoxra ħoxna u ħamra samranija

African Red

 

 

B

 

Akane

 

Tohoku 3

B

 

Alborz Seedling

 

 

C

 

Aldas

 

 

B

 

Alice

 

 

B

 

Alkmene

 

Early Windsor

C

 

Alro

 

 

B

 

Alwa

 

 

B

 

Amasya

 

 

B

 

Angold

 

 

C

 

Antej

 

Antei

B

 

Apollo

 

Beauty of Blackmoor

C

 

Arkcharm

 

Arkansas No 18, A 18

C

 

Arlet

 

 

B

R

Aroma

 

 

C

 

Mutanti tal-Aroma eż:

 

C

 

Amorosa

 

C

 

Auksis

 

 

B

 

Beacon

 

 

A

 

Belfort

 

Pella

B

 

Belle de Boskoop

 

 

 

R

Mutanti tal-Belle de Boskoop eż.

 

 

R

Boskoop rouge

Red Boskoop

Roter

Boskoop

 

R

Belle fleur double

 

 

 

 

Belorrusskoje

Maļinovoje

 

Belorusskoe Malinovoe, Byelorusskoe Malinovoe

B

 

Berlepsch

 

Freiherr von Berlepsch

C

 

Mutanti tal-Berlepsch eż.

 

C

 

Berlepsch rouge

Red Berlepsch, Roter Berlepsch

C

 

Blushed Golden

 

 

 

 

Bogatir

 

Bogatyr

 

 

Bohemia

 

 

B

 

Braeburn

 

 

B

 

Mutanti tal-Braeburn eż.

 

B

 

Hidala

 

B

 

Joburn

 

B

 

Lochbuie Red Braeburn

 

B

 

Mahana Red

 

B

 

Mariri Red

 

B

 

Redfield

 

B

 

Royal Braeburn

 

B

 

Bramley's Seedling

 

Bramley, Triomphe de Kiel

 

 

Brettacher Sämling

 

 

 

 

Calville Groupe des

 

 

 

 

Cardinal

 

 

B

 

Carola

 

Kalco

C

 

Caudle

 

 

B

 

Charden

 

 

 

 

Charles Ross

 

 

 

 

Civni

 

 

B

 

Coromandel Red

 

Corodel

A

 

Cortland

 

 

B

 

Cox's Orange Pippin

 

Cox Orange

C

R

Mutanti tal-Cox's Orange Pippin eż.

 

C

R

Cherry Cox

 

C

R

Crimson Bramley

 

 

 

 

Cripps Pink

 

 

C

 

Mutanti tal-Cripps Pink eż:.

 

C

 

Pink Rose

 

C

 

Rosy Glow

 

C

 

Ruby Pink

 

C

 

Cripps Red

 

 

C* (8)

 

Dalinbel

 

 

B

R

Delblush

 

 

 

 

Delcorf

 

 

C

 

Mutanti tal-Delcorf eż.

 

C

 

Dalili

 

C

 

Monidel

 

C

 

Delgollune

 

 

B

 

Delicious ordinaire

 

Ordinary Delicious

B

 

Deljeni

 

 

 

 

Delikates

 

 

B

 

Delor

 

 

C

 

Discovery

 

 

C

 

Doč Melbi

 

Doch Melbi

C

 

Dunn's Seedling

 

 

 

R

Dykmanns Zoet

 

 

C

 

Egremont Russet

 

 

 

R

Elan

 

 

 

 

Elise

 

Red Delight

A

 

Ellison's orange

 

Ellison

C

 

Elstar

 

 

C

 

Mutanti tal-Elstar eż.

 

 

 

Bel-El

 

C

 

Daliest

 

C

 

Daliter

 

C

 

Elshof

 

C

 

Elstar Armhold

 

C

 

Elstar Reinhardt

 

C

 

Goedhof

 

C

 

Red Elstar

 

C

 

Valstar

 

C

 

Empire

 

 

A

 

Falstaff

 

 

C

 

Fiesta

 

Red Pippin

C

 

Florina

 

 

B

 

Forele

 

 

B

 

Fortune

 

 

 

R

Fuji

 

 

B

 

Mutanti tal-Fuji eż.

 

B

 

Kiku

 

B

 

Gala

 

 

C

 

Mutanti tal-Gala eż.

 

C

 

Annaglo

 

C

 

Baigent

 

C

 

Galaxy

 

C

 

Mitchgala

 

C

 

Obrogala

 

C

 

Regala

 

C

 

Regal Prince

 

C

 

Tenroy

 

C

 

Garcia

 

 

 

 

Ginger Gold

 

 

 

 

Gloster

 

 

B

 

Goldbohemia

 

 

 

 

Golden Delicious

 

 

 

 

Mutanti tal-Golden Delicious eż.

 

 

 

Golden Russet

 

 

 

R

Golden Supreme

 

Gradigold, Golden Extreme

 

 

Goldrush

 

Coop 38

 

 

Goldstar

 

 

 

 

Granny Smith

 

 

 

 

Gravensteiner

 

Gravenstein

 

 

Mutanti tal-Gravensteiner eż.

 

 

 

Gravenstein rouge

Red Gravenstein, Roter Gravensteiner

 

 

Greensleeves

 

 

 

 

Holsteiner Cox

 

Holstein

 

R

Mutanti tal-Holsteiner Cox eż.

 

 

R

Holstein rouge

Red Holstein, Roter Holsteiner Cox

 

R

Honeycrisp

 

 

C

 

Honey gold

 

 

 

 

Horneburger

 

 

 

 

Howgate Wonder

 

Manga

 

 

Idared

 

 

B

 

Iedzēnu

 

 

B

 

Ilga

 

 

B

 

Ingrid Marie

 

 

B

R

Iron

 

 

C

 

Isbranica

 

 

C

 

Jacob Fisher

 

 

 

 

Jacques Lebel

 

 

 

 

Jamba

 

 

C

 

James Grieve

 

 

 

 

Mutanti ta’ James Grieve eż.

 

 

 

James Grieve rouge

Red James Grieve

 

 

Jarka

 

 

C

 

Jerseymac

 

 

B

 

Jester

 

 

 

 

Jonagold (9)

 

 

C

 

Mutanti tal-Jonagold eż.

 

C

 

Crowngold

 

C

 

Daligo

 

C

 

Daliguy

Jonasty

C

 

Dalijean

Jonamel

C

 

Decosta

 

C

 

Jomar

 

C

 

Jomured

Van de Poel

C

 

Jonabel

 

C

 

Jonabres

 

C

 

Jonagold Boerekamp

 

C

 

Jonagold 2000

Excel

C

 

Jonagored Supra

 

C

 

Jonaveld

 

C

 

King Jonagold

 

C

 

New Jonagold

Fukushima

C

 

Novajo

Veulemanns

C

 

Primo

 

C

 

Red Jonaprince

 

C

 

Romagold

Surkijn

C

 

Rubinstar

 

C

 

Schneica

Jonica

C

 

Wilmuta

 

C

 

Jonalord

 

 

C

 

Jonathan

 

 

B

 

Julia

 

 

B

 

Jupiter

 

 

 

 

Karmijn de Sonnaville

 

 

C

 

Katja

 

Katy

B

 

Kent

 

 

 

R

Kidd's orange red

 

 

C

R

Kim

 

 

B

 

Koit

 

 

C

 

Koričnoje

Novoje

 

Korichnoe Novoe, Korichnevoe Novoe

C

 

Kovaļenkovskoje

 

Kovalenkovskoe

B

 

Krameri Tuvioun

 

 

B

 

Kulikovskoje

 

 

B

 

Lady Williams

 

 

B

 

Lane's Prince Albert

 

 

 

 

Laxton's Superb

 

 

C

R

Ligol

 

 

B

 

Lobo

 

 

B

 

Lodel

 

 

A

 

Lord Lambourne

 

 

C

 

Maigold

 

 

B

 

McIntosh

 

 

B

 

Meelis

 

 

B

 

Melba

 

 

C

 

Melodie

 

 

B

 

Melrose

 

 

C

 

Meridian

 

 

C

 

Moonglo

 

 

C

 

Morgenduft

 

Imperatore

B

 

Mutsu

 

 

 

 

Noris

 

 

B

 

Normanda

 

 

C

 

Nueva Europa

 

 

C

 

Nueva Orleans

 

 

B

 

Odin

 

 

B

 

Ontario

 

 

B

 

Orlik

 

 

B

 

Orlovskoje Polosatoje

 

 

C

 

Ozark Gold

 

 

 

 

Paula Red

 

 

B

 

Pero de Cirio

 

 

 

 

Piglos

 

 

B

 

Pikant

 

 

B

 

Pikkolo

 

 

C

 

Pilot

 

 

C

 

Pimona

 

 

C

 

Pinova

 

 

C

 

Pirella

 

 

B

 

Piros

 

 

C

 

Prima

 

 

B

 

Rafzubex

 

 

A

 

Rafzubin

 

 

C

 

Rajka

 

 

B

 

Rambour d'hiver

 

 

 

 

Rambour Franc

 

 

B

 

Reanda

 

 

B

 

Rebella

 

 

C

 

Red Delicious

 

 

A

 

Mutanti tar-Red Delicious eż.

 

A

 

Erovan

Early Red

One

A

 

Fortuna Delicious

 

A

 

Oregon

Oregon Spur Delicious

A

 

Otago

 

A

 

Red Chief

 

A

 

Red King

 

A

 

Red Spur

 

A

 

Red York

 

A

 

Richared

 

A

 

Royal Red

 

A

 

Shotwell Delicious

 

A

 

Stark Delicious

 

A

 

Starking

 

A

 

Starkrimson

 

A

 

Starkspur

 

A

 

Topred

 

A

 

Well Spur

 

A

 

Red Dougherty

 

 

A

 

Redkroft

 

 

A

 

Regal

 

 

A

 

Regina

 

 

B

 

Reglindis

 

 

C

 

Reine des Reinettes

 

Gold Parmoné, Goldparmäne

C

 

Reineta Encarnada

 

 

B

 

Reinette Rouge du Canada

 

 

B

 

Reinette d'Orléans

 

 

 

 

Reinette Blanche du Canada

 

Reinette du Canada, Canada Blanc, Kanadarenette, Renetta del Canada

 

R

Reinette de France

 

 

 

 

Reinette de Landsberg

 

 

 

 

Reinette grise du Canada

 

Graue Kanadarenette

 

R

Relinda

 

 

C

 

Remo

 

 

B

 

Renora

 

 

B

 

Resi

 

 

B

 

Resista

 

 

 

 

Retina

 

 

B

 

Rewena

 

 

B

 

Roja de Benejama

 

Verruga, Roja del Valle, Clavelina

A

 

Rome Beauty

 

Belle de Rome, Rome

B

 

Mutanti tar-Rome Beauty eż.

 

B

 

Red Rome

 

B

 

Rosana

 

 

B

 

Royal Beauty

 

 

A

 

Rubin (varjetà mnissla mill-kultivazzjoni Ċeka)

 

 

C

 

Rubin(imnissel mill-kultivazzjoni tal-Kazakistan)

 

 

B

 

Rubinola

 

 

B

 

Rudens Svītrainais

 

Osennee Polosatoe, Rudeninis Dryzuotasis, Rudens Svītrotais, Streifling, Streifling Herbst,Sügisjoonik, Syysjuovikas u bosta oħrajn

C

 

Saltanat

 

 

B

 

Sciearly

 

 

A

 

Scifresh

 

 

B

 

Sciglo

 

 

A

 

Sciray

 

GS48

A

 

Scired

 

 

A

R

Sciros

 

 

A

 

Selena

 

 

B

 

Shampion

 

 

B

 

Sidrunkollane Talioun

 

 

 

 

Sinap Orlovskij

 

 

 

 

Snygold

 

Earlygold

 

 

Sommerregent

 

 

C

 

Spartan

 

 

A

 

Splendour

 

 

A

 

St. Edmunds Pippin

 

 

 

R

Stark's Earliest

 

 

C

 

Štaris

 

Staris

A

 

Sturmer Pippin

 

 

 

R

Summerred

 

 

B

 

Sügisdessert

 

 

C

 

Sunrise

 

 

A

 

Sunset

 

 

 

R

Suntan

 

 

 

R

Sweet Caroline

 

 

C

 

Talvenauding

 

 

B

R

Tellisaare

 

 

B

 

Tiina

 

Tina

C

 

Topaz

 

 

B

 

Tydeman's Early Worcester

 

Tydeman's Early

B

 

Veteran

 

 

B

 

Vista Bella

 

Bellavista

B

 

Wealthy

 

 

B

 

Worcester Pearmain

 

 

B

 

York

 

 

B

 

Zarja Alatau

 

Zarya Alatau

 

 

Zailijskoje

 

Zailiyskoe

B

 

Žigulovskoje

 

Zhigulovskoe

C

 

PARTI 2:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAĊ-ĊITRU

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) ta frott ikklassifikat bħala “frott taċ-ċitru”, li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li frott taċ-ċitru għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

lumi mkabbar mill-ispeċijiet tas-Citrus limon (L.) Burm. f.,

mandolin (Citrus reticulata Blanco), li jinkludi l-varjetà magħrufa bħala satsuma (Citrus unshiu Marcow), klementini (Citrus clementina hort. ex Tanaka), mandolin komuni (Citrus deliciosa Ten) u varjetà oħra ta’ mandolin (Citrus tangerina Tan) li jitkabbru minn dawn l-ispeċijiet u l-ibridi tagħhom,

larinġ imkabbar mill-ispeċi tas-Citrus sinensis (L.) Osbeck.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għall-frott taċ-ċitru wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott taċ-ċitru jrid ikun:

intatt,

ħieles mid-dbabar u/jew qtugħ imfejjaq b’mod estensiv,

f’kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħieles mid-dud,

ħieles minn ħsara kkawżata mid-dud li taffettwa l-laħam,

ħieles minn sinjali ta’ tikmix jew deidrazzjoni,

ħieles minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,

ħieles minn indewwa esterna li mhix normali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott taċ-ċitru jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

li jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-frott taċ-ċitru jrid ikun laħaq grad xieraq ta’ żvilupp u ta’ sajran, b’kunsiderazzjoni għall-kriterji xierqa għall-varjetà, iż-żmien tal-qtugħ u l-post tat-tkabbir.

Il-maturità taċ-ċitru hija ddefinita mill-parametri li ġejjin speċifikati għal kull speċi hawn taħt:

kontenut minimu ta’ meraq:

kontenut tat-total tas-solidi solubbli, jiġifieri l-kontenut minimu taz-zokkor

proporzjon minimu ta’ zokkor/aċidità (10),

kulur:

Il-grad tal-kulur għandu jkun tali li bi żvilupp normali, il-frott taċ-ċitru jilħaq il-kulur tipiku tal-varjetà fil-punt tad-destinazzjoni tiegħu.

 

Kontenut minimu tal-meraq

(perċentwal)

Kontenut minimu taz-zokkor

(°Brix)

Proporzjon minimu ta’ zokkor u aċidità

Kulur

Lumi

20

 

 

Irid ikun tipiku tal-varjetà. Frott ta’ kulur aħdar (iżda mhux aħdar skur) ikun permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq

Satsumas, klementini, u varjetajiet oħra ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom

Satsumas

33

 

6.5:1

Irid ikun tipiku tal-varjetà tal-inqas fuq terz tal-wiċċ tal-frotta.

Klementini

40

 

7.0:1

Varjetajiet oħra ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom

33

 

7.5:1

 

Larinġ

Larinġ tad-demm

30

 

6.5:1

Irid ikun tipiku tal-varjetà. Madankollu, frott ta’ kulur aħdar ċar li ma jkunx jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ikun permess, sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq.

Larinġ imkabbar f’żoni b’temperaturi għoljin u b’kundizzjonijiet ta’ umdità relattivament għolja matul il-perjodu tal-iżvilupp, b’kulur aħdar li jaqbeż parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ, huwa permess sakemm jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-meraq.

Grupp taż-żokra

33

 

6.5:1

Varjetajiet oħra

35

 

6.5:1

Mosambi, Sathgudi u Pacitan b’iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta’ kulur aħdar.

33

 

 

Varjetajiet oħrajn b’iktar minn parti waħda minn kull ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ ta’ kulur aħdar

45

 

 

Il-frott taċ-ċitru li jilħaq ir-rekwiżiti tal-maturità jista’ jieħu l-kulur karatteristiku tal-frott misjur (degreened). Dan it-trattament ikun permess biss jekk il-karatteristiċi naturali u organolettiċi l-oħra ma jkunux tbiddlu.

C.   Klassifika

Il-frott taċ-ċitru huwa klassifikat fi tlett klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-frott taċ-ċitru f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-frott taċ-ċitru f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq ħafif tax-xemx,

difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam,

difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess l-iffurmar tal-frott, bħalma huma qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija jew ħsara mid-dud,

difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk mal-frott l-ieħor jew ħsara mill-immaniġġar,

qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra tal-frott kollu tal-grupp tal-mandolin.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott taċ-ċitru li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fl-ogħla klassijiet, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi, sakemm il-frott taċ-ċitru jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti żgħar fil-kulur, inkluż ħruq tax-xemx,

difetti żgħar li jiżviluppaw fil-qoxra, sakemm ma jaffettwawx il-laħam,

difetti żgħar fil-qoxra li jirriżultaw matul il-proċess tal-iffurmar tal-frott, bħal qxura kulur il-fidda, qoxra ħoxna u ħamra samranija, jew ħsara mid-dud,

difetti żgħar li jkunu fiequ u li jkunu ġew ikkawżati mekkanikament bħal ħsara mis-silġ, mill-ħakk bejn il-frott jew ħsara mill-immaniġġar,

alterazzjonijiet superfiċjali fil-qoxra li jkunu fiequ,

qoxra raffa,

qlugħ ħafif jew parzjali tal-qoxra tal-larinġ u qlugħ parzjali tal-qoxra tal-frott kollu tal-grupp tal-mandolin.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali tal-frotta jew skont l-għadd.

A.   Daqs minimu

Il-daqsijiet minimi li ġejjin japplikaw:

Frott

Dijametru (mm)

Lumi

45

Satsumas, varjetajiet oħra ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom

45

Klementini

35

Larinġ

53

B.   Uniformità

Il-frott taċ-ċitru jista’ jitkejjel skont waħda mill-alternattivi li ġejjin:

(a)

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett m’għandhiex taqbeż:

10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun iżgħar minn 60 mm

15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun daqs 60 mm jew akbar iżda iżgħar minn 80 mm

20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun daqs 80 mm jew akbar iżda iżgħar minn 110 mm

m’hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għall-frott b’dijametru ta’ 110 mm jew akbar.

(b)

Meta jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, iridu jiġu rrispettati il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabelli li ġejjin:

 

Kodiċi tad-daqs

Dijametru (mm)

Lumi

0

79 - 90

1

72 - 83

2

68 - 78

3

63 - 72

4

58 - 67

5

53 - 62

6

48 - 57

7

45 - 52

Satsumas, varjetajiet oħra ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom

1 - XXX

ta’ 78 jew iktar

1 - XX

67 - 78

1 jew 1 - X

63 - 74

2

58 - 69

3

54 - 64

4

50 - 60

5

46 - 56

6 (11)

43 - 52

7

41 - 48

8

39 - 46

9

37 - 44

10

35 - 42

Larinġ

0

92 – 110

1

87 – 100

2

84 – 96

3

81 – 92

4

77 – 88

5

73 – 84

6

70 – 80

7

67 – 76

8

64 – 73

9

62 – 70

10

60 – 68

11

58 – 66

12

56 – 63

13

53 – 60

L-uniformità fid-daqs tintlaħaq permezz tal-iskali ta’ daqs imsemmija hawn fuq, sakemm ma jingħadx mod ieħor, kif ġej:

Għall-frott fi bramel kbar u frott f’pakketti għall-bejgħ b’piż nett massimu ta’ 5 kg, id-differenza massima ma tridx taqbeż il-firxa miksuba permezz tal-ġbir fi tliet daqsijiet konsekuttivi fl-iskala tad-daqsijiet.

(c)

Għall-frott imkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ (a).

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ frott taċ-ċitru li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, jistgħu jkunu mħassrin mhux iktar minn 2 % tat-total tal-prodotti.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott taċ-ċitru ta’ daqs eżatt taħt u/jew fuq dak (jew dawk, fil-każ tal-kombinazzjoni ta’ tliet daqsijiet) imsemmija fuq il-pakketti.

F’kull każ, it-tolleranza ta’ 10 % tapplika biss għall-frott mhux iżgħar mill-valuri minimi li ġejjin:

Frott

Dijametru (mm)

Lumi

43

Satsumas, varjetajiet oħra ta’ mandolin u l-ibridi tagħhom

43

Klementini

34

Larinġ

50

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih biss frott taċ-ċitru tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u daqs, u b’mod apprezzabbli tal-istess grad ta’ sajran u żvilupp.

Barra minn hekk, fil-Klassi “Extra”, hija meħtieġa l-uniformità fil-kulur.

Madankollu, taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta’ speċijiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini.

Madankollu, il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-frott taċ-ċitru jrid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett jridu jkunu nodfa u ta’ kwalità tali li tiġi evitata ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Jekk il-frott ikun imkebbeb, trid tintuża karta rqiqa, niexfa, ġdida jew mingħajr riħa (12).

L-użu ta’ kwalnunkwe sustanzi li għandhom tendenza li jimmodifikaw il-karatteristiċi naturali tal-frott taċ-ċitru, speċjalment it-togħma jew ir-riħa tiegħu (13), huwa pprojbit.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor. Għaldaqstant, il-preżentazzjoni ta’ fergħa ċkejkna (mhux tal-injam) bi ftit weraq ħodor imqabbdin magħha hija permessa.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit.

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew minn jibgħathom, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Min jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li tirrappreżenta lil min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew il-bgħit. Il-bejjiegħ għandu jagħti t-tagħrif kollu li l-entità ta’ spezzjoni tqis bħala meħtieġ skont it-tifsira ta’ din il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

L-isem komuni tal-ispeċi jekk il-prodott ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà, għal-larinġ,

Għall-grupp tal-mandolin:

Satsumas: “Satsumas” li tista’ tiġi segwita bil-varjetà

Klementini: “Klementini”, li tista’ tiġi segwita bil-varjetà u, fejn xieraq, jew bl-indikazzjoni “bla żerriegħa” għall-klementini bla żerriegħa (bla żerriegħa), klementini (1 sa 10 żerriegħa), jew klementini “biż-żerriegħa” fil-każ ta’ klementini li jkollom iktar minn għaxar (10) żerrigħat

Mandolin ieħor u l-ibridi tiegħu: isem il-varjetà.

“Taħlita ta’ frott taċ-ċitru” jew denominazzjoni ekwivalenti u ismijiet komuni tal-ispeċijiet differenti, fil-każ ta’ taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta’ speċijiet distintivament differenti.

“Bla żerriegħa” (fakultattiva) (14)

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (15) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ frott taċ-ċitru ta’ speċijiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi.

Id-daqs espress bħala:

Daqsijiet minimi u massimi (f’mm) jew

Kodiċi/jiet tad-daqs segwiti, b’mod fakultattiv, bid-daqs minimu jew massimu jew bl-Għadd.

