ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.128.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 128

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
14 ta' Mejju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

18

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 451/2011

tas-6 ta' Mejju 2011

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 u 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) u wara li kkonsulta l-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   MIŻURI PROVIŻORJI

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 1042/2010 (2) (“ir-Regolament provviżorju”) imponiet dazju provviżorju tal-anti-dumping (“il-miżuri provviżorji”) fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija (“CFP” – coated fine paper) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

(2)

Il-proċediment ingħata bidu wara ilment imressaq fl-4 ta’ Jannar 2010 minn CEPIFINE, l-assoċjazzjoni Ewropea tal-fabbrikanti tal-karta fina, (“il-kwerelant”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-karta fina miksija. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex tiġġustifika li jingħata bidu għall-proċediment.

2.   IL-PROĊEDURA SUSSEGWENTI

(3)

Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jkunu imposti miżuri provviżorji tal-anti-dumping (“l-iżvelar provviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub li bihom taw il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(4)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha.

(5)

Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi (“il-produttur esportatur”) saħaq li kellu jinstema' qabel ma ġew imposti l-miżuri provviżorji billi, skont dak il-grupp, Regolament provviżorju huwa miżura individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (3).

(6)

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni msemmija fuq, għandhom jiġu enfasizzati dawn il-punti: ir-Regolament bażiku jiddelinja d-drittijiet tal-partijiet fil-qafas tal-proċedimenti tal-anti-dumping u f'din il-kwistjoni partikolari, l-Artikolu 7 jistipula l-passi proċedurali għall-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji. L-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku jgħid, fost l-oħrajn, li jekk ikun hemm miżuri provviżorji, dawn jistgħu jiġu imposti fi żmien disa' (9) xhur mill-bidu tal-każ. Fil-proċediment preżenti, il-Kummissjoni wettqet l-investigazzjoni tagħha f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku u imponiet miżuri provviżorji f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku filwaqt li l-partijiet interessati kollha li talbu biex jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ, u kellhom l-opportunitajiet adegwati biex iressqu l-informazzjoni u jagħmlu l-kummenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement saħqet li “anki jekk … il-prinċipju tad-dritt għal seduta jirrikjedi li l-esportaturi jkunu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom għandhom jiġu imposti d-dazji provviżorji, jekk dan id-dritt ma jiġix rispettat, fih innifsu, dan ma jistax ikollu l-effett li jinvalida r-regolament li jimponi d-dazji definittivi fejn, fl-andament tal-proċedura għall-adozzjoni tar-regolament imsemmi, id-difett li jinvalida l-proċedura għall-adozzjoni tar-regolament korrispondenti li jimpondi d-dazji provviżorji ġie kkoreġut” (4). Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni ssodisfat l-obbligi tagħha tal-kxif skont ir-Regolament bażiku u d-dritt tal-produttur esportatur għal seduta ta’ smigħ ġusta ġie rrispettat waqt il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(7)

In-natura provviżorja tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku huwa, fost l-oħrajn, rifless fil-perijodu massimu ta’ sitt xhur li jistgħu jkunu imposti kif ukoll fil-fatt li kull dazju provviżorju jiġi żgurat permezz ta’ garanzija biss. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qatt ma żammet lil xi parti milli titlob aktar seduti qabel l-iskadenza ta’ disa' xhur stipulata bil-liġi għall-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji jekk jitqies li kien hemm il-bżonn li jerġgħu jinstemgħu f'dak l-istadju.

(8)

Il-produttur esportatur talab aċċess għad-dejta użata mill-unika kumpanija fl-Istati Uniti tal-Amerika (Stati Uniti) li pprovdiet l-informazzjoni f'konformità mad-dispożizzjonijet tal-Artikolu 2(7)(a) għall-istabbiliment tal-valur normali. Ġie argumentat li, inkella, il-parti ma kienx ikollha aċċess għall-evidenza li fuq il-bażi tagħha ġew imposti l-miżuri provviżorji u li dan kien jikser id-drittijiet tad-difiża tal-parti u wkoll kien kontra l-prinċipju tal-amministrazzjoni tajba. L-istess parti saħqet li l-kxif tad-dejta kunfidenzjali dwar partijiet speċifiċi jista' jagħmilha disponibbli lir-rappreżentanti legali tal-grupp ta’ produtturi esportaturi. Ir-rappreżentanti legali jieħdu l-obbligu li jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali tal-kumpaniji. Dan l-argument ġie appoġġat b'referenza għas-sistemi fl-Istati Uniti u l-Kanada u għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'G.J. Dokter and Others v Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit.

(9)

Dawn l-argumenti ma ġewx aċċettati. It-talba tal-produttur esportatur għamlet referenza għall-aċċess tad-dejta kunfidenzjali dwar il-prezzijiet mogħtija mill-kumpanija tal-Istati Uniti. Il-Kummissjoni ma setgħetx tagħti aċċess għal informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali daqshekk dettaljata. L-għoti tal-aċċess għal din id-dejta kien jikser il-liġi tal-Unjoni, partikolarment l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku billi dan kien iwassal għal kxif mhux awtorizzat ta’ dejta kummerċjali ristretta u sensittiva tal-kumpanija tal-Istati Uniti. Rigward il-metodoloġija proposta dwar il-kxif tas-sigrieti kummerċjali tal-kumpanija lil rappreżentanti legali ta’ partijiet interessati oħra, ebda proċess ieħor mhu pprovdut mir-Regolament bażiku, mhux bħal fis-sistemi tal-Istati Uniti u tal-Kanada. Għalhekk, taqa' biċ-ċar barra mill-qafas legali stabbilit tal-UE għall-proċedimenti anti-dumping. Fi kwalunkwe każ, il-każ tal-Qorti msemmi fuq ma jappoġġax talbiet ta’ aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali. Is-sentenza tirreferi wkoll għal xi limiti inerenti tal-prinċipju tad-dritt tad-difiża.

(10)

Il-produttur esportatur talab ukoll aċċess għall-evidenza dwar: ir-rombli użati fl-istampar web-fed manifatturati mill-produtturi tal-Unjoni, informazzjoni dettaljata dwar l-istatus legali ta’ rappreżentant wieħed tal-produtturi tal-Unjoni, l-attivitajiet u d-dejta finanzjarja tal-imtieħen magħżula, dejta dettaljata dwar kemm tqum il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u n-numri tal-kontroll tal-prodotti tal-produtturi tal-Unjoni rappreżentattivi. Parti mill-informazzjoni mitluba ma kinitx fl-ambitu tal-investigazzjoni billi kienet marbuta ma’ prodotti li mhux koperti mill-investigazzjoni jew ma’ attività tal-produtturi tal-Unjoni li ma kinitx tinvolvi l-produzzjoni ta’ CFP. Dwar l-informazzjoni l-oħra mitluba, il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tagħti aċċess għaliha, billi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku dan kien jikkostitwixxi kxif mhux awtorizzat ta’ sigrieti kummerċjali kunfidenzjali.

(11)

Il-produttur esportatur talab ukoll il-kxif tal-ismijiet tal-kumpaniji li opponew l-investigazzjoni u ma talbux trattament kunfidenzjali. Dan il-kxif kien jiżvela l-identità u l-pożizzjoni tal-produtturi li talbu l-kunfidenzjalità; għalhekk ma kienx possibbli li din l-informazzjoni tiġi żvelata.

(12)

Il-kxif provviżorju kien dettaljat kemm jista' jkun mingħajr ma kixef informazzjoni kunfidenzjali u għalhekk ma kisirx id-drittijiiet fundamentali tal-produttur esporatur, id-drittijiet ta’ difiża tiegħu jew tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

(13)

L-analiżijiet tal-ħsara mwettqa f'din l-investigazzjoni kontra d-dumping u l-investigazzjoni parallela kontra s-sussidji huma l-istess, billi d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u l-perijodu tal-investigazzjoni huma l-istess fiż-żewġ investigazzjonijiet. Għal din ir-raġuni, kummenti fuq aspetti tal-ħsara mressqa fi kwalunkwe wieħed miż-żewġ proċedimenti ġew ikkunsidrati fiż-żewġ proċedimenti.

2.1.   Il-perijodu tal-investigazzjoni

(14)

Qed jiġi mfakkar li, kif stipulat fil-premessa (13) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 (il-“perijodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sa tmiem il-PI (il-“perijodu kkunsidrat”).

3.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

3.1.   Il-prodott ikkonċernat

(15)

Wara l-miżuri provviżorji, il-produttur esportatur u l-kwerelant, ressqu iktar kummenti dwar id-definizzjoni tal-prodott. Xi wħud minn dawn il-kummenti kienu ripetizzjoni tal-kummenti li diġà ġew indirizzati fir-Regolament provviżorju.

(16)

Il-produttur esportatur tenna li ma kienx hemm differenza sostanzjali rigward il-karatteristiċi bażiċi bejn is-CFP f'folji u rombli adatti għall-użu f'magni tal-istampar sheet-fed (“il-prodott ikkonċernat”) u rombli adatti għall-użu fi stamperiji web-fed u li, għalhekk, is-CFP għall-istampar bir-rombli tal-karta ma kellux jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott. Il-parti argument ukoll li s-sejbiet tal-Kummissjoni li dawn il-prodotti mhumiex interkambjabbli ma kinux appoġġati.

(17)

Qed jiġi mfakkar li l-investigazzjoni sabet li s-CFP użata fil-proċessi tal-istampar web-fed u sheet-fed huma gruppi ta’ prodotti distinti u mhumiex interkambjabbli kif deskritt fil-premessi (18) u (20) tar-Regolament provviżorju. Il-produttur esportatur innifsu rrikonoxxa li dawn il-prodotti ma kinux kompletament interkambjabbli.

(18)

Ta' min jinnota wkoll li ma ġewx importati rombli għall-użu fi stamperiji web-fed mir-RPĊ fil-perijodu meqjus. Wieħed jista' jassumi wkoll li aktarx dawn il-prodotti mhux se jiġu importati fil-futur billi l-akkwist ta’ dawn il-prodotti mill-bogħod mhuwiex ekonomikament vijabbli għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa 20 tar-Regolament provviżorju.

(19)

Intqal ukoll mill-produttur esportatur li l-kriterji definiti fir-Regolament provviżorju fil-premessa (16), jiġifieri l-karatteristika teknika tar-reżistenza għall-picking tal-karti, ma kinitx adatta għad-distinizjoni bejn is-CFP għall-użu fl-istampar web-fed tal-karta minn naħa u s-CFP użata għal stampar sheet-fed min-naħa l-oħra. Intqal ukoll li l-esklużjoni tal-web rolls tal-karta saret fuq bażi arbitrarja u ġie allegat li r-rombli tal-karta tal-istampar web-fed prodotti mill-produtturi tal-Unjoni ma jissodisfawx il-kriterji stipulati fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju fir-rigward tal-karatteristiċi tar-reżistenza għall-picking.

(20)

Il-prodottur esportatur argumenta wkoll li l-Kummissjoni naqset mill-obbligu tagħha li teżamina oġġettivament l-evidenza ppreżentata lilha minn dak il-produttur esportatur lis-servizzi tal-Kummissjoni qabel ir-Regolament provviżorju, jiġifieri r-riżultati tal-ittestjar fil-laboratorju tagħha stess li jkejjel ir-reżistenza għat-tiċrit tal-web rolls prodotti mill-produtturi tal-Unjoni.

(21)

Ir-riżultati tat-test ippreżentati mill-produttur esportatur ikkonsistew f'taqsira tar-riżultati tat-test li wettaq fil-laboratorju tiegħu stess. Kruċjalment, ir-riżultati ma kinux disponibbli għall-ispezzjoni u l-kummenti minn partijiet interessati oħra, b'mod partikolari, l-industrija tal-Unjoni, u l-produttur esportatur lanqas ma ssottometta taqsira mhux kunfidenzjali sinifikanti tagħhom minkejja t-tfakkir ripetut.

(22)

Ta' min ifakkar li fl-istadju provviżorju l-Kummissjoni kkonkludiet li l-oġġettività u l-affidabbiltà tat-test ma kinux biżżejjed biex jiġu bbażati l-konklużjonijiet fuqhom. Wara l-kxif, l-ebda informazzjoni dettaljata ma ngħatat mill-produttur esportatur li setgħet tgħin biex tiġi eżaminata aktar l-affidabilità tat-test. Peress li ma ngħatatx verżjoni mhux kunfidenzjali, il-kumpaniji li l-web rolls tagħhom kienu allegatament ittestjati ma setgħux iwieġbu għall-konklużjonijiet tat-test. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tiċċekkja b'mod oġġettiv jekk ir-riżultati tat-test sottomessi kinux affidabbli u korretti u jekk kinux affidabbli għall-iskopijiet tal-investigazzjoni jew le. Abbażi tal-fatti li kellha f'idha l-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li waslet għalihom fl-istadju provviżorju dwar l-oġġettività u l-affidabilità tat-test ma setgħux jerġgħu jiġu kkunsidrati billi l-informazzjoni mressqa bil-kunfidenzjalità ma setgħetx tiġi vverifikata minn sorsi affidabbli.

(23)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, il-produttur esportatur ippreżenta r-riżultati ta’ test ieħor imwettaq f'ismu minn laboratorju tat-testijiet estern u tenna li s-CFP użata fl-istampar web-fed ġiet arbitrarjament eskluża mill-ambitu tal-investigazzjoni. Ir-rapporti tat-test jgħidu li r-reżistenza għall-picking tkejlet fuq 25 kampjun ta’ rombli tal-karta tal-web-fed ipprovduti u identifikati mill-produttur esportatur lil-laboratorju bħala kampjuni tal-karta prodotti mill-produtturi tal-Unjoni. Skont dan ir-rapport, l-ebda karta ma ssodisfat iż-żewġ kriterji stabbiliti fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju.

(24)

L-evalwazzjoni tar-rapport tat-test żvelat li, l-ewwel nett, ir-rapport tat-test mil-laboratorju estern kien marbut l-aktar ma’ prodotti li għalihom dawn ir-riżultati ma kinux relevanti billi l-maġġoranza tal-kampjuni ttestjati ma kinux fil-fatt web rolls; it-tieni, ir-rapport tat-test kien marbut ma’ prodotti li ma ġewx identifikati biżżejjed billi ma setax jiġi aċċertat mir-rapport tat-test jekk il-karta ttestjata kinitx għall-istampar sheet-fed jew għall-istampar web-fed peress li l-marka tal-karta deskritta fir-rapport kienet teżisti fiż-żewġ forom. Barra minn hekk, ir-rapport tat-test ma tax assikurazzjoni li r-rombli inklużi fil-kampjun kienu tassew dawk li ġew ittestjati.

(25)

Bi tweġiba għar-rapport tat-test tal-laboratorju estern, il-kwerelant ipprovda r-riżultati tat-testijiet li saru minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fuq l-istess kampjuni ta’ web rolls li ġew allegatament ittestjati mil-laboratorju estern. Dan it-test kellu riżultati differenti. Il-kwerelant attribwixxa d-differenzi lill-possibbiltà ta’ kundizzjonijiet differenti fit-test u, għalhekk, għall-potenzjal ta’ nuqqas ta’ konformità mal-istandard ISO 3783:2006, jiġifieri l-istandard li jgħid li għandha titkejjel ir-reżistenza għall-picking stipulata fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju.

(26)

Wara l-kxif tas-sejbiet definittivi, il-produttur esportatur ikkontesta l-oġġettività tal-Kummissjoni meta rrifjutat ir-riżutat tat-test tal-laboratorju estern. Huwa saħaq li t-testijiet saru fl-għama mill-espert indipendenti u skont l-istandard ISO relevanti. Huwa ta affidavit tal-meniġer tiegħu fejn spjega l-proċess tal-għażla tal-kampjuni użat fit-testijiet bħala prova tal-indipendenza, tal-korrettezza u tar-rappreżentattività tat-testijiet.

(27)

L-ewwel nett, l-oġġettività tar-rapport tat-test tal-laboratorju estern qatt ma tpoġġiet fid-dubju mill-Kummissjoni u, f'dan ir-rigward, il-fatt li t-testijiet saru fl-għama mhuwiex relevanti. Min-naħa l-oħra, tqajmu d-dubji dwar l-assikurazzjonijiet dwar l-għażla u l-oriġini tal-kampjuni ttestjati u mhux dwar it-test innifsu. L-argumenti tal-produttur esportatur ma neħħewx dawn id-dubji billi dawn ma kinux komprensivi u ma kinux ċari f'diversi aspetti, pereżempju intqal li l-inklużjoni ta’ prodotti oħra minbarra l-web rolls kien riżultat ta’ żbalji amministrattivi jew tort tal-iżbalji min-naħa tal-fornituri li possibbilment ipprovdew kampjuni ħżiena.

(28)

Billi kemm is-sors kif ukoll il-kampjuni tal-prodotti li ġew allegatament ittestjati ma kinux ċari u r-riżultati tat-testijiet mill-partijiet differenti kienu kontradittorji, tqies li r-rapport tat-test mogħti mil-laboratorju estern li kien qed jaġixxi f'isem il-produttur esportatur ma kienx juri konklussivament li t-test tar-reżistenza għall-picking ma kienx xieraq biex jiddistingwi bejn is-CFP għall-użu fl-istampar web-fed minn naħa u s-CFP użat fl-istampar sheet-fed min-naħa l-oħra. Konsegwentement, ir-rapport tat-test ma jurix li s-CFP użata fl-istampar web-fed ġie arbitrarjament eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(29)

Fir-rigward tar-relevanza tar-reżistenza għall-picking bħala kriterju ta’ distinzjoni għal rombli għall-istampar web-fed, ta’ min ifakkar li fid-definizzjoni tal-prodott iż-żewġ gruppi tal-prodott huma distinti minn xulxin abbażi ta', fost affarijiet oħra, l-użu aħħari tal-prodotti, jiġifieri, jekk il-prodott hux tajjeb għall-użu fl-istampar web-fed jew l-istampar sheet-fed kif determinat mir-rekwiżiti tal-istampaturi fejn jintużaw u li hu rifless, inter alia, fil-karatteristika tar-reżistenza għall-picking. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li r-reżistenza għall-picking hija biss waħda mill-karatteristiċi li jiddistingwu s-CFP xierqa għall-użu fl-istampar web-fed mis-CFP użata fl-istampar sheet-fed. Il-premessi (16) u (18) tar-Regolament provviżorju jistabbilixxu l-kriterji addizzjonali li ma kinux ikkontestati mill-produttur esportatur. Il-produttur esportatur saħaq li l-umdità kif definita fil-premessa (18) tar-Regolament provviżorju ma kinitx karatteristika bażika distinta biex jiġu distinti l-prodotti. Waqt l-investigazzjoni, madankollu, tressqu argumenti differenti dwar dan il-punt minn partijiet oħra. Fi kwalunkwe każ, instab li r-riġidità u r-reżistenza għall-picking huma l-iktar fatturi relevanti.

(30)

Fit-tweġiba tiegħu, il-kwerelant ammetta li jista' jkun hemm rombli li ma jissodisfawx bis-sħiħ il-kriterji kollha tar-reżistenza għall-picking stabbiliti fir-Regolament provviżorju li xorta setgħu jintużaw fl-istampar web-fed. Madankollu, hu sostna l-opinjoni tiegħu li l-reżistenza għall-picking huwa l-uniku test li jista' jidentifika b'ċertezza li romblu hu tabilħaqq xieraq għall-istampar web-fed, jiġifieri, jekk romblu jissodisfa l-kriterji tar-reżistenza għall-picking fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju hawn fuq, hu ċertament web roll.

(31)

B'sostenn tal-allegazzjonijiet ta’ hawn fuq li jikkonċernaw ir-reżistenza għall-picking, il-produttur esportatur semma argumenti mressqin minn wieħed mill-produtturi kwerelanti tal-Unjoni fl-investigazzjonijiet dwar l-anti-dumping u kontra s-sussidju fl-Istati Uniti tal-Amerika li fihom il-produttur tal-Unjoni rrikonoxxa li l-web rolls ma jistgħux jiġu distinti abbazi tat-test tar-reżistenza għall-picking jew bi kwalunkwe kejl ieħor.

(32)

Il-kwerelant ikkontesta dawn l-istqarrijiet tal-produttur esportatur u allega li għall-kuntrarju ta’ dak li qed ikun allegat, mill-proċedimenti fl-Istati Uniti tal-Amerika joħroġ li hemm linja ta’ diviżjoni ċara li tiddistingwi l-web rolls mill-CFP.

(33)

L-ewwel nett, ta’ min jinnota li l-istqarrijiet imsemmija mill-produttur esportatur ġew ippreżentati fl-investigazzjonijiet f'ġurisdizzjonijiet oħra u minn partijiet differenti minn dawk fil-proċediment preżenti u għalhekk mhumiex relevanti. It-tieni, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti fl-investigazzjonijiet imsemmija kkonkludew li hemm distinzjoni ċara bejn, fuq naħa, is-CFP użata fl-istampar sheet-fed u, fuq in-naħa l-oħra, ir-rombli tal-idejn xierqa għall-użu fl-istampar web-fed. Rombli għall-qtugħ (cutter rolls) tqiesu bħala prodotti nofshom lesti fil-waqt li rombli għall-istampar web-fed ma tqisux bħala l-prodott ikkonċernat. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti ma tawx definizzjoni espliċita tal-web rolls fid-definizzjoni tagħhom tal-ambitu tal-prodott. Għal din ir-raġuni, il-kriterju tar-reżistenza għall-picking ma kienx relevanti fid-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott fl-investigazzjonijiet imsemmija.

(34)

Abbażi ta’ dawn il-kummenti, il-karatteristika teknika “reżistenza għall-picking” ġiet ikkonfermata bħala karatteristika affidabbli biex tiddeskrivi s-CFP xieraq għall-użu fl-istampar web-fed.

(35)

Il-kummenti mressqa żvelaw ukoll, madankollu, li hemm web rolls li jistgħu jintużaw fl-istampar web-fed anki jekk ma jissodisfawx kompletament il-kriterji kollha għar-reżistenza għall-picking. Għal din ir-raġuni, tqies li jeħtieġ tiġi rfinuta iktar id-definizzjoni ta’ rombli tajbin għall-użu fl-istampar web-fed.

(36)

Sabiex ikun hemm kriterju ieħor li jiddistingwi il-web rolls li ma jissodifawx il-kriterji kollha għar-reżistenza tal-qbid, il-kwerelant issuġġerixxa li romblu li jissodisfax bis-sħiħ t-test tar-reżistenza għall-picking iżda l-dijametru intern tiegħu jkun anqas minn 80 mm għandu jitqies bħala web roll.

(37)

Il-Gvern tar-RPĊ u l-produttur esportatur saħqu li ż-żieda tad-dijametru intern bħala element ġdid fid-definizzjoni tal-prodott kienet tammonta għal reviżjoni tad-definizzjoni tal-web rolls u għalhekk tal-prodott ikkonċernat. Saħqu wkoll li d-daqs tad-dijametru intern mhuwiex kriterju tajjeb billi hemm web rolls b'dijametru intern ikbar minn 80 mm u cutter rolls b'dijametru intern ta’ inqas minn 80 mm.

(38)

Il-Kummissjoni ppruvat tirfina iktar id-definizzjoni ta’ rombli tajbin għall-użu fl-istampar web-fed u tagħti iktar kjarifiki sabiex ikunu distinti b'mod iktar ċar il-prodott ikkonċernat u l-prodotti l-oħra, ukoll bil-ħsieb li tnaqqas kemm jista' jkun l-evitar tal-miżuri. L-evidenza mressqa dwar kemm hu adatt id-dijametru intern bħala kriterju alternattiv fid-definizzjoni, madankollu, uriet li dan il-kriterju jwassal għall-possibbiltà tal-esklużjoni tal-prodott ikkonċernat, jiġifieri cutter rolls b'dijametru intern inqas minn 80 mm, mill-miżuri. Għalhekk, dan il-kriterju għad-definizzjoni tar-rombli adatti għall-użu fl-istampar web-fed ġie abbandunat.

(39)

Dan ta’ hawn fuq huwa bla preġudizzju għall-affidabilità tal-metodu li bih ir-rombli xierqa għall-użu fl-istampar web-fed kienu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni kif kien allegat mill-grupp Ċiniż tal-produtturi esportaturi.

(40)

Ma waslux kummenti oħra dwar l-esklużjoni tal-karta b'iktar minn saff wieħed mill-ambitu tal-prodott fl-investigazzjoni.

(41)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-premessi (14) sa (26) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

3.2.   Il-prodott simili

(42)

Billi ma waslux kummenti dwar il-konklużjonijiet stipulati fil-premessa 27 tar-Regolament provviżorju, is-sejbiet provviżorji fir-rigward tal-prodott simili huma b'dan ikkonfermati.

4.   IT-TEĦID TA' KAMPJUNI

(43)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar it-teħid tal-kampjuni, il-premessi (28) sa (30) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

(44)

L-erba' produtturi msemmija fil-premessa (29) tar-Regolament provviżorju li tqiesu li kienu jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni kif definita fil-premessa (77) tar-Regolament provviżorju huma msemmija wkoll bħala “produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni”.

5.   DUMPING

(45)

Grupp Ċiniż wieħed biss li kkoopera (APP, il-produttur esportatur) bagħat kummenti dwar id-dumping bħala segwitu għall-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji.

5.1.   Trattament ta’ ekonomija tas-suq (MET)

(46)

Fir-rigward tal-kriterju 1, l-APP allega li l-argumenti tal-Kummissjoni kienu bbażati biss fuq l-impossibbiltà allegata li jiġi vverifikat il-pagament. Konsegwentement, ġie argumentat li l-metodi użati mill-parti kienu konformi mal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (“IAS”).

(47)

Dan l-argument ma ġiex aċċettat. F'dan ir-rigward, ġie nnutat li l-investigazzjoni żvelat li ma kienx possibbli li tiġi stabbilita l-eżistenza tal-pagamenti fir-rigward tat-trasferimenti tal-ishma tal-kumpaniji u kemm swew l-inputs ewlenin ta’ materja prima. Fir-rigward tal-metodi ta’ kontabilità użati, ta’ min jinnota li l-metodi użati ma kinux konformi mal-IAS (kumpens u kxif tal-partijiet relatati).

(48)

Fir-rigward tal-kriterji 1 u 2, l-APP qalet li l-Kummissjoni ma tatx kas l-opinjoni ta’ kumpanija ta’ konsulenti tal-kontabilità magħrufa, abbażi tal-fatt li kienet irrelevanti. Dan jammonta għal rifjut inammissibbli ta’ dikjarazzjoni ta’ xhud indipendenti, u b'hekk jikser id-dritt tal-APP għal proċess ġust. APP argumenta li l-konsulenti tal-kontabilità tiegħu sabu li l-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-proċeduri u l-prinċipji tal-kontaiblità kienet difettuża filwaqt li xi wħud mill-punti li identifikat il-Kummissjoni ma kinux relevanti, skont dawn il-konsulenti.

(49)

L-allegazzjonijiet tal-APP ma kinux appoġġati mill-evidenza u kellhom jiġu rifjutati. F'dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-konsulenti msemmija fil-premessa ta’ qabel ma jidhrux li jikkontestaw il-fatti stabbiliti f'din l-investigazzjoni iżda minflok ippruvaw jippreżentaw analiżi ta’ xi wħud mill-prinċipji bażiċi tal-kontabilità, partikolarment il-prinċipju tal-prudenza, il-prinċipju tad-dovuti, il-prinċipju tar-rappreżentazzjoni fidila u l-prinċipju tal-materjalità. Ta' min jinnota li dawk il-konsulenti tal-kontabilità ma kinux preżenti waqt il-verifika fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni fir-RPĊ meta l-Kummissjoni kisbet għarfien dirett dwar il-prassi attwali tal-APP relevanti għall-evalwazzjoni tal-MET. Il-Kummissjoni spjegat fid-dettall bil-miktub lill-parti n-nuqqasijiet li nstabu u r-rabtiet tagħhom mal-prinċipji tal-kontabilità tal-IAS. L-interpretazzjoni ta’ dawn il-prinċipji mogħtija mill-kumpanija tal-kontabilità ma kinitx sostanzjata biżżejjed jew appoġġata bl-evidenza u lanqas ma setgħet tiġi rikonċiljata mal-fatti attwali stabbiliti. Tabilħaqq, l-evidenza fil-fajl ikkonfermat li l-prinċipji tal-kontabilità msemmija qabel ma ġewx rispettati.

(50)

APP qalet li d-drittijiet fundamentali tagħha nkisru. Hija argumentat li l-Kummissjoni imponiet piż eċċessiv tal-prova fuq il-parti hija u tinvestiga l-MET.

(51)

Dan l-argument ma ġiex aċċettat. F'dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni informat lill-APP bis-sħiħ dwar it-tip ta’ informazzjoni mitluba fir-rigward tal-MET u f'kull stadju tal-proċediment ippruvat tivverifika kull informazzjoni mogħtija mill-parti. Il-fatt li l-informazzjoni mogħtija mill-parti ma tikkonfermax li l-metodi ta’ kontabilità tagħha ma jikkonformawx mal-IAS, ma jimplikax l-eżistenza ta’ piż eċċessiv ta’ prova. MET hija eċċezzjoni għar-reġim normali ta’ kumpaniji li jinsabu f'pajjiżi b'ekonomiji mhux tas-suq u l-partijiet f'dawn il-każijiet normalment jintalbu sempliċement li juru li kkonformaw mar-regoli stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u jekk ma jkunx sodisfatt kriterju wieħed, dan ikun biżżejjed biex jiġġustifika li ma jingħatax l-MET. F'dan il-proċediment partikolari, l-investigazzjoni stabbiliet li APP ma setgħetx turi li kienet tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kriterju 2.

(52)

L-APP argumentat ukoll li kien hemm nuqqas ta’ oġġettività fl-evalwazzjoni tal-MET. Hija qalet li d-deċiżjoni dwar l-MET possibbilment ġiet influwenzata mill-għarfien tal-Kummissjoni dwar l-impatt tar-rifjut tal-MET fuq il-marġni tad-dumping tal-grupp.

(53)

Barra minn hekk, dawn l-argumenti mhumiex sostanzjati u ma setgħux jiġu aċċettati. Ma kienx hemm indikazzjoni li d-deċiżjoni dwar l-MET ġiet influwenzata mill-għarfien tal-Kummissjoni dwar l-impatt tar-rifjut tal-MET fuq il-marġni tad-dumping tal-grupp. L-analiżi tal-MET hija analiżi teknika dwar it-twettiq tal-ħames kriterji ċari stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u l-analiżi tal-MET ippreżentata mill-Kummissjoni twettqet abbażi tal-kriterji tal-MET mingħajr ma tqies l-impatt tar-riżultat ta’ dik l-analiżi fuq il-marġni tad-dumping potenzjali tal-produttur esportatur. F'dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li l-iskedar tat-taqsimiet varji tal-verifiki fuq il-post u d-differenza fil-kalendarji segwiti (formoli tal-klejms tal-MET, kwestjonarji kontra d-dumping, dejta tal-pajjiż analogu, bejgħ tal-esportazzjoni minn partijiet relatati tal-Unjoni) flimkien mal-perijodi li fihom il-partijiet issottomettew it-tweġibiet u l-emendi sussegwenti lis-sottomissjonijiet tagħhom juru li l-Kummissjoni ma setgħet tistabbilixxi ebda effett ta’ deċiżjoni MET fuq il-marġni tad-dumping potenzjali tal-parti fil-waqt tal-iżvelar tal-MET. Fl-aħħar nett, APP baqgħet sal-aħħar tibgħat informazzjoni ġdida u tissostitwixxi l-informazzjoni li diġà kien hemm fil-fajl, u għalhekk ma jistax jintqal li l-Kummissjoni setgħet tikkalkula l-marġnijiet tad-dumping abbażi tal-informazzjoni li ma kellhiex.

(54)

L-APP argumentat ukoll li l-Kummissjoni ma kellhiex bżonn tivverifika bis-sħiħ it-tweġibiet tal-parti sabiex ikollha stampa dettaljata tad-dejta inkluża fit-tweġiba tal-parti għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping u li jeżistu suspetti li l-Kummissjoni kellha d-dejta kollha meħtieġa biex tikkalkula l-marġni tad-dumping.

