ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.129.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2011/280/UE |
|
|
* |
||
|
|
2011/281/UE |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
17.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 469/2011
tat-13 ta’ Mejju 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw fl-Indja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament anti-dumping bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku kontra s-sussidji”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
(1) |
Fl-10 ta’ Diċembru 1999 u wara investigazzjoni (“l-investigazzjoni oriġinali kontra s-sussidji”) il-Kunsill impona, bir-Regolament (KE) Nru 2597/1999, dazju definittiv kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet tat-tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw fl-Indja (3). Wara investigazzjoni tal-anti-dumping (“l-investigazzjoni anti-dumping oriġinali”) u wara l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping provviżorju fl-24 ta’ Frar 2001 (4), bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 367/2001, ġie impost dazju anti-dumping definittiv fuq it-tertuqa PET li toriġina fl-Indja, bir-Regolament (KE) Nru 1676/2001 (5). |
(2) |
Fit-8 ta’ Marzu 2006, ġew ippubblikati żewġ Regolamenti tal-Kunsill li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tat-tertuqa PET li toriġina fl-Indja. Ir-Regolament (KE) Nru 367/2006 (6) li segwa investigazzjoni ta’ reviżjoni ta’ skadenza u żamm id-dazju kumpensatorju definittiv (“ir-Regolament ta’ reviżjoni ta’ skadenza kontra s-sussidji”); u r-Regolament (KE) Nru 366/2006 (7) (“ir-Regolament ta’ emenda dwar l-anti-dumping”) li segwa l-investigazzjoni ta’ reviżjoni interim parzjali u li emenda d-dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet bħal dawn. |
(3) |
Fis-6 ta’ Novembru 2007, wara reviżjoni ta’ skadenza, ġie impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tertuqa PET li joriġinaw fl-Indja, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007 (8). |
(4) |
Fl-20 ta’ Mejju 2010, ġie ppubblikat avviż (9) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. F’dak l-avviż, il-partijiet ġew infurmati li, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2009 fil-Kawża T-143/06 (10) (“is-sentenza”), l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea ta’ tertuqa PET manifatturati minn MTZ Polyfilms Limited (‘MTZ Polyfilms’) ma humiex aktar soġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ emenda dwar l-anti-dumping u r-Regolament (KE) Nru 1292/2007 u li d-dazji anti-dumping definittivi mħallsa skont dawn ir-Regolamenti fuq importazzjonijiet tat-tertuqa PET imanifatturati minn MTZ Polyfilms għandhom jiġu rimborżati jew rimessi. Ukoll, l-avviż reġa’ fetaħ parzjalment l-investigazzjoni ta’ reviżjoni anti-dumping rilevanti li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ tertuqa PET li joriġinaw, inter alia, fl-Indja biex tiġi implementata s-sentenza ta’ hawn fuq tal-Qorti Ġenerali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ MTZ Polyfilms. |
(5) |
Id-dazju kumpensatorju impost mir-Regolament ta’ reviżjoni ta’ skadenza kontra s-sussidji skada fid-9 ta’ Marzu 2011 (11) skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. B’konformità mal-prinċipju li l-ebda prodott ma għandu jkun suġġett kemm għad-dazju anti-dumping kif ukoll għad-dazju kumpensatorju għall-fini li tiġi ttrattata l-istess sitwazzjoni waħda li ġejja minn dumping jew minn sussidjar għall-esportazzjoni, ġie stabbilit il-livell tar-rati tad-dazji anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1292/2007, filwaqt li tqies l-ammont ta’ dazju kumpensatorju impost mir-Regolament kontra s-sussidji ta’ reviżjoni ta’ skadenza, b’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament anti-dumping bażiku. Fid-dawl tal-iskadenza tad-dazju kumpensatorju, ir-rati tad-dazju anti-dumping issa ġew aġġustati. |