Meta jkunu użati, għandhom jissemmew l-aġent ta’ preservazzjoni jew sustanzi kimiċi oħra wara l-istadju tal-ħsad.

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti m’għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jkunu viżibbli b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ toħloq diżgwid. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq paliti, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż imqiegħed f’pożizzjoni ovvja fuq tal-inqas żewġ naħat tal-palit.

PARTI 3:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FROTT TAL-KIWI

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frott tal-kiwi (magħruf ukoll bħala Actinidia jew kiwi) ta’ varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) li jkunu tkabbru mill-Actinidia chinensis (Planch.) u Actinidia deliciosa (A. Chev.), C.F. Liang u A.R. Ferguson), li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li l-frott tal-kiwi għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalitá tal-frott tal-kiwi, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, suġġett għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott tal-kiwi jrid ikun:

intatt (iżda mingħajr pedunkulu),

f’kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħieles mid-dud,

ħieles minn ħsara kkawżata mid-dud li taffettwa l-laħam,

adegwatament sod; mhux artab, imkemmex jew mifqugħ bl-ilma,

iffurmat tajjeb, frott doppju/multiplu eskluż,

ħieles minn indewwa esterna li mhix normali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-frott tal-kiwi jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

li jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti minimi tal-maturità

Il-frott tal-kiwi jrid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti.

Sabiex jissodisfa dan ir-rekwiżit, meta jiġi ppakkjat il-frott irid ikun laħaq grad ta’ sajran ta’ tal-inqas 6.2° Brix jew medja ta kontenut ta’ materja xotta ta’ 15 % li għandha twassal għal 9.5° Brix meta jidħol fil-katina tad-distribuzzjoni.

C.   Klassifika

Il-frott tal-kiwi huwa kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt.

(i)   Klassi “Extra”

Il-frott tal-kiwi f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0.8 jew akbar.

(ii)   Klassi I

Il-frott tal-kiwi f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Irid ikun sod u l-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma (iżda mingħajr nefħiet jew deformazzjonijiet),

difetti żgħar fil-kulur,

difetti żgħar fil-qoxra, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx 1 ċm2,

“Hayward mark” żgħira qisha linja lonġitudinali u mhux imqabbża ’l barra.‧

Il-proporzjon tad-dijametru minimu/massimu tal-frott imkejjel fis-sezzjoni ekwatorjali jrid ikun 0.7 jew akbar.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott tal-kiwi li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-frott irid ikun raġonevolment sod u l-laħam m’għandu juri l-ebda difetti serji.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frott tal-kiwi jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fil-kulur,

difetti fil-qoxra, bħal qtugħ żgħir imfejjaq jew tessut mibrux/immarkat, sakemm it-total tal-erja affettwata ma taqbiżx iż-2 ċm2,

għadd ta’ “Hayward marks” li jidhru ħafna iktar u kemxejn imqabbżin ’il barra,

dbabar ħfief.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż tal-frott.

Il-piż minimu għall-Klassi “Extra” huwa ta’ 90 gm, għall-Klassi I huwa ta’ 70 gm u għall-Klassi II huwa ta’ 65 gm.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett m’għandhiex taqbeż:

10 gm għall-frott b’piż sa 85 gm,

15 gm għall-frott b’piż bejn 85 gm u 120 gm,

20 gm għall-frott b’piż bejn 120 gm u 150 gm,

40 gm għall-frott b’piż ta’ 150 gm jew aktar,

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fi limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-frott tal-kiwi li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, jistgħu jkunu mħassrin mhux iktar minn 2 % tat-total tal-prodotti.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 % skont l-għadd jew il-piż tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

Madankollu, il-frott tal-kiwi ma jridx ikun ta’ piż inqas minn 85 gm għall-Klassi “Extra”, 67 gm għall-Klassi I u 62 gm għall-Klassi II.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frott tal-kiwi tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-frott tal-kiwi jrid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett iridu jkunu nodfa u ta’ kwalità tali li tiġi evitata ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit.

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew minn jibgħathom, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Min jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ“stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li tirrappreżenta lil min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit. Il-bejjiegħ għandu jagħti t-tagħrif kollu li l-entità ta’ spezzjoni tqis bħala meħtieġ skont it-tifsira ta’ din il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Frott tal-kiwi” u/jew “Actinidia”, fejn il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra,

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (16) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi.

Daqs espress bil-piż minimu u massimu tal-frott,

Għadd ta’ frottiet (fakultattiv).

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti m’għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jkunu viżibbli b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ toħloq diżgwid. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq paliti, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż imqiegħed f’pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-palit.

PARTI 4:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-ĦASS, INDIVJA BIL-WERAQ MIBRUM U INDIVJA BIL-WERAQ WIESA’(BATAVIAN)

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal:

ħass ta’ varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) li jkunu tkabbru minn:

Lactuca sativa var. capitata L. (ħass (ikkaboċċjat) inkluż ħass tat-tip “Cripshead” u “Iceberg”),

Lactuca sativa var. longifolia Lam. (ħass Cos jew Romaine),

Lactuca sativa var. crispa L. (ħass tal-weraq),

inkroċji ta’ dawn il-varjetajiet u

indivja bil-weraq mibrum ta’ varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) li jkunu tkabbru mis-Cichorium endivia var. crispum Lam. u

indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian) indivja (escaroles) ta’ varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) li jkunu tkabbru mis-Cichorium endivia var. latifolium Lam.,

li jkun se jiġi fornuti friski lill-konsumatur.

Dan l-istandard ma japplikax għall-prodotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali, prodotti ppreżentati werqa werqa, ħass bl-għeruq jew ħass fil-qsari.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-prodotti, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tagħhom.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-prodott irid ikun:

intatt,

f’kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif u mirqum, jiġifieri prattikament ħieles mill-ħamrija kollha jew kull mezz ieħor ta’ tkabbir u ħieles minn kull materja barranija viżibbli,

frisk fid-dehra,

prattikament ħieles mid-dud,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mid-dud,

minfuħ,

mhux fi stat li jkun qed jagħmel iż-żerriegħa

ħieles minn indewwa esterna li mhix normali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ tal-ħass, huwa permess telf ta’ lewn fl-aħmar, ikkaġunat minn temperatura baxxa matul it-tkabbir, sakemm ma jaffettwax b’mod serju d-dehra tal-prodott.

L-għeruq iridu jiġu maqtugħa qrib il-bażi tal-weraq ta’ barra u l-qatgħa għandha tkun pulita.

Il-prodotti jridu jkunu ta’ żvilupp normali. L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-prodott jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

li jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifika

Il-prodott huwa kklassifikat f’żewġ klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi I

Il-prodott f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikollu l-karatteristiċi tal-varjetà u/jew tip kummerċjali.

Il-prodott irid ikun ukoll:

iffurmati tajjeb,

sod, filwaqt li jitqiesu l-metodi ta’ kultivazzjoni u t-tip tal-prodott,

ħieles minn ħsara jew deterjorament li ma jħalluhx tajjeb għall-ikel,

ħieles minn ħsara mill-ġlata.

Il-ħass ikkaboċċjat irid ikollu qalba waħda ffurmata sewwa. Madankollu, fil-każ ta’ ħass ikkaboċċjat li jitkabbar taħt għata, il-qalba tista’ tkun żgħira.

Il-ħass Cos irid ikollu qalba, li tista’ tkun żgħira.

Il-qalba tal-indivja bil-weraq mibrum u tal-indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian) trid tkun ta’ kulur isfar.

(ii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi prodotti li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-Klassi I, iżda li jissoddisfaw ir-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-prodotti jridu jkunu:

raġonevolment iffurmati sew,

ħielsa minn ħsara u deterjorament li jistgħu, b’mod serju ma ma jħalluhx tajjeb għall-ikel.

Id-difetti li ġejjin, jistgħu jiġu permessi sakemm il-prodotti jżommu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom fejn jidħlu l-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

telf ħafif mill-kulur,

ħsara ħafifa kkważata mid-dud.

Il-ħass ikkaboċċjat irid ikollu qalba, li tista’ tkun żgħira. Madankollu, fil-każ ta’ ħass ikkaboċċjat li jitkabbar taħt għata, huwa permess in-nuqqas ta’ qalba.

Il-ħass Cos jista’ ma jkollux qalba.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż ta’ unità waħda.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett m’għandhiex taqbeż:

(a)   Ħass

40 gm meta l-eħfef unità jkollha piż ta’ inqas minn150 gm kull unità,

100 gm meta l-eħfef unità jkollha piż ta’ bejn 150 gm u 300 gm kull unità,

150 gm meta l-eħfef unità jkollha piż ta’ bejn 300 gm u 450 gm kull unità,

300 gm meta l-eħfef unità jkollha piż ta’ aktar minn 450 gm kull unità.

(b)   Indivja bil-weraq mibrum u bil-weraq wiesa’ (Batavian)

300 gm.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd tal-unitajiet, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(ii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd tal-unitajiet, li ma jissodisfawx la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, jistgħu jkunu mħassrin mhux iktar minn 2 % tat-total tal-prodotti.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd, ta’ prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss prodotti tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs.

Madankollu, taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-prodotti jridu jiġu ppakkjati b’mod li jkunu protetti kif xieraq. Jridu jkunu ppakkjati b’mod raġonevoli li jqis id-daqs u t-tip tal-imballaġġ, mingħajr spazji vojta jew tgħaffiġ.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett iridu jkunu nodfa u ta’ kwalità tali li tiġi evitata ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit.

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew minn jibgħathom, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Min jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li tirrappreżenta lil min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit. Il-bejjiegħ għandu jagħti t-tagħrif kollu li l-entità ta’ spezzjoni tqis bħala meħtieġ skont it-tifsira ta’ din il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Ħass”, “ħass butterhead”, “batavia”, “ħass crisphead (Iceberg)”, “ħass Cos”, “ħass tal-weraq” (jew, pereżempju u jekk xieraq, “Oak Leaf”, “Lollo bionda”, “Lollo rossa”), “indivja bil-weraq mibrum” jew “indivja bil-weraq wiesa’ (Batavian)” jew denominazzjoni ekwivalenti jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra

“Little gem” jew denominazzjoni ekwivalenti fejn xieraq.

“Imkabbar taħt għata” jew denominazzjoni ekwivalenti fejn xieraq.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

“Taħlita ta’ ħass/indivja”, jew denominazzjoni ekwivalenti fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-varjetjajiet, it-tipi kummerċjali u/jew il kuluri u l-kwantità ta’ kull pakkett iridu jkunu indikati.

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (17) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ ħass u/jew indivja ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ prodotti minn oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tal-varjetà, tat-tipi kummerċjali u/jew tal-kulur ikkonċernati.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi

Daqs, espress skont il-piż minimu għal kull unità jew l-għadd ta’ unitajiet

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti m’għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jkunu viżibbli b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ toħloq diżgwid. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq paliti, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż imqiegħed f’pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-palit.

PARTI 5:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-ĦAWĦ U N-NUĊIPRISK

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-ħawħ u n-nuċiprisk minn varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) li jkunu tkabbru mill-Prunus persica Sieb. u Zucc., li jkun se jiġi fornut friski lill-konsumatur, filwaqt li l-ħawħ u n-nuċiprisk għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard hu li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta’ kwalità tal-ħawħ u n-nuċiprisk, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-ħawħ u n-nuċipresk irid ikun:

intatt,

f’kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħieles mid-dud,

ħieles minn ħsara kkawżata mid-dud li taffettwa l-laħam,

ma jkunx maqsum fil-ħofra ta’ maz-zokk

ħieles minn indewwa esterna li mhix normali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-istat tal-ħawħ u n-nuċipresk jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

li jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-frott irid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti. L-indiċi refrattometriku minimu tal-laħam għandu jkun ta’ 8° Brix jew iktar

C.   Klassifika

Il-ħawħ u n-nuċiprisk huma kklassifikati fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-ħawħ u n-nuċiprisk f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-ħawħ u n-nuċiprisk f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà. Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difett żgħir fl-iżvilupp,

difetti żgħar fil-kulur,

marki ħfief ikkawżati minn pressjoni li ma jaqbżux 1 ċm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:

1.5 ċm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija

1 ċm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-ħawħ u n-nuċiprisk li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam irid ikun ħieles minn difetti kbar. Id-difetti fil-qoxra li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-ħawħ u n-nuċiprisk iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fl-iżvilupp, li jinkludu għadam maqsum, sakemm il-frott ikun magħluq u l-laħam ikun f’kundizzjoni tajba,

difetti fil-kulur,

dbabar li jistgħu ikunu tilfu kemxejn il-kulur u li ma jaqbżux 2 ċm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ,

difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:

2.5 ċm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija,

2 ċm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali, skont il-piż, jew skont l-għadd.

Il-daqs minimu għandu jkun:

56 mm jew 85 gm għall-Klassi “Extra”,

51 mm jew 65 gm fil-Klassijiet I u II (jekk jiġi mkejjel).

Madankollu, frott li huwa iżgħar minn 56 mm jew 85 gm ma jiġix ikkumerċjalizzat fil-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru (emisferu tat-Tramuntana) u mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April (emisferu ta’ Nofsinhar).

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma fakultattivi għall-Klassi II.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett m’għandhiex taqbeż:

(a)

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

5 mm għall-frott ta’ inqas minn 70 mm,

10 mm għall-frott ta’ 70 mm u iktar.

(b)

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

30 gm għall-frott ta’ inqas minn 180 gm,

80 gm għall-frott ta’ 180 gm u iktar.

(c)

Għall-frott li jitkejjel skont l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ (a) jew (b).

Jekk jiġu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jiġu rrispettati dawn tat-tabella ta’ hawn taħt.

 

kodiċi

dijametru

piż

minn

sa

minn

sa

(mm)

(mm)

(gm)

(gm)

1

D

51

56

65

85

2

C

56

61

85

105

3

B

61

67

105

135

4

A

67

73

135

180

5

AA

73

80

180

220

6

AAA

80

90

220

300

7

AAAA

> 90

> 300

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ ħawħ u nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ ħawħ u nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-ħawħ jew in-nuċiprisk li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, jistgħu jkunu mħassrin mhux iktar minn 2 % tat-total tal-prodotti.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż ta’ ħawħ jew nuċiprisk li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tal-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss ħawħ jew nuċiprisk tal-istess oriġini, varjetà, kwalità, grad ta’ sajran u daqs (jekk imkejjel), u għall-Klassi “Extra”, il-kontenut irid ikun uniformi fil-kulur.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-ħawħ u n-nuċiprisk irid ikun ppakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett iridu jkunu nodfa u ta’ kwalità tali li tiġi evitata ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit.

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ dawk ippakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew minn jibgħathom, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Min jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li tirrappreżenta lil min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit. Il-bejjiegħ għandu jagħti t-tagħrif kollu li l-entità ta’ spezzjoni tqis bħala meħtieġ skont it-tifsira ta’ din il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Ħawħ” jew “Nuċiprisk”, jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra,

Kulur tal-laħam,

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (18) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi.

Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi (f’mm), jew f’piż massimu u minimu (f’gm) jew bħala kodiċi tad-daqs.

Għadd ta’ unitajiet (fakultattiv)

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti m’għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jkunu viżibbli b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ toħloq diżgwid. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq paliti, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż imqiegħed f’pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-palit.

PARTI 6:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAL-LANĠAS

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal-lanġas ta’ varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) li jkunu tkabbru mill-Pyrus communis L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li l-lanġas għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità għal-lanġas, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-lanġas irid ikun:

intatt

f’kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli

prattikament ħieles mid-dud

ħieles minn ħsara kkawżata mid-dud li taffettwa l-laħam

ħieles minn umdità esterna li mhix normali

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-lanġas jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

li jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

L-iżvilupp u l-istat ta’ maturità tal-lanġas iridu jkunu tali li jippermettulu jkompli jsir u jilħaq livell sodisfaċenti ta’ sajran b’rabta mal-karattaristiċi tal-varjetà.

C.   Klassifika

Il-lanġas huwa kklassifikat fi tliet klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-lanġas f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà (19).

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni perfetta, u l-qoxra ħielsa minn ħxuna, ħmura samranija u ma tkunx raffa.

Irid ikun ħieles minn difetti ħlief għal difetti superfiċjali tassew żgħar sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-frotta, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

Iz-zokk irid ikun intatt.

Il-lanġas ma jridx ikun imrammel.

(ii)   Klassi I

Il-lanġas ta’ din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà (20).

Il-laħam irid ikun f’kundizzjoni tajba għalkollox.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma

difett żgħir fl-iżvilupp

difetti żgħar fil-kulur

b’qoxra kemxejn raffa, ħoxna u ħamra samranija

difetti żgħar fil-qoxra li ma jridux ikunu akbar minn:

2 ċm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija

1 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskabbja (Venturia pirina u V. inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b’mod kumulattiv, minn 0.25 ċm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ.

dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 1 ċm2.

Iz-zokk jista’ jkun kemxejn imħassar.

Il-lanġas ma jridx ikun imrammel.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi lanġas li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Il-laħam irid ikun ħieles minn difetti kbar.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi dsakemm il-lanġas iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fir-rigward tal-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma

difetti fl-iżvilupp

difetti fil-kulur

b’qoxra li hija ftit raffa, ħoxna u ħamra samranija

difetti fil-qoxra ma jridux ikunu akbar minn:

4 ċm fit-tul għal difetti ta’ forma tawwalija

2.5 cm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ għal difetti oħra, ħlief l-iskabbja (Venturia pirina u V. inaequalis), li ma tridx tkun akbar, b’mod kumulattiv, minn 1 ċm2 tat-total tal-erja tal-wiċċ.

dbabar ħfief li l-erja tagħhom ma taqbiżx 2 ċm2.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż.

Il-daqs minimu għandu jkun:

(a)

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

 

“Extra”

Klassi I

Klassi II

Varjetajiet ta’ frott kbir

60  mm

55  mm

55  mm

Varjetajiet oħra

55  mm

50  mm

45  mm

(b)

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

 

“Extra”

Klassi I

Klassi II

Varjetajiet ta’ frott kbir

130  gm

110  gm

110  gm

Varjetajiet oħra

110  gm

100  gm

75  gm

Il-lanġas tas-sajf inkluż fl-Appendiċi għal dan l-istandard m’għandux jissodisfa d-daqs minimu.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett m’għandhiex taqbeż:

(a)

Għall-frott imkejjel skont id-dijametru:

5 mm għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f’ringieli u f’saffi

10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f’pakketti għall-bejgħ.

(b)

Għall-frott imkejjel skont il-piż:

għall-frott tal-Klassi “Extra” u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f’ringieli u f’saffi:

Firxa (gm)

Differenza fil-piż (gm)

75 - 100

15

100 – 200

35

200-250

50

> 250

80

għall-frott tal-Klassi I ippakkjat sfuż jew f’pakketti għall-bejgħ:

Firxa (gm)

Differenza fil-piż (gm)

75 - 100

25

100 – 200

50

> 200

100

Ma hemmx limitu dwar uniformità fid-daqsijiet għall-frott tal-Klassi II ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f’pakketti għall-bejgħ.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 % skont l-għadd jew il-piż, tal-lanġas li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, jistgħu jkunu mħassrin mhux iktar minn 2 % tat-total tal-prodotti.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 % skont l-għadd jew il-piż tal-frott li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet ta’:

5 mm inqas mid-dijametru minimu

10 gm inqas mill-piż minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontentut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss lanġas tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u daqs (jekk jiġi mkejjel) u l-istess grad ta’sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-uniformità tapplika wkoll għall-kulur.

Madankollu, taħlita ta’ lanġas ta’ varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett għall-bejgħ, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-lanġas irid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett iridu jkunu nodfa u ta’ kwalità tali li tiġi evitata ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit.

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew minn jibgħathom, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Min jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li tirrappreżenta lil min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit. Il-bejjiegħ għandu jagħti t-tagħrif kollu li l-entità ta’ spezzjoni tqis bħala meħtieġ skont it-tifsira ta’ din il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Lanġas” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta’ taħlita ta’ lanġas ta’ varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (21) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali. Fil-każ ta’ taħlita ta’ lanġas ta’ varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà konċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi.

Daqs jew l-għadd ta’ unitajiet għall-frott ippakkjat f’ringieli u saffi.

Jekk l-identifikazzjoni hija skont id-daqs, din għandha tiġi espressa:

(a)

għall-prodotti suġġetti għar-regoli tal-uniformità, bħala dijametri minimi u massimi jew piż minimu u massimu;

(b)

għal prodotti li mhumiex suġġetti għar-regoli tal-uniformità, skont id-dijametru jew il-piż tal-iżgħar frotta fil-pakkett segwit bi “u iktar” jew denominazzjoni ekwivalenti jew, fejn xieraq, id-dijametru jew il-piż tal-ikbar frotta fil-pakkett.

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti m’għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jkunu viżibbli b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ toħloq diżgwid. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq paliti, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż imqiegħed f’pożizzjoni ovvja fuq tal-inqas żewġ naħat tal-palit.

Appendiċi

Kriterji tad-daqs għal-lanġas

K

=

Varjetà ta’ frott kbir

LS

=

Lanġas tas-sajf, li għalih mhux meħtieġ daqs minimu.

Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas ta’ frotta kbira u tas-sajf

Frott żgħir u varjetajiet oħra li ma jidhrux fil-lista jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-daqs għal varjetajiet oħrajn kif deskritti fit-Taqsima III tal-istandard.

Uħud mill-varjetajiet elenkati fil-lista li ġejja jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b'ismijiet li għalihom intalbet jew inkisbet protezzjoni tal-marka kummerċjali f'pajjiż wieħed jew aktar. L-ewwel u t-tieni kolonna tat-tabella ta’ hawn taħt mhumiex intiżi biex jinkludu dawn l-ismijiet kummerċjali. Referenzi għal marki kummerċjali magħrufa ġew inklużi fit-tielet kolonna għal skopijiet ta’ tagħrif biss.