(55)

Dan l-argument ma ġiex aċċettat. F'dan ir-rigward, ta’ min jinnota li f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni kollha mressqa mill-partijiet interessati sabiex tasal għal sejba rappreżentattiva. Is-sejbiet tal-investigazzjoni kienu bbażati fuq fatti vverifikati waqt perijodu ta’ żmien mifrux fuq erba' xhur u mhux biss fuq sempliċement suspetti jew xi tip ta’ stqarrija jew allegazzjoni mhux ivverifikata.

(56)

L-APP qalet li l-kriterji tal-MET għandhom jinqraw fid-dawl tal-għan tagħhom li jiżguraw li l-prezzijiet ikunu r-riżultat tal-forzi normali tas-suq. F'dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-iskop tal-kriterji tal-MET huwa stipulat biċ-ċar fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku u l-Kummissjoni applikat dawn ir-regoli stipulati b'mod ċar fir-rigward tal-APP hija u tanalizza l-klejm għall-MET.

(57)

L-APP saħqet ukoll li l-evalwazzjoni tal-MET kellha xi nuqqasijiet, billi l-verifika tat-tweġiba għall-kwestjonarju tal-anti-dumping kienet stabbilixxiet il-kost “affidabbli” tal-produzzjoni, filwaqt li l-evalwazzjoni tal-MET turi nuqqas ta’ kapaċità biex jiġu stabbiliti l-pagamenti għall-inputs.

(58)

Din l-interpretazzjoni tas-sejbiet kellha tiġi rrifjutata bħala żbaljata. Ta' min ifakkar li skont ir-Regolament bażiku, l-għoti tal-MET u, għalhekk, l-affidabilità u l-użu tal-prezz tal-produttur esportatur stess u d-dejta dwar il-kost biex jiġi stabbilit il-valur normali, jiddependi fuq li l-kumpanija turi biċ-ċar li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 2(7)(c). Li kieku l-argument imsemmi qabel mill-APP kellu jiġi aċċettat, dan iffisser li s-sejbiet tal-evalwazzjoni tal-MET u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(c) ma jintużawx u jintuża minflok tip ieħor ta’ informazzjoni miġbur għal skopijiet oħra. Dan mhuwiex f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku.

(59)

Ta' min ifakkar li, għall-APP, tnejn mill-erba' produtturi esportaturi relatati nstabu li jipproduċu biss il-kartonċin b'iktar minn saff wieħed. Filwaqt li tqies il-fatt li l-kartonċin b'iktar minn saff wieħed huwa eskluż mill-ambitu tal-prodott kif ikkonfermat fil-premessi (40) u (41) hawn fuq, ġie konkluż li s-sejbiet tal-MET fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi relatati li jipproduċu biss kartonċin b'iktar minn saff wieħed fil-grupp APP mhumiex relevanti għal dan il-proċediment.

(60)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar l-MET, il-premessi minn (31) sa (51) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

5.2.   Trattament individwali (TI)

(61)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar TI, il-premessi (52) sa (55) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

5.3.   Valur normali

5.3.1.   Pajjiż analogu

(62)

Ebda parti ma kkontestat l-għażla tal-Istati Uniti bħala pajjiż analogu għad-determinazzjoni definittiva.

(63)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar l-għażla tal-pajjiż analogu, il-premessi minn (56) sa (63) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

5.3.2.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

(64)

Ta' min iffakkar li l-valur normali ġie kkalkulat fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-uniku produttur li koopera fil-pajjiż analogu (jiġifieri l-Istati Uniti). Għalhekk, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku ta’ produttur wieħed tal-Istati Uniti tal-prodott simili fl-Istati Uniti. Matul il-PI, dan il-produttur ipproduċa u biegħ fis-suq tal-Istati Uniti l-biċċa l-kbira tat-tipi tal-prodott simili.

(65)

L-APP argumentat li l-Kummissjoni ma tatx l-informazzjoni neċessarja f'rabta mal-valur normali fil-pajjiż analogu, bħall-komparabilità tal-prodotti, ir-rappreżentattività, l-istruttura tal-ispejjeż, il-mekkaniżmi u l-aġġustamenti tat-tqabbil ġust.

(66)

Għalhekk, dawn l-argumenti ma ġewx aċċettati. F'dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, kif spjegat fil-premessa (9) hawn fuq, il-Kummissjoni pprovdiet lill-parti bl-informazzjoni relevanti kollha dwar id-dejta użata għall-kalkolu tal-valur normali li setgħet tiġi rilaxxata mingħajr ma jinkisru d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, jiġifieri li fl-istess ħin jiġi żgurat li kull dejta kunfidenzjali mogħtija mill-produttur tal-Istati Uniti tiġi ttrattata bħala tali u ma tinkixifx lil partijiet oħra. L-informazzjoni mogħtija lill-produttur esportatur kienet sinifikanti u offrietlu l-possibbiltà li jifhem il-metodoloġija użata f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku.

(67)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi (64) sa (67) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

5.4.   Prezz tal-esportazzjoni

(68)

L-APP argumentat li l-bejgħ tal-esportazzjoni ta’ waħda mill-kumpaniji tagħha li kkooperat fl-investigazzjoni ma kellux jiġi skartat fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping anki jekk ma kienx hemm prodotti li jaqblu. Ġie argumentat ukoll li l-kwantitajiet tal-esportazzjoni ta’ din il-kumpanija ma kinux żgħar iżda sostanzjali.

(69)

Dwar dawn l-argumenti, ta’ min jinnota li l-valuri tal-bejgħ tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati tqiesu għall-prezzijiet tal-esportazzjoni iżda ma setax jiġi stabbilit valur normali għal dawn it-tranżazzjonijiet billi ma kienx hemm tipi ta’ prodott komparabbli fil-pajjiż analogu u għalhekk ma setax isir it-tqabbil. Fir-rigward tal-kwantitajiet tal-esportazzjoni ta’ din il-kumpanija partikolari, ta’ min jinnota li dawn kienu jirrappreżentaw biss parti żgħira mill-bejgħ totali tal-esportazzjoni tal-APP u l-livelli tal-prezz tagħhom dehru li kienu f'konformità mal-livelli tal-prezz tal-bejgħ tal-esportazzjoni ġenerali tal-APP. Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota li l-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ntużat għad-determinazzjoni ta’ jekk l-esportazzjonijiet kinux oġġett ta’ dumping jew le, jiġifieri, dawk li kellhom qbil assolut mal-valur normali stabbilit fil-pajjiż analogu. Għalhekk, l-argumenti tal-APP fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni ma setgħux jiġu aċċettati billi ma jistgħux jiddubitaw is-sejba ta’ dumping dannuż minħabba li l-bażi għall-kalkolu huwa evidentement rappreżentattiv. Il-fatt li fil-pajjiż analogu mhux bilfors ikun hemm valur normali li jaqbel għal kull tranżazzjoni ta’ esportazzjoni huwa inerenti għal din is-sejba.

(70)

L-APP argumentat ukoll li l-bejgħ tal-esportazzjoni msemmi qabel kellu jintuża fil-kalkoli tal-marġni tad-dumping billi l-awtorità tal-investigazzjoni għandha l-possibbiltà li tidentifika tipi ta’ prodotti simili użati għall-kalkolu tal-valur normali, taġġusta l-prezz tal-esportazzjoni għall-valur normali jew tibni valur normali biex jaqbel mal-bejgħ tal-esportazzjoni msemmi qabel.

(71)

Dawn l-argumenti kellhom jiġu rrifjutati billi ma kienx hemm tipi ta’ prodotti fil-pajjiż analogu li kienu qrib biżżejjed ta’ dawk esportati biex ikopru d-differenzi b'aġġustament għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi. Bl-istess mod, ma kienx possibbli li jinbena valur normali għal dawn it-tipi ta’ prodotti. La t-tipi ta’ prodotti simili fi tranżazzjonijiet oħra tal-valur normali ma kienu identifikabbli u lanqas ma kienet disponibbli bażi biex isiru aġġustamenti lill-valur normali jew jinbena b'xi mod ieħor bl-użu tal-preżunzjonijiet tal-bejgħ, l-ispejjeż amministrattivi ġenerali u l-profitt.

(72)

L-APP talbet kjarifiki fir-rigward tal-marġni raġonevoli tal-profitt użat għall-bini tal-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(73)

F'dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni reġgħet ikkunsidrat dan il-punt wara żviluppi ġodda. Ta' min ifakkar li, kif spjegat fil-premessa (71) tar-Regolament provviżorju, intużat rata raġonevoli tal-profitt, ħafna inqas mill-profitt fil-mira għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni rrevediet id-dejta disponibbli u naqqset ir-rata tal-marġni tal-profitt użata għall-bini ta’ prezz tal-esportazzjoni għal rata daqs ir-rata medja ddifferenzjata rrappurtata minn serje ta’ importaturi tal-Unjoni mhux relatatai tal-prodott ikkonċernat, jiġifieri 4,5 %.

(74)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi (68) sa (71) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati hawn fuq, huma b'dan ikkonfermati.

5.5.   Tqabbil

(75)

L-APP saħqet li ma tistax tifhem il-bażi għall-kalkolu ta’ ċerti allokazzjonijiet fir-rigward tal-valur normali (jiġifieri t-tip ta’ aġġustamenti u l-impatt tagħhom fuq il-valur normali) u l-prezz tal-esportazzjoni (jiġifieri l-metodoloġija użata u l-kalkoli li saru sabiex waslu għal diversi proporzjonijiet).

(76)

Fir-rigward tal-aġġustamenti tal-valur normali, kif spjegat fil-premessi (9) u (66) hawn fuq, il-Kummissjoni tat lill-APP id-dejta relevanti kollha li setgħet tiġi pprovduta, filwaqt li tqiesu d-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità fir-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ċċekkjat mal-parti li kkooperat fil-pajjiż analogu dwar jekk setgħetx tingħata iktar informazzjoni dwar l-aġġustamenti sabiex titjieb it-trasparenza. Wara li nkiseb il-qbil tal-produttur tal-pajjiż analogu, ingħatat tabilħaqq iktar informazzjoni dettaljata lill-APP wara l-kxif provviżorju, li xeħtet iktar dawl fuq l-aġġustamenti tal-valur normali.

(77)

Fir-rigward tal-aġġustamenti tal-prezz tal-esportazzjoni, ta’ min jinnota li l-APP ngħatat l-informazzjoni kollha. Imbagħad, wara t-talba tal-APP, ingħataw kjarifiki lill-APP wara iktar kxif provviżorju li elaboraw iktar fuq l-aġġustamenti tal-prezz tal-esportazzjoni.

(78)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi (72) u (73) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

5.6.   Marġni tad-dumping

(79)

Ma ngħatawx kummenti pertinenti fir-rigward tal-marġni tad-dumping. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessa (74) tar-Regolament provviżorju hija b'dan ikkonfermata.

(80)

Filwaqt li tqieset ir-rata riveduta tal-marġni tal-profitti użata għall-bini tal-prezz tal-esportazzjoni għall-APP u fuq il-bażi tal-metodoloġija stipulata fil-premessi (31) sa (73) tar-Regolament provviżorju, il-marġnijiet tad-dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, mingħajr ma jitħallas id-dazju, huma kif ġej:

Produttur esportatur

Marġni tad-dumping

Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, il-Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

43,5  %

Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, il-Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

43,5  %

Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

63  %

Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

63  %

(81)

Fuq il-bażi tal-fatti fil-premessa (76) tar-Regolament provviżorju, il-marġni tad-dumping definittiv għall-pajjiż kollu għar-RPĊ ġie stabbilit bl-użu tal-marġni tad-dumping definittiv stabbilit għall-kumpaniji li kkooperaw bl-ogħla rata individwali tad-dazju, jiġifieri 63 %. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessa (76) tar-Regolament provviżorju hija b'dan ikkonfermata.

6.   IL-PRODUTTURI TAL-UNJONI

(82)

Il-gvern tar-RPĊ ikkummenta li wieħed mill-produtturi rappreżentattivi huwa allegatament marbut ma’ kumpanija Ċiniża u għalhekk għandu jitħalla barra mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li l-prodotti tal-kumpanija Ċiniża msemmija mhumiex il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, din ir-relazzjoni ma għandhiex impatt fuq l-analiżi tal-ħsara u lanqas ma għandha fuq l-inklużjoni ta’ dan il-produttur tal-Unjoni fid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(83)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-produzzjoni tal-Unjoni, il-premessi (77) sa (79) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

7.   ĦSARA

7.1.   Il-konsum tal-Unjoni

(84)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-konsum tal-Unjoni, il-premessi (80) sa (82) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

7.2.   Importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ

(85)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-livell ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ, il-premessi (83) sa (84) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

7.2.1.   Twaqqigħ tal-prezz

(86)

Biex ikun żgurat li l-kalkoli tad-dumping u tat-twaqqigħ tal-prezz u l-underselling isegwu approċċ koerenti u għar-raġunijiet stipulati fil-premessi (68) sa (71), il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz ġie rivedut biex jeskludi l-bejgħ tal-esportazzjoni ta’ kumpanija fil-grupp ta’ produttur esportatur wieħed li koopera.

(87)

Abbażi tal-ġabra ta’ dejta modifikata għall-kalkolu, u wkoll minħabba korrezzjoni żgħira fil-kalkolu, ir-rata tat-twaqqigħ tal-prezz fil-premessa (87) ġiet riveduta ftit. L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kienu orħos mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni b'medja ta’ 7,6 % fil-PI.

7.3.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni u tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni

7.3.1.   Rimarki preliminari

(88)

Wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi (APP) saħaq li l-analiżi tal-ħsara għandha ssir fil-livell ta’ industrija tal-Unjoni definita kif xieraq u li għandha tkun limitata għall-produtturi tal-Unjoni li jappoġġaw l-ilment u li kooperaw mal-investigazzjoni. Dak il-produttur jissuġġerixxi li l-konklużjonijiet li jikkonċernaw il-ħsara materjali jkunu differenti, li kieku xi indikaturi bħalma huwa s-sehem fis-suq jkunu stabbiliti fuq il-livell tal-industrija tal-Unjoni “definita kif xieraq”. Il-gvern tar-RPĊ ikkummenta li l-analiżi tal-ħsara ma analizzatx l-indikaturi kollha tal-ħsara għall-kwerelanti u għall-industrija tal-Unjoni sħiħa b'mod koerenti u komprensiv.

(89)

L-ewwel nett, ta’ min jinnota li d-dikjarazzjonijiet ta’ dak il-produttur jidhru li tfasslu abbażi tal-indikaturi kkalkulati minn settijiet ta’ dejta u informazzjoni differenti minn dawk stabbiliti matul l-investigazzjoni u ppreżentati hawn taħt u fir-Regolament provviżorju. Konsegwentement, dawn il-konklużjonijiet huma fattwalment ħżiena u għalhekk mhumiex relevanti.

(90)

It-tieni, hija prattika tal-Kummissjoni li tevalwa l-fatturi makroekonomiċi għall-indikazzjoni tal-ħsara mġarrba fuq il-livell tal-industrija tal-Unjoni sħiħa kif spjegat fil-premessa (89) tar-Regolament provviżorju. Fl-investigazzjoni preżenti, l-industrija tal-Unjoni kienet definita fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni li jikkostitwixxu l-produzzjoni totali tal-Unjoni (il-premessa 77 tar-Regolament provviżorju), irrispettivament minn jekk il-produtturi jsostnux l-ilment jew ikkooperawx fl-investigazzjoni jew le. Fid-dawl ta’ din id-definizzjoni wiesgħa, l-argumenti tal-produttur esportatur li l-industrija tal-Unjoni ma ġietx definita “kif xieraq” ma ġewx aċċettati.

(91)

Il-fatturi mikroekonomiċi jiġu analizzati fil-livell tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni irrispettivament minn jekk jappoġġawx l-ilment jew le. Il-produtturi rappreżentattivi koprew 58 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. L-ebda produttur tal-Unjoni ieħor ma qal li l-konklużjonijiet tal-Kummisjsoni dwar il-fatturi mikroekonomiċi ma jkunux affidabbli jew sostanzjati. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni biex is-sejbiet stabbiliti abbażi fuq l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni biss jiġu ddubitati.

(92)

Waslu aktar kummenti dwar il-livell tal-kooperazzjoni minn wieħed mill-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni.

(93)

Ġie argumentat li wieħed mill-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni kkoopera biss parzjalment billi allegatament kien marbut ma’ produttur ieħor li ma kkooperax fl-investigazzjoni. Kien allegat li l-kumpaniji kienu relatati b'konsegwenza ta’ ftehimiet tranżizzjonali konklużi fiż-żmien tal-akkwist mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera tal-parti min-negozju marbuta mas-CFP tal-produttur l-ieħor. Kien allegat li permezz ta’ dawn il-ftehimiet tranżizzjonali l-produttur tal-Unjoni li kkoopera jikkontrolla xi wħud mill-mtieħen li baqgħu proprjetà tal-produttur parzjalment akkwistat. Biex isostni l-allegazzjoni tiegħu, il-produttur esportatur irrefera għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (5) li fiż-żmien tal-akkwist eżaminat jekk it-tranżazzjoni kellhiex tkun ikkunsidrata bħala akkwist skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi.

(94)

Din l-allegazzjoni kienet diġà indirizzata fil-premessa (91) tar-Regolament provviżorju. Ta' min ifakkar li l-ftehimiet tranżizzjonali msemmija ma wrewx relazzjoni bejn il-kumpaniji li tmur lil hinn minn relazzjoni normali ta’ negozju bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ. B'mod partikolari, it-termini tal-ftehimiet tranżizzjonali għandhom l-għan li jamministraw il-bejgħ tal-karta miksija għal perijodu tranżizzjonali u, skont dawn it-termini, il-produttur tal-Unjoni għandu biss funzjonijiet paragunabbli għal aġent tal-bejgħ matul il-perijodu tranżizzjonali. Barra minn hekk, fil-kontijiet konsolidati vverifikati u fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, dan irrapporta d-dħul tal-kummisjsoni meta għamilha ta’ aġent għall-imtieħen ikkonċernati; l-ebda sjieda u għalhekk l-ebda spejjeż ma kienu rikonoxxuti għal dawn l-imtieħen mill-produttur tal-Unjoni.

(95)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq, it-tranżazzjoni bejn il-kumpaniji ġiet ikkunsidrata bħala akkwist mill-produttur tal-Unjoni ta’ parti min-negożju l-ieħor tal-kumpaniji, mhux bħala akkwist totali tal-kumpanija bħala tali. Id-Deċiżjoni ma tissuġġerixxix li l-kumpaniji għandhom ikunu kkunsidrati bħala entità waħda wara l-akkwist. B'mod partikolari, ma hemm l-ebda impriża konġunta bejn il-kumpaniji. Ta' min jinnota wkoll li l-ambitu ġeografiku eżaminat fid-deċiżjoni ta’ hawn fuq kien iż-ŻEE kollha u mhux l-UE kollha. Ta' min jinnota wkoll li fid-Deċiżjoni l-Kummissjoni ma analizzatx ir-relazzjoni bejn il-kumpaniji kkonċernati skont it-tifsira tal-Artikolu 143 tal-IPCCC (6).

(96)

F'dan ir-rigward, ma hemmx konsegwentement raġunijiet biex il-konklużjonijiet provviżorji jerġgħu jiġu kkunsidrati, jiġifieri li ż-żewġ kumpaniji mhumiex relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 143 tal-IPCCC u li l-produttur tal-Unjoni kkonċernat ikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni.

(97)

Il-produttur esportatur allega wkoll li kull kumpanija affiljata tal-produtturi tal-Unjoni kellha timla kwestjonarju separat peress li kienu entitajiet legali separati. Il-produttur esportatur saħaq li kien hemm id-diskriminazzjoni meta ntalab jagħmel talba separata għall-MET għal kull entità fil-grupp.

(98)

Ta' min jinnota li fil-każ tat-talbiet għall-MET, grupp ta’ kumpaniji għandu jipprovdi hu l-evidenza li l-kumpaniji kollha fil-grupp jissodisfaw il-kriterji tal-MET, billi d-determinazzjoni ta’ jekk għandhiex tingħata l-MET jew le hija speċifika għall-grupp. Fil-każ tal-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, l-iskop huwa li jiġi determinat jekk kienx hemm ħsara materjali lill-industrija (sħiħa) tal-Unjoni waqt il-PI. L-allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni ma tagħtix kas id-differenza ċara bejn l-għanijiet tal-investigazzjoni tal-ħsara u d-determinazzjoni tal-MET.

(99)

Fi kwalunwkwe każ, fil-każ tal-produttur tal-Unjoni kkonċernat kien ikkunsidrat li kwestjonarju wieħed kien biżżejjed għal tweġiba sinifikanti u analiżi tal-aspetti tal-ħsara. B'mod partikolari, it-tweġiba pprovdiet analiżi dettaljata tal-informazzjoni fil-livell tal-imtieħen individwali tal-karta u d-dejta neċessarja kollha relatata ma' kull produttur/bejjiegħ relatat tal-prodott simili setgħet tiġi vverifikata fiż-żjarat ta’ verifika.

(100)

F'sottomissjoni sussegwenti, il-produttur esportatur saħaq ukoll li l-istess kumpanija ma kkooperatx bis-sħiħ billi kienet bagħtet il-kwestjonarju f'isem entità li ma teżistix u li l-kontijiet ivverifikati tal-kumpanija ma kinux jirriflettu d-dejta mogħtija fil-kwestjonarju. Il-konklużjonijiet fil-premessa preċedenti huma relevanti wkoll għal dan il-punt.

(101)

Għalhekk, il-konklużjonijiet fil-premessa (88) sa (91) ma jiġux affettwati.

7.3.2.   Dejta marbuta mal-industrija tal-Unjoni (indikaturi makroekonomiċi)

(102)

Il-gvern tar-RPĊ argumenta li d-dejta makroekonomika użata għall-analiżi mhijiex sħiħa u preċiża u għalhekk ma tistax tintuża bħala evidenza pożittiva tal-ħsara materjali.

(103)

Il-verifika fuq il-post għand il-kwerelant kkonfermat li d-dejta użata biex jiġu stabbiliti l-indikaturi makroekonomiċi tinġabar direttament mill-produtturi tal-Unjoni li jkopru madwar 98 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u huma dettaljati biżżejjed biex jidentifikaw l-informazzjoni dwar il-prodott ikkonċernat. Il-preżunzjonijiet u / jew l-istimi saru fuq bażi raġonevoli u ġustifikabbli, eż. il-cutter rolls ma tqisux minħabba li l-volumi inkontestabbilment insinifikanti tagħhom kif jidher mill-proporzjon tal-volum tal-bejgħ totali tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni. Għalhekk dan l-argument ma ġiex aċċettat.

(104)

Il-produttur esportatur allega li s-sehem tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni għandu jinkludi wkoll importazzjonijiet mill-Isvizzera peress li dawn jiġu minn mitħna li hija proprjetà ta’ wieħed mill-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni.

(105)

L-ambitu ġeografiku tal-investigazzjonijiet kontra d-dumping huwa l-Unjoni Ewropea. Għalhekk dan l-argument ma ġiex aċċettat.

(106)

Kien allegat ukoll li s-sehem tas-suq tal-kwerelant żdied b'mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat.

(107)

Is-sehem mis-suq huwa indikatur makro analizzat fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni u fil-livell tal-kwerelant. It-tieni, l-istqarrija li tikkonċerna s-sehem mis-suq tal-kwerelanti hija fattwalment żbaljata.

(108)

Fin-nuqqas ta’ iktar kummenti f'dan ir-rigward, is-sejbiet provviżorji stipulati fil-premessi (92) sa (98) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

7.3.3.   Dejta marbuta mal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni (indikaturi mikroekonomiċi)

(109)

Il-produttur esportatur ikkumenta li l-analiżi tal-ħsara hija difettuża minħabba l-fatt li l-informazzjoni dwar l-imtieħen tal-karti ġiet akkwistata mill-produttur tal-Unjoni msemmi fil-premessa (93) ma kinitx inkluża fl-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi għas-snin 2006-2008.

(110)

Wara l-argumenti ppreżentati minn din il-parti, l-indikaturi mikroekonomiċi ġew aġġustati biex jippreżentaw xejra komparabbli b'mod sħiħ mas-snin billi ġiet eskluża l-informazzjoni dwar l-imtieħen akkwistati għas-snin kollha eżaminati.

(111)

Wara l-ambitu modifikat tad-dejta użata għall-analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa preċedenti, l-indikaturi mikroekonomiċi huma stabbiliti definittivament kif ġej:

7.3.3.1.   Prezzijiet medji tal-unità tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni

(112)

Minkejja ċ-ċifri modifikati kemxejn, ġew ikkonfermati x-xejriet bażiċi u s-sejbiet fil-premessa (99) fir-Regolament provviżorju li kkonkludew li l-prezzijiet tal-karta fina miksija baqgħu stabbli mas-snin.

Tabella 5

Prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni

Prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni

2006

2007

2008

2009/PI

Prezz medju (EUR/tunnellata)

692

717

691

699

Indiċi

100

104

100

101

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

7.3.3.2.   Ħażniet

(113)

Il-ħażniet irrappreżentaw madwar 10 % tal-volum tal-produzzjoni fil-PI. Il-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni kabbru l-livell tal-ħażniet tagħhom b'10 % matul il-perijodu kkunsidrat, b'mod partikolari bejn l-2006 u l-2007 u aktar tard bejn l-2008 u l-PI. Notevolment, dan ikkoinċida maż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx oġġett ta’ dumping mir-RPĊ.

Tabella 6

Ħażniet

Ħażniet

2006

2007

2008

2009/PI

Ħażniet (tunnellati)

278 265

298 547

296 387

306 588

Indiċi

100

107

107

110

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

7.3.3.3.   Impjiegi, pagi u produttività

Tabella 7

Impjiegi

Impjiegi

2006

2007

2008

2009/PI

Impjiegi – ekwivalenti għall-full time (FTE)

7 756

7 487

7 207

6 197

Indiċi

100

97

93

80

Spiża tax-xogħol (EUR/FTE)

54 053

54 948

57 026

58 485

Indiċi

100

102

105

108

Produttività (unità/FTE)

453

478

486

484

Indiċi

100

106

107

107

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

(114)

Minħabba l-għeluq u l-konsolidazzjoni tal-imtieħen tal-karti tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni, in-numru ta’ impjegati tnaqqas sostanzjalment b'20 % (kważi 1 600 impjieg) matul il-perijodu kkunsidrat. Inkiseb titjib fl-effiċjenza billi ġiet miżjuda u miżmuma produzzjoni għolja għal kull impjegat anki fi żmien meta numru sinifikanti ta’ nies ingħataw is-sensji. L-ispejjeż tax-xogħol żdiedu b'mod stabbli, għal żieda totali ta’ 8 % fil-perijodu kkunsidrat.

(115)

Il-konklużjonijiet ippreżentati fil-premessa (102) tar-Regolament provviżorju huma appoġġati aktar miċ-ċifri kemxejn modifikati.

7.3.3.4.   Profitabbiltà, likwidità, investimenti, redittu fuq l-investiment

Tabella 8

Profitabbiltà

 

2006

2007

2008

2009/PI

Profitabbiltà

–1,08  %

–0,20  %

–2,49  %

2,88  %

Bidla (100=2006)

 

+0,88  %

–1,41  %

+3,95  %

Likwidità (eluf ta’ EUR)

260 047

211 036

172 570

336 753

Indiċi

100

81

66

129

Investimenti (eluf ta’ EUR)

151 900

151 027

127 845

87 875

Indiċi

100

99

84

58

Redditu fuq l-investimenti

–0,73  %

–0,54  %

–2,73  %

0,39  %

Bidla (100=2006)

 

+0,19  %

–2,00  %

+1,12  %

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

(116)

Ir-rata tal-profitabbiltà matul il-perijodu kkunsidrat ġiet ikkoreġuta biex tirrifletti b'mod iktar preċiż il-livell tal-profitabbiltà. Madankollu, ix-xejra bażika fir-rigward tal-profitabbiltà ma ġietx affettwata mill-bidla. Il-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni ġarrbu telf fis-snin 2006 sa 2008 u s-sitwazzjoni finanzjarja nqalbet għal waħda pożittiva biss fl-2009 meta l-prezz dinji tal-polpa, il-materja prima ewlenija, naqas eċċezzjonalment b'mod sinifikanti minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. It-tnaqqis fil-prezz tal-polpa (–19 %) kien ikkunsidrat bħala tnaqqis kbir mhux normali li direttament ikkontribwixxa għas-sitwazzjoni finanzjarja aħjar fil-PI. Ta' min jinnota li mill-PI 'l hawn, il-prezzijiet tal-polpa ġew lura għal-livelli tagħhom ta’ qabel il-PI.

(117)

Soġġetti għall-modifika żgħira liċ-ċifri, is-sejbiet li jikkonċernaw il-likwidità, l-investiment u r-redditu fuq l-investiment ippreżentati fil-premessi (104) u (105) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

(118)

Il-produttur esportatur allega li t-titjib tal-profitabbiltà ma għandux jitqies bħala okkażjoni limitata bbażata fuq tnaqqis eċċezzjonali tal-ispejjeż tal-materja prima kif spjegat fil-premessa (107) tar-Regolament provviżorju. It-tnaqqis fl-ispejjeż għen lit-tnejn: il-produtturi lokali kollha kif ukoll dawk Ċiniżi, mhux biss il-kwerelanti, u għalhekk l-isvolta fil-profitabbilità ma kinitx ibbażata esklussivament fuq it-tnaqqis tal-ispejjeż iżda fuq ir-riżultat ta’ bidla fl-imġiba tal-prezzijiet tal-kwerelanti.

(119)

Barra minn hekk, il-produttur esportatur saħaq li l-profitabbiltà tiddependi mill-prezzijiet tas-CFP u mhux mill-prezz tal-polpa. Madankollu, instab li meta l-prezzijiet tal-polpa waqgħu f'daqqa fl-2009, il-prezzijiet tas-CFP baqgħu stabbli u konsegwentement il-profitti żdiedu. Għalhekk, billi l-prezzijiet baqgħu stabbli, ma jistax ikun hemm korrelazzjoni bejn il-prezzijiet u l-profitabbiltà f'dan il-perijodu ta’ żmien speċifiku.

(120)

Ir-rata ta’ profitabbiltà hija indikatur li hu analizzat fil-livell tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u mhux fil-livell tal-kwerelant kif issuġġerit mill-parti. L-analiżi tal-informazzjoni miġbura wriet konnessjoni diretta bejn it-tnaqqis eċċezzjonali tal-prezzijiet tal-polpa, il-materja prima prinċipali u ż-żieda fil-profitabbiltà; tabilħaqq hawn il-prezzijiet stabbli tal-prodott lest kellhom sehem fit-titjib tal-profitabbiltà. Filwaqt li dan probabbilment kien il-każ għall-produtturi l-oħra fis-suq ukoll, dan ma jaffettwax il-konklużjoni li dan it-titjib temporanju ta’ profitabbiltà hu riżultat tat-tnaqqis eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-materja prima fil-PI.

7.3.3.5.   Il-kapaċità li jiżdied il-kapital

(121)

Is-sejbiet li jikkonċernaw il-kapaċità tal-produtturi rappreżentattivi li jżidu l-kapital ippreżentati fil-premessa (106) tar-Regolament provviżorju huma b'dan kkonfermati.

7.4.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

(122)

Produttur esportatur wieħed u l-gvern tar-RPĊ saħqu li ma kienx hemm evidenza pożittiva li l-produtturi kwerelanti tal-Unjoni ġarrbu ħsara materjali. Għall-kuntrarju, il-kwerelanti ppreżentaw, b'mod ġenerali, riżultati ekonomiċi stabbli u żieda fil-profitabbiltà fil-PI.

(123)

L-ewwel nett, l-istat tal-industrija tal-Unjoni jiġi analizzat fil-livell tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u mhux fil-livell tal-kwerelanti kif issuġġerit mill-parti.

(124)

It-tieni, kif diġà kien indikat fil-premessi (89) u (107) hawn fuq, il-konklużjonijiet ta’ dawn il-partijiet jidhru li tfasslu abbażi tal-indikaturi kkalkulati minn settijiet ta’ dejta u informazzjoni differenti minn dawk li ġiew stabbiliti fl-investigazzjoni u ppreżentati hawn fuq u fir-Regolament provviżorju. Konsegwentement, dawn il-konklużjonijiet huma fattwalment ħżiena. Barra minn hekk, l-analiżi tal-partijiet ma kinitx konsistenti fl-użu taż-żewġ settijiet differenti ta’ dejta għall-indikaturi makro u mikro.

