ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.130.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 130

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
17 ta' Mejju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/278/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2772)

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

17.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ April 2011

li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2772)

(2011/278/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10a tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10a tad-Direttiva jirrikjedi li l-miżuri ta’ implimentazzjoni mal-Komunità kollha u kompletament armonizzati għall-allokazzjoni ta’ kwoti tal-emissjonijiet mingħajr ħlas għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw parametri referenzjarji ex-ante sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet isseħħ b’mod li tagħti inċentivi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għal tekniki effiċjenti fl-użu tal-enerġija, billi jitqiesu t-tekniki l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi tal-produzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet ta’ skart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tad-diossidu tal-karbonju, meta dawn il-faċilitajiet huma disponibbli, u ma għandhomx jipprovdu inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. L-allokazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti qabel il-perjodu tal-iskambju sabiex is-suq ikun jista’ jiffunzjona sewwa.

(2)

Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-parametri referenzjarji ex-ante f’setturi jew subsetturi individwali, il-punt tal-tluq għandu jkun ir-rendiment medju tal-installazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-aktar installazzjonijiet effiċjenti f’settur jew subsettur fl-UE fis-snin 2007-2008. Il-parametri referenzjarji għandhom jiġu kkalkolati għall-prodotti aktar milli għad-dħul, sabiex ikun immassimizzat it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iffrankar mill-effiċjenza tal-enerġija matul kull proċess ta’ produzzjoni tas-settur jew subsettur ikkonċernat.

(3)

Sabiex tistabbilixxi l-parametri referenzjarji, il-Kummissjoni kkonsultat mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati. L-informazzjoni meħtieġa għall-istabbiliment tal-parametri referenzjarji, id-dejta mill-installazzjonijiet rigward il-produzzjoni, l-emissjonijiet u l-użu tal-enerġija, minn Frar tal-2009 bdiet tinġabar mingħand l-assoċjazzjonijiet tal-industrija, l-Istati Membri, is-sorsi disponibbli pubblikament u kummerċjalment u permezz ta’ servej li stieden lill-installazzjonijiet biex jipparteċipaw.

(4)

Safejn huwa fattibbli, il-Kummissjoni żviluppat parametri referenzjarji għall-prodotti, kif ukoll għall-prodotti intermedjarji li huma skambjati bejn l-installazzjonijiet, prodotti minn attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Fil-prinċipju, għandu jkun definit parametru referenzjarju wieħed għal kull prodott. Meta prodott huwa sostitut dirett ta’ prodott ieħor, it-tnejn għandhom ikunu koperti mill-istess parametru referenzjarju ta’ prodott u d-definizzjoni ta’ prodott relatata.

(5)

Il-Kummisssjoni qieset li l-istabbiliment ta’ parametru referenzjarju għal prodott kien fattibbli meta, jekk wieħed iqis il-kumplessità tal-proċessi tal-produzzjoni, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tal-prodotti kienu disponibbli biex tkun tista’ ssir verifika tad-dejta tal-produzzjoni u applikazzjoni uniformi tal-parametru referenzjarju tal-prodott madwar l-Unjoni kollha għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet. Ma sar l-ebda divrenzjar fuq il-bażi tal-ġeografija jew fuq il-bażi tat-teknoloġiji, materja prima jew fjuwils użati, sabiex ma jkunux imxekkla l-vantaġġi komparattivi fl-effiċjenza tal-karbonju mifruxa fl-ekonomija tal-Unjoni, u biex tisseddaq l-armonizzazzjoni tal-allokazzjoni transizzjonali mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet.

(6)

Il-valuri tal-parametri referenzjarji għandhom ikopru l-emissjonijiet diretti kollha relatati mal-produzzjoni, inklużi l-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni ta’ sħana li tista’ titkejjel użata għall-produzzjoni, irrispettivament minn jekk is-sħana li tista’ titkejjel kinitx prodotta fuq il-post jew minn installazzjoni oħra. L-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-elettriku u mal-esportazzjoni tas-sħana li tista’ titkejjel, inklużi l-emissjonijiet evitati ta’ produzzjoni alternattiva tas-sħana u l-elettriku fil-każijiet ta’ proċessi eżotermiċi jew il-produzzjoni tal-elettriku mingħajr emissjonijiet diretti, kienu mnaqqsa meta ġew stabbiliti l-valuri tal-parametri referenzjarji. Fil-każ fejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet relatati mal-esportazzjoni tas-sħana li titkejjel ma kinitx fattibbli, din is-sħana ma għandhiex tkun eliġibbli għall-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

(7)

Sabiex ikun żgurat li l-parametri referenzjarji iwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, għal xi proċessi tal-produzzjoni fejn l-emissjonijiet diretti eliġibbli għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet u l-emissjonijiet mhux diretti mill-produzzjoni tal-elettriku mhux eliġibbli għal allokazzjoni mingħajr ħlas fuq il-bażi tad-Direttiva 2003/87/KE sa ċertu punt jistgħu jinbidlu, l-emissjonijiet totali inklużi l-emissjonijiet mhux diretti relatati mal-produzzjoni tal-elettriku ġew ikkunsidrati għad-determinazzjoni tal-valuri tal-parametri referenzjarji biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-fjuwil u l-installazzjonijiet li jużaw l-elettriku b’mod intensiv. Għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet fuq il-bażi tal-parametri referenzjarji ikkonċernati, se jitqies biss is-sehem tal-emissjonijiet diretti fl-emissjonijiet totali sabiex ikun evitat il-provvediment ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet relatati mal-elettriku.

(8)

Għad-determinazzjoni tal-valuri tal-parametri referenzjarji, il-Kummissjoni użat bħala l-punt tat-tluq il-medja aritmetrika tar-rendiment tal-gassijiet serra tal-installazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-aktar installazzjonijiet effiċjenti tal-gassijiet serra fl-2007 u fl-2008 li għalihom inġabret id-dejta. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, analizzat għas-setturi kollha, li għalihom huwa stipulat fl-Anness I parametru referenzjarju ta’ prodott, fuq il-bażi ta’ informazzjoni addizzjonali li waslet mingħand diversi sorsi u fuq il-bażi ta’ studju ddedikat li janalizza t-tekniki l-aktar effiċjenti u l-potenzjal ta’ tnaqqis fil-livell Ewropew u internazzjonali, jekk dawn il-punti tat-tluq jirriflettux biżżejjed it-tekniki l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi tal-produzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet ta’ skart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tad-diossidu tal-karbonju, meta dawn il-faċilitajiet huma disponibbli. Id-dejta użata biex jiġu stabbiliti l-valuri tal-parametri referenzjarji inġabret minn firxa wiesgħa ta’ sorsi sabiex ikun kopert il-massimu tal-installazzjonijiet li kienu qed jipproduċu prodott b’parametru referenzjarju fis-snin 2007 u 2008. L-ewwel nett, id-dejta dwar ir-rendiment tal-gassijiet serra tal-installazjonijiet ETS li jipproduċu prodott b’parametru referenzjarju inġabret mill-assoċjazzjonijiet Ewropew tas-setturi rispettivi jew f’isimhom fuq il-bażi ta’ regoli definiti, l-hekk imsejħa “kotba tar-regoli settorjali”. Bħala referenza għal dawn il-kotba tar-regoli, il-Kummissjoni pprovdiet gwida rigward il-kriterji tal-kwalità u l-verifika għad-dejta tal-parametri referenzjarji għall-EU-ETS. It-tieni nett, biex ikun ikkumplimentat il-ġbir tad-dejta mill-assoċjazzjonijiet Ewropej tas-settur, konsulenti f’isem il-Kummissjoni Ewropea ġabru dejta mill-installazzjonijiet mhux koperti mid-dejta tal-industrija u saħansitra awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri pprovdew dejta u analiżi.

(9)

Biex tiżgura li l-valuri tal-parametri referenzjarji ikunu bbażati fuq dejta korretta u konformi, il-Kummissjoni, appoġġjata mill-konsulenti, wettqet kontrolli fil-fond rigward il-kotba tar-regoli settorjali kif ukoll kontrolli rigward il-plawsibilità tal-valuri tal-punti tat-tluq miksuba mid-dejta. Kif huwa indikat fil-gwida dwar il-kwalità u l-verifika, id-dejta kienet ivverifikata sa fejn hu meħtieġ minn verifikaturi indipendenti.

(10)

Meta diversi prodotti jiġu prodotti f’installazzjoni waħda u l-assenjament ta’ emissjonijiet lill-prodotti individwali ma kienx meqjus bħala fattibbli, l-installazzjonijiet ta’ prodott wieħed ġew koperti mill-ġbir tad-dejta u inklużi fl-istabbiliment tal-parametri referenzjarji. Dan jikkonċerna l-parametri referenzjarji ta’ prodott għall-ġir, il-ġir dolomitiku, il-fliexken u l-vażetti tal-ħġieġ bla kulur, il-fliexken u l-vażetti tal-ħġieġ ikkulurit, il-briks tal-faċċata, l-unitajiet tal-pavimentar, l-isprej ta’ trab ta’ sustanzi mnixxfin, karta fina mhux miksija, karta assorbenti, testliner u kartun tal-fluting, kartun mhux miksi kif ukoll kartun miksi. Biex iżżid is-sinifikat u tikkontrolla l-plawsibilità tar-riżultati, il-valuri għall-medja tar-rendiment tal-ogħla 10 % tal-aktar installazzjonijiet effiċjenti tqabblu mal-letteratura tat-tekniki l-aktar effiċjenti.

(11)

Fil-każ li ma kienet disponibbli l-ebda dejta jew l-ebda dejta ma nġabret f’konformità mal-metodoloġija tal-parametri referenzjarji, l-informazzjoni rigward il-livelli attwali ta’ emissjonijiet u konsum u dwar it-tekniki l-aktar effiċjenti, prinċipalment miksuba mid-Dokumenti ta’ Referenza dwar l-Aħjar Tekniki Disponibbli (BREF) stabbiliti skont id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (2) intużat biex jinkisbu l-valuri tal-parametri referenzjarji. B’mod partikolari, minħabba nuqqas ta’ dejta rigward it-trattament tal-gassijiet ta’ skart, l-esportazzjoni tas-sħana u l-produzzjoni tal-elettriku, il-valuri għall-parametri referenzjarji ta’ prodott għall-kokk u l-metall sħun inkisbu minn kalkoli tal-emissjonijiet diretti u indiretti fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar il-flussi tal-enerġija rilevanti pprovduti mill-BREF rilevanti u l-fatturi tal-emissjonijiet definiti minn qabel stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għall-parametru referenzjarju ta’ prodott għall-minerali sinterizzati, id-dejta ġiet ukoll korretta fuq il-bażi ta’ flussi ta’ enerġija rilevanti pprovduti mill-BREF, waqt li tqieset il-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart fis-settur.

(12)

Meta l-kisba ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott ma kinitx fattibbli, imma jkun hemm gassijiet serra eliġibbli għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet, dawn il-kwoti għandhom ikunu allokati fuq il-bażi ta’ mudelli ġeneriċi ta’ riżerva. Ġiet żviluppata ġerarkija ta’ tliet mudelli ta’ riżerva sabiex ikun immassimizzat it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iffrankar mill-enerġija għal mill-inqas xi partijiet mill-proċessi ta’ produzzjoni kkonċernati. Il-parametru referenzjarju tas-sħana huwa applikabbli għall-proċessi tal-konsum tas-sħana meta jintuża trasportatur tas-sħana li jista’ jitkejjel. Il-parametru referenzjarju tal-fjuwil huwa applikabbli meta tiġi kkunsmata sħana li ma tistax titkejjel. Il-valuri tal-parametri referenzjarji tas-sħana u l-fjuwil inkisbu fuq il-bażi tal-prinċipji tat-trasparenza u s-simpliċità, bl-użu tal-effiċjenza ta’ referenza ta’ fjuwil disponibbli b’mod wiesa’ li jista’ jitqies bħala t-tieni l-aħjar fir-rigward tal-effiċjenza fil-gassijiet serra, meta jitqiesu t-tekniki effiċjenti fl-enerġija. Għall-emissjonijiet minn proċessi, il-kwoti tal-emissjonijiet għandhom ikunu allokati fuq il-bażi tal-emissjonijiet storiċi. Sabiex ikun żgurat li l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għal tali emissjonijiet tipprovdi inċentivi biżżejjed għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u biex tkun evitata kwalunkwe differenza fit-trattament tal-emissjonijiet minn proċess li huma allokati fuq il-bażi tal-emissjonijiet storiċi u dawk fi ħdan il-konfini tas-sistema ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott, il-livell storiku tal-attività ta’ kull installazzjoni għandu jkun immultiplikat b’fattur ugwali għal 0,9700 biex ikun stabbilit in-numru tal-kwoti tal-emissjonijiet mingħajr ħlas.

(13)

Mill-2013 ’l quddiem, l-allokazzjonijiet kollha mingħajr ħlas skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom isiru skont dawn ir-regoli. Biex jingħata effett lis-sistema tranżizzjonali prevista fl-Artikolu 10a(11) tad-Direttiva 2003/87/KE, li jgħid li l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għandha tonqos minn 80 % tal-ammont li jikkorrispondi mal-kwoti li se jkunu allokati fl-2013 għal 30 % ta’ dan l-ammont fl-2020 bil-għan li ma jkun hemm l-ebda allokazzjoni mingħajr ħlas fl-2027, japplikaw il-fatturi stipulati fl-Anness VI. Meta settur jew subsettur ikun tqiegħed fil-lista stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista tas-setturi u s-subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju [tnixxija tal-karbonju] (4), dawn il-fatturi ma japplikawx. L-allokazzjonijiet taħt din id-Deċiżjoni sejrin jitqiesu meta jkunu determinati l-listi futuri tas-setturi jew subsetturi li jitqiesu bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju.

(14)

Biex jitħaffef il-ġbir tad-dejta mingħand l-operaturi u l-kalkoli tal-kwoti tal-emissjonijiet li sejrin jiġu allokati lill-Istati Membri, kull installazzjoni għandha tkun diviża f’subinstallazzjonijiet kull meta jkun meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-emissjonijiet ikunu attribwiti lis-subinstallazzjonijiet rilevanti b’mod korrett u li ma jkunx hemm duplikazzjoni bejn is-subinstallazzjonijiet.

(15)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta miġbura mingħand l-operaturi u użata għall-fini tal-allokazzjoni tkun sħiħa, konsistenti u tippreżenta l-ogħla preċiżjoni li tista’ tinkiseb. Din għandha tkun ivverifikata minn verifikatur indipendenti sabiex ikun żgurat li l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet tkun ibbażata fuq dejta soda u affidabbli. Din id-deċiżjoni għandha tipprevedi rekwiżiti minimi speċifiċi għall-ġbir u l-verifika tad-dejta biex titħaffef l-applikazzjoni armonizzata u konsistenti tar-regoli tal-allokazzjoni.

(16)

L-ammont tal-kwoti li sejrin jiġu allokati mingħajr ħlas lill-installazzjonijiet eżistenti għandu jkun ibbażat fuq dejta tal-produzzjoni storika. Sabiex ikun żgurat li l-perjodu ta’ referenza ikun safejn hu possibbli rappreżentattiv taċ-ċikli industrijali, li jkopri perjodu rilevanti meta dejta ta’ kwalità tajba tkun disponibbli u li jnaqqas l-impatt ta’ ċirkostanzi speċjali, bħall-għeluq temporanju tal-installazzjonijiet, il-livelli storiċi ta’ attività kienu bbażati fuq il-produzzjoni medjana matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008, jew, meta hija ogħla, fuq il-produzzjoni medjana matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2010. Huwa xieraq ukoll li titqies kwalunkwe bidla sinifikanti fil-kapaċità li seħħet fil-perjodu rilevanti. Għal parteċipanti ġodda, id-determinazzjoni tal-livelli ta’ attività għandha tkun ibbażata fuq l-użu tal-kapaċità standard ibbażata fuq informazzjoni ta’ settur speċifiku jew fuq l-użu tal-kapaċità speċifika għall-installazzjoni.

(17)

L-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri għandha tħaffef l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti u mill-Kummissjoni.

(18)

Sabiex ikun evitat kull xkiel għall-kompetizzjoni u biex ikun żgurat funzjonament ordnat tas-suq tal-karbonju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tal-installazzjonijiet individwali ma jkun hemm ebda għadd doppju u ma ssir ebda allokazzjoni doppja. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil dawk il-każijiet fejn prodott b’parametru referenzjarju ikun prodott f’aktar minn installazzjoni waħda, fejn aktar minn prodott b’parametru referenzjarju wieħed huwa prodott fl-istess installazzjoni jew fejn prodotti intermedjarji ikunu skambjati minn konfini ta’ installazzjoni għal konfini oħra.

(19)

Biex ikun żgurat li s-sistema ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet biż-żmien twassal għat-tnaqqis, id-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi li l-kwantità ta’ kwoti ġewwa l-Unjoni tonqos b’mod lineari. Minħabba li din il-kwantità li qed tonqos ġewwa l-Unjoni titqies meta jkun stabbilit l-ammont massimu annwali ta’ kwoti skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kwoti tal-emissjonijiet kollha tal-emissjonijiet mingħajr ħlas allokati fuq il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni lill-installazzjonijiet li mhumiex koperti minn dan l-ammont massimu annwali msemmi fl-Artikolu 10a(5) għandhom ikunu aġġustati bl-istess mod lineari bħall-kwantità ta’ kwoti ġewwa l-Unjoni kollha, permezz tas-sena 2013 bħala referenza.

(20)

Il-fattur ta’ korrezzjoni uniformi u bejn is-setturi li huwa applikabbli kull sena tal-perjodu li jkopri mill-2013 sal-2020 għall-installazzjonijiet li mhumiex identifikati bħala ġeneraturi tal-elettriku, u li mhumiex installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-ammont annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas matul il-perjodu li jkopri mill-2013 sal-2020 ikkalkolat għal dawn l-installazzjonijiet skont din id-Deċiżjoni, inklużi l-installazzjonijiet li jistgħu jkunu esklużi skont l-Artikolu 27 ta’ dik id-Direttiva. Dan l-ammont ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas allokati kull sena tal-perjodu għandhom jitqabblu mal-ammont annwali ta’ kwoti kkalkolat skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-installazzjonijiet li mhumiex identifikati bħala ġeneraturi tal-elettriku u li mhumiex installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, waqt li jitqies is-sehem rilevanti tal-kwantità totali annwali fil-Komunità kollha, kif stabbilit skont l-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva, u l-ammont rilevanti tal-emissjonijiet li huma inklużi biss fl-iskema tal-Unjoni mill-2013 ’il quddiem.

(21)

Meta sħana li titkejjel tiġi skambjata bejn żewġ installazzjonijiet jew aktar, l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għandha tkun ibbażata fuq il-konsum tas-sħana tal-installazzjoni u għandha tqis ir-riskju tat-tnixxija tal-karbonju. Għaldaqstant, biex ikun żgurat li n-numru ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas li sejrin ikunu allokati jkun indipendenti mill-istruttura tal-forniment tas-sħana, il-kwoti tal-emissjonijiet għandhom ikunu allokati lill-konsumatur tas-sħana.

(22)

Biex jisseddaq is-sinifikat tad-dejta disponibbli dwar ir-rendiment tal-installazzjonijiet, fir-rigward tal-gassijiet serra, koperti mill-iskema tal-Unjoni, il-parametri referenzjarji ta’ prodott għall-polpa tas-sulfit, polpa termomekkanika u polpa mekkanika kif ukoll għall-karta rkuprata huma bbażati fuq l-informazzjoni BREF dwar it-tekniki l-aktar effiċjenti li jirriflettu l-użu tal-fjuwils fossili tal-bidu, l-użu tal-fjuwils fossili (għall-polpa tas-sulfit, polpa termomekkanika u polpa mekkanika) u l-enerġija termali (għall-karta rkuprata). Il-parametru referenzjarju ta’ prodott għall-karta tal-gazzetti ġie bbażat ukoll fuq it-tekniki l-aktar effiċjenti li jirriflettu l-użu tal-enerġija termali biex jinkiseb il-valur sinifikanti ta’ parametru referenzjarju.

(23)

Sabiex jitqiesu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra addizzjonali mhux riflessi fid-dejta li tintuża fid-determinazzjoni tal-valuri tal-parametri referenzjarji għal xi installazzjonijiet, b’mod partikolari emissjonijiet tal-metanu, u biex ikun żgurat li l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet fuq il-bażi tal-parametri referenzjarji ta’ prodott tikkunsidra l-effiċjenza tal-gassijiet serra u ma tipprovdix inċentivi għal żieda fl-emissjonijiet, il-punti tad-dejta individwali tal-installazzjonijiet fuq il-kurva tal-parametru referenzjarju għall-aċidu nitriku ġew ikkoreġuti fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar il-medja ta’ dawn l-emissjonijiet ipprovduta mill-industrija u l-informazzjoni miksuba mill-BREF. Il-parametru referenzjarju għall-aċidu nitriku jirrifletti din il-korrezzjoni.