Varjetà

Sinonimi

Ismijiet kummerċjali

Daqs

Abbé Fétel

Abate Fetel

 

K

Abugo o Siete en Boca

 

 

LS

Akça

 

 

LS

Alka

 

 

K

Alsa

 

 

K

Amfora

 

 

K

Alexandrine Douillard

 

 

K

Bambinella

 

 

LS

Bergamotten

 

 

LS

Beurré Alexandre Lucas

Lucas

 

K

Beurré Bosc

Bosc, Beurré d'Apremont, Empereur Alexandre, Kaiser Alexander

 

K

Beurré Clairgeau

 

 

K

Beurré d'Arenberg

Hardenpont

 

K

Beurré Giffard

 

 

LS

Beurré précoce Morettini

Morettini

 

LS

Blanca de Aranjuez

Agua de Aranjuez, Espadona, Blanquilla

 

LS

Carusella

 

 

LS

Castell

Castell de Verano

 

LS

Colorée de Juillet

Bunte Juli

 

LS

Comice rouge

 

 

K

Concorde

 

 

K

Condoula

 

 

LS

Coscia

Ercolini

 

LS

Curé

Curato, Pastoren, Del cura de Ouro, Espadon de invierno, Bella de Berry, Lombardia de Rioja, Batall de Campana

 

K

D'Anjou

 

 

K

Dita

 

 

K

D. Joaquina

Doyenné de Juillet

 

LS

Doyenné d'hiver

Winterdechant

 

K

Doyenné du Comice

Comice, Vereinsdechant

 

K

Erika

 

 

K

Etrusca

 

 

LS

Flamingo

 

 

K

Forelle

 

 

K

Général Leclerc

 

Amber Grace™

K

Gentile

 

 

LS

Golden Russet Bosc

 

 

K

Grand champion

 

 

K

Harrow Delight

 

 

K

Jeanne d'Arc

 

 

K

Joséphine

 

 

K

Kieffer

 

 

K

Klapa Mīlule

 

 

K

Leonardeta

Mosqueruela, Margallon, Colorada de Alcanadre, Leonarda de Magallon

 

LS

Lombacad

 

Cascade ®

K

Moscatella

 

 

LS

Mramornaja

 

 

K

Mustafabey

 

 

LS

Packham's Triumph

Williams d'Automne

 

K

Passe Crassane

Passe Crassane

 

K

Perita de San Juan

 

 

LS

Pérola

 

 

LS

Pitmaston

Williams Duchesse

 

K

Précoce de Trévoux

Trévoux

 

LS

Président Drouard

 

 

K

Rosemarie

 

 

K

Santa Maria

Santa Maria Morettini

 

LS

Spadoncina

Agua de Verano, Agua de Agosto

 

LS

Suvenirs

 

 

K

Taylors Gold

 

 

K

Triomphe de Vienne

 

 

K

Vasarine Sviestine

 

 

K

Williams Bon Chrétien

Bon Chrétien, Bartlett, Williams, Summer Bartlett

 

K

PARTI 7:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-FRAWLI

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-frawli ta’ varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) li jkun tkabbar mill-ġenus Fragaria L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li frawli għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-frawli, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frawli jrid ikun:

intatt. bla ħsara,

f’kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

frisk fid-dehra, iżda mhux maħsul,

prattikament ħieles mid-dud,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mid-dud,

bil-berkun (ħlief fil-każ ta’ frawli selvaġġ); il-berkun u z-zokk (jekk ikunu hemm) iridu jkunu friski u ħodor,

ħieles minn indewwa esterna li mhix normali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

Il-frawli jrid ikun żviluppat biżżejjed u jidher li sar b’mod sodisfaċenti. L-iżvilupp u l-kundizzjoni jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

li jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifika

Il-frawli huwa kklassifikat fi tliet klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-frawli f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Irid ikollu dehra li tagħti d-dawl, filwaqt li jippermetti l-karatteristiċi tal-varjetà.

Irid ikun ħieles mill-ħamrija.

Irid ikun ħieles mid-difetti bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffetwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-frawli f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

preżenza ta’ roqgħa bajda żgħira, li ma taqbiżx parti waħda minn għaxra tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,

marki ħfief ta’ pressjoni fuq il-wiċċ.

Irid ikun prattikament ħieles mill-ħamrija.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi l-frawli li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm il-frawli jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

roqgħa bajda li ma taqbiżx parti waħda minn ħamsa tat-total tal-erja tal-wiċċ tal-frotta,

dbabar ħfief u niexfa li x’aktarx ma jinfirxux,

traċċi żgħar ta’ ħamrija.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali.

Il-daqs minimu għandu jkun:

25 mm fil-Klassi “Extra”,

18 mm fil-Klassijiet I u II.

Ma hemmx daqs minimu għall-frawli selvaġġ.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 2 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ frawli li la jissodisfa ir-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, jistgħu jkunu mħassrin mhux iktar minn 2 % tat-total tal-prodotti.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 % skont l-għadd jew il-piż, ta’ frawli li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs minimu.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkun fih biss frawli tal-istess oriġini, varjetà u kwalità.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, il-frawli, bl-eċċezzjoni tal-frawli selvaġġ, irid ikun partikolarment uniformi u regolari fir-rigward tal-grad tas-sajran, lewn u daqs. Fil-Klassi I, il-frawli jista’ jkun anqas uniformi fid-daqs.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-frawli jrid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett iridu jkunu nodfa u ta’ kwalità tali li tiġi evitata ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit.

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew minn jibgħathom, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Min jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li tirrappreżenta lil min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit. Il-bejjiegħ għandu jagħti t-tagħrif kollu li l-entità ta’ spezzjoni tqis bħala meħtieġ skont it-tifsira ta’ din il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

’Frawli’ jekk il-kontenut tal-pakkett ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (22) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi.

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti m’għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jkunu viżibbli b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ toħloq diżgwid. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq paliti, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż imqiegħed f’pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-palit.

PARTI 8:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-BŻAR ĦELU

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-bżar ħelu ta’ varjetajiet (23) (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) li jkunu tkabbru mill-Capsicum annuum L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li bżar ħelu għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-bżar ħelu, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, suġġett għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u għat-tolleranza permessa, il-bżar ħelu jrid ikun:

intatt,

f’kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

frisk fid-dehra,

sod,

prattikament ħieles mid-dud,

ħieles minn ħsara kkawżata mid-dud li taffettwa l-laħam,

ħieles minn ħsara kkawżata minn temperatura baxxa jew ġlata,

bil-pedunkuli mwaħħla; il-pedunkulu jrid ikun maqtugħ pulit u bil-berkun intatt,

ħieles minn indewwa esterna li mhix normali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-bżar ħelu jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifika

Il-bżar ħelu huwa kklassifikat fi tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

Il-bżar ħelu f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

Il-bżar ħelu f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma

tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 1/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ

difetti żgħar fil-qoxra, bħal:

ħofor, brix, ħruq tax-xemx, marki ta’ pressjoni li b’kollox ma jkoprux iktar minn minn 2 ċm għal diffetti ta’ forma tawwalija, u 1 ċm2 għal difetti oħra. jew

qsim niexef fil-wiċċ li b’kollox ma jkoprix iktar minn 1/8 tat-total tal-erja tal-wiċċ

pedunkulu kemxejn imħassar.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi bżar ħelu li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi d-difetti sakemm il-bżar ħelu jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

tibdil fil-kulur li jsir donnu fidda jew ħsara li ma taqbiżx 2/3 tat-total tal-erja tal-wiċċ

difetti fil-qoxra, bħal:

ħofor, brix, ħruq tax-xemx, dbabar u ħsarat li fiequ li b’kollox ma jkoprux iktar minn minn 4 ċm għal diffetti ta’ forma tawwalija, u 2.5ċm2 tat-total tal-erja għal difetti oħra; jew

qsim niexef fil-wiċċ li b’kollox ma jkoprix iktar minn 1/4 tat-total tal-erja tal-wiċċ

deterjorament tat-tarf taż-żahra li ma jaqbiżx 1 ċm2

tikmix li ma jaqbiżx 1/3 tal-wiċċ

pedunkulu u berkun imħassrin, sakemm il-laħam tal-madwar jibqa’ intatt.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit jew skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali jew inkella skont il-piż. Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett m’għandhiex taqbeż:

(a)

Għall-bżar ħelu mkejjel skont id-dijametru:

20 mm.

(b)

Għall-bżar ħelu mkejjel skont il-piż:

30 gm fil-każ li l-itqal wieħed ikun ta’ 180 gm jew inqas,

40 gm fil-każ li l-iżgħar wieħed ikun jiżen iktar minn 180 gm.

Bżar ħelu li huwa tawwali għandu jkun uniformi biżżejjed fit-tul.

L-uniformità fid-daqs mhijiex obbligatorja għall-Klassi II.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, tal-bżar ħelu li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, jistgħu jkunu mħassrin mhux iktar minn 2 % tat-total tal-prodotti.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha (jekk jiġu mkejla): hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż ta’ bżar ħelu li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikunu uniformi u jkun fih biss bżar ħelu tal-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità, daqs (jekk jiġi mkejjel) u, fil-każ tal-Klassijiet “Extra” u I, b’mod apprezzabbli t tal-istess grad ta’ sajran u kulur.

Madankollu, taħlita ta’ bżar ħelu ta’ tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull tip kummerċjali u/jew kulur ikkonċernat, fl-oriġini.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

Il-bżar ħelu jrid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett iridu jkunu nodfa u ta’ kwalità tali li tiġi evitata ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit.

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew minn jibgħathom, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Min jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li tirrappreżenta lil min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit. Il-bejjiegħ għandu jagħti t-tagħrif kollu li l-entità ta’ spezzjoni tqis bħala meħtieġ skont it-tifsira ta’ din il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Bżar ħelu” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

“Taħlita ta’ bżar ħelu”, jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta’ unitajiet għall-bejgħ li jkun fihom taħlita ta’ tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ bżar ħelu distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, it-tipi kummerċjali u/jew il kuluri u l-kwantità ta’ kull pakkett iridu jkunu indikati.

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (24) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ bżar ħelu ta’ tipi kummerċjali u/jew kuluri distintivament differenti u ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn l-isem tat-tip kummerċjali u/jew tal-kulur kkonċernat.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi.

Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi, jew f’piżijiet massimu u minimu.

Għadd ta’ unitajiet (fakultattiv)

“Jaħraq” jew denominazjoni ekwivalenti fejn xieraq.

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti m’għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jkunu viżibbli b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ toħloq diżgwid. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq paliti, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż imqiegħed f’pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-palit.

PARTI 9:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦALL-GĦENEB TAL-MEJDA

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għall-għeneb tal-mejda ta’ varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) li jkunu tkabbru mill-Vitis vinifera L., li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li l-għeneb tal-mejda intiż għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-għeneb tal-mejda, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, l-għenieqed u l-għenbiet iridu jkunu:

f’kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħieles mid-dud,

prattikament ħielsa minn ħsara kkawżata mid-dud,

ħieles minn indewwa esterna li mhix normali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

Barra minn hekk, l-għenbiet iridu jkunu:

intatt,

iffurmati tajjeb,

żviluppati b’mod normali.

Il-pigmentazzjoni li tirriżulta mix-xemx mhix difett.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tal-għeneb tal-mejda jridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

li jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Rekwiżiti tal-maturità

Il-meraq tal-frott għandu jkollu indiċi refrattometriku tal-inqas:

12 °Brix għall-varjetajiet Alphonse Lavallée, Cardinal u Victoria,

13 °Brix għall-varjetajiet l-oħra kollha li għandhom iż-żerriegħa,

14 °Brix għall-varjetajiet kollha li m’għandhomx żerriegħa.

Barra minn dan, il-varjetajiet kollha jrid ikollhom livelli ta’ proporzjon sodisfaċenti ta’ zokkor/aċidità.

C.   Klassifika

L-għeneb tal-mejda huwa kklassifikat fit-tliet klassijiet kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

L-għeneb tal-mejda f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b’kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar. L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħla sew, imqassmin fi spazji li huma ndaqs matul iz-zokk u jkollhom l-għabra tagħhom prattikament intatta.

Irid ikun ħieles mid-difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali tasssew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-prodott fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

L-għeneb tal-mejda f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun karatteristiku tal-varjetà b’kunsiderazzjoni għad-distrett li fih ikun tkabbar. L-għenbiet iridu jkunu sodi, imwaħħla sew u, sa fejn hu possibbli, ikollhom l-għabra tagħhom prattikament intatta. Madankollu, jista’ jkun li l-uniformità fit-taqsim tal-ispazji matul iz-zokk tkun inqas minn dik tal-Klassi “Extra”.

Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma,

difetti żgħar fil-kulur,

skorċa tax-xemx ħafifa ħafna li taffettwa biss il-qoxra.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi għeneb tal-mejda li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

L-għenieqed jista’ jkollhom difetti żgħar fil-forma, l-iżvilupp u l-kulur, sakemm dawn ma jaffettwawx il-karatteristiċi essenzjali tal-varjetà, skont id-distrett li fih ikunu tkabbru.

L-għenbiet iridu jkunu sodi biżżejjed u mwaħħlin b’mod ferm, u, fejn possibbli, ikunu għadhom bl-għabra fuqhom. Jista’ jkun li l-uniformità fit-taqsim tal-ispazji matul iz-zokk tkun inqas minn dik tal-Klassi I.

Id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm l-għeneb tal-mejda jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma,

difetti fil-kulur,

skorċa tax-xemx ħafifa li taffettwa biss il-qoxra,

dbabar ħfief,

difetti żgħar fil-qoxra.

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont il-piż tal-għanqud.

Il-piż minimu ta’ kull għanqud għandu jkun ta’ 75 gm. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-pakketti intiżi għal porzjon wieħed.

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 % skont il-piż, ta’ għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħqu dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenieqed, li ma jissodisfawx la r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, jistgħu jkunu mħassrin mhux iktar minn 2 % tat-total tal-prodotti.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont il-piż, ta’ għenieqed li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqsijiet. F’kull pakkett għall-bejgħ, għanqud wieħed li jiżen anqas minn 75 gm huwa permess biex jaġġusta l-piż, sakemm l-għanqud jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha tal-klassi speċifikata.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss għenieqed tal-istess oriġini, varjetà, kwalità u l-istess grad ta’ sajran.

Fil-każ tal-Klassi “Extra”, l-għenieqed iridu jkunu bejn wieħed u ieħor tal-istess daqs u kulur.

Madankollu, taħlita ta’ għeneb tal-mejda ta’ varjetajiet distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, għal kull varjetà kkonċernata, fl-oriġini.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

L-għeneb tal-mejda jrid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodott ikun protett kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett iridu jkunu nodfa u ta’ kwalità tali li tiġi evitata ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri, li jkollhom l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

It-tikketti mwaħħlin individwalment mal-prodott għandhom ikunu tali li meta jitneħħew, la jħallu traċċi viżibbli ta’ kolla u lanqas jikkaġunaw difetti fil-qoxra.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor, għalkemm biċċa żarġun tad-dielja li ma jkunx itwal minn 5 ċm jista’ jitħalla maz-zokk tal-għanqud bħala għamla ta’ preżentazzjoni speċjali.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra.

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit.

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew minn jibgħathom, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Min jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li tirrappreżenta lil min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit. Il-bejjiegħ għandu jagħti t-tagħrif kollu li l-entità ta’ spezzjoni tqis bħala meħtieġ skont it-tifsira ta’ din il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Għeneb tal-mejda” jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra.

Isem il-varjetà. Fil-każ ta’ taħlita ta’ għeneb tal-mejda ta’ varjetajiet distintivament differenti, l-ismijiet tal-varjetajiet differenti.

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (25) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ għeneb tal-mejda minn varjetajiet distintivament differenti ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-varjetà kkonċernata.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi.

“Għenieqed ta’ inqas mnn 75 gm intiżi għall-porzjoni wieħed”, jekk ikun il-każ.

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti m’għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jkunu viżibbli b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ toħloq diżgwid. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq paliti, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż imqiegħed f’pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-palit.

Appendiċi

Lista eżawrjenti tal-varjetajiet ta’ għenba żgħira

Varjetà

Ismijiet oħra li bihom hija magħrufa l-varjetà

Admirable de Courtiller

Admirable, Csiri Csuri

Albillo

Acerba, Albuela, Blanco Ribera, Cagalon

Angelo Pirovano

I. Pirovano 2

Annamaria

I. Ubizzoni 4

Baltali

 

Beba

Beba de los Santos, Eva

Catalanesca

Catalanesa, Catalana, Uva Catalana

Chasselas blanc

Chasselas doré, Fendant, Franceset, Franceseta, Gutedel, Krachgutedel, White van der Laan

Chasselas rouge

Roter Gutedel

Chelva

Chelva de Cebreros, Guareña, Mantuo, Villanueva

Ciminnita

Cipro bianco

Clairette

Blanquette, Malvoisie, Uva de Jijona

Colombana bianca

Verdea, Colombana de Peccioli

Crimson Seedless

 

Csaba gyöngye

Cabski biser, Julski Muscat, Muscat Julius, Perle de Csaba, Perla di Csaba

Dawn seedless

 

Dehlro

 

Delizia di Vaprio

I. Pirovano 46 A

Eclipse Seedless

 

Exalta

 

Flame Seedless

Red Flame

Gros Vert

Abbondanza, St Jeannet, Trionfo dell'Esposizione, Verdal, Trionfo di Gerusalemme

Jaoumet

Madeleine de St Jacques, Saint Jacques

Madeleine

Angevine, Angevine Oberlin, Madeleine Angevine Oberlin, Republicain

Mireille

 

Molinera

Besgano, Castiza, Molinera gorda

Moscato d'Adda

Muscat d'Adda

Moscato d'Amburgo

Black Muscat, Hambro, Hamburg, Hamburski Misket, Muscat d'Hambourg, Moscato Preto

Moscato di Terracina

Moscato di Maccarese

Muscat Seedless

 

Muska

 

Œillade

Black Malvoisie, Cinsaut, Cinsault, Ottavianello, Sinso

Panse precoce

Bianco di Foster, Foster's white, Sicilien

Perla di Csaba

Càbski Biser, Julski muskat, Muscat Julius, Perle de Csaba

Perlaut

 

Perlette

 

Pirobella

 

Pizzutello bianco

Aetonychi aspro, Coretto, Cornichon blanc, Rish Baba, Sperone di gallo, Teta di vacca

Precoce de Malingre

 

Primus

I. Pirovano 7

Prunesta

Bermestia nera, Pergola rossa, Pergolese di Tivoli

Servant

Servan, Servant di Spagna

Sideritis

Sidiritis

Sultanines

Bidaneh, Kishmich, Kis Mis, Sultan, Sultana, Sultani, Cekirdesksiz, Sultanina bianca, Sultaniye, Thompson Seedless and mutations

Sundance

 

Sunred Seedless

 

Szőlőskertek Királynője

Königin der Weingärten, Szőlőskertek Királynője muskotály, Szőlőskertek Királynéja, Rasaki ourgarias, Regina Villoz, Reina de las Viñas, Reine des Vignes, I. Mathiasz 140, Queen of the Vineyards, Regina dei Vigneti

Thompson Seedless and Mutations

 

Valenci blanc

Valensi, Valency, Panse blanche

Valenci noir

Planta Mula, Rucial de Mula, Valenci negro

Yapincak

 

PARTI 10:   STANDARD TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI GĦAT-TADAM

I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal tadam ta’ varjetajiet (varjetajiet imnissla mill-kultivazzjoni) li jkunu tkabbru mis-Solanum lycopersicum L, li jkun se jiġi fornut frisk lill-konsumatur, filwaqt li t-tadam għall-ipproċessar industrijali qed jiġi eskluż.

It-tadam jista’ jiġi kklassifikat f’erba’ tipi kummerċjali:

“tond”,

“ċatt (imfellel)”,

“żenguli” jew “tawwali”,

tadam magħhruf bħala “cherry” (inkluż it-tadam magħruf bħala “cocktail”).

II.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan tal-istandard huwa li jiddefinixxi r-rekwiżiti tal-kwalità tat-tadam, wara t-tħejjija u l-imballaġġ tiegħu.

A.   Rekwiżiti minimi

Fil-klassijiet kollha, suġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, it-tadam irid ikun:

intatt,

f’kundizzjoni tajba, prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b’mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nadif, prattikament ħieles minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

frisk fid-dehra,

prattikament ħieles mid-dud,

ħieles minn ħsara kkawżata mid-dud li taffettwa l-laħam,

ħieles minn indewwa esterna li mhix normali,

ħieles minn kwalunkwe riħa u/jew togħma barranija.

Fil-każ ta’ tadam fl-għenieqed, iz-zkuk iridu jkunu friski, b’saħħithom, nodfa u ħielsa mill-weraq kollu u minn kull materjal barrani viżibbli.

L-iżvilupp u l-kundizzjoni tat-tadam iridu jkunu tali li jippermettulu:

jiflaħ għat-trasport u l-immaniġġar, u

li jasal fid-destinazzjoni f’kundizzjoni sodisfaċenti.

B.   Klassifika

It-tadam huwa kklassifikat fi tliet klassijiet, kif iddefiniti hawn taħt:

(i)   Klassi “Extra”

It-tadam ta’ din il-klassi irid ikun ta’ kwalità superjuri. Irid ikun sod u karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

Il-kulur tiegħu, skont l-istat tiegħu tas-sajran, irid ikun tali li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fit-tielet subparagrafu tal-punt A hawn fuq.

Irid jkun ħieles minn partijiet ħodor maz-zokk u minn difetti oħra, għajr difetti superfiċjali tassew żgħar, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

(ii)   Klassi I

It-tadam f’din il-klassi jrid ikun ta’ kwalità tajba. Irid ikun sod b’mod raġonevoli u karatteristiku tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.

Irid ikun ħieles minn qsim u dwawar ħodor viżibbli maz-zokk. Id-difetti żgħar li ġejjin, madankollu, jistgħu jiġu permessi sakemm ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

difett żgħir fil-forma u fl-iżvilupp,

difetti żgħar fil-kulur,

difetti żgħar fil-qoxra,

dbabar ħfief ħafna.

Barra minn hekk, it-tadam “ċatt (imfellel)” jista’ jkollu:

xquq li fiequ li mhumiex itwal minn 1 ċm,

mingħajr protuberanzi eċċessivi,

żokra żgħira iżda mingħajr skorċa (suberization),

skorċa li tiksi l-parti ċentrali tal-istigma sa 1 ċm2,

barxa fina taż-żahra f’għamla tawwalija (bħal ħjata), iżda mhux itwal minn żewġ terzi tal-akbar dijametru tal-frotta.

(iii)   Klassi II

Din il-klassi tinkludi tadam li ma jikkwalifikax għall-inklużjoni fil-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa r-rekwiżiti minimi msemmija hawn fuq.

Irid jkun raġonevolment sod (iżda jista’ jkun kemxejn anqas sod minn tal-Klassi I) u m’għandux juri xquq li ma fiqux.

id-difetti li ġejjin jistgħu jiġu permessi sakemm it-tadam iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu rigward il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni:

difetti fil-forma u fl-iżvilupp,

difetti fil-kulur,

difetti jew dbabar fil-qoxra, sakemm il-frott ma jkunx affettwat serjament,

xquq li jkunu fiequ ta’ mhux aktar minn 3 ċm tul għat-tadam tond, ċatt (imfellel) jew żenguli.

Barra minn hekk, it-tadam “ċatt (imfellel)” jista’ jkollu:

protuberanzi iktar qawwija minn dawk permessi fil-Klassi I, imma mingħajr ma’ jitlef il-forma tiegħu,

Żokra,

skorċa li tiksi l-parti ċentrali tal-istigma sa 2 ċm2,

barxa fina taż-żahra f’għamla tawwalija (bħal ħjata).

III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs huwa stabbilit skont id-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali, skont il-piż jew skont l-għadd.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin m’għandhomx japplikaw għat-tadam fl-għenieqed u dak magħruf bħala “cherry”, u huma fakultattivi għall-Klassi II.

Sabiex tiġi żgurata uniformità fid-daqs, il-firxa tad-daqsijiet tal-prodotti fl-istess pakkett m’għandhiex taqbeż:

(a)

Għat-tadam imkejjel skont id-dijametru:

10 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun inqas minn 50 mm,

15 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta’ 50 mm u aktar iżda inqas minn 70 mm,

20 mm, jekk id-dijametru tal-iżgħar frotta (kif indikat fuq il-pakkett) ikun ta’ 70 mm u aktar iżda inqas minn 100 mm,

ma hemmx limitu għad-differenza fid-dijametru għall-frott ta’ 100 mm jew aktar.