(125)

Kien allegat ukoll li t-titjib tal-profitabbiltà għandu jitqies ukoll bħala konsegwenza tal-isforzi ta’ ristrutturar tal-industrija, li jinkludi t-tnaqqis tal-produzzjoni, tal-impjiegi u ż-żieda tal-produttività. F'dan il-każ, dawn il-fatturi tal-aħħar ma jistgħux jitqiesu bħala l-uniċi indikaturi tal-ħsara iżda l-indikaturi kollha għandhom jitqiesu flimkien.

(126)

L-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku jelenka l-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet li jridu jkunu valutati fl-eżaminazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni. L-Artikolu 3(5) espliċitament jistqarr li din il-lista ta’ fatturi mhijiex eżawrjenti, u lanqas ma jista' xi wieħed minn dawn il-fatturi neċessarjament ikun ta’ gwida deċiżiva. Għalhekk, filwaqt li l-indikaturi għandhom ikunu vvalutati individwalment, il-konklużjonijiet għandhom jintlaħqu permezz tal-analiżi tal-fatturi kollha.

(127)

Kollox ma’ kollox, l-argumenti tal-produttur esportatur u l-gvern taċ-Ċina kif ippreżentati fuq ma jaffettwawx il-konklużjoni milħuqa fl-istadju provviżorju u li għalhekk tiġi kkonfermata, jiġifieri li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

(128)

Il-partijiet ikkumentaw ripetutament ukoll dwar il-possibbiltà tat-theddida ta’ iktar ħsara materjali fid-dawl taż-żieda enormi fil-kapaċità mill-produtturi Ċiniżi appoġġata mill-politiki u s-sussidji tal-Istat. L-ambitu tal-investigazzjoni kien l-eżistenza tal-ħsara materjali u mhux it-theddida ta’ iktar ħsara materjali. Għalhekk, dawn il-kummenti ma jistgħux jaffettwaw is-sejbiet u kellhom jiġi skartati.

(129)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejbiet provviżorji stipulati fil-premessi (107) sa (111) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

8.   KAWŻALITÀ

(130)

Il-Kummissjoni rċeviet diversi kummenti dwar is-sejbiet provviżorji li jikkonċernaw ir-rabta kawżali bejn id-dumping u l-ħsara.

8.1.   Effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(131)

Is-sejbiet provviżorji li jikkonċernaw l-effett tal-importazzjonijiet oġġett tad-dumping ġew ikkontestati minn diversi partijiet. L-argument ewlieni li tressaq kien li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kellhomx impatt sinifikanti f'termini ta’ volum u prezzijiet. Ġie argumentat li ma kienx hemm żieda f'daqqa fl-importazzjonijiet Ċiniżi iżda minflok dawn kibru gradwalment matul is-snin u għalhekk l-impatt tagħhom kien pjuttost limitat u ma għandux jiġi eżaġerat għall-iskop tad-determinazzjoni tal-ħsara. Ġie argumentat ukoll li l-prezzijiet Ċiniżi, anki jekk irħas mill-prezzijiet tal-Unjoni, ma kellhom ebda impatt fuq il-prezzijiet relattivament stabbli tal-industrija tal-Unjoni. Wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ġab fid-dubju s-sejba tal-Kummissjoni li l-prezzijiet Ċiniżi kkawżaw trażżin tal-prezzijiet. Dan irrimarka li fl-2009, meta l-prezzijiet Ċiniżi komplew jorħsu, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mhux biss irreġistraw żieda iżda fil-fatt ippermettew lill-industrija tal-Unjoni li tagħmel profitt.

(132)

L-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġiet analizzata fid-dettall fil-premessi (84) u (114) tar-Regolament provviżorju. Ġie stabbilit li l-importazzjonijiet kważi ttripplikaw matul il-perijodu ikkunsidrat, speċjalment fis-snin mill-2006 sal-2007 (+118 %) u mill-2008 sal-PI (+81 %). Iż-żieda fil-volum għalhekk ma tistax titqies li mhijiex sinifikanti.

(133)

F'termini ta’ prezzijiet, l-importazzjonijiet Ċiniżi kellhom prezzijiet orħos mill-prezzijiet tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni b'7,6 %, u dan tqies sinifikanti f'suq fejn it-trasparenza tal-prezzijiet hija għolja. Kif kien deskritt fil-premessa (112) hawn fuq, tabilħaqq il-prezzijiet tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni kienu stabbli matul il-perijodu kkunsidrat, b'żieda eċċezzjonali fl-2007, is-sena meta l-esportazzjonijiet Ċiniżi ma żdidux. Fl-2009, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jżommu l-prezzijiet tagħhom stabbli bir-riżultat li tilfu biċċa oħra mis-suq u l-profitabbiltà tagħhom ġiet mill-kumbinazzjoni ta’ dawn il-prezzijiet stabbli u t-tnaqqis fl-ispiża tal-materja prima.

(134)

Il-produttur esportatur saħaq li l-importazzjonijiet CFP mir-RPĊ ma kellhomx impatt fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni billi dawn ma kinux komparabbli mas-CFP immanifatturata u mibjugħa mill-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni billi 10 % biss tal-bejgħ tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni ġew imqabbla fid-determinazzjoni tal-livell tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-prezz mhux dannuż. Ta' min jinnota li dawn id-determinazzjonijiet isiru fuq il-bażi ta’ prodotti kompletament komparabbli li jaqblu direttament fil-karatteristiċi kollha sabiex isir paragun ġust. Madankollu, is-CFP manifatturata mill-produtturi Ċiniżi u minn tal-Unjoni hija ġeneralment komparabbli kif konkluż fil-premessa (42) u għalhekk jikkompetu ma’ xulxin direttament fis-suq tal-Unjoni.

(135)

Ġie allegat ukoll li s-sejba li s-suq tas-CFP huwa suq tal-prodotti karatterizzat minn livell għoli ta’ trasparenza kienet inkorretta billi l-produtturi tal-Unjoni jbiegħu madwar nofs il-prodotti tagħhom direttament lill-utenti finali. B'kuntrast ma’ dan l-argument, il-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni jbiegħu l-maġġoranza tal-prodotti tagħhom permezz ta’ negozjanti direttament jew indirettament (l-hekk imsejħa “indent sales” meta l-prodotti jintbagħtu direttament lill-klijent iżda l-proċess tal-ordni u l-fattura jsir min-negozjanti). Tabilħaqq, in-negozjanti għandhom rwol kruċjali kemm fl-istokkjar tal-prodotti kif ukoll biex jagħtu trasparenza fil-prezzijiet lis-suq.

(136)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejbiet provviżorji stipulati fil-premessi (113) sa (117) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

8.2.   L-effett ta’ fatturi oħra

8.2.1.   L-iżvilupp tal-konsum fis-suq tal-Unjoni u l-kriżi ekonomika

(137)

Wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-gvern tar-RPĊ saħqu li t-tnaqqis fil-produzzjoni tal-Unjoni kien il-konsegwenza tal-kriżi finanzjarja globali u t-tnaqqis f'daqqa tal-konsum fis-suq tal-Unjoni, kif jidher mix-xejriet negattivi tal-bejgħ domestiku tal-produtturi tal-Unjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-impjiegi u l-livell tal-istokks, u ma għandux jiġi attribwit lill-importazzjonijiet Ċiniżi.

(138)

Biex isostni l-argument tiegħu, il-gvern tar-RPĊ kkwota Manifest għall-Kompetittività u l-Impjiegi varat mill-industrija tal-karta u l-polpa f'Ġunju 2009 (“il-Manifest”). Dan id-dokument ikopri s-setturi tal-industriji kollha tal-karta u l-polpa u jservi skop politiku ġenerali. Abbażi tal-informazzjoni inkluża f'dan id-dokument, wieħed ma seta' jasal għal ebda konklużjoni separata għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, mhux possibbli li wieħed jikkonkludi jekk l-istqarrijiet jew is-sejbiet tal-Manfiest fil-fatt japplikax direttament fuq il-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, peress li l-investigazzjoni ma wrietx konnessjoni qawwija bejn il-kriżi finanzjarja u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, dan l-argument ma ġiex aċċettat.

8.2.2.   Il-prezzijiet tal-materja prima

(139)

Ma tressqux argumenti ġodda biex jerġgħu jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (120) sa (122) tar-Regolament provviżorju u fil-premessa (118) ta’ dan ir-Regolament.

8.2.3.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni

(140)

Ir-reviżjoni tal-indikatur mikroekonomiku kif spjegat fil-premessa (110) kellha impatt fuq l-analiżi tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni sal-punt li t-tnaqqis tal-bejgħ tal-esportazzjoni tagħhom fil-perijodu meqjus kien 16 %. Il-bejgħ tal-esportazzjoni lil partijiet mhux relatati minn dawn il-kumpaniji kien jirrappreżenta 26 % tal-bejgħ totali tagħhom.

(141)

Bil-kontra tal-argument ta’ produttur esportatur wieħed, l-evoluzzjoni tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni ġiet indirizzata fir-Regolament provviżorju fil-premessi (123) sa (124). Ir-reviżjoni ta’ hawn fuq ma taffettwax dawn il-konklużjonijiet milħuqa fl-istadju provviżorju.

(142)

Għalhekk, l-argumenti u l-evidenza mressqa rigward l-effett tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kkawżawx bidla fil-konklużjonijiet milħuqa fl-istadju provviżorju.

8.2.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(143)

L-argumenti mressqa dwar l-effett tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra diġà ġew indirizzati fil-premessi (125) sa (127) tar-Regolament provviżorju.

8.2.5.   L-eċċess ta’ kapaċità strutturali

(144)

Ġie argumentat li l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni kienet ikkawżata minn kapaċità strutturali żejda. Dan il-fattur diġà ġie indirizzat fil-premessa (128) tar-Regolament provviżorju.

(145)

L-argument ewlieni mressaq f'dan ir-rigward kien li l-isforzi ta’ ristrutturar tal-industrija tal-Unjoni kienu kompluti fl-2009 bil-konsolidament ta’ żewġ produtturi kbar li rriżulta fit-titjib immedjat tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Kif deskritt fil-premessa (93) tar-Regolament provviżorju l-isforzi tar-ristrutturar seħħu mill-2000 sal-PI. L-effett pożittiv tal-konsolidament imsemmi kellu jirrifletti fit-titjib tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità u, għallinqas, fil-volum stabbli tal-bejgħ, iżda dawn iż-żewġ indikaturi ddeterjoraw fil-PI. Min-naħa l-oħra, kien stabbilit li l-profitabbiltà mtejba tal-industrija tal-Unjoni fil-PI kienet ikkawzata prinċipalment u direttament mit-tnaqqis eċċezzjonali ta’ darba fil-prezzijiet tal-polpa. Għalhekk, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessa (128) tar-Regolament provviżorju li l-isforzi tar-ristrutturar tal-industrija kienu affettwati ħażin mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping inżammu.

8.3.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(146)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejbiet provviżorji kif stipulati fil-premessi (129) sa (132) tar-Regolament provviżorju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, nżammu. Is-sejbiet provviżorji dwar l-effett ta’ fatturi oħra magħrufa li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni ġew ikkonfermati wkoll: dawn il-fatturi ma kinux tali li jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

9.   L-INTERESS TAL-UNJONI

9.1.   Industrija tal-Unjoni

(147)

Ma waslux iktar kummenti jew informazzjoni oħra dwar l-interess tal-produtturi, l-importaturi u l-kummerċjanti tal-Unjoni. Għalhekk, is-sejbiet provviżorji fil-premessi (134) sa (138) tar-Regolament provviżorju dwar l-interess ta’ dawn il-gruppi huma b'dan ikkonfermati.

9.2.   Importaturi u kummerċjanti

(148)

Ma waslux iktar kummenti jew informazzjoni oħra dwar l-interess tal-importaturi u l-kummerċjanti. Għalhekk, is-sejbiet provviżorji fil-premessi (139) sa (143) tar-Regolament provviżorju dwar l-interess ta’ dawn il-gruppi huma b'dan ikkonfermati.

9.3.   Utenti

(149)

Tliet stampaturi addizzjonali u assoċjazzjoni ta’ stampaturi u pubblikaturi Ewropej semmgħu leħinhom wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri provviżorji. Dawn saħqu li l-miżuri setgħu jkollhom effetti negattivi fuq l-industriji downstream billi ż-żidiet fil-prezzijiet setgħu jwasslu għar-rilokazzjoni tal-industrija tal-istampar li twassal għal aktar importazzjonijiet tal-oġġetti stampati downstream. Dan l-argument kien appoġġat mill-fatt li l-importazzjonijiet tal-materjal stampat mir-RPĊ żdied b'rata mgħaġġla fis-snin riċenti u apparentement ħa sehem konsiderevoli fil-konsum Ewropew tal-materjal stampat kollu.

(150)

Kien allegat ukoll li l-miżuri setgħu jikkawżaw skarsezza tal-forniment fis-suq u ħinijiet itwal biex il-prodott jasal għand l-utenti.

(151)

Ħafna minn dawn l-argumenti ma kinux speċifiċi għal xi kumpanija u kienu simili għal argumenti li diġà saru fl-istadju provviżorju tal-investigazzjoni u indirizzati fil-premessi (146) u (150) tar-Regolament provviżorju. Ta' min ifakkar li l-kooperazzjoni tal-istampaturi kienet limitata u abbażi tal-informazzjoni kwantitattiva limitata li waslet ġie konkluż li minħabba l-livell ta’ profittabbiltà tagħhom u s-sehem tas-CFP fl-ispejjeż tagħhom, l-istampaturi huma tabilħaqq sensittivi għal żidiet fil-prezz. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-istampaturi ma kinux jixtru karta Ċiniża fil-PI jew kien hemm ammont limitat biss ta’ xiri, u l-ammont ta’ karta Ċiniża li jużaw l-istampaturi ġeneralment huwa żgħir. Għalhekk, l-impatt dirett tad-dazju jkun negliġibbli. Il-biċċa l-kbira tal-istampaturi qalu li minħabba l-bżonn tagħhom ta’ forniment fi żmien qasir, is-sehem tal-proviżjonijiet direttament minn pajjiżi terzi jibqa' limitat.

(152)

Fir-rigward tal-argumenti dwar il-materjal stampat downstream mir-RPĊ, ta’ min jinnota li l-istatistika tal-importazzjoni ta’ materjal stampat tkopri firxa wiesgħa ta’ prodotti li tinkludi materjal stampat finali li mhux stampat fuq karta fina miksija. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ma setax jiġi evalwat liema parti mill-prodotti importati mir-RPĊ huwa stampat fuq il-prodott ikkonċernat u liema minnhu hu stampat fuq tipi oħra ta’ karta. Madankollu, mill-informazzjoni mogħtija, huwa magħruf li l-materjal stampat li joriġina fir-RPĊ fil-biċċa l-kbira jaqa' f'ċerti kategoriji speċifiċi ta’ kotba, kotba tat-tfal, kalendarji, imballaġġi u kartolini. Il-prodotti li huma iktar “sensittivi għall-ħin” bħar-rivisti ta’ kull ġimgħa/kull xahar u materjal ieħor tal-aħbarijiet, mhux daqshekk probabbli li jiġu impurtati mir-RPĊ minħabba ż-żmien meħtieġ għat-trasport. Filwaqt li l-istampar ta’ xi prodotti stampati jista' jkun iktar suxxettibbli għar-rilokazzjoni, min-naħa l-oħra hemm tipi ta’ prodotti li l-prossimità u s-servizz huma essenzjali u għalhekk ma jkunux affettwati mill-kompetizzjoni barranija. Barra minn hekk, anki jekk il-karta hija fattur importanti fl-ispiża għall-industrija tal-istampar, hija wkoll industrija li tirrikjedi ħafna ħaddiema u għalhekk l-ispejjeż għall-ħaddiema jistgħu jkunu fattur deċiżiv iktar sinifikanti fix-xejriet ta’ rilokazzjoni. Fil-qosor, madankollu, ma jistax jiġi eskluż li l-importazzjonijiet tal-prodotti stampati li huma stampati fuq is-CFP se jiżdiedu iżda mhuwiex possibbli li wieħed jistma bi preċiżjoni xi jkun il-livell taż-żieda u kemm din ikollha rwol fil-kompetittività tal-produtturi tal-istampar u għalhekk x'impatt dirett jista' jkollhom iż-żidiet fil-prezzijiet fuq l-industrija tal-istampar downstream tal-Unjoni.

(153)

Mill-informazzjoni mogħtija, huwa magħruf ukoll li l-industrija tal-istampar tbati minn eċċess ta’ kapaċità strutturali li jwassal għar-ristrutturar tas-settur. Wieħed mill-fatturi deċiżivi għar-ristrutturar kienet ukoll il-konsolidazzjoni tal-manifatturi tal-karta fil-katina tal-valur. Kull diffikultà tal-industrija tal-istampar biex iżżid il-prezzijiet titqies li hija aktarx minħabba dan l-eċċess ta’ kapaċità strutturali fl-industrija tal-istampar innifisha.

(154)

Il-partijiet interessati li qed jallegaw il-possibbiltà ta’ skarsezza ta’ proviżjonijiet ma kkwantifikawx l-iskarsezza possibbli u lanqas ma taw stima tagħha. Fi kwalunkwe każ, dawn l-allegazzjonijiet dehru li mhumiex sostnuti mir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li kienet 83 % fil-PI li tħalli miljun tunnellata ta’ kapaċità mhux utilizzata. Abbażi ta’ dan, mhux probabbli li jseħħu skarsezzi.

9.4.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(155)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sejbiet provviżorji dwar l-interess tal-Unjoni huma kkonfermati, jiġifieri ma hemmx raġunijiet b'saħħithom kontra l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ CFP li joriġinaw fir-RPĊ.

10.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

10.1.   Il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(156)

Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi talab aktar dettalji dwar il-metodu użat biex jiġi kkalkulat il-profitt fil-mira ta’ 8 % użat għall-kalkolu tal-prezz mhux dannuż. Huwa semma l-ilment fejn il-profitt fil-mira ssuġġerut kien inqas.

(157)

Il-kwerelant, min-naħa l-oħra, talab li l-profitt fil-mira għandu jkun minimu ta’ 10 %, u bbaża l-argumenti tiegħu fuq il-marġni tal-profitt mistenni użat mill-aġenziji indipendenti tal-klassifikazzjoni fil-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tagħhom u l-profitabbiltà miksuba minn produttur attiv f'segment ieħor tal-produzzjoni tal-karta li mhux affettwat mill-importazzjonijiet Ċiniżi.

(158)

Għandu jiġi ċċarat li l-profitt fil-mira kif suġġerit fl-ilment kien eżaminat abbażi tat-tweġibiet tal-kwestjonarju u ż-żjajjar ta’ verifika lill-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni. B'mod iktar speċifiku, tqies kemm sewa l-investiment fil-makkinarju. Instab li l-profitt fil-mira stipulat fuq din il-bażi tal-aħħar jirrifletti l-bżonnijiet tal-investiment l-aktar importanti u r-riskju involut f'din l-industrija b'kapital intensiv fl-assenza tal-importazzjonijiet iddampjati jew issussidjati. Għalhekk, mira ta’ profitt ta’ 8 % titqies bħala l-livell li l-industrija għandha tikseb fin-nuqqas tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Kif intqal fil-premessa (86), biex ikun żgurat li l-kalkoli tad-dumping u tat-twaqqigħ tal-prezz u l-underselling isegwu approċċ koerenti u għar-raġunijiet stipulati fil-premessi (68) sa (71), il-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara ġie rivedut biex jeskludi l-bejgħ tal-esportazzjoni ta’ kumpanija fil-grupp ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw.

(159)

Fl-aspetti l-oħra kollha, il-premessi (153) sa (161) tar-Regolament provviżorju huma b'dan ikkonfermati.

10.2.   Miżuri definittivi

(160)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id-dumping, il-ħsara, il-kawżazzjoni u l-interess tal-Unjoni, u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karta fina miksija li joriġinaw mill-RPĊ fil-livell tal-inqas marġni tad-dumping u tal-ħsara misjub, skont ir-regola tad-dazju aktar baxx. F'dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tkun stabbilita kif xieraq fil-livell tal-ħsara li nstab.

(161)

Ta' min jinnota li saret investigazzjoni kontra s-sussidji fl-istess żmien tal-investigazzjoni kontra d-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li joriġinaw fir-RPĊ. Billi, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (7), (“ir-Regolament bażiku kontra s-sussidji”), l-ebda prodott ma għandu jkun suġġett kemm għal dazji ta’ anti-dumping kif ukoll għal dazji kumpensatorji għall-iskop ta’ trattament tal-istess sitwazzjoni unika maħluqa minn dumping jew minn sussidjar tal-esportazzjoni, tqies meħtieġ li jiġi determinat jekk l-ammonti tas-sussidju u l-marġnijiet tad-dumping jirriżultawx mill-istess sitwazzjoni, u sa liema punt.

(162)

Fir-rigward tal-iskemi tas-sussidju li jikkostitwixxu sussidji fuq l-esportazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, il-marġni tad-dumping definittiv stabbilit għaż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi huwa parzjalment dovut (jiġifieri 0,05 %) għall-eżistenza tas-sussidji kumpensatorji tal-esportazzjoni. Fir-rigward ta’ skemi oħra ta’ sussidji, fid-dawl tal-użu tar-regola tad-dazju l-iktar baxx f'dan il-każ u l-ammont ta’ sussidjar misjub fl-investigazzjoni kontra s-sussidji li saret fl-istess waqt, ma tqiesx neċessarju li jiġi eżaminat iktar jekk l-istess sussidji humiex qed jiġu kkumpensati darbtejn meta jiġu imposti dazji anti-dumping u dazji kumpensatorji simultanjament fuq l-istess prodott importat.

(163)

F'dak li jirrigwarda l-livelli definittivi għall-pajjiż kollu tad-dumping u s-sussidji, ta’ min ifakkar li dawn ġew stabbiliti bl-użu tal-marġni tad-dumping definittiv u l-marġni tas-sussidji definittiv stabbilit għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw bl-ogħla rati tad-dazju individwali, jiġifieri 63 % għall-marġni tad-dumping definittiv u 16 % għall-marġni tas-sussidji definittiv.

(164)

Ta' min ifakkar li l-istess livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara japplika għall-investigazzjonijiet kontra d-dumping u kontra s-sussidji. F'dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara huwa inqas mill-marġnijiet tad-dumping definittivi iżda ogħla mill-marġnijiet tas-sussidji definittivi. Għalhekk, jitqies xieraq li jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv fil-livell tal-marġnijiet tas-sussidji definittivi stabbiliti u mbagħad jiġi impost dazju anti-dumping definittiv sal-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara relevanti.

(165)

Abbażi ta’ hawn fuq, u bil-kunsiderazzjoni tas-sejbiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (8) u fid-dawl tal-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku li d-dazju mhux se jiġi impost sal-punt meħtieġ għall-konformita mar-regola stipulata f'dik is-sentenza ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv għar-RPĊ u r-rata li biha dawn id-dazji se jiġu imposti huma stipulati kif ġej:

Kumpanija

Marġni tas-sussidju totali

Li minnha s-sussidju tal-esportazzjonijet

Marġni tad-dumping

Marġni tal-ħsara

Ir-rata tad-dazju definittiva CVD

Ir-rata tad-dazju definittiva AD

Rata tad-dazju AD li għandha tiġi imposta

Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, il-Pronvinċja ta’ Jiangsu Province, ir-RPĊ; Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, il-Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

12  %

0,05  %

43,5  %

20  %

12  %

20  %

8  %

Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ; Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

4  %

0  %

63  %

39,1  %

4  %

39,1  %

35,1  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

12  %

0,05  %

63  %

39,1  %

12  %

39,1  %

27,1  %

11.   ĠBIR DEFINITTIV TAD-DAZJU PROVVIŻORJU

(166)

Fid-dawl tad-daqs tal-marġni tad-dumping li nstab u fid-dawl tal-livell tal-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Unjoni, u bil-kunsiderazzjoni tal-fatt li ma ġewx imposti miżuri provviżorji fl-investigazzjoni parallela kontra s-sussidji, jitqies neċessarju li l-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju impost mir-Regolament provviżorju jinġabru definittivament sal-ammont tad-dazju provviżorju impost.

(167)

Wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw saħaq li l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju bir-rati stipulati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1042/2010 imur kontra t-tieni sentenza tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku. Madankollu, kif iċċarat f'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tiegħu, id-dazju definittiv impost minn dan ir-Regolament huwa fil-fatt ogħla mid-dazju provviżorju li ġie impost. F'dawn iċ-ċirkostanzi, id-dazju provviżorju bir-rati stipulati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1042/2010 għandhom jinġabru definittivament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b'dan impost fuq il-karta fina miksija, li hija karta jew kartonċin miksija fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat (minbarra karta tal-kraft jew kartun tal-kraft), f'folji jew rombli, u b'piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda mhux aktar minn 400 g/m2 u luminożità ta’ aktar minn 84 (li titkejjel skont l-ISO 2470-1), attwalment klassifikabbli taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 4810 13 20, ex 4810 13 80, ex 4810 14 20, ex 4810 14 80, ex 4810 19 10, ex 4810 19 90, ex 4810 22 10, ex 4810 22 90, ex 4810 29 30, ex 4810 29 80, ex 4810 99 10, ex 4810 99 30 and ex 4810 99 90 (il-kodiċi tat-TARIC codes 4810132020, 4810138020, 4810142020, 4810148020, 4810191020, 4810199020, 4810221020, 4810229020, 4810293020, 4810298020, 4810991020, 4810993020 u 4810999020) u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Id-dazju anti-dumping definittiv ma jikkonċernax rombli adattati għall-użu f'magni tal-istampar web-fed. Rombli adattati għall-użu f'magni tal-istampar web-fed huma definiti bħala dawk ir-rombli li, jekk jiġu ttestjati skont l-istandard tat-testijiet ISO, ISO 3783:2006 dwar id-determinazzjoni tar-reżistenza għall-picking, - il-metodu tal-veloċità aċċellerata li juża t-tester IGT (il-mudell elettriku), jagħtu riżultat ta’ inqas minn 30 N/m meta jsir kejl b'mod trasversali mal-karta (CD – cross direction) u riżultat ta’ inqas minn 50 N/m meta jsir kejl fid-direzzjoni tal-magna (MD – machine direction). Id-dazju tal-anti-dumping definittiv ma jikkonċernax ukoll il-karta u l-kartonċin b'ħafna saffi.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Rata tad-dazju AD

Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, il-Pronvinċja ta’ Jiangsu Province, ir-RPĊ; Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, il-Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

20  %

Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ; Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

39,1  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

39,1  %

3.   Fir-rigward tad-dazju anti-dumping previst fl-Artikolu 1(2), 12 % mhux ser jinġabru għal Gold East Paper (Jiangsu) Co. u Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., 4 % għal Shangdong Chenming Paper Holdings Limited u Shouguang Chenming Art Paper Co., u 12 % għall-kumpaniji l-oħra kollha sakemm l-ammont korrispondenti jinġabar skont ir-Regolament (UE) Nru 452/2011.

4.   Fid-dawl tal-Artikolu 1(2) u 1(3) ta’ hawn fuq, ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Rata tad-dazju AD

Kodiċi addizzjonali TARIC

Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, il-Pronvinċja ta’ Jiangsu Province, ir-RPĊ; Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, il-Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

8  %

B001

Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ; Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

35,1  %

B013

Il-kumpaniji l-oħra kollha

27,1  %

B999

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament (UE) Nru 1042/2010 għandu jinġabar definittivament bir-rata stipulata fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 299, 17.11.2010, p. 7.

(3)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(4)  Sentenza tat-3 ta’ Mejju 2001, il-każijiet konġunti C-76/98 P u C-77/98 P, Ajinomoto, ECR 2001 p. 3233, paragrafu 67.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31/10/2008 li tiddikjara li konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq komuni (il-Każ Nru COMP/M.5283 - SAPPI / M-REAL) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ĠU C 324, 19.12.2008, p. 8).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(7)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(8)  Ara paġna 18 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 452/2011

tas-6 ta' Mejju 2011

li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1   BIDU

(1)

Fis-17 ta’ April 2010, il-Kummissjoni ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“Avviż tal-bidu”), dwar il-bidu ta’ proċedimenti kontra s-sussidji fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ karta fina miksija li toriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-proċedimenti kontra s-sussisdji nbedew wara ilment imressaq fl-4 ta’ Marzu 2010 mis-CEPIFINE, l-assoċjazzjoni Ewropea tal-fabbrikanti tal-karta fina, (“il-kwerelant”) f’isem produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-karta fina miksija. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ sussidjar ta’ karta fina miksija u ta’ ħsara materjali li tirriżulta mis-sussidju, li kienet ikkunsidrata suffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċedimenti.

(3)

Qabel il-bidu tal-proċedimenti u skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tar-RPĊ (“il-GTĊ”) li kienet irċeviet ilment dokumentat kif suppost li jallega li importazzjonijiet sussidjati ta’ karta fina miksija li toriġina fir-RPĊ kienu qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-GTĊ ġie mistieden għall-konsultazzjonijiet bil-għan li tiġi ċċarata l-qagħda rigward il-kontenut tal-ilment u li wieħed jasal għal soluzzjoni miftiehma bejn xulxin. Il-GTĊ laqa’ l-offerta għall-konsultazzjonijiet u għaldaqstant dawn inbdew. Matul il-konsultazzjonijiet, ma ntlaħqet l-ebda soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Madankollu, tqiesu l-kummenti magħmula mill-awtoritajiet tal-GTĊ fir-rigward tal-allegazzjonijiet fl-ilment dwar in-nuqqas ta’ kumpens tal-iskemi. Wara l-konsultazzonijiet, waslu sottomissjonijiet mill-GTĊ.

1.2.   IL-PROĊEDIMENT KONTRA D-DUMPING

(4)

Fit-18 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), dwar il-bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ karta fina miksija li toriġina fir-RPĊ.

(5)

Fis-17 ta’ Novembru 2010, bir-Regolament (UE) Nru 1042/10 (4), il-Kummissjoni imponiet dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina fir-RPĊ.

(6)

L-analiżijiet tal-ħsara mwettqa fl-investigazzjoni preżenti kontra s-sussidji u oħra parallela ta’ anti-dumping huma identiċi, peress li d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u l-perijodu tal-investigazzjoni huma l-istess fiż-żewġ investigazzjonijiet. Għal din ir-raġuni, il-kummenti fuq aspetti tal-ħsara mressqa f’dawn iż-żewġ proċedimenti ġew ikkunsidrati fiż-żewġ proċedimenti.

1.3.   IL-PARTIJIET IKKONĊERNATI MILL-PROĊEDIMENT

(7)

Il-Kummissjoni nnotifikat uffiċjalment lill-kwerelant, lill-produtturi tal-Unjoni oħrajn magħrufa, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ u assoċjazzjoni ta’ produtturi (assoċjazzjoni tal-karti), lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi magħrufa u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tal-proċedimenti. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-Avviż tal-bidu.

(8)

Fid-dawl tan-numru li deher għoli ta’ produtturi esportaturi, produtturi tal-Unjoni u importaturi mhux relatati, ġie kkunsidrat it-teħid tal-kampjuni fl-Avviż tal-bidu skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Sabiex jippermettu li l-Kummissjoni tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ it-teħid tal-kampjuni u jekk iva, biex tagħżel il-kampjuni, il-produtturi esportaturi kollha u l-assoċjazzjoni tal-karti magħrufa tagħhom, il-produtturi tal-Unjoni u l-importaturi mhux relatati kollha ntalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-Avviż tal-bidu, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom b’rabta mal-prodott ikkonċernat (kif definit fit-taqsima 2.1 ta’ hawn taħt) matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009. L-awtoritajiet tar-RPĊ ukoll ġew ikkonsultati.

(9)

Kif spjegat fil-premessa (51) ta’ hawn taħt, żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi pprovdew it-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi f’kampjun. Abbażi ta’ dak ta’ hawn fuq ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

(10)

Kif spjegat fil-premessa (53) ta’ hawn taħt, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi tal-Unjoni.