(24)

Sabiex jitqiesu d-differenzi fil-konfigurazzjoni tar-raffineriji, il-parametru referenzjarju ta’ prodott għas-settur tar-raffineriji għandu jkun ibbażat fuq il-mudell tat-“tunnellata peżata bis-CO2”(minn hawn ’il quddiem “CWT”). B’hekk, il-prodott uniku tar-raffinerija huwa s-CWT u l-produzzjoni tagħha ġiet ikkalkolata fuq il-bażi tal-unitajiet ta’ proċess ġeneriku definit li kull waħda minnhom ġiet peżata b’fattur ta’ emissjoni marbut mad-distilazzjoni mhux raffinata, iddenotat bħala l-fattur CWT u li jirrappreżenta l-intensità tal-emissjoni tas-CO2 fil-livell medju tal-effiċjenza fl-enerġija, għall-istess tip ta’ fjuwil standard għal kull unità ta’ proċess għall-kombustjoni, u għall-emissjonijiet minn proċess medji tal-unità ta’ proċess. Fuq din il-bażi, il-punti tad-dejta użati għall-istabbiliment tal-parametru referenzjarju ta’ prodott inkisbu mit-tqabbil tal-emissjonijiet attwali mas-CWT totali ta’ kull raffinerija. L-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet lir-raffineriji hija mbagħad ikkoreġuta biex din teskludi l-użu u l-produzzjoni tal-elettriku sabiex ikun hemm konsistenza mal-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(25)

Minħabba l-firxa wiesgħa tal-kwalitajiet tal-prodotti li jistgħu jinkisbu, il-parametri referenzjarji ta’ prodotti għall-ġir u l-ġir dolomitiku jirreferu għal kompożizzjoni standard li tikkonċerna l-ossidu tal-kalċju u l-ossidu tal-manjeżju. Fir-rigward tal-emissjonijiet tal-kombustjoni, intużat dejta għal emissjonijiet tal-kombustjoni speċifiċi tal-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti standard fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 2007/589/KE.

(26)

Waqt li bosta parametri referenzjarji, bħal dak tal-ammonja u l-karbonat tas-sodju, jassumu li s-CO2 li jinħoloq mill-proċessi jintrema fl-atmosfera, l-emissjonijiet għandhom ikunu kkontrollati u rrapportati skont ir-regolament għall-kontroll u r-rapportar tal-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, li sejjer jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2011 skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, bil-premessa li s-CO2 kollu prodott matul il-proċessi tal-produzzjoni intrema fl-atmosfera, irrispettivament minn kwalunkwe użu potenzjali tas-CO2 bħala alimentazzjoni fil-proċessi ta’ produzzjoni kimika.

(27)

Il-parametru referenzjarju tal-ikkrekkjar bil-fwar ma jkoprix l-hekk imsejħa alimentazzjoni supplimentari, kimiċi ta’ valur għoli li mhumiex prodotti fil-proċess ewlieni kif ukoll l-emissjonijiet relatati, iżda, fejn huwa applikabbli, l-alimentazzjoni supplimentari għandha titqies għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet bl-użu ta’ fatturi speċifiċi tal-emissjoni.

(28)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-produzzjoni tal-aromatiċi fir-raffineriji u fl-impjanti kimiċi, l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-aromatiċi għandha tkun ibbażata fuq il-mudell CWT u għandu jkun applikat il-valur tal-parametru referenzjarju ta’ prodott tar-raffineriji.

(29)

Meta jitqies li fil-produzzjoni tal-monomer tal-klorur tal-vinil, l-idroġenu jintuża sa ċertu punt bħala fjuwil li jissostitwixxi l-fjuwils konvenzjonali bħalma huwa l-gass naturali, biex b’hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet diretti tal-proċess ta’ kombustjoni, iżda meta titqies ukoll li l-użu tal-idroġenu bħala alimentazzjoni huwa preferibbli fit-termini tal-effiċjenza totali tal-gassijiet serra, il-parametru referenzjarju tal-monomer tal-klorur tal-vinil ikopri l-użu tal-idroġenu bħala fjuwil bħallikieku kien gass naturali.

(30)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-produzzjoni tal-idroġenu u l-gass tas-sinteżi fir-raffineriji u fl-impjanti kimiċi, il-parametru referenzjarju għal dawn il-prodotti għandu jkun ibbażat fuq il-mudell CWT u l-valur tal-parametru referenzjarju tal-parametru referenzjarju tar-raffineriji. Iż-żewġ parametri referenzjarji tal-prodott jirreferu għal konċentrazzjoni volumetrika definita tal-idroġenu.

(31)

Minħabba li l-bejgħ sħiħ bl-irkant għandu jkun ir-regola mill-2013 ’il quddiem għas-settur tal-enerġija, meta titqies l-abbiltà tiegħu li jgħaddi l-ispiża ogħla tad-diossidu tal-karbonju, u li ma għandha ssir l-ebda allokazzjoni mingħajr ħlas fir-rigward tal-produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tranżizzjonali għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-elettriku prodott mill-gassijiet ta’ skart, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tkopri l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet relatati mal-produzzjoni jew il-konsum tal-elettriku. Madankollu, skont l-Artikolu 10a(6) tad-Direttiva 2003/87/KE, is-setturi jew subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju jistgħu jingħataw kumpens minħabba l-ispejjeż relatati mal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mgħoddija lilhom fil-prezzijiet tal-elettriku permezz ta’ miżuri finanzjarji adottati mill-Istati Membri skont ir-regoli applikabbli ta’ għajnuna mill-Istat u li sejrin jiġu adottati mill-Kummissjoni f’dan il-qasam.

(32)

Huwa wkoll xieraq li l-parametri referenzjarji ta’ prodott iqisu l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet ta’ skart u l-emissjonijiet relatati mal-użu tagħhom. Għal dan il-għan, għad-determinazzjoni tal-valuri tal-parametri referenzjarji ta’ prodotti li l-produzzjoni tagħhom tiġġenera l-gassijiet bħala skart, tqies sew il-kontenut tal-karbonju ta’ dawn il-gassijiet ta’ skart. Meta l-gassijiet ta’ skart ikunu esportati mill-proċess tal-produzzjoni lil hinn mill-konfini tas-sistema tal-parametru referenzjarju tal-prodott rilevanti u jinħarqu għall-produzzjoni tas-sħana ’l barra mill-konfini tas-sistema ta’ parametru referenzjarju ta’ proċess hekk kif iddefinit fl-Anness I, l-emissjonijiet relatati għandhom jitqiesu permezz tal-allokazzjoni ta’ kwoti tal-emissjonijiet addizzjonali fuq il-bażi tal-parametru referenzjarju tas-sħana jew tal-fjuwil. Minħabba l-prinċipju ġenerali li jgħid li l-ebda kwota tal-emissjonijiet ma għandha tkun allokata mingħajr ħlas fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, biex ikun evitat kull xkiel mhux xieraq għall-kompetizzjoni fis-swieq tal-elettriku fornut lill-installazzjonijiet industrijali u billi jitqies il-prezz tal-karbonju inerenti fl-elettriku, huwa xieraq li, meta l-gassijiet ta’ skart ikunu esportati mill-proċess tal-produzzjoni lil hinn mill-konfini tas-sistema tal-parametru referenzjarju ta’ prodott rilevanti u jinħarqu għall-produzzjoni tal-elettriku, l-ebda kwota addizzjonali ma tkun allokata lil hinn mis-sehem tal-kontenut tal-karbonju tal-gass tal-iskart meqjus fil-parametru referenzjarju ta’ prodott rilevanti.

(33)

Il-parametri referenzjarji ta’ prodott iqisu wkoll l-emissjonijiet storiċi li jirriżultaw mill-ivvampjar tal-gassijiet ta’ skart relatati mal-produzzjoni ta’ prodott partikolari u l-fjuwil użat għall-ivvampjar għas-sikurezza għandu jitqies bħala fjuwil użat għall-produzzjoni ta’ sħana li ma titkejjilx sabiex titqies in-natura mandatorja ta’ dan l-ivvampjar.

(34)

Hemm bżonn ta’ sforzi ta’ investiment sostanzjali biex ikun miġġieled it-tibdil fil-klima u biex titnaqqas l-intensità tal-karbonju tal-ekonomiji. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tkun applikata b’tali mod li jitkattar l-investiment fit-teknoloġiji nodfa f’kull settur u subsettur. Skont id-Direttiva 2003/87/KE, politiki u miżuri oħra jistgħu fil-futur jissupplimentaw dan l-għan u jinkoraġġixxu l-użu effettiv tal-kwoti sabiex ikunu ġġenerati investimenti sostanzjali f’teknoloġiji aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. B’mod partikolari, jekk l-ammont annwali finali tal-kwoti allokati mingħajr ħlas għall-installazzjonijiet eżistenti ddeterminat skont din id-Deċiżjoni jaqa’ b’mod sinifikanti taħt l-ammont annwali massimu tal-kwoti msemmi fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, emenda għal din id-Deċiżjoni tista’ tipprovdi inċentivi għal aktar tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont l-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE billi jkunu allokati kwoti lill-installazzjonijiet li kapaċi jimplimentaw teknoloġiji innovattivi li jnaqqsu aktar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

(35)

L-investimenti f’estensjonijiet sinifikanti tal-kapaċità li jagħtu aċċess għar-riserva lill-installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq previsti fl-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE ma għandhomx ikunu ambigwi u għandhom ikunu ta’ ċerta skala sabiex ikun evitat eżawriment bikri tar-riserva ta’ kwoti tal-emissjonijiet maħluqa għall-installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, biex ikun evitat xkiel għall-kompetizzjoni, biex ikun evitat kwalunkwe piż amministrattiv mhux xieraq u biex ikun żgurat trattament ugwali lill-installazzjonijiet fl-Istati Membri kollha. Għaldaqstant huwa xieraq li l-limitu għal bidla sinifikanti fil-kapaċità jkun iddefinit bi 10 % tal-kapaċità installata tal-installazzjoni u jkun meħtieġ li l-bidla fil-kapaċità installata tagħti bidu għal livell ta’ attività ogħla jew inqas b’mod sinifikanti tal-installazzjoni kkonċernata. Madankollu, għandhom jitqiesu estensjonijiet jew tnaqqis inkrimentali fil-kapaċità meta jkun evalwat jekk intlaħaqx dan il-livell.

(36)

Minħabba n-numru limitat ta’ kwoti fir-riżerva għal operaturi ġodda, huwa xieraq li jiġi evalwat, meta ammont konsiderevoli ta’ dawn il-kwoti jinħareġ lil operaturi ġodda, jekk aċċess ġust u ekwu għall-kwoti li jifdal għal din ir-riżerva jkunx garantit. Fid-dawl tal-eżitu ta’ din il-valutazzjoni, tista’ tiġi pprovduta l-possibbiltà għal sistema ta’ kju. It-tfassil u d-definizzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ tali sistema għandhom iqisu l-prattiki differenti ta’ għoti ta’ permess fl-Istati Membri, jevitaw kull abbuż u ma jipprovdux inċentivi għal riżervi ta’ kwoti matul perjodu ta’ żmien mhux raġonevoli.

(37)

Biex ikun żgurat li l-ebda kwota tal-emissjonijiet ma tkun allokata mingħajr ħlas lil installazzjoni li tkun waqqfet l-attivitajiet tagħha, din id-Deċiżjoni għandha tipprevedi miżuri li jiddefinixxu tali installazzjonijiet u tipprojbixxi l-ħruġ ta’ kwoti, sakemm ma jkunx stabbilit li l-installazzjoni tkun sejra terġa’ tibda l-attivitajiet tagħha fi żmien speċifiku u raġonevoli.

(38)

Sabiex in-numru tal-kwoti tal-emissjonijiet li għandhom jiġu allokati lil installazzjoni li waqqfet parzjalment l-attivitajiet tagħha jkun addattat, ġew iddefiniti limiti speċifiċi li jqabblu l-livell tal-attività mnaqqas mal-livell tal-attività inizjali. In-numru tal-kwoti tal-emissjonjiet li jridu jiġu allokati għandu mbagħad ikun aġġustat kif jixraq mis-sena li ssegwi s-sena li fiha l-installazzjoni tkun waqqfet parzjalment l-attivitajiet tagħha. Meta tali installazzjoni terġa’ tilħaq livell ta’ attività ogħla mil-limiti, in-numru inizjali tal-kwoti tal-emissjonijiet li jridu jiġu allokati għandu jkun imdaħħal parzjalment jew anki kompletament skont il-livell ta’ tħaddim tal-installazzjoni.

(39)

Fejn applikabbli, tqieset il-gwida għall-interpretazzjoni tal-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE.

(40)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet taħt id-Direttiva 2003/87/KE mill-2013 ’il quddiem.

Artikolu 2

L-ambitu

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet taħt il-Kapitolu III (installazzjonijiet stazzjonarji) tad-Direttiva 2003/87/KE f’perjodi ta’ skambji mill-2013 ’il quddiem bl-eċċezzjoni tal-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“installazzjoni eżistenti” tfisser kwalunkwe installazzjoni li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew xi attività inkluża fl-iskema tal-Unjoni għall-ewwel darba skont l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva li

(i)

kisbet permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra qabel it-30 ta’ Ġunju 2011 jew,

(ii)

li qiegħda fil-fatt topera, li kisbet il-permessi ambjentali rilevanti kollha, inkluż permess previst fid-Direttiva 2008/1/KE fejn applikabbli sat-30 ta’ Ġunju 2011 u ssodisfat sat-30 ta’ Ġunju 2011, il-kriterji l-oħrajn kollha ddefiniti fl-ordni legali nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat li fuq il-bażi tiegħu l-installazzjoni kienet tkun intitolata li tirċievi l-permess tal-gassijiet serra.

(b)

“subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott” tfisser id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti relatati mal-produzzjoni ta’ prodott li għalih kien stipulat parametru referenzjarju fl-Anness I;

(c)

“subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tas-sħana” tfisser id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti mhux koperti minn subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott relatata mal-produzzjoni, l-importazzjoni minn installazzjoni jew entità oħra koperta mill-iskema tal-Unjoni, jew mit-tnejn li huma, ta’ sħana li:

hija kkunsmata fil-konfini tal-installazzjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika li mhix użata għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew għat-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, jew

esportati lejn installazzjoni jew entità oħra mhux koperta mill-iskema tal-Unjoni bl-eċċezzjoni tal-esportazzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku;

(d)

“subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil” tfisser id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti mhux koperti minn subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott relatata mal-produzzjoni ta’ sħana li ma titkejjilx permezz ta’ kombustjoni tal-fjuwil li hija kkunsmata għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika li mhix użata għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew għat-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, inkluż l-ivvampjar għas-sikurezza;

(e)

“sħana li titkejjel” tfisser fluss ta’ sħana netta ttrasportata permezz ta’ pajpijiet jew tubi identifikabbli li jużaw mezz ta’ trasferiment tas-sħana, bħal, b’mod partikolari, il-fwar, l-arja sħuna, l-ilma, iż-żejt, il-metalli likwidi u l-imluħa, li għalih huwa jew jista’ jkun installat miter tas-sħana;

(f)

“miter tas-sħana” tfisser miter tas-sħana fil-kuntest tat-tifsira tal-Anness MI-004 tad-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jew kwalunkwe apparat ieħor li jkejjel u jirreġistra l-ammont ta’ enerġija tas-sħana prodotta fuq bażi tal-volumi u t-temperaturi tal-flussi;

(g)

“sħana li ma titkejjilx” tfisser is-sħana l-oħra kollha għajr is-sħana li titkejjel;

(h)

“subinstallazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess” tfisser l-emissjonijiet tal-gassijiet serra elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għajr id-diossidu tal-karbonju, li jseħħu ’l barra mill-konfini tas-sistema ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott elenkat fl-Anness I, jew l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju li jseħħu ’l barra mill-konfini tas-sistema ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott elenkat fl-Anness I, minħabba xi waħda mill-attivitajiet u emissjonijiet li ġejjin u li jirriżultaw mill-kombustjoni ta’ karbonju mhux kompletament ossidizzat prodott bħala riżultat tal-attivitajiet li ġejjin għall-iskop tal-produzzjoni ta’ sħana li titkejjel, sħana li ma titkejjilx jew elettriku sakemm l-emissjonijiet li kieku jirriżultaw mill-kombustjoni ta’ ammont ta’ gass naturali, ekwivalenti għall-kontenut tal-enerġija li tista’ teknikament tintuża tal-karbonju maħruq mhux ossidizzat kompletament, jiġu mnaqqsa:

(i)

ir-riduzzjoni kimika jew elettrolitika tal-komposti tal-metalli fil-minerali, konċentrazzjonijiet u materjali sekondarji;

(ii)

it-tneħħija tal-impuritajiet mill-metalli u l-komposti tal-metalli;

(iii)

id-dekompożizzjoni tal-karbonati, minbarra dawk għat-tindif tal-gassijiet li joħorġu mit-trombi taċ-ċmieni;

(iv)

is-sinteżi kimika fejn il-materjal bil-karbonju jipparteċipa fir-reazzjoni, għal skop primarju li mhuwiex il-ġenerazzjoni tas-sħana;

(v)

l-użu ta’ karbonju li fih additivi jew materja prima għal skop primarju li mhuwiex dak tal-ġenerazzjoni tas-sħana;

(vi)

it-tnaqqis kimiku jew elettrolitiku ta’ ossidi metallojdi jew ossidi mhux tal-metall bħal ossidi tas-silikon u fosfati tas-silikon;

(i)

“estensjoni sinifikanti tal-kapaċità” tfisser żieda sinifikanti fil-kapaċità installata inizjali li biha jseħħu dawn kollha li ġejjin:

(i)

bidla fiżika identifikabbli waħda jew aktar relatata mal-konfigurazzjoni teknika u mal-funzjonament tagħha għajr is-sempliċi sostituzzjoni ta’ linja ta’ produzzjoni eżistenti, u

(ii)

is-subinstallazzjoni tista’ titħaddem b’kapaċità li hija mill-inqas 10 % ogħla meta mqabbla mal-kapaċità installata inizjali tas-subinstallazzjoni qabel il-bidla, jew

(iii)

is-subinstallazzjoni li magħha jirrelataw il-bidliet fiżiċi jkollha livell ogħla ta’ attività b’mod sinifikanti li jirriżulta minn allokazzjoni addizzjonali ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ aktar minn 50 000 kwoti kull sena li jirrappreżentaw mill-inqas 5 % tan-numru annwali preliminari tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati bla ħlas għal din is-subinstallazzjoni qabel il-bidla.

(j)

“tnaqqis sinifikanti tal-kapaċità” tfisser bidla jew bidliet fiżiċi identifikabbli li jwasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità installata inizjali ta’ subinstallazzjoni u l-livell ta’ attività tagħha ta’ daqs li jitqies li jikkostitwixxi estensjoni sinifikanti tal-kapaċità;

(k)

“bidla sinifikanti tal-kapaċità” tfisser jew estensjoni sinifikanti tal-kapaċità jew tnaqqis sinifikanti tal-kapaċità;

(l)

“kapaċità miżjuda” tfisser id-differenza bejn il-kapaċità installata inizjali ta’ subinstallazzjoni u l-kapaċità installata ta’ dik l-istess subinstallazzjoni wara li sseħħ estensjoni sinifikanti ddeterminati fuq il-bażi tal-medja tal-ogħla żewġ volumi ta’ produzzjoni fix-xahar fl-ewwel 6 xhur wara l-bidu tal-attività mibdula;

(m)

“kapaċità mnaqqsa” tfisser id-differenza bejn il-kapaċità installata inizjali ta’ subinstallazzjoni u l-kapaċità installata ta’ dik l-istess subinstallazzjoni wara li jseħħ tnaqqis sinifikanti ddeterminata fuq il-bażi tal-medja tal-ogħla żewġ volumi ta’ produzzjoni fix-xahar fl-ewwel 6 xhur wara l-bidu tal-attività mibdula;

(n)

“bidu ta’ attività normali” tfisser l-ewwel jum ivverifikat u approvat ta’ perjodu kontinwu ta’ 90 jum, jew, meta ċ-ċiklu ta’ produzzjoni eżistenti fis-settur kkonċernat ma jipprevedix produzzjoni kontinwa, l-ewwel jum f’perjodu ta’ 90 jum maqsum f’ċikli ta’ produzzjoni ta’ setturi speċifiċi, li matulhom l-installazzjoni tħaddem mill-inqas 40 % tal-kapaċità li t-tagħmir ikun imfassal biex jakkomoda, filwaqt li jkunu meqjusa, fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet operattivi speċifiċi għall-installazzjoni.

(o)

“bidu ta’ attività mibdula” tfisser l-ewwel jum ivverifikat u approvat ta’ perjodu kontinwu ta’ 90 jum, jew, meta ċ-ċiklu ta’ produzzjoni eżistenti fis-settur ikkonċernat ma jipprevedix produzzjoni kontinwa, l-ewwel jum f’perjodu ta’ 90 jum maqsum f’ċikli ta’ produzzjoni ta’ setturi speċifiċi, li matulhom is-subinstallazzjoni mibdula tħaddem mill-inqas 40 % tal-kapaċità li t-tagħmir ikun imfassal biex jakkomoda filwaqt li jkunu meqjusa, fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet ta’ operazzjoni speċifiċi għas-subinstallazzjoni;

(p)

“l-ivvampjar għas-sikurezza” tfisser il-kombustjoni ta’ fjuwils pilota u ta’ ammonti li jvarjaw ħafna ta’ gassijiet tal-proċess jew residwi f’unità miftuħa għal disturbi atmosferiċi, espliċitament meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza permezz ta’ permessi rilevanti għall-installazzjoni;

(q)

“unità domestika privata” tfisser unità residenzjali li fiha l-persuna jagħmlu arranġamenti, individwalment jew fi gruppi, biex ikollhom sħana li tista’ titkejjel;

(r)

“verifikatur” tfisser persuna jew korp jew kompetenti, indipendenti, bir-responsabbiltà tat-twettiq u r-rappurtar dwar il-proċess tal-verifika, skont ir-rekwiżiti ddettaljati stabbiliti mill-Istat Membru skont l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE.