Fil-każ li jkunu applikati kodiċijiet għad-daqs, għandhom jintużaw il-kodiċijiet u l-firxiet fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tad-daqs

Dijametru (mm)

0

≤ 20

1

> 20 ≤ 25

2

> 25 ≤ 30

3

> 30 ≤ 35

4

> 35 ≤ 40

5

> 40 ≤ 47

6

> 47 ≤ 57

7

> 57 ≤ 67

8

> 67 ≤ 82

9

> 82 ≤ 102

10

> 102

(b)

Għal tadam imkejjel skont il-piż jew l-għadd, id-differenza fid-daqs għandha tkun konsistenti ma’ kif indikat fil-punt (a).

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tolleranzi fir-rigward tal-kwalità u d-daqs għandhom jiġu permessi f’kull lott għall-prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-klassi indikata.

A.   Tolleranzi għall-kwalità

(i)   Klassi “Extra”

Hija permessa tolleranza totali ta’ 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi, iżda li jilħaq dawk tal-Klassi I. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza mhux aktar minn 0.5 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-Klassi II.

(ii)   Klassi I

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-Klassi II. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, mhux aktar minn 1 % tat-total jista’ jikkonsisti fi prodotti li la jissodisfaw r-rekwiżiti tal-Klassi II u lanqas ir-rekwiżiti minimi, jew tal-prodotti mħassrin. Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 5 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam maqtugħ miz-zokk.

(iii)   Klassi II

Hija permessa tolleranza totali ta’ 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam li la jissodisfa r-rekwiżiti tal-klassi u lanqas ir-rekwiżiti minimi. Fil-limitu ta’ din it-tolleranza, jistgħu jkunu mħassrin mhux iktar minn 2 % tat-total tal-prodotti. Fil-każ tal-għenieqed tat-tadam, huwa permess 10 %, skont l-għadd jew il-piż, ta’ tadam maqtugħ miz-zokk.

B.   Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha: hija permessa tolleranza totali ta’ 10 % skont l-għadd jew il-piż tat-tadam li ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs.

V.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A.   Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu fih biss tadam tal-istess oriġini, varjetà, jew tip kummerċjali, kwalità, u daqs (jekk ikun imkejjel).

Is-sajran u l-kulur tat-tadam fil-Klassi “Extra” u l-Klassi I jridu jkunu prattikament uniformi. Barra minn hekk, it-tul tat-tadam “żenguli” jrid ikun uniformi biżżejjed.

Madankollu, taħlita ta’ tadam ta’ kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti tista’ tkun ippakkjata flimkien f’pakkett, sakemm dawn ikunu uniformi fil-kwalità u, f’kull kulur, varjetà u/jew tip kummerċjali kkonċernat, fl-oriġini.

Il-parti viżibbli tal-kontenut tal-pakkett trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B.   Imballaġġ

It-tadam irid ikun ippakkjat b’tali mod li l-prodotti jkunu protetti sew.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkett iridu jkunu nodfa u ta’ kwalità tali li tiġi evitata ħsara kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa tal-prodotti. L-użu ta’ materjali, speċjalment karti jew timbri li juru l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess biss jekk l-istampar jew it-tikkettar ikun sar b’linka jew kolla li mhumiex tossiċi.

Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani ieħor.

VI.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett irid juri d-dettalji li ġejjin b’ittri miġbura fuq l-istess naħa, immarkati b’mod leġġibbli u li ma jitħassarx, u viżibbli minn barra:

A.   Identifikazzjoni

Isem u indirizz ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit.

Dan it-tagħrif jista’ jinbidel:

għall-pakketti kollha bl-eċċezzjoni ta’ pakketti ppakkjati minn qabel, permezz tal-marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment li tirrappreżenta lil min jippakkjahom u/jew minn jibgħathom, indikata b’rabta mill-qrib mar-referenza “Min jippakkja u/jew Min jibgħat” (jew abbrevjazzjonijiet ekwivalenti);

għal pakketti ppakkjati minn qabel biss, bl-isem u l-indirizz ta’ bejjiegħ stabbilit fl-Unjoni indikati b’rabta mill-qrib mal-avviż “Ippakkjat għal:” jew avviż ekwivalenti. F’dan il-każ, it-tikkettar għandu jinkludi wkoll kodiċi li tirrappreżenta lil min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit. Il-bejjiegħ għandu jagħti t-tagħrif kollu li l-entità ta’ spezzjoni tqis bħala meħtieġ skont it-tifsira ta’ din il-kodiċi.

B.   Natura tal-prodott

“Tadam” jew “għenieqed tat-tadam” u t-tip kummerċjali jekk il-kontenut ma jkunx viżibbli minn barra. Dawn id-dettalji dejjem iridu jkunu pprovduti għat-tadam magħruf bħala “cherry” (jew “cocktail”), kemm jekk f’għenieqed kif ukoll jekk le.

“Taħlita ta’ tadam”, jew denominazzjoni ekwivalenti, fil-każ ta’ taħlita ta’ varjetajiet, tipi kummerċjali u/jew kuluri ta’ tadam distintivament differenti. Jekk il-prodotti ma jkunux viżibbli minn barra, il-kuluri, il-varjetajiet u/jew it-tipi kummerċjali u l-kwantità ta’ kull pakkett iridu jkunu indikati.

Isem il-varjetà (fakultattiv).

C.   Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż tal-oriġini (26) u, b’mod fakultattiv, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew isem il-post nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Fil-każ ta’ taħlita ta’ tadam ta’ kuluri, varjetajiet u/jew tipi kummerċjali distintivament differenti li jkun minn postijiet ta’ oriġini differenti, l-indikazzjoni ta’ kull pajjiż tal-oriġini għandha tidher ħdejn isem il-kulur, il-varjetà u/jew it-tip kummerċjali kkonċernat.

D.   Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Klassi.

Daqs (jekk imkejjel), espress f’dijametri minimi u massimi.

E.   Marka uffiċjali tal-kontroll (fakultattiva)

Il-pakketti m’għandhomx għalfejn ikollhom id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu, meta jkun fihom pakketti għall-bejgħ li jkunu viżibbli b’mod ċar minn barra u kollha jkun fihom dawn id-dettalji. Dawn il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe indikazzjoni li tista’ toħloq diżgwid. Meta dawn il-pakketti jkunu fuq paliti, id-dettalji għandhom jingħataw f’avviż imqiegħed f’pożizzjoni ovvja fuq tal-anqas żewġ naħat tal-palit.


(1)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(2)  Lista li mhijiex eżawrjenti tal-varjetajiet u li tipprovdi klassifika dwar il-kulur u l-grad ta’ kemm il-qoxra tal-prodott hija ħoxna u ħamra samranija hija stabbilita fl-Appendiċi għal dan l-istandard.

(3)  Varjetajiet immarkati bl-ittra “R” fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjoijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

(4)  Lista li mhijiex eżawrjenti tal-varjetajiet u li tipprovdi klassifika dwar il-kulur u l-grad ta’ kemm il-qoxra tal-prodott hija ħoxna u ħamra samranija hija stabbilita fl-Appendiċi għal dan l-istandard.

(5)  Varjetajiet immarkati bl-ittra “R” fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjoijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

(6)  Varjetajiet immarkati bl-ittra “R” fl-Appendiċi huma eżentati mid-dispożizzjoijiet dwar il-ħxuna u l-ħmura samranija.

(7)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(8)  B’minimu ta’ 20 % għall-Klassi I u l-Klassi II

(9)  Madankollu, għall-varjetà Jonagold, tal-inqas parti waħda minn kull għaxra tal-wiċċ tal-frott fil-Klassi II trid ikun bl-istrixxi ta’ kulur aħmar.

(10)  Ikkalkulat kif deskritt fil-gwida tal-OECD dwar it-testijiet oġġettivi.

(11)  Daqsijiet taħt il-45 mm jirreferu biss għall-klementini.

(12)  L-użu ta’ aġenti tal-ippreservar jew kwalunkwe sustanza kimika oħra li tista’ tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott hija permessa fejn ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni Ewropea.

(13)  L-użu ta’ aġenti tal-ippreservar jew kwalunkwe sustanza kimika oħra li tista’ tħalli riħa barranija fuq il-qoxra tal-frott hija permessa fejn ikun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni Ewropea.

(14)  Frott taċ-ċitru ta’ bla żerriegħa jista’ xi drabi jkollu ż-żerriegħa.

(15)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(16)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(17)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(18)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(19)  Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi għal dan l-istandard.

(20)  Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ lanġas bi frott kbir u tas-sajf hija inkluża fl-Appendiċi għal dan l-istandard.

(21)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(22)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(23)  Xi varjetajiet tal-bżar ħelu jista’ jkollhom togħma taħraq.

(24)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(25)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.

(26)  Għandu jiġi indikat l-isem sħiħ jew dak li l-iktar jintuża.


ANNESS II

XEMPJU MSEMMI FL-ARTIKOLU 12(1)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

ĊERTIFIKAT TA' KONFORMITÀ MAL-ISTANDARDS TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-UNJONI EWROPEA GĦAL FROTT U ĦAXIX FRISK MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 12, 13 U 14

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

PAJJIŻI TERZI FEJN IL-VERIFIKI TAL-KONFORMITÀ ĠEW APPROVATI SKONT L-ARTIKOLU 15 U L-PRODOTTI KKONĊERNATI

Pajjiż

Prodotti

L-Isvizzera

Frott u ħaxix frisk minbarra l-frott taċ-ċitru

Il-Marokk

Frott u ħaxix frisk

L-Afrika t’Isfel

Frott u ħaxix frisk

L-Iżrael

Frott u ħaxix frisk

L-Indja

Frott u ħaxix frisk

In-New Zealand

Tuffieħ, lanġas u frott tal-kiwi

Is-Senegal

Frott u ħaxix frisk

Il-Kenja

Frott u ħaxix frisk

It-Turkija

Frott u ħaxix frisk


ANNESS V

METODI TA' SPEZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 17(1)

Il-metodi ta’ spezzjoni li ġejjin huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet ta’ gwida għall-implimentazzjoni tal-kontroll ta’ kwalità ta’ frott u ħaxix frisk adottati mill-Iskema tal-OECD għall-Applikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali għall-Frott u l-Ħaxix.

1.   DEFINIZZJONIJIET

1.1.   Pakkett

Parti ippakkjata individwalment minn lott, inkluż il-kontenut. L-imballaġġ huwa maħsub sabiex jiffaċilita l-immaniġġar u trasport ta’ għadd ta’ pakketti għall-bejgħ jew ta’ prodotti separati jew irranġati, sabiex tiġi evitata ħsara mill-immaniġġar fiżiku u mit-trasport. Il-pakkett jista' jkun pakkett għall-bejgħ. Il-kontejners għat-trasport tat-triq, tal-ferrovija, tal-vapuri u tal-ajru mhumiex meqjusa bħala pakketti.

1.2.   Pakketti għall-bejgħ

Parti ippakkjata individwalment minn lott, inkluż il-kontenut. L-imballaġġ ta’ pakketti għall-bejgħ huwa kkonċeput sabiex jikkostitwixxi unità ta’ bejgħ għall-utent finali jew il-konsumatur finali fil-punt tax-xiri.

1.3.   Ippakkjar li jsir minn qabel

Pakketti ppakkjati minn qabel huma pakketti għall-bejgħ fejn l-imballaġġ ikun fih, kompletament jew parzjalment, l-oġġetti tal-ikel, iżda b'tali mod li l-kontenut ma jkunx jista' jitbiddel mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel l-imballaġġ. Il-film protettiv li jiksi prodotti singoli mhux meqjus bħala ppakkjar minn qabel.

1.4.   Kunsinna

Il-kwantità ta’ prodotti li għandha tinbiegħ minn negozjant partikolari li tinstab fil-mument tal-ispezzjoni u li hi ddefinita minn dokument. Kunsinna tista' tikkonsisti f'tip jew diversi tipi ta’ prodotti; tista' tinkludi lott wieħed jew aktar ta’ frott u ħaxix frisk, niexef jew imnixxef.

1.5.   Lott

Kwantità ta’ prodotti li, fil-mument tal-ispezzjoni f'post wieħed, għandha karatteristiċi simili fir-rigward ta':

min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-bgħit,

pajjiż tal-oriġini,

natura tal-prodott,

klassi tal-prodott,

daqs (jekk il-prodott huwa ggradat skont id-daqs),

varjetà jew tip kummerċjali (skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-istandard),

tip tal-imballaġġ u l-preżentazzjoni.

Madankollu, jekk matul il-verifika tal-konformità tal-kunsinni kif iddefinit fil-punt 1.4, ikun diffiċli li ssir distinzjoni bejn il-lottijiet differenti u/jew il-preżentazzjoni ta’ lottijiet individwali ma tkunx possibbli, il-lottijiet kollha ta’ kunsinna speċifika jistgħu jkunu trattati bħala lott wieħed jekk ikunu simili fir-rigward tat-tip tal-prodott, min qed jibgħathom, il-pajjiż tal-oriġini, il-klassi u l-varjetà jew it-tip kummerċjali, jekk dan ikun previst fl-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni.

1.6.   Teħid ta’ kampjuni

Kampjuni kollettivi huma meħuda temporanjament minn lott waqt il-verifika tal-konformità.

1.7.   Kampjun primarju

Pakkett meħud mil-lott b'mod aleatorju, fil-każ ta’ prodotti ppakkjati jew, fil-każ ta’ prodotti fi kwantitajiet kbar (tagħbija diretta f'vettura tat-trasport jew kompartiment tagħha), kwantità meħuda b'mod aleatorju minn punt fil-lott.

1.8.   Kampjun ta’ kwantità kbira

Bosta kampjuni primarji li suppost jirrappreżentaw il-lott sabiex il-kwantità totali tkun biżżejjed biex tippermetti l-valutazzjoni tal-lott fir-rigward tal-kriterji kollha.

1.9.   Kampjun sekondarju

Kwantità ndaqs ta’ prodotti meħuda b'mod aleatorju mill-kampjun primarju.

Fil-każ tal-ġewż ippakkjat, il-kampjun sekondarju għandu jiżen bejn it-300 gm u l-1 kg. Jekk il-kampjun primarju jkun magħmul minn pakketti li fihom pakketti għall-bejgħ, il-kampjun sekondarju għandu jkunu pakkett għall-bejgħ wieħed jew aktar li flimkien jilħqu tal-inqas it-300 gm.

Fil-każ tal-prodotti l-oħra ppakkjati, il-kampjun sekondarju għandu jkun fih 30 unità, fil-każ li l-piż nett tal-pakkett ikun 25 kg jew anqas u l-pakkett ma jkun fih l-ebda pakkett għall-bejgħ. F'ċerti każijiet dan ifisser li l-kontenut kollu tal-pakkett irid jiġi vverifikat, jekk il-kampjun primarju jkun fih aktar minn 30 unità.

1.10.   Kampjun imħallat (prodotti niexfa u mnixxfa biss)

Kampjun imħallat huwa taħlita, li tiżen tal-inqas 3 kg, tal-kampjuni sekondarji kollha meħuda mill-kampjun ta’ kwantità kbira. Il-prodotti f'kampjun imħallat għandhom ikunu mħallta b'mod indaqs.

1.11.   Kampjun imnaqqas

Kwantità ta’ prodotti meħuda b'mod aleatorju mill-kampjun ta’ kwantità kbira jew dak imħallat li d-daqs tiegħu jkun ristrett għall-kwantità minima meħtieġa iżda biżżejjed biex jippermetti l-valutazzjoni ta’ ċertu kriterji individwali.

Jekk il-metodu ta’ spezzjoni jeqred il-prodott, id-daqs tal-kampjun imnaqqas ma għandux jaqbeż l-10 % tal-kampjun ta’ kwantità l-kbira jew, fil-każ tal-ġewż bil-qoxra, 100 ġewża meħuda minn kampjun imħallat. Fil-każ ta’ prodotti żgħar niexfa jew imnixxfa (jiġifieri 100 gm jinkludu aktar minn 100 unità) il-kampjun imnaqqas m'għandux jaqbeż it-300 gm.

Għall-valutazzjoni ta’ kriterji tal-grad tal-iżvilupp u/jew tas-sajran, il-kampjunar għandu jiġi kkostitwit skont il-metodi oġġettivi deskritti fil-Gwida għat-Testijiet Oġġettivi għad-Determinazzjoni tal-Kwalità tal-Frott u l-Ħaxix u l-Prodotti Nexfin u Mnixxfa (Guidance on Objective Tests to Determine Quality of Fruit and Vegetables and Dry and Dried Produce).

Bosta kampjuni mnaqqsa jistgħu jittieħdu minn kampjun ta’ kwantità kbira jew imħallat sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-lott ma’ kriterji differenti.

2.   IMPLIMENTAZZJONI TAL-VERIFIKI TAL-KONFORMITÀ

2.1.   Kumment ġenerali

Verifika tal-konformità għandha ssir permezz ta’ valutazzjoni tal-kampjuni aleotorji meħuda minn punti differenti fil-lott li jkun qed jiġi vverifikat. Huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ preżunzjoni li l-kwalità tal-kampjuni hija rappreżentattiva tal-kwalità tal-lott.

2.2.   Post tal-kontroll

Verifika tal-konformità tista' titwettaq matul l-operazzjoni tal-ippakkjar, fil-punt tal-ħruġ tal-kunsinna, matul it-trasport, fil-punt tal-wasla, fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa jew tal-bejgħ bl-imnut.

Fil-każijiet fejn l-entità ta’ spezzjoni ma twettaqx il-verifika tal-konformità fl-istabbilimenti tagħha stess, min ikollu f'idejh il-prodott għandu jipprovdi l-faċilitajiet li jippermettu t-twettiq ta’ verifika tal-konformità.

2.3.   Identifikazzjoni ta’ lottijiet u/jew formazzjoni ta’ idea ġenerali tal-kunsinna

L-identifikazzjoni ta’ lottijiet għandha titwettaq abbażi tal-immarkar tagħhom jew kriterji oħra, bħalma huma l-indikazzjonijiet stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE (1). Fil-każ ta’ kunsinni magħmula minn diversi lottijiet ikun meħtieġ li l-ispettur jieħu idea ġenerali tal-kunsinna bl-għajnuna tad-dokumenti jew dikjarazzjonijiet li jakkompanjawha u li jikkonċernaw il-kunsinni. Huwa mbagħad jiddetermina kemm il-lottijiet ippreżentati jikkonformaw mat-tagħrif f'dawn id-dokumenti.

Jekk il-prodotti jkunu jridu jitgħabbew jew tgħabbew diġà fuq mezz tat-trasport, in-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ dan tal-aħħar għandu jkun użat għall-identifikazzjoni tal-kunsinna.

2.4.   Preżentazzjoni tal-prodott

L-ispettur għandu jiddeċiedi liema pakketti għandhom ikunu vverifikati. Il-preżentazzjoni għandha ssir mill-operatur u għandha tinkludi l-preżentazzjoni tal-kampjun ta’ kwantità kbira kif ukoll il-forniment tat-tagħrif kollu meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-kunsinna jew tal-lott.

Jekk ikunu meħtieġa kampjuni mnaqqsa jew sekondarji, dawn għandhom ikunu identifikati mill-ispettur innifsu mill-kampjun ta’ kwantità kbira.

2.5.   Verifika fiżika

Valutazzjoni tal-imballaġġ u l-preżentazzjoni:

L-imballaġġ, inkluż il-materjal użat fil-pakkett, għandu jkun ittestjat għall-adegwatezza u l-indafa skont id-dispożizzjonijiet tal-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni. Dan għandu jsir abbażi tal-kampjuni primarji, fil-każ tal-prodotti ppakkjati u fil-każijiet l-oħra kollha abbażi tal-vettura tat-trasport. Jekk ċerti tipi ta’ imballaġġi biss ikunu permessi, l-ispettur għandu jivverifika jekk dawn humiex qed ikunu użati.

Verifika tal-immarkar:

L-ispettur għandu jivverifika jekk il-prodotti humiex immarkati skont l-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni. Dan għandu jinkludi verifika tal-preċiżjoni tal-immarkar u/jew sakemm hija meħtieġa kwalunkwe emenda.

Fil-każ tal-prodotti ppakkjati, din il-verifika għandha titwettaq abbażi tal-kampjuni primarji, fil-każijiet l-oħra kollha abbażi tad-dokumenti mwaħħla fuq il-palit jew mal-vettura tat-trasport.

Frott u ħaxix imkebbeb individwalment fil-plastik ma għandux jitqies bħala ikel ippakkjat minn qabel skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/13/KE u ma għandux neċessarjament ikun immarkat skont l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. F'dawn il-każijiet, it-tkebbib tal-plastik jista' jitqies bħala protezzjoni sempliċi ta’ prodotti fraġli.

Verifika tal-konformità tal-prodotti:

L-ispettur għandu jiddetermina d-daqs tal-kampjun ta’ kwantità kbira b'tali mod li jippermetti valutazzjoni tal-lott. Huwa għandu jagħżel b'mod aleatorju l-pakketti li għandhom ikunu spezzjonati jew, fil-każ ta’ prodotti fi kwantitajiet kbar, il-punti tal-lott li minnhom għandhom jittieħdu kampjuni individwali.

Għandu jkun hemm l-attenzjoni sabiex jiġi żgurat li t-tneħħija ta’ kampjuni ma taffettwax ħażin il-kwalità tal-prodott.

Pakketti bil-ħsara m'għandhomx jintużaw bħala parti minn kampjun ta’ kwantità kbira. Għandhom jitwarrbu u jistgħu, fejn meħtieġ, ikunu suġġetti għal eżami u rapport separati.

Il-kampjun ta’ kwantità kbira għandu jinkludi l-kwantitajiet minimi li ġejjin kull meta lott ikun iddikjarat li mhux sodisfaċenti jew ir-riskju ta’ prodotti li ma jikkonformawx mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni jkun irid jiġi eżaminat:

Prodotti ppakkjati

Għadd ta’ pakketti fil-lott

Għadd ta’ pakketti li għandhom jittieħdu (kampjuni primarji)

Sa 100

5

Minn 101 sa 300

7

Minn 301 sa 500

9

Minn 501 sa 1 000

10

Iktar minn 1 000

15 (minimu)

Prodotti fi kwantitajiet kbar.

(tagħbija diretta f'vettura tat-trasport jew f'kompartiment tagħha)

Kwantità tal-lott f'kg jew għadd ta’ munzelli fil-lott

Kwantità ta’ kampjuni primarji f'kg jew għadd ta’ munzelli

Sa 200

10

Minn 201 sa 500

20

Minn 501 sa 1 000

30

Minn 1 001 sa 5 000

60

Iktar minn 5 000

100 (minimu)

Fil-każ ta’ frott u ħaxix voluminuż (aktar minn 2 kg għal kull unità), il-kampjuni primarji għandhom ikunu magħmula minn tal-inqas ħames unitajiet. Fil-każ ta’ lottijiet li jinvolvu inqas minn 5 pakketti jew jiżnu inqas minn 10 kg, il-verifika għandha tkopri l-lott kollu.

Jekk l-ispettur jiskopri, wara spezzjoni, li ma tistax tintlaħaq deċiżjoni, għandha titwettaq verifika fiżika oħra u r-riżultat kumplessiv ikun irrappurtat bħala l-medja taż-żewġ verifiki.