(11)

Kif spjegat fil-premessa (54) ta’ hawn taħt, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ għall-importaturi mhux relatati.

(12)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-partijiet kollha l-oħra li talbuhom qabel l-iskadenzi stabbiliti fl-Avviż tal-bidu, jiġifieri l-kwerelant, produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, il-produttur esportatur magħruf fir-RPĊ u assoċazzjoni tal-produtturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat, l-importaturi u l-utenti magħrufa.

(13)

Ir-risposti għall-kwestjonarji u sottomissjonijiet oħrajn waslu minn żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi, CEPIFINE, l-erba’ produtturi tal-Unjoni kwerelanti u produttur tal-Unjoni addizzjonali, 13-il importatur u negozjant mhux relatati, ħames (5) utenti u assoċjazzjoni tal-industrija tal-istampar.

(14)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex jiġu determinati s-sussidjar, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-uffiċċji tal-awtorità tal-Istat u l-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Il-Ministru tal-Kummerċ Ċiniż, Beijing, iċ-Ċina

(b)

Produtturi u assoċjazzjoni tal-Unjoni

CEPIFINE, Brussell, il-Belġju,

Sappi Fine Paper Europe, Brussell, il-Belġju

LECTA Group (CARTIERE DEL GARDA SpA, Riva del Garda, l-Italja CONDAT SAS, Le Plessis Robinson, Franza u TORRASPAPEL, S.A., Barċellona, Spanja), Barċellona, Spanja

Burgo Group spa, Altavilla Vicentina, l-Italja u l-kumpaniji relatati tagħha Burgo Distribuzione srl, Milan, l-Italja u Ebix sa, Barċellona, Spanja,

Papierfabrik Scheufelen GmbH, Lenningen, il-Ġermanja.

(c)

Produtturi esportaturi fir-RPĊ

(1)

Sinar Mas Paper (China) Investment Co Ltd, il-kumpanija possedenti tal-Asia Pulp & Paper Group (“APP”)

Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, il-Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, il-Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

Ningbo Zhonghua Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Ningbo, il-Provinċja ta’ Zhejiang, ir-RPĊ

Ningbo Asia Pulp & Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Ningbo, il-Provinċja ta’ Zhejiang, ir-RPĊ

(2)

Chenming Paper Group (“Chenming”)

Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

(d)

L-importaturi fl-Unjoni

Cartaria Subalpina, Turin, l-Italja

Paperlinx, Northampton, ir-Renju Unit

1.4.   IL-PERIJODU TAL-INVESTIGAZZJONI U L-PERIJODU KKUNSIDRAT

(15)

L-investigazzjoni tas-sussidji u l-ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-31 ta’ Diċembru 2009 (il-“perijodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet relevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sa tmiem il-PI (il-“perijodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(16)

Il-prodott ikkoċernat huwa karta fina miksija li hija karta jew kartonċina miksija fuq naħa waħda jew iż-żewġ naħat (eskluża karta tal-kraft jew kartonċina tal-kraft), f’folji jew rombli, b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda mhux aktar minn 400 g/m2 u bjuda ta’ aktar minn 84 (li titkejjel skont l-ISO 2470-1), li toriġina mir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat” jew “CFP” (coated fine paper)) li attwalment taqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 4810 13 20, ex 4810 13 80, ex 4810 14 20, ex 4810 14 80, ex 4810 19 10, ex 4810 19 90, ex 4810 22 10, ex 4810 22 90, ex 4810 29 30, ex 4810 29 80, ex 4810 99 10, ex 4810 99 30 u ex 4810 99 90.

(17)

Is-CFP hija karta u kartonċin ta’ kwalità għolja li normalment jintużaw għall-istampar ta’ materjal għall-qari bħar-rivisti, il-katalgi, ir-rapporti annwali u l-pubblikazzjonijiet annwali. Il-prodott ikkonċernat jinkludi kemm folji kif ukoll rombli adatti għall-użu f’magni tal-istampar sheet-fed (“cut star”). Ir-rombli adatti għall-użu f’magni tal-istampar sheet-fed (“cutter rolls”) huma ddisinjati sabiex jinqatgħu f’biċċiet qabel l-istampar, u b’hekk huma kkunsidrati li jistgħu jiġu sostitwiti u direttament kompetittivi mal-folji.

(18)

Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix rombli adattati għall-magni tal-istampar web-fed. Rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar web-fed huma definiti bħala dawk ir-rombli li, jekk jiġu ttestjati skont l-istandard tat-test ISO 3783:2006 dwar id-determinazzjoni tar-reżistenza għall-picking, - il-metodu tal-veloċità aċċellerata li juża t-tester IGT (mudell elettriku), jagħtu riżultat ta’ inqas minn 30 N/m meta jsir kejl fid-direzzjoni trażversali tal-karta (CD – cross direction) u riżultat ta’ inqas minn 50 N/m meta jsir kejl fid-direzzjoni tal-magna (MD – machine direction). Barra minn hekk, f’kuntrast mar-rombli użati f’magni għall-istampar sheet-fed, ir-rombli għall-użu f’magni tal-istampar web-fed normalment jiddaħħlu direttament fil-magni għall-istampar u ma jinqatgħux minn qabel.

(19)

Parti waħda sostniet li l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni kellu definizzjoni limitata wisq u li rombli tas-CFP adatti għall-istampar web-fed kellhom jiġu inklużi. Ġie affermat li r-rombli web-fed u dawk inklużi fl-ambitu ta’ din l-investigazzjoni (cutter rolls u folji) kellhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi u ma hemmx distinzjoni bejniethom. Barra minn hekk ġie affermat li t-tnejn jintużaw għal stampar ta’ kwalità għolja u li b’hekk setgħu sa ċertu punt jinbidlu ma’ xulxin.

(20)

Madankollu, kuntrarjament għall-affermazzjoni ta’ hawn fuq, l-investigazzjoni kkonfermat li tassew hemm karatteristiċi tekniċi u fiżiċi distinti bħall-umdità u l-ebusija bejn il-karta użata għall-istampar web-fed u dik użata għall-istampar sheet-fed. L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li l-karatteristiċi tekniċi elenkati fil-premessa (18) ta’ hawn fuq huma uniċi għar-rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar web-fed. Minħabba dawn id-differenzi l-karta użata għall-istampar web-fed jew dik użata għall-istampar sheet-fed ma tistax tintuża fl-istess tip ta’ magna għall-istampar u b’hekk il-karti ma jistgħux jintużaw flok xulxin. Huwa nnutat li l-partijiet kollha qablu li ż-żewġ tipi ta’ karta huma distinti fir-rigward tas-saħħa tal-wiċċ u s-saħħa tensili tagħhom.

(21)

Barra minn hekk, il-parti inkwistjoni stqarret li l-konsumaturi jqisu s-CFP fl-għamla ta’ folji, cutter rolls u web rolls bħala suq waħdieni u għalhekk il-kanali tad-distribuzzjoni huma l-istess. Il-karatteristiċi tekniċi differenti jirriflettu rwieħhom biss fid-differenzi minimi fil-prezz bejn dawn il-gruppi ta’ prodotti.

(22)

Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li ż-żewġ tipi ta’ rombli wkoll ma jistgħux jinbidlu ma’ xulxin minn perspettiva ekonomika peress li rombli għall-istampar web-fed jintużaw għal xogħlijiet ta’ stampar ta’ volum kbir u normalment isiru skont l-ordni u jeħtieġu konsenja puntwali, b’hekk dawn il-prodotti ma jinħażnux minn intermedjarji iżda jintbagħtu direttament lill-utenti finali, jiġifieri jinbiegħu wkoll permezz ta’ katina ta’ distribuzzjoni differenti mir-rombli użati fl-istampar sheet-fed. Il-proċess ta’ produzzjoni differenti u l-ekonomiji ta’ skala differenti fil-proċess tal-istampar huma riflessi fid-differenzi distinti fil-prezzijiet.

(23)

Barra minn hekk, ma ġewx importati rombli għall-użu fi stamperiji web-fed mir-RPĊ fil-perijodu kkunsidrat. Wieħed jista’ jassumi wkoll li mhuwiex probabbli li dawn il-prodotti se jiġu importati fil-futur billi l-akkwist ta’ dawn il-prodotti mill-bogħod mhuwiex ekonomikament vijabbli għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa preċedenti.

(24)

Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(25)

L-istess parti argumentat li r-reżistenza għall-picking ma kinetx karatteristika teknika adatta biex wieħed jiddiferenzja bejn il-prodotti billi dan it-test ikun ta’ natura ġenerali u, barra minn hekk, ir-riżultati tat-test jistgħu jiġu affettwati mill-kontenut ta’ umdità tal-karta ttestjata. Il-parti kompliet tgħid li abbażi ta’ xi testijiet oħra li saru fil-laboratorju tagħha stess biex tkejjel ir-reżistenza għall-picking tal-web rolls, immanifatturati mill-produtturi tal-Unjoni, jidher li dawn il-prodotti ma jaqgħux fid-definizzjoni attwali tal-prodott li tkun turi li l-kriterju tar-“reżistenza għall-picking” mhux adattat biex jiġu distinti s-CFP użati fl-istampar web-fed u dak sheet-fed. B’din l-evidenza l-parti allegat li l-esklużjoni tal-web rolls saret fuq bażi arbitrarja.

(26)

Ma tressqet l-ebda evidenza fir-rigward tal-istqarrija li l-umdità tal-karta taf tagħmel ir-riżultati tat-test għat-test tal-istandard ISO 3783:2006 mhux affidabbli.

(27)

Ir-riżultati tat-test ippreżentati mill-produttur esportatur kienu jikkonsistu f’sommarju tar-riżultati tat-test li sar fil-laboratorju tiegħu stess. Kruċjalment, ir-riżultati ma kinux disponibbli għall-ispezzjoni u l-kummenti minn partijiet interessati oħra, b’mod partikolari l-industrija tal-Unjoni, u l-produttur esportatur lanqas ma ssottometta ġabra mhux kunfidenzjali sodisfaċenti tiegħu minkejja t-tfakkir ripetut.

(28)

Wara l-iżvelar, l-ebda informazzjoni dettaljata ma kienet provduta mill-produttur esportatur li setgħet tgħin fl-eżami tal-affidabilità tat-test. Peress li ebda verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ dan it-test ma kienet provduta, il-kumpaniji li l-web rolls tagħhom kienu allegatament ittestjati ma setgħux iwieġbu għall-konklużjonijiet tat-test. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tiċċekkja b’mod oġġettiv jekk ir-riżultati tat-test sottomessi humiex affidabbli u korretti u jekk setgħux ikunu afdati għall-iskopijiet tal-investigazzjoni jew le. Abbażi tal-fatti disponibbli lill-Kummissjoni, l-oġġettività u l-affidabilità tat-test instabu insuffiċjenti peress li l-informazzjoni sottomessa b’kunfidenzjalità ma setgħetx tkun iċċekkjata mill-ġdid minn sorsi affidabbli.

(29)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet, l-istess produttur esportatur ippreżenta r-riżultati ta’ test ieħor imwettaq f’ismu minn laboratorju tat-testijiet estern u saħaq li s-CFP użata fl-istampar web-fed kienet ġiet arbitrarjament eskluża mill-ambitu tal-investigazzjoni. Ir-rapporti tat-test jgħidu li r-reżistenza għall-picking tkejlet fuq 25 kampjun ta’ rombli tal-web-fed provduti u identifikati mill-produttur esportatur lil-laboratorju bħala kampjuni tal-karta prodotti mill-produtturi tal-Unjoni. Skont dan ir-rapport, l-ebda karta ma ssodisfat iż-żewġ kriterji msemmija fil-premessa (18) hawn fuq.

(30)

L-evalwazzjoni tar-rapport tat-test żvelat li, l-ewwel nett, ir-rapport tat-test mil-laboratorju estern kien marbut l-aktar ma’ prodotti li għalihom dawn ir-riżultati ma kinux relevanti billi l-maġġoranza assoluta tal-kampjuni ttestjati ma kinux fil-fatt web rolls; it-tieni, ir-rapport tat-test kien marbut ma’ prodotti li ma ġewx identifikati biżżejjed, billi ma setax jiġi aċċertat mir-rapport tat-test jekk il-karta ttestjata kinitx għall-istampar sheet-fed jew għall-istampar web-fed peress li l-marka tal-karta deskritta fir-rapport kienet teżisti fiż-żewġ forom. Barra minn hekk, ir-rapport tat-test ma tax assikurazzjoni li r-rombli inklużi fil-kampjun indikati kienu tassew dawk li ġew ittestjati.

(31)

Bi tweġiba għar-rapport tat-test tal-laboratorju estern, il-kwerelant ipprovda r-riżultati tat-testijiet li saru minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fuq l-istess kampjuni ta’ web rolls li ġew allegatament ittestjati mil-laboratorju estern. Dan it-test kellu riżultati differenti. Il-kwerelant attribwixxa d-differenzi lill-possibbiltà ta’ kundizzjonijiet differenti tat-test u għalhekk għal potenzjal ta’ nuqqas ta’ konformità mal-istandard ISO 3783:2006, jiġifieri l-istandard li jgħid li għandha titkejjel ir-reżistenza għall-picking stipulata fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju.

(32)

Wara l-kxif tas-sejbiet definittivi, il-produttur esportatur ikkontesta l-oġġettività tal-Kummissjoni meta rrifjutat ir-riżutat tat-test tal-laboratorju estern. Huwa saħaq li t-testijiet saru fl-għama mill-espert indipendenti u skont l-istandard ISO relevanti. Huwa ta affidavit tal-meniġer tiegħu fejn spjega l-proċess tal-għażla tal-kampjuni użata fit-testijiet bħala prova tal-indipendenza, tal-korrettezza u tar-rappreżentattività tat-testijiet.

(33)

L-ewwel nett, l-oġġettività tar-rapport tat-test tal-laboratorju estern qatt ma tpoġġiet fid-dubju mill-Kummissjoni u, f’dan ir-rigward, il-fatt li t-testijiet saru fl-għama mhuwiex relevanti. Min-naħa l-oħra, tqajmu d-dubji dwar l-assikurazzjonijiet dwar l-għażla u l-oriġini tal-kampjuni ttestjati u mhux dwar it-test innifsu. L-argumenti tal-produttur esportatur ma neħħewx dawn id-dubji billi dawn ma kinux komprensivi u ma kinux ċari f’diversi aspetti, pereżempju intqal li l-inklużjoni ta’ prodotti oħra minbarra l-web rolls kien riżultat ta’ żbalji amministrattivi jew tort ta’ żbalji min-naħa tal-fornituri fejn possibbilment ipprovdew kampjuni ħżiena.

(34)

Billi kemm is-sors kif ukoll il-kampjuni tal-prodotti li ġew allegatament ittestjati ma kinux ċari u r-riżultati tat-testijiet mill-partijiet differenti kienu kontradittorji, tqies li r-rapport tat-test mogħti mil-laboratorju estern li kien qed jaġixxi f’isem il-produttur esportatur Ċiniż ma kienx juri konklussivament li t-test tar-reżistenza għall-picking ma kienx xieraq biex jiddistingwi bejn is-CFP għall-użu fl-istampar web-fed minn naħa u s-CFP użat fl-istampar sheet-fed min-naħa l-oħra. Konsegwentement, ir-rapport tat-test ma jurix li s-CFP użat fl-istampar web-fed ġie arbitrarjament eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(35)

Fir-rigward tar-relevanza tar-reżistenza għall-picking bħala kriterju ta’ distinzjoni għal rombli għall-istampar web-fed, ta’ min ifakkar li fid-definizzjoni tal-prodott iż-żewġ gruppi tal-prodott huma distinti minn xulxin abbażi ta’, fost affarijiet oħra, l-użu aħħari tal-prodotti, jiġifieri, jekk il-prodott hux tajjeb għall-użu fl-istampar web-fed jew sheet-fed kif determinat mir-rekwiżiti tal-istampaturi fejn jintużaw u li hu rifless, inter alia, fil-karatteristika tar-reżistenza għall-picking. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li r-reżistenza għall-picking hija biss waħda mill-karatteristiċi li jiddistingwu s-CFP xierqa għall-użu fl-istampar web-fed mis-CFP użata fl-istampar sheet-fed; il-premessi (18) u (20) ta’ hawn fuq jistabbilixxu l-kriterji addizzjonali li ma kinux kkontestati mill-produttur esportatur ikkonċernat. Parti waħda saħqet li l-umdità kif definita fil-premessa (20) ma kinitx karatteristika bażika distinta biex jiġu distinti l-prodotti. Waqt l-investigazzjoni, madankollu, tressqu argumenti differenti dwar dan il-punt minn partijiet oħra. Fi kwalunkwe każ, instab li r-riġidità u r-reżistenza għall-picking huma l-iktar fatturi relevanti.

(36)

Fit-tweġiba tiegħu, il-kwerelant ammetta li jista’ jkun hemm rombli li ma jissodisfawx bis-sħiħ il-kriterji kollha tar-reżistenza għall-picking imsemmija fil-premessa (18) ta’ hawn fuq, iżda li xorta setgħu jintużaw fl-istampar web-fed. Madankollu, hu sostna l-opinjoni tiegħu li l-reżistenza għall-picking hija l-unika test li jista’ jidentifika b’ċertezza li romblu hu tabilħaqq xieraq għall-istampar web-fed, jiġifieri, jekk romblu jissodisfa l-kriterji tar-reżistenza għall-picking imsemmija fil-premessa (18) hawn fuq, hu ċertament web roll.

(37)

Bħala sostenn tal-allegazzjonijiet ta’ hawn fuq li jikkonċernaw ir-reżistenza għall-picking, il-produttur esportatur irrefera għal argumenti mressqin minn wieħed mill-produtturi kwerelanti tal-Unjoni fl-investigazzjonijiet kontra d-dumping u kontra s-sussidji fl-Istati Uniti tal-Amerika li fihom il-produttur tal-Unjoni għaraf li l-web rolls ma jistgħux jiġu distinti abbazi tat-test tar-reżistenza għall-picking jew bi kwalunkwe kejl ieħor.

(38)

Il-kwerelant ikkontesta dawn l-istqarrijiet tal-produttur esportatur u allega li għall-kuntrarju ta’ dak li qed ikun allegat, isegwi mill-proċedimenti fl-Istati Uniti tal-Amerika li hemm linja ta’ diviżjoni ċara li tiddistingwi l-web rolls mis-CFP.

(39)

L-ewwel, wieħed għandu jinnota li l-istqarrijiet imsemmija hawn fuq mill-produttur esportatur kienu ppreżentati fl-investigazzjonijiet f’ġurisdizzjonijiet oħra u minn partijiet differenti minn dawk fil-proċedimenti preżenti u għalhekk mhumiex relevanti It-tieni, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti fl-investigazzjonijiet imsemmija kkonkludew li hemm distinzjoni ċara bejn, fuq naħa, is-CFP użata fl-istampar sheet-fed u, fuq in-naħa l-oħra, ir-rombli xierqa għall-użu fl-istampar web-fed. Il-cutter rolls tqiesu bħala prodotti nofshom lesti fil-waqt li r-rombli xierqa għall-istampar web-fed ma tqisux bħala l-prodott kkonċernat. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti ma ddefinixxewx espliċitament il-web rolls fid-definizzjoni tagħhom tal-ambitu tal-prodott. Għal din ir-raġuni, il-kriterju tar-reżistenza għall-picking ma kienx relevanti fid-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott fl-investigazzzjonijiet imsemmija.

(40)

Abbażi ta’ dawn il-kummenti, il-karatteristika teknika “reżistenza għall-picking” ġiet ikkonfermata bħala karatteristika affidabbli biex tiddeskrivi s-CFP xieraq għall-użu fl-istampar web-fed.

(41)

Il-kummenti mressqa żvelaw ukoll, madankollu, li hemm web rolls li jistgħu jintużaw fl-istampar web-fed anki jekk ma jissodisfawx kompletament il-kriterji kollha għar-reżistenza għall-picking. Għal din ir-raġuni, tqies li jeħtieġ tiġi rfinuta iktar id-definizzjoni ta’ rombli tajbin għall-istampar web-fed.

(42)

Sabiex ikun hemm kriterju ieħor li jiddistingwi l-web rolls li ma jissodifawx il-kriterji kollha għar-reżistenza għall-picking, il-kwerelant issuġġerixxa li romblu li ma jissodisfax bis-sħiħ it-test tar-reżistenza għall-picking iżda d-dijametru intern tiegħu jkun anqas minn 80 mm, għandu jitqies bħala web roll.

(43)

Il-GTĊ u l-produttur esportatur saħqu li ż-żieda tad-dijametru intern bħala element ġdid fid-definizzjoni tal-prodott kienet tammonta għal reviżjoni tad-definizzjoni tal-web rolls u għalhekk tal-prodott ikkonċernat. Saħqu wkoll li d-daqs tad-dijametru intern mhuwiex kriterju tajjeb billi hemm web rolls b’dijametru intern ikbar minn 80 mm u cutter rolls b’dijametru intern ta’ inqas minn 80 mm.

(44)

Il-Kummissjoni ppruvat tirfina iktar id-definizzjoni ta’ rombli tajbin għall-użu fl-istampar web-fed u tagħti iktar kjarifiki sabiex ikunu distinti b’mod iktar ċar il-prodott ikkonċernat u l-prodotti l-oħra, ukoll bil-ħsieb li tnaqqas kemm jista’ jkun l-evitar tal-miżuri. L-evidenza mressqa dwar kemm hu adatt id-dijametru intern bħala kriterju alternattiv fid-definizzjoni, madankollu, uriet li dan il-kriterju jwassal għall-possibbiltà tal-esklużjoni mill-miżuri tal-prodott ikkonċernat, jiġifieri cutter rolls b’dijametru intern inqas minn 80 mm. Għalhekk, dan il-kriterju għad-definizzjoni tar-rombli adatti għall-użu fl-istampar web-fed ġie abbandunat.

(45)

Dan ta’ hawn fuq huwa bla preġudizzju għall-affidabilità tal-metodu li bih ir-rombli xierqa għall-użu fl-istampar web-fed kienu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni kif kien allegat mill-grupp Ċiniż tal-produtturi esportaturi.

(46)

Matul l-investigazzjoni, ċerti partijiet sostnew ukoll li l-karti u l-kartonċin b’ħafna saffi (multi-ply), kif definit fil-premessa 47, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Huma sostnew li l-karti u l-kartonċin b’ħafna saffi għandhom karatteristiċi fiżiċi differenti bħal diversi saffi, ebusija ikbar u densità aktar baxxa u li l-użu finali ta’ dawn il-prodotti kien differenti peress li dawn normalment jintużaw għall-kartun li jintlewa u għall-applikazzjonijiet tal-ippakkjar. Dawn il-partijiet fl-aħħar sostnew li l-karti u l-kartonċin b’saff wieħed u b’ħafna saffi jistgħu jiġu distinti faċilment mill-apparenza fiżika tiegħu.

(47)

Il-karti u l-kartonċin b’ħafna saffi, kif inhuma definiti fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għas-sottotitlu 4805, huma prodotti miksuba billi jiġu ppressati flimkien żewġ saffi jew aktar ta’ polpa niedja li fosthom talanqas waħda jkollha karatteristiċi differenti mill-oħrajn. Dawn id-differenzi jistgħu jiġu min-natura tal-polpi użati (pereżempju, skart riċiklat), mill-metodu tal-produzzjoni (pereżmpju, mekkaniku jew kimiku) jew, jekk il-polpi huma tal-istess natura u ġew prodotti bl-istess metodu, il-grad tal-ipproċessar (pereżmpju, bla bliċ, bil-bliċ jew ikkuluriti).

(48)

L-investigazzjoni wriet li l-karti u l-kartonċin b’ħafna saffi tabilħaqq għandhom xi karatteristiċi fiżiċi u tekniċi differenti; biex wieħed ikun aktar speċifiku, huma magħmulin minn diversi saffi ta’ polpa, li żżid ir-riġidità. Il-karti u l-kartonċin b’ħafna saffi huma prodotti b’metodu ta’ produzzjoni differenti li jeħtieġ magna tal-karti differenti minn dik użata għall-produzzjoni tas-CFP, peress li fil-proċess tal-produzzjoni diversi saffi ta’ polpa jitqiegħdu fi prodott wieħed. Fl-aħħar, il-karti u l-kartonċin b’ħafna saffi jservu skopijiet differenti (l-aktar ippakkjar) meta mqabbel mas-CFP, li jintuża għall-istampar ta’ kwalità għolja ta’ materjal promozzjonali, rivisti, eċċ. B’hekk, il-karti u l-kartonċin b’ħafna saffi mhumiex ikkunsidrati bħala l-prodott ikkonċernat kif definit fil-premessa (47). Konsegwentement, il-kodiċijiet NM msemmija li jkopru l-importazzjonijiet tal-karti u l-kartonċin b’ħafna saffi huma esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(49)

Fl-aħħar, produttur Ċiniż wieħed sostna li l-hekk imsejjaħ “kartonċin” għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni peress li ma jaqax taħt id-definizzjoni ta’ karta fina (sew jekk miksija u sew jekk le) minħabba d-differenzi allegati fil-piż, il-ħxuna u r-riġidità tiegħu. Instab li t-terminu “kartonċin” normalment jintuża għal karta b’sustanzi għoljin li jagħmlu l-karta ġeneralment itqal, jiġifieri “kartonċin” huwa komunement definit bħala karta b’piż bażi ta’ ’l fuq minn 224 g/m2. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li d-differenza fil-piż ma għandhiex impatt sinifikanti fuq il-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi li jifdal u fuq l-użi aħħarija li jagħmluh differenti mill-prodott ikkonċernat. Ġie nnutat ukoll li, kif spjegat fil-premessa (16) is-CFP kollha b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda li ma taqbiżx l-400 g/m2 ġiet espliċitament inkluża fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. B’hekk il-kartonċin huwa kkunsidrat bħala “l-prodott ikkonċernat”.

2.1.1.   IL-PRODOTT SIMILI

(50)

Instab li l-prodott ikkonċernat, il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ, kif ukoll il-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. Għalhekk, jitqies li dawn huma “simili” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

3.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

3.1.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI GĦALL-PRODUTTURI ESPORTATURI FIR-RPĊ

(51)

Żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ biss ippreżentaw ruħhom u wieġbu għat-talba għad-dejta tal-kampjuni fl-Avviż tal-bidu. Grupp wieħed (Chenming) jirrappreżenta żewġ (2) produtturi esportaturi relatati filwaqt li l-grupp l-ieħor (APP) jirrappreżenta erba’ (4) produtturi esportaturi relatati. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw jirrappreżentaw l-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lill-Unjoni. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

(52)

Tnejn mill-erba’ produtturi esportaturi tal-grupp APP instabu li jipproduċu biss kartonċin b’ħafna saffi, imsemmi fil-premessa (47) ta’ hawn fuq. Dwar dan ta’ min ifakkar li ġie konkluż li l-kartonċin b’ħafna saffi għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni attwali. Qed jitfakkar li l-kartonċin b’ħafna saffi kien eskluż mill-ambitu tal-prodott tal-proċedimenti paralleli ta’ anti-dumping. Hu għalhekk konkluż li ż-żewġ produtturi esportaturi relatati li nstabu li jipproduċu biss kartonċin b’ħafna saffi mhumiex ikkonċernati fil-proċedimenti attwali. Għalhekk, is-sejbiet ippreżentati f’dan ir-Regolament mhumiex ibbażati fuq l-informazzjoni u d-dejta tagħhom.

3.2.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI TAL-PRODUTTURI TAL-UNJONI

(53)

Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’ produtturi tal-Unjoni t-teħid tal-kampjuni kien previst fl-Avviż tal-bidu skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Madankollu, wara eżaminazzjoni tal-informazzjoni sottomessa u minħabba li erba’ produtturi tal-Unjoni biss ippreżentaw ruħhom sad-dati tal-għeluq stabbiliti fl-Avviż tal-bidu, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ. Dawk l-erba’ produtturi tqiesu bħala rappreżentattivi (ikopru 61 % tal-produzzjoni totali) tal-industrija tal-Unjoni kif definita fil-premessa (372). L-informazzjoni provduta mill-erba’ kumpaniji ġiet ivverifikata fuq il-post u ntużat għall-mikroindikaturi kif spjegat fil-premessa (386).

3.3.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI TAL-IMPORTATURI MHUX RELATATI

(54)

Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’ importaturi, it-teħid tal-kampjuni kien previst għall-importaturi fl-Avviż tal-bidu skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Madankollu, wara eżaminazzjoni tal-informazzjoni sottomessa u minħabba n-numru żgħir ta’ importaturi li indikaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ.

4.   SUSSIDJAR

4.1.   RIMARKI PRELIMINARI

(55)

Ta’ min wieħed ifakkar li l-GTĊ u l-erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi ssottomettew it-tweġibiet għall-kwestjonarju u aċċettaw żjarat fuq il-post sabiex ikunu vverifikati t-tweġibiet.

(56)

Fir-rigward tal-GTĊ, wara s-sottomissjoni tat-tweġibiet għall-kwesjtonarju, il-Kummissjoni bagħtet lin-naħa Ċiniża tliet ittri dwar in-nuqqasijiet u ittra ta’ qabel il-verifika. Il-Kummissjoni ppovdiet lill-GTĊ bi żmien biżżejjed għall-preparazzjoni u s-sottomissjoni tar-rappreżentazzjonijiet tiegħu kull meta dan intalab u kien iġġustifikat. Tabilħaqq, ingħataw estensjonijiet sostanzjali tad-data tal-iskadenza, jiġifieri estensjoni ta’ ġimagħtejn għat-tweġibiet tal-kwestjonarju li wasslu għal total ta’ 49 jum ta’ skadenza għas-sottomissjoni tat-tweġibiet għall-kwestjonarju u tliet ġimgħat għar-risposta tal-ewwel ittra dwar in-nuqqasijiet li wasslu għal total ta’ 40 jum ta’ skadenza.

(57)

Qabel iż-żjara ta’ verifika fuq il-post, il-GTĊ talab lill-Kummissjoni biex tipprovdi aktar informazzjoni bil-miktub, b’mod partikolari lista tal-mistoqsijiet kollha li kienet biħsiebha tistaqsi matul iż-żjara ta’ verifika flimkien ma’ lista tad-dipartimenti tal-gvern li kienu mistennija li jipparteċipaw fiż-żjara ta’ verifika fuq il-post. Fl-assenza ta’ dan, intqal li l-Kummissjoni ma tkunx qed tissodisfa l-obbligi tagħha bħala awtorità ta’ investigazzjoni mwaqqfa bis-saħħa tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens (“il-Ftehim SCM”) u b’mod partikolari dawk tal-paragrafu 8 tal-Anness VI. Il-GTĊ ssottometta wkoll li minħabba n-nuqqas ta’ tali informazzjoni mhux se jkun f’pożizzjoni li jiggarantixxi l-eżitu tal-verifika.