(s)

“assigurazzjoni raġonevoli” tfisser livell għoli iżda mhux assolut ta’ assigurazzjoni, espressa b’mod pożittiv fl-opinjoni ta’ verifika, jekk id-data soġġetta għall-verifika hijiex ħielsa minn dikjarazzjonijiet żbaljati materjali;

(t)

“livell ta’ assigurazzjoni” tfisser il-grad li għalih il-verifikatur huwa kunfidenti fil-konklużjonijiet ta’ verifika li ġie ppruvat jekk id-data sottomessa għall-installazjoni hijiex ħielsa minn dikjarazzjonijiet żbaljati materjali jew le;

(u)

“dikjarazzjoni żbaljata materjali” tfisser dikjarazzjoni żbaljata sostanzjali (ommissjonijiet, rappreżentazzjonijiet żbaljati u żbalji, mingħajr ma titqies l-inċertezza permissibbli) fid-dejta sottomessa li, skont il-ġudizzju professjonali tal-verifikatur, tista’ taffettwa l-użu sussegwenti tad-dejta mill-awtorità kompetenti fil-kalkolu tal-allokazzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet.

Artikolu 4

Awtorità kompetenti u l-arrotondament

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti amministrattivi xierqa, inkluża l-ħatra tal-awtorità jew awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-kalkoli kollha relatati man-numru tal-kwoti mwettqa skont din id-Deċiżjoni għandhom ikunu arrotondati sal-kwota sħiħa li jmiss.

KAPITOLU II

INSTALLAZZJONIJIET EŻISTENTI

Artikolu 5

Informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-installazzjonijiet

1.   Kull Stat Membru għandu jidentifika l-installazzjonijiet kollha li huma fit-territorju tiegħu u li huma eliġibbli għal allokazzjoni mingħajr ħlas skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.   Kull Stat Membru għandu jidentifika wkoll il-ġeneraturi u l-installazzjonijiet żgħar tal-elettriku kollha li jipproduċu s-sħana, li jistgħu jkunu esklużi mill-iskema tal-Unjoni skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 6

Diviżjoni f’subinstallazzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jaqsmu kull installazzjoni eliġibbli għall-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE f’subinstallazzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin, kif meħtieġ:

(a)

subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott;

(b)

subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tas-sħana;

(c)

subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil;

(d)

subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess

Is-subinstallazzjonijiet għandhom jikkorrispondu, sa fejn hu possibbli, mal-partijiet fiżiċi tal-installazzjoni

Għas-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tas-sħana, is-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil u s-subinstallazzjonijiet tal-emissjonijiet minn proċess, l-Istati Membri għandhon jiddistingwu b’mod ċar fuq il-bażi tan-NACE u l-Kodiċi Prodcom bejn jekk il-proċess rilevanti iservix jew le, settur jew subsettur meqjus espost għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju kif stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE.

Meta installazzjoni inkluża fl-iskema tal-Unjoni tkun ipproduċiet u esportat sħana li tista’ titkejjel lejn installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-iskema tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-proċess rilevanti tas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tas-sħana għal din is-sħana ma jservix settur jew subsettur li jitqies li jkun espost għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju kif stabbilit fid- Deċiżjoni 2010/2/UE sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li l-konsumatur tas-sħana li tista’ titkejjel jappartjeni f’settur jew sottosettur li jitqies li jkun espost għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2010/2/UE.

2.   It-total tad-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet ta’ kull subinstallazzjoni ma għandux jaqbeż it-total tad-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet tal-installazzjoni.

Artikolu 7

Il-ġbir tad-dejta bażi ta’ referenza

1.   Għal kull installazzjoni eżistenti eliġibbli għal allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emisjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE, inklużi installazzjonijiet li jitħaddmu biss perjodikament, b’mod partikolari, l-installazzjonijiet li jinżammu f’riserva jew għal xi emerġenza u l-installazzjonijiet li jitħaddmu fuq skeda staġjonali, l-Istati Membri għandhom, għas-snin kollha tal-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2008, jew l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2010 fejn ikun meħtieġ, li matulhom l-installazzjoni kienet qiegħda titħaddem, jiġbru mingħand l-operatur l-informazzjoni u d-dejta kollha rilevanti rigward kull parametru elenkat fl-Anness IV.

2.   L-Istati Membri għandhom jiġbru b’mod separat id-dejta għal kull subinstallazzjoni. Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-operatur jissottometti aktar dejta.

Meta 95 % tad-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti tas-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tas-sħana, tas-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil jew tas-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess, iservu setturi jew subsetturi meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE jew meta 95 % tad-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrespondenti tas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tas-sħana, tas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil jew tas-subinstallazzjoni tal-proċess tal-emissjonijiet iservu settur jew subsettur espost li mhumiex meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operatur milli jipprovdi dejta li tippermetti d-distinzjoni f’termini tal-espożizzjoni tat-tnixxija tal-karbonju.

3.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur biex jissottometti l-kapaċità installata inizjali ta’ kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjaru ta’ prodott, iddeterminat kif ġej:

(a)

fil-prinċipju, il-kapaċità installata inizjali għandha tkun il-medja tat-2 l-ogħla volumi ta’ produzzjoni kull xahar fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008 jekk wieħed jassumi li s-subinstallazzjoni ilha topera f’din it-tagħbija għal 720 siegħa kull xahar għal 12-il xahar kull sena;

(b)

Meta ma jkunx possibbli li jiddeterminaw il-kapaċità installata inizjali skont il-punt (a), għandha tiġi mwettqa verifika sperimentali tal-kapaċità tas-subinstallazzjoni taħt is-sorveljanza ta’ verifikatur sabiex tiżgura li l-parametri użati jkunu tipiċi għas-settur ikkonċernat u li r-riżultati tal-verifika sperimentali jkunu rappreżentattivi.

4.   Meta tkun saret bidla sinifikanti fil-kapaċità ta’ subinstallazzjoni bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u t-30 ta’ Ġunju 2011, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operatur jissottometti flimkien mal-kapaċità installata inizjali ta’ dik is-subinstallazzjoni, stabbilita skont il-paragrafu 3, sal-bidu tal-operazzjoni mibdula, il-kapaċità miżjuda jew, fejn applikabbli, imnaqqsa kif ukoll il-kapaċità installata tas-subinstallazzjoni wara li tkun saret bidla sinifikanti fil-kapaċità ddeterminata fuq il-bażi tal-medja tat-2 l-ogħla volumi ta’ produzzjoni fl-ewwel 6 xhur wara l-bidu tal-attività mibdula. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw din il-kapaċità installata tas-subinstallazzjoni wara li kellhom bidla sinifikanti fil-kapaċità bħala l-kapaċità installata inizjali tas-subinstallazzjoni meta jevalwaw kwalunkwe bidla oħra sinifikanti fil-kapaċità.

5.   L-Istati Membri għandhom jiksbu, jirreġistraw u jiddokumentaw id-dejta b’mod li jkun jista’ jsir użu xieraq minnha mill-awtorità kompetenti.

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-operatur li juża mudell elettroniku jew jispeċifikaw format ta’ fajl għas-sottomissjoni tad-dejta. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw l-użu mill-operatur ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni ta’ mudell elettroniku jew format ta’ fajl ippubblikat mill-Kummissjoni għall-fini ta’ ġbir ta’ dejta skont dan l-Artikolu, sakemm l-ispeċifikazzjoni ta’ mudell jew format ta’ fajl ma tirrikjedix mill-inqas id-dħul tal-istess dejta.

6.   Id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti li għalihom hija disponibbli biss dejta għall-installazzjoni sħiħa, għandhom ikunu attribwiti proporzjonalment lis-subinstallazzjonijiet rilevanti, kif ġej:

(a)

meta prodotti differenti jkunu mmanifatturati wieħed wara l-ieħor fl-istess linja ta’ produzzjoni, id-dħul, il-prodotti u l-emissjonijiet korrispondenti għandhom jiġu attribwiti b’mod sekwenzjali fuq il-ħin tal-użu kull sena għal kull subinstallazzjoni;

(c)

fejn ma jkunx possibbli li jiġu attribwiti dħul, prodotti u emissjonijiet korrispondenti skont il-punt (a), dawn għandhom ikunu attribwiti fuq il-bażi tal-massa jew il-volum tal-prodotti individwali prodotti jew stimi fuq il-bażi tal-proporzjon tal-entalpiji liberi ta’ reazzjoni ta’ dawk ir-reazzjonijiet kimiċi involuti jew fuq bażi ta’ formola adattata ta’ distribuzzjoni li hija korraborata minn metodoloġija xjentifika soda.

7.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi jissottomettu dejta kompleta u konsistenti u li jiżguraw li ma jkunx hemm sovrapprożizzjonijiet bejn is-subinstallazzjonijiet u ma jkun hemm ebda għadd doppju. L-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, jiżguraw li l-operaturi jeżerċitaw diliġenza xierqa u jissottomettu dejta li tippreżenta l-ogħla preċiżjoni li tista’ tinkiseb sabiex jippermettu assigurazzjoni raġonevoli dwar l-integrità tad-dejta.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull operatur jissottometti wkoll rapport tal-metodoloġija li jkun fih, b’mod partikolari, deskrizzjoni tal-installazzjoni, il-metodoloġija tal-kompilazzjoni applikata, is-sorsi differenti tad-dejta, l-istadji tal-kalkulazzjoni u, fejn ikun applikabbli, il-premessi magħmula u l-metodoloġija applikata biex ikunu attribwiti l-emissjonijiet lis-subinstallazzjonijiet rilevanti skont il-paragrafu 6. Huma jistgħu jordnaw lill-operatur li juri l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta pprovduta.

8.   Meta d-dejta tkun nieqsa, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jiġġustifika kif jixraq kwalunkwe nuqqas ta’ dejta.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jissostitwixxi d-dejta nieqsa kollha bi stimi konservattivi, b’mod partikolari, ibbażati fuq l-aħjar prattika tal-industrija, tagħrif xjentifiku u tekniku riċenti qabel jew, mhux aktar tard minn, waqt il-verifika mill-verifikatur.

Meta d-dejta tkun disponibbli parzjalment, stima konservattiva tfisser li l-valur estrapolat għandu jkun mhux aktar minn 90 % tal-valur miksub permezz tad-dejta disponibbli.

Meta l-ebda dejta dwar flussi tas-sħana li titkejjel għall-parametru referenzjarju tas-sħana tas-subinstallazzjoni ma tkun disponibbli, valur indikatur jista’ jinkiseb mid-dħul tal-enerġija korrispondenti immultiplikat bl-effiċjenza mkejla tal-produzzjoni tas-sħana kif ivverifikata mill-verifikatur. Fil-każ li l-ebda tali dejta ta’ effiċjenza ma tkun disponibbli, għandha tkun applikata effiċjenza ta’ referenza ta’ 70 % fuq id-dħul korrispondenti ta’ enerġija tal-produzzjoni tas-sħana li tista’ titkejjel.

9.   Fuq talba, kull Stat Membru għandu jagħmel id-dejta miġbura fuq il-bażi tal-paragrafu 1 sa 6 disponibbli għall-Kummissjoni.

Artikolu 8

Verifika

1.   Fil-proċess tal-ġbir tad-dejta skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw biss id-dejta li tkun ġiet ivverifikata bħala sodisfaċenti minn verifikatur. Il-proċess tal-verifika għandu jirrelata mar-rapport tal-metodoloġija u l-parametri rrapportati msemmija fl-Artikolu 7 u l-Anness IV. Il-verifika għandha tindirizza l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta pprovduta mill-operatur u għandha tasal għal opinjoni ta’ verifika li tiddikjara b’assigurazzjoni raġonevoli jekk id-dejta sottomessa hijiex ħielsa minn dikjarazzjonijiet żbaljati materjali jew le.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifikatur ikun indipendenti mill-operatur, iwettaq l-attivitajiet tiegħu b’mod professjonali tajjeb u oġġettiv, u jifhem kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, kif ukoll l-istandards u l-gwida rilevanti;

(b)

ir-rekwiżiti leġiżlattivi, regolatorji, u amministrattivi rilevanti għall-attivitajiet li jkunu qed jiġu vverifikati;

(c)

il-ġenerazzjoni tal-informazzjoni kolha relatata ma’ kull parametru jew sors ta’ emissjonijiet fl-installazzjoni, b’mod partikolari, relatati mal-ġbir, il-kejl, il-kalkulazzjoni u l-irrappurtar tad-dejta.

3.   Minbarra r-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni 2007/589/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti minimi kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(a)

il-verifikatur ippjana u wettaq il-verifika bl-attitudni ta’ xettiċiżmu professjonali filwaqt li jirrikonoxxi li jistgħu jeżistu ċirkostanzi li jwasslu biex l-informazzjoni u d-dejta sottomessa fir-rapporti ikunu materjalment iddikjarati ħżiena;

(b)

il-verifikatur ivvalida parametri rrapportati ddeterminati bi grad għoli ta’ ċertezza. Grad għoli ta’ ċertezza jirrikjedi li l-operatur juri li:

(i)

il-parametri rrapportati huma ħielsa mill-inkonsistenzi;

(ii)

il-ġbir tal-parametri twettaq skont l-istandards jew il-gwida applikabbli;

(iii)

ir-rekords rilevanti tal-installazzjoni huma kompleti u konsistenti.

(c)

il-verifikatur beda l-proċess ta’ verifika b’analiżi strateġika tal-attivitajiet rilevanti kollha li twettqu fl-installazzjoni u għandu deskrizzjoni ġenerali tal-attivitajiet kollha u s-sinifikat tagħhom għall-finijiet ta’ allokazzjoni;

(d)

il-verifikatur ikkunsidra l-informazzjoni li tinsab fil-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew f’permessi ambjentali rilevanti oħra, bħall-permess ipprovdut fid-Direttiva 2008/1/KE, b’mod partikolari meta jevalwa l-kapaċità installata inizjali tas-subinstallazzjonijiet;

(e)

il-verifikatur analizza r-riskji inerenti kollha u r-riskji ta’ kontroll relatati mal-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-operaturi u relatati mal-parametri tal-allokazzjoni li jistgħu jwasslu għal dikjarazzjonijiet materjali ħżiena u nuqqas ta’ konformità u fassal pjan ta’ verifika wara din l-analiżi tar-riskju;

(f)

il-verifikatur wettaq żjara fuq il-post, meta kien jixraq, biex jispezzjona l-operat tal-miters u s-sistemi ta’ kontroll, iwettaq intervisti, u jiġbor informazzjoni u evidenza biżżejjed; Jekk il-verifikatur deherlu li żjara fuq il-post mhijiex xierqa, huwa għandu jkun kapaċi jiġġustifika kompletament id-deċiżjoni tiegħu lill-awtorità xierqa;

(g)

il-verifikatur wettaq il-pjan ta’ verifika billi ġabar dejta skont il-metodi ddefiniti ta’ teħid ta’ kampjuni, test ta’ proċess mill-bidu sal-aħħar (walkthrough test), reviżjonijiet ta’ dokumenti, proċeduri analitiċi u proċeduri ta’ reviżjoni tad-dejta, inkluża kwalunkwe evidenza addizzjonali rilevanti, li fuqha tkun se tiġi bbażata l-opinjoni ta’ verifika tal-verifikatur;

(h)

il-verifikatur talab lill-operatur biex jipprovdi kwalunkwe dejta nieqsa jew jimla t-taqsimiet neqsin tar-rekord ta’ verifika, jispjega l-varjazzjonijiet fil-parametri jew fid-dejta tal-emissjonijiet, jew jirrevedi l-kalkoli, jew jaġġusta d-dejta rrapportata;

(i)

il-verifikatur ħejja rapport ta’ verifika interna. Ir-rapport ta’ verifika għandu jirreġistra evidenza li turi li l-analiżi strateġika, l-analiżi tar-riskju u l-pjan ta’ verifika twettqu b’mod sħiħ, u għandu jipprovdi biżżejjed informazzjoni biex jappoġġja l-opinjonijiet ta’ verifika. Ir-rapport ta’ verifika interna għandu jħaffef ukoll l-evalwazzjoni potenzjali tal-verifika mill-awtorità kompetenti, u mill-korp ta’ akkreditazzjoni.

(j)

il-verifikatur għamel ġudizzju rigward jekk il-parametri rrapportati fihomx xi dikjarazzjoni materjalment ħażina u jekk hemmx kwistjonijiet rilevanti oħra għall-opinjoni ta’ verifika ibbażata fuq ir-riżultati li jinsabu fir-rapport ta’ verifika interna;

(k)

il-verifikatur ippreżenta l-metodoloġija tal-verifika, ir-riżultati tiegħu u l-opinjoni tal-verifika f’rapport ta’ verifika, li jkun indirizzat lill-operatur, li għandu jkun ippreżentat mill-operatur mar-rapport tal-metodoloġija u l-parametri rrapportati lill-awtorità kompetenti.

4.   L-Istati Membri ma għandhomx jallokaw kwoti tal-emissjonijiet mingħajr ħlas lil installazzjoni meta d-dejta relatata ma’ din l-installazzjoni ma tkunx ġiet ivverifikata bħala sodisfaċenti.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jallokaw kwoti tal-emissjonijiet mingħajr ħlas lil installazzjoni meta d-dejta relatata ma’ din l-installazzjoni ma tkunx ġiet ivverifikata bħala sodisfaċenti, jekk ikunu sodisfatti li d-dejta nieqsa li twassal għall-ġudizzju tal-verifikatur tkun dovuta għal ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli li ma setgħux jiġu evitati anki li kieku kienet eżerċitata l-attenzjoni xierqa kollha u li huma lil hinn mill-kontroll tal-operatur tal-installazzjoni kkonċernata, b’mod partikolari minħabba ċirkostanzi bħal diżastri naturali, gwerra, theddid ta’ gwerra, atti terroristiċi, rivoluzzjoni, irvellijiet, sabutaġġ jew atti ta’ vandaliżmu.

5.   Meta ssir il-verifika, l-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, jiżguraw li mhemmx duplikazzjoni bejn is-subinstallazzjonijiet u mhemmx għadd doppju.

Artikolu 9

Il-livell storiku ta’ attività

1.   Għall-installazzjonijiet eżistenti, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livelli storiċi ta’ attività għal kull installazzjoni għall-perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008, jew, meta jkunu ogħla, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2010, fuq il-bażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 7.

2.   Il-livell storiku ta’ attività relatat mal-prodott għandu, għal kull prodott li għalih kien stabbilit parametru referenzjarju ta’ prodott kif imsemmi fl-Anness I, jirreferi għall-produzzjoni medjana annwali storika ta’ dan il-prodott fl-installazzjoni kkonċernata matul il-perjodu ta’ referenza.

3.   Il-livell storiku ta’ attività relatat mas-sħana għandu jirreferi għall-importazzjoni minn installazzjoni koperta mill-iskema tal-Unjoni, il-produzzjoni medjana annwali storika, jew it-tnejn li huma, waqt il-perjodu ta’ referenza, ta’ sħana li titkejjel u li tiġi kkunsmata għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika li ma tintużax għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew it-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, jew esportata għal installazzjonijiet jew entità oħra mhux koperta mill-iskema tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-esportazzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku espressa f’terajoule kull sena.

4.   Il-livell storiku ta’ attività relatat mal-fjuwil għandu jirreferi għall-konsum medjan annwali storiku ta’ fjuwils użati għall-produzzjoni tas-sħana li ma titkejjilx u li tiġi kkunsmata għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika li ma tintużax għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew għat-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, inkluż l-ivvampjar għas-sikurezza, matul il-perjodu ta’ referenza u espressa f’terajoule kull sena.

5.   Għal emissjonijiet minn proċess, li seħħew fir-rigward tal-produzzjoni ta’ prodotti fl-installazzjoni kkonċernata matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1, il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ proċess għandu jirreferi għal emissjonijiet minn proċess medjani annwali storiċi espress bħala tunnellati metriċita’ ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju.

6.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valuri medjani msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom jitqiesu biss is-snin kalendarji li matulhom l-installazzjoni kienet qiegħda topera għal mill-inqas jum.

Jekk l-installazzjoni kienet qiegħda topera għal inqas minn sentejn kalendarji matul iż-żewġ perjodi ta’ referenza relevanti, il-livelli storiċi ta’ attività għandhom ikunu kkalkolati fuq il-bażi tal-kapaċità installata inizjali determinata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7(3) ta’ kull subinstallazzjoni mmultiplikata bil-fattur tal-utilizazzjoni tal-kapaċità rilevanti ddeterminat skont l-Artikolu 18(2).

7.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell storiku ta’ attività relatat mal-prodott għall-prodotti li għalihom japplikaw il-parametri referenzjarji ta’ prodott imsemmijin fl-Anness III fuq il-bażi tal-produzzjoni medjana annwali storika skont il-formuli stipulati f’dan l-istess anness.