2.6.   Kontroll tal-prodotti

Fil-każ tal-prodotti ppakkjati, il-kampjun primarju għandu jintuża biex tiġi vverifikata d-dehra tal-prodotti, il-preżentazzjoni, l-indafa tal-pakketti u t-tikkettar. Fil-każijiet l-oħra kollha, dawn il-verifiki għandhom jitwettqu abbażi tal-lott jew il-vettura tat-trasport.

Il-prodotti għandhom jitneħħew totalment mill-imballaġġ tagħhom għall-verifika tal-konformità. L-ispettur jista' jiddisponi minn dan biss meta l-kampjun ikun ibbażat fuq kampjuni mħallta.

L-ispezzjoni tal-uniformità, ir-rekwiżiti minimi, il-klassijiet ta’ kwalità u daqs għandha titwettaq abbażi ta’ kampjun ta’ kwantità kbira, jew abbażi ta’ kampjun imħallat fejn jitqiesu l-fuljetti ta’ spjegazzjoni ppubblikati mill-Iskema tal-OECD għall-Applikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali għall-Frott u l-Ħaxix.

Fejn jiġu osservati difetti, l-ispettur għandu jaċċerta l-perċentwal rispettiv tal-prodott mhux konformi mal-istandard skont l-għadd jew il-piż.

Id-difetti esterni għandhom jiġu vverifikati abbażi tal-kampjun ta’ kwanitità kbira jew tal-kampjun imħallat. Ċertu kriterji dwar il-grad tal-iżvilupp u/jew tas-sajran jew dwar il-preżenza jew l-assenza ta’ difetti interni jista' jkunu vverifikati abbażi ta’ kampjuni mnaqqsa. Il-verifika bbażata fuq il-kampjun imnaqqas tapplika partikolarment għal verifiki li jeqirdu l-valur kummerċjali tal-prodotti.

Il-kriterji tal-grad tal-iżvilupp u/jew tas-sajran, għandhom jiġu vverifikati bl-użu ta’ strumenti u metodi stipulati għal dan il-għan fl-istandard rilevanti tal-kummerċjalizzazzjoni jew skont il-Gwida għat-Testijiet Oġġettivi għad-Determinazzjoni tal-Kwalità tal-Frott u l-Ħaxix u l-Prodotti Nexfin u Mnixxfa.

2.7.   Rapport tar-riżultati tal-kontroll

Dokumenti msemmija fl-Artikolu 14 għandhom jinħarġu fejn xieraq.

Jekk jinstabu difetti li jwasslu għan-nuqqas ta’ konformità, in-negozjant jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkun infurmat bil-miktub dwar dawn id-difetti u l-perċentwal misjub kif ukoll bir-raġunijiet tan-nuqqas ta’ konformità. Jekk il-konformità tal-prodotti mal-istandard tkun possibbli permezz ta’ bidla fl-immarkar, in-negozjant jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom ikunu infurmati.

Jekk jinstabu difetti fi prodott, għandu jkun indikat il-perċentwal misjub li ma jkunx konformi mal-istandard.

2.8.   Tnaqqis fil-valur permezz tal-verifika tal-konformità

Wara l-verifika tal-konformità, il-kampjun ta’ kwantità kbira jew il-kampjun imħallat jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu.

L-entità ta’ spezzjoni m'għandhiex tkun marbuta li tagħti lura l-elementi tal-kampjun ta’ kwantità kbira jew tal-kampjun imħallat meqrud matul il-verifika tal-konformità.


(1)  ĠU L 186, 30.06.1989, p. 21.


ANNESS VI

PRODOTTI PPROĊESSATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 50(3)

Kategorija

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Meraq tal-frott

ex 2009

Meraq tal-frott, minbarra l-meraq tal-għeneb u l-most tas-subintestaturi 2009 61 u 2009 69 u l-meraq tal-banana tas-subintestatura ex 2009 80 u l-meraq konċentrat, mhux fermentat u bla spirti miżjuda, kemm jekk ikun fih zokkor jew sustanzi ta' ħlewwa oħra miżjuda kif ukoll jekk le.

Meraq tal-frott konċentrat huwa meraq tal-frott li jaqa' taħt l-intestatura ex 2009 li jitħejja permezz tat-tneħħija fiżika ta' tal-inqas 50 % tal-kontenut tal-ilma, f'pakketti ta' kontenut nett ta' mhux inqas minn 200 kg.

Kunserva tat-tadam

ex 2002 90 31

ex 2002 90 91

Kunserva tat-tadam b'kontenut ta’ piż niexef ta’ mhux inqas minn 28 % f'pakketti immedjati ta’ kontenut nett ta’ mhux inqas minn 200 kg.

Frott u ħaxix iffriżat

ex 0710

Ħaxix (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fl-ilma jagħli) iffriżat, minbarra l-qamħirrun ħelu tas-subintestatura 0710 40 00 , żebbuġ tas-subintestatura 0710 80 10 u frott tal-ġenus Capsicum jew tal-ġenus Pimenta tas-subintestatura 0710 80 59 .

ex 0811

Frott u ġewż, mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fl-ilma jagħli, iffriżat, ma fihx zokkor jew sustanzi ta’ ħlewwa oħra miżjuda, minbarra l-banana ffriżata li taqa' taħt is-subintestatura ex 0811 90 95 .

ex 2004

Ħaxix ieħor ippreparat jew ippriservat b'mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżat, minbarra l-prodotti tal-intestatura 2006 , minbarra l-qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura ex 2004 90 10 , żebbuġ tas-subintestatura ex 2004 90 30 u patata ppreparata jew ippriservata f'forma ta' dqiq, mitħuna jew f'biċċiet, tas-subintestatura 2004 10 91

Frott u ħaxix tal-bott

ex 2001

Ħaxix, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati u ppriservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, minbarra:

frott tal-ġenus Capsicum għajr il-bżar ħelu jew il-pimenta tas-subintestatura 2001 90 20

qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura 2001 90 30

jam, patata ħelwa u partijiet ta' pjanti tajbin għall-ikel oħra simili li fihom 5 % jew iktar bħala piż ta' lamtu tas-subintestatura 2001 90 40

qlub tal-palm tas-subintestatura 2001 90 60

żebbuġ tas-subintestatura 2001 90 65

weraq tad-dielja, rimjiet tal-ħops u partijiet ta' pjanti tajbin għall-ikel oħra simili tas-subintestatura ex 2001 90 97 .

ex 2002

Tadam ippreparat jew ippriżervat għajr bil-ħall jew l-aċidu aċetiku ħlief għall-kunserva tat-tadam tas-subintestaturi ex 2002 90 31 u ex 2002 90 91 deskritti hawn fuq.

ex 2005

Ħaxix ieħor ippreparati jew ippriżervati għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat, ħlief għall-prodotti tal-intestatura 2006 minbarra ż-żebbuġ tas-subintestatura 2005 70 , il-qamħirrun ħelu (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura 2005 80 00 , frott tal-ġenus Capsicum ħlief il-bżar ħelu jew il-pimenta tas-subintestatura 2005 99 10 , u l-patata ppreparata jew ippreżervata f'forma ta' dqiq, mitħuna jew f'biċċiet, tas-subintestatura 2005 20 10 .

ex 2008

Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew sustanzi oħra ta' ħlewwa miżjuda jew spirtu miżjud kif ukoll jekk le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar, minbarra:

butir tal-karawett tas-subintestatura 2008 11 10

ġewż ieħor ippreparat jew ippriżervat mod ieħor, kemm jekk biz-zokkor jew xi sustanzi oħra ta' ħlewwa miżjuda kif ukoll jekk le, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor, tas-subintestatura ex 2008 19

qlub tal-palm tas-subintestatura 2008 91 00

qamħirrun tas-subintestatura 2008 99 85

jam, patata ħelwa u partijiet simili ta’ pjanti tajbin għall-ikel, li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu tas-subintestatura 2008 99 91

weraq tad-dwieli, rimjiet tal-ħops u partijiet simili oħrajn tal-pjanti tajbin għall-ikel tas-subintestatura ex 2008 99 99

taħlitiet ta' banana ppreparati jew ippreservati b'mod ieħor tas-subintestaturi ex 2008 92 59 , ex 2008 92 78 , ex 2008 92 93 u ex 2008 92 98

banana ppreparata jew ippriżervata b'mod ieħor tas-subintestaturi ex 2008 99 49 , ex 2008 99 67 u ex 2008 99 99

Faqqiegħ tal-bott

2003 10

Faqqiegħ tal-ġenus Agaricus, ippreparat jew ippriżervat b’mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku.

Frott provviżorjament ippriżervat fis-salmura

ex 0812

Frott u ġewż ippriżervat provviżorjament fis-salmura, iżda li f'dak l-istat mhumiex tajbin għal konsum immedjat, minbarra l-banana ippriservata provviżorjament tas-subintestatura ex 0812 90 98 .

Frott imnixxef

ex 0813

Frott, imnixxef, għajr dak tal-intestaturi 0801 sa 0806 ;

0804 20 90

Tin imnixxef

0806 20

Għeneb imnixxef

ex 2008 19

Ġewż ieħor ippreparat jew ippriżervat mod ieħor, kemm jekk biz-zokkor jew xi sustanzi oħra ta’ ħlewwa miżjuda kif ukoll jekk le, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor, minbarra l-ġewż tropikali u t-taħlitiet tiegħu.

Frott u ħaxix ieħor ipproċessat

 

Frott u ħaxix ipproċessat elenkat fil-Parti X tal-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, differenti mill-prodotti elenkati fil-kategoriji ta’ hawn fuq.

Ħwawar aromatiċi pproċessati

ex 0910

Sagħtar imnixxef.

ex 1211

Ħabaq, melissa, nagħniegħ, l-origanum vulgare (riegnu/merdqux selvaġġ), klin, salvja, kemm jekk maqtugħa, imfarrka jew mitħuna kif ukoll jekk le.

Trab tal-paprika

ex 0904

Bżar tal-ġenus Piper; Frott tal-ġenus Capsicum jew tal-ġenus Pimenta mnixxef jew imfarrak jew mitħun eskluż il-bżar ħelu tas-subintestatura 0904 20 10 .


ANNESS VII

STRUTTURA U KONTENUT TA’ STRATEĠIJA NAZZJONALI GĦALL- PROGRAMMI OPERATTIVI SOSTENIBBLI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 55(1)

1.   Tul taż-żmien tal-istrateġija nazzjonali

Għandu jkun indikat mill-Istat Membru.

2.   Analiżi tas-sitwazzjoni f'termini ta’ punti b'saħħithom u dawk dgħajfin u potenzjal għall-iżvilupp, l-istrateġija magħżula sabiex dawn jintlaħqu u l-ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula kif imsemmi fl-Artikolu 103f(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.1.   Analiżi tas-sitwazzjoni

Iddeskrivi s-sitwazzjoni attwali tas-settur tal-frott u ħaxix permezz ta’ dejta kwantifikata, filwaqt li tenfasizza l-punti b'saħħithom u dawk dgħajfin, in-nuqqas ta’ qbil, il-ħtiġijiet u n-nuqqasijiet u l-potenzjal għall-iżvilupp abbażi tal-indikaturi bażiċi rilevanti komuni ddefiniti fl-Anness VIII u ta’ indikaturi addizzjonali relevanti oħra. Din id-deskrizzjoni għandha tikkonċerna tal-inqas:

Il-prestazzjonijiet tas-settur tal-frott u ħaxix, inkluż xejriet ewlenin: punti b'saħħithom u dawk dgħajfin tas-settur, inkluż skont termini ta’ kompetittività, u l-potenzjal għall-iżvilupp ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi;

l-effetti ambjentali (impatti/pressjonijiet u benefiċċji) tal-produzzjoni ta’ frott u ħaxix, inkluż xejriet ewlenin.

2.2.   L-istrateġija magħżula sabiex jintlaħqu l-punti b'saħħithom u dawk dgħajfin

Iddeskrivi l-oqsma ewlenin fejn l-intervent huwa mistenni li jġib il-valur massimu miżjud:

relevanza għall-għanijiet stabbiliti għall-programmi operattivi u għar-riżultati mistennija u l-miri marbutin mal-bżonnijiet (ta’ prijorità) identifikati, u l-limitu safejn ikunu jistgħu miksuba realistikament,

koerenza interna tal-istrateġija, u l-eżistenza ta’ interazzjonijiet imsaħħin b'mod reċiproku u assenza ta’ konflitti u kontradizzjonijiet possibbli bejn l-għanijiet operattivi tal-azzjonijiet differenti magħżula,

komplimentarità u konsistenza tal-azzjonijiet magħżula, u ma’ azzjonijiet oħra nazzjonali/reġjonali, u b’mod partikolari ma’ attivitajiet appoġgjati permezz ta’ fondi tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-miżuri tal-iżvilupp rurali;

riżultati u impatt mistennija rigward is-sitwazzjoni bażika, u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn l-għanijiet tal-Unjoni.

2.3.   Impatt mill-programmi operattivi preċedenti (meta disponibbli)

Iddeskrivi, fejn hu xieraq, l-impatt tal-programmi operattivi implimentati fil-passat riċenti. Ippreżenta r-riżultati disponibbli fil-qosor.

3.   Għanijiet tal-tal-programmi operattivi u tal-istrumenti, l-indikaturi ta’ prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 103f(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Iddeskrivi t-tipi ta’ azzjonijiet magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ (lista mhux eżawrjenti) u indika liema huma l-għanijiet fil-mira, il-miri verifikabbli u l-indikaturi li jippermettu l-progress lejn il-ksib tal-għanijiet, l-effiċjenza u l-effettività li għandhom ikunu vvalutati.

3.1.   Rekwiżiti li jikkonċernaw it-tipi ta’ azzjonijiet kollha jew uħud minnhom

Kriterji u regoli amministrativi adottati sabiex jiżguraw li ċertu azzjonijiet magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ mhumiex appoġġati wkoll minn strumenti relevanti oħra tal-Politika Agrikola Komuni, u partikolarment mill-appoġġ għall-iżvilupp rurali.

Garanziji effettivi fis-seħħ, b'applikazzjoni tal-Artikolu 103c(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, sabiex jipproteġu l-ambjent minn pressjonijiet miżjuda possibbli li ġejjin minn investimenti appoġġati skont programmi operattivi u kriterji adottati b'applikazzjoni tal-Artikolu 103f(1) ta’ dak ir-Regolament, sabiex jiżguraw li investimenti fuq azjendi individwali appoġġati skont programmi operattivi jirrispettaw l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 191 tat-Trattat u fis-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju.

3.2.   Tagħrif speċifiku mitlub għal tipi ta’ azzjonijiet (għandha jimtela biss għat-tipi ta’ azzjonijiet magħżula)

It-tagħrif speċifiku li ġej huwa mitlub għall-azzjonijiet ippjanati:

3.2.1.   Azzjonijiet immirati lejn l-ippjanar ta’ produzzjoni (lista mhux eżawrjenti)

3.2.1.1.   Akkwist ta’ assi fissi

tipi ta’ investimenti eliġibbli għall-appoġġ (inkluż it-tip ta’ assi fissi kkonċernati),

forom oħra ta’ akkwist eliġibbli għall-appoġġ, pereżempju l-kiri, it-twellija (inkluż it-tip ta’ assi fissi kkonċernati),

dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.1.2.   Azzjonijiet oħrajn

deskrizzjoni tat-tipi ta’ azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ,

dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.2.   Azzjonijiet immirati lejn it-titjib u ż-żamma tal-kwalità tal-prodott (lista mhux eżawrjenti)

3.2.2.1.   Akkwist ta’ assi fissi

tipi ta’ investimenti eliġibbli għall-appoġġ (inkluż it-tip ta’ assi fissi kkonċernati),

forom oħra ta’ akkwist eliġibbli għall-appoġġ, pereżempju l-kiri, it-twellija (inkluż it-tip ta’ assi fissi kkonċernati),

dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.2.2.   Azzjonijiet oħrajn

deskrizzjoni tat-tipi ta’ azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ,

dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.3.   Azzjonijiet immirati lejn it-tijib tal-kummerċjalizzazzjoni (lista mhux eżawrjenti)

3.2.3.1.   Akkwist ta’ assi fissi

tipi ta’ investimenti eliġibbli għall-appoġġ (inkluż it-tip ta’ assi fissi kkonċernati),

forom oħra ta’ akkwist eliġibbli għall-appoġġ, pereżempju l-kiri, it-twellija (inkluż it-tip ta’ assi fissi kkonċernati),

dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.3.2.   Tipi ta’ azzjonijiet oħra inkluż attivitajiet ta’ promozzjoni u kommunikazzjoni li ma jikkonċernawx il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet

deskrizzjoni tat-tipi ta’ azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ,

dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.4.   Riċerka u produzzjoni esperimentali (lista mhux eżawrjenti)

3.2.4.1.   Akkwist ta’ assi fissi

tipi ta’ investimenti eliġibbli għall-appoġġ (inkluż it-tip ta’ assi fissi kkonċernati),

forom oħra ta’ akkwist eliġibbli għall-appoġġ, pereżempju l-kiri, it-twellija (inkluż it-tip ta’ assi fissi kkonċernati),

dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.4.2.   Tipi ta’ azzjonijiet oħra

deskrizzjoni tat-tipi ta’ azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ,

dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.5.   Tipi ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ (li ma jikkonċernawx il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet) u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta’ konsultazzjoni (lista mhux eżawrjenti)

deskrizzjoni tat-tipi ta’ azzjonijiet eliġibbli għall-appoġg (inkluż it-tipi ta’ taħriġ u/jew kwistjonijiet koperti mis-servizz ta’ konsultazzjoni),

dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.6.   Miżuri tal-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ krizijiet

deskrizzjoni tat-tipi ta’ azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ,

dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.7.   Tipi ta’ azzjonijiet ambjentali (lista mhux eżawrjenti)

konferma li l-azzjonijiet ambjentali magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103c(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007,

konferma li l-appoġġ għal azzjonijiet ambjentali eliġibbli jirrispetta r-rekwiżiti stabbiliti fir-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 103c(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.2.7.1.   Akkwist ta’ assi fissi

tipi ta’ investimenti eliġibbli għall-appoġġ (inkluż it-tip ta’ assi fissi kkonċernati),

forom oħra ta’ akkwist eliġibbli għall-appoġġ, pereżempju l-kiri, it-twellija (inkluż it-tip ta’ assi fissi kkonċernati),

dettalji dwar kundizzjonijiet ta’ eliġibbilità għall-appoġġ.

3.2.7.2.   Tipi ta’ azzjonijiet oħra

lista tal-azzjonijiet ambjentali eliġibbli għall-appoġġ,

deskrizzjoni tat-tipi ta’ azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ, inkluż l-impenn jew impenji speċifiċi li dawn jinvolvu, il-ġustifikazzjoni tagħhom ibbażata fuq l-impatt ambjentali mistenni tagħhom fir-rigward ta’ bżonnijiet u prijoritajiet ambjentali,

ammonti ta’ appoġġ, fejn relevanti;

kriterji adottati għall-kalkolu tal-livelli ta’ appoġġ.

3.2.8.   Tipi ta’ azzjonijiet oħra (lista mhux eżawrjenti)

3.2.8.1.   Akkwist ta’ assi fissi

tipi ta’ investimenti eliġibbli għall-appoġġ (inkluż it-tip ta’ assi fissi kkonċernati),

forom oħra ta’ akkwist eliġibbli għall-appoġġ, pereżempju l-kiri, it-twellija (inkluż it-tip ta’ assi fissi kkonċernati),

dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.8.2.   Azzjonijiet oħrajn

deskrizzjoni tat-tipi ta’ azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ,

dettalji dwar il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-appoġġ.

4.   Ħatra ta’ awtoritajiet kompetenti u korpi responsabbli

Ħatra mill-Istat Membru tal-awtorità nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija nazzjonali.

5.   Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ monitorġġ u evalwazzjoni

Dawn għandhom jinbnew fuq il-bażi tal-lista komuni ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni komuni indikati fl-Anness VIII. Fejn meqjus bħala xieraq, l-istrateġija nazzjonali għandha tispeċifika indikaturi addizzjonali li jirriflettu bżonnijiet nazzjonali u/jew reġjonali, kundizzjonijiet u għanijiet speċifiċi għall-programmi nazzjonali operattivi.

5.1.   Valutazzjoni tal-programmi u obbligi ta’ rappurtar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 103f(2)(d) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Iddeskrivi r-rekwiżiti u proċeduri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward ta’ programmi operattivi, inkluż l-obbligazzjonijiet ta’ rappurtar għal organizzazzjonijiet tal-produtturi.

5.2.   Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-istrateġija nazzjonali

Iddeskrivi r-rekwiżiti u l-proċeduri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward tal-istrateġija nazzjonali.


ANNESS VIII

Lista ta indikaturi komuni tal-prestazzjoni msemmija fl-artikoli 59(a), 96(3)(a) u 125(2)

Is-sistema ta’ indikaturi komuni tal-prestazzjoni marbutin ma’ azzjonijiet magħmula minn organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-membri tagħhom skont programm operattiv ma jolqotx neċessarjament il-fatturi kollha li jistgħu jintervjenu u jaffettwaw l-output, ir-riżultati u impatti ta’ programm operattiv. F’dan il-kuntest, it-tagħrif provdut mill-indikaturi komuni tal-prestazzjoni għandu jkun interpretat skont it-tagħrif kwantitattiv u kwalitattiv li jirrigwarda l-fatturi ewlenin l-oħra li jikkontribwixxu għas-suċċess jew għall-falliment tal-implimentazzjoni tal-programm.

1.   INDIKATURI KOMUNI LI JIRRIGWARDAW L-EŻEKUZZJONI FINANZJARJA (INDIKATURI TA’ INPUT (RIŻORSI INVESTITI)) (ANNWALI)

Miżura

Tip ta’ azzjoni

Indikaturi ta’ input (annwali)

Azzjonijiet immmirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni

a)

Xiri ta’ assi fissi

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija

c)

Azzjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott

a)

Xiri ta’ assi fissi

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija

c)

Azzjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni

a)

Xiri ta’ assi fissi

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija

c)

Attivitajiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni (għajr fir-rigward ta’ prevenzjoni u ġestjoni ta’ kriżijiet)

d)

Azzjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

Riċerka, u produzzjoni sperimentali

a)

Xiri ta’ assi fissi

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija

c)

Azzjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

Azzjonijiet ta’ taħrig (għajr dawk li jikkonċernaw il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet) u/jew azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni aċċess għal servizzi ta’ konsultazzjoni

Ibbażati fuq il-kwistjoni ewlenija koperta:

a)

Produzzjoni organika

b)

Produzzjoni integrata jew ġestjoni integrata tad-dud

c)

Kwistjonijiet ambjentali oħra

d)

Traċċabbiltà

e)

Kwalità tal-prodott, inkluż residwi ta’ pestiċidi

f)

Kwistjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

Miżuri tal-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ krizijiet

a)

l-irtirar mis-suq;

b)

il-ħsad bikri jew il-fatt li ma jsirx ħsad ta’ frott u ħaxix;

c)

attivitajiet ta’ promozzjoni u kommunikazzjoni;

d)

azzjonijiet ta’ taħriġ;

e)

l-assigurazzjoni tal-ħsad;

f)

l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi.