(58)

Bir-rispett kollu l-Kummissjoni ma qablitx mat-talba tal-GTĊ. F’dan ir-rigward kien innutat li l-Kummissjoni kienet issodisfat il-kondizzjonijiet kollha relevanti tal-paragrafu 8 tal-Anness VI tal-Ftehim SCM kif ukoll tal-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku. L-ittra dettaljata ta’ qabel il-verifika ntbagħtet lill-GTĊ biex tikkonferma l-aġenda (il-jiem u grupp ta’ skemi li jridu jkunu diskussi f’kull jum tal-verifika) u biex titlob il-preżenza tal-awtoritajiet responsabbli għall-iskemi relevanti u tal-uffiċjali involuti fil-preparazzjoni tas-sottomissjonijiet tal-GTĊ. Il-Kummissjoni spjegat ukoll qabel iż-żjarat ta’ verifika fuq il-post li l-GTĊ biss jaf min huma l-awtoritajiet responsabbli għall-iskemi taħt investigazzjoni kif ukoll dawk l-uffiċjali li qegħdin fl-aħjar pożizzjoni biex jipparteċipaw fil-verifika u jwieġbu l-mistoqsijiet. Fir-rigward tal-lista ta’ tweġibiet speċifiċi, il-Kummissjoni spjegat qabel u matul iż-żjara tal-verifika fuq il-post li tali lista mhix meħtieġa mid-WTO jew il-leġislazzjoni tal-UE u li l-iskop tal-investigazzjoni huwa li jkunu vverifikati t-tweġibiet tal-GTĊ għall-kwestjonarju u s-sottomissjonijiet supplimentari relevanti; għalhekk il-verifika se ssegwi l-istruttura ta’ dawn id-dokumenti. Il-Kummissjoni tkun qiegħda tfittex li tikseb u tiċċara aktar informazzjoni neċessarja għall-proċedimenti li għaddej iżda l-mistoqsijiet preċiżi f’dan il-kuntest ikunu jiddependu mit-tweġibiet tal-GTĊ għall-verifika inizjali tat-tweġibiet tiegħu. Kien spjegat b’mod ċar lill-GTĊ qabel iż-żjara ta’ verifika fuq il-post li jekk ma tingħatax l-informazzjoni neċessarja jew l-awtorità investigattiva ma tiġix megħjuna fil-verifika tal-informazzjoni u d-dejta meqjusa neċessarja għall-iskop tal-proċedimenti, dan jista’ jkun ta’ tfixkil serju għall-proċess tal-investigazzjoni. Il-GTĊ kien imfakkar ukoll bil-konsegwenzi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(59)

Matul iż-żjara tal-verifika fuq il-post tal-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż f’Beijing, il-Kummissjoni għamlet ħilitha li tivverifika l-informazzjoni provduta abbażi tad-dokumenti ta’ sostenn li kienu użati għall-preparazzjoni tat-tweġibiet tal-GTĊ, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11 u 26 tar-Regolament bażiku. Bis-saħħa t’hekk, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li n-nuqqas tal-informazzjoni u d-dokumenti ta’ sostenn disponibbli ma ppermettietx verifika xierqa tat-tweġibiet tal-kwestjonarju. Barra minn hekk, ċerta informazzjoni ma kinetx sottomessa minkejja li ntalbet b’mod speċifiku, u ċerti mistoqsijiet ma ġewx imwieġba. Il-GTĊ kien infurmat bil-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ koperazzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(1) u (6) tar-Regolament bażiku.

(60)

Il-GTĊ argumenta li l-awtorità investigattiva għandha tiddetermina n-neċessità tal-informazzjoni f’mod raġonevoli li ma jwassalx għall-abbuż tad-drittijiet. Kien argumentat ukoll li anke jekk l-informazzjoni ma kinetx ikkunsidrata ideali fl-aspetti kollha, ma kellhiex tkun injorata. Abbażi ta’ dawn l-argumenti hawn fuq, il-GTĊ ssottometta li kkoopera bl-aħjar mod li seta’ u li t-tweġibiet għall-kwestjonarju kienu kompleti. Kien argumentat ukoll li l-verifika fuq il-post kienet skedata ħażin peress li l-ittra ta’ qabel il-verifika naqset milli tipprovdi fehim raġonevoli ta’ x’kellu jkun ivverifikat u l-Kummissjoni ma wettqitx żjarat speċifiċi fuq il-post f’kull entità tal-gvern. Intqal ukoll li l-Kummissjoni poġġiet piż mhux reġonevoli fuq il-GTĊ u talbet informazzjoni irrelevanti u mhux neċessarja.

(61)

Fir-rigward tal-iskedar tal-verifika fuq il-post, ta’ min ifakkar li l-GTĊ qabel dwar iż-żmien, l-iskeda taż-żjara u l-post. Tabilħaqq, id-diskussjonijiet dwar iż-żmien taż-żjara fuq il-post saru f’Awwissu tal-2010. Għall-bidu, il-Kummissjoni pproponiet li ż-żjara ta’ verifika fuq il-post isseħħ fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru 2010 u sussegwentement emendat il-proposta tagħha darbtejn, abbażi tat-talbiet Ċiniżi, l-ewwel għat-tieni ġimgħa ta’ Ottubru 2010 u fl-aħħar għat-tielet ġimgħa ta’ Ottubru 2010. Għalhekk, ma hemm bażi għall-ebda ilment li jikkonċerna l-iskedar taż-żjarat fuq il-post peress li l-Kummissjoni għamlet ħilitha biex takkomoda kwalunkwe talba ġustifikata mill-GTĊ. Fir-rigward tal-informazzjoni mitluba, kien innotat li l-GTĊ qatt ma kkontesta l-format tal-kwestjonarju jew il-mod kif l-informazzjoni kienet mitluba. Il-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż issottometta t-tweġibiet għall-kwsetjonarju u sottomissjonijiet sussegwenti f’isem il-GTĊ. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni li tqieset bħala neċessarja għall-iskopijiet li tinstab sejba rappreżentattiva u baqgħet konsistenti fit-talbiet tagħha billi talbet għall-istess dejta u informazzjoni matul il-proċess tal-investigazzjoni u talbet lill-GTĊ li jispejga l-informazzjoni sottomessa u l-implikazzjonijiet ta’ dik l-informazzjoni għall-iskemi taħt investigazzjoni.

4.2.   SKEMI SPEĊIFIĊI

(62)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li hemm fl-ilment u tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji mill-awtorità tal-Gvern, ġew investigati:

(I)

Self preferenzjali lill-industrija tal-karta miksija

(II)

Programmi tat-Taxxa tad-Dħul

Politiki ta’ taxxi preferenzjali għal kumpaniji li huma rikonoxxuti bħala intrapriżi ta’ teknoloġija għolja jew ġdida.

Politiki ta’ taxxi preferenzjali għar-Riċerka u l-Iżvilupp

Eżenzjoni fuq id-dividendi bejn l-intrapriżi residenti ikkwalifikati

(III)

Programmi ta’ Taxxa Indiretta u Tariffi ta’ Importazzjoni

Eżenzjoni tal-VAT u Tariffi fuq tagħmir importat

Refużjonijiet tal-VAT fuq tagħmir immanifatturat lokalment

Taxxi għall-Manteniment u għall-Bini tal-Belt u soprataxxi tal-edukazzjoni għall-Intrapriżi Investiti Barra

(IV)

Programmi ta’ għotjiet

Marki Famużi

Fondi Speċjali għal Proġetti biex Jitħeġġeġ l-Investiment Barrani

Assistenza Respondenti ta’ Anti-Dumping

Għotja ta’ Rinnovazzjoni tat-Teknoloġija ta’ Shouguang

Fond għad-Drittjiet tal-Proprjetà Intellettwali tal-Park Industrijali ta’ Suzhou

Sussidju tal-Fond tal-Iżvilupp Industrijali High-Tech

Premju riċevut mill-Park Industrijali ta’ Suzhou biex jinżamm it-tkabbir

Fond speċjali għat-trattament tat-tniġġis tal-ilma tal-Għadira ta’ Taihu tal-provinċja ta’ Jiangsu

Fondi speċjali għall-iffrankar tal-enerġija tal-Park Industrijali ta’ Suzhou

Fond Speċjali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet totali tat-tniġġis ewlieni fuq il-livell muniċipali tal-muniċipalità ta’ Suzhou

Sussidju tal-iffrankar tal-ilma u t-tnaqqis tal-emissjonijiet

Il-Premju Protezzjoni Ambjentali riċevut mill-Uffiċċju tal-Protezzjoni Ambjentali ta’ Suzhou

Għotja għall-iffrankar tal-enerġija f’Shouguang

(V)

L-Għoti tal-Oġġetti u s-Servizzi tal-Gvern għal Ħlas mhux Adegwat (“LTAR” – less than adequate remuneration)

L-għoti tad-drittijiet tal-użu tal-art

L-għoti tal-kimiċi fil-manifattura tal-karta

L-għoti tal-elettriku

4.2.1.   SELF PREFERENZJALI LILL-INDUSTRIJA TAL-KARTA MIKSIJA

(a)   Introduzzjoni

(63)

Huwa allegat li l-produtturi Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat jibbenefikaw minn self b’rati ta’ interess baxxi mill-banek tal-politika tal-gvern u minn banek kummerċjali statali (“SOCBs” – state-owned commercial banks) f’konformità mal-politika tal-GTĊ li jipprovdi assistenza finanzjarja sabiex iħeġġeġ u jappoġġa t-tkabbir u l-iżvilupp tal-industrija tal-karta fiċ-Ċina. Kif intwera fil-pjanijiet ta’ ħames snin u l-politika industrijali, ingħataw inizjattivi ta’ finanzjament preferenzjali mis-sistema bankarja lill-industrija tal-manifattura tal-karta.

(b)   L-użu tal-fatti disponibbli

(64)

Abbażi tal-informazzjoni li hemm fl-ilment, il-Kummissjoni ppruvat tinvestiga l-bank li kien qed isellef lill-industrija tal-karta miksija. Għal dawn l-għanijiet, instab li kien hemm bżonn li l-GTĊ jintalab jipprovdi fit-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju u s-sottomissjonijiet ta’ wara, informazzjoni speċifika u dejta dwar serje ta’ pjanijiet u proġetti tal-gvern biex iħeġġu u jappoġġaw l-iżvilupp tas-settur tal-karta taċ-Ċina. Dawn il-pjanijiet u l-proġetti kienu:

L-10 Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Ekonomija Ċivili u l-Iżvilupp Soċjali taċ-Ċina (“L-10 Pjan ta’ Ħames Snin”)

L-“10 Pjan ta’ Ħames Snin” fl-Industrija tal-Manifattura tal-Karta (“Il-Pjan tal-Manifattura tal-Karta”)

L-10 Pjan ta’ Ħames Snin u l-Pjan Speċjali għall-Bini ta’ Proġett Nazzjonali tal-Integrazzjoni tal-Foresterija u l-Manifattura tal-Karta tal-2010 (“Il-Proġett ta’ Integrazzjoni”)

Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-“Dispożizzjonijiet Temporanji li Jippromwovu l-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali” (“Id-Deċiżjoni Nru 40”)

Il-Katalgu tad-Direttorju dwar l-Aġġustament mill-Ġdid tal-Istruttura Industrijali (“Il-Katalgu tad-Direttorju”)

Il-Linji Gwida tal-11-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali (2006-2010) (“Il-11-il Pjan ta’ Ħames Snin”)

Iċ-Ċirkolari tal-Kunsill tal-Istat dwar ir-Realizzazzjoni tal-Miri Ewlenin fil-(11-il Pjan ta’ Ħames Snin) u d-Diviżjoni tal-Ħidmiet (“Iċ-ċirkolari implimentattiva tal-11-il Pjan ta’ ħames snin”)

Il-Politika ta’ Żvilupp tal-2007 għall-Industrija tal-Manifattura tal-Karta (“Il-Pjan għall-Manifattura tal-Karta tal-2007”)

Il-Pjan ta’ Żvilupp ta’ Guandong

Il-11-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Belt ta’ Zhanjiang

Il-11-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Muniċipalità tal-Jining

(65)

Il-GTĊ pprovda parzjalment biss l-informazzjoni mitluba li kellha x’taqsam mal-pjanijiet. Tnejn biss mill-pjanijiet mitluba ngħataw sħaħ, jiġifieri, fil-verżjoni Ċiniża flimkien mat-traduzzjoni bl-Ingliż (id-Deċiżjoni Nru 40 u l-Katalgu tad-Direttorju dwar l-Aġġustament mill-Ġdid tal-Istruttura Industrijali). Mill-bidu l-Kummissjoni talbet it-tliet pjanijiet reġjonali iżda l-awtoritajiet Ċiniżi qalu li ma kinux relevanti peress li l-produtturi esportaturi li kkooperaw ma kinux jinsabu f’dawk ir-reġjuni. Għalhekk, ma ngħatawx. Il-Kummissjoni aċċettat dan iżda talbet il-pjanijiet ta’ żvilupp relatati maż-żoni (reġjuni, provinċji, muniċipalitajiet) fejn l-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu stabbiliti. Il-GTĊ ta kopji Ċiniżi tal-11-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Provinċja ta’ Jiangsu u l-11-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Provinċja ta’ Shandong, iżda mingħajr ebda traduzzjoni, lanqas traduzzjoni tal-werrej. F’rabta maż-żewġ pjanijiet li ma ngħatawx, il-GTĊ qal li dawn kienu jkopru l-perijodu bejn l-2000 u l-2005 u għalhekk ma kinux relevanti. Il-Kummissjoni aċċettatu dan. Il-pjanijiet li kien baqa’, ingħataw biss biċ-Ċiniż (il-Proġett ta’ Integrazzjoni, il-11-il Pjan ta’ Ħames Snin, iċ-ċirkolari implimentattiva tal-11-il Pjan ta’ ħames snin, il-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007) flimkien mat-tabelli mal-werrejja bl-Ingliż. Il-GTĊ allega li t-talbiet tal-Kummissjoni kienu impenjattivi wisq, u li hu kellu biss riżorsi limitati u għalhekk ma setax jittraduċi t-testi.

(66)

Dwar dan ta’ hawn fuq, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni talbet informazzjoni meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni billi d-dokumenti msemmija hawn fuq kienu ġew identifikati fl-ilment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni repetutament enfasizzat il-bżonn li jkunu pprovduti d-dokumenti mitluba bl-Ingliż. Dan hemm bżonnu għal dan it-tip ta’ dokument sinifikanti peress li, abbażi tal-indiċi biss, ma kienx possibbli li jkun ddeterminat liema parti tad-dokument kienet relevanti għall-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-pjanijiet ipprovduti biċ-Ċiniż ma kinux voluminużi u jidher li l-kopji bl-Ingliż tad-dokumentazzjoni relevanti jeżistu jew minn sorsi indipendenti (intrapriżi legali li jispeċjalizzaw fil-liġi Ċiniża) jew minn investigazzonijiet kontra s-sussidji mwettqa fiċ-Ċina mill-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”).

(67)

B’konsegwenza, il-Kummissjoni kellha l-possibilità biss li tivverifika d-dokumenti li ġejjin: id-Deċiżjoni Nru 40, il-Katalgu tad-Direttorju u l-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007, li l-verżjoni bl-Ingliż tiegħu kienet fl-ilment u kienet ingħatat ukoll minn produttur esportatur,

(68)

Sabiex ikun investigat il-livell tal-intervent tal-gvern fis-suq finanzjarju Ċiniż u tinkiseb il-ħarsa ġenerali neċessarja tas-settur finanzjarju fir-RPĊ, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar il-persentaġġ tas-sjieda tal-gvern fl-istituzzjonijiet finanzjarji u dwar ir-rekords tal-ammonti/persentaġġi tas-self mogħti mill-banek Statali. Il-GTĊ allega li ma għandux rekords dwar l-ishma fil-bank minkejja li l-Artikolu 61 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali [2003] Nru 13 jipprovdi li l-banek għandom jirrapurtaw din id-dejta “lill-organu regolatorju tal-banek tal-Kunsill tal-Istat u l-People’s Bank of China”. Dwar l-ammonti/persentaġġi tas-self mogħti mill-banek Statali, il-GTĊ kkonferma li minkejja li d-dejta relevanti nżammet, ma setax jipprovdiha. Barra minn hekk il-Kummissjoni ffaċilitat iktar ix-xogħol tal-GTĊ billi llimitat l-informazzjoni mitluba għall-persentaġġ tas-sjieda tal-gvern f’tali istituzzjonijiet finanzjarji biss li nstabu li jipprovdu self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Madankollu, il-GTĊ ma pprovdiex id-dejta relevanti għal dan is-settur ristrett tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fiċ-Ċina.

(69)

Sabiex ikunu investigati l-politiki tas-self tal-banek Ċiniżi (pereżempju, il-metodi użati fir-rigward l-issettjar tar-rati ta’ interess fuq is-self, il-valutazzjoni tas-self, eċċ), il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-politiki segwiti mill-awtoritajiet statali relevanti jiġifieri l-People’s Bank of China (“PBOC”) u l-Kummissjoni Regolatorja tal-Banek. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda informazzjoni relevanti dwar il-politiki tas-self. L-ebda dokument, regolament jew linji gwida indirizzati lis-sistema bankarja mill-PBOC ma kienet ipprovduta sabiex ikun sostanzjat is-sehem tal-PBOC fit-twaqqif tar-rati tal-interess u r-relazzjoni tiegħu mas-sistema bankarja. Barra minn hekk, l-ebda spjegazzjoni ma ngħatat, minkejja li ntalbet speċifikament, dwar l-applikazzjoni tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali [2003] Nru 13 u partikolarment l-Artikoli 34, 38 u 39 li jistipulaw ir-regoli bażiċi li jirregolaw is-self u n-negozji l-oħra tal-banek kummerċjali.

(70)

Sabiex ikunu investigati l-politiki tas-self tal-banek Ċiniżi li pprovdew self matul il-PI lill-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ biex jirranġa laqgħat ma’ banek speċifiċi li taw self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw sabiex tivverifika l-informazzjoni li tikkonċerna s-self preferenzjali lill-industrija tas-CFP fiċ-Ċina. Il-GTĊ allega li ma kienx kapaċi li jintervjeni fil-banek Statali biex jirranġa tali laqgħat. Għalhekk, ma nġabret l-ebda evidenza mill-banek Ċiniżi dwar jekk jeżaminawx jew le r-riskju tal-kreditu meta jagħtu s-self, u jekk iva, kif jeżaminawh.

(71)

Il-GTĊ kien informat bil-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 28(1) u (6) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl ta’ dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni, kien meħtieġ, flimkien mal-kunsiderazzjoni tad-dokumenti relevanti tal-GTĊ ippreżentati mill-partijiet l-oħrajn, li tintuża informazzjoni minn sorsi sekondarji, inklużi l-ilment u l-informazzjoni pubblikament disponibbli li ttieħdet minn fuq l-internet. Il-GTĊ ma qabilx mal-użu tal-fatti disponibbli iżda ma pprovda l-ebda evidenza oħra ġdida.

(72)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw intalbu wkoll li jorganizzaw laqgħat mal-banek speċifiċi li tawhom is-self matul il-PI sabiex tkun ivverifikata l-informazzjoni li tikkonċerna s-self preferenzjali lill-industrija tas-CFP fiċ-Ċina. Madankollu, l-ebda tali laqgħa ma seħħet. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw ikkomunikaw it-talbiet ripetuti tal-Kummissjoni għal tali laqgħat iżda l-banek relevanti rrifjutaw li jikkooperaw mal-investigazzjoni. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu infurmati bil-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 28(1) u (6) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl ta’ dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni, tqies neċessarju li kwalunkwe sejbiet dwar is-self ipprovdut mill-banek lill-produtturi esportaturi li kkooperaw ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw ma qablux mal-użu tal-fatti disponibbli iżda ma pprovdew l-ebda evidenza oħra ġdida.

(73)

Produttur esportatur Ċiniż intalab jipprovdi informazzjoni speċifika li tikkonċerna ftehim speċifiku dwar ir-ristrutturar tad-dejn ma’ tliet banek Ċiniżi. Il-produttur esportatur imsemmi qabel irrifjuta li jipprovdi l-informazzjoni neċessarja. Konsegwentement, ma kienx possibbli li jkun ivverifikat il-ftehim ġenerali relevanti u s-self kontrattwali korrispondenti kif ukoll il-punti kollha speċifiċi bħalma huma t-tul tas-self, l-iskedi tal-ħlas lura u r-rati tal-interess. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu infurmati bil-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 28(1) u (6) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni, tqies neċessarju li kwalunkwe sejba dwar is-self relevanti pprovduta mill-banek lil dak il-produttur tkun ibbażata fuq il-fatti disponibbli. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw ma qablux mal-użu tal-fatti disponibbli iżda ma pprovdew l-ebda evidenza oħra ġdida.

(c)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(I)   L-intervent tal-gvern fis-sistema bankarja finanzjarja għal self preferenzjali lill-industrija tal-manifattura tal-karta

—    Is-sehem tal-pjanijiet tal-gvern

(74)

L-investigazzjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ pjanijiet politiċi speċifiċi dwar l-industrija tal-manifattura tal-karta. Dawn il-pjanijiet jistipulaw li l-awtoritajiet tal-istat jissolveljaw mill-qrib l-andament tal-industrija tal-manifattura tal-karta u jimplimentaw politiki speċjali (pereżempju, digrieti implimentattivi) biex jintlaħqu l-miri tal-pjanijiet politiċi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbiliet ukoll li l-pjanijiet politiċi speċifiċi jipprovdu self preferenzjali lill-industrija tal-manifattura tal-karta.

(75)

Tabilħaqq, wara l-eżaminazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 40 u t-taqsima finanzjarja speċifika tal-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007, jidher ovvju li s-sistema ta’ ppjanar tal-istat Ċiniż tordna lill-banek biex jipprovdu self lill-industrija tal-manifattura tal-karta.

(76)

Dwar id-Deċiżjoni Nru 40, ta’ min jiinota li dan l-att huwa ordni mill-Kunsill tal-Istat jiġifieri, l-ogħla organu amministrattiv fir-RPĊ u għalhekk legalment jorbot lill-organi pubbliċi l-oħra u lill-operaturi ekonomiċi. Din tikklassifika lis-setturi industrijali fi “Proġetti Mħeġġin, Restrittivi u Eliminati”. Dan l-Att jirrappreżenta linja gwida politika industrijali li flimkien mal-Katalgu tad-Direttorju turi kif il-GTĊ iżomm politika li tħeġġeġ u ssostni lil gruppi ta’ intrapriżi jew industriji, bħalma hija l-industrija tal-karta, ikklassifikata mill-Katalgu tad-Direttorju bħala “Industrija mħeġġa”. Fir-rigward tan-numru ta’ industriji elenkati bħala “Mħeġġin”, ta’ min jinnota li hemm total ta’ 26 li jirrappreżentaw biss porzjon tal-ekonomija Ċiniża. Barra minn hekk, ċerti attivitajiet biss f’dawn is-26 settur għandhom status ta’ “mħeġġin”. Id-Deċiżjoni Nru 40 tistipula wkoll skont l-Artikolu 17 li l-“proġetti ta’ Investiment imħeġġin” għandhom jibbenifikaw minn privileġġi u inċentivi speċifiċi (appoġġ finanzjarju, eżenzjoni fuq id-dazju tal-importazzjoni, eżenzjoni tal-VAT, eżenzjoni tat-taxxa). Fuq in-naħa l-oħra, b’referenza għall-“Proġetti Restrittivi u Eliminati”, id-Deċiżjoni Nru 40 tagħti s-saħħa lill-awtoritajiet tal-istat li jintervejnu direttament biex jirregolaw is-suq. Fil-fatt, l-Artikoli 18 u 19 jitolbu lill-awtorità relevanti li jwaqqfu lill-istituzzjonijiet finanzjarji milli jipprovdi self; dawn jordnaw ukoll lid-dipartiment amministrattiv tal-prezzijiet tal-Istat li jgħolli l-prezz tal-elettriku u jagħti struzzjonijiet lill-kumpaniji li jissupplixxu l-elettriku biex iwaqqfu l-elettriku lil dawn il-“Proġetti Restrittivi u Eliminati”. Huwa ovvju li minn dan ta’ hawn fuq li d-Deċiżjoni Nru 40 tipprovdi regoli li jorbtu lill-istituzzjonijiet ekonomiċi kollha fil-forma ta’ direttivi dwar il-promozzjoni u l-appoġġ tal-industriji mħeġġin, u waħda minnhom hija l-industrija tal-manifattura tal-karta.

(77)

Il-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007 jipprovdi kundizzjonijiet, orjentazzjonijiet u miri speċifiċi għall-industrija tal-manifattura tal-karta. Dan jiddeskrivi l-istat tal-industrija tal-manifattura tal-karta fiċ-Ċina (pereżempju, in-numru ta’ intrapriżi, il-produzzjoni, il-konsum u l-esportazzjonijiet, l-istatistika dwar it-tip ta’ materja prima użata). Dan jistabbilixxi l-politiki u l-miri għall-industrija tal-manifattura tal-karta fir-rigward tat-tfassil industrijali, l-użu tal-materja prima, l-użu tat-tekonoloġija u t-tagħmir, l-istruttura tal-prodott u l-istruttura organizzattiva tal-produtturi tal-manifattura tal-karta. It-test jistabbilixxi wkoll “il-kriterji tad-dħul” tal-industrija, peress li tistipula rekwiżiti speċifiċi tal-proporzjon bejn l-assi u l-passiv għall-industrija tal-manifattura tal-karta, tistipula klassifikazzjonijiet ta’ kreditu speċifiċi għall-industrija tal-manifattura tal-karta u miri speċifiċi għall-ekonomiji ta’ skala, il-proporzjonijiet tas-sehem mis-suq, il-konsum tal-enerġija u l-ilma li jridu jintlaħqu jew jinkisbu mill-kumpaniji. Il-test jitlob lill-kumpaniji li jifformulaw pjanijiet ta’ żvilupp ibbażati fuq il-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007. Jagħti wkoll struzzjonijiet lill-provinċji u r-reġjuni lokali biex jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-pjan, filwaqt li kien iddedikat kapitolu sħiħ lill-“Investiment u l-Iffinanzjar” tal-industrija tal-manifattura tal-karta. F’dan ir-rigward, hu pertinenti li jkun innutat li l-Pjan jistqarr biċ-ċar li l-istituzzjonijiet finanzjarji ma għandhomx jipprovdu self lil proġetti li ma jikkonformawx mar-regolamenti. Fi ftit kliem huwa ċar li mill-qari tat-test u l-kliem użat li l-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007 huwa strument speċifiku tal-istat li għandu l-għan li jirregola l-industrija tal-manifattura tal-karta fiċ-Ċina u jista’ jitqies biss bħala għodda obbligatorja tal-politika industrijali li għandha tkun implimentata b’mod konkret mill-partijiet interessati relevanti fiċ-Ċina (l-awtoritajiet statali, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-produtturi).

(78)

Il-GTĊ argumenta li l-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007 għandu jitqies pjan ta’ linja gwida mingħajr forza li torbot. Intqal ukoll li fl-istess kuntest, l-ebda wieħed mill-pjanijiet u l-proġetti tal-gvern ma kienu jorbtu legalment u b’riżultat ta’ dan l-ebda kontribuzzjoni jew benefiċċju finanzjarju ma jista’ jingħata fil-qafas ta’ dawn il-pjanijiet u l-proġetti. Madankollu, qari sempliċi tat-test tal-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007 u d-dispożizzjonijiet speċifiċi msemmija hawn fuq jiżvela li t-test ma jistax jitqies bħala linja gwida li ma torbotx. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li t-test tal-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007 fost oħrajn jgħid “Il-politika tal-iżvilupp industrijali tissawwar abbażi tar-rekwiżiti tal-ipperfezzjonar tar-riforma tal-ekonomija tas-suq soċjalista u l-liġijiet u r-regolamenti relatati, sabiex jiġi stabbilit ordni ġust fis-suq u ambjent tajjeb ta’ żvilupp, jiġu solvuti l-kwistjonijiet eżistenti fl-iżvilupp tal-industrija tal-manifattura tal-karta u jiġi dderiġit l-iżvilupp b’saħħtu tal-industrija”. Dwar il-pjanijiet u l-proġetti li baqa’, kif elenkati fil-premessa (64) hawn fuq, ta’ min jinnota li ta’ mill-inqas wieħed jirreferi għaċ-ċirkolari implimentattiva tal-11-il Pjan ta’ Ħames Snin. Hu diffiċli li tifhem kif dokument li allegatament ma jorbotx legalment (pjan tal-gvern) jista’ jkollu att implimentattiv li jorbot legalment (f’dan il-każ cirkolari tal-Kunsill tal-Istat).

(79)

Barra minn hekk, l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali [2003] Nru 13 jistqarr li l-banek “iwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-bżonnijiet tal-ekonomija nazzjonali u tal-iżvilupp soċjali u skont il-gwida tal-politika industrijali tal-istat”. F’dan il-każ partikolari l-politika industrijali tal-istat hija l-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007. Għalhekk, hu loġiku li wieħed jikkonkludi li s-self riċevut mill-produtturi tas-CFP mill-SOCBs sar skont id-direttivi tal-gvern.

(80)

Kien investigat ukoll is-sehem tal-Kummissjoni tal-Iżvilupp u r-Riforma Nazzjonali (“NDRC”). Intqal mill-GTĊ li l-NDRC hija aġenzija tal-Kunsill tal-Istat li tikkoordina l-politika makroekonomika u tiġġestixxi l-investimenti tal-Gvern. Dik l-awtorità statali ħarġet, inter alia, il-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007. Ma kienet sottomessa l-ebda informazzjoni disponibbli, minkejja li ntalbet espliċitament, dwar il-qafas legali li skontu l-NDRC kienet stabbilita u topera, pereżempju, l-istatut tagħha. L-unika spjegazzjoni provduta mill-GTĊ kienet li l-Kunsill tal-Istat, l-ogħla organu amministrattiv, jagħti l-istruzzjonijiet li l-NDRC għandha ssegwi u fi kwalunkwe eventwalità din l-informazzjoni hija irrelevanti għall-investigazzjoni. L-argument ma jistax ikun aċċettat. L-istatuti tal-awtorità li toħroġ il-pjanijiet tal-gvern huma kkunsidrati relevanti għall-investigazzjoni fid-dawl tal-fatt li l-pjanijiet u l-proġetti tal-gvern huma taħt investigazzjoni f’dawn il-proċedimenti. Il-Kummissjoni investigat ukoll ir-raġunijiet għala l-NDRC tiġbor, fuq bażi permanenti, informazzjoni dettaljata mill-kumpaniji. Il-GTĊ ċċara li l-informazzjoni tista’ tinġabar permezz ta’ assoċjazzjonijiet industrijali u sorsi pubbliċi oħra. Madankollu, l-eżistenza ta’ mekkaniżmu sistematiku biex jiġbor dejta relatata mal-kumpaniji biex tintuża fil-pjanijiet u l-proġetti tal-gvern tiżvela li dawn il-pjanijiet u l-proġetti huma kkunsidrati bħala element importanti tal-politika industrijali tal-istat.

(81)

Dan ta’ hawn fuq juri li kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-Industrija tal-Manifattura tal-Karta tkun trid tikkunsidra l-bżonn li jintlaħqu l-miri tal-pjanijiet tal-politika relevanti. Tabilħaqq, kumpaniji kkwalifikati minn dawn il-pjanijiet politiċi speċifiċi bħala “Industriji mħeġġin” jitqiesu li għandhom klassifikazzjoni ta’ kreditu għolja, xi ħaġa li għandha konsegwenzi diretti fuq il-valutazzjoni tal-affidabilità kreditizja mis-sistema finanzjarja Ċiniża. Barra minn hekk, mill-eżami tat-taqsima speċifika dwar l-iffinanzjar tal-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007 u n-nota tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li saret disponibbli minn produttur esportatur li kkoopera, hu ovvju li s-sistema tal-ippjanar tal-istat Ċiniż jordna lill-banek li jipprovdu self lill-industrija tal-manifattura tal-karta u l-kumpaniji jitqiesu li għandhom post għoli fil-klassifikazzjoni tal-kreditu għaliex jikkwalifikaw għall-pjanijiet politiċi speċifiċi. Hu pertinenti li jkun innutat li n-nota partikolari tal-klassifikazzjoni tal-kreditu miksuba matul l-investigazzjoni torbot direttament il-prospetti pożittivi tal-futur tal-kumpanija mal-eżistenza tal-pjanijiet politiċi tal-manifattura tal-karta u l-kisba tal-għanijiet tagħhom. Hemm evidenza wkoll li l-awtoritajiet tal-Istat jissorveljaw l-andament tal-kumpaniji peress li jeżaminaw il-liċenzji tagħhom tan-negozju kull sena u b’hekk iżommu statistika finanzjarja u tal-prestazzjoni. Barra minn hekk, hemm evidenza wkoll, li ġejja mill-informazzjoni sottomessa mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, li l-PBOC jissorvelja, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tar-Regolament dwar ir-Registrazzjoni u l-Konsultazzjoni tal-Banek, is-sitwazzjoni tas-self tal-kumpaniji permezz tal-eżami annwali tas-self li l-kumpaniji jieħdu kull sena.

(82)

Il-fatti kollha ta’ hawn fuq juru r-rabta li hemm bejn il-pjanijiet politiċi speċifiċi u l-iffinanzjar tal-industrija tal-manifattura tal-karta.