2. IR-RATI TAD-DAZJU ANTI-DUMPING WARA L-ISKADENZA TAD-DAZJU KUMPENSATORJU TAL-ISTESS IMPORTAZZJONIJIET
Rimarka introduttorja
(6) |
Kif indikat fil-premessa (5), l-iskadenza fid-9 ta’ Marzu 2011 tad-dazju kumpensatorju fuq it-tertuqa PET li toriġina fl-Indja, titlob aġġustament tar-rati tad-dazju anti-dumping. Tabilħaqq, id-dazju anti-dumping stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1292/2007 jikkonsisti mit-tnaqqis tal-marġni ta’ sussidjar relatat mas-sussidji fuq l-esportazzjoni, mill-marġni ta’ dumping Billi d-dazju kumpensatorju issa skada, il-livell tar-rati tad-dazju anti-dumping għandu jiġi ddeterminat mill-ġdid. |
Id-determinazzjoni tal-livell ta’ dazju anti-dumping
(7) |
Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku, l-ammont tad-dazju anti-dumping ma għandux jaqbeż il-marġni ta’ dumping stabbilit iżda għandu jkun inqas minn dak il-marġni jekk dazju inferjuri bħal dan ikun xieraq biex jitwarrab id-dannu lill-industrija tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-livell ta’ dazju għandu jiġi stabbilit fl-inqas livell tal-marġni ta’ dumping u l-livell tal-eliminazzjoni ta’ dannu. |
(8) |
F’dan ir-rigward, tajjeb li jitfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali anti-dumping, il-livell ta’ eliminazzjoni ta’ dannu kien fil-każijiet kollha ogħla mill-marġni ta’ dumping, kif stipulat fil-premessa (195) tar-Regolament (KE) Nru 367/2001 u kkonfermat mill-premessa (74) tar-Regolament (KE) Nru 1676/2001. Għalhekk, id-dazju anti-dumping għandu jiġi stabbilit fil-livell tal-marġni ta’ dumping stabbiliti fir-rigward tal-varji manifatturi Indjani, li huma kif ġej:
|
(9) |
Il-produtturi esportaturi Indjani magħrufa kollha tat-tertuqa PET, l-awtoritajiet Indjani u l-industrija tal-Unjoni tat-tertuqa PET irċevew tagħrif dwar l-azzjoni deskritta hawn fuq. |
(10) |
Wara dan l-iżvelar, bosta kumpaniji Indjani saħqu li, billi ma kinetx mitluba reviżjoni ta’ skadenza għall-miżuri kumpensatorji, l-industrija tal-Unjoni kienet tidher fi stat tajjeb u għalhekk, il-miżuri anti-dumping għandhom jintemmu ukoll. Barra minn hekk, produttur esportatur stqarr li l-marġni medju ta’ dumping tal-kampjun għandu jerġa’ jiġi kkalkolat billi, wara li saret reviżjoni interim, il-Garware Polyester Limited, li kienet waħda mill-kumpaniji fil-kampjun, dan l-aħħar kienet ġiet soġġetta għal marġni ta’ dumping individwali rivedut. Għandu jiġi nnotat li ż-żewġ talbiet imorru lil hinn mill-ambitu limitat tar-Regolament attwali li jimmira biss lejn l-aġġustar tal-livell tar-rati ta’ dazju anti-dumping eżistenti wara l-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji simultanji fuq l-istess importazzjonijiet. Kwalunkwe talba għall-emenda tal-livell tar-rati tad-dazju anti-dumping wara bidla allegata fiċ-ċirkostanzi għandha titressaq skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Għalhekk dawn it-talbiet għandhom jiġu rrifjutati. |
(11) |