Infiq (EUR)

Azzjonijiet ambjentali

a)

Xiri ta’ assi fissi

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija

c)

Azzjonijiet oħra:

(1)

Produzzjoni

i)

Produzzjoni organika

ii)

Produzzjoni integrata

iii)

Użu mtejjeb u/jew ġestjoni tal-ilma, inkluż l-iffrankar u t-tneħħija tal-ilma

iv)

Azzjonijiet sabiex tkun konservata l-ħamrija (e.ż., tekniki ta’ xogħol sabiex tiġi evitata/mnaqqasa l-erożjoni tal-ħamrija, kopertura veġetali, agrikoltura ta’ konservazzjoni, kisja ta’ protezzjoni fuq il-ħamrija)

v)

Azzjonijiet sabiex jinħolqu u jinżammu ħabitats favorevoli għal biodiversità (e.ż. artijiet mistagħdra) jew sabiex ikun miżmum il-pajsaġġ, inkluż il-konservazzjoni ta’ karatteristiċi storiċi (e.ż. ħitan tas-sejjiegħ, raba’ mtarraġ, masġar żgħir)

vi)

Azzjonijiet li jiffavorixxu l-iffrankar tal-energija

vii)

Azzjonijiet li jirrigwardaw tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u t-titjib fil-ġestjoni tiegħu

viii)

Azzjonijiet oħrajn

(2)

Trasport

(3)

Kummerċjalizzazzjoni

Infiq (EUR)

Azzjonijiet oħrajn

a)

Xiri ta’ assi fissi

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija

c)

Azzjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

2.   INDIKATURI TA’ OUTPUT (il-prodott) KOMUNI (ANNWALI)

Miżura

Tip ta’ azzjoni

Indikaturi ta’ output (annwali)

Azzjonijiet immmirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni

a)

Xiri ta’ assi fissi

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Valur totali tal-investimenti (EUR) (1)

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

c)

Azzjonijiet oħrajn

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott

a)

Xiri ta’ assi fissi

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet.

Valur totali tal-investimenti (EUR) (1)

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

c)

Azzjonijiet oħrajn

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni

a)

Xiri ta’ assi fissi

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet.

Valur totali tal-investimenti (EUR) (1)

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

c)

Attivitajiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet)

Għadd ta’ azzjonijiet meħuda (2)

d)

Azzjonijiet oħrajn

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Riċerka u produzzjoni sperimentali

a)

Xiri ta’ assi fissi

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet.

Valur totali tal-investimenti (EUR) (1)

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

c)

Azzjonijiet oħrajn

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet (3)

Għadd ta’ ettari kkonċernati (4)

Azzjonijiet ta’ taħriġ (għajr dawk li jikkonċernaq il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet) u/jew azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta’ konsultazzjoni

Ibbażati fuq il-kwistjoni ewlenija koperta:

Għadd ta’ ġranet ta’ taħriġ li jirċievu l-partecipanti

a)

Produzzjoni organika

b)

Produzzjoni integrata jew ġestjoni integrata tad-dud

c)

Kwistjonijiet ambjentali oħra

d)

Traċċabbiltà

e)

Kwalità tal-prodott, inkluż residwi ta’ pestiċidi

f)

Kwistjonijiet oħra

Għadd ta’ azjendi li jużaw is-servizzi ta’ konsultazzjoni (5)

Miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet

a)

l-irtirar mis-suq;

Għadd ta’ azzjonijiet meħuda (6)

b)

il-ħsad bikri jew il-fatt li ma jsirx ħsad ta’ frott u ħaxix;

Għadd ta’ azzjonijiet meħuda (7)

c)

attivitajiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni;

Għadd ta’ azzjonijiet meħuda (2)

d)

azzjonijiet ta’ taħriġ;

Għadd ta’ ġranet ta’ taħriġ li jirċievu l-partecipanti

e)

l-assigurazzjoni tal-ħsad;

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

f)

l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi.

Għadd ta’ azzjonijiet meħuda (8)

Azzjonijiet ambjentali

a)

Xiri ta’ assi fissi (9)

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Valur totali tal-investimenti (EUR) (2)

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija (10)

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

c)

Azzjonijiet oħrajn

(1)

Produzzjoni

i)

Produzzjoni organika

ii)

Produzzjoni integrata

iii)

Użu mtejjeb u/jew ġestjoni ta’ ilma, inkluż l-iffrankar u t-tneħħija tal-ilma

iv)

Azzjonijiet sabiex tkun konservata l-ħamrija (e.ż., tekniki ta’ xogħol sabiex tiġi evitata/mnaqqsa l-erożjoni tal-ħamrija, kopertura veġetali, agrikoltura ta’ konservazzjoni, kisja ta’ protezzjoni fuq il-ħamrija)

v)

Azzjonijiet sabiex jinħolqu u jinżammu ħabitats favorevoli għall-biodiversità (e.ż. artijiet mistagħdra) jew sabiex ikun miżmum il-pajsaġġ, inkluż il-konservazzjoni ta’ karatteristiċi storiċi (e.ż. ħitan tas-sejjiegħ, raba’ mtarraġ, masġar żgħir)

vi)

Azzjonijiet li jiffavorixxu l-iffrankar tal-enerġija

vii)

Azzjonijiet li jirrigwardaw itnaqqis ta’ produzzjoni ta’ skart u t-titjib fil-ġestjoni tiegħu

viii)

Azzjonijiet oħrajn

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Għadd ta’ ettari kkonċernati

(2)

Trasport

(3)

Kummerċjalizzazzjoni

Volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata kkonċernata

Azzjonijiet oħrajn

a)

Xiri ta’ assi fissi

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Valur totali tal-investimenti (EUR) (1)

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

c)

Azzjonijiet oħrajn

Għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

3.   INDIKATURI TA’ RIŻULTATI KOMUNI

Nota bene: L-indikaturi ta’ rizultat ghandhom ikunu nnotifikati biss ladarba r-riżultati huma apprezzati.

Miżura

Indikaturi ta’ riżultat (Kejl)

Azzjonijiet immmirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni

Bidla fit-total tal-volum ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata (tunnellati)

Bidla fil-valur ta’ unità tal-produzzjoni kummerċjalizzata (EUR/kg)

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott

Bidla fil-volum ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata li tilħaq ir-rekwiżiti ta’ “skema ta’ kwalità” speċifika (tunnellati) (11)

Bidla fil-valur ta’ unità tal-produzzjoni kummerċjalizzata (EUR/kg)

Impatt stmat fuq l-ispejjeż ta’ produzzjoni (EUR/kg)

Azzjoinijet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni

Bidla fit-total tal-volum ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata (tunnellati)

Bidla fil-valur ta’ unità tal-produzzjoni kummerċjalizzata (EUR/kg)

Riċerka u produzzjoni sperimentali

Għadd ta’ tekniki, processi u/jew prodotti ġodda adottati mill-bidu tal-programm operattiv

Azzjonijiet ta’ taħrig (għajr dawk li jikkonċernaw il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet) u/jew azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta’ konsultazzjoni

Għadd ta’ nies li spiċċaw l-attività/programm ta’ taħrig kollu b’suċċess

Għadd ta’ azjendi li jużaw għal servizzi ta’ konsulenza

Miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet

a)

irtirar mis-suq

Volum totali ta’ produzzjoni suġġett għall-irtirar (tunnellati)

b)

il-ħsad bikri jew il-fatt li ma jsirx ħsad ta’ frott u ħaxix

Erja totali kkonċernata minn ħsad bikri jew mill-fatt li ma jsirx ħsad ta’ frott (ettari)

c)

promozzjoni u komunikazzjoni

Bidla stmata fil-volum ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata għal prodotti suġġetti għall-attivitajiet ta’ promozzjoni/komunikazzjoni (tunnellati)

d)

azzjonijiet ta’ taħriġ

Għadd ta’ nies li spiċċaw l-attività/programm ta’ taħrig kollu b’suċċess

e)

assigurazzjoni tal-ħsad

Valur totali tar-riskju assigurat (EUR)

f)

appoġġ għall-ispejjeż amministrativi għall-istabbiliment a’ fondi mutwi

Valur totali ta’ fond mutwu stabbilit (EUR)

Azzjonijiet ambjentali

a)

Xiri ta’ assi fissi (12)

Bidla stimata fil-konsum annwali ta’ fertilizzant minerali/ettaru, skont it-tip ta’ fertilizzant (N u P2O3) (tunnellati/ettaru)

Bidla stmata fl-użu annwali ta’ ilma/ettaru (m3/ettaru)

Bidla stmata fl-użu annwali ta’ enerġija skont it-tip ta’ sors ta’ energija jew tip ta’ fjuwil (litri/m3/kwh għal kull tunnellata ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata)

b)

Forom oħra ta’ akkwist ta’ assi fissi, inkluż il-kiri u t-twellija (13)

c)

Azzjonijiet oħrajn

(1)

Produzzjoni

Bidla stmata fil-volum annwali ta’ skart iġġenerat (tunnellati għal kull tunnellata ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata)

Bidla stmata fl-użu annwali ta’ imballaġġ (tunnellati għal kull tunnellata ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata)

(2)

Trasport

Bidla stmata fl-użu annwali ta’ enerġija skont it-tip ta’ sors ta’ energija jew tip ta’ fjuwil (litri/m3/kwh għal kull tunnellata ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata)

(3)

Kummerċjalizzazzjoni

Bidla stmata fil-volum annwali ta’ skart iġġenerat (tunnellati għal kull tunnellata ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata)

Bidla stmata fl-użu annwali ta’ imballaġġ (tunnellati għal kull tunnellata ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata)

Azzjonijiet oħrajn

Bidla fit-total tal-volum ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata (tunnellati)

Bidla fil-valur ta’ unità tal-produzzjoni kummerċjalizzata (EUR/kg)

Impatt stmat fuq l-ispejjeż ta’ produzzjoni (EUR/kg)

Noti: ir-referenza għall-bidliet hija s-sitwazzjoni eżistenti fil-bidu tal-programm.

4.   INDIKATURI TA’ IMPATT KOMUNI

Nota bene: L-indikaturi ta’ impatt għandhom ikunu kkomunikati biss ladarba jseħħ l-impatt.

Miżura

Għanijiet ġenerali

Indikaturi ta’ impatt (Kejl)

Azzjonijiet immmirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni

Titjib fil-kompetittività

Titjib fl-inċentivi għas-sħubija ta’ organizzazzjoni tal-produtturi

Bidla stmata fit-total tal-valur ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata(EUR)

Bidla fit-total tal-għadd ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix li huma membri attivi (14) tal-OP/AOP ikkoncernata (l-għadd)

Bidla fl-erja totali taħt produzzjoni ta’ frott u ħaxix maqtugħ minn membri tal-OP/AOP ikkonċernata (ettari)

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni

Riċerka u produzzjoni sperimentali

Azzjonijiet ta’ taħrig (għajr dawk li jikkonċernaw il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet) u/jew azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta’ konsultazzjoni

Miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet

Azzjonijiet ambjentali

Żamma u protezzjoni tal-ambjent:

 

Ħamrija

Mhux definit

Kwalità tal-ilma

Bidla stmata fit-total tal-konsum ta’ fertilizzant minerali, skont it-tip ta’ fertilizzant (N u P2O3) (tunnellati)

Użu sostenibbli ta’ riżorsi tal-ilma

Bidla stmata fl-użu ta’ ilma totali/ettaru (m3)

Ħabitat u biodiversità

Mhux definit

Pajsaġġ

Mhux definit

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Bidla stmata fl-użu totali ta’ enerġija, mit-tip ta’ sors ta’ enerġija jew tip ta’ fjuwil (litri/m3/kwh)

Tnaqqis tal-iskart

Bidla stmata fit-total tal-volum ta’ skart iġġenerat (tunnellati)

Bidla stmata fl-użu annwali ta’ imballaġġ (tunnellati)

Azzjonijiet oħrajn

Titjib fil-kompetittività

Titjib fl-inċentivi għas-sħubija ta’ organizzazzjoni tal-produtturi

Bidla stmata fit-total tal-valur ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata(EUR)

Bidla fit-total tal-għadd ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix li huma membri attivi (14) tal-OP/AOP ikkoncernata (l-għadd)

Bidla fl-erja totali taħt produzzjoni ta’ frott u ħaxix maqtugħ minn membri tal-OP/AOP ikkonċernata (ettari)

Noti: ir-referenza għall-bidliet hija s-sitwazzjoni eżistenti fil-bidu tal-programm.

5.   INDIKATURI KOMUNI BAŻIĊI

Nota bene: L-indikaturi bażiċi huma meħtieġa fl-analiżi tas-sitwazzjoni fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni. Ċertu indikaturi komuni bażiċi huma biss relevanti għall-programmi operattivi individwali fuq il-livell ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (e.ż. volum ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata b’inqas minn 80 % tal-prezz medju rċevut mill-OP/AOP). Indikaturi komuni bażiċi oħrajn huma wkoll relevanti għall-istrateġiji nazzjonali fuq il-livell tal-Istati Membri (e.ż. total tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata).

Bħala regola ġenerali, l-indikaturi bażiċi għandhom ikunu kkalkulati bħala medji ta’ tliet snin. Jekk id-dejta mhux disponibbli, għandhom ikunu kkalkulati mill-inqas bid-dejta relatata ma’ sena.

Għanijiet

Indikaturi bażiċi li jirrigwardaw l-għanijiet

Indikatur

Definizzjoni (u kejl)

Għanijiet ġenerali

Titjib fil-kompetittività

Total tal-valur ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata

Total tal-valur ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tal-produtturi (OP)/assoċjazzjoni ta’ OP (AOP) (EUR)

Titjib fl-inċentivi għas-sħubija fl-organizzazzjoni tal-produtturi

Għadd ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix li huma membri attivi tal-OP/AOP ikkonċernata

Għadd ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix li huma membri attivi (15) tal-OP/AOP

Erja totali taħt produzzjoni ta’ frott u ħaxix maqtugħ minn membri tal-OP/AOP ikkonċernata

Erja totali taħt produzzjoni ta’ frott u ħaxix maqtugħ minn membri tal-OP/AOP(ettari)

Żamma u protezzjoni tal-ambjent

Mhux definit

 

Għanijiet speċifiċi

Promozzjoni tal-konċentrazzjoni ta’ provvista

Total tal-volum ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata

Total tal-volum ta’ produzzjoni kkummerċjalizzatatal-OP/AOP (tunnellati))

Promozzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li huma prodotti mill-membri

Żgurar li l-produzzjoni hija aġġustata skont id-domanda fit-termini ta’ kwalità u kwantità

Volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li tilħaq ir-rekwiżiti ta’ “skema ta’ kwalità” speċifika (16), skont tipi ewlenin ta’ “skemi ta’ kwalità” kkonċernati (tunnellati)

Ottimizzazzjoni tal-ispejjeż ta’ produzzjoni

Mhux definit

 

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

Valur medju ta’ unità ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata

Total tal-valur ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata/Total tal-volum ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR/kg)

Stabilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi

Mhux definit

 

Promozzjoni tal-għarfien u titjib tal-potenzjal uman

Għadd ta’ nies li pparteċipaw fl-attivitajiet ta’ taħriġ

Għadd ta’ nies li spiċċaw attività/programm ta’ taħriġ matul l-aħħar tliet snin (l-għadd).

 

Għadd ta’ azjendi li jużaw servizzi ta’ konsultazzjoni

Għadd ta’ azjendi, membri ta’ OP/AOP, li jużaw servizzi ta’ konsultazzjoni (l-għadd)

Żvilupp ta’ prestazzjonijiet teknici u ekonomici u l-promozzjoni tal-innovazzjoni

Mhux definit

 

Għanijiet speċifiċi fil-qasam ambjentali

Kontribuzzjoni għall-protezzjoni tal-ħamrija

Erja fir-riskju ta’ erożjoni tal-ħamrija b’miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija

Errja taħt produzzjoni ta’ frott u ħaxix f’riskju ta’ erożjoni tal-ħamrija (17) fejn huma implimentati miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (ettari)

Kontribuzzjoni għaż-żamma u t-titjib fil-kwalità tal-ilma

Erja bi tnaqqis fl-użu/ġestjoni aħjar ta’ fertilizzanti

Erja taħt produzzjoni ta’ frott u ħaxix suġġetta għal tnaqqis fl-użu jew ġestjoni aħjar ta’ fertilizzanti (ettari)

Kontribuzzjoni għall-użu sostenibbli ta’ riżorsi ta’ ilma

Erja b’miżuri għall-iffrankar tal-ilma

Erja taħt produzzjoni ta’ frott u ħaxix b’miżuri għall-iffrankar tal-ilma (ettari)

Kontribuzzjoni għall-protezzjoni tal-ħabitat u l-biodiversità

Produzzjoni organika

Erja ta’ produzzjoni organika ta’ frott u/jew ħaxix (ettari)

Produzzjoni integrata

Erja ta’ produzzjoni organika ta’ frott u/jew ħaxix (ettari)

Azzjonijiet oħra li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent naturali u tal-biodiversità

Erja kkonċernata minn azzjonijiet oħra li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent naturali u tal-biodiversità (ettari)

Kontribuzzjoni għall-konservazzjoni tal-pajsaġġ

Mhux definit

 

Kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima – Produzzjoni

Tisħin ta’ serer – effiċjenza enerġetika

Total tal-konsum annwali stmat tal-enerġija għal skopijiet ta’ tisħin ta’ serer skont it-tip ta’ sors ta’ enerġija (Tunnellati/Litri/m3/Kwh għal kull tunnellata ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata)

Kontribuzzjoni ghall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima - Trasport

Kontribuzzjoni għaż-żamma u t-titjib tal-kwalità tal-arja – Trasport

Trasport – effiċjenza enerġetika

Konsum tal-enerġija annwali għal skopijiet ta’ trasport intern (18), skont it-tip ta’ fjuwil (Litri/m3/Kwh għal kull tunnellata ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata)

Tnaqqis tal-volum ta’ skart iġġenerat

Mhux definit

 

Noti: OP tfisser organizzazzjoni tal-produtturi; AOP tfisser assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;


(1)  Għandha timtela biss għas-sena meta jsir l-investiment

(2)  Kull ġurnata tal-kampanja tal-promozzjoni tgħodd bħala azzjoni waħda

(3)  Fil-każ biss ta’ azzjonijiet li jirrigwardaw produzzjoni sperimentali fi plots li huma tal-azjendi membri

(4)  Fil-każ biss ta’ azzjonijiet li jirrigwardaw produzzjoni sperimentali fi plots tal-azjendi membri u/jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

(5)  Ikun xi jkun is-sors tal-konsultazzjoni (jiġifieri permezz ta’ servizz ta’ konsultazzjoni żviluppat minn Programm Operattiv jew minn servizzi esterni) u l-kwisjoni speċifika koperta mill-konsultazzjoni.

(6)  L-irtirar mis-suq tal-istess prodott f’perjodi differenti tas-sena u l-irtirar mis-suq ta’ prodotti differenti jingħaddu bħala azzjonijiet differenti. Kull operazzjoni tal-irtirar mis-suq għal prodott mogħti tingħadd bħala azzjoni waħda

(7)  Il-ħsad bikri u meta ma jsirx ħsad ta’ prodotti differenti jingħaddu bħala azzjonijiet differenti. Il-ħsad bikri u meta ma jsirx ħsad tal-istess prodott jingħaddu bħala azzjoni waħda, irrispettivament mill-għadd ta’ jiem li jittieħdu, l-għadd ta’ azjendi li qed jipparteċipaw u l-għadd ta’ plottijiet jew ettari kkonċernati.

(8)  Azzjonijiet li jirrigwardw l-istabbiliment ta’ fondi mutwi differenti jgħoddu bħala azzjonjiet differenti.

(9)  Inkluż investimenti mhux produttivi marbutin mal-ksib tal-impenji meħdua skont azzjonijiet ambjentali oħra

(10)  Inkluż forom oħra ta’ akkwisti ta’ assi fissi marbutin mal-ksib tal-impenji meħuda skont azzjonijiet ambjentali oħra

(11)  Rekwiżiti ta’ “kwalità” huma maħsuba hawnhekk sabiex jikkonsistu f’sett ta’ obbligazzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw il-metodi ta’ produzzjoni (a) ir-rispett tagħhom huwa suġġett għall-ispezzjoni indipendenti, u (b) dak ir-riżultat f’prodott finali li l-kwalità tiegħu (i) tmur b’mod sinifikanti lil hinn mill-istandards kummerċjali normali fir-rigward ta’ standards tas-saħħa pubblika, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali u (ii) tirrispondi għal opportunitajiet tas-suq kurrenti u prevedibbli Huwa propost li t-tipi ewelenin ta’ “skemi ta’ kwalità” jkopru dan li ġej: (a) produzzjoni organika ċertifikata; (b) indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, (c) produzzjoni integrata ċertifikata, (d) skemi privati ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-prodotti.

(12)  Inkluż investimenti mhux produttivi konnessi mal-ksib tal-impenji meħuda skont azzjonijiet ambjentali oħra

(13)  Inkluż forom oħra ta’ akkwisti ta’ assi fissi marbutin mal-ksib tal-impenji meħuda skont azzjonijiet ambjentali oħra

(14)  Membri attivi huma membri li jikkonsenjaw prodotti lill-OP/AOP.

(15)  Membri attivi huma membri li jikkonsejnaw prodotti lill-OP/AOP.

(16)  Rekwiżiti ta’ “kwalità” huma maħsuba hawnhekk sabiex jikkonsistu f’sett ta’ obbligazzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw il-metodi ta’ produzzjoni (a) ir-rispett tagħhom huwa suġġett għall-ispezzjoni indipendenti, u (b) dak ir-riżultat f’prodott finali li l-kwalità tiegħu (i) tmur b’mod sinifikanti lil hinn mill-istandards kummerċjali normali fir-rigward ta’ standards tas-saħħa pubblika, tas-saħħa tal-pjanti u ambjentali u (ii) tirrispondi għal opportunitajiet tas-suq kurrenti u prevedibbli Huwa propost li t-tipi ewelenin ta’ “skemi ta’ kwalità” jkopru dan li ġej: (a) produzzjoni organika ċertifikata; (b) indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, (c) produzzjoni integrata ċertifikata, (d) skemi privati ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-prodotti.

(17)  “Fir-riskju tal-erożjoni tal-ħamrija” għandha tfisser kwalunkwe art imżerżqa b’inklinazzjoni ta’ aktar minn 10 %, kemm jekk ikunu ttieħdu miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (eż. kopertura tal-ħamrija, rotazzjoni tal-għelejjel, eċċ,) u anke jekk ma jkunux ittieħdu dawn il-miżuri. Fejn ma jkunx disponibbli tagħrif rilevanti, Stat Membru minflok jista’ juża din id-definizzjoni: “Fir-riskju tal-erożjoni tal-ħamrija” għandha tfisser kwalunkwe biċċa art fejn it-telf tal-ħamrija jkun previst b’rata li taqbeż ir-rata tal-formazzjoni naturali tal-ħamrija kemm jekk ikunu ttieħdu miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (pereżempju kopertura tal-ħamrija, rotazzjoni tal-għelejjel, eċċ,) u anke jekk ma jkunux ittieħdu dawn il-miżuri.