—    L-intervent tal-Gvern fis-settur bankarju

(83)

Fir-rigward tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, l-investigazzjoni stabbiliet li tnejn minnhom ingħataw awtomatikament, fil-maġġoranza tal-każijiet, ir-rata tal-interessi l-aktar baxxa possibbli fil-limiti stabbiliti mill-PBOC filwaqt li żewġ produtturi esportaturi oħra li kkooperaw ibbenefikaw minn riskedar sostanzjali tas-self tagħhom li seħħ fl-2008. Tabilħaqq, il-banek statali Ċiniżi xtraw is-self kollu dovut lill-banek barranin u s-self skedat mill-ġdid ma pprovdiex għal primjum ta’ riskju sinifikanti fuq il-valur referenzjarju tar-rati ta’ interess tal-PBOC.

(84)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbiliet li s-suq finanzjarju Ċiniż huwa kkaratterizzat minn interventi tal-gvern peress li ħafna mill-banek ewlenin huma statali. L-awtoritajiet Ċiniżi pprovdew biss xi informazzjoni limitata ħafna dwar l-azzjonisti/sjieda tal-banek fiċ-Ċina. Madankollu, kif inhu spjegat hawn isfel, il-Kummissjoni ġabret l-informazzjoni disponibbli sabiex tasal għal sejba rappreżentattiva. Fl-analiżi tagħha dwar jekk il-banek humiex entitajiet bis-setgħa jew jeżerċitaw is-setgħa tal-awtorità tal-gvern, il-Kummissjoni fittxet ukoll informazzjoni mhux biss dwar is-sjieda mill-gvern tal-banek iżda wkoll karatteristiċi oħra bħall-preżenza tal-gvern fuq il-bord tad-diretturi, il-kontroll tal-gvern fuq l-attivitajiet, is-segwitu ta’ politiki jew interessi tal-gvern u jekk l-entitajiet inħalqux bi statut.

(85)

Mill-informazzjoni disponibbli, huwa konkluż li l-banek statali fiċ-Ċina jikkmandaw l-akbar sehem mis-suq u huma atturi predominanti fis-suq finanzjarju Ċiniż; skont id-Deutsche Bank Research tal-2006 dwar is-settur bankarju fiċ-Ċina, is-sehem tal-banek statali jista’ jammonta għal aktar minn żewġ terzi (2/3) tas-suq Ċiniż. Dwar l-istess kwistjoni d-WTO Trade Policy Review of China nnota li “Il-grad għoli tas-sjieda mill-istat hu fattur ieħor notevoli tas-settur finanzjarju fiċ-Ċina” (5). Hu pertinenti li jkun innutat li l-akbar erba’ banek statali (l-Agricultural Bank, il-Bank of China, il-Construction Bank u l-Industrial and Commercial Bank) jidhru li jirrappreżentaw aktar minn nofs is-settur bankarju Ċiniż. Iktar minn 50 % tal-banek politiċi u banek oħrajn tal-gvern huma proprjetà tal-istat. Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni dwar l-istruttura tal-kontroll tal-gvern f’dawk il-banek Ċiniżi u s-segwitu tal-politiki jew l-interessi tal-gvern fir-rigward tal-industrija tal-karti (jiġifieri bord tad-diretturi u bord tal-azzjonisti, il-minuti tal-laqgħat tal-azzjonisti/diretturi, iċ-ċittadinanza tal-azzjonisti/diretturi, il-politiki tas-self u l-evalwazzjoni tar-riskju fir-rigward tas-self mogħti lill-produtturi esportaturi li kkooperaw). Madankollu, la l-GTĊ u lanqas il-banek ma taw din l-informazzjoni. Dawn semmew biss ripetutament l-informazzjoni fir-rapporti annwali tal-banek li ssottomettew. Madankollu, l-informazzjoni fir-rapporti annwali tal-banek ma fihiex (u ma jistax ikun fiha) il-livell meħtieġ ta’ informazzjoni dettaljata.

Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha tuża l-informazzjoni disponibbli. Hija kkonkludiet abbażi tad-dejta disponibbli li dawk il-banek huma kkontrollati mill-gvern u jeżerċitaw l-awtorità tal-gvern b’tali mod li l-azzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat. Id-dejta relevanti użata biex wasslet għas-sejbiet imsemmijin qabel, ġejja minn informazzjoni sottomessa mill-GTĊ, ir-rapporti annwali tal-banek Ċiniżi li kienu jew sottomessi mill-GTĊ jew disponibbli pubblikament, informazzjoni miġjuba mit-2006 Deutsche Bank Research dwar is-settur bankarju taċ-Ċina, informazzjoni sottomessa mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u informazzjoni eżistenti fl-ilment. Dwar il-banek barranin, sorsi indipendenti jistmaw li dawn jirrappreżentaw parti żgħira tas-settur bankarju taċ-Ċina u konsegwentement għandhom sehem insinifikanti fis-self politiku; u l-informazzjoni relevanti turi li dan jista’ jirrappreżenta biss 1 % tas-suq Ċiniż (6). Informazzjoni pubblika relevanti disponibbli tikkonferma wkoll li l-banek Ċiniżi, partikolarment il-banek kummerċjali l-kbar, għadhom jiddependu fuq l-azzjonisti statali u l-gvern biex ikabbru l-kapital meta hemm nuqqas ta’ kapital b’riżultat tal-espansjoni tal-kreditu (7). Dwar il-banek li pprovdew self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-maġġoranza l-kbira huma banek statali. Tabilħaqq, abbażi tal-informazzjoni disponibbli nstab li ta’ mill-inqas 13 minn 19-il bank irrappurtat huma banek statali, inklużi żewġ banek Politiċi (l-Export-Import Bank of China, iċ-China Development Bank) u l-banek Kummerċjali ewlenin fiċ-Ċina bħalma huma l-Agricultural Bank of China, il-Bank of China, iċ-China Construction Bank u l-Industrial and Commercial Bank of China.

Fir-rigward tal-bqija tal-banek proprjetà tal-istat, għal darb’oħra l-Kummissjoni talbet l-istess informazzjoni msemmija fuq dwar il-kontroll tal-gvern u s-segwitu ta’ politiki u interessi tal-gvern fir-rigward tal-industrija tal-karti. Għal darb’oħra, ma ngħatat ebda informazzjoni dettaljata apparti mid-dikjarazzjonijiet ripetuti biex wieħed jirreferi għall-informazzjoni fir-rapporti annwali relevanti tal-banek li, fil-maġġoranza tal-każijiet kienu biss biċ-Ċiniż mingħajr traduzzjoni bl-Ingliż. Madankollu, l-informazzjoni fir-rapporti annwali tal-banek ma tistax tipprovdi l-livell meħtieġ ta’ informazzjoni dettaljata. Fir-rigward tal-banek politiċi, l-investigazzjoni stabbilixxiet li ma hemmx dispożizzjonijiet legali ċari li jirregolaw ir-rwol tagħhom u r-relazzjoni tagħhom mal-gvern. Madankollu, skont dikjarazzjonijiet magħmula mill-GTĊ waqt il-verifika fuq il-post, jidher li l-banek politiċi jappoġġaw il-politiki tal-gvern fiċ-Ċina u ma joperawx għall-profitt. Il-punti kollha ta’ hawn fuq jikkonfermaw li l-erba’ banek huma kkontrollati mill-gvern u jeżerċitaw l-awtorità tal-gvern b’tali mod li l-azzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat.

(86)

Il-Kummissjoni ppruvat ukoll tinvestiga d-differenza bejn il-banek Politiċi (skont l-informazzjoni disponibbli dawn huma l-Export-Import Bank of China, iċ-China Development Bank u l-Agricultural Development Bank of China) u l-Banek Kummerċjali Proprjetà tal-Istat. Il-Kummissjoni talbet kjarifiki dwar iż-żewġ tipi differenti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji. Il-GTĊ ssottometta li l-banek Politiċi ma għandhomx bil-miktub kwalunkwe dispożizzjonijiet li jirregolaw is-settur tagħhom peress li l-awtoritajiet Ċiniżi bħalissa qegħdin jabbozzaw liġi dwar il-banek Politiċi. Intqal ukoll li bank Politiku wieħed (jiġifieri ċ-China Development Bank) ma għandux ikun ikkunsidrat bħala bank Politiku peress li sar kumpanija b’sehem tal-ishma u hu f’perijodu tranżizzjonali. L-informazzjoni mogħtija tikkonferma li l-banek politiċi jiġu ttrattati b’mod differenti minn banek Kummerċjali tal-Istat. Minkejja n-nuqqas ta’ regoli li jirregolaw is-settur tal-banek politiċi jew il-mod li dawn il-banek jaġixxu fis-suq finanzjarju Ċiniż, jidher miċ-ċirkolari PBOC, fejn jissemmew espliċitament, li l-banek Politiċi għandhom status speċjali kif imqabbel mal-banek Kummerċjali tal-Istat. Dwar l-istatus taċ-China Development Bank, l-istat Ċiniż (permezz tal-Ministeru tal-Finanzi Ċiniż) għandu aktar minn 50 % tal-ishma tal-bank u għalhekk it-trasformazzjoni tiegħu f’kumpanija bl-ishma ma għandha ebda impatt fuq il-kontroll tal-gvern.

(87)

Fattur ieħor li joħloq distorzjoni fis-suq finanzjarju Ċiniż huwa s-sehem li għandu l-PBOC fil-fissazzjoni tal-limiti speċifiċi fuq il-mod ir-rati tal-interessi huma stabbiliti u jiċċaqalqu. Tabilħaqq, l-investigazzjoni stabbiliet li l-PBOC għandha regoli speċifiċi li jirregolaw il-mod kif ir-rati ta’ interess jiċċaqalqu. Skont l-informazzjoni disponibbli, dawn ir-regoli huma ffissati fiċ-Ċirkolari tal-PBOC fuq il-Kwistjonijiet dwar l-Aġġustament tar-Rati ta’ Interess fuq id-Depożiti u s-Self – Yinfa (2004) Nru 251 (“iċ-Ċirkolari 251”). L-istituzzjonijiet finanzjarji jintalbu jagħtu rati ta’ self f’ċerta firxa tar-rata ta’ interess tas-self tal-valur indikattiv tal-PBOC. Għas-self tal-bank kummerċjali u s-self tal-bank politiku ġestit kummerċjalment m’hemmx l-ogħla limitu ta’ firxa iżda limitu ta’ firxa baxxa biss. Għall-kooperattivi tal-kreditu urbani u l-kooperattivi tal-kreditu rurali hemm il-firxiet tal-limitu massimi kif ukoll minimi. Għas-self preferenzjali u s-self li għalih il-Kunsill tal-Istat għandu regolamenti speċifiċi r-rati ta’ interess ma jiċċaqilqux ’il fuq. Il-Kummissjoni fittxet kjarifiki mill-GTĊ fuq id-definizzjoni u l-kliem miġjub fiċ-Ċirkolari 251 kif ukoll dwar il-leġislazzjoni preċedenti tagħha (iċ-Ċirkolari tal-PBOC dwar l-espansjoni tal-Firxa taċ-Ċaqliq tar-Rata ta’ Interess tas-Self tal-Istituzzjoni Finanzjarja – YinFa [2003] Nru 250). Il-GTĊ spjega li dawk iċ-Ċirkolari kienu parti mir-riforma tas-suq tar-rati tal-interess fiċ-Ċina iżda ma ta l-ebda spjegazzjoni oħra. Il-GTĊ intalab ukoll jispjega x’inhuma self preferenzjali u self ieħor speċifikati mill-Kunsill tal-Istat.

Il-GTĊ qal li l-kliem tat-test relevanti Ċiniż jirreferi għall-assunzjoni ta’ self ieħor speċifikat mill-Kunsill tal-Istat. L-ebda spjegazzjoni jew dokumentazzjoni relevanti oħra ma ngħatat mill-GTĊ biex jispjega għaliex is-self preferenzjali huwa definit fil-leġislazzjoni Ċiniża. Dwar it-tipi l-oħra ta’ self, anke jekk wieħed jaċċetta l-argument tal-GTĊ, mhux ċar għaliex il-leġiżlatur ħass il-bżonn li jintroduċi l-possibilità ta’ self ieħor stabbilit mill-Kunsill tal-Istat. Il-Kummissjoni talbet ukoll kjarifiki dwar l-eżistenza tas-self politiku ġestit kummerċjalment, kif imsemmi fiċ-Ċirkolari 251. L-ebda spjegazzjoni jew kwalunkwe evidenza ma ngħatat mill-GTĊ dwar din il-kwistjoni. Il-GTĊ intalab ukoll li jipprovdi kull aġġornament jew leġislazzjoni sussegwenti maħruġin miċ-Ċirkolari msemmija f’relazzjoni mal-politika tas-self tal-banek kummerċjali u politiċi iżda l-ebda tali informazzjoni ma ngħatat.

(88)

Fl-aħħar, ta’ min jinnota li l-ebda dejta jew statistika oħra dwar l-istruttura tas-sistema bankarja Ċiniża ma ngħatat mill-GTĊ.

(89)

Fuq il-bażi tal-premessi (74) sa (88) ta’ hawn fuq u b’kunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni Ċiniża (u fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet tal-premessa (90) hawn taħt), il-Kummissjoni tikkonkludi li, is-suq finanzjarju fiċ-Ċina huwa mbagħbas mill-interventi tal-gvern u r-rati tal-interessi li jitolbu l-banek li mhux statali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra aktarx ikunu allinjati mar-rati tal-gvern. Għalhekk, ir-rati ta’ interess mitluba mill-banek mhux tal-gvern u istituzzjonijiet oħra ma jistgħux jitqiesu bħala valuri indikattivi kummerċjali xierqa fid-determinazzjoni dwar jekk is-self tal-gvern jagħtix benefiċċju jew le.

(ii)   Kontribuzzjonijiet Finanzjarji

(90)

Barra minn hekk, wara li tqieset l-evidenza kollha, ġie konkluż li l-maġġoranza vasta tas-self liż-żewġ produtturi li kooperaw ingħata minn banek politiċi jew banek tal-gvern oħra li jitqiesu li huma korpi pubbliċi minħabba r-relazzjoni tagħhom mal-gvern. Iktar minn 50 % minnhom huma proprjetà tal-istat u għalhekk jitqiesu li huma kkontrollati mill-gvern. Hemm ukoll evidenza oħra li dawn il-banek effettivament jeżerċitaw l-awtorità tal-gvern peress kif spjegat fil-premessa (65) hemm intervent ċar mill-Istat (jiġifieri, il-POBC) fil-mod kif il-banek kummerċjali jieħdu d-deċiżjonijiet dwar ir-rati ta’ interess għal self mogħti lil kumpaniji Ċiniżi filwaqt f’xi każijiet, kif spjegat fil-premessa (83) il-kumpaniji ngħataw kważi awtomatikament ir-rata l-aktar baxxa possibbli fil-limiti stabbiliti mill-Istat. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-prattiċi tas-self ta’ dawn l-entitajiet huma attribwibbli direttament lill-gvern. Il-fatt li l-banek jeżerċitaw awtorità tal-gvern huwa kkonfermat ukoll mill-mod li l-Pjan tal-Manifattura tal-2007, id-Deċiżjoni 40 u l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali jaġixxu fir-rigward tat-twettiq tal-politiki industrijali tal-gvern (ara l-premessi (74) sa (81) hawn fuq). Hemm ukoll ammont kbir ta’ evidenza ċirkostanzjali, appoġġata minn studji u rapporti oġġettivi, li għad hemm livell għoli ta’ interventi min-naħa tal-gvern fis-sistema finanzjarja Ċiniża (ara l-premessa (312) hawn taħt). Fl-aħħar nett, iċ-Ċina ma tatx l-informazzjoni li biha setgħet tinftiehem aħjar ir-relazzjoni tal-banek tal-istat mal-gvern (ara l-premessi (68) sa (70) u l-premessi (84) sa (86) hawn fuq). Għalhekk, fil-każ ta’ self mogħti minn banek politiċi jew banek oħra tal-istat, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm kontribut finanzjarju lill-produtturi tal-karta fina fl-għamla ta’ trasferiment dirett ta’ fondi mill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku.

(iii)   Il-Benefiċċju

(91)

Hemm benefiċċju skont l-Artikoli 3(2) u 6(b) tar-Regolament bażiku sakemm is-self li jingħata mill-gvern fuq termini aktar favorevoli minn dawk li r-reċevitur jista’ attwalment jiksibhom fis-suq. Peress li kien stabbilit li s-self mhux tal-gvern fiċ-Ċina ma jipprovdix valur indikattiv xieraq tas-suq, dan inbena bl-użu tal-metodu deskritt fil-premessi minn (96) sa (102) hawn taħt.

(iv)   Speċifiċità

(92)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb dan is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja mir-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, kellha tibbaża għalhekk is-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Ta’ min jinnota li l-Artikolu 28(6) jiddikajara li “Jekk xi parti interessata ma tikkooperax, jew tikkoopera biss parzjalment, hekk li tiġi miżmuma xi informazzjoni relevanti, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkooperat”. Il-fatti kkunisdrati inkludew dawn li ġejjin:

L-evidenza tal-ispeċifiċità sottomessa mill-kwerelant.

Is-sejbiet (ara l-premessi (77) u(78)) li s-sussidji speċifiċi jgħaddu lill-industrija tal-manifattura tal-karta peremezz ta’ pjan settorjali, jiġifieri, il-Pjan tal-Manifattura tal-Karta.

L-evidenza (ara l-premessa(76)) li l-industrija tal-manifattura tal-karta hija “industrija mħeġġa” (id-Deċiżjoni Nru 40).

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali [2003] Nru 13 (ara l-premessa (79)) li jistipulaw li l-banek kummerċjali għandhom iwettqu n-negozju tagħhom tas-self skont il-bżonnijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u fl-ispirtu tal-politiki industrijali tal-istat, jiġifieri f’dan il-każ partikolari fl-ispirtu tal-Pjan tal-Manifattura tal-Karta.

Is-sejbiet (ara l-premessa (81)) li s-sistema tal-ippjanar tal-istat Ċiniż tordna lill-banek jipprovdu self lill-industrija tal-manifattura tal-karta u l-kumpaniji jitqiesu għoljin fil-klassifikazzjoni tal-kreditu għaliex jikkwalifikaw għal pjanijiet politiċi speċifiċi.

(93)

Fid-dawl ta’ dan hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, l-evidenza disponibbli tindika li s-sussidji mogħtija lil kumpaniji fl-industrija tal-karta mhumiex ġeneralment disponibbli u għalhekk huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ, m’hemm xejn li jissuġġerixxi li l-eliġibilità għas-sussidju hija bbażata fuq kriterji oġġettivi jew kondizzjonijiet skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(d)   Konklużjoni

(94)

Għaldaqstant, l-iffinanzjar tal-industrija tal-manifattura tal-karta għandu jitqies bħala sussidju.

(95)

Fid-dawl tal-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju lill-produtturi esportaturi u l-ispeċifiċità, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(96)

L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri li nstab li jeżisti matul il-PI. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li hu d-differenza bejn l-ammont li l-kumpaniji tħallas fuq is-self tal-gvern u l-ammont li l-kumpanija tkun se tħallas għal self kummerċjali paragunabbli disponibbli fis-suq.

(97)

Kif kien spjegat hawn fuq, peress li s-self provdut mill-banek Ċiniżi jirrifletti intervent sostanzjali tal-gvern fis-settur bankarju u ma jirriflettix ir-rati li jistgħu jinstabu f’suq li jiffunzjona, inbena valur indikattiv xieraq tas-suq bl-użu tal-metodu deskritt hawn taħt. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni użat ukoll il-fatti disponibbli sabiex tkun stabbilita rata ta’ interess skont valur indikattiv xieraq.

(98)

Meta jinħoloq valur indikattiv xieraq, l-applikazzjoni tar-rati ta’ interess Ċiniżi titqies raġonevoli, aġġustati biex jirriflettu r-riskju normali tas-suq. Tabilħaqq, f’kuntest fejn l-istat finanzjarju attwali tal-esportaturi jistabbilixxi suq distort u hemm informazzjoni affidabbli mill-banek Ċiniżi dwar il-qies tas-suq u t-twaqqif tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, jitqies neċessarju li ma tittiħidx l-affidabilità finanzjarja tal-esportaturi Ċiniżi fuq il-valur li jidher, iżda tkun applikata żieda biex tirrifletti l-impatt potenzjali tas-suq distort Ċiniż fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.

(99)

Dwar dan ta’ hawn fuq, kif spjegat fil-premessi minn (68) sa (72) kemm il-GTĊ kif ukoll il-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu ntalbu li jipprovdu informazzjoni dwar il-politiki tas-self tal-banek Ċiniżi u l-mod kif self jingħata lill-produtturi esportaturi. Il-partijiet naqqsu li jipprovdu tali informazzjoni minkejja li ntalbu repetitutament biex jagħmlu dan. Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-fatti kollha disponibbli, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(6) tar-Regolament bażiku, jitqies xieraq li jiġi kkunsidrat li l-azjendi kollha fiċ-Ċina jingħataw l-ogħla grad ta’ bonds “Mhux ta’ livell ta’ investiment” biss (BB skont Bloomberg) u li jiġi applikat il-primjum xieraq mistenni fuq il-bonds maħruġa mill-azjendi b’din il-klassifikazzjoni lir-rata ta’ self standard tal-People’s Bank of China. Għal self riċevut f’munita barranija, il-Kumissjoni tapplika l-primjum xieraq mistenni fuq bonds maħruġa minn azjendi b’din il-klassifikazzjoni lil rata standard ta’ self kif issemma fil-kuntratti ta’ self Ċiniżi relevanti (ir-rata LIBOR). Madankollu, minħabba n-nuqqas totali ta’ kooperazzjoni lill-GTĊ fir-rigward tal-proviżjoni tal-informazzjoni dwar, jew l-aċċess għal, il-banek statali, hu kkunsidrat xieraq, skont l-Artikolu 28(6) tar-Regolament bażiku, li jintuża l-grad fil-klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ BB (grad spekulattiv mhux ta’ investiment), fid-dawl tal-fatti kollha disponibbli.

(100)

Il-benefiċċju lill-produtturi esportaturi kien kkalkulat billi jkun ikkunsidrat id-differenzjali tar-rata ta’ interess, espress bħala persentaġġ, multiplikat bl-ammont li baqa’ tas-self, jiġifieri l-interess mhux mħallas matul il-PI. Imbagħad dan l-ammont kien allokat fuq id-dħul totali tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(101)

Kif spjegat fil-premessa (73), kien hemm produttur esportatur li rrifjuta li jipprovdi ftehim importanti tar-ristrutturar tad-dejn. B’konsegwenza ta’ dan ma kienx possibbli li tkun ivverifikata l-informazzjoni marbuta mas-self li jaqa’ taħt dan il-ftehim, bħalma huma r-rata ta’ interess, il-maturità tas-self, l-iskeda tal-ħlas lura eċċ. Il-produttur esportatur ma setax jipprova li kien ħallas lura l-priniċipali tas-self li jaqa’ taħt dan il-ftehim. Għalhekk, fil-kalkolu tal-benefiċċju dan is-self tqies bħala għotja u kien allokat matul il-PI flimkien mal-interessi mhux imħallsa matul il-PI kif spjegat fil-premessa (100) hawn fuq.

(102)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema waqt il-PI tammonta għal 5,37 % għall-kumpaniji tal-APP u 1,26 % għall-kumpaniji tax-Chenming.

4.2.2.   PROGRAMMI TAT-TAXXA TAD-DĦUL

—    Politiki ta’ taxxi preferenzjali għal kumpaniji li huma rikonoxxuti bħala intrapriżi ta’ teknoloġija għolja u ġdida.

(103)

Din l-iskema tippermetti kumpanija li tapplika b’suċċess għal Ċertifikat ta’ Intrapriża ta’ Teknoloġija Għolja u Ġdida li tibbenefika għal rata mnaqqsa ta’ taxxa tad-dħul ta’ 15 % mqabbla mar-rata normali ta’ 25 %.

(a)   Bażi Legali

(104)

L-iskema hija provduta bħala trattament fiskali preferenzjali permezz tal-Artikolu 28 tal-Liġi dwar it-Taxxa tad-Dħul tal-Intrapriżi tar-RPĊ (nru 63 promulgata fis-16 ta’ Marzu 2007) flimkien mal-Miżuri Amministrattivi għad-determinazzjoni tal-Intrapriżi ta’ Teknoloġija Għolja u Ġdida. L-Avviż tal-Amministrazzjoni tal-istat tat-Tassazzjoni dwar Kwistjonijiet li jikkonċernaw il-Ħlas tat-Taxxa tad-Dħul tal-Intrapriżi tat-Teknoloġija Għolja u Ġdida (Guo Shui Han [2008] Nru 985) marbut ukoll ma’ din l-iskema filwaqt li tipprovdi aktar dettalji dwar l-implimentazzjoni tagħha.

(b)   Eliġibilità

(105)

L-Artikolu 10 tal-Miżuri Amministrattivi għad-determinazzjoni tal-Intrapriżi ta’ Teknoloġija Għolja u Ġdida jelenka l-kriterji ta’ eliġibilità għall-kumpaniji biex jibbenefikaw minn din l-iskema. Jekk il-kumpanija tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 10, din għandha tissottometti applikazzjoni lill-awtoritajiet relevanti skont il-proċedura li hemm fl-Artikolu 11 tal-istess Att.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(106)

Kwalunkwe kumpanija li tagħmel il-ħsieb li tapplika għal din l-iskema għandha tagħmel applikazzjoni onlajn mal-Uffiċċju tax-Xjenza u t-Teknoloġija lokali li jagħmel l-ezami preliminari. Sussegwentement, l-Uffiċċju tax-Xjenza u t-Teknoloġija lokali jagħmel rakkomandazzjoni lid-Dipartiment tax-Xjenza u t-Teknoloġija provinċjali. Qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dar il-ħruġ taċ-ċertifikat tal-Intrapriża ta’ Teknoloġija Għolja u Ġdida, id-Dipartiment imsemmi jista’ jiddeċiedi wkoll li jwettaq investigazzjoni direttament fil-bini tal-applikant.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(107)

Din l-iskema ta’ sussidju ntużat minn tliet (3) produtturi esportaturi li kkooperaw li kisbu benefiċċji matul il-PI. Minkejja li l-ebda regoli amministrattivi ma kienu pvoduti mill-GTĊ, il-produtturi esportaturi pprovdew it-testi legali disponibbli. Madankollu, anke minn dawn it-testi, hu diffiċli li wieħed jifhem il-proċedura tal-applikazzjoni li għadha vaga u mingħajr trasparenza.

(e)   Konklużjoni

(108)

Għaldaqstant, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuha.

(109)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb dan is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm dan l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja mir-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, kellha għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, kif stipulati fit-Taqsima 4.1., skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(110)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġislazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil ċerti intrapriżi u industriji biss li jikklassifikaw bħala mħeġġin, bħalma huma dawn li jappartjenu għall-industrija tal-karta miksija. Tabilħaqq, fil-Kapitolu 4 tal-Liġi dwar it-Taxxa tad-Dħul tal-Intrapriżi tar-RPĊ (Nru 63 promulgata fis-16 ta’ Marzu 2007), dedikat lil “Inċentivi fiskali”, l-Artikolu 25 jistipula li “l-Istat jagħti inċentivi tat-taxxa tad-dħul tal-intrapriżi lil industriji ewlenin u proġetti appoġġati u mħeġġa mill-Istat”. Skont il-fehim tal-Kummissjoni, il-Kunsill tal-Istat fid-Deċiżjoni 40 tiegħu (l-Artikolu 14) u fil-Katalgu ta’ Gwida tar-Ristrutturar Industrijali joffri l-priniċipji u l-klassifikazzjoni biex intrapriża tkun ikkunsidrata bħala mħeġġa. Barra minn hekk, m’hemm l-ebda kriterji oġġettivi li jiddeterminaw l-eliġibilità u l-ebda evidenza konklussiva li l-eliġibilità hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, minkejja li nġabru xi regoli amministrattivi matul iż-żjara lill-produtturi esportaturi, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-awtoritajiet tal-GTĊ ma jippermettix l-eżami tal-eżistenza ta’ dawn il-kriterji oġġettivi.

(111)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(112)

L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri li nstab li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri hu kkunsidrat li jkun l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara t-tnaqqis ta’ dak li jitħallas flimkien mar-rata tat-taxxa preferenzjali mnaqqsa. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(113)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw tammonta għal 1,22 % għall-Grupp tal-APP u 0,58 % għax-Chenming Group.

—    Politiki ta’ taxxi preferenzjali għar-Riċerka u l-Iżvilupp

(114)

Din l-iskema tipprovdi benefiċċju lill-kumpaniji kollha li huma rikonoxxuti li wettqu proġetti tal-R&D. Din il-kwalifika tippermetti li t-taxxa tad-dħul tal-kumpaniji titnaqqas b’50 % tal-ispejjeż attwali għall-proġetti approvati.

(a)   Bażi Legali

(115)

L-iskema hija provduta bħala trattament ta’ taxxa prefeerenzjali permezz tal-Artikolu 30(1) tal-Liġi dwar it-Taxxa tad-Dħul tal-Intrapriżi tar-RPĊ (nru 63 promulgata fis-16 ta’ Marzu 2007), l-Artikolu 95 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa tad-Dħul tal-Intrapriżi tar-RPĊ, id-Digriet nru 512 tal-Kunsill tal-Istat tar-RPĊ, promulgata fid-data fis-6 ta’ Diċembru 2007 u l-Gwida għall-Oqsma Ewlenin (in-Notifika Nru 6, 2007).

(b)   Eliġibilità

(116)

Din l-iskema tipprovdi benefiċċju lill-kumpaniji li huma rikonoxxuti li qed iwettqu proġetti tal-R&D. Il-proġetti tal-R&D biss tal-kumpaniji tas-Setturi tat-Teknoloġija Ġdida u Għolja li qed Jirċievu Appoġġ Primarju mill-Istat u proġetti elenkati fil-Gwida għall-Oqsma Ewlenin tal-Industrijalizzazzjoni tat-Teknoloġija Għolja skont il-Prijorità tal-Iżvilupp attwali promulgat mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Iżvilupp u r-Riforma huma eliġibbli għall-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(117)

Kalunkwe kumpanija li għandna l-ħsieb li tapplika għal din l-iskema għandha bżonn li tippreżenta informazzjoni dettlajata dwar il-proġetti tal-R&D lill-Uffiċċju tax-Xjenza u t-Teknoloġija lokali. Wara l-eżami, l-uffiċċju tat-taxxa joħroġ l-avviż tal-approvazzjoni. Dan l-ammont suġġett għat-taxxa tad-dħul tal-kumpaniji titnaqqas b’50 % tal-ispejjeż attwali għall-proġetti approvati.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(118)

Din l-iskema ntużat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw li kisbu benefiċċji matul il-PI. Minkejja li l-ebda regoli amministrattivi ma kienu provduti mill-GTĊ, il-produtturi esportaturi pprovdew it-testi legali disponibbli. Madankollu, anke minn dawn it-testi, hu diffiċli li wieħed jifhem il-proċedura tal-applikazzjoni li tibqa’ vaga u mingħajr trasparenza.

(e)   Konklużjoni

(119)

Għaldqstant, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh.

(120)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb dan is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja tar-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, kellha għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, kif stipulati fit-Taqsima 4.1., skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(121)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġislazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil ċerti intrapriżi u induistriji biss li jikklassifikaw bħala mħeġġin, bħalma huma dawn li jappartjenu għall-industrija tal-karta miksija. Barra minn hekk, m’hemm l-ebda kriterji oġġettivi li jillimitaw l-eliġibilità u l-ebda evidenza konklussiva li l-eliġibilità hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, minkejja li nġabru xi regoli amministrattivi matul iż-żjara lill-produtturi esportaturi, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-awtoritajiet tal-GTĊ ma jippermettix l-eżami tal-eżistenza ta’ dawn il-kriterji oġġettivi.

(122)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(123)

L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri li nstab li jeżisti matul il-PI. Dak il-benefiċċju huwa kkunsidrat li jkun l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara t-tnaqqis ta’ dak li jitħallas flimkien ma’ tnaqqis ta’ 50 % addizzjonali tal-ispejjeż attwali fuq l-R&D għall-proġetti approvati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(124)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw tammonta għal 0,02 % għall-Grupp tal-APP u 0,05 % għax-Chenming Group.