8.   Installazzjonijiet eżistenti li jitħaddmu biss perjodikament, inklużi, b’mod partikolari, l-installazzjonijiet li jinżammu f’riserva jew bħala stennija u l-installazzjonijiet li jitħaddmu fuq skeda staġjonali, u li ma kinux qed joperaw għal mill-inqas jum f’sena kalendarja partikolari matul il-perjodu ta’ referenza, għandhom jitqiesu fid-determinazzjoni tal-valuri medjani msemmija fil-paragrafu 1, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jintwera b’mod ċar li l-installazzjoni tintuża perjodikament, b’mod partikolari, titħaddem regolarment bħala stennija jew kapaċità ta’ riserva jew titħaddem regolarment fuq skeda staġjonali;

(b)

l-installazzjoni hija koperta minn permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-permessi l-oħrajn rilevanti kollha rekwiżiti fl-ordni legali nazzjonali tal-Istat Membru biex titħaddem l-installazzjoni;

(c)

huwa teknikament possibbli li tibda taħdem wara avviż ta’ ftit ħin u titwettaq manutenzjoni b’mod regolari.

9.   Meta installazzjoni eżistenti kellha estensjoni sinifikanti tal-kapaċità jew tnaqqis sinifikanti tal-kapaċità bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u t-30 ta’ Ġunju 2011, il-livelli storiċi ta’ attività tal-installazzjoni kkonċernata għandhom ikunu t-total tal-valuri medjani determinati f’konformità mal-paragrafu 1 mingħajr il-bidla sinifikanti fil-kapaċità u l-livelli storiċi ta’ attività tal-kapaċità miżjuda jew imnaqqsa.

Il-livelli storiċi ta’ attività tal-kapaċità miżjuda jew imnaqqsa għandhom ikunu d-differenza bejn il-kapaċitajiet installati inizjali ta’ kull subinstallazzjoni li kellhom bidla sinifikanti fil-kapaċità determinata skont l-Artikolu 7(3) sal-bidu tal-attività mibdula u l-kapaċità installata wara l-bidla sinifikanti fil-kapaċità determinata skont l-Artikolu 7(4) mmultiplikata bl-utilizzazzjoni tal-kapaċità storika medja tal-installazzjoni kkonċernata tas-snin qabel il-bidu tal-attività mibdula.

Artikolu 10

L-allokazzjoni fil-livell ta’ installazzjoni

1.   Fuq il-bażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom, għal kull sena, jikkalkolaw in-numru ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas mill-2013 ’il quddiem lil kull installazzjoni eżistenti fit-territorju tagħhom skont il-paragrafi 2 sa 8.

2.   Għall-fini ta’ din il-kalkolazzjoni, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jiddeterminaw in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull subinstallazzjoni separatament kif ġej:

(a)

għal kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi mal-valur ta’ dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott hekk kif imsemmi fl-Anness I immultiplikat bil-livell storiku ta’ attività relatat mal-prodott rilevanti;

(b)

għal:

(i)

is-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tas-sħana, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametri referenzjarji tas-sħana li tista’ titkejjel kif imsemmi fl-Anness I immultiplikat bil-livell storiku ta’ attività relatat mas-sħana għall-konsum tas-sħana li titkejjel;

(ii)

is-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi mal-valur tal-parametri referenzjarji tal-fjuwil kif imsemmi fl-Anness I immultiplikat bil-livell storiku ta’ attività relatat mal-fjuwil għall-fjuwil ikkunsmat;

(iii)

is-subinstallazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi mal-livell storiku ta’ attività relatat mal-proċess immultiplikat b’0,9700.

3.   Sa fejn is-sħana li titkejjel tkun esportata lejn unitajiet domestiċi privati u n-numru annwali preliminari ta’ kwoti ta’ emissjonijiet determinati skont il-paragrafu 2(b)(i), għall-2013 ikun inqas mill-emissjonijiet storiċi medjani marbuta mal-produzzjoni tas-sħana li titkejjel esportata lejn unitajiet domestiċi privati mis-subinstallazzjoni fil-perjodu ta’ żmien bejn l-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008, in-numru annwali preliminari tal-kwoti ta’ emissjonijiet għall-2013 għandu jkun aġġustat bid-differenza. F’kull sena mill-2014 sal-2020, in-numru annwali preliminari tal-kwoti ta’ emissjonijiet determinati skont il-paragrafu 2(b)(i), għandu jkun aġġustat sal-punt li n-numru annwali preliminari tal-kwoti ta’ emissjonijiet għal dik is-sena jkun anqas mill-perċentwal tal-emissjonijiet storiċi annwali medjani msemmija aktar ’il fuq. Il-perċentwal għandu jkun 90 % fl-2014 u jinżel b’10 punti perċentwali kull sena sussegwenti.

4.   Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 10a(11) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-fatturi msemmija fl-Anness VI għandhom ikunu applikati għan-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas stabbiliti għal kull subinstallazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għas-sena kkonċernata meta l-proċessi f’dawk is-subinstallazzjonijiet iservu setturi jew subsetturi meqjusa bħala mhux esposti għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2010/2/UE.

Meta l-proċessi f’dawk is-subinstallazzjonijiet iservu setturi jew subsetturi meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2010/2/UE, il-fattur li għandu jkun applikat għas-snin 2013 u 2014 għandu jkun 1. Is-setturi jew subsetturi li għalihom il-fattur huwa 1 għas-snin 2015 sa 2020 għandhom ikunu stabbiliti skont l-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva 2003/87/KE.

5.   Meta mill-inqas 95 % tal-livell tal-attività storika tas-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tas-sħana, ta’ subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil jew ta’ subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess iservu settur jew subsettur meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2010/2/UE, is-subinstallazzjonijiet bħala ħaġa sħiħa titqies bħala esposta għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju.

Meta mill-inqas 95 % tal-livell tal-attività storika tas-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tas-sħana, ta’ subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil jew ta’ subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess iservu setturi jew subsetturi mhux meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju kif stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2010/2/UE, is-subinstallazzjonijiet bħala ħaġa sħiħa ma titqiesx bħala esposta għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju.

6.   In-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal subinstallazzjonijiet li rċevew sħana li titkejjel minn subinstallazzjonijiet li jipproduċu prodotti koperti mill-parametri referenzjarji tal-aċidu nitriku msemmija fl-Anness I għandu jitnaqqas bil-konsum storiku annwali ta’ dik is-sħana matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 9(1) immultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għal din is-sħana li titkejjel kif imsemmi fl-Anness I.

7.   L-ammont annwali totali preliminari rivedut ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni għandu jkun is-somma tan-numri annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas tas-subinstallazzjonijiet kollha kkalkolati skont il-paragrafi 2, 3, 4, 5 u 6.

Meta installazzjoni tħaddan subinstallazzjonijiet li jipproduċu l-polpa (polpa tal-kraft b’fibra qasira, polpa tal-kraft b’fibra twila, polpa termomekkanika u polpa mekkanika, polpa tas-sulfit jew polpa oħra mhux koperta minn parametru referenzjarju ta’ prodott) li jesportaw sħana li titkejjel lejn subinstallazzjonijiet oħra teknikament konnessi, l-ammont totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għandu, bla ħsara għan-numri annwali preliminari ta’ kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal subinstallazzjonijiet oħra tal-installazzjoni kkonċernata, jitqies biss l-ammont preliminari tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas sal-punt li l-prodotti tal-polpa prodotti minn din is-subinstallazzjoni jkunu mibjugħa fis-suq u mhux ipproċessati f’karta fl-istess installazzjoni jew f’installazzjonijiet oħra konnessi teknikament.

8.   Meta jiddeterminaw l-ammont annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-emissjonijiet ma jingħaddux darbtejn u li l-allokazzjoni ma tkunx negattiva. B’mod partikolari, meta prodott intermedjarju li huwa kopert b’parametru referenzjarju ta’ prodott skont id-definizzjoni tal-konfini tas-sistema rispettivi stipulati fl-Anness I jiġi importat minn installazzjoni, l-emissjonijiet ma għandhomx jingħaddu darbtejn meta jkun stabbilit l-ammont annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas liż-żewġ installazzjonijiet kkonċernati.

9.   L-ammont annwali totali finali ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni eżistenti, għajr l-installazzjonijiet koperti mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, għandu jkun l-ammont annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni eżistenti skont il-paragrafu 7 immultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni transettorjali kif stabbilit skont l-Artikolu 15(3).

Għal installazzjonijiet koperti mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, u eliġibbli għall-allokazzjoni ta’ kwoti tal-emissjonijiet mingħajr ħlas, l-ammont annwali totali finali ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għandu jikkorrispondi għall-ammont annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni eżistenti skont il-paragrafu 7 u aġġustat kull sena bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 10a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, bl-użu tal-ammont annwali totali preliminari ta’ kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għall-installazzjoni kkonċernata għall-2013 bħala referenza.

Artikolu 11

L-allokazzjoni fir-rigward tal-ikkrekkjar bil-fwar

B’deroga mill-Artikolu 10(2)(a), in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas stabbiliti għal subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott fir-rigward tal-produzzjoni ta’ kimiċi ta’ valur għoli (minn hawn ’il quddiem “HVC”) għandu jikkorrispondi mal-valur tal-parametru referenzjarju ta’ prodott tal-ikkrekkjar bil-fwar imsemmi fl-Anness I immultiplikat bil-livell storiku ta’ attività stabbilit skont l-Anness III u mmultiplikat bil-kwozjent tat-total tal-emissjonijiet diretti inklużi l-emissjonijiet mis-sħana importata netta fuq il-perjodu tal-linja bażi msemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ din id-Deċiżjoni espress bħala tunnellati metriċita’ ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju u s-somma ta’ dawn l-emissjonijiet diretti totali u l-emissjonijiet indiretti rilevanti fuq il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ din id-Deċiżjoni kkalkolat skont l-Artikolu 14(2). Mar-riżultat ta’ dan il-kalkolu, għandhom jiżdiedu 1.78 tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ idroġenu mmultiplikati mal-produzzjoni storika medjana tal-idroġenu mill-alimentazzjoni supplimentari espress f’tunnellati ta’ idroġenu, 0.24 tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ etilen immultiplikati mal-produzzjoni storika medjana tal-etilen mill-alimentazzjoni supplimentari espress f’tunnellati ta’ etilen u 0.16 tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ HVC immultiplikati mal-produzzjoni storika medjana ta’ kimiċi ta’ valur għoli minbarra l-idroġenu u l-etilen minn alimentazzjoni supplimentari espressa f’tunnellati ta’ HVC.

Artikolu 12

L-allokazzjoni fir-rigward tal-monomer tal-klorur tal-vinil

B’deroga mill-Artikolu 10(2)(a), in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal subinstallazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni tal-monomer tal-klorur tal-vinil (minn hawn ’il quddiem “VCM”) għandu jikkorrispondi mal-valur tal-parametru referenzjarju ta’ VCM immultiplikat bil-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-VCM espress bħala tunnellati metriċi u mmultiplikat bil-kwozjent tat-total tal-emissjonijiet diretti għall-produzzjoni tal-VCM inklużi emissjonijiet minn sħana netta importata fuq il-perjodu bażi msemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ din id-Deċiżjoni, ikkalkolata skont l-Artikolu 14(2), espress bħala tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju u t-total ta’ dawn l-emissjonijiet diretti u l-emissjonijiet relatati mal-idroġenu għall-produzzjoni tal-VCM fuq il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ din id-Deċiżjoni espress bħala tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju ikkalkolat fuq il-bażi tal-konsum storiku tas-sħana li jirriżulta mill-kombustjoni tal-idroġenu espress bħala terajoules (TJ) immultiplikati b’56,1 tunnellati metriċi ta’ diossidu tal-karbonju kull TJ.

Artikolu 13

Il-flussi tas-sħana bejn l-installazzjonijiet

Meta subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott tinkludi sħana li titkejjel importata minn installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-iskema tal-Unjoni, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għas-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-prodott ikkonċernat determinat skont l-Artikolu 10(2)(a) għandu jkun imnaqqas bl-ammont tas-sħana storikament importata minn installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-iskema tal-Unjoni fis-sena kkonċernata immultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għas-sħana li titkejjel stipulat fl-Anness I.

Artikolu 14

Il-kapaċità ta’ skambju tal-fjuwil u l-elettriku

1.   Għal kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott imsemmija fl-Anness I f’kunsiderazzjoni tal-possibbiltà ta’ skambju tal-fjuwil u l-elettriku, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju ta’ prodott rilevanti stipulat fl-Anness I u mmultiplikat bil-livell storiku ta’ attività relatata mal-prodott u mmultiplikat bil-kwozjent tat-total tal-emissjonijiet diretti inklużi l-emissjonijiet mis-sħana importata netta fuq il-perjodu ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ din id-Deċiżjoni espress bħala tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju u t-total ta’ dawn l-emissjonijiet diretti totali u l-emissjonijiet indiretti storiċi mill-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fuq il-perjodu tal-linja bażi msemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Għall-finijiet tal-kalkoli skont il-paragrafu 1, l-emissjonijiet indiretti rilevanti jirreferu għall-konsum tal-elettriku rilevantikif speċifikat fid-definizzjoni tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti fl-Anness I matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ din id-Deċiżjoni espress f’sigħat ta’ megawatt għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat immultiplikat b’0,465 tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju kull siegħa ta’ megawatt u espress bħala tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju.

Għall-finijiet tal-kalkolu skont il-paragrafu 1, l-emissjonijiet mis-sħana netta importata jirreferu għall-ammont ta’ sħana li titkejjel għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat importat minn installazzjonijiet koperti mill-iskema tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ din id-Deċiżjoni immultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana kif imsemmi fl-Anness I.

KAPITOLU III

ID-DEĊIŻJONIJIET TA’ ALLOKAZZJONI

Artikolu 15

Miżuri nazzjonali ta’ Implimentazzjoni

1.   Skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, sat-30 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni lista ta’ installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE fit-territorju tagħhom, inklużi installazzjonijiet identifikati skont l-Artikolu 5, permezz ta’ mudell elettroniku pprovdut mill-Kummissjoni.

2.   Għal kull installazzjoni eżistenti, il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha, b’mod partikolari:

(a)

informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-installazzjoni u l-konfini tagħha permezz tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni fis-CITL;

(b)

informazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ kull subinstallazzjoni ta’ installazzjoni;

(c)

għal kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-prodott il-kapaċità installata inizjali flimkien mal-volumi ta’ produzzjoni annwali tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008;

(d)

għal kull installazzjoni u subinstallazzjoni, informazzjoni dwar jekk tinsabx f’settur jew f’subsettur meqjus espost għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2010/2/UE;

(e)

għal kull installazzjoni u subinstallazzjoni n-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas matul il-perjodu 2013 sa 2020 kif stabbilit skont l-Artikolu 10(2);

(f)

b’żieda mal-punt(d), għal subinstallazzjonijiet li ma jservux settur jew subsettur meqjus espost għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju kif stabbilit mid-Deċiżjoni 2010/2/UE, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas matul il-perjodu 2013 sa 2020 jonqsu b’ammonti ugwali minn 80 % tal-kwantità fl-2013 sa 30 % fl-2020 kif stabbilit skont l-Artikolu 10(4);

(g)

għal kull installazzjoni l-ammonti annwali totali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas matul il-perjodu 2013 sa 2020 kif stabbilit skont l-Artikolu 10(6).

Il-lista għandha tidentifika ukoll il-ġeneraturi tal-elettriku kollha li jipproduċu s-sħana, u l-installazzjonijiet żgħar li jistgħu jkunu esklużi mill-iskema tal-Unjoni skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE.

3.   Mal-wasla tal-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-inklużjoni ta’ kull installazzjoni fil-lista u l-ammonti annwali totali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas relatati.

Man-notifika minn kull Stat Membru tal-ammonti annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas matul il-perjodu 2013 sa 2020, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni transettorjali uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE. Dan għandu jkun stabbilit mit-tqabbil tas-somma tal-ammonti annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil installazzjonijiet li mhumiex ġeneraturi tal-elettriku kull sena matul il-perjodu mill-2013 sal-2020 mingħajr l-applikazzjoni tal-fatturi msemmija fl-Anness VI bl-ammonti annwali ta’ kwoti li huwa kkalkolat skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE għal installazzjonijiet li mhumiex ġeneraturi tal-elettriku jew installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, waqt li jitqies is-sehem rilevanti tal-kwantità totali annwali fl-Unjoni kollha, kif stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva, u l-ammont ta’ emissjonijiet rilevanti li huma inklużi biss fl-iskema tal-Unjoni mill-2013 ’il quddiem.

4.   Jekk il-Kummissjoni ma twarrabx l-iskrizzjoni ta’ installazzjoni f’din il-lista, inklużi l-ammonti annwali totali preliminari korrispondenti ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil din l-installazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipproċedi għad-determinazzjoni tal-ammont annwali finali ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal kull sena matul il-perjodu mill-2013 sal-2020 skont l-Artikolu 10(9) ta’ din id-Deċiżjoni.

5.   Wara d-determinazzjoni tal-ammont annwali finali għall-installazzjonijiet kollha li jaqgħu fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni lista tal-ammonti annwali finali tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas matul il-perjodu 2013 sa 2020 kif determinat skont l-Artikolu 10(9).

Artikolu 16

Tibdil fl-espożizzjoni tat-tnixxija tal-karbonju

Fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tal-lista msemmija fl-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva 2003/87/KE għas-snin 2015 sa 2020, jew mill-adozzjoni ta’ kwalunkwe addizzjoni mal-lista determinata mid-Deċiżjoni 2010/2/UE għas-snin 2013 u 2014, kull Stat Membru għandu jirrevedi l-lista msemmija fl-Artikolu 15(1) ta’ din id-Deċiżjoni u b’mod ċar jindika t-tibdil fl-espożizzjoni ta’ dik li tqieset bħalatnixxija tal-karbonju tal-installazzjonijiet u s-subinstallazzjonijiet u l-ammont annwali preliminari tal-allokazzjonijiet mingħajr ħlas relatati meta applikabbli u jissottomettiha lill-Kummissjoni.

KAPITOLU IV

INSTALLAZZJONIJIET LI JIDĦLU ĠODDA FIS-SUQ U INSTALLAZZJONIJIET LI JAGĦLQU

Artikolu 17

Applikazzjoni għal allokazzjoni mingħajr ħlas

1.   Meta ssir applikazzjoni għal installazzjoni li tidħol ġdida fis-suq, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw fuq il-bażi tar-regoli preżenti l-ammont tal-kwoti li għandhom ikunu allokati mingħajr ħlas meta l-installazzjoni kkonċernata tkun bdiet l-attività normali u l-kapaċità installata inizjali tagħha tkun ġiet determinata.

2.   L-Istati Membri għandhom jaċċettaw biss applikazzjonijiet li huma sottomessi lill-awtorità kompetenti fi żmien sena wara l-bidu tal-operazzjoni normali tal-installazzjoni jew subinstallazzjoni kkonċernata.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddividu l-installazzjoni ikkonċernata f’subinstallazzjonijiet skont l-Artikolu 6 ta’ din id-Deċiżjoni u għandhom jirrikjedu lill-operatur li jissottometti, flimkien mal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni u d-dejta rilevanti kollha rigward kull parametru elenkat fl-Anness V separatament għal kull subinstallazzjoni lill-awtorità kompetenti. Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jissottometti aktar dejta mhux miġbura f’daqqa.

4.   Għall-installazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(h) tad-Direttiva 2003/87/KE, bl-eċċezzjoni tal-installazzjonijiet li kellhom estensjoni sinifikanti wara t-30 ta’ Ġunju 2011, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jiddetermina l-kapaċità installata inizjali ta’ kull subinstallazzjoni skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7(3) billi jintuża perjodu kontinwu ta’ 90 jum fuq il-bażi ta’ liema l-bidu tal-operazzjoni normali huwa ddeterminat bħala referenza. L-Istati Membri għandhom japprovaw din il-kapaċità installata inizjali ta’ kull subinstallazzjoni qabel jikkalkulaw l-allokazzjoni lill-installazzjoni

5.   L-Istati Membri għandhom jaċċettaw biss dejta sottomessa skont dan l-Artikolu li tkun ġiet ivverifikata bħala sodisfaċenti minn verifikatur, skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8, biex jiżguraw li tkun irrapportata dejta affidabbli u korretta.