(18)  Trasport intern tirreferi għal trasport ta’ prodotti minn azjendi ta’ membri għal kunsinna lill-OP/AOP.


ANNESS IX

LISTA TA' AZZJONIJIET U NFIQ MHUX ELIĠIBBLI SKONT IL-PROGRAMMI OPERATTIVI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 60(1)

1.

Spejjeż ġenerali ta’ produzzjoni u, b'mod partikolari, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, inkluż materjali ta’ kontroll integrat, fertilizzanti u elementi oħra tal-produzzjoni; spejjeż ta’ ppakkjar, spejjeż ta’ ħażna, spejjeż tal-imballaġġ, anke bħala parti minn proċessi ġodda, spejjeż ta’ pakketti; spejjeż ta’ kollezzjoni jew trasport (intern jew estern); spejjeż ta’ operazzjoni (partikolarment elettriċità, fjuwil u manutenzjoni), minbarra:

spejjeż speċifiċi għal miżuri ta’ titjib ta’ kwalità. Fil-każijiet kollha m'għandhomx ikunu eliġibbli spejjeż għal miċelju, żrieragħ u pjanti mhux perenni (anke ċertifikati);

spejjeż speċifiċi għal materjali ta’ protezzjoni tal-pjanti bijoloġiċi (bħal feromoni u predaturi) kemm jekk użati fi produzzjoni organika, dik integrata jew dik konvenzjonali;

spejjeż speċifiċi għat-trasport, l-għażla u l-ippakkjar marbutin mad-distribuzzjoni bla ħlas kif imsemmi fl-Artikoli 81 u 82;

spejjeż speċifiċi għall-azzjonijiet ambjentali, inkluż spejjeż iġġenerati mill-ġestjoni ambjentali tal-imballaġġ;

spejjeż speċifiċi marbutin mal-produzzjoni organika, integrata jew sperimentali, inkluż spejjeż speċifiċi għal żrieragħ organiċi u nebbitiet. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tistabbilixxi l-kriterji tal-eliġibbiltà għal produzzjoni sperimentali li tqis in-novità tal-proċedura jew tal-kunċett u r-riskju involut;

spejjeż speċifiċi li jiżguraw il-monitoraġġ tal-konformità mal-istandards imsemmija fit-Titolu II ta’ dan ir-Regolament, ma’ regoli ta’ saħħa tal-pjanti u ma’ livell massimu ta’ residwi.

Spejjeż speċifiċi għandha tfisser l-ispejjeż addizzjonali, ikkalkulati bħala d-differenza bejn l-ispejjeż konvenzjonali u l-ispejjeż attwalment imġarrab.

Sabiex ikunu kkalkulati l-ispejjeż addizzjonali imqabbla ma’ dawk konvenzjonali, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rati fissi standard b'mod ġustifikat u xieraq għal kull kategorija ta’ spejjeż speċifiċi eliġibbli msemmija hawn fuq.

2.

Spejjeż amministrattivi u tal-persunal bl-eċċezzjoni tal-infiq li jirrigwarda l-implimentazzjoni ta’ fondi operattivi u programmi operattivi li għandhom jinkludu:

(a)

spejjeż ġenerali speċifikament marbutin mal-fond operattiv jew mal-programm operattiv, inkluż spejjeż għall-ġestjoni u tal-persunal, rapporti u studji ta’ evalwazzjoni, u l-ispejjeż għaż-żamma tal-kontijiet u l-ġestjoni tal-kontijiet, permezz tal-pagament ta’ rata fissa standard sa massimu ta’ 2 % tal-fond operattiv kif approvat skont l-Artikolu 64 u sa massimu ta’ EUR 180 000, li jinkludu kemm il-kontribuzzjon tal-UE kif ukoll dik tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

F'każ li l-programmi operattivi mressqa minn assoċjazzjonijiet rikonoxxuti tal-organizzazzjoniet tal-produtturi, l-ispejjeż ġenerali għandhom jiġu kkalkulati bħala żieda mal-ispejjeż ġenerali ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi kif ipprovdut fl-ewwel paragrafu imma għandhom ikunu limitati sa massimu ta’ EUR 1 250 000 għal kull assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-finanzjament għall-ispejjeż reali, u f'dan il-każ għandhom jiddefinixxu l-ispejjeż eliġibbli;

(b)

l-ispejjeż tal-persunal inkluż ħlasijiet marbutin mal-pagi u s-salarji, jekk dawn jitħallsu direttament mill-organizzazzjoni tal-produtturi, mill-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn kumpaniji sussidjarji kif imsemmi fl-Artikolu 50(9) li jirriżultaw minn miżuri:

(i)

sabiex itejbu jew iżommu livell għoli ta’ kwalità jew protezzjoni ambjentali;

(ii)

sabiex itejbu l-livell tal-kummerċjalizzazzjoni.

L-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri għandha essenzjalment tinvolvi l-użu ta’ persunal kwalifikat. Jekk, f'dawn il-każijiet, l-organizzazzjoni tal-produtturi tuża l-impjegati tagħha stess jew membri produtturi, iż-żmien maħdum għandu jkun iddokumentat.

Jekk Stat Membru jixtieq jipprovdi alternattiva għal-limitazzjoni tal-finanzjament tal-ispejjeż reali, għall-ispejjeż kollha tal-persunal eliġibbli imsemmija hawn fuq, għandu jistabbilixxi, ex ante u b'mod ġustifikat b'mod xieraq, rati fissi standard sa massimu ta’ 20 % tal-fond operattiv approvat. Dan il-perċentwal jista' jiżdied f'każijiet iġġustifikati kif suppost.

Sabiex jitolbu dawk ir-rati fissi standard, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jipprovdu prova tal-implimentazzjoni tal-azzjoni għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru.

(c)

spejjeż legali u amministrattivi ta’ fużjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-akkwist tagħhom, kif ukoll spejjeż legali u amministrattivi li jirrigwardaw il-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali jew assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi; studji ta’ fattibbiltà u proposti kkummissjonati minn organizzazzjonijiet tal-produtturi f'dan ir-rigward.

3.

Supplimenti tad-dħul jew tal-prezz li mhumiex mal-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet.

4.

Spejjeż tal-assigurazzjoni li mhumiex marbutin mal-miżuri tal-assigurazzjoni tal-ħsad msemmija fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu III tat-Titolu III.

5.

Rimborż ta’ self meħud għal operazzjoni mwettqa qabel il-bidu tal-programm operattiv minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 48(4), 49(3) u 74.

6.

Xiri ta’ art li tiswa' iktar minn 10 % tal-infiq kollu eliġibbli fuq l-operazzjoni kkonċernata u li mhux mibnija, għajr meta x-xiri jkun meħtieġ sabiex jitwettaq investiment inkluż fil-programm operattiv; f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati b'mod xieraq, tista' jiġi ffissat perċentwal ogħla għal operazzjonijiet relatati mal-konservazzjoni tal-ambjent.

7.

Spejjeż ta’ laqgħat u programmi ta’ taħriġ għajr fejn jirrigwardaw programm operattiv, inkluż kumpens għal sussistenza ta’ kuljum, spejjeż ta’ trasport u akkomodazzjoni, fuq bażi ta’ rata fissa fejn xieraq.

8.

Operazzjonijiet jew spejjeż li jirrigwardaw il-kwantitajiet prodotti mill-membri tal-organizzazzjoni ta’ produzzjoni barra mill-Unjoni.

9.

Operazzjonijiet li jistgħu ifixklu l-kompetizzjoni fl-attivitajiet ekonomiċi l-oħra tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

10.

Tagħmir użat li kien mixtri permezz ta’ appoġġ tal-Unjoni jew dak nazzjonali matul is-seba' snin preċedenti.

11.

Investiment f'mezzi ta’ trasport li se jintużaw għall-kummerċjalizzazzjoni jew għad-distribuzzjoni mill-organizzazzjoni tal-produtturi, għajr għal:

(a)

investimenti f'mezzi interni tat-trasport; fil-mument tax-xiri, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tiġġustifika b'mod xieraq mal-Istat Membru kkonċernat li l-investimenti għandhom jintużaw biss għat-trasport intern.

(b)

faċilitajiet addizzjonali li jkunu fuq it-trakk għall-ħżin imkessaħ jew fi trasport b'atmosfera kkontrollata.

12.

Kiri minbarra fejn ekonomikament iġġustifikat bħala alternattiva għal xiri għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru.

13.

Spejjeż operattivi tal-prodotti mikrija.

14.

Infiq marbuti mal-kuntratti tat-twellija (taxxi, imgħax, spejjeż tal-assigurazzjoni, eċċ.) u spejjeż operattivi, għajr:

(a)

l-għoti bi twellija, fil-limiti tal-valur nett tas-suq tal-oġġett u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006;

(b)

it-twellija ta’ tagħmir użat li ma kienx mixtri permezz tal-appoġġ tal-Unjoni jew dak nazzjonali matul is-seba' snin preċedenti.

15.

Promozzjoni ta’ tikketti individwali kummerċjali jew li fihom referenzi ġeografiċi minbarra:

ditti/marki kummerċjali tal-organizzazzjoni tal-produtturi, assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u kumpaniji sussidjarji fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 50(9),

promozzjoni ġenerika u promozzjoni ta’ tikketti ta’ kwalità.

spejjeż għall-istampar promozzjonali fuq l-imballaġġ jew fuq tikketti taħt kwalunkwe wieħed miż-żewġ inċiżi preċedenti bil-kundizzjoni li hemm provvediment għaliha fil-programm operattiv

Ismijiet ġeografiċi huma permessi biss jekk:

(a)

huma denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1); jew

(b)

jekk, fil-każijiet kollha fejn id-dispożizzjoni tal-punt (a) ma tapplikax, dawn l-ismijiet ġeografiċi huma sekondarji għall-messaġġ prinċipali.

Materjal promozzjonali għall-promozzjoni ġenerika u l-promozzjoni ta’ tikketti tal-kwalità għandu jkollu l-emblema tal-Unjoni Ewropea (fil-każ ta’ midja viżwali biss) u għandu jinkludi l-kliem li ġej: “Kampanja ffinanzjata bl-għajnuna tal-Unjoni Ewropea”. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk il-kumpaniji sussidjarji li jinsabu fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 50(9) ma għandhomx jużaw l-emblema tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-ditti/marki kummerċjali tagħhom.

16.

Sottokuntrattar jew l-esternalizzazzjoni ta’ kuntratti li jirrigwardaw l-operazzjonijiet jew l-infiq imsemmi bħala mhux eliġibbli f'din il-lista.

17.

VAT minbarra VAT mhix rekuperabbli kif imsemmija fl-Artikolu 71(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

18.

Kwalunkwe taxxa jew imposta nazzjonali jew reġjonali.

19.

Interessi fuq id-dejn għajr fejn il-kontribuzzjoni hija magħmula f'forma oħra li mhix assistenza diretta mhux ripagabbli.

20.

Xiri ta’ proprjetà ta’ beni immobbli li kienet mixtrija permezz ta’ appoġġ mill-Unjoni jew nazzjonali matul l-10 snin preċedenti

21.

Investimenti f'ishma ta’ kumpaniji jekk l-investiment jirrappreżenta investiment finanzjarju għajr investimenti li jikkontribwixxu direttament għall-ksib tal-għanijiet tal-programm operattiv.

22.

Spejjeż imġarrba minn partijiet li mhumiex l-organizzazjonijiet tal-produtturi jew tal-membri tagħhom u l-assoċjazzjonijet tal-produtturi jew tal-membri produtturi tagħhom jew tal-kumpaniji sussidjarji fis-sitwazzjoni msemmija fil-Artikolu 50(9).

23.

Investimenti jew tipi ta’ azzjonijiet simili mhux fuq l-azjendi u/jew l-istabbilimenti tal-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jew il-membri produtturi tagħhom jew kumpanija sussidjarja kif imsemmija fl-Artikolu 50(9).

24.

Miżuri esternalizzati mill-organizzazzjoni tal-produtturi barra mill-Unjoni.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


ANNESS X

REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PRODOTTI RTIRATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 76(2)

1.

Il-prodotti għandhom ikunu:

sħaħ,

f'kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa minn dud jew u minn ħsara kkawżata minn dud,

ħielsa minn indewwa esterna li mhix normali,

ħielsa minn kwalunkwe togħma u/jew riħa barranija.

2.

Il-prodotti jridu jkunu żviluppati u misjurin biżżejjed, b'kunsiderazzjoni tat-tip tagħhom.

3.

Il-prodotti jridu jkunu karatteristiċi tal-varjetà u/jew tat-tip kummerċjali.


ANNESS XI

AMMONTI MASSIMI TA' APPOĠĠ GĦALL-IRTIRAR MIS-SUQ KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 79(1)

Prodott

Appoġġ massimu (EUR/100 kg)

Pastard

10,52

Tadam

7,25

Tuffieħ

13,22

Għeneb

12,03

Berquq

21,26

Nuċiprisk

19,56

Ħawħ

16,49

Lanġas

12,59

Brunġiel

5,96

Bettieħ

6,00

Dulliegħ

6,00

Larinġ

21,00

Mandolin

19,50

Klementini

19,50

Satsumi

19,50

Lumi

19,50


ANNESS XII

SPEJJEŻ TAT-TRASPORT SKONT ID-DISTRIBUZZJONI BLA ĦLAS IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 81(1)

Distanza bejn il-post tal-irtirar u l-post tal-kunsinna

Spejjeż ta’ trasport (EUR/t) (1)

Inqas minn 25 km

18,2

Minn 25 km sa 200 km

41,4

Minn 200 km sa 350 km

54,3

Minn 350 km sa 500 km

72,6

Minn 500 km sa 750 km

95,3

750 km jew aktar

108,3


(1)  Suppliment għat-trasport imkessaħ: EUR 8,5/t.


ANNESS XIII

PARTI A

SPEJJEŻ TAL-GĦAŻLA U L-IPPAKKJAR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 82(1)

Prodott

Spejjeż tal-għażla u l-ippakkjar (EUR/t)

Tuffieħ

187,7

Lanġas

159,6

Larinġ

240,8

Klementini

296,6

Ħawħ

175,1

Nuċiprisk

205,8

Dulliegħ

167,0

Pastard

169,1

Prodotti oħra

201,1

PARTI B

DIKJARAZZJONI GĦALL-IMBALLAĠĠ TAL-PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 82(2)

Продукт, предназначен за безплатна дистрибуция (Регламент за изпълнение (ЕC) № )

Producto destinado a su distribución gratuita [Reglamento de ejecución (UE) no ]

Produkt určený k bezplatné distribuci [prováděcí nařízení (EU) č. ]

Produkt til gratis uddeling (gennemførelsesforordning (EU) nr. )

Zur kostenlosen Verteilung bestimmtes Erzeugnis (Durchführungsverordnung (EU) Nr. )

Tasuta jagamiseks mõeldud tooted [rakendusmäärus (EL) nr ]

Προϊόν προοριζόμενο για δωρεάν διανομή [εκτελεστικός κανονισμός (ΕE) αριθ. ]

Product for free distribution (Implementing Regulation (EU) No )

Produit destiné à la distribution gratuite [règlement d’exécution (UE) no ]

Prodotto destinato alla distribuzione gratuita [regolamento di esecuzione (UE) n. ]

Produkts paredzēts bezmaksas izplatīšanai [Īstenošanas regula (ES) Nr. ]

Nemokamai platinamas produktas [Įgyvendinimo reglamentas (ES) Nr. ]

Ingyenes szétosztásra szánt termék (/EU végrehajtási rendelet)

Prodott destinat għad-distribuzzjoni bla ħlas [Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) nru. ]

Voor gratis uitreiking bestemd product (Uitvoeringserordening (EU) nr. )

Produkt przeznaczony do bezpłatnej dystrybucji [Rozporządzenie wykonawcze (UE) nr ]

Produto destinado a distribuição gratuita [Regulamento de execução (UE) n.o ]

Produs destinat distribuirii gratuite [Regulamentul de punere în aplicare (UE) nr. ]

Výrobok určený na bezplatnú distribúciu [vykonávacie nariadenie (EÚ) č. ]

Proizvod, namenjen za prosto razdelitev [Izvedbena uredba (EU) št. ]

Ilmaisjakeluun tarkoitettu tuote (täytäntöönpanoasetus (EU) N:o )

Produkt för gratisutdelning (genomförandeförordning (EU) nr )


ANNESS XIV

Tagħrif li għandu jiġi inkluż fir-rapport annwali tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 97(b)

It-tagħrif kollu għandu jkun dak li jirrigwarda s-sena li dwarha jkun qed isir ir-rapport. Dan għandu jinkludi tagħrif dwar infiq imħallas wara l-aħħar tas-sena li dwarha jkun qed isir ir-rapport. Għandu jkopri tagħrif dwar verifiki mwettqin u sanzjonijiet applikati fir-rigward ta’ dik is-sena inkluż dawk imwettqin jew applikati wara dik is-sena. It-tagħrif (li jvarja matul is-sena) għandu jkun dak validu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha jsir ir-rapport.

PARTI A —   TAGĦRIF DWAR IL-ĠESTJONI TAS-SUQ

1.   Tagħrif amministrattiv

(a)

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata sabiex timplimenta t-Taqsima IVa tal-Kapitolu IV tat-Titolu I u t-Taqsima IA tal-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, inkluż l-istrateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli applikabbli għall-programmi operattivi implimentati fis-sena li dwarha jkun qed isir ir-rapport.

(b)

Il-punt ta’ kuntatt tal-Istati Membri għan-notifiki.

(c)

Tagħrif dwar organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi ta’ produtturi:

numru tal-kodiċi;

isem u dettalji ta’ kuntatt;

data ta’ rikonoxximent (rikonoxximent preliminari f’każ ta’ gruppi ta’ produtturi);

l-entitajiet legali kollha jew partijiet iddefiniti b’mod ċar tal-entitajiet legali involuti u l-kumpaniji sussidjarji kollha involuti;

l-għadd ta’ membri (maqsum fi tnejn, il-produtturi u dawk li mhumiex produtturi) kif ukoll it-tibdiliet fis-sħubija matul is-sena;

erja tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix (it-total u t-total maqsum skont il-prodotti ewlenin), il-kopertura tal-prodott u deskrizzjoni tal-prodotti finali mibjugħa (bl-indikazzjoni tal-valur u l-volum tagħhom skont is-sorsi ewlenin), u d-destinazzjonijiet ewlenin tal-prodotti, skont il-valur (bid-dettalji dwar il-prodotti kkummerċjalizzati għas-suq frisk, il-prodotti mibjugħa għall-ipproċessar u l-prodotti li ġew irtirati mis-suq);

tibdliet fi strutturi matul is-sena, partikolarment: korpi rikonoxxuti jew iffurmati riċentement, irtirar u sospensjonijiet ta’ rikonoxximenti, fużjonijiet bid-dati ta’ dawn l-avvenimenti.

(d)

Tagħrif dwar organizzazzjonijiet interprofessjonali:

isem tal-organizzazzjoni u dettalji ta’ kuntatt;

data ta’ rikonoxximent;

kopertura tal-prodott.

2.   Tagħrif dwar l-infiq

(a)

Organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dejta finanzjarja għal kull benefiċjarju (organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi):

fond operattiv ammont totali, kontribuzzjonijiet mill-Unjoni, Stat Membru (assistenza nazzjonali) u organizzazzjoni tal-produtturi u membri;

deskrizzjoni tal-livell ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 103d tar-Regolament (KE) Nru 1234//2007;

dejta finanzjarja tal-programm operattiv, maqsuma bejn organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi;

valur ta’ produzzjoni kkummerċjalizzata: total u total maqsum f’entitajiet legali differenti li jiffurmaw organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

infiq fuq il-programm operattiv, maqsum skont il-miżuri u t-tipi ta’ azzjonijiet magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ;

it-tagħrif dwar il-volum tal-prodotti rtirati maqsuma skont il-prodotti u x-xhur u bejn il-volumi totali rtirati mis-suq u l-volumi li jintremew permezz ta’ distribuzzjoni bla ħlas, espressi f’tunnellati,

lista ta’ korpi approvati għall-finijiet tal-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(b)

Gruppi ta’ produtturi. Dejta finanzjarja għal kull benefiċjarju:

ammont totali, kontribuzzjonijiet mill-Unjoni, Stat Membru u grupp ta’ produtturi u membri;

kontribuzzjoni mill-Istat Membru, li turi s-subtotali għal gruppi ta’ produtturi fl-ewwel, fit-tieni, fit-tielet, fir-raba’ u fil-ħames sena tal-perjodu ta’ transizzjoni;

infiq fuq investimenti mitluba sabiex jinkiseb rikonoxximent skont l-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 b’analiżi fuq il-kontribuzzjoni tal-Unjoni, l-Stat Membru u tal-grupp ta’ produtturi;

valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, b’subtotali għal gruppi ta’ produtturi fl-ewwel, fit-tieni, fit-tielet, fir-raba’ u fil-ħames sena tal-perjodu ta’ transizzjoni.

3.   Tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali:

deskrizzjoni fil-qosor tal-progress magħmul bl-implimentazzjoni ta’ kull programm operattiv, maqsum bejn kull tip ta’ miżura kif imsemmija fl-Artikolu 19(1)(g). Id-deskrizzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-indikaturi finanzjarji, l-indikaturi komuni ta’ output u l-indikaturi ta’ riżultati u għandha tqassar it-tagħrif ipprovdut fir-rapporti ta’ progress annwali trasmessi mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jikkonċernaw il-programmi operattivi;

Jekk Stat Membru japplika l-Artikolu 182(6) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-għajnuna mill-Istat ikkonċernata għandha tiġi deskritta;

deskrizzjoni fil-qosor tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu tal-programmi operattivi, kif trasmessi mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi inkluż, fejn xieraq, valutazzjonijiet kwalitattivi tar-riżultati u l-impatt ta’ azzjonijiet ambjentali mmirati lejn il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija, it-tnaqqis fl-użu u/jew ġestjoni aħjar ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-protezzjoni tal-ambjenti naturali u tal-biodiversità jew il-konservazzjoni tal-pajsaġġ;

deskrizzjoni fil-qosor tal-problemi ewlenin li kien hemm fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali u l-ġestjoni tagħha u kwalunkwe miżura meħuda inkluż, fejn xieraq, indikazzjoni dwar jekk l-istrateġija nazzjonali kinitx aġġornata u r-raġuni tal-aġġornament. Kopja tal-istrateġija aġġornata għandha tkun annessa mar-rapport annwali;

deskrizzjoni fil-qosor tal-analiżi magħmula skond it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 110(1).

Fl-2012, ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2012 imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 127(4).

4.   Il-lista ta’ proċessuri u kolletturi approvati l-ewwel, maqsuma skont il-prodott, għall-Istati Membri li jagħmlu użu mill-arranġament transizzjonali imsemmi fl-Artikolu 203a(6) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

PARTI B —   TAGĦRIF DWAR L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET

5.   Tagħrif dwar verifiki u sanzjonijiet:

verifiki mwettqa mill-Istat Membru: dettalji ta’ korpi li kienu spezzjonati u d-dati taż-żjarat;

rati ta’ verifiki;

riżultati ta’ verifiki;

sanzjonijiet applikati.