—    Eżenzjoni fuq id-dividendi bejn l-intrapriżi residenti ikkwalifikati

(125)

L-iskema tikkonċerna intrapriżi residenti fiċ-Ċina li huma azzjonisti f’intrapriżi residenti oħra fiċ-Ċina. Tal-ewwel huma intitolati għal eżenzjoni tat-taxxa tad-dħul minn ċerti dividendi mħallsa minn tal-aħħar.

(a)   Bażi Legali

(126)

Din l-iskema hija provduta bħala trattament fiskali preferenzjali permezz tal-Artikolu 26 tal-Liġi dwar it-Taxxa tad-Dħul tal-Intrapriżi tar-RPĊ u spjegata aħjar fl-Artikolu 83 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa tad-Dħul tal-Intrapriżi tar-RPĊ, id-Digriet nru 512 tal-Kunsill tal-Istat tar-RPĊ, promulgat fis-6 ta’ Diċembru 2007.

(b)   Eliġibilità

(127)

Din l-iskema tipprovdi benefiċċju lill-kumpaniji residenti kollha li huma azzjonisti f’intrapriżi residenti oħra fiċ-Ċina.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(128)

Il-kumpaniji jistgħu jużaw din l-iskema direttament permezz tal-formula tat-taxxa tagħhom.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(129)

Dwar l-istqarrija tat-taxxa tad-dħul tal-produtturi esportaturi li kkooperaw hemm ammont eżentat mit-taxxa tad-dħul. Dan l-ammont jissemma bħala Dividends, bonuses u dħul ta’ investiment ta’ ekwità ieħor tar-residenti u intrapriżi eliġibbli f’konformità mal-kondizzjonijiet fl-Appendiċi 5 tal-formula tat-taxxa tad-dħul (l-Istqarrija Annwali tal-Preferenzi tat-Taxxa). L-ebda taxxa tad-dħul ma tħallset mill-kumpaniji rlevanti fuq dawn l-ammonti.

(e)   Konklużjoni

(130)

Għaldaqstant, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh.

(131)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb dan is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm dan l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja mir-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, kellha għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, kif stipulati fit-Taqsima 4.1., skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(132)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġislazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil ċerti intrapriżi residenti fiċ-Ċina biss li jirċievu dħul ta’ dividend minn intrapriżi residenti oħra fiċ-Ċina, għall-kuntrarju ta’ dawk l-intrapriżi li jinvestu f’intrapriżi barranin.

(133)

Barra minn hekk, peress li l-iskemi fiskali kollha hawn fuq skont il-Kapitolu 4 tal-Liġi dwar it-Taxxa tad-Dħul tal-Intrapriżi tar-RPĊ huma riżervati esklussivament għal industriji u proġetti importanti appoġġati jew imħeġġa mill-Istat kif hemm miktub fl-Artikolu 25, din l-iskema wkoll hija speċifika minħabba li riżervata biss għal ċerti intrapriżi u industriji kklassifikati bħala mħeġġin, bħalma hija l-industrija tal-karta miksija. Tabilħaqq, skont il-fehim tal-Kummissjoni, il-Kunsill tal-Istat fid-Deċiżjoni 40 tiegħu (l-Artikolu 14) u fil-Katalgu ta’ Gwida tar-Ristrutturar Industrijali joffri l-prinċipji u l-klassifikazzjoni biex intrapriża tkun ikkunsidrata bħala mħeġġa. Barra minn hekk, m’hemm l-ebda kriterji oġġettivi li jillimitaw l-eliġibilità u l-ebda evidenza konklussiva li l-eliġibilità hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, minkejja li nġabru xi regoli amministrattivi matul iż-żjara lill-produtturi esportaturi, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-awtoritajiet tal-GTĊ ma jippermettix l-eżami tal-eżistenza ta’ dawn il-kriterji oġġettivi.

(134)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(135)

L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri li nstab li jeżisti matul il-PI. Dak il-benefiċċju huwa kkunsidrat li jkun l-ammont tat-taxxa totali pagabbli bl-inklużjoni tad-dħul tad-dividend li ġej mill-intrapriżi l-oħra residenti fiċ-Ċina, wara t-tnaqqis ta’ dak li attwalment jitħallas flimkien mal-eżenzjoni tat-taxxa tad-dividend. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(136)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw tammonta għal 1,34 % għall-Grupp tal-APP u 0,21 % għax-Chenming Group.

4.2.3.   PROGRAMMI TA’ TAXXA INDIRETTA U TARIFFI TA’ IMPORTAZZJONI

—    Eżenzjoni tal-VAT u Tariffi fuq tagħmir importat

(137)

Din l-iskema tipprovdi benefiċċji fil-forma tal-eżenzjoni tal-VAT u l-importazzjonijiet ħielsa mid-dazju tal-oġġetti kapitali lill-FIEs jew kumpaniji domestiċi li huma kapaċi jiksbu ċ-Ċertifikat tal-Proġetti Mħeġġin mill-Istat maħruġ mill-awtoritajiet Ċiniżi f’konformità mal-investiment relevanti, il-leġislazzjoni marbuta mat-taxxa u d-dwana.

(a)   Bażi Legali

(138)

L-iskema hija bbażata fuq sett ta’ dispożizzjonijiet legali, jiġifieri, iċ-Ċirkolari tal-Kunsill tal-istat dwar l-Aġġustament dwar il-Politiki Fiskali dwar Tagħmir Importat Nru 37/1997, l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni [2008] Nru 43, l-Avviż tal-NDRC dwar il-kwistjonijiet relevanti li jikkonċernaw l-ittra tal-Amministrazzjoni tal-Konferma dwar Proġetti Domestiċi jew Iffinanzjati mill-Barranin imħeġġin li jiżviluppaw mill-Istat, Nru 316 2006, datata t-22 ta’ Frar 2006 u fil-Katalgu dwar l-Oġġetti li ma jistgħux ikunu eżentati mid-dazju tal-importazzjoni kemm għall-FIEs kif ukoll għall-intrapriżi domestiċi-2008.

(b)   Eliġibilità

(139)

L-eliġibilità hija limitata għal applikanti, jew FIEs jew intrapriżi domestiċi, li huma kapaċi jiksbu -Ċertifikat tal-Proġetti Mħeġġin mill-Istat.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(140)

Skont l-Avviż tal-NDRC dwar il-kwistjonijiet relevanti li jikkonċernaw l-ittra tal-Amministrazzjoni tal-Konferma dwar Proġetti Domestiċi jew Iffinanzjati mill-Barranin imħeġġin li jiżviluppaw mill-Istat, Nru 316 2006, datat it-22 ta’ Frar 2006, l-Artikolu I.1, il-proġetti b’investiment barrani konformi “ma’ dawk tal-kategorija mħeġġa fil-Katalgu tal-industriji għall-Gwida ta’ Investiment Barrani u l-Katalgu tal-Industriji Prijoritarji għall-Investiment Barrani fir-Reġjun tal-Punent Ċentrali bit-trasferiment tat-teknoloġija, it-tariffa u l-VAT fuq tagħmir imptorat li se jintuża minnhom stess għandhom ikunu eżentati fl-investiment totali u t-teknoloġija, il-partijiet u l-komponenti, u l-ispare parts importati flimkien mat-tagħmir skont il-kuntratt; esklużi huma dawk il-komoditajiet li huma elenkati fil-Katalgu tal-Komoditajiet Importati taħt il-Proġetti b’Investiment Barrani mhux eżentati mit-taxxa”. L-Ittra ta’ Konferma tal-Proġetti għal proġetti b’investiment barrani tal-kategorija mħeġġin b’investiment totali ta’ USD 30 miljun jew aktar għandha toħroġ mill-NDRC. L-Ittra ta’ Konferma tal-Proġetti għal proġetti b’investiment barrani tal-kategorija mħeġġin b’investiment totali ta’ anqas minn USD 30 miljun għandha toħroġ mill-kummissjonijiet jew il-muniċipalitajiet ekonomiċi fuq il-livell provinċjali. Hekk kif jirċievu l-Ittra ta’ Konferma tal-Proġetti tal-kategorija mħeġġin, il-kumpaniji jippreżentaw iċ-ċertifikati u dokumenti oħra ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet Doganali lokali tagħhom sabiex ikunu eliġibbli għall-eżenzjoni mid-dazju u l-VAT fuq l-importazzjonijiet tat-tagħmir.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(141)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw kollha bbenefikaw minn din l-iskema.

(e)   Konklużjoni

(142)

Għaldaqstant, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh.

(143)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb dan is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja mir-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, kellha għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, kif stipulati fit-Taqsima 4.1., skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(144)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġislazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil ċerti intrapriżi li jinvestu f’kategoriji ta’ negozju speċifiċi definiti b’mod eżawrjenti fil-liġi (jiġifieri, il-katalgu għall-Gwida tal-industriji għall-investiment barrani u l-katalgu tal-industriji ewlenin, prodotti u teknoloġiji li l-istat bħalissa jħeġġeġ l-iżvilupp tagħhom). Barra minn hekk, m’hemm l-ebda kriterji oġġettivi li jiddeterminaw l-eliġibilità u l-ebda evidenza konklussiva li l-eliġibilità hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, minkejja li nġabru xi regoli amministrattivi matul iż-żjara lill-produtturi esportaturi, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-awtoritajiet tal-GTĊ ma jippermettix l-eżami tal-eżistenza ta’ dawn il-kriterji oġġettivi.

(145)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(146)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti matul il-PI. Dak il-benefiċċju huwa kkalkulat billi jkunu kkunsidrati l-VAT u d-dażji eżentati fuq it-tagħmir importat. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat matul il-PI bl-użu tal-ħajja utli li tikkorrispondi mal-perijodu ta’ diprezzament medju tal-industrija kkonċernata (jiġifieri, 15-il sena). L-ammont li jirriżulta mbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(147)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw tammonta għal 1,17 % għall-Grupp tal-APP u 0,61 % għax-Chenming Group.

—    Refużjonijiet tal-VAT fuq tagħmir immanifatturat lokalment

(148)

Din l-iskema tipprovdi benefiċċji fil-forma ta’ refużjonijiet tal-VAT imħallsa fuq ix-xiri ta’ tagħmir prodott domestikament mill-FIEs.

(a)   Bażi Legali

(149)

L-iskema hija bbażata fuq iċ-Ċirkolari tal-Amministrazzjoni tal-Istat tat-tassazzjoni fuq il-ħruġ ta’ miżuri provviżorji għall-Amministrazzjoni tar-refużjonijiet tat-taxxa għax-xiri tat-Tagħmir Manifatturat Domestikament minn Intrapriżi b’Investiment Barrani Nru 171, 1999, 20/09/1999 u mitmuma biċ-Ċirkolari dwar it-Tmiem tal-Politiki ta’ refużjoni tat-Taxxa fuq ix-Xiri ta’ Tagħmir Manifatturat Domestikament minn FIEs [Caishui 2008, Nru 176]. Din tal-aħħar tipprovdi għal perijodu tranżizzjonali wara t-tmiem tal-programm mill-1 ta’ Jannar 2009.

(b)   Eliġibilità

(150)

L-eliġibilità hija limitata għall-FIEs li jixtru tagħmir manifatturat domestikament.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(151)

Il-programm għandu l-għan li jirrifondi l-VAT imħallsa fuq xiri ta’ tagħmir manifatturat domestikament jekk it-tagħmir ma jaqax fil-Katalgu tal-Oġġetti li ma jistgħux ikunu eżentati u jekk il-valur tat-tagħmir ma jaqbiżx il-limitu ta’ investiment totali fuq FIE skont il-“miżuri Amministrattivi bi prova fuq ix-Xiri ta’ Manifatturat Domestikament”.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(152)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw kollha bbenefikaw minn din l-iskema.

(e)   Konklużjoni

(153)

Għaldaqstant, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh.

(154)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb dan is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm dan l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja mir-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, kellha għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, kif stipulati fit-Taqsima 4.1 hawn fuq, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(155)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġislazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil ċertu tip ta’ intrapriżi (jiġifieri, FIEs). Barra minn hekk, m’hemm l-ebda kriterji oġġettivi li jiddeterminaw l-eliġibilità u l-ebda evidenza konklussiva li l-eliġibilità hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, minkejja li nġabru xi regoli amministrattivi matul iż-żjara lill-produtturi esportaturi, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-awtoritajiet tal-GTĊ ma jippermettix l-eżami tal-eżistenza ta’ dawn il-kriterji oġġettivi.

(156)

Barra minn hekk, l-iskema hi speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament bażiku, billi s-sussidju jiddependi fuq l-użu ta’ oġġetti domestiċi minflok dawk importati.

(157)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(158)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa kkalkulat billi jkunu kkunsidrati l-VAT u d-dazji mħallas lura fuq ix-xiri ta’ tagħmir manifatturat domestikament. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat matul il-PI bl-użu tal-ħajja utli li tikkorrispondi mal-perijodu ta’ diprezzament medju tal-industrija kkonċernata (jiġifieri, 15-il sena). L-ammont li jirriżulta mbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(159)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw tammonta għal 0,03 % għall-Grupp tal-APP u 0,05 % tax-Chenming Group.

—    Taxxi għall-Manteniment u għall-Bini tal-Belt u soprataxxi tal-edukazzjoni għall–FIEs

(160)

Din l-iskema tipprovdi eżenzjoni lill-FIEs milli jħallsu taxxa fuq il-manteniment tal-belt lokali u l-bini u soprataxxa fuq l-edukazzjoni.

(a)   Bażi Legali

(161)

L-iskema hija bbażata fuq Regoli Interim dwar Taxxa fuq il-Manteniment tal-Belt tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (Guo Fa ppubblikati fit-8 ta’ Frar 1985, Nru 19) u r-Regolamenti tal-Ministeru tal-Finanzi dwar Diversi Kwistjonijiet Speċifiċi li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tar-Regoli Interim Rules Interim dwar Taxxa fuq il-Manteniment tal-Belt tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (Cai Shui Zi, ippubblikati fit-22 ta’ Marzu 1985, Nru 69).

(b)   Eliġibilità

(162)

L-eliġibilità hija limitata għall-FIEs.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(163)

Skont ir-Regoli Interim dwar Taxxa fuq il-Manteniment tal-Belt tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina l-bażi tat-taxxa tal-manteniment tal-belt u t-taxxa tal-bini “huwa l-ammont ta’ taxxa tal-prodott, il-VAT u negozju attwalment imħallas mill-kontribwenti fiskali u għandha titħallas fl-istess żmien rispettivament mat-taxxa tal-prodott, il-VAT u t-taxxa tan-negozju”.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(164)

Kif spjegat fil-premessi (347) u (348), l-obbligi tat-taxxa fir-rigward ta’ din l-iskema huma applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2010 lill-kumpaniji kollha li joperaw fiċ-Ċina.

(e)   Konklużjoni

(165)

Għaldaqstant u fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet sat-30 ta’ Novembru 2010, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ dħul tal-gvern mhux miġbur li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh.

(166)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġislazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, teskludi ċertu tip ta’ intrapriżi (jiġifieri, FIEs) milli jħallsu t-taxxa fuq il-manteiniment tal-belt u l-bini.

(167)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(168)

Madankollu, fid-dawl tal-informazzjoni mogħtija mill-GTĊ u l-produtturi esportaturi relevanti li kooperaw, qed jiġi konkluż li l-partijiet kienu f’pożizzjoni li juru li din l-iskema ma għadhiex tagħti benefiċċji lill-esportaturi involuti.

(169)

Għalhekk, il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku huma sodisfatti. Għalhekk, ġie konkluż li din l-iskema ma għandhiex tiġi kkumpensata.

4.2.4.   PROGRAMMI TA’ GĦOTJIET

(170)

Mill-programmi ta’ għajnuna varji msemmija fl-ilment, tnejn instabu li kienu qed jintużaw mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, jiġifieri, il-Premju tal-Marki Famużi u l-Fondi Speċjali biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku u kummerċjali barrani u biex jattiraw proġett ta’ investiment baraani sinifikanti fil-provinċja ta’ Shandong. Il-programmi li baqa’ li nstabu li jintużaw kienu rrapuratati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Il-GTĊ kien infurmat tal-eżistenza ta’ dawn il-programmi u ntalab li jipprovdi l-informazzjoni neċessarja dwarhom. Il-GTĊ qal li kwalunkwe programm li mhux inkluż fl-ilment ma jistax ikun investigat peress li jmur kontra r-regoli tad-WTO. Għalhekk kien argumentat mill-GTĊ li t-talba tal-Kummissjoni trid titqies bħala inkonsistenti mar-regoli tal-evidenza u l-konsultazzjoni skont il-Ftehim SCM. Intqal ukoll mill-GTĊ li l-informazzjoni provduta mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn l-iskemi kienet ġenerali u li, anke jekk wieħed jassumi li dawn il-programmi jistgħu jkunu investigati, il-Kummissjoni għandha tibgħat talba ġdida, suffiċjentement sostanzjata lill-GTĊ u titolbu li jipprovdi d-dettalji dwar is-sussidji allegatament ġodda li jkunu relevanti għall-investigazzjoni.

(171)

F’dan ir-rigward kien innutat li hija prattika standard tal-UE li tinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż li qed tinvestiga bl-eżistenza ta’ kwalunkwe skema allegata ta’ sussidju mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, barra dawk imsemmija fl-ilemtn u titlob l-informazzjoni u kjarifikazzjoni dwarhom. Il-prattika segwita hija konformi mar-regoli relevanti tad-WTO. Il-Kummissjoni informat lill-GTĊ bl-eżistenza ta’ dawn l-iskemi fi żmien meta dawn l-iskemi saru magħrufa u pprovdiet lill-GTĊ bl-informazzjoni li rċeviet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw. Il-Kummissjoni pprovdiet lill-GTĊ l-opportunità għall-konsultazzjonijiet fir-rigward tal-iskemi relevanti u l-konsultazzjonijiet wara saru. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12.1, 13.1 u 13.2 tal-Ftehim SCM kif ukoll l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku kienu sodisfatti bis-sħiħ. Is-sejbiet ippreżentati hawn taħt jikkunsidraw l-informazzjoni sottomessa mill-GTĊ fir-rigward tal-programmi relevanti.

(i)   Il-programmi msemmija fl-ilment

—    Marki Famużi

(a)   Bażi Legali

(172)

Din l-iskema hija implimentata bl-Avviż tal-Provinċja ta’ Shandong li jikkonċerna l-premju speċjali Baġit tal-Fond fl-2008 għall-Iżvilupp tal-Marka għall-Esportazzjoni Proprja [Lucaiqizhi (2008) Nru 75]. Din l-iskema tipprovdi għajnuna lill-kumpaniji sabiex ikabbru l-marki għall-esportazzjoni u jkabbru s-sehem fis-suq tal-marki famużi.

(b)   Eliġibilità

(173)

L-intrapriżi biss tal-marki famużi għall-esportazzjoni stabbiliti fil-Provinċja ta’ Shandong huma eliġibbli biex jieħdu dan il-premju. L-ebda atti legali jew amministrattivi ma kienu sottomessi biex isostnu l-kriterji tal-eliġibilità.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(174)

L-iskema għandha l-għan li tippremja lill-intrapriżi li huma rikonoxxuti bħala intrapriżi ta’ marki famużi għall-esportazzjoni tal-Provinċja ta’ Shandong sabiex itejbu l-iżvilupp u l-kompetittività tagħhom. L-intrapriza ma għandhiex għalfejn tapplika għall-programm u għalhekk m’hemmx dokument ta’ approvazzjoni.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(175)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw kollha bbenefikaw minn din l-iskema.

(e)   Konklużjoni

(176)

Għaldaqstant, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ trasferiment ta’ fondi diretti li jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh.

(177)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb dan is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja tar-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, kellha għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, kif stipulati fit-Taqsima 4.1 hawn fuq, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(178)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika fit-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-aċċess għaliha hu limitat għal ċerti intrapriżi jiġifieri, intrapriżi ta’ marki famużi għall-esportazzjoni. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni legali jew amministrattiva dwar il-kriterji ta’ eleġibilità, m’hemm xejn li jissuġġerixxi li l-eliġibilità għas-sussidju hija bbażata fuq kriterji oġġettivi jew kondizzjonijiet skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(179)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(180)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti matul il-PI. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(181)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw hija negliġibbli (inqas minn 0,01 %) għall-Grupp tax-Chenming.

—    Fondi Speċjali għal Proġetti biex Jitħeġġeġ Investiment Barrani

(a)   Bażi Legali

(182)

Id-dokument uffiċjali dwar din l-iskema huwa l-Avviż tal-Gvern Popolari ta’ Shouguang dwar Rakkomandazzjoni ta’ intrapriżi avvanżati fl-2008. Din l-iskema, stabbilita fid-9 ta’ Frar 2008, tagħti tifħir lill-intrapriżi li kisbu prestazzjoni eċċellenti matul l-2008.

(b)   Eliġibilità

(183)

Il-kumpaniji li kienu rikonoxxuti bħala l-“intrapriża avvanzata fuq attrazzjoni b’investiment barrani” u l-“intrapriża avvanzata fuq prestazzjoni tan-negozju b’kummerċ barrani” b’prestazzjoni ta’ negozju b’kummerċ barrani tajjeb jew attrazzjonijiet sinifikanti ta’ investiment barrani huma eliġibbli għall-iskema. Ma ngħatat l-ebda liġi jew regolament mill-GTĊ li jikkonċerna l-politika jew id-definitzzjoni tal-“intrapriża avvanzata fuq attrazzjoni b’investiment barrani” u l-“intrapriża avvanzata fuq prestazzjoni tan-negozju b’kummerċ barrani

(c)   Implimentazzjoni prattika

(184)

Il-Gvern Popolari ta’ Shouguang hu responsabbli li jagħti dawn il-fondi lill-intrapriżi li kienu rikonoxxuti bħala “intrapriża avvanzata fuq attrazzjoni b’investiment barrani” u l-“intrapriża avvanzata fuq prestazzjoni tan-negozju b’kummerċ barrani”.

(185)

Skont il-GTĊ, l-intrapriza m’għandhiex għalfejn tapplika għal din l-iskema u għalhekk m’hemmx dokument ta’ approvazzjoni.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(186)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw kollha bbenefikaw minn din l-iskema.

(e)   Konklużjoni

(187)

Għaldaqstant, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ trasferiment ta’ fondi diretti li jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh.

(188)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb dan is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja tar-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, kellha għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, kif stipulati fit-Taqsima 4.1 hawn fuq, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(189)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika fit-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-aċċess għaliha hu limitat għal ċerti intrapriżi jiġifieri, għal intrapriża avvanzata fuq attrazzjoni b’investiment barrani u l-intrapriża avvanzata fuq prestazzjoni tan-negozju b’kummerċ barrani. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni legali jew amministrattiva dwar il-kriterji ta’ eleġibilità, m’hemm xejn li jissuġġerixxi li l-eliġibilità għas-sussidju hija bbażata fuq kriterji oġġettivi jew kondizzjonijiet skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(190)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(191)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti matul il-PI. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(192)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw hija negliġibbli (inqas minn 0,01 %) għall-Grupp tax-Chenming.

(ii)   Il-programmi rrapurtati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw.

—    Assistenza Respondenti ta’ Anti-Dumping

(a)   Bażi Legali

(193)

Id-dokument uffiċjali dwar din l-iskema huwa r-Regoli għall-Implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sostenn għall-Anti-dumping, Kontra s-sussisdju, Respondenti tal-investigazzjoni ta’ Salvagwardja. Il-GTĊ jgħid li l-iskema ntemmet fl-2008 iżda l-ebda notifika legali relevanti ma ngħatat.

(b)   Eliġibilità

(194)

Is-sussidju provdut mill-uffiċċju finanzjarju reġjonali/provinċjali sabiex iħeffef il-parteċipazzjoni tal-kumpanija fl-investigazzjoni tal-anti-dumping tal-Istati Uniti. Il-kumpaniji eliġibbli għandhom ikunu reġistrati fil-Provinċja ta’ Shandong (eskluża l-Belt ta’ Qingdao), u għandhom jaħdmu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-awtoritajiet provinċjali.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(195)

L-iskema hija speċifika għal reġjun (disponibbli biss fil-Provinċja ta’ Shandong iżda bl-eċċezzjoni tal-akbar belt tagħha, Qingdao), b’kriterji ta’ eliġibilità li ma kinux oġġettivi bil-liġi.

(196)

Skont il-liġi relevanti, l-40 % tal-miżati tal-avukat jingħataw lill-applikant.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(197)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw kollha bbenefikaw minn din l-iskema.

(e)   Konklużjoni

(198)

Għaldaqstant, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ trasferiment ta’ fondi diretti li jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh.

(199)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġislazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil kumpaniji f’reġjun ġeografiku magħżula.

(200)

Għaldaqstant, is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(201)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti matul il-PI. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(202)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw tammonta għal inqas minn 0,01 % (negliġibbli) għall-Grupp tax-Chenming.

—    Għotja ta’ Rinnovazzjoni tat-Teknoloġija ta’ Shouguang

(a)   Bażi Legali

(203)

Il-programm kien implimentat skont l-Opinjoni biex jaċċelleraw l-iżvilupp tal-industrija tat-teknoloġija għolja (Implimentazzjoni tal-Prova) (Shoufa [2005] Nru 37) maħruġa mill-gvern Muniċipali ta’ Shouguang. Il-GTĊ qal li l-qafas legali relevanti għall-iskema jeżisti iżda ma pprovdiex kopja tagħha.

(b)   Eliġibilità

(204)

L-iskema hija sussidju provduta biex ittejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi. L-ebda atti legali jew ammintrattivi ma kienu sottomessi biex isostnu l-kriterji tal-eliġibilità.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(205)

Skont il-GTĊ dan il-programm hua għajnuna lokali biex tħeġġeġ l-R&D, l-iffrankar tal-enerġija u l-protezzjoni ambjentali. M’hemm l-ebda proċedura ta’ applikazzjoni. Minn żmien għal żmien il-Gvern reġjonali joħroġ avviżi jinformaw lil-produtturi esportaturi li jingħataw għajnuna ta’ ċertu ammont.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(206)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw kollha bbenefikaw mill-iskema.

(e)   Konklużjoni

(207)

Għaldaqstant, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ trasferiment ta’ fondi diretti li jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh.

(208)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb dan is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja tar-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, kellha għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, kif stipulati fit-Taqsima 4.1 hawn fuq, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(209)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika fit-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-aċċess għaliha hu limitat għal ċerti intrapriżi. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni legali jew amministrattiva dwar il-kriterji ta’ eleġibilità, mhemm xejn li jissuġġerixxi li l-eliġibilità għas-sussidju hija bbażata fuq kriterji oġġettivi jew kondizzjonijiet skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(210)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(211)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti matul il-PI. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(212)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw tammonta għal 0,59 % (negliġibbli) għall-Grupp tax-Chenming.

—    Fond dwar id-Drittjiet tal-proprjetà Intellettwali tal-Park Industrijali ta’ Suzhou

(a)   Bażi Legali

(213)

L-iskema hija implimentata skont il-Miżuri Interim dwar it-Tisħiħ tax-Xogħol dwar id-Drittjiet tal-Proprjetà Intellettwali tal-Park Industrijali ta’ Suzhou u r-Regoli Amministrattivi dwar il-Fond dwar id-Drittjiet tal-Proprjetà Intellettwali tal-Park Industrijali ta’ Suzhou.

(b)   Eliġibilità

(214)

L-iskema hija provduta biss lil kumpanija stabbilita fil-Park Industrijali ta’ Suzhou li kisbet Ċertifikat tar-Reġistru tad-Drittijiet Intellettwali tas-Softwer tal-Kompjuter, iċ-Ċertifikat tar-Registru għall-Proġettazzjoni tal-layout taċ-Ċirkwiti Integrati u għandhom kif kisbu prodotti ta’ marki famużi.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(215)

Biex kumapanija tkun eleiġibbli biex tikseb għajnuna għall-applikazzjonita’ privattivi jew premju għall-marka kummerċjali għandha timla formula ta’ applikazzjoni għall-Premju tal-Marka Famuża tal-Provinċja ta’ Suzhou jew livell ’il fuq u tissottomettiha lill-uffiċċju tax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-Park. L-għajnuniet huma provduti mill-Park Industrijali ta’ Suzhou. Ma teżisti l-ebda informazzjoni dwar l-iffinanzjar tal-Park u minn liema awtoritajiet statali jirċievi l-ammonti ta’ għajnuniet.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(216)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw kollha bbenefikaw mill-iskema. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota n-nuqqas totali ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni relevanti li tikkonċerna l-produttur esportatur li kkoopera peress li ma kienet ipprovduta l-ebda applikazzjoni tal-iskema jew deċiżjoni li tagħti l-premju.

(e)   Konklużjoni

(217)

Għaldaqstant, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ trasferiment ta’ fondi diretti li jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh.

(218)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb dan is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja tar-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, kellha għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, kif stipulati fit-Taqsima 4.1 hawn fuq, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(219)

Din l-iskema ta’ sussidju hija speċifika fit-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-aċċess għaliha hu limitat għal ċerti intrapriżi. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni legali jew amministrattiva dwar il-kriterji ta’ eleġibilità, mhemm xejn li jissuġġerixxi li l-eliġibilità għas-sussidju hija bbażata fuq kriterji oġġettivi jew kondizzjonijiet skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(220)

Barra minn hekk, l-iskema ta’ sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġislazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil kumpaniji f’reġjun ġeografiku magħżul. L-iskema hija disponibbli biss għal kumpaniji stabbiliti fil-Park Industrijali ta’ Suzhou.

(221)

Għaldaqstant, is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(222)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti matul il-PI. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(223)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw tammonta għal inaqas minn 0,01 % għall-Grupp tal-App.

—    Sussidju tal-Fond tal-Iżvilupp Industrijali High-Tech

(a)   Bażi Legali

(224)

L-ebda bażi legali ma kienet prvoduta mill-GTĊ jew mill-produtturi esportaturi. Il-programm jipprevedi l-assistenza finanzjarja lil kumpaniji fil-Park Industrijali ta’ Suzhou u skont il-GTĊ, din l-iskema għandha l-għan li taċċellera r-riforma u l-aġġornament tal-Park Industrijali ta’ Suzhou u tippromwovi t-titjib tal-kwalità tar-riċerka xjentifika tal-intrapriżi fil-Park.

(b)   Eliġibilità

(225)

L-iskema hija provduta biss lil kumpaniji stabbiliti fil-Park Industrijali ta’ Suzhou li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’numru ta’ pjanijiet kif ukoll l-eżistenza ta’ proġetti ta’ riċerka xjentifika. Il-GTĊ issottometta d-deskrizzjoni tal-programm madankollu ma pprovdiex kopji tal-pjanijiet relevanti.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(226)

L-assistenza hija provduta lil kumpaniji li jinvestu fil-Park u jitolbu għajnuniet għal tipi speċifiċi ta’ azzjoni (riċerka u żvilupp); assistenza f’prodotti ġodda; amministrazzjoni tal-proprjetà intellettwali; żvilupp tas-suq barra mill-pajjiż: koordinazzjoni tal-proġett mal-gvern; servizz ta’ tekonoloġija pubblika). L-għajnuniet huma provduti mill-Park Industrijali ta’ Suzhou. Ma teżisti l-ebda informazzjoni dwar l-iffinanzjar tal-Park u minn liema awtoritajiet statali jirċievi l-ammonti ta’ għajnuniet.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(227)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw kollha bbenefikaw mill-iskema.

(e)   Konklużjoni

(228)

Għaldaqstant, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ trasferiment ta’ fondi diretti li jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh.

(229)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb dan is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja tar-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, kellha għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, kif stipulati fit-Taqsima 4.1 hawn fuq, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(230)

L-iskema ta’ sussidju hija speċifika fit-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-aċċess għaliha hu limitat għal ċerti intrapriżi. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni legali jew amministrattiva dwar il-kriterji ta’ eleġibilità, mhemm xejn li jissuġġerixxi li l-eliġibilità għas-sussidju hija bbażata fuq kriterji oġġettivi jew kondizzjonijiet skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(231)

Barra minn hekk, l-iskema ta’ sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġislazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil kumpaniji f’reġjun ġeografiku magħżul. L-iskema hija disponibbli biss għal kumpaniji stabbiliti fil-Park Industrijali ta’ Suzhou.