Artikolu 18

Il-livelli ta’ attività

1.   Għal installazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(h) tad-Direttiva 2003/87/KE, bl-eċċezzjoni ta’ installazzjonijiet li kellhom estenzjoni sinifikanti wara t-30 ta’ Ġunju 2011, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livelli ta’ kull installazzjoni kif ġej:

(a)

il-livell ta’ attività relatat mal-prodott għandu, għal kull prodott li għalih kien stabbilit parametru referenzjarju ta’ prodott kif imsemmi fl-Anness I, ikun il-kapaċità tal-produzzjoni inizjali installata għall-produzzjoni ta’ dan il-prodott tal-installazzjoni kkonċernata immultiplikata bil-fattur ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità standard rilevanti;

(b)

il-livell ta’ attività relatat mas-sħana għandu jkun il-kapaċità installata inizjali għall-importazzjoni minn installazzjonijiet koperti mill-iskema tal-Unjoni, il-produzzjoni, jew it-tnejn li huma, tas-sħana li titkejjel ikkunsmata fil-konfini tal-installazzjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti,għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika li ma tkunx użata għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew it-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku jew esportata lejn installazzjoni jew entità oħra mhux koperta mill-iskema tal-Unjoni bl-eċċezzjoni tal-esport għall-produzzjoni tal-elettriku mmultiplikata bil-fattur ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità rilevanti;

(c)

il-livell ta’ attività relatat mal-fjuwil għandu jkun il-kapaċità installata inizjali tal-konsum tal-fjuwils użati għall-produzzjoni ta’ sħana li ma titkejjilx ikkunsmata għall-produzzjoni ta’ prodotti,għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika li ma tkunx użata għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew għat-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, inkluż l-ivvampjar tas-sigurtà tal-installazzjoni kkonċernata mmultiplikata bil-fattur ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità rilevanti;

(d)

il-livell ta’ attività relatat malproċess tal-emissjonijiet għandu jkun il-kapaċità installata inizjali għall-produzzjoni tal-emissjonijiet minn proċess tal-unità ta’ proċess immultiplikata bil-fattur tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità rilevanti.

2.   Il-fattur ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità standard imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jkun stabbilit u ppubblikat mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-ġbir tad-dejta mwettaq mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 ta’ din id-Deċiżjoni. Għal kull parametru referenzjarju tal-prodott stabbilit fl-Anness I, għandu jkun it-80 perċentili tal-fatturi medji annwali tal-kapaċità ta’ utilizzazzjoni tal-installazzjonijiet kollha li jipproduċu l-prodott ikkonċernat. Il-fattur medju annwali tal-kapaċità ta’ utilizzazzjoni għal kull installazzjoni li tipproduċi l-prodott ikkonċernat għandu jikkorrispondi għall-produzzjoni medja annwali tal-perjodu 2005 sa 2008 diviż bil-kapaċità installata inizjali.

Il-fattur tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità rilevanti msemmi fil-paragrafi 1(b) sa (d) għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-informazzjoni ssostanzjata kif jixraq u vverifikata b’mod indipendenti rigward l-attività normali, il-manutenzjoni, iċ-ċiklu ta’ produzzjoni komuni, it-tekniki effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-utilizzazzjoni tipika maħsuba tal-kapaċità tal-installazzjoni fis-settur ikkonċernat meta mqabbel ma’ informazzjoni speċifika għas-settur.

Meta jiddeterminaw il-fattur rilevanti tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità msemmi fil-paragrafu 1(d) skont is-sentenza preċedenti, l-Istati Membri għandhom iqisu wkoll informazzjoni ssostanzjata kif jixraq u vverifikata indipendentament rigward l-intensità tal-emissjonijiet tat-tidħil u t-tekniki effiċjenti fil-gassijiet serra.

3.   Għall-installazzjonijiet li kellhom estenzjoni sinifikanti tal-kapaċità wara t-30 ta’ Ġunju 2011, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw skont il-paragrafu 1 il-livelli ta’ attività biss għall-kapaċità miżjuda tas-subinstallazzjonijiet li għalihom tirrelata l-estensjoni sinifikanti tal-kapaċità.

Għall-installazzjonijiet li kellhom tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità wara t-30 ta’ Ġunju 2011, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw skont il-paragrafu 1 il-livelli ta’ attività biss għall-kapaċità mnaqqsa tas-subinstallazzjonijiet li għalihom jirrelata t-tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità.

Artikolu 19

L-allokazzjonijiet lill-installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq

1.   Għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet lil installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, bl-eċċezzjoni tal-allokazzjonijiet lill-installazzjonijiet imsemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 3(h) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas mal-bidu tal-attività normali tal-installazzjoni għal kull subinstallazzjoni separatament, kif ġej:

(a)

għal kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi mal-valur ta’ dak il-parametru referenzjarju ta’ prodott immultiplikat bil-livell ta’ attività relatat mal-prodott;

(b)

għal kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tas-sħana, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għandu jikkorrispondi mal-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għal din is-sħana li titkejjel kif imsemmi fl-Anness I immultiplikat bil-livell ta’ attività relatat mas-sħana;

(c)

għal kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għandu jikkorrispondi mal-valur tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil kif imsemmi fl-Anness I immultiplikat bil-livell ta’ attività relatat mal-fjuwil;

(d)

għal kull subinstallazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess, in-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi mal-livell storiku ta’ attività relatat mal-proċess immultiplikat b’0,9700.

L-Artikolu 10(4) sa (6) u (8), 11, 12, 13 u 14 ta’ din id-Deċiżjoni għandu japplika mutatis mutandis għall-kalkolu tan-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas.

2.   Għal emissjonijiet ivverifikati b’mod indipendenti tal-installazzjoni li daħlet ġdida fis-suq u li seħħew qabel il-bidu tal-attività normali, għandhom jiġu allokati kwoti addizzjonali fuq il-bażi ta’ emissjonijiet storiċi espressi bħala tunnellati metriċi ta’ ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju.

3.   L-ammont annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għandu jkun it-total tan-numri annwali preliminari tas-subinstallazzjonijiet kollha tal-kwoti tal-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas u kkalkolati skont il-paragrafu 1 u l-kwoti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2. Għandha tapplika t-tieni sentenza tal-Artikolu 10(7).

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien rigward l-ammont annwali preliminari totali ta’ kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas. L-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet mir-riżerva tal-installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq maħluqa skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom ikunu allokati fuq il-bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel fir-rigward tal-irċevuta ta’ din in-notifika.

Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta l-ammont preliminari annwali totali tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għall-installazzjoni kkonċernata. Jekk il-Kummissjoni ma tirrifjutax dan l-ammont preliminari annwali totali tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipproċedi għad-determinazzjoni tal-ammont annwali finali ta’ kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas.

5.   L-ammont annwali finali ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għandu jikkorrispondi mal-ammont annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull installazzjoni stabbilit skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu aġġustat kull sena bil-fattur lineari ta’ tnaqqis msemmi fl-Artikolu 10a(7), tad-Direttiva 2003/87/KE billi jintuża l-ammont annwali totali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għall-installazzjoni kkonċernata tas-sena 2013 bħala referenza.

6.   Meta nofs l-ammont tal-allokazzjonijiet imwarrba għal installazzjonijiet li jidħlu ġodda fis-suq skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE minkejja l-ammont tal-allokazzjonijiet disponibbli skont l-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE, ikun inħareġ jew se jinħareġ sal-2020 għall-installazzjonijiet li jidħlu ġodda fis-suq, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk għandhiex tiddaħħal sistema ta’ tqegħid fil-kju biex ikun żgurat li l-aċċess għar-riserva ikun ġestit b’mod ġust.

Artikolu 20

Allokazzjoni bħala installazzjoni li daħlet ġdida fis-suq wara estensjoni sinifikanti tal-kapaċità

1.   Meta installazzjoni tkun saritilha estensjoni sinifikanti tal-kapaċità wara t-30 ta’ Ġunju 2011, l-Istati Membri għandhom, mal-applikazzjoni mill-operatur u mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni lil installazzjoni skont l-Artikolu 10, jiddeterminaw fuq il-bażi tal-metodoloġija stipulata fl-Artikolu 19 in-numru tal-kwoti tal-emissjonijiet mingħajr ħlas li sejrin jiġu allokati, fir-rigward tal-estensjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jissottometti flimkien mal-applikazzjoni evidenza li turi li l-kriterji għal estensjoni sinifikanti tal-kapaċità ġew issodisfati u għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(3) bħala appoġġ għal kwalunkwe deċiżjoni dwar l-allokazzjonijiet. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jissottometti l-kapaċità miżjuda u l-kapaċità installata tas-subinstallazzjoni wara li kellha estensjoni sinifikanti fil-kapaċità ivverifikata bħala sodisfaċenti minn verifikatur, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw din il-kapaċità installata tas-subinstallazzjoni wara li kellha estensjoni sinifikanti fil-kapaċità bħala l-kapaċità installata inizjali tas-subinstallazzjoni meta jevalwaw kwalunkwe bidla sussegwenti sinifikanti fil-kapaċità.

Artikolu 21

Tnaqqis sinifikanti tal-kapaċità

1.   Meta installazzjoni jkollha tnaqqis sinifikanti tal-kapaċità wara t-30 ta’ Ġunju 2011, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-ammont li bih jitnaqqas in-numru tal-kwoti li se jkunu allokati mingħajr ħlas, fir-rigward ta’ dan it-tnaqqis. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jissottometti l-kapaċità miżjuda u l-kapaċità installata tas-subinstallazzjoni wara li kellha estensjoni sinifikanti fil-kapaċità ivverifikata bħala sodisfaċenti minn verifikatur, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw din il-kapaċità installata tas-subinstallazzjoni wara li kellha tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità bħala l-kapaċità installata inizjali tas-subinstallazzjoni meta jevalwaw kwalunkwe bidla sussegwenti sinifikanti fil-kapaċità.

2.   L-Istati Membri għandhom inaqqsu n-numru annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għal kull subinstallazzjoni bin-numru annwali preliminari ta’ kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għas-subinstallazzjoni kkonċernata kkalkolata skont l-Artikolu 19(1) safejn huwa kkonċernat it-tnaqqis fil-kapaċità.

L-Istati Membri għandhom imbagħad jiddeterminaw l-ammont annwali totali preliminari tal-installazzjoni kkonċernata skont il-metodoloġija applikata sabiex jiddeterminaw l-ammont annwali totali preliminari qabel it-tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità u l-ammont annwali totali finali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lill-installazzjoni kkonċernata skont l-Artikolu 10(9).

3.   L-allokazzjoni lil installazzjoni għandha tkun aġġustata kif jixraq mis-sena li ssegwi dik li fiha jkun seħħ it-tnaqqis fil-kapaċità jew mill-2013, jekk it-tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 22

Il-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ installazzjoni

1.   Installazzjoni titqies li waqqfet l-operazzjonijiet tagħha meta tkun issodisfata kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra,il-permess fis-seħħ skont id-Direttiva 2008/1/KE jew meta kwalunkwe permess ambjentali rilevanti ieħor ikun skada;

(b)

il-permessi msemmija fil-punt (a) ġew irtirati;

(c)

l-attività tal-installazzjoni huwa teknikament impossibbli;

(d)

l-installazzjoni mhijiex topera, iżda kienet topera qabel u huwa teknikament impossibbli li terġa’ tibda taħdem;

(e)

l-installazzjoni mhijiex topera, iżda kienet topera qabel u l-operatur ma jistax jistabbilixxi li din l-installazzjoni se terġa’ tibda taħdem sa massimu ta’ 6 xhur wara li tkun waqqfet l-attività tagħha. L-Istati Membri jistgħu jestendu dan il-perjodu sa massimu ta’ 18-il xahar jekk l-operatur jista’ jistabbilixxi li l-installazzjoni ma tistax terġa’ tibda taħdem fi żmien 6 xhur minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli li ma setgħux jiġu evitati anki jekk id-diliġenza dovuta tkun ġiet eżerċitata u li huma lil hinn mill-kontroll tal-operatur tal-installazzjoni kkonċernata, b’mod partikolari minħabba ċirkostanzi bħal diżastri naturali, gwerra, theddid ta’ gwerra, atti terroristiċi, rivoluzzjonijiet, rewwixti, sabutaġġ jew atti ta’ vandaliżmu.

2.   Il-paragrafu 1(e) ma għandux japplika għall-installazzjonijiet li jinżammu f’riserva jew għal xi emerġenza u l-installazzjonijiet li jitħaddmu fuq skeda staġjonali, meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-operatur għandu permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-permessi l-oħra rilevanti kollha;

(b)

huwa teknikament possibbli li tibda taħdem mingħajr ma jsir tibdil fiżiku fl-installazzjoni;

(c)

titwettaq manutenzjoni regolari.

3.   Meta installazzjoni tkun waqfet taħdem, l-Istat Membru kkonċernat ma għandux joħroġ kwoti tal-emissjonijiet lil din l-installazzjoni mis-sena li ssegwi s-sena li fiha l-installazzjoni tkun waqqfet l-attivitajiet tagħha.

4.   L-Istati Membri jistgħu jissospendu l-ħruġ tal-kwoti tal-emissjonijiet lil installazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1(e) sakemm ma jkunx stabbilit li l-installazzjoni tkun se terġa’ tibda l-operazzjonijiet.

Artikolu 23

Waqfien parzjali tal-operazzjonijiet ta’ installazzjoni

1.   Installazzjoni titqies li waqqfet parzjalment l-operazzjonijiet, sakemm subinstallazzjoni waħda, li tikkontribwixxi mill-inqas 30 % lill-ammont annwali finali tal-installazzjoni ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas, jew għall-allokazzjoni ta’ iktar minn 50 000 kwota, tnaqqas il-livell ta’ attività tagħha f’sena kalendarja partikolari b’mill-inqas 50 % meta mqabbel mal-livell ta’ attività użat għall-kalkolu tal-allokazzjoni tas-subinstallazzjoni skont l-Artikolu 9 jew, fejn applikabbli, mal-Artikolu 18 (minn hawn ’il quddiem “il-livell ta’ attività inizjali”).

2.   L-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonjiet lil installazzjoni li tkun waqqfet parzjalment l-operazzjonijiet tagħha għandhom jiġu aġġustati kif ġej mis-sena li ssegwi s-sena li fiha tkun waqqfet parzjalment l-attivitajiet tagħha, jew mill-2013, jekk iċ-ċessjoni parzjali tkun seħħet qabel l-1 ta’ Jannar 2013, kif ġej:

 

Jekk il-livell ta’ attività tas-subinstallazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jitnaqqas b’50 % sa 75 % mqabbel mal-livell ta’ attività inizjali, is-subinstallazzjoni għandha tirċievi biss nofs il-kwoti allokati inizjalment.

 

Jekk il-livell ta’ attività tas-subinstallazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jitnaqqas b’75 % sa 90 % mqabbel mal-livell ta’ attività inizjali, is-subinstallazzjoni għandha tirċievi biss 25 % tal-kwoti allokati inizjalment.

 

Jekk il-livell ta’ attività tas-subinstallazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jitnaqqas b’90 % jew aktar imqabbel mal-livell ta’ attività inizjali, ma għandha tiġi allokata l-ebda kwota mingħajr ħlas fir-rigward tas-subinstallazzjoni kkonċernata.

3.   Jekk il-livell ta’ attività tas-subinstallazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jilħaq livell ta’ attività ta’ aktar minn 50 % meta mqabbel mal-livell ta’ attività inizjali, l-installazzjoni li tkun waqqfet parzjalment l-operazzjonijiet għandha tirċievi l-kwoti inizjalment allokati lilha mis-sena li ssegwi s-sena kalendarja li fiha l-livell ta’ attività jaqbeż il-limitu ta’ 50 %.

4.   Jekk il-livell ta’ attività tas-subinstallazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tilħaq livell ta’ attività ta’ aktar minn 25 % meta mqabbel mal-livell ta’ attività inizjali, l-installazzjoni li tkun waqqfet parzjalment l-operazzjonijiet għandha tirċievi l-kwoti inizjalment allokati lilha mis-sena li ssegwi s-sena kalendarja li fiha l-livell ta’ attività jaqbeż il-limitu ta’ 25 %.

Artikolu 24

Tibdil fl-operat ta’ installazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha rigward kwalunkwe tibdil ippjanat jew effettiv fil-kapaċità, il-livell ta’ attività u l-operat ta’ installazzjoni tkun sottomessa mill-operatur sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

2.   Meta jkun hemm tibdil fil-kapaċità, il-livell ta’ attività jew l-operat ta’ installazzjoni li għandu impatt fuq l-allokazzjoni tal-installazzjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu, permezz ta’ mudell elettroniku pprovdut mill-Kummissjoni, l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż l-ammont annwali totali preliminari rrivedut ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lill-installazzjoni kkonċernata stabbilit skont din id-Deċiżjoni, lill-Kummissjoni qabel id-determinazzjoni tal-ammont annwali totali finali ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas. Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta l-ammont preliminari totali annwali rivedut tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għall-installazzjoni kkonċernata.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 25

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

(3)  ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10.

(5)  ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS I

PARAMETRI REFERENZJARJI TA’ PRODOTT

1.   Id-definizzjoni ta’ parametri referenzjarji ta’ prodott u l-konfini tas-sistema mingħajr kunsiderazzjoni tal-possibbiltà ta’ skambju tal-fjuwil u l-elettriku

Parametru referenzjarju ta’ prodott

Definizzjoni tal-prodotti koperti

Definizzjoni tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema)

Espożizzjoni tat-tnixxija tal-karbonju kif stabbilita mid-Deċiżjoni 2010/2/UE għas-snin 2013 u 2014

Valur tal-parametru referenzjarju

(kwoti/t)

Kokk

Kokk mill-ifran tal-kokk (miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam li minnu jsir il-kokk, f’temperaturi għoljin) jew kokk tal-impjanti tal-gass) imfissra bħala tunnellati ta’ kokk niexef. Il-kokk tal-linjite mhuwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-ifran tal-kokk tal-unitajiet ta’ proċess, l-inċinerazzjoni tal-H2S/NH3, tisħin minn qabel tal-faħam (it-tneħħija tal-friża), it-tagħmir għall-estrazzjoni tal-gass tal-kokk, l-unità għad-desulfurizzazzjoni, l-unità tad-distillazzjoni, l-unità għall-ġenerazzjoni tal-istim, il-kontroll tal-pressjoni fil-batteriji, it-trattament bijoloġiku tal-ilma, it-tisħin mixxellanju ta’ prodotti sekondarji u s-separatur tal-idroġenu huma inklużi. It-tindif tal-gass tal-ifran tal-kokk inkluż.

iva

0,286

Minerali sinterizzati

Prodott agglomerat b’kontenut ta’ ħadid li fih il-minerali tal-ħadid fini u flussi tal-minerali tal-ħadid u materjali tar-riċiklaġġ li fihom il-ħadid bil-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bħal-livell tal-bażiċità, is-saħħa mekkanika u l-permeabbiltà meħtieġa biex jitwassal il-ħadid u l-materjali tal-flussi meħtieġa fil-proċessi tat-tnaqqis tal-minerali tal-ħadid.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-fibra f’forma ta’ trab tal-unitajiet tal-proċess, l-ignixin, l-unitajiet tat-tħejjija tal-alimentazzjoni, l-unità tal-iskrining sħun, l-unità tat-tkessieħ tas-sinter, l-unità tal-iskrining kiesaħ u l-unità tal-ġenerazzjoni tal-istim huma inklużi.

iva

0,171

Metall sħun

Ħadid likwidu saturat bil-karbonju għal aktar ipproċessar

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-kalkara ta’ funderija tal-unitajiet ta’ proċess, unitajiet tat-trattament tal-metall sħun, blowers tal-kalkara ta’ funderija, fuklari sħan tal-kalkara ta’ funderija, forn tal-ossiġnu bażiku, unitajiet metallurġiċi sekondarji, il-kuċċaruni tal-vakwu, l-unitajiet tal-ikkastjar (inkluż il-qtugħ), l-unità tat-trattament tal-gagazza, it-tħejjija tal-piż, l-unità tat-trattament bil-gass tal-BF, l-unitajiet għat-tneħħija tat-trab (dedusting), it-tisħin minn qabel tal-iskrepp, it-tnixxif tal-faħam għall-PCI, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, il-produzzjoni tal-arja kkompressata, l-unità għat-trattament tat-trab (briquetting), l-unità għat-trattament tal-ħama (briquetting), l-injezzjoni tal-fwar f’unità ta’ BF, l-impjant għall-ġenerazzjoni tal-fwar, it-tkessiħ bil-gass BOF ta’ konvertitur u mixxellanji huma inklużi.

iva

1,328

Anodu ta’ qabel il-ħami

Anodi għall-użu fl-elettroliżi tal-aluminju li jikkonsistu f’kokk tal-petrol, qatran u anodi normalment irriċiklati, li huma ffurmati b’forma partikolari intenzjonati għal apparat li jdewweb (smelter) partikolari u moħmijin fi fran anodizzanti sa temperatura ta’ madwar 1 150  °C

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-anodi ta’ qabel il-ħami huma inklużi.

iva

0,324

L-aluminju

aluminju likwidu mhux liga mhux maħdum mill-elettroliżi

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadju tal-produzzjoni msejjaħ elettroliżi huma inklużi.

iva

1,514

Gagazza tas-siment abjad

Gagazza tas-siment griż bħala t-total tal-gagazza prodott

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-gagazza tas-siment abjad huma inklużi.

Iva

0,766

Gagazza tas-siment abjad

Gagazza tas-siment abjad biex tintuża bħala l-komponent ewlieni tat-twaħħil fil-formulazzjoni ta’ materjali bħal filers tal-ġonot, il-kolla tal-madum taċ-ċeramika, l-iżolazzjoni, u t-taħlita għat-tikħil tal-ankraġġ, it-taħlita għat-tikħil ta’ art industrijali, il-ġibs għall-kisi imħallat lest, it-taħlita għat-tikħil tat-tiswija, u l-kisi li minnu ma jgħaddix l-ilma b’kontenut medju massimu ta’ 0,4 massa-% Fe2O3, 0,003 massa-% Cr2O3 u 0,03 massa-% Mn2O3.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-gagazza tas-siment abjad huma inklużi.