Produttur esportatur Indjan saħaq li, billi d-dazji kumpensatorji kienu skadew, il-Kummissjoni għandha issa tagħmel aġġustament fil-prezz għall-esportaturi Indjani bl-użu tal-iskema DEPB, li kienet irrifjutat matul l-investigazzjoni oriġinali u l-investigazzjoni ta’ reviżjoni interim. Bla ħsara għal jekk talba bħal din tkunx tista’ tiġi eżaminata fil-kuntest tar-Regolament attwali ta’ emenda, għandha tinġibed l-attenzjoni li, kif spjegat fit-taqsira fil-premessa (50) tar-Regolament (KE) Nru 367/2001 u l-premessa (47) tar-Regolament anti-dumping ta’ emenda, it-talba għal aġġustament fil-prezz għal DEPB ma kinetx ġiet aċċettata billi l-produtturi kkonċernati ma kinux urew li l-komparabbiltà fil-prezzijiet bejn il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet tal-bejgħ fl-UE kienu ġew affettwati mill-benefiċċji tad-DEPB. Din is-sitwazzjoni ma nbidlitx bl-iskadenza tad-dazju kumpensatorju u għalhekk, din it-talba jkollha tiġi rrifjutata. |
(12) |
Ma waslu l-ebda kummenti sostantivi. Għalhekk, ir-rati ta’ dazju għandhom jiġu riveduti għal-livelli tal-marġni ta’ dumping, kif indikat fit-tabella taħt il-premessa (8) hawn fuq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1292/2007 huwa b’dan emendat kif ġej: l-Artikolu 2(2), għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
”2. Ir-rata ta’ dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti manifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt, għandu jkun kif ġej:
Kumpanija |
Dazju Definittiv (%) |
Kodiċi Addizzjonali TARIC |
||||||
|
29,3 |
A026 |
||||||
|
0 |
A028 |
||||||
|
0 |
A030 |
||||||
|
3,7 |
A032 |
||||||
|
15,5 |
A753 |
||||||
|
3,2 |
A027 |
||||||
|
0 |
A992 |
||||||
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha (barra MTZ Polyfilms Limited – kodiċi addizzjonali TARIC A031 (15)) |
29,3 |
A999 |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(3) ĠU L 316, 10.12.1999, p. 1.
(4) ĠU L 55, 24.2.2001, p. 16.
(5) ĠU L 227, 23.8.2001, p. 1.
(8) ĠU L 288, 6.11.2007, p. 1.
(9) ĠU C 131, 20.5.2010, p. 3.
(10) Ir-Rapporti tal-Qorti Ewropew 2009, p. II-04133.
(11) Avviż ta’ skadenza, ĠU C 68, 3.3.2011, p. 6.
(12) ĠU L 15, 20.1.2011, p. 1.
(13) ĠU L 270, 29.9.2006, p. 1.
(14) ĠU L 58, 3.3.2011, p. 14.
(*) Uflex Limited dak iż-żmien kienet magħrufa bħala Flex Industries Limited
(**) Jindal Poly Films Limited dak iż-żmien kienet magħrufa bħala Jindal Polyester Limited
(15) Rigward MTZ Polyfilms Limited (New India Centre, 5th Floor, 17 Co-operage Road, Mumbai 400039, India), qed issir referenza għall-avviż ippubblikat fil-ĠU C 131, 20.5.2010, p. 3.”
17.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 470/2011
tas-16 ta’ Mejju 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 li jistpula r-regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq [ta' kummerċjalizzazzjoni] 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u Nru 964/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 (3), pajjiż elenkat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jew elenkat bħala pajjiż l-anqas żviluppat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 732/2008 huwa eliġibbli biex jiġi miżjud mal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 828/2009. |
(2) |
L-Uganda hija pajjiż l-inqas żviluppat elenkat bħala pajjiż l-inqas żviluppat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 732/2008 u talab lill-Kummissjoni biex jiġi elenkat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 828/2009. L-Uganda tipproduċi z-zokkor u għalhekk hija esportatur potenzjali lejn l-Unjoni Ewropea. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 828/2009 għandu, għalhekk, jiġi emendat kif meħtieġ. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Punt I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 828/2009 qed jitbiddel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14.