ANNESS XV

PARTI A

Notifiki dwar prezzijiet kif imsemmijin fl-artikolu 98(1)

Prodott

Tip/varjetà

Preżentazzjoni/daqs

Swieq rappreżentattivi

Tadam

Tond

Daqs 57-100 mm, fi kwantità kbira f’pakketti ta’ madwar 5-6 kg

Fjandri (BE)

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Almeria (ES)

Granada (ES)

Tenerife (ES)

Murcia (ES)

Rhône-Méditerranée (FR)

Bretagne (FR)

Budapest (HU)

Lecce (IT)

Vittoria (IT)

Westland (NL)

Kalisko-pleszewski (PL)

Algarve (PT)

Galați (RO)

Għenieqed

Fi kwantità kbira jew f’pakketti ta’ madwar 3-6 kg

Tip magħruf bħala “Cherry”,

Tilari ta’ madwar 250-500 gm

 

 

Berquq

Il-varjetajiet u t-tipi kollha

Daqs 45-50 mm

Tilari jew pakketti ta’ madwar 6-10 kg

Sofija (BG)

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Murcia (ES)

Valencia (ES)

Rhône-Méditerranée (FR)

Budapest (HU)

Napli (IT)

Bolonja (IT)

Nuċiprisk

Laħam abjad

Daqs A/B

Tilari jew pakketti ta’ madwar 6-10 kg

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Lleida (ES)

Zaragoza (ES)

Rhône-Méditerranée (FR)

Ravenna (IT)

Forli (IT)

Metaponoto (IT)

Laħam isfar

Daqs A/B

Tilari jew pakketti ta’ madwar 6-10 kg

Ħawħ

Laħam abjad

Daqs A/B

Tilari jew pakketti ta’ madwar 6-10 kg

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Lleida (ES)

Murcia (ES)

Huesca (ES)

Rhône-Méditerranée (FR)

Budapest (HU)

Caserta (IT)

Forli (IT)

Cova da Beira (PT)

Laħam isfar

Daqs A/B

Tilari jew pakketti ta’ madwar 6-10 kg

Għeneb tal-mejda

Muscatel

Tilari jew pakketti ta’ 1 kg

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Alicante (ES)

Murcia (ES)

Rhône-Méditerranée (FR)

Sud-Ouest (FR)

Budapest (HU)

Bari (IT)

Taranto (IT)

Katanja (IT)

Algarve (PT)

Chasselas

Alphonse Lavallée

Italia

Black magic

Red Globe

Victoria

Mingħajr żerriegħa (Sugarone/Thomson)

Lanġas

Blanquilla

Daqs 55/60, pakketti ta’ madwar 5-10 kg

Fjandri (BE)

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Lleida (ES)

Zaragoza (ES)

Val de Loire — Centre (FR)

Budapest (HU)

Ferrara (IT)

Modena (IT)

Geldermalsen (NL)

Grójecko-warecki (PL)

Oeste (PT)

Conference

Daqs 60/65+, pakketti ta’ madwar 5-10 kg

Williams

Daqs 65+/75+, pakketti ta’ madwar 5-10 kg

Rocha

Abbé Fétel

Daqs 70/75, pakketti ta’ madwar 5-10 kg

Kaiser

Doyenné du Comice

Daqs 75/90, pakketti ta’ madwar 5-10 kg

Tuffieħ

Golden Delicious

Daqs 70/80, pakketti ta’ madwar 5-20 kg

Gleisdorf (AT)

Fjandri (BE)

Praga (CZ)

Niedersachsen (DE)

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Lleida (ES)

Rhône-Méditerranée (FR)

Val de Loire — Centre (FR)

Braeburn

Jonagold (or Jonagored)

Idared

Fuji

Shampion

Granny Smith

Red delicious u varjetajiet oħra ħomor

Boskoop

Gala

Daqs 65/70, pakketti ta’ madwar 5-20 kg

Sud-Ouest (FR)

Budapest (HU)

Trento (IT)

Bolzano (IT)

Geldermalsen (NL)

Grójecko-warecki (PL)

Lubelsko-sandomierski (PL)

Oeste (PT)

Mureș (RO)

Elstar

Cox Orange

Satsumas

Il-varjetajiet kollha

Daqsijiet 1-X - 2, pakketti ta’ madwar 10-20 kg

Valencia (ES)

Lumi

Il-varjetajiet kollha

Daqsijiet 3-4, pakketti ta’ madwar 10 kg

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Alicante (ES)

Murcia (ES)

Catania (IT)

Siracuża (IT)

Klementini

Il-varjetajiet kollha

Daqsijiet 1-X - 3, pakketti ta’ madwar 5-15 kg

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Castellon (ES)

Valencia (ES)

Corigliano (IT)

Catania (IT)

Mandolin

Il-varjetajiet kollha

Daqsijiet 1 - 2, pakketti ta’ madwar 8-10 kg

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Castellon (ES)

Valencia (ES)

Palermo (IT)

Siracuża (IT)

Algarve (PT)

Larinġ

Salustiana

Daqs 6-9, pakketti ta’ madwar 10-20 kg

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Alicante (ES)

Valenzja (ES)

Sevilla (ES)

Catania (IT)

Siracuża (IT)

Algarve (PT)

Navelinas

Navelate

Lanelate

Valencia late

Tarocco

Navel

Zukkini

Il-varjetajiet kollha

Daqs 14-21, sfuż fil-pakkett

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Almeria (ES)

Rhône-Méditerranée (FR)

Bari (IT)

Latina (IT)

Barendrecht (NL)

Ċirasa

Il-varjetajiet kollha ħelwin

Daqsijiet 22 u ikbar, sfuż fil-pakkett

Sofija (BG)

Praga (CZ)

Rheinland-Pfalz (DE)

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Zaragoza Saragossa (ES)

Rhône-Méditerranée (FR)

Budapest (HU)

Bari (IT)

Grójecko-warecki (PL)

Cova da Beira (PT)

Iași (RO)

Ħjar

Varjetajiet lixxi

Daqs 350-500 gm, irranġati fil-pakkett

Sofija (BG)

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Almeria (ES)

Val de Loire — Centre (FR)

Budapest (HU)

Bari (IT)

Vittoria (IT)

Barendrecht (NL)

Kalisko-pleszewski (PL)

Tewm

Abjad

Daqs 50-80 mm, pakketti ta’ madwar 2-5 kg

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Cuenca (ES)

Cordoba (ES)

Sud-Ouest (FR)

Budapest (HU)

Rovigo (IT)

Vjola

Għajnbaqar

Greengage

Daqs 35 mm u iktar

Sofija (BG)

Baden-Würtemberg (DE)

Murcia (ES)

Sud-Ouest (FR)

Budapest (HU)

Modena (IT)

Grójecko-warecki (PL)

Argeș (RO)

Caraș-Severin (RO)

Għajnbaqar mill-Ewropa

(President, Stanley, Cacanska, eċċ.)

Daqs 35 mm u iktar

Santa Rosa

Daqs 40 mm u iktar

Għajnbaqar mill-Ġappun (Golden Japan, eċċ.)

Daqs 40 mm u iktar

Bżar ħelu

Aħdar kwadru

Daqs 70 mm u iktar

Sofija (BG)

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Almerja (ES)

Murcia (ES)

Budapest (HU)

Brindisi (IT)

Vittoria (IT)

Westland (NL)

Oeste (PT)

Ikkulurit kwadru (aħmar, isfar, eċċ.)

Abjad

Daqs 50 mm u iktar

Aħdar tawwali

Daqs 40 mm u iktar

Ħass

Iceberg

Daqs 400 gm u iktar, pakketti ta’ 8 - 12

Nordrhein-Westfalen (DE)

Ateni (EL)

Thessaloniki (EL)

Almerja (ES)

Murcia (ES)

Rhône-Méditerranée (FR)

Bari (IT)

Grubbenvorst (NL)

Oeste (PT)

Londra (UK)

Varjetajiet oħra ta’ ħass ikkaboċċjat (inkluż il-varjetà Batavia)

Daqs 400 gm u iktar, pakketti ta’ 8 - 12

Frawli

Il-varjetajiet kollha

Pakketti ta’ 250/500 gm

Fjandri (BE)

Nordrhein-Westfalen (DE)

Huelva (ES)

Sud-Ouest (FR)

Salerno (IT)

Barendrecht (NL)

Płocki (PL)

Algarve (PT)

Londra (UK)

Faqqiegħ ikkultivat

Magħluq

Daqs medju (30-65 mm)

La Rioja (ES)

Val de Loire – Centre (FR)

Dublin (IE)

Budapest (HU)

Barendrecht (NL)

Poznański (PL)

Londra (UK)

Kiwi

Hayward

Daqsijiet 105-125 gm pakketti ta’ madwar 3-10 kg

Ateni (EL)

Sud-Ouest (FR)

Latina (IT)

Cuneo (IT)

Verona (IT)

Grande Porto (PT)

PARTI B

Lista ta’ frott u ħaxix u prodotti oħra msemmija fl-artikolu 98(3)

pastard;

asparagu;

brunġiel;

avokado;

karotti;

basal;

fażola;

kurrat;

dulliegħ;

bettieħ;

ġellewż;

ċirasa qarsa;

kaboċċi;

patata.


ANNESS XVI

SISTEMA TA’ PREZZ TAD-DĦUL STABBILITA FIT-TITOLU IV, IL-KAPITOLU I, IT-TAQSIMA 1

Mingħajr ħsara għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. L-ambitu tal-arranġamenti pprovduti fit-Titolu IV, il-Kapitolu I, it-Taqsima 1 huwa, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, iddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni tal-aħħar emenda ta’ dan ir-Regolament. Fejn tidher “ex” quddiem il-kodiċi tan-NM, l-ambitu tad-doveri addizzjonali huwa ddeterminat kemm mill-ambitu tal-kodiċi tan-NM kif ukoll mid-deskrizzjoni tal-prodotti, u l-perjodu korrispondenti ta’ applikazzjoni.

PARTI A

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-applikazzjoni

ex 0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

ex 0707 00 05

Ħjar (1)

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

ex 0709 90 80

Qaqoċċ

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

0709 90 70

Zukkini

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

ex 0805 10 20

Larinġ ħelu, frisk

Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

ex 0805 20 10

Klementini

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

ex 0805 20 30

ex 0805 20 50

ex 0805 20 70

ex 0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilking u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

ex 0805 50 10

Lumi (Citrus limon, Citrus limonum)

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Mejju

ex 0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

ex 0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju

ex 0808 20 50

Lanġas

Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ April

ex 0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

ex 0809 20 95

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

ex 0809 30 10

ex 0809 30 90

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

ex 0809 40 05

Għajnbaqar

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru


PARTI B

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-applikazzjoni

ex 0707 00 05

Ħjar maħsub għall-ipproċessar

Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

ex 0809 20 05

Ċirasa qarsa (Prunus cerasus)

Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu


(1)  Għajr għall-ħjar imsemmi fil-Parti B ta’ dan l-Anness.


ANNESS XVII

SWIEQ RAPPREŻENTATTIVI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 135

Stat/i Membru/i

Swieq rappreżentattivi

Il-Belġju u l-Lussemburgu

Brussell

Il-Bulgarija

Sofija

ir-Repubblika Ċeka

Praga

Id-Danimarka

Kopenħagen

Il-Ġermanja

Hamburg, Munich, Frankfurt, Cologne, Berlin

L-Estonja

Talinn

L-Irlanda

Dublin

Il-Greċja

Ateni, Thessaloniki

Spanja

Madrid, Barcelona, Seville, Bilbao, Zaragoza, Valencia

Franza

Paris-Rungis, Marsilja, Rouen, Dieppe, Perpignan, Nantes, Bordeaux, Lyon, Toulouse

L-Italja

Milan

Ċipru

Nicosia

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnjus

L-Ungerija

Budapest

Malta

Attard

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Rotterdam

L-Awstrija

Vienna-Inzersdorf

Il-Polonja

Ozarów Mazowiecki-Bronisze, Poznan

Il-Portugall

Liżbona, Porto

Ir-Rumanija

Bukarest, Constanța

Is-Slovenja

Ljubljana

Is-Slovakkja

Bratislava

Il-Finlandja

Ħelsinki

L-Isvezja

Helsingborg, Stokkolma

Ir-Renju Unit

Londra


ANNESS XVIII

DAZJI ADDIZZJONALI TA' IMPORTAZZJONI MSEMMIJA FIT-TITOLU IV, IL-KAPITOLU I, IT-TAQSIMA 2

Mingħajr ħsara għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Nru tas-Serje

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-applikazzjoni

Livell tal-iskattar

(tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

481 625

78.0020

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

44 251

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

31 289

78.0075

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

26 583

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

17 258

78.0100

0709 90 70

Qarabagħli żgħir

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

57 955

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

368 535

78.0120

0805 20 10

Klementini

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

175 110

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

115 625

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

346 366

78.0160

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

88 090

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

80 588

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

916 384

78.0180

Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

95 396

78.0220

0808 20 50

Lanġas

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

229 646

78.0235

Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

35 541

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

5 794

78.0265

0809 20 95

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

30 783

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

5 613

78.0280

0809 40 05

Għajnbaqar

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

10 293


ANNESS XIX

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 149

Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2a

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13

L-Artikolu 12a

L-Artikolu 14

L-Artikolu 13

L-Artikolu 15

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15

L-Artikolu 16

L-Artikolu 16

L-Artikolu 17

L-Artikolu 18

L-Artikolu 19

L-Artikolu 20

L-Artikolu 17

L-Artikolu 20a

L-Artikolu 18

L-Artikolu 21

L-Artikolu 19

L-Artikolu 22

L-Artikolu 20

L-Artikolu 23

L-Artikolu 21

L-Artikolu 24

L-Artikolu 22

L-Artikolu 25

L-Artikolu 23

L-Artikolu 26

L-Artikolu 24

L-Artikolu 27

L-Artikolu 25

L-Artikolu 28

L-Artikolu 26

L-Artikolu 29

L-Artikolu 27

L-Artikolu 30

L-Artikolu 28

L-Artikolu 31

L-Artikolu 29

L-Artikolu 32

L-Artikolu 30

L-Artikolu 33

L-Artikolu 31

L-Artikolu 34

L-Artikolu 33

L-Artikolu 35

L-Artikolu 36

L-Artikolu 34

L-Artikolu 37

L-Artikolu 35

L-Artikolu 38

L-Artikolu 36

L-Artikolu 39

L-Artikolu 37

L-Artikolu 40

L-Artikolu 38

L-Artikolu 41

L-Artikolu 39

L-Artikolu 42

L-Artikolu 40

L-Artikolu 43

L-Artikolu 41

L-Artikolu 44

L-Artikolu 42

L-Artikolu 45

L-Artikolu 43

L-Artikolu 46

L-Artikolu 44

L-Artikolu 47

L-Artikolu 45

L-Artikolu 48

L-Artikolu 46

L-Artikolu 49

L-Artikolu 47

L-Artikolu 50

L-Artikolu 48

L-Artikolu 51

L-Artikolu 49

L-Artikolu 52

L-Artikolu 50

L-Artikolu 53

L-Artikolu 51

L-Artikolu 54

L-Artikolu 52

L-Artikolu 55

L-Artikolu 53

L-Artikolu 56

L-Artikolu 54

L-Artikolu 57

L-Artikolu 55

L-Artikolu 58

L-Artikolu 56

L-Artikolu 59

L-Artikolu 57

L-Artikolu 60

L-Artikolu 58

L-Artikolu 61

L-Artikoli 59-60

L-Artikolu 62

L-Artikolu 61

L-Artikolu 63

L-Artikolu 62

L-Artikolu 64

L-Artikolu 63

L-Artikolu 65

L-Artikolu 64

L-Artikolu 66

L-Artikolu 65

L-Artikolu 67

L-Artikolu 66

L-Artikolu 68

L-Artikolu 67

L-Artikolu 69

L-Artikolu 68

L-Artikolu 70

L-Artikolu 69

L-Artikolu 71

L-Artikolu 70

L-Artikolu 72

L-Artikolu 71

L-Artikolu 73

L-Artikolu 72

L-Artikolu 74

L-Artikolu 73

L-Artikolu 75

L-Artikolu 74

L-Artikolu 76

L-Artikolu 75

L-Artikolu 77

L-Artikolu 76

L-Artikolu 78

L-Artikolu 77

L-Artikolu 79

L-Artikolu 78

L-Artikolu 80

L-Artikolu 79

L-Artikolu 81

L-Artikolu 80

L-Artikolu 82

L-Artikolu 81

L-Artikolu 83

L-Artikolu 82

L-Artikolu 84

L-Artikolu 83

L-Artikolu 85

L-Artikolu 84

L-Artikolu 86

L-Artikolu 85

L-Artikolu 87

L-Artikolu 86

L-Artikolu 88

L-Artikolu 87

L-Artikolu 89

L-Artikolu 88

L-Artikolu 90

L-Artikolu 89

L-Artikolu 91

L-Artikolu 90

L-Artikolu 92

L-Artikolu 93

L-Artikolu 91

L-Artikolu 94

L-Artikolu 92

L-Artikolu 94a

L-Artikolu 93

L-Artikolu 95

L-Artikolu 94

L-Artikolu 96

L-Artikolu 95(4)

L-Artikolu 97

L-Artikolu 95

L-Artikolu 98

L-Artikolu 96

L-Artikolu 99

L-Artikolu 97

L-Artikolu 100

L-Artikolu 99

L-Artikolu 101

L-Artikolu 100

L-Artikolu 102

L-Artikolu 101

L-Artikolu 103

L-Artikolu 102

L-Artikolu 104

L-Artikolu 103

L-Artikolu 105

L-Artikolu 104

L-Artikolu 106

L-Artikolu 105(1)

L-Artikolu 107

L-Artikolu 105(2) u (3)

L-Artikolu 108

L-Artikolu 106

L-Artikolu 109

L-Artikolu 107

L-Artikolu 110

L-Artikolu 108

L-Artikolu 111

L-Artikolu 109

L-Artikolu 112

L-Artikolu 110

L-Artikolu 113

L-Artikolu 111

L-Artikolu 114

L-Artikolu 112

L-Artikolu 115

L-Artikolu 113

L-Artikolu 116

L-Artikolu 114

L-Artikolu 117

L-Artikolu 115

L-Artikolu 118

L-Artikolu 116

L-Artikolu 119

L-Artikolu 117

L-Artikolu 120

L-Artikolu 118

L-Artikolu 121

L-Artikolu 119

L-Artikolu 122

L-Artikolu 120

L-Artikolu 123

L-Artikolu 121

L-Artikolu 124

L-Artikolu 122

L-Artikolu 125

L-Artikolu 123

L-Artikolu 126

L-Artikolu 125

L-Artikolu 127

L-Artikolu 126

L-Artikolu 128

L-Artikolu 127

L-Artikolu 129

L-Artikolu 128

L-Artikolu 130

L-Artikolu 129

L-Artikolu 131

L-Artikolu 130

L-Artikolu 132

L-Artikolu 131

L-Artikolu 133

L-Artikolu 132

L-Artikolu 134

L-Artikolu 135

L-Artikolu 133

L-Artikolu 136

L-Artikolu 134

L-Artikolu 137

L-Artikolu 135

L-Artikolu 138

L-Artikolu 136

L-Artikolu 139

L-Artikolu 137

L-Artikolu 140

L-Artikolu 138

L-Artikolu 141

L-Artikolu 139

L-Artikolu 142

L-Artikolu 140

L-Artikolu 143

L-Artikolu 141

L-Artikolu 144

L-Artikolu 142

L-Artikolu 145

L-Artikolu 143

L-Artikolu 146

L-Artikolu 144

L-Artikolu 147

L-Artikolu 145

L-Artikolu 148

L-Artikolu 146

L-Artikolu 149

L-Artikolu 147

L-Artikolu 150

L-Artikolu 148

L-Artikolu 151

L-Artikolu 149

L-Artikolu 152

L-Artikolu 150

L-Artikolu 153

L-Artikolu 151

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness II

L-Anness III

L-Anness III

L-Anness IV

L-Anness IV

L-Anness VI

L-Anness V

L-Anness VII

L-Anness VII

L-Anness VIII

L-Anness IX

L-Anness IX

L-Anness X

L-Anness X

L-Anness XI

L-Anness XI

L-Anness XII

L-Anness XII

L-Anness XIII

L-Anness XIII

L-Anness XIV

L-Anness XIV

L-Anness VIII

L-Anness XV

L-Anness XVI

L-Anness XVI

L-Anness XVII

L-Anness XVII

L-Anness XVIII

L-Anness XVIII

L-Anness XX


ANNESS XX

REGOLAMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 150(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1764/86 tas- 27 ta’ Mejju 1986 dwar rekwiżiti ta’ kwalità minimi għal prodotti li għandhom bażi ta’ tadam skont l-iskema tal-għajnuna għall-produzzjoni (1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2320/89 tat- 28 ta’ Lulju 1989 għar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità għall-ħawħ fil-ġulepp u l-ħawħ fis-sugu naturali tal-frott għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna produttiva (2).

L-Artikolu 2 u l-Partijiet A u B tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 464/1999 tat- 3 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward ta’ arranġamenti tal-għajnuna għall-pruna (3)

L-Artikolu 1(1) u (2) u l-Annessi II u III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1573/1999 tad- 19 ta’ Lulju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward tal-karatteristiċi tat-tin imqadded li jikkwalifika għall-għajnuna skont l-iskema ta’ għajnuna tal-produzzjoni (4)

L-Annessi I u II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1621/1999 tat- 22 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-għajnuna għat-tkabbir tal-għeneb biex jipproduċi ċerti varjetajiet ta’ għeneb imqadded (5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1666/1999 tat- 28 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward il-karatteristiċi minimi tal-marketing [kummerċjalizzazzjoni] għal ċerti varjetajiet ta’ għeneb imnixxef (6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2001 tat- 23 ta’ Mejju 2001 dwar il-kundizzjonijiet minimi ta’ kwalità meħtieġa għall-frott imħallat taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni (7)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 217/2002 tal- 5 ta’ Frar 2002 li jiffissa l-kriterji ta’ eliġibilità għal materja prima skont l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni fir-Regolament (KE) Nru 2201/96 (8)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad- 29 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u ħxejjex tal-ikel (9)

L-Artikolu 16 u l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003 tal- 1 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 li jintroduċi skema ta’ għajnuna Komunitarja għal produtturi ta’ ċerti frott taċ-ċitru (10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1559/2006 tat- 18 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi ta’ kwalità għal-lanġas Williams u Rocha fil-ġuleppi u/jew fil-meraq naturali tal-frott eliġibbli għall-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni (11)


(1)  ĠU L 153, 7.6.1986, p. 1.

(2)  ĠU L 220, 29.7.1989, p. 54.

(3)  ĠU L 56, 4.3.1999, p. 8.

(4)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 27.

(5)  ĠU L 192, 24.7.1999, p. 21.

(6)  ĠU L 197, 29.7.1999, p. 32.

(7)  ĠU L 140, 24.5.2001, p. 31.

(8)  ĠU L 35, 6.2.2002, p. 11.

(9)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14.

(10)  ĠU L 317, 2.12.2003, p. 5.

(11)  ĠU L 288, 19.10.2006, p. 22.