Iva

0,987

Ġir

Ġir Verġni: Ossidu tal-kalċju (CaO) prodott mit-tneħħija tal-karbonju mill-ġir (CaCO3) bħala ġir “pur standard” b’kontenut ħieles mill-CaO ta’ 94,5 %. Ġir prodott u kkunsmat fl-istess installazzjoni għal proċessi ta’ purifikazzjoni mhuwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ġir huma inklużi.

iva

0,954

Il-ġir dolomitiku

Il-ġir dolomitiku jew il-ġir dolomitiku kkalċinat bħala taħlita ta’ ossidi tal-kalċju u tal-manjeżju prodotti mit-tneħħija tal-karbonju tad-dolomit (CaCO3.MgCO3) b’CO2 residwu li jaqbeż 0,25 %, kontenut b’MgO liberu ta’ bejn 25 % u 40 % u d-densità tal-massa tal-prodott kummerċjali ta’ inqas minn 3,05 g/cm3.

Il-ġir dolomitiku għandu jkun imfisser bħala ta’ kwalità ta’ “dolomit pur standard” b’kontenut ta’ CaO liberu ta’ 57,4 % u b’kontenut ta’ MgO liberu ta’ 38,0 %.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ġir dolomitiku huma inklużi.

iva

1,072

Ġir dolomitiku sinterizzat

Taħlita ta’ ossidi tal-kalċju u tal-manjeżju użata biss għall-produzzjoni ta’ brikks refrattarji u prodotti refrattarji oħra b’densità tal-massa ta’ 3,05 g/cm3.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ġir dolomitiku sinterizzat huma inklużi.

iva

1,449

Ħġieġ float

Ħġieġ float/mitħun/illustrat (bħala tunnellati ta’ ħġieġ ħiereġ mill-forn lehr).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa tat-tidwib, tal-irfinar, ta’ tmiem ix-xogħol, tal-ħasil u tal-lehr huma inklużi.

iva

0,453

Il-fliexken u l-vażetti tal-ħġieġ bla kulur

Fliexken tal-ħġieġ bla kulur b’kapaċità nominali ta’ < 2,5 litri, għal xorb u oġġetti tal-ikel (bl-esklużjoni ta’ fliexken koperti bil-ġild jew ġild kompost; il-fliexken għat-tisqija tat-trabi) minbarra prodotti taż-żniet bojod ħafna b’kontenut ta’ ossidu tal-ħadid imfisser bħala Fe2O3 perċentwal bil-piż ta’ inqas minn 0,03 % u koordinati tal-kulur ta’ L fil-firxa minn 100 sa 87, ta’ a fil-medda minn 0 sa -5 u ta’ b fil-medda minn 0 sa 3 (permezz tas-CIELAB irrakkomandat mill-Commission internationale d’éclairage) imfissra bħala tunnellati ta’ prodott ippakkjat.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-trattament tal-materjali, tat-tidwib, tal-iffurmar, tal-ipproċessar posterjuri, l-imballaġġ u proċessi anċillari huma inklużi.

iva

0,382

Il-fliexken u l-vażetti tal-ħġieġ ikkulurit

Fliexken tal-ħġieġ ikkulurit b’kapaċità nominali ta’ < 2,5 litri, għal xorb u oġġetti tal-ikel (bl-esklużjoni ta’ fliexken koperti bil-ġild jew ġild kompost; il-fliexken għat-tisqija tat-trabi) imfissra bħala tunnellati ta’ prodott ippakkjat.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-trattament tal-materjali, tat-tidwib, tal-iffurmar, tal-ipproċessar posterjuri, l-imballaġġ u proċessi anċillari huma inklużi.

iva

0,306

Prodotti tal-fibri tal-ħġieġ ta’ filament kontinwu

Ħġieġ imdewweb għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-fibri tal-ħġieġ ta’ filament kontinwu jiġifieri fibri imqatta’, rovings, ħjut u fibri tal-ħġieġ bażiċi u mats (imfissra bħala tunnellati ta’ ħġieġ imdewweb ħiereġ mill-foreheath).

Prodotti minerali tas-suf għall-iżolazzjoni termika, akustika u tan-nar mhumiex inklużi.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni msejħa t-tidwib tal-ħġieġ fil-fran ta’ temperatura għolja u l-irfinar tal-ħġieġ fil-forehearths huma inklużi. Proċessi posterjuri biex il-fibri jiġu konvertiti fi prodotti li jistgħu jinbiegħu mhumiex inklużi f’dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott.

iva

0,406

Briks tal-faċċata

Briks tal-faċċata b’densità > 1 000  kg/m3 użati għal xogħol tal-ġebel ibbażat fuq EN 771-1, bl-esklużjoni tal-brikks għall-ippavimentar, brikks tal-gagazza u briks tal-faċċata bbrejżjati blu.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni msejħa t-tħejjija tal-materja prima, it-taħlit tal-komponenti, l-iffurmar tal-oġġetti, it-tnixxif tal-oġġetti, il-ħruq tal-oġġetti, l-irfinar tal-prodotti u t-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija huma inklużi.

le

0,139

Pavimentar

Briks tat-tafal użati għall-kisi tal-art skont EN 1344.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni msejħa t-tħejjija tal-materja prima, it-taħlit tal-komponenti, l-iffurmar tal-oġġetti, it-tnixxif tal-oġġetti, il-ħruq tal-oġġetti, l-irfinar tal-prodotti u t-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija huma inklużi.

le

0,192

Madum tal-bejt

Madum tal-bejt tat-tafal kif iddefinit f’EN 1304:2005 bl-esklużjoni tal-madum tal-bejt ibbrejżjati blu u l-aċċessorji.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni msejħa t-tħejjija tal-materja prima, it-taħlit tal-komponenti, l-iffurmar tal-oġġetti, it-tnixxif tal-oġġetti, il-ħruq tal-oġġetti, l-irfinar tal-prodotti u t-tindif tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija huma inklużi.

le

0,144

Trab imnixxef bl-isprejjar

Trab imnixxef bl-isprejjar għall-produzzjoni ta’ madum tal-ħajt u tal-art ippressati niexfa f’tunnellati metriċi ta’ trab prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tat-trab imnixxef bl-isprejjar huma inklużi.

iva

0,076

Kisi bil-ġibs

Kisjiet bil-ġibs li jikkonsistu f’ġibs ikkalċinat jew sulfat ikkalċinat (bl-inklużjoni tal-użu fil-bini, tal-użu fit-tiswija ta’ drapp minsuġ jew karta tal-uċuħ, tal-użu fid-dentistrija, tal-użu fir-rimedjazzjoni tal-art), f’tunnellati metriċi ta’ stokk (Calcium Sulfate Hemihydrate).

Il-kisi Alpha mhuwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni msejħa t-tħin, it-tnixxif u l-ikkalċinar huma inklużi.

le

0,048

Ġibs sekondarju mnixxef

Ġibs sekondarju mnixxef (ġibs sintetiku prodott bħala prodott sekondarju rriċiklat tal-industrija tal-enerġija jew materjal irriċiklat mill-iskart tal-bini u t-twaqqigħ tal-bini) imfisser bħala tunnellati ta’ prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mat-tnixxif tal-ġibs sekondarju huma inklużi.

le

0,017

Polpa tal-kraft b’fibra qasira

Polpa tal-kraft b’fibra qasira hija polpa tal-injam prodotta mill-proċess kimiku tas-sulfat bl-użu tal-likur tat-tisjir, ikkaratterizzata mit-tul tal-fibri ta’ 1 – 1,5 mm, li hija użata prinċipalment għal prodotti li jirrikjedu wiċċ lixx speċifiku u massa, bħall-karta assorbenti u tal-istampar, imfissra bħala produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ f’Tunnellati Metriċi Mnixxfa bl-Arja (Adt, Air Dried Tonnes).

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess tal-produzzjoni tal-polpa (b’mod partikolari l-mitħna tal-polpa, il-bojler tal-irkupru, is-sezzjoni tat-tnixxif tal-polpa u l-forn tal-ġir u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija relatati (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

iva

0,12

Polpa tal-kraft b’fibra twila

Polpa tal-kraft b’fibra twila hija polpa tal-injam prodotta mill-proċess kimiku tas-sulfat bl-użu tal-likur tat-tisjir, ikkaratterizzata mit-tul tal-fibri ta’ 3 – 3,5 mm, li hija użata prinċipalment għal prodotti li għalihom is-saħħa hija importanti, bħall-karta tal-imballaġġ, imfissra bħala produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ f’Tunnellati Metriċi Mnixxfa bl-Arja(Adt, Air dried Tonnes).

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess tal-produzzjoni tal-polpa (b’mod partikolari l-mitħna tal-polpa, il-bojler tal-irkupru, is-sezzjoni tat-tnixxif tal-polpa u l-forn tal-ġir u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija relatati (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

iva

0,06

Polpa tas-sulfit, polpa termomekkanika u polpa mekkanika

Polpa tas-sulfit prodotta bi proċess speċifiku ta’ produzzjoni tal-polpa, pereżempju l-polpa prodotta minn biċċiet tal-injam għat-tisjir f’kontenitur tal-pressjoni fil-preżenza ta’ likur tal-bisulfit imfissra bħala produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ f’Adt. Polpa tas-sulfit tista’ tkun ibbliċjata jew mhux ibbliċjata.

Il-gradi tal-polpa mekkanika: TMP (polpa termomekkanika) u groundwood bħala produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ f’Adt. Il-polpa mekkanika tista’ tkun ibbliċjata jew mhux ibbliċjata.

Is-sottogruppi iżgħar ta’ polpa semikimika u CTMP – polpa kimikatermomekkanika ibbliċjata u polpa li tinħall mhumiex koperti minn dan il-grupp.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess tal-produzzjoni tal-polpa (b’mod partikolari l-mitħna tal-polpa, il-bojler tal-irkupru, is-sezzjoni tat-tnixxif tal-polpa u l-forn tal-ġir u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija relatati (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

iva

0,02

Polpa ta’ karta rkuprata

Polpa ta’ fibri miksuba minn karta rkuprata (mill-iskart u l-iskrepp) jew kartun jew minn materjal ieħor tal-fibri taċ-ċellulożi mfissra bħala produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ f’Adt.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-produzzjoni tal-polpa minn karta rkuprata u relatati (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

iva

0,039

Karta tal-gazzetti

Tip ta’ karta speċifika (f’rollijiet jew folji) imfisser bħala produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ f’Adt użat għall-istampar tal-gazzetti prodotti minn groundwood u/jew polpa mekkanika jew fibri rriċiklati jew kwalunkwe perċentwal ta’ kombinazzjonijiet ta’ dawn it-tnejn. Il-piżijiet ġeneralment ivarjaw minn 40 sa 52 g/m2 iżda jistgħu jitilgħu sa 65 g/m2. Il-karta tal-gazzetti hija rfinuta bil-magni jew kemmxejn illixxjata, bajda jew kemmxejn ikkulurita u hija użata f’rollijiet għall-istampar marbut mal-illustrazzjonijiet (letterpress), dak bil-metodu offset jew flexo.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta’ produzzjoni tal-karta (b’mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

iva

0,298

Karta fina mhux miksija

Karta fina mhux miksija, li tkopri kemm karta mekkanika mhux miksija kif ukoll karta ħielsa mill-injam mhux miksija mfissra bħala produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ f’Adt

1.

Karta woodfree mhux miksija għall-istampar jew finijiet grafiċi oħra magħmula minn varjetà ta’ fernixis tal-fibra verġni, b’livelli differenti ta’ fillers minerali u firxa ta’ proċessi tal-irfinar. Dan il-grad jinkludi l-maġġoranza tal-karti tal-uffiċċju, bħal formoli tan-negozju, u karta tal-fotokopji, tal-kompjuter, tal-uffiċċju u tal-kotba.

2.

Karta mekkanika mhux miksija tkopri l-gradi ta’ karta speċifiċi magħmula minn polpa mekkanika, użata għall-imballaġġ jew finijiet grafiċi/rivisti.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta’ produzzjoni tal-karta (b’mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

iva

0,318

Karta fina miksija

Karta fina miksija li tkopri kemm karta mekkanika miksija kif ukoll karta ħielsa mill-injam miksija mfissra bħala produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ f’Adt:

1.

Karti ħielsa mill-injam miksija magħmula minn fibri prodotti prinċipalment permezz ta’ proċess kimiku li jipproduċi l-polpa li huma miksija fi proċess għal applikazzjonijiet differenti u huma magħrufa wkoll bħala freesheet miksija. Dan il-grupp jiffoka prinċipalment fuq il-karti tal-pubblikazzjonijiet.

2.

Karti mekkaniċi miksija magħmula minn polpa mekkanika, użata għal finijiet grafiċi/rivisti. Il-grupp huwa magħruf ukoll bħala groundwood miksi.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta’ produzzjoni tal-karta (b’mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

iva

0,318

Karta assorbenti

Karti assorbenti mfissra bħala produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ ta’ roll parenti jkopru firxa wiesgħa ta’ karti assorbenti u karti iġeniċi oħra għall-użu fid-dar jew bini kummerċjali u industrijali bħall-karta iġenika u karti assorbenti tal-wiċċ, karti assorbenti tal-kċina, karti assorbenti tal-idejn u wajps industrijali, il-manifattura ta’ ħrieqi tat-trabi, assorbenti sanitarji, eċċ. TAD – Karta Assorbenti Mnixxfa bl-Arja mhumiex parti minn dan il-grupp.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta’ produzzjoni tal-karta (b’mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi. Il-konverżjoni tal-piż ta’ roll parenti għal prodotti lesti mhijiex parti minn dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott.

iva

0,334

It-testliner u l-kartun tal-fluting

It-testliner u l-kartun tal-fluting imfissra bħala produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ f’Adt:

1.

It-testliner ikopri tipi ta’ kartonċin li jissodisfaw testijiet speċifiċi adottati mill-industrija tal-imballaġġ biex jikkwalifika għall-użu bħala s-saff tal-wiċċ ta’ barra għall-kartun ikkorrugat, li minnu jsiru l-kontenituri għat-trasport bil-baħar. It-testliner huwa primarjament magħmul minn fibri miksuba minn fibri rriċiklati.

2.

Il-kartun tal-fluting jirreferi għas-segment tan-nofs tal-kontenituri kkorugati għat-trasport bil-baħar, li jkollu wiċċ ta’ linerboard (testliner/kraftliner) fuq iż-żewġ naħat. Il-kartun tal-fluting ikopri prinċipalment il-karti magħmula minn fibra rriċiklata iżda dan il-grupp fih ukoll il-kartonċin li huwa magħmul minn polpa kimika jew semikimika.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta’ produzzjoni tal-karta (b’mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

iva

0,248

Kartun mhux miksi

Dan il-parametru referenzjarju ikopri firxa wiesgħa ta’ prodotti mhux miksija (espressi bħala produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ f’Adt) li jistgħu jkunu waħdanin jew multipli. Il-kartun mhux miksi jintuża prinċipalment għal applikazzjonijiet ta’ imballaġġ fejn il-karatteristika ewlenija meħtieġa hija s-saħħa u l-ebusija, u fejn l-aspetti kummerċjali bħala trasportatur tal-informazzjoni huma ta’ importanza sekondarja. Il-kartun huwa magħmul minn fibri verġni u/jew irkuprati, għandu kwalitajiet tajbin ta’ liwi, ebusija u abbiltà li jimmarka (scoring). Jintuża prinċipalment għal kontenituri tal-kartun bi prodotti għall-konsumatur bħall-ikel iffriżat, kosmetiċi u għal kontenituri ta’ likwidi; magħruf ukoll bħala solidboard, boxboard li jintlewa jew carrierboard jew coreboard.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta’ produzzjoni tal-karta (b’mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

iva

0,237

Kartun miksi

Dan il-parametru referenzjarju ikopri firxa wiesgħa ta’ prodotti miksija (espressi bħala produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ f’Adt) li jistgħu jkunu waħdanin jew multipli. Kartun miksi jintuża prinċipalment għal applikazzjonijiet kummerċjali li jeħtieġ li jġibu l-informazzjoni kummerċjali stampata fuq l-imballaġġ sal-ixkaffa fil-maħżen f’applikazzjonijiet bħall-ikel, il-farmaċewtiċi, il-kosmetiċi u oħrajn. Il-kartun huwa magħmul minn fibri virġni u/jew irkuprati, għandu kwalitajiet tajbin ta’ liwi, ebusija u abbiltà ta’ skoring. Jintuża prinċipalment għal kontenituri tal-kartun bi prodotti għall-konsumatur bħall-ikel iffriżat, kosmetiċi u għal kontenituri ta’ likwidi; magħruf ukoll bħala solidboard, boxboard li jintlewa jew carrierboard jew coreboard.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta’ produzzjoni tal-karta (b’mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħra fuq il-post li mhumiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban mhumiex inklużi.

iva

0,273

Aċidu nitriku

L-aċidu nitriku (HNO3), għandu jiġi rreġistrat f’tunnellati ta’ HNO3 (100 %).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-prodott b’parametru referenzjarju kif ukoll il-proċess distruttiv tal-N2O huma inklużi minbarra l-produzzjoni tal-ammonja.

iva

0,302

Aċidu adipiku

L-aċidu adipiku li għandu jiġi rreġistrat f’tunnellati ta’ aċidu adipiku ppurifikat niexef maħżun f’sajlos jew ipakkjat f’boroż (kbar).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-prodott b’parametru referenzjarju kif ukoll il-proċess distruttiv tal-N2O huma inklużi.

iva

2,79

Monomer tal-klorur tal-vinil (VCM)

Klorur tal-vinil (kloroetilen)

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa l-klorinazzjoni diretta, l-ossiklorinazzjoni u l-ikkrekkjar EDC għal VCM huma inklużi.

iva

0,204

Fenol/acetone

It-total tal-fenol, l-acetone u l-prodott sekondarju stiren tal-alfa-metil bħala produzzjoni totali.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-fenol u l-acetone huma inklużi, b’mod partikolari l-kompressjoni tal-arja, l-idroperossidazzjoni, l-irkupru tal-kumen, kumen mill-arja spenta, il-konċentrazzjoni u l-qsim (cleavage), il-frazzjonazzjoni u l-purifikazzjoni tal-produzzjoni, l-ikkrekkjar tal-qatran, l-irkupru u l-purifikazzjoni tal-acetofenone, l-irkupru tal-AMS għall-esportazzjoni, l-idroġenazzjoni tal-AMS għar-riċiklar fil-limiti tas-sistema, il-purifikazzjoni inizjali tad-drenaġġ (l-ewwel tneħħija tad-drenaġġ), il-ġenerazzjoni tal-ilma għat-tkessieħ (pereżempju it-torrijiet għat-tkessieħ), l-utilizzazzjoni tal-ilma għat-tkessieħ (il-pompi taċ-ċirkolazzjoni), il-flares u l-inċineraturi (saħansitra jekk fiżikament illokalizzati ’il barra mil-limiti tas-sistema) kif ukoll kwalunkwe konsum ta’ fjuwil ta’ appoġġ.

iva

0,266

S-PVC

Klorur tal-polivinil; mhux imħallat ma’ sustanzi oħra li jikkonsisti f’partiċelli tal-PVC b’daqs medju bejn 50 u 200 μm.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ S-PVC huma inklużi minbarra l-produzzjoni tal-VCM.

iva

0,085

E-PVC

Klorur tal-polivinil; mhux imħallat ma’ sustanzi oħra li jikkonsisti f’partiċelli tal-PVC b’daqs medju bejn 0,1 u 3 μm.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ E-PVC huma inklużi minbarra l-produzzjoni tal-VCM.

iva

0,238

Irmied tas-soda

Karbonat tad-disodju bħala produzzjoni grossa totali ħlief irmied dens tas-soda miksub bħala prodott sekondarju f’netwerk ta’ produzzjoni tal-kaprolaktam.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet tal-proċessi msejħa purifikazzjoni tas-salmura, kalċinazzjoni tal-ġir u l-produzzjoni tal-ħalib tal-ġir, l-assorbiment tal-ammonja, il-preċipitazzjoni tal-NaHCO3, il-filtrazzjoni jew is-separazzjoni tal-kristalli tal-NaHCO3 mil-likur prinċipali, id-dekompożizzjoni tal-NaHCO3 għall-Na2CO3, l-irkupru tal-ammonja u d-densifikazzjoni jew il-produzzjoni tal-irmied ta’ soda densa huma inklużi.

iva

0,843

Jekk ma tingħata l-ebda referenza oħra, il-parametri referenzjarji ta’ prodott kollha jirreferu għal tunnellata ta’ prodott li kien prodott imfisser bħala produzzjoni (netta) li tista’ tinbiegħ u għal purità ta’ 100 % tas-sustanza kkonċernata.

Id-definizzjonijiet kollha tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema) jinkludu flares meta dawn isseħħu.