ANNESS
“Taqsima I: Il-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati
Titlu tal-grupp |
Pajjiż terz |
Numru ta’ referenza |
NON-AKP-LDC |
Il-Bangladexx Il-Kambodja Il-Laos In-Nepal |
09.4221 |
AKP-LDC |
Il-Benin Burkina Faso Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo L-Etjopja Il-Madagaskar Il-Malawi Il-Możambik Is-Senegal Sjerra Leone Is-Sudan It-Tanzanija It-Togo L-Uganda Iż-Żambja |
09.4231” |
17.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 471/2011
tas-16 ta’ Mejju 2011
dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” ta’ kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2010/2011 fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 67(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-produtturi jista’ jkollhom kwota individwali waħda jew tnejn, waħda għall-kunsinni u l-oħra għall-bejgħ dirett u li l-kwantitajiet jistgħu jinbidlu minn kwota waħda għall-oħra mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biss, fuq talba ġġustifikata b’mod xieraq min-naħa tal-produttur. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2010 tal-21 ta’ Mejju 2010 dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” ta’ kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2009/2010 fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) jistipula d-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” għall-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 għall-Istati Membri kollha. |
(3) |
Skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (3), l-Istati Membri nnotifikaw il-kwantitajiet li tbiddlu definittivament fuq talba tal-produtturi bejn kwoti individwali għall-kunsinni u għall-bejgħ dirett. |
(4) |
Il-kwoti nazzjonali totali tal-Istati Membri kollha stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009 (4), żdiedu b’1 % b’effett mill-1 ta’ April 2010, minbarra għall-Italja li għaliha l-kwota kienet diġà żdiedet għal 5 %, b’effett mill-1 ta’ April 2009. L-Istati Membri, minbarra l-Italja u Malta li ma għandha l-ebda parti mill-kwota nazzjonali tagħha għall-bejgħ dirett, innotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-diviżjoni bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwota addizzjonali. |
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita d-diviżjoni, applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011, bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(6) |
Minħabba li d-diviżjoni bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett tintuża bħala l-bażi ta’ referenza għall-kontrolli li jsiru skont l-Artikoli 19 sa 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 u minħabba li din tintuża biex jiġi stabbilit il-kwestjonarju annwali mniżżel fl-Anness I għal dak ir-Regolament, huwa xieraq li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għal dan ir-Regolament li tkun wara l-aħħar data li fiha jistgħu jsiru dawn il-kontrolli. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-diviżjoni applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011 bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Regolament għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 126, 22.5.2010, p. 14.
(3) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22.
ANNESS
L-Istati Membri |
Kunsinni (tunnellati) |
Bejgħ dirett (tunnellati) |
Il-Belġju |
3 454 910,898 |
41 266,346 |
Il-Bulgarija |
942 195,260 |
76 456,198 |
Ir-Repubblika Ċeka |
2 833 254,842 |
15 567,839 |
Id-Danimarka |
4 705 285,916 |
47,256 |
Il-Ġermanja |
29 335 337,102 |
91 916,439 |
L-Estonja |
664 758,821 |
7 788,376 |
L-Irlanda |
5 612 152,970 |
2 150,264 |
Il-Greċja |
852 538,418 |
1 207,000 |
Spanja |
6 298 788,511 |
65 910,198 |
Franza |
25 241 237,156 |
354 420,110 |
L-Italja |
10 973 963,234 |
314 579,632 |
Ċipru |
150 243,694 |
837,196 |
Il-Latvja |
738 964,267 |
19 195,434 |
Il-Litwanja |
1 696 613,534 |
77 274,855 |
Il-Lussemburgu |
283 644,448 |
500,000 |
L-Ungerija |
1 937 342,553 |
133 318,857 |
Malta |
50 670,366 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
11 624 729,324 |
71 360,125 |
L-Awstrija |
2 816 825,721 |
87 887,065 |
Il-Polonja |
9 602 696,317 |
157 361,235 |
Il-Portugall (1) |
2 019 643,728 |
7 826,444 |
Ir-Rumanija |
1 495 324,220 |
1 685 490,394 |
Is-Slovenja |
579 468,569 |
20 524,423 |
Is-Slovakkja |
1 046 628,953 |
36 313,043 |
Il-Finlandja (2) |
2 537 362,535 |
5 440,665 |
L-Isvezja |
3 484 129,778 |
4 200,000 |
Ir-Renju Unit |
15 289 460,053 |
139 724,783 |
(1) Minbarra l-Madejra.
(2) Il-kwota nazzjonali Finlandiża kif imsemmija fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammont totali tal-kwota nazzjonali Finlandiża kif indikata fl-Anness għal dan ir-Regolament huma differenti minħabba żieda fil-kwota ta’ 784 683 tunnellata biex tikkumpensal-produtturi tal-SLOM Finlandiżi fil-passat skont l-Artikolu 67(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
17.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 472/2011
tas-16 ta’ Mejju 2011
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Mejju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
60,9 |
TN |
97,6 |
|
TR |
101,0 |
|
ZZ |
86,5 |
|
0707 00 05 |
TR |
108,2 |
ZZ |
108,2 |
|
0709 90 70 |
MA |
86,8 |
TR |
123,2 |
|
ZZ |
105,0 |
|
0709 90 80 |
EC |
27,0 |
ZZ |
27,0 |
|
0805 10 20 |
EG |
59,2 |
IL |
55,6 |
|
MA |
46,7 |
|
TN |
54,9 |
|
TR |
71,6 |
|
ZZ |
57,6 |
|
0805 50 10 |
TR |
62,0 |
ZZ |
62,0 |
|
0808 10 80 |
AR |
85,4 |
BR |
84,6 |
|
CA |
114,6 |
|
CL |
85,2 |
|
CN |
101,2 |
|
NZ |
124,4 |
|
US |
180,3 |
|
UY |
68,4 |
|
ZA |
83,3 |
|
ZZ |
103,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
17.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 473/2011
tas-16 ta’ Mejju 2011
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 463/2011 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Mejju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.
(4) ĠU L 124, 13.5.2011, p. 45.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-17 ta’ Mejju 2011
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
41,07 |
0,00 |
1701 11 90 (1) |
41,07 |
2,58 |
1701 12 10 (1) |
41,07 |
0,00 |
1701 12 90 (1) |
41,07 |
2,29 |
1701 91 00 (2) |
42,59 |
4,69 |
1701 99 10 (2) |
42,59 |
1,56 |
1701 99 90 (2) |
42,59 |
1,56 |
1702 90 95 (3) |
0,43 |
0,26 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DEĊIŻJONIJIET
17.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Mejju 2011
dwar revoka tad-Deċiżjoni 2003/796/KE dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew Regolatorju għall-Elettriku u l-Gass
(2011/280/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/796/KE (1) stabbilixxiet Grupp Ewropew Regolatorju għall-Elettriku u l-Gass biex jiffaċilita l-konsultazzjoni, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn entitatijiet regolatorji fl-Istati Membri, u bejn dawn l-entitajiet u l-Kummissjoni, bil-għan li jiġi kkonsolidat is-suq intern u tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (2), id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali (3), u r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku (4). |
(2) |
Sabiex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet nazzjonali regolatorji u biex jingħata kontribut akbar għat-tħaddim effikaċi tas-swieq interni tal-elettriku u l-gass naturali, ġiet stabbilita Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija permezz tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(3) |
L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija tipprovdi qafas li fih jistgħu jikkooperaw l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji, u jwettqu ħidmiet simili għal dawk attwalment imwettqa mill-Grupp Ewropew Regolatorju għall-Elettriku u l-Gass. Billi l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija se tkompli l-ħidma mwettqa mill-Grupp Ewropew Regolatorju għall-Elettriku u l-Gass fi ħdan il-qafas ta’ governanza aktar effikaċi, huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2003/796/KE tiġi rrevokata. |
(4) |
Sabiex ikun żgurat li l-Grupp Ewropew Regolatorju għall-Elettriku u l-Gass ikun jista’ jiffinalizza bosta proġetti pendenti, il-Grupp Ewropew Regolatorju għall-Elettriku u l-Gass ma għandux ixolji qabel l-1 ta’ Lulju 2011, sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2003/796/KE hija rrevokata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2011.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 296, 14.11.2003, p. 34.
(2) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37.
(3) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.
(4) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 1.