L-espożizzjoni tat-tnixxija tal-karbonju tal-prodotti b’parametru referenzjarju hija bbażata fuq id-Deċiżjoni 2010/2/UE u hija valida għall-2013 u l-2014. Fir-rigward tal-2013 u l-2014, jistgħu jiżdiedu aktar setturi ma’ din il-lista b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2.   Id-definizzjoni ta’ parametri referenzjarji ta’ prodott u l-konfini tas-sistema b’kunsiderazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ skambju tal-fjuwil u l-elettriku

Parametru referenzjarju ta’ prodott

Definizzjoni tal-prodotti koperti

Definizzjoni tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema)

Espożizzjoni tat-tnixxija tal-karbonju kif stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE għas-snin 2013 u 2014

Valur tal-parametru referenzjarju

(kwoti/t)

Prodotti ta’ raffinerija

Taħlita ta’ prodotti tar-raffineriji b’aktar minn 40 % prodotti ħfief (fjuwil tal-magna (gażolina) inkluż il-fjuwil tal-avjazzjoni, it-tip tal-fjuwil (it-tip ta’ gażolina) fjuwil tal-ġettijiet, żjut tal-petroleum ħfief oħra/preparazzjonijiet ħfief, il-pitrolju inkluż il-fjuwil tal-ġettijiet tat-tip tal-pitrolju, iż-żjut tal-gass) imfissra bħala tunnellata metrika ddifferenzjata bil-CO2 (CWT).

Il-proċessi kollha ta’ raffinerija li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ waħda mill-unitajiet ta’ proċess CWT kif ukoll il-faċilitajiet mhux ta’ proċessi ancillari li joperaw fi ħdan il-konfini tar-raffinerija bħalma huma l-użu tat-tankijiet, it-taħlit, it-trattament tal-ħmieġ likwidu, eċċ. huma inklużi.

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies it-total tal-konsum tal-elettriku fi ħdan il-konfini tas-sistema.

iva

0,0295

Azzar ta’ karbonju EAF

Azzar li fih inqas minn 8 % ta’ elementi metalliċi li jilligaw u elementi tramp għal tali livelli li jillimitaw l-użu għal dawk l-applikazzjonijiet fejn mhumiex meħtieġa kwalità u proċessabbiltà għolja tal-wiċċ.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess imsejħa kalkara b’ark tal-elettriku, il-metallurġija sekondarja, l-ikkastjar u l-qtugħ, l-unità ta’ wara l-kombustjoni, l-unità għat-tneħħija tat-trab, l-istands għat-tisħin tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, it-tnixxif tal-iskrepp u t-tisħin minn qabel tal-iskrepp huma inklużi.

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies it-total tal-konsum tal-elettriku fi ħdan il-konfini tas-sistema.

iva

0,283

Azzar illigat ħafna EAF

Azzar li fih 8 % jew aktar ta’ elementi metalliċi li jilligaw jew fejn ikunu meħtieġa kwalità u proċessabbiltà għolja tal-wiċċ

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess imsejħa kalkara b’ark tal-elettriku, il-metallurġija sekondarja, l-ikkastjar u l-qtugħ, l-unità ta’ wara l-kombustjoni, l-unità għat-tneħħija tat-trab, l-istands għat-tisħin tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, il-pitt għat-tkessieħ bil-mod, it-tnixxif tal-iskrepp u t-tisħin minn qabel tal-iskrepp huma inklużi. L-unitajiet ta’ proċess imsejħa konvertitur FeCr u l-ħżin krijoġeniku tal-gassijiet industrijali mhumiex inklużi.

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies it-total tal-konsum tal-elettriku fi ħdan il-konfini tas-sistema.

iva

0,352

Ikkastjar tal-ħadid

Ħadid fondut imfisser f’ tunnellati ta’ ħadid likwidu diġà illigat, mingħajr gagazza u lest għall-ikkastjar.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji ta’ proċess imsejħa l-ħanut tat-tidwib, il-ħanut tal-ikkastjar, il-ħanut tal-forom u l-irfinar huma inklużi.

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies biss il-konsum tal-elettriku tal-proċessi ta’ tidwib fi ħdan il-konfini tas-sistema.

iva

0,325

Suf minerali

Prodotti ta’ iżolazzjoni ta’ suf minerali għal applikazzjonijiet termiċi, akustiċi u tan-nar immanifatturati bl-użu tal-ħġieġ, il-ġebel jew il-gagazza.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-proċessi tal-produzzjoni msejħa tidwib, sfibratura u l-injezzjoni ta’ materjal li jgħaqqad (binders), twebbis (curing) u tnixxif u ffurmar huma inklużi

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies it-total tal-konsum tal-elettriku fi ħdan il-konfini tas-sistema.

le

0,682

Plasterboard

Il-parametru referenzjarju ikopri kavers, bords, folji, penils, madum, oġġetti simili tal-kisi bil-ġibs/kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-kisi bill-ġibs, (mhux) b’wiċċ/imsaħħa bil-karti/kartonċin biss, bl-esklużjoni ta’ oġġetti magħquda bil-kisi bil-ġibs, imżejna (f’tunnellati metriċi ta’ stokk).

Twavel tal-fajber li huma tal-ġibs (gypsum fibreboards) ta’ densità għolja mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-tħin, it-tnixxif, l-ikkalċinar u t-tnixxif tal-bords huma inklużi.

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies biss il-konsum tal-elettriku tal-pompi tas-sħana applikati fl-istadju tat-tnixxif.

le

0,131

Karbonju iswed

Karbonju iswed tal-kalkara. Prodotti suwed għall-gass u l-lampi mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-karbonju iswed tal-kalkara kif ukoll l-irfinar, l-imballaġġ u l-ivvampjar huma inklużi.

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies it-total tal-konsum tal-elettriku fi ħdan il-konfini tas-sistema.

iva

1,954

Ammonja

L-Ammonja (NH3), trid tiġi rreġistrata f’tunnellati prodotti.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ammonja u l-prodott intermedjarju l-idroġenu huma inklużi.

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies it-total tal-konsum tal-elettriku fi ħdan il-konfini tas-sistema.

iva

1,619

Krekkjar bil-fwar

Taħlita ta’ kimiċi ta’ valur għoli (HVC) espressa f’ massa totali ta’ aċitilene, etilen, propilene, butadjen, benżen u idroġenu eskluż HVC minn alimentari supplimentari (idroġenu, etilen, HVC ieħor) b’kontenut ta’ etilen fit-taħlita tal-prodott totali ta’ mill-inqas 30 fil-mija tal-massa u b’kontenut ta’ HVC, il-gass tal-fjuwil, il-butin u l-idrokarburi likwidi li flimkien jagħmlu mill-inqas 50 massa-perċentwal tat-taħlita totali tal-prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ kimiċi ta’ valur għoli bħala prodott ippurifikat jew prodott intermedjarju b’kontenut ikkonċentrat tal-HVC rispettivi fl-aktar forma baxxa li tista’ tinbiegħ (C4 mhux maħdum, pygas mhux idroġenat) huma inklużi minbarra l-estrazzjoni C4 (impjant tal-butadjen), C4-idroġenizzazzjoni, l-idrotrattament tal-gażolina piroliżi u l-estrazzjoni tal-aromatiċi u l-loġistika/ħażna għat-tħaddim ta’ kuljum. Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies it-total tal-konsum tal-elettriku fi ħdan il-konfini tas-sistema.

iva

0,702

Aromatiċi

Taħlita ta’ aromatiċi mfissra bħala tunnellata metrika ddifferenzjata bil-CO2 (CWT).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-idrotrattatur tal-pygas tas-subunitajiet tal-aromatiċi, estrazzjoni ta’ benżen/toluwen/ksilen (BTX), TDP, idrodealkalizzazzjoni (HDA), isomerizzazzjoni ta’ ksilen, l-unitajiet ta’ P-ksilen, il-produzzjoni ta’ kumen u l-produzzjoni ta’ Cyclo-hexane huma inklużi.

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies it-total tal-konsum tal-elettriku fi ħdan il-konfini tas-sistema.

iva

0,0295

Stiren

Il-monomer ta’ stiren (vinil benżen, in-numru CAS: 100-42-5)

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ stiren kif ukoll tal-prodott intermedjarju etilbenżen (bl-ammont użat bħala alimentazzjoni għall-produzzjoni ta’ stiren) huma inklużi.

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies it-total tal-konsum tal-elettriku fi ħdan il-konfini tas-sistema.

iva

0,527

Idroġenu

Idroġenu pur u taħlitiet ta’ idroġenu u monossidu tal-karbonju b’kontenut ta’ idroġenu >=60 % frazzjoni molari tat-total ta’ idroġenu fil-kontenut flimkien ma’ monossidu tal-karbonju fuq il-bażi tal-aggregazzjoni tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju esportati mis-subinstallazzjoni kkonċernata espress bħala 100 % idroġenu.

L-elementi ta’ proċess rilevanti kollha, marbuta direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-idroġenu u s-separazzjoni tal-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju huma inklużi. Dawn l-elementi jinsabu bejn:

(a)

il-punt(i) ta’ dħul tal-alimentazzjoni permezz ta’ idrokarburi u, jekk separat, ta’ fjuwil(s);

(b)

il-punti ta’ ħruġ tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u/jew il-monossidu tal-karbonju;

(c)

il-punt(i) ta’ dħul jew ħruġ tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tas-sħana;

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies it-total tal-konsum tal-elettriku fi ħdan il-konfini tas-sistema.

iva

8,85

Gass ta’ sinteżi

Taħlitiet ta’ idroġenu u monossidu tal-karbonju b’kontenut ta’ idroġenu < 60 % frazzjoni molari tat-total ta’ idroġenu fil-kontenut flimkien ma’ monossidu tal-karbonju fuq il-bażi tal-aggregazzjoni tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju esportati mis-subinstallazzjoni kkonċernata b’referenza għal idroġenu b’volum ta’ 47 fil-mija.

L-elementi ta’ proċess rilevanti kollha direttament jew indirettament marbuta mal-produzzjoni ta’ syngas u s-separazzjoni tal-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju huma inklużi. Dawn l-elementi jinsabu bejn:

(a)

il-punt(i) ta’ dħul tal-alimentazzjoni permezz ta’ idrokarburi u, jekk separat, ta’ fjuwil(s)

(b)

il-punti ta’ ħruġ tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u/jew il-monossidu tal-karbonju

(c)

il-punt(i) ta’ dħul jew ħruġ tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tas-sħana

Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies it-total tal-konsum tal-elettriku fi ħdan il-konfini tas-sistema.

iva

0,242

Ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen

Il-parametru referenzjarju tal-ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen ikopri l-prodotti ossidu tal-etilen (EO, purità għolja), glikol tal-monoetilen (MEG, grad standard + grad tal-fibra (purità għolja)), glikol tad-dietilen (DEG), glikol tat-trietilen (TEG).

L-ammont totali ta’ prodotti huwa mfisser f’termini ta’ ekwivalenti tal-EO (EOE), li huma ddefiniti bħala l-ammont ta’ EO (f’massa) li huwa inkorporat f’unità ta’ massa waħda tal-glikol speċifiku.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajet tal-produzzjoni tal-EO, il-purifikazzjoni tal-EO, u s-sezzjoni glikol huma inklużi.

Il-konsum totali tal-elettriku (u l-emissjonijiet indiretti relatati) fi ħdan il-konfini tas-sistema huwa kopert minn dan il-parametru referenzjarju.

iva

0,512

Jekk ma tingħata l-ebda referenza oħra, il-parametri referenzjarji ta’ prodott kollha jirreferu għal tunnellata ta’ prodott li kien prodott imfisser bħala produzzjoni (netta) li tista’ tinbiegħ u għal purità ta’ 100 % tas-sustanza kkonċernata.

Id-definizzjonijiet kollha tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema) jinkludu flares meta dawn isseħħu.

L-istatus tal-espożizzjoni tat-tnixxija tal-karbonju tal-prodotti b’parametru referenzjarju huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni 2010/2/UE u huwa validu għall-2013 u l-2014. Jistgħu jiżdiedu aktar setturi ma’ din il-lista b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

3.   Parametri referenzjarji tas-sħana u l-fjuwil

Parametru referenzjarju

Valur tal-parametru referenzjarju

(kwoti/TJ)

Parametru referenzjarju tas-sħana

62,3

Parametru referenzjarju tal-fjuwil

56,1


ANNESS II

PARAMETRI REFERENZJARJI TA’ PRODOTTI SPEĊIFIĊI

1.   Parametru referenzjarju tar-raffineriji: funzjonijiet CWT

Funzjoni CWT

Deskrizzjoni

Bażi (kt/a)

Fattur tas-CWT

Distillazzjoni Atmosferika Mhux Irraffinata

Impjant għal Distillazzjoni Atmosferika Moderata miż-Żejt, Impjant għal Distillazzjoni Atmosferika Standard miż-Żejt

F

1,00

Distillazzjoni bil-Vakwu

Frazzjonazzjoni bil-Vakwu Moderata, Kolonna tal-Vakwu Standard, Kolonna tal-Frazzjonazzjoni bil-Vakwu

Il-fattur tad-distillazzjoni bil-vakwu jinkludi wkoll l-enerġija u emissjonijiet medji għal unità ta’ b’Unità ta’ Alimentazzjoni f’vakwu ta’ alimenti Tqal (HFV) (Heavy Feed Vacuum). Minħabba li din hija dejjem f’serje mal-MVU, il-kapaċità HFV ma tingħaddx separatament.

F

0,85

Deasfaltar b’Solvent

Solvent Konvenzjonali, Solvent Superkritiku

F

2,45

Tnaqqis tal-viskosità

Residwu Atmosferiku (mingħajr Soaker Drum), Residwu Atmosferiku (b’Soaker Drum), Alimentazzjoni mill-Qigħan bil-Vakwu (mingħajr Soaker Drum), Alimentazzjoni mill-Qigħan bil-Vakwu (b’Soaker Drum)

Il-fattur tat-tnaqqis tal-viskosità jinkludi wkoll l-enerġija u emissjonijiet medji għal Flasher Column għall-Vakwu (VAC VFL) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

F

1,40

Krekkjar Termali

Il-fattur tal-ikkrekkjar termali jinkludi wkoll l-enerġija u emissjonijiet medji għal Flasher Column għall-Vakwu (VAC VFL) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

F

2,70

Ikkokkjar Imdewwem

Ikkokkjar Imdewwem

F

2,20

Ikkokkjar Fluwidu

Ikkokkjar Fluwidu

F

7,60

Flessikokkjar

Flessikokkjar

F

16,60

Ikkalċinar tal-Kokk

Ċmieni b’Assi Vertikali, Forn Rotatorju b’Assi Orizzontali

P

12,75

Krekkjar Katalitiku Fluwidu

Krekkjar Katalitiku Fluwidu, Krekkjar Katalitiku Residwu Moderat, Krekkjar Katalitiku Residwu

F

5,50

Krekkjar Katalitiku Ieħor

Krekkjar Katalitiku Houdry, Krekkjar Katalitiku Thermofor

F

4,10

Idrokrekkjar ta’ Distillat/Żejt tal-Gass

Idrokrekkjar Moderat, Idrokrekkjar Sever, Idrokrekkjar tan-Nafta

F

2,85

Idrokrekkjar Residwu

H-Oil, LC-Fining™ u Hycon

F

3,75

Idrotrattament ta’ Nafta/Gażolina

Saturazzjoni ta’ Benżen, Desulfurizzazzjoni ta’ Alimentazzjoni C4–C6, Nafta Konvenzjonali H/T (idrotrattament), Saturizzazzjoni ta’ Diolefin għal Olefin, Saturizzazzjoni ta’ Diolefin għal Olefin ta’ Alimentazzjoni tal-Alkilazzjoni, Idrotrattament ta’ Gażolina FCC b’telf minimu ta’ oktan, Alkilazzjoni Olefinika ta’ Thio S, il-Proċess S-Zorb™, H/T Selettiv ta’ Pygas/Nafta, Desulfurizzazzjoni ta’ Pygas/Nafta, H/T Selettiv ta’ Pygas/Nafta

Il-fattur tal-idrotrattament tan-nafta jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għal Reattur għal H/T Selettiv (NHYT/RXST) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

F

1,10

Idrotrattament ta’ Pitrolju/Diżil

Saturazzjoni Aromatika, H/T Konvenzjonali, Idroġenerazzjoni ta’ Aromatiċi Solventi, H/T ta’ Distillat Konvenzjonali, H/T ta’ Distillat ta’ Severità Għolja, H/T ta’ Severità Għolja Ħafna, Tneħħija tax-Xama’ minn Distillat Medju, il-Proċess S-Zorb™, Idrotrattament Selettiv ta’ Distillati

F

0,90

Idrotrattament Residwu

Desulfurizzazzjoni ta’ Residwu Atmosferiku, Desulfurizzazzjoni tar-Residwu tal-Vakwu

F

1,55

Idrotrattament ta’ VGO

Idrodesulfurizzazzjoni/denitrifikazzjoni, Idrodesulfurizzazzjoni

F

0,90

Produzzjoni tal-Idroġenu

Riforma tal-Metanu bl-Istim, Riforma tan-Nafta bl-Istim, Unitajiet ta’ Ossidazzjoni Parzjali ta’ Alimentazzjoni Ħafifa

Il-fattur għall-produzzjoni tal-idroġenu jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għall-purifikazzjoni (H2PURE), imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

P

300,00

Riforma Katalitika

Riġenerazzjoni Kontinwa, Ċiklika, Semiriġenerattiva, AROMAX

F

4,95

Alkilazzjoni

Alkilazzjoni bl-Aċidu HF, Alkilazzjoni bl-Aċidu Sulfuriku, Polimerizzazzjoni ta’ Alimentazzjoni ta’ C3 Olefin, Polimerizzazzjoni ta’ Alimentazzjoni ta’ C3/C4, Dimersol

Il-fattur għall-alkilazzjoni/polimerizzazzjoni jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għar-riġenerazzjoni tal-aċidu (ACID), imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

P

7,25

Isomerizzazzjoni C4

Isomerizzazzjoni C4

Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet relatati mal-frazzjonazzjoni speċjali (DIB) tal-medja tal-EU27 ikkorrelata mal-isomerizzazzjoni C4.

R

3,25

Isomerizzazzjoni C5/C6

Isomerizzazzjoni C5/C6

Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet relatati mal-frazzjonazzjoni speċjali (DIH) tal-medja tal-EU27 ikkorrelata mal-isomerizzazzjoni C5.

R

2,85

Produzzjoni ta’ Ossiġenat

Unitajiet ta’ Distillazzjoni MBTE, Unitajiet ta’ Estrazzjoni MTBE, ETBE, TAME, Produzzjoni ta’ Isootten

P

5,60

Produzzjoni ta’ Propilen

Grad Kimiku, Grad Polimer

F

3,45

Manifattura tal-Asfalt

Manifattura tal-Asfalt u l-Bitum

Iċ-ċifra tal-produzzjoni għandha tinkludi l-Asfalt Immodifikat bil-Polimer. Il-fattur CWT jinkludi l-infieħ

P

2,10

Taħlit ta’ Asfalt Immodifikat bil-Polimer

Taħlit ta’ Asfalt Immodifikat bil-Polimer

P

0,55

Irkupru ta’ Kubrit

Irkupru ta’ Kubrit

Il-fattur għall-irkupru tal-kubrit jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għall-irkupru tal-gass residwu (TRU) u l-Unità Springer tal-H2S (U32) (H2S Springer Unit), imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

P

18,60

Estrazzjoni ta’ Solvent Aromatiku

ASE: Distillazzjoni tal-Estrazzjoni, ASE: Likwidu/Estrazzjoni ta’ Likwidu, ASE: Likwidu/Likwidu bl-/Estrazzjoni. Distillazzjoni

Il-fattur CWT ikopri l-alimentazzjoni kollha inkluż il-Pygas wara l-idrotrattament. L-idrotrattament tal-Pygas għandu jitqies taħt l-idrotrattament tan-nafta.

F

5,25

Idrodealkilazzjoni

Idrodealkilazzjoni

F

2,45

TDP/TDA

Disproporzjonazzjoni/Dealkilazzjoni tat-Toluwen

F

1,85

Produzzjoni ta’ Ċikloeksan

Produzzjoni ta’ Ċikloeksan

P

3,00

Isomerizzazzjoni tal-Ksilen

Isomerizzazzjoni tal-Ksilen

F

1,85

Produzzjoni ta’ Paraksilen

Assorbiment tal-Paraksilen, il-Kristallizzazzjoni tal-Paraksilen

Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet għal Frazzjonatur tal-Ksilen u Kolonna ta’ distillazzjoni mill-ġdid tal-ortossilen.