(5) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
17.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Mejju 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2009/146/KE dwar is-sostituzzjoni tal-membri tal-Kumitati Xjentifiċi b’membri mill-Grupp ta’ konsulenti xjentifiċi imwaqqaf bid-Deċiżjoni 2008/721/KE
(2011/281/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Settembru 2008 li twaqqaf struttura konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sikurezza tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2008/721/KE, il-Kummissjoni waqqfet tliet Kumitati Xjentifiċi, dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS), dwar is-Saħħa u r-Riskji Ambjentali (SCHER) u dwar ir-Riskji għas-Saħħa Emerġenti u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR) u l-Grupp ta’ Konsulenti Xjentifiċi dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju (minn issa 'l quddiem il-Grupp), fil-qasam tas-sikurezza tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent. |
(2) |
Bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2009/146/KE (2) l-Kummissjoni ħatret il-membri għas-SCCS, is-SCHER u s-SCENIHR u l-konsulenti xjentifiċi fil-Grupp. |
(3) |
Il-Kumitati Xjentifiċi, bi qbil mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2008/721/KE, adottaw regoli komuni ta’ proċeduri li jistabbilixxu, fost l-oħrajn, il-kriterji ta’ parteċipazzjoni għall-membri tal-Kumitati Xjentifiċi u l-kundizzjonijiet li skonthom għandha tiskadi s-sħubija tal-Kumitat kif stipulat fl-Anness II 4(a) tad-Deċiżjoni. |
(4) |
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2008/721/KE jgħid li meta membru ta’ Kumitat Xjentifiku ma jimxix mal-kriterji ta’ parteċipazzjoni stipulati fir-regoli ta’ proċedura inkella jkun irid jirriżenja, il-Kummissjoni tista’ tittermina s-sħubija tal-membru u taħtar sostitut mill-Grupp. |
(5) |
Żewġ membri mis-SCHER, membru mis-SCCS u membru mis-SCENIHR irriżenjaw filwaqt li żewġ membri mis-SCCS ma ssodisfawx il-kriterji ta’ parteċipazzjoni u s-sħubija tagħhom għandha tiġi tterminata. Hemm bżonn li jinħatru membri ġodda hekk li fil-Kumitati rispettivi jkun żgurat li t-tip meħtieġ ta’ għarfien espert ikun disponibbli. |
(6) |
Skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/721/KE, l-esperti mill-Grupp li jkunu se jissostitwixxu dawk il-membri tal-Kumitati Xjentifiċi li jkunu rriżenjaw jew li tkun ġiet itterminata s-sħubija tagħhom, kienu ntgħażlu abbażi tal-għarfien espert li jħaddnu kif ukoll abbażi ta’ tqassim ġeografiku konsistenti ma’ dan hekk li jirrifletti d-diversità tal-problemi u l-approċċi xjentifiċi, notevolment fl-Ewropa. |
(7) |
Il-membri li kienu rriżenjaw jew li tkun ġiet itterminata s-sħubija tagħhom għandhom jinħatru bħala konsulenti dwar il-valutazzjoni tar-riskji għall-Grupp. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sħubija tal-esperti elenkati fil-punt 1 tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni hija tterminata.
Dawn l-esperti huma maħtura bħala konsulenti xjentifiċi dwar il-valutazzjoni tar-riskji għall-Grupp.
L-esperti elenkati fil-punt 2 tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma maħtura bħala membri tal-Kumitati Xjentifiċi mwaqqfa mid-Deċiżjoni 2008/721/KE kif indikat f’dak l-Anness.
Artikolu 2
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni (KE) Nru 2009/146/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.
(2) ĠU L 49, 20.2.2009, p. 33.
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/146/KE huma emendati kif ġej:
1. |
L-ismijiet tal-esperti li ġejjin jitneħħew mill-Anness I u jiddaħħlu fl-Anness II: Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur
Il-Kumitat Xjentifiku tar-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent
Il-Kumitat Xjentifiku għar-Riskji għas-Saħħa Emerġenti u dawk Identifikati Reċentement
|
2. |
L-ismijiet tal-esperti li ġejjin jiddaħħlu fl-Anness I kif ġej u jitneħħew mill-Anness II: Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur
Il-Kumitat Xjentifiku tar-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent
Il-Kumitat Xjentifiku għar-Riskji għas-Saħħa Emerġenti u dawk Identifikati Reċentement
|