P

6,40

Produzzjoni ta’ Metaksilen

Produzzjoni ta’ Metaksilen

P

11,10

Produzzjoni ta’ Anidride ftalika

Produzzjoni ta’ Anidride ftalika

P

14,40

Produzzjoni ta’ Anidride Malejka

Produzzjoni ta’ Anidride Malejka

P

20,80

Produzzjoni ta’ Etilbenżen

Produzzjoni ta’ Etilbenżen

Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet għad-distillazzjoni tal-Etilbenżen

P

1,55

Produzzjoni tal-Kumen

Produzzjoni tal-Kumen

P

5,00

Produzzjoni tal-Fenol

Produzzjoni tal-Fenol

P

1,15

Estrazzjoni ta’ solvent tal-lubrifikanti

Estrazzjoni ta’ solvent tal-lubrifikanti: Is-Solvent huwa l-Furfural, is-Solvent huwa l-NMP, is-Solvent huwa l-Fenol, is-Solvent huwa l-SO2

F

2,10

Tneħħija tax-xama’ mis-solvent tal-lubrifikanti

Tneħħija tax-xama’ mis-solvent tal-lubrifikanti: Is-Solvent huwa l-Klorokarbonju, is-Solvent huwa l-MEK/Towen, is-Solvent huwa l-MEK/MIBK, is-Solvent huwa l-propan

F

4,55

Isomerizzazzjoni tax-Xama’ Katalitika

L-Isomerizzazzjoni tax-Xama’ Katalitika u t-Tneħħija tax-Xama’, l-Ikkrekkjar Selettiv tax-Xama’

F

1,60

Idrokrakkjatur tal-Lubrifikanti (Lube Hydrocracker)

Idrokrakkjatur tal-Lubrifikanti b’Distillazzjoni Multifrazzjoni, Idrokrakkjatur tal-Lubrifikazzjoni b’Vacuum Stripper

F

2,50

Separazzjoni taż-Żejt u x-Xama’

Separazzjoni taż-Żejt u x-Xama’: Is-Solvent huwa l-Klorokarbonju, is-Solvent huwa l-MEK/Toluwen, is-Solvent huwa l-MEK/MIBK, is-Solvent huwa l-Propan

P

12,00

Idrotrattament ta’ Lubrifikant/Xama’

Lube H/F b’Vacuum Stripper, Lube H/T b’Distillazzjoni Multifrazzjoni, Lube H/T b’Vacuum Stripper, Xama’ H/F b’Vacuum Stripper, Xama’ H/T b’Distillazzjoni Multifrazzjoni, Wax H/T b’Vacuum Stripper

F

1,15

Idrotrattament ta’ Solventi

Idrotrattament ta’ Solventi

F

1,25

Frazzjonazzjoni ta’ Solventi

Frazzjonazzjoni ta’ Solventi

F

0,90

Għarbiel Molekulari għal paraffinC10+

Għarbiel Molekulari għal paraffinC10+

P

1,85

Ossidazzjoni Parzjali ta’ Alimentazzjoni Residwa (POX) għall-Fjuwil

POX Syngas għall-Fjuwil

SG

8,20

Ossidazzjoni Parzjali ta’ Tidħil Residwu (POX) għall-Idroġenu jew il-Metanol

POX Syngas għall-Idroġenu jew il-Metanol, POX Syngas għall-Metanol

Il-fattur jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għal CO Shift u Purifikazzjoni H2 (U71) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

SG

44,00

Metanol minn syngas

Metanol

P

–36,20

Separazzjoni bl-Arja

Separazzjoni bl-Arja

P (MNm3 O2)

8,80

Frazzjonazzjoni ta’ NGL mixtri

Frazzjonazzjoni ta’ NGL mixtri

F

1,00

Trattament ta’ gass mit-tromba taċ-ċumnija

DeSOx u deNOx

F (MNm3)

0,10

Trattament u Kompressjoni ta’ Gass tal-Fjuwil għall-Bejgħ

Trattament u Kompressjoni ta’ Gass tal-Fjuwil għall-Bejgħ ta’ Prodotti

kW

0,15

Desalinazzjoni tal-Ilma Baħar

Desalinazzjoni tal-Ilma Baħar

P

1,15

Il-bażi għall-fatturi CWT: Alimentazzjoni ġdida netta (F), Alimentazzjoni tar-Reattur (R, jinkludi r-riċiklar), Alimentazzjoni tal-Prodott (P), Produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi għall-unitajiet POX (SG)

2.   Il-parametru referenzjarju tal-Aromatiċi: funzjonijiet CWT

Funzjoni CWT

Deskrizzjoni

Bażi (kt/a)

Fattur tas-CWT

Idrotrattament ta’ Nafta/gażolina

Saturazzjoni tal-Benżen, Desulfurizzazzjoni Tneħħija tal-Kubrit ta’ Alimentazzjoni C4–C6, Nafta Konvenzjonali H/T, Saturizzazzjoni ta’ Diolefin għal Olefin, Saturizzazzjoni ta’ Diolefin għal Olefin ta’ Tidħil tal-Alkilazzjoni, Idrotrattament ta’ Gażolina FCC b’telf minimu ta’ oktan, Alkilazzjoni Olefinika ta’ Thio S, il-Proċess S-Zorb™, H/T Selettiv ta’ Pygas/Nafta, Desulfurizzazzjoni ta’ Pygas/Nafta, H/T Selettiv ta’ Pygas/Nafta

Il-fattur tal-idrotrattament tan-nafta jinkludi l-enerġija u l-emissjonijiet għal Reattur għal H/T Selettiv (NHYT/RXST) imma l-kapaċità ma tingħaddx separatament.

F

1,10

Estrazzjoni ta’ Solvent Aromatiku

ASE: Distillazzjoni tal-Estrazzjoni, ASE: Likwidu/Estrazzjoni ta’ Likwidu, ASE: Likwidu/Likwidu bl-/Estrazzjoni. Distillazzjoni

Il-fattur CWT ikopri l-alimentazzjoni kollha inkluż il-Pygas wara l-idrotrattament. L-idrotrattament tal-Pygas għandu jitqies taħt l-idrotrattament tan-nafta.

F

5,25

TDP/TDA

Disproporzjonazzjoni/Dealkilazzjoni tat-Toluwen

F

1,85

Idrodealkilazzjoni

Idrodealkilazzjoni

F

2,45

Isomerizzazzjoni tal-Ksilen

Isomerizzazzjoni tal-Ksilen

F

1,85

Produzzjoni ta’ Paraksilen

Assorbiment tal-Paraksilen, il-Kristallizzazzjoni tal-Paraksilen

Il-fattur jinkludi wkoll l-enerġija u l-emissjonijiet għal Frazzjonatur tal-Ksilen u Kolonna ta’ distillazzjoni mill-ġdid tal-ortossilen.

P

6,40

Produzzjoni ta’ Ċikloeksan

Produzzjoni ta’ Ċikloeksan

P

3,00

Produzzjoni tal-Kumen

Produzzjoni tal-Kumen

P

5,00

Il-bażi għall-fatturi CWT: Alimentazzjoni ġdida netta (F), Alimentazzjoni tal-Prodott (P)


ANNESS III

IL-LIVELL STORIKU TA’ ATTIVITÀ GĦAL PARAMETRI REFERENZJARJI TA’ PRODOTT SPEĊIFIĊI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(7)

1.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għall-perjodu ta’ referenza għal prodotti li għalihom japplika l-parametru referenzjarju ta’ raffinerija kif imsemmi fl-Anness I fuq il-bażi tal-funzjonijiet CWT differenti, id-definizzjonijiet tagħhom, il-bażi għall-produzzjoni kif ukoll il-fatturi CWT kif elenkati fl-Anness II skont il-formula li ġejja:

Formula

ma’:

HALCWT

:

il-livell storiku ta’ attività mfisser bħala CWT

TPi,k

:

il-produzzjoni tal-funzjoni i tas-CWT fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza

CWTi

:

il-fattur CWT tal-funzjoni i tas-CWT

TPAD,k

:

il-produzzjoni tal-funzjoni “Distillazzjoni Mhux Irraffinata Atmosferika” fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza

2.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell storiku ta’ attività relatata ma’ prodott għal perjodu tal-linja ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju tal-ġir kif imsemmi fl-Anness I japplika skont il-formula li ġejja:

Formula

ma’:

HALlime,standard

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-ġir imfisser f’tunnellati ta’ ġir pur standard

mCaO,k

:

il-kontenut ta’ CaO liberu fil-ġir prodott fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza mfisser bħala massa-%

Fil-każ li ma tkun disponibbli ebda dejta dwar il-kontenut tal-CaO ħieles, għandha tiġi applikata stima konservattiva ta’ mhux inqas minn 85 %.

mMgO,k

:

il-kontenut ta’ MgO liberu fil-ġir prodott fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza mfisser bħala massa-%

Fil-każ li ma tkun disponibbli ebda dejta dwar il-kontenut tal-MgO ħieles, għandha tiġi applikata stima konservattiva ta’ mhux inqas minn 0,5 %.

HALlime,uncorrected,k

:

il-livell storiku ta’ attività mhux ikkoreġut għal produzzjoni tal-ġir fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza mfisser f’tunnellati ta’ ġir

3.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell storiku ta’ attività relatata ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju tal-ġir dolomitiku kif imsemmi fl-Anness I japplika skont il-formula li ġejja:

Formula

ma’:

HALdolime,standard

:

il-livell storiku ta’ attività għal produzzjoni tal-ġir dolomitiku imfisser f’tunnellati ta’ ġir dolomitiku pur standard

mCaO,k

:

il-kontenut ta’ CaO liberu fil-ġir dolomitiku prodott fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza mfisser bħala massa-%

Fil-każ li ma tkun disponibbli ebda dejta dwar il-kontenut tal-CaO ħieles, għandha tiġi applikata stima konservattiva ta’ mhux inqas minn 52 %.

mMgO,k

:

il-kontenut ta’ MgO liberu fil-ġir dolomitiku prodott fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza mfisser bħala massa-%

Fil-każ li ma tkun disponibbli ebda dejta dwar il-kontenut tal-MgO ħieles, għandha tiġi applikata stima konservattiva ta’ mhux inqas minn 33 %.

HALdolime,uncorrected,k

:

il-livell storiku ta’ attività mhux ikkoreġut għal produzzjoni tal-ġir dolomitiku fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza mfisser f’tunnellati ta’ ġir

4.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell storiku ta’ attività relatata ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju tal-ikkrekkjar bl-istim kif imsemmi fl-Anness I japplika skont il-formula li ġejja:

Formula

ma’:

HALHVC,net

:

il-livell storiku ta’ attività għal kimiċi ta’ valur għoli netti minn kimiċi ta’ valur għoli prodotti minn tidħil supplimentari mfisser bħala tunnellati ta’ HVC

HALHVC,total,k

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni totali ta’ kimiċi ta’ valur għoli fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza mfisser bħala tunnellati ta’ HVC

HSFH,k

:

alimentazzjoni supplimentari storika ta’ idroġenu fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza mfisser bħala tunnellati ta’ idroġenu

HSFE,k

:

alimentazzjoni supplimentari storika ta’ etilene fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza mfisser bħala tunnellati ta’ etilene

HSFO,k

:

alimentazzjoni supplimentari storika ta’ kimiċi ta’ valur għoli għajr l-idroġenu u l-etilene fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza mfisser bħala tunnellati ta’ HVC

5.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell storiku ta’ attività relatata ma’ prodott għall-perjodu ta’ referenza għal prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta’ prodott għall-aromatiċi kif imsemmi fl-Anness I japplika fuq il-bażi tal-funzjonijiet CWT differenti, id-definizzjonijiet tagħhom, il-bażi għall-produzzjoni kif ukoll il-fatturi CWT kif elenkati fl-Anness II skont il-formula li ġejja:

Formula

ma’:

HALCWT

:

il-livell storiku ta’ attività mfisser bħala CWT

TPi,k

:

il-produzzjoni tal-funzjoni i tas-CWT fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza

CWTi

:

il-fattur CWT tal-funzjoni i tas-CWT

6.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta’ prodott tal-idroġenu kif imsemmi fl-Anness I japplika skont il-formula li ġejja:

Formula

ma’:

HALH2

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-idroġenu imsemmi bħala 100 % idroġenu

VFH2,k

:

il-frazzjon tal-volum tal-produzzjoni storika tal-idroġenu pur fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza

HALH2 + CO,k

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-idroġenu relatata mal-kontenut storiku tal-idroġenu mfisser, bħala norma, metri kubi kull sena relatati ma’ 0 °C u 101,325 kPa fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza

7.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta’ prodott għal gass ta’ sinteżi (syngas) kif imsemmi fl-Anness I japplika skont il-formula li ġejja:

Formula

ma’:

HALsyngas

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi relatat ma’ 47 % idroġenu

VFH2,k

:

il-frazzjon tal-volum tal-produzzjoni storika tal-idroġenu pur fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza

HALH2 + CO,k

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi relatata mal-kontenut storiku tal-idroġenu mfisser bħala norma metri kubi kull sena relatati ma’ 0 °C u 101,325 kPa fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza

8.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell storiku ta’ attività relatat mal-prodott għall-perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom japplika l-parametru referenzjarju tal-prodott ossidu tal-etilene/glikoli tal-etilene kif imsemmi fl-Anness I skont il-formula li ġejja:

Formula

ma’:

HALEO/EG

:

livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-ossidu tal-etilene/glikol tal-etilene espressa f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ ossidu tal-etilene

HALi,k

:

livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-ossidu tal-etilene jew glikol i fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espressa f’tunnellati

CFEOE,i

:

fattur ta’ konverżjoni għall-ossidu tal-etilene jew glikol i relattiv għall ossidu tal-etilene

Għandhom jiġu applikati l-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:

 

Ossidu tal-etilen: 1,000

 

Glikol tal-monoetilen: 0,710

 

Glikol tad-dietilen: 0,830

 

Glikol tat-trietilen: 0,880


ANNESS IV

IL-PARAMETRI GĦALL-ĠBIR TAD-DEJTA REFERENZJARJA GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET EŻISTENTI

Għall-finijiet tal-ġbir tad-dejta referenzjarja msemmi fl-Artikolu 7(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jissottometti mill-inqas id-dejta li ġejja fil-livell ta’ installazzjoni u subinstallazzjoni għas-snin kalendarji kollha tal-perjodu bażi) magħżula skont l-Artikolu 9(1) (2005 – 2008 jew 2009 – 2010. F’konformità mal-Artikolu 7(2), l-Istati Membri jistgħu jitolbu dejta addizzjonali meta tkun meħtieġa:

Parametru

Rimarki

Il-kapaċità installata inizjali

Għal kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott biss; imfissra fl-unità definita għall-prodott ikkonċernat fl-Anness I;

Il-kapaċità miżjuda jew imnaqqsa kif ukoll il-kapaċità installata tas-subinstallazzjoni wara li kellha bidla sinifikanti tal-kapaċità fil-każ ta’ bidla sinifikanti tal-kapaċità bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u t-30 ta’ Ġunju 2011

Il-kapaċitajiet għandhom jiġu espressi

(1)

għas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tal-prodott fl-unità definita għall-prodott ikkonċernat fl-Anness I;

(2)

għas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tas-sħana bħala terajoule ta’ sħana li titkejjel ikkonsmata għall-produzzjoni ta’ prodotti jew il-produzzjoni ta’ enerġija mekkanika minbarra l-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew għat-tkessiħ fil-konfini tal-installazzjoni kull sena;

(3)

għas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil bħala terajoule ta’ dħul tal-fjuwil fis-sena;

(4)

għall-produzzjoni ta’ emissjonijiet minn proċessi bħala tunnellati ekwivalenti għal emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju kull sena.

L-isem tal-prodott(i)

 

Il-kodiċi ta’ attività NACE

 

Il-kodiċi PRODCOM tal-prodott(i)

 

L-identifikazzjoni bħala ġeneratur tal-elettriku

 

Il-livelli storiċi ta’ attività

Skont it-tip ta’ subinstallazzjoni; inkluż għas-subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tal-prodott il-volumi kollha tal-produzzjoni annwali li fuq il-bażi tagħhom ikun ġie ddeterminat il-medjan

Il-produzzjoni tal-funzjonijiet rilevanti kollha tas-CWT

Għal parametri referenzjarji ta’ prodott tar-raffineriji u l-aromatiċi biss

Id-dejta użata għall-kalkolu tal-livelli storiċi ta’ attività

Mill-inqas għall-parametri referenzjarji ta’ prodott tal-ġir, il-ġir dolomitiku, l-ikkrekkjar bl-istim, l-idroġenu u l-gas ta’ sinteżi

L-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra

L-emissjonijiet diretti biss; fil-każ li mhux l-emissjonijiet kollha fl-installazzjoni jitnisslu mill-prodotti b’parametru referenzjarju

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-fjuwils

L-emissjonijiet diretti biss; fil-każ li mhux l-emissjonijiet kollha fl-installazzjoni jitnisslu mill-prodotti b’parametru referenzjarju

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-proċessi

Fil-każ li mhux l-emissjonijiet kollha fl-installazzjoni jitnisslu mill-prodotti b’parametru referenzjarju

Dħul totali tal-enerġija minn fjuwils fl-installazzjoni

Fil-każ li mhux l-emissjonijiet kollha fl-installazzjoni jitnisslu mill-prodotti b’parametru referenzjarju

Dħul tal-enerġija minn fjuwils fl-installazzjoni mhux użat fil-produzzjoni tas-sħana li titkejjel

Fil-każ li mhux l-emissjonijiet kollha fl-installazzjoni jitnisslu mill-prodotti b’parametru referenzjarju

Dħul tal-enerġija minn fjuwils fl-installazzjoni użati fil-produzzjoni tas-sħana li titkejjel

Fil-każ li mhux l-emissjonijiet kollha fl-installazzjoni jitnisslu mill-prodotti b’parametru referenzjarju

Sħana li titkejjel ikkunsmata

Fil-każ li mhux l-emissjonijiet kollha fl-installazzjoni jitnisslu mill-prodotti b’parametru referenzjarju

Sħana li titkejjel importata

 

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra marbuta mal-produzzjoni tas-sħana esportata lejn l-unitajiet domestiċi privati

 

Sħana li titkejjel esportata

Għal dawk il-konsumaturi biss li mhumiex koperti mill-iskema tal-Unjoni, li jindikaw b’mod ċar jekk il-konsumatur ikunx unità domestika privata jew inkella le.

L-elettriku kkunsmat skont id-definizzjoni ta’ konfini ta’ sistema rilevanti (Anness I)

Għal subinstallazzjonijiet biss li jinsabu fil-parametru referenzjarju fejn il-possibbiltà ta’ skambju tas-sħana u l-elettriku hija rilevanti

L-idroġenu użat għall-produzzjoni tal-monomer tal-klorur tal-vinil

Għas-subinstallazzjonijiet biss li jinsabu fil-parametru referenzjarju tal-monomer tal-klorur tal-vinil


ANNESS V

Il-parametri għall-ġbir tad-dejta għal installazzjonijiet li jidħlu ġodda fis-suq

Parametru

Rimarki

L-isem tal-prodott(i)

 

Il-kodiċi ta’ attività NACE

 

Il-kodiċi PRODCOM tal-prodott(i)

 

Il-kapaċità inizjali installata qabel l-estensjoni sinifikanti

Għas-subinstallazzjonijiet biss li jindikaw estensjoni sinifikanti tal-kapaċità

Il-kapaċità miżjuda (fil-każ ta’ estensjoni sinifikanti)

Għas-subinstallazzjonijiet biss li jindikaw estensjoni sinifikanti tal-kapaċità

Il-kapaċità installata wara l-estensjoni sinifikanti

Għas-subinstallazzjonijiet biss li jindikaw estensjoni sinifikanti tal-kapaċità

Il-kapaċità installata inizjali

Għal installazzjonijiet li jidħlu ġodda fis-suq biss li jwettqu attività waħda jew aktar mill-attivitajiet indikati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, li kisbu permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ewwel darba wara t-30 ta’ Ġunju 2011, jew iwettqu attività li hija inkluża fl-iskema Komunitarja skont l-Artikolu 24(1) jew (2) għall-ewwel darba

espressi

(1)

għas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tal-prodott fl-unità definita għall-prodott ikkonċernat fl-Anness I;

(2)

għas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tas-sħana bħala terajoule li titkejjel għall-produzzjoni ta’ prodotti jew għall-produzzjoni ta’ enerġija mekkanika minbarra għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew għat-tkessiħ fil-konfini tal-installazzjoni kull sena;

(3)

għas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil bħala terajoule ta’ dħul tal-fjuwil fis-sena;

(4)

għall-produzzjoni ta’ emissjonijiet minn proċessi bħala tunnellati ekwivalenti għal emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju kull sena.

Il-Fattur ta’ Utilizzazzjoni tal-Kapaċità Rilevanti (RCUF)

Għas-subinstallazzjonijiet biss għajr is-subinstallazzjonijiet b’parametru referenzjarju ta’ prodott

Is-sħana li titkejjel ipproġettata importata

 

L-elettriku kkunsmat ipproġettat skont id-definizzjoni ta’ konfini ta’ sistema rilevanti (Anness I)

Għal subinstallazzjonijiet biss li jinsabu fil-parametru referenzjarju fejn il-possibbiltà ta’ skambju tas-sħana u l-elettriku hija rilevanti

L-idroġenu ipproġettat użat bħala fjuwil għall-produzzjoni tal-monomer tal-klorur tal-vinil

Għas-subinstallazzjonijiet biss li jinsabu fil-parametru referenzjarju tal-monomer tal-klorur tal-vinil

Il-bidu tal-attività normali

Imfisser bħala data

Id-data tal-bidu

 

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra

Qabel il-bidu tal-attività normali mfissra bħala t CO2eq


ANNESS VI

IL-FATTUR LI JIŻGURA LI S-SISTEMA TRANSIZZJONALI TWASSAL GĦAL TNAQQIS FL-ALLOKAZZJONI MINGĦAJR ĦLAS SKONT L-ARTIKOLU 10a(11) TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE

Sena

Valur tal-fattur

2013

0,8000

2014

0,7286

2015

0,6571

2016

0,5857

2017

0,5143

2018

0,4429

2019

0,3714

2020

0,3000