(232)

Għaldaqstant, is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(233)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti matul il-PI. Dan l-ammont (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(234)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw tammonta għal 0,03 % għall-Grupp tal-APP.

—    Premju riċevut mill-Park Industrijali ta’ Suzhou biex jinżamm it-tkabbir

(a)   Bażi Legali

(235)

L-ebda bażi legali ma kienet prvoduta mill-GTĊ jew mill-produtturi esportaturi. Il-GTĊ stqarr li l-programm hu implimentat skont l-Opinjoni tal-Park Industrijali ta’ Suzhou dwar il-Promozzjoni ta’ Tkabbir Bla Skossi, Stabbli u Rapidu u l-għand tiegħu hu li jaċċellera t-tkabbir tal-istruttura industrijali u l-kummerċ barrani.

(b)   Eliġibilità

(236)

L-iskema hija provduta biss lil kumpaniji stabbiliti fil-Park Industrijali ta’ Suzhou. L-ebda kriterji ta’ eliġibilità ma kienu stabbiliti b’mod ċar mill-awotritajiet Ċiniżi. Madankollu, sabiex jirċievu l-għajnuna, l-intrapriżi stabbiliti fil-park għandhom jilħqu prestazzjoni aħjar ta’ esportazzjoni fl-2009 mill-prestazzjoni attwali tas-sena preċedenti.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(237)

Skont il-GTĊ l-intrapriżi m’għandhomx bżonn japplikaw għal din l-iskema, minkejja li l-produttur esportatur li kkoopera relevanti ssottometta formula ta’ applikazzjoni tal-Park Industrijali ta’ Suzhou għall-Fond tal-Iżvilupp Industrijali ta’ Teknoloġija Għolja. Kif intqal mill-GTĊ, l-iskema hija marbuta mal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-intrapriżi filwaqt li l-kumpaniji jirċievu ammount stabbilit ta’ RMB għal kull dollaru ta’ tkabbir f’kwantijiet akbar ta’ esportazzjonijiet u valur. L-inċentiv tal-RMB huwa ddiferenzjat ukoll abbażi tat-tip ta’ prodotti u mudelli. L-għajnuniet huma provduti mill-Park Industrijali ta’ Suzhou. Ma teżisti l-ebda informazzjoni dwar l-iffinanzjar tal-Park u minn liema awtoritajiet statali jirċievi l-ammonti ta’ għajnuniet.

(d)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(238)

Kien hemm produttur esportatur wieħed li kkoopera li bbenefika mill-iskema.

(e)   Konklużjoni

(239)

Għaldaqstant, l-iskema għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ trasferiment ta’ fondi diretti li jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh.

(240)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb dan is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja tar-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, kellha għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli, kif stipulati fit-Taqsima 4.1 hawn fuq, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(241)

L-iskema ta’ sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku, meta jitqies li l-leġislazzjoni nnifisha, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema lil kumpaniji f’reġjun ġeografiku magħżul. L-iskema hija disponibbli biss għal kumpaniji stabbiliti fil-Park Industrijali ta’ Suzhou.

(242)

Barra minn hekk, l-iskema tiddependi fil-liġi mill-andament tal-esportazzjonijiet, u għalhekk titqies li hi speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku. L-għajnuna hija marbuta u kkalkulata skont il-prestazzjoni tal-esportazzjoni peress li l-benefiċċju riċevut hu bbażat fuq iż-żieda fil-kwantitajiet u l-valuri tal-esportazzjonijiet minn sena għal ta’ wara.

(243)

Għaldaqstant, is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(244)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti matul il-PI. Dan l-ammont (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni.

(245)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw tammonta għal 0,05 % għall-Grupp tal-APP.

—    Il-programmi rrapurtati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda ma kinux eżaminati.

(246)

L-iskemi u l-programmi li ġejjin, marbuta mal-iffrankar tal-enerġija u l-protezzjoni tal-ambjent, kienu rrappurtati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw:

Fond speċjali għat-trattament tat-tniġġis tal-ilma tal-Għadira ta’ Taihu tal-provinċja ta’ Jiangsu

Fondi speċjali għall-iffrankar tal-enerġija tal-Park Industrijali ta’ Suzhou

Fond Speċjali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet totali tat-tniġġis ewlieni fuq il-livell muniċipali tal-muniċipalità ta’ Suzhou

Sussidju tal-iffrankar tal-ilma u t-tnaqqis tal-emissjonijiet

Il-premju rotezzjoni Ambejntali riċevut mill-Uffiċċju tal-Protezzjoni Ambjentali ta’ Suzhou

Għotja fuq l-iffrankar tal-enerġija f’Shouguang

(247)

Fid-dawl tal-ammont żgħir ta’ benefiċċji involut, ma nħassx il-bżonn li titkompla l-investigazzjoni tagħna ta’ dawn l-iskemi u l-programmi.

4.2.5.   L-GĦOTI TAL-OĠĠETTI U S-SERVIZZI TAL-GVERN GĦAL ĦLAS MHUX ADEGWAT (“LYAR”)

(i)   Il-programmi msemmija fl-ilment u eżaminati

—    L-għoti tad-drittijiet tal-użu tal-art

(a)   Bażi Legali u Eliġibilità

(248)

L-allegazzjoni fl-ilment kienet li l-GTĊ kien ipprova drittijiet tal-użu tal-art lill-esportaturi li kkooperaw għal inqas minn remunerazzjoni adegwata. Bi tweġiba ta’ dan, il-GTĊ ipprovda l-Liġi dwar l-Amminitrazzjoni tal-Art u d-Dispożizzjonijiet dwar l-Għoti tad-Driit tal-Użu tal-Art Statali għall-Bini permezz ta’ Sejħa għall-Offerti, Irkant u Stima, Nru 39, datati t-28 ta’ Settembru 2007. Il-GTĊ irrifjuta jagħti kwalunkwe dejta dwar il-prezzijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art attwali, il-valuri indikattivi tal-prezzijiet minimi tal-art li jallegaw li jeżistu, il-mod kif jiġu valutati l-valuri indikattivi tal-prezzijiet minimi tal-art kif ukoll il-metodoloġija segwita meta l-Istat jesproprja l-art minn utenti preċedenti.

(b)   Implimentazzjoni prattika

(249)

Skont l-Artikolu 2 tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Art, l-art kollha hija proprjetà tal-gvern peress li, skont l-kostituzzjoni Ċiniżż u d-dispożizzjonijiet legali relevanti, l-art tappartjenti kollettivament lill-Poplu taċ-Ċina. L-ebda art ma tista’ tinbiegħ iżda jistgħu jingħataw drittijiet tal-użu tal-art skont il-liġi. L-awtoritajiet Statali jgħadduha permezz ta’ sejħa għall-offerti, stima jew irkant.

(c)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(250)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw irrappurtaw informazzjoni dwar l-art li jippossedu kif ukoll dwar l-kuntratti/ċertifikati tad-drittijiet tal-użu tal-art relevanti, iżda l-ebda informazzjoni ma ngħatat mill-GTĊ dwar il-prezzijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art.

(d)   Konklużjoni

(251)

Għaldaqstant, il-proviżjoni tad-drittijiet tal-użu tal-art mill-GTĊ għandha titqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, fil-forma ta’ proviżjoni ta’ materjali li jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuh. Kif spjegat fil-premessi minn (260) sa (262) m’hemm l-ebda suq tal-art li jiffunzjona fiċ-Ċina u l-użu ta’ valuri indikattivi esterni juri li l-ammont imħallas għad-drittijiet tal-użu tal-art mill-esportaturi li kkooperaw huwa ferm inqas mir-rata normali tas-suq.

(252)

Il-GTĊ intalab jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji tal-eliġibilità biex jinkiseb is-sussidju u dwar l-użu tas-sussidju, sabiex ikun iddeterminat kemm l-aċċess għal dan is-sussidju huwa limitat għal ċerti intrapriżi u jekk hux speċifiku skont l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma ta ebda tali informazzjoni. Il-Kummissjoni, konxja tar-rekwiżit tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament bażiku li kwalunkwe determinazzjoni tal-ispeċifiċità għandha tkun “sostanzjata b’mod ċar” abbażi ta’ evidenza pożittiva, għalhekk il-Kummissjoni kellha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Ta’ min jinnota li l-Artikolu 28(6) jiddikajara li “Jekk xi parti interessata ma tikkooperax, jew tikkoopera biss parzjalment, hekk li tiġi miżmuma xi informazzjoni relevanti, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkooperat”. Il-fatti kkunisdrati inkludew dawn li ġejjin:

(253)

L-evidenza tal-ispeċifiċità sottomessa mill-kwerelanti.

(254)

Is-sejbiet (ara l-premessi (77) u(78)) li s-sussidji speċifiċi jgħaddu lill-industrija tal-manifattura tal-karta peremezz ta’ pjan settarju, jiġifieri, il-Pjan tal-Manifattura tal-Karta. F’dan ir-rigward wieħed ta’ min jinnota li l-Artikoli 7 sa 11 tal-Pjan imsemmi hawn fuq jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-layout industrijali billi jsemmi x’tip ta’ industriji tal-manifattura tal-karta għandhom ikunu stabbiliti fir-reġjuni ġeografiċi varji tal-pajjiż.

(255)

L-evidenza (ara l-premessa (76)) li l-industrija tal-manifattura tal-karta hija “industrija mħeġġa” (id-Deċiżjoni Nru 40).

(256)

Is-sejbiet (ara l-premessi minn (260) sa(262)) li juru li m’hemm l-ebda suq tal-art li jiffunzjona fiċ-Ċina.

(257)

Is-sejbiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, kif kien ikkonfermat fl-investigazzjoni paralela dwar l-anti-dumping, li l-art kienet allokata lilhom fid-dawl tal-proġetti tagħhopm tal-manifattura tal-karta (8).

(258)

Fid-dawl ta’ dan hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, l-evidenza disponibbli tindika li s-sussidji mogħtija lil kumpaniji fl-industrija tal-karta mhumiex ġeneralment disponibbli u għalhekk huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ, m’hemm xejn li jissuġġerixxi li l-eliġibilità għas-sussidju hija bbażata fuq kriterji oġġettivi jew kondizzjonijiet skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(259)

Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jitqies bħala kumpensabbli.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(260)

Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li s-sitwazzjoni fiċ-Ċina fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-art mhix skont is-suq. Tabilħaqq, jidher li m’hemm l-ebda valuri indikattivi privati disponibbli fiċ-Ċina. Għalhekk, aġġustament tal-ispejjeż jew l-prezzijiet fiċ-Ċina mhux prattikabbli. F’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ min jikkunsidra li m’hemm l-ebda suq fiċ-Ċina u, skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, l-użu ta’ valuri indikattivi esterni biex jitkejjel l-ammont tal-benefiċċju huwa mistħoqq. Peress li l-GTĊ ma kkooperax u naqas li jissottometti kwalunkwe proposta għall-valur indikattiv estern il-Kummissjoni kellha tagħmel użu mill-fatti disponibbli sabiex tistabbilixxi valur indikattiv estern xieraq. F’dan ir-rigward huwa xieraq li tintuża l-informazzjoni mit-Territorju Separat Doganali tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matscu (it-Tajpej Ċiniż), minn hawn ’il quddiem jissemma’ bħala “Tajwan”, bħala indikazzjoni tal-valur xieraq.

(261)

Il-Kummissjoni tqis li l-prezzijiet tal-art fit-Tajwan joffru l-aħjar xebh taż-żoni fiċ-Ċina fejn il-produtturi esportaturi li kkooperaw huma bbażati. Il-produtturi esportaturi kollha huma bbażati fil-parti tal-lvant taċ-Ċina, f’provinċji żviluppati b’PGD għoli b’densità għolja ta’ popolazzjoni madwar Shanghai. L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli huwa kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri hu kkalkulat billi titqies id-differenza bejn l-ammont imħallas minn kull kumpanija għad-drittijiet tal-użu tal-art u l-ammont li normalment kellu jitħallas abbażi tal-valur indikattiv Tajwaniż.

(262)

Meta sar dan il-kalkolu, il-Kummissjoni użat il-prezz medju tal-art għal kull metru kwadru stabbilit fit-Tajwan, ikkoreġut minħabba d-diprezzament tal-valuta mid-dati tal-kuntratti rispettivi tad-dritt tal-użu tal-art. L-informazzjoni li tikkonċerna l-prezzijiet tal-art industrijali nġabret mill-websajt tal-Uffiċċju Indistrijali tal-Minsiteru tal-Affarijiet Ekonomiċi tat-Tajwan. Id-diprezzament tal-valuta kien ikkalkulat abbażi tar-rati tal-inflazzjoni għat-Tajwan kif ippubblikati mill-IMF fit-2009 World Economic Outlook tagħha. Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat matul il-PI bl-użu tal-ħajja normali tad-dritt tal-użu tal-art għall-użu tal-art industrijali fiċ-Ċina, jiġifieri, 50 sena. L-ammont li jirriżulta mbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(263)

Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi li kkooperaw tammonta għal 2,81 % għall-kumpaniji tal-APP u 0,69 % għall-kumpaniji tax-Chenming.

(ii)   L-iskemi msemmija fl-ilment iżda ma kinux eżaminati

—    Il-proviżjoni ta’ elettriku

(264)

Instab li l-produtturi esportaturi li kkooperaw ma bbenefikawx minn din l-iskema matul il-PI. Għalhekk ma nħassx il-bżonn li jiġi eżaminat jekk din l-iskema kinitx kumpensabbli jew le.

—    Il-proviżjoni tal-kimiċi fil-manifattura tal-karta

(265)

Instab li l-produtturi esportaturi li kkooperaw ma bbenefikawx minn din l-iskema matul il-PI. Għalhekk ma nħassx il-bżonn li jiġi eżaminat jekk din l-iskema kinitx kumpensabbli jew le.

4.3.   KUMMENTI TAL-PARTIJIET MARBUTIN MAL-GĦOTI TAS-SUSSIDJU

4.3.1.   INTRODUZZJONI

(266)

Il-GTĊ, żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw (APP u Chenming) u l-kwerelant tal-UE ssottomettew kummenti dwar l-iżvelar definittiv.

(267)

Il-kwerelant tal-UE sostna s-sejbiet tal-Kummissjoni.

(268)

Il-GTĊ, l-APP u x-Chenming iddisputaw is-sejbiet tal-Kummissjoni. Peress li l-argumenti kienu indirizzati bis-sħiħ fl-iżvelar definittiv mhux se jkun ripetuti hawn f’dan ir-Regolament.

4.3.2.   L-ALLEGAZZJONIJIET FIR-RIGWARD TAR-RIMDEJU DOPPJU

(269)

Il-GTĊ argumenta li l-proposta għall-miżuri kompensatorji tammonta għal rimdeju doppju. Intqal li skont il-prattika tal-UE fl-investigazzjonijiet tal-anti-dumping kontra ċ-Ċina, il-valur normali hu determinat b’referenza għad-dejta miksuba mill-produtturi f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Għalhekk, f’tali każijiet id-dazji kompensatorji jipprovdu rimedju doppju biex jindirizzaw l-istess kwistjoni peress li d-dazji tal-anti-dumping effettivament “ipaċu” kwalunkwe sussidju allegatament mogħti lill-kumpaniji Ċiniżi.

(270)

L-APP qal li jekk il-valur normali huwa bbażat fuq il-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu, iċ-ċaħda tal-allegazzjoni tal-MET u l-użu tal-valur normali mhux issussidjat għandhom l-effett li jżidu d-dazju bl-ammont tas-ssusidjar u s-sussidji jingħaddu darbtejn.

(271)

Il-GTĊ ssottometta li l-istess distorzjonijiet allegati kienu diġà indirizzati fi proċedimenti paralleli tal-anti-dumping. Il-GTĊ kien ssottometta wkoll li l-prattika tal-Kummissjoni tikser il-liġi tal-UE u d-WTO u l-Kummissjoni għandu jew iwaqqaf il-proċedimenti tas-CVD jew jagħti MET lill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-proċedimenti paralleli ta’ anti-dumping. Il-GTĊ ssottometta li ma jaċċettax l-argument tal-Kummissjoni li m’hemmx għadd doppju bis-saħħa tal-marġini tal-ħsara li hu anqas mill-marġini ta’ dumping. Fl-aħħar nett, il-GTĊ argumenta li fuq il-bażi tas-sejbiet tal-Korp tal-Appelli tad-WTO dwar it-tilwima bejn l-Istati Uniti u r-RPĊ DS379 (9) fir-rigward tar-rimedju doppju, il-proċedimenti attwali għandu jitwaqqaf.

(272)

Dawk it-talbiet ma kinux aċċettati. F’dan ir-rigward huwa nnotat li r-rimedju doppju m’għandux sehem f’dawn il-proċedimenti. Jekk l-impożizzjoni simultanea tal-anti-dumping u d-dazji kompensatorji fil-każ tal-ekonomija mhux tas-suq tistax twassal jew le għal “rimedju doppju” potenzjali, din is-sitwazzjoni, mid-definizzjoni tagħha, tista’ sseħħ biss fejn hemm kumulazzjoni tal-marġini ta’ dumping u l-ammont ta’ sussidju jiġifieri fejn il-livell magħqud taż-żewġ tipi tad-dazju jaqbeż l-ogħla marġini ta’ dumping jew la-mmont ta’ sussidju. Kif se jkun spjegat hawn taħt, dan mhux il-każ hawn.

(273)

L-ewwel, ta’ min ifakkar li l-UE qiegħda tapplika r-regola tad-dazju l-baxx fl-impożizzjoni tad-dazji ta’ anti-dumping u kompensatorji fuq l-istess prodott. Fi kliem ieħor, fl-investigazzjonijiet tal-UE l-Kummissjoni tistabbilixxi l-livell ta’ dumping, sussidjar u ħsara kawzata lill-industrija tal-Unjoni. Il-livell ta’ dazji ma jista qatt ikun ogħla mill-marġini ta’ ħsara u l-marġini ta’ ħsara hawn l-istess għaż-żewġ proċedimenti. Fil-proċedimenti paralleli ta’ anti-dumping, il-Kummissjoni stabbilit marġini ta’ dumping li hu ogħla mill-marġini ta’ ħsara. F’konformità mar-regola tad-dazju l-baxx il-Kummissjoni pproponiet l-impożizzjoni ta’ miżuri li huma bbażati fuq il-marġini ta’ ħsara (ara r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (10)). Għalhekk il-marġini ta’ sussidju misjub fl-investigazzjoni preżenti ta’ kontra s-sussidju mhux se jipprovdi protezzjoni addizzjonali lill-industrija tal-Unjoni kif mqabbel mal-marġini ta’ dumping minħabba li d-dazju anti-dumping se jkunu diġà limitati bil-marġini ta’ ħsara. Għalhekk m’hemmx irduppjar jew kumulazzjoni ta’ dazji fiż-żewġ proċedimenti praralleli u konsegwentement, anke meta jkun assunt li hemm potenzjal għal rimedju doppju kif deskritt fil-premessa (269) hawn fuq, mhux se jkun hemm il-bżonn li bil-liġi d-dumping ikun paċut fil-konfront tas-sussidju. Tabilħaqq, id-differenza bejn il-marġnijiet tad-dumping u l-ħsara misjuba fil-proċedimenti ta’ kontra d-dumping kienu ħafna ogħla mill-ammont ta’ sussidjar li misjub f’din l-investigazzjoni. Ta’ min jenfasizza li meta niġu għall-kompożizzjoni attwali tad-dazji li jridu jitħallsu, il-Kummissjoni għandha prattika li l-ewwel timponi l-ammont ta’ dazju li jirriżulta mill-investigazzjoni tas-CVD. Jekk ikun għad hemm differenza bejn il-livell ta’ dazju msemmi qabel u l-marġini tal-ħsara, din id-dfferenza tista’ tintlaħaq bid-dazju li jirriżulta mill-investigazzjoni tal-anti-dumping. Madankollu, dan ma jfissirx li hemm għadd doppju minħabba li l-livell magħqud ta’ dazji jista jkun diġà ġġustifikat bħala riżultat tal-investigazzjoni tal-anti-dumping waħeda.

(274)

It-tieni, ta’ min jinnota li r-rimedji proposti mill-GTĊ mhumiex permessi bil-liġi billi (i) l-investigazzjoni stabbilixxiet l-eżistenza ta’ sussidji kumpensatorji li kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni u l-impożizzjoni ta’ miżuri nstabet li kienet fl-interess tal-Unjoni u għalhekk dawn il-proċedimenti ma jistgħux jiġu tterminati, (ii) mhux il-partijiet Ċiniżi kollha talbu MET fil-proċedimenti paralleli kontra d-dumping, (iii) MET ma jistax jingħata awtomatikament lill-partijiet li ma talbuhx u (iv) għal dawk il-partijiet li ġew irrifjutati MET dan sar minħabba n-nuqqasijiet serji li nstabu fir-rigward tal-Kriterji 1, 2 u 3 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping.

4.3.3.   ALLEGAZZJONIJIET FIR-RIGWARD TAL-UŻU TAL-INFERENZI NEGATTIVI

(275)

Il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni użat b’mod illegali inferenzi negattivi bħala riżultat ta’ kooperazzjoni insuffiċjenti. F’dan il-kuntest, il-GTĊ jirreferi għall-Artikolu 28(6) tar-Regolament bażiku li inter alia jsemmi li jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat. Skont il-GTĊ l-applikazzjoni ta’ inferenzi negattivi hija ksur tal-Artikolu 12(7) tal-Ftehim SCM kif ukoll tal-Anness II tal-Ftehim dwar l-Anti-Dumping tad-WTO.

(276)

Fir-rigward ta’ dan il-punt ta’ min jinnota li l-GTĊ ma fehemx l-Artikolu 28(6) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma imponietx xi “inferenzi negattivi” fuq il-GTĊ, għaliex il-Kummissoni m’għazlitx deliberatament eżitu anqas favorevoli għall-esportaturi kkonċernati, lanqas ma fittxet li timponi għażla punittiva fir-rigward tal-eżistenza ta’ sussidji jew l-ammont ta’ dazji kompensatorji. Il-Kummissjoni bħala awtorità li tinvestiga talbet sett ta’ informazzjoni mill-GTĊ f’perijodu ta’ żmien raġonevoli. Madankollu, il-GTĊ naqas li jipprovdi l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni (pereżempju, kopji tal-pjanijiet, l-informazzjoni dwar il-banek, il-valutazzjoni li l-banek wettqu meta kienu qed jagħtu self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw, l-ipprezzar tad-drittijiet tal-użu tal-art). F’dawn iċ-ċirkostanzi l-Kummissjoni kienet forzata li tuża d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku li jikkonċerna l-fatti disponibbli sabiex tasal għal sejba rappreżentattiva. Hu pertinenti li jkun sottolineat li din ma saritx bl-impożizzjoni ta’ sejbiet punittivi għall-GTĊ. Permezz ta’ eżempju, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni ma ċaħditx informazzjoni li tikkonċerna l-LUR; Iżda, il-GTĊ ma ppreżentax l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-ipprezzar tal-LUR. Bl-istess mod il-Kummissjoni m’applikatx xi inferenzi negattivi lill-GTĊ fir-rigward ta’ self preferenzjali lill-industrija tal-karta miksija iżda kellha tfittex l-informazzjoni nieqsa fir-rigward tal-pjanijiet, is-sehem tal-banek u l-politiki ta’ self tal-banek lill-produtturi esportaturi li kkooperaw, peress li tali informazzjoni sempliċiment ma kinitx provduta mill-GTĊ. Għalhekk il-Kummissjoni użat kull informazzjoni li l-GTĊ ipprovdilha. Kull meta l-informazzjoni sottomessa ma kinitx suffiċjenti jew meqjusa probattiva l-Kummissjoni kellha tikkumplimentaha b’dejta relevanti oħra sabiex tagħmel is-sejbiet tagħha. Xi drabi, ma jistax ikun eskluż li r-riżultat kien anqas favorevoli għall-GTĊ milli kieku l-GTĊ ikkoopera bis-sħiħ iżda l-Kummissjoni ma fitxitx dan l-eżitu.

(277)

F’dan il-każ, l-approċċ tal-Kummissjoni jista’ jkun ikkuntrastat bil-manjiera li fiha l-idea ta’ “inferenzi negattivi” skont il-paragrafu 7 tal-Anness V tal-Ftehim SCM kienet applikata mill-bordijiet tad-WTO. Pereżempju, il-bord EC-Aircraft applika l-inferenzi negattivi f’żewġ okkażjonijiet fir-rigward tal-programm Spanjol tal-R&D “PROFIT” f’każijiet fejn ingħatat dejta insuffiċjenti mill-UE. Fir-rigward tal-ammont tal-finanzjament u tal-kwistjoni tal-ispeċifiċità de facto, il-bord injora l-evidenza sottomessa mill-UE u bidel is-soluzzjoni proposta mill-kwerelant (l-Istati Uniti) għas-sejbiet tiegħu (11). Dan ma kienx il-każ fl-investigazzjoni preżenti peress li l-Kummissjoni ma injoratx xi dejta provduta mill-GTĊ u sempliċiment biddlet is-soluzzjoni proposta mill-kwerelant iżda minflok użat it-totalità tal-informazzjoni li kellha disponibbli biex waslet għal konklużjoni. Fid-dawl ta’ dan hawn fuq, huwa konkluż li l-allegazzjonijiet ta’ hawn fuq jiġu miċħuda.

(278)

Peress il-Kummissjoni ma użatx l-inferenzi negattivi fil-konfront tal-GTĊ jew kwalunkwe esportatur, l-allegazzjoni li l-applikazzjoni tal-inferenzi negattivi għal gvern hija ksur tad-dispożizzjonijiet legali tad-WTO hija nieqsa minn kull skop.

(279)

Din kella tiġi miċħuda peress li din l-allegazzjoni mhix sostnuta minn fatti attwali. Il-Kummissjoni informat il-GTĊ dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 u f’liema każijiet dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu japplikaw fl-ewwel ittra li l-GTĊ irċieva mal-bidu ta’ dawn il-proċedimenti kif ukoll fl-aħħar ittra li l-GTĊ irċieva qabel iż-żjara ta’ verifika fuq il-post. Barra minn hekk il-GTĊ kien infurmat bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni kif spjegat fil-premessa (59) hawn fuq.

(280)

Il-GTĊ allega wkoll li l-Kummissjoni qatt ma talbitu biex jirranġa laqgħat mal-banek statali.

(281)

Dak l-ilment kellu jiġi miċħud. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-Kummissjoni talbet l-involviment dirett tal-GTĊ meta kienu qed jiġu rranġati l-laqgħat ma’ dawk il-banek li taw is-self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Għal dan l-iskop, il-GTĊ kien provdut ukoll b’lista tal-banek li taw tali self. Il-GTĊ intalab ukoll li jiżgura li l-banek politiċi u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jkunu preżenti għaż-żjarat ta’ verifika fuq il-post fil-bini tal-GTĊ sabiex jirrispondi għall-mistoqsijiet għal parti mill-kwestjonarju intiż għal dawn il-partijiet. Ma sar xejn mill-GTĊ dwar l-ebda minn dawn it-talbiet ta’ hawn fuq.

(282)

Il-GTĊ argumenta li l-użu tal-inferenzi negattivi mhux ġustifikat fil-każ preżenti peress li l-GTĊ għamel ħiltu kollha biex jipprovdi l-informazzjoni li kellu disponibbli. Il-GTĊ qal li l-banek huma partijiet terzi għal dawn il-proċedimenti u mhumiex interessati kif definit fl-Artikolu 12(9) tal-Ftehim SCM u għalhekk m’hemmx obbligu għalihom li jikkooperaw. Intqal ukoll li l-Kummissjoni uriet ċerta arbitrarjetà u aġixxiet b’mod inkonsistenti dwar ir-regoli tad-WTO peress li l-GTĊ ipprovda informazzjoni suffiċjenti fir-rigward tas-self mill-banek u d-drittijiet tal-użu tal-art.

(283)

Għalhekk dawn t-talbiet ma kinux aċċettati. F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li l-Kummissjoni ma applikatx inferenzi negattivi lill-GTĊ. Barra minn hekk, kif mistqarr fil-premessa (276) hawn fuq il-Kummissjoni użat kwalunkwe informazzjoni li l-GTĊ taha iżda peress li informazzjoni sinifikanti kienet nieqsa kellha tikkumplimenta dejta provduta b’sorsi oħra disponibbli sabiex tasal għal sejba rappreżentattiva.

(284)

Fir-rigward tal-allegazzjonijiet li saru dwar il-partijiet interessati ta’ min ifakkar li l-Artikolu 12(9) tal-Ftehim SCM jistqarr biċ-ċar li l-partijiet domestiċi jew barranin barra dawk imsemmija hawnhekk jistgħu jkunu unklużi bħala partijiet interessati. Fir-rigward ta’ dawn il-proċedimenti l-Kummissjoni, abbażi tal-ilment, talbet informazzjoni li tikkonċerna s-self preferenzjali lill-industrija tal-karta miksija. Barra minn hekk, tali informazzjoni hija direttament konnessa mal-banek li għandhom il-maġġoranza tagħhom proprjetà tal-Istat. Kemm il-produtturi esportaturi li kkooperaw kifm ukoll il-GTĊ kienu infurmati dwar dan. Il-fatt li informazzjoni suffiċjenti fir-rigward ta’ self mill-banek kienet sempilċiment mhux provduta sfurzat lill-Kummissjoni li tirrivolġi għall-applikazzjoni tal-fatti disponibbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

4.3.4.   ALLEGAZZJONIJIET FIR-RIGWARD TAL-UŻU TAL-INFERENZI NEGATTIVI

(285)

L-APP allegat li l-Kummissjoni ma tistax tinjora informazzjoni li mhix ideali fl-aspetti kollha jekk il-parti interessata li ssupplixxiet l-informazzjoni, minkejja kollox, għamlet ħilitha kollha. L-APP allegat ukoll li anke jekk fil-każijiet fejn parti naqset li tikkoopera bl-aħjar mod tagħha, fl-użu tal-fatti disponibbli gaħliha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatti sostanzjati kollha provduti minn parti interessata anke jekk dawk il-fatti jistgħu jikkostitwux l-informazzjoni sħiħa mitluba mill-parti. Għalhekk il-Kummissjoni kienet obbligata, kemm skont ir-Regolament bażiku kif ukoll skont il-Ftehim SCM, li ma tinjorax tali informazzjoni.

(286)

Il-GTĊ qal li l-użu tal-fatti disponibbli mhux permess jekk Membru interessat jew parti interessata wriet li għamlet ħiltha kollha u provdiet informazzjoni li kienet verifikabbli, sottomessa b’mod xieraq tant li tista’ tintuża fl-investigazzjoni, tatha fil-ħin adatt u b’mezz jew lingwa tal-kompjuter mitluba mill-awtoritajiet investigattivi.

(287)

Dan ma kienx il-każ hawn. F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li l-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u l-Artikol 12(7) tal-Ftehim SCM minħabba li l-GTĊ u l-produtturi esportaturi, minkejja li ntalbu repetutament biex jagħmlu dan, ma pprovdewx l-informazzjoni li kienet meqjusa meħtieġa għall-investigazzjoni sabiex tasal għal sejba rappreżentattiva. Tabilħaqq, Il-Kummissjoni rat kif għamlet biex issewwi l-problema fundamentali li sabet bħala awtorità investigattiva jiġifieri, il-fatt li l-GTĊ irrifjuta aċċess jew naqas jipprovdi l-informazzjoni attwali dwar il-pjanijiet, is-sehem tal-banek, l-evalwazzjoni tar-riskju tal-kreditu meta jingħata s-self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw, l-ipprezzar tad-drittijiet tal-użu tal-art jew id-dokumenti legali li jsemmu l-iskemi varji investigati. Bl-istess mod il-produtturi esportaturi li kkooperaw naqsu li jipprovdu informazzjoni li tikkonċerna self li ngħata mill-banek Ċiniżi. Għalhekk, il-mod tal-GTĊ u l-produtturi esportaturi kkooperaw ma jissodisfax l-istandards stabbiliti mill-Korp tal-Appell tad-WTO fil- United StatesAnti-Dumping Measures on Certain Hot-Rolled Steel Products from Japan, li kkonkludew li l-livell ta’ kooperazzjoni meħtieġa tal-partijiet interessati hija waħda “għolja” u li l-partijiet interessati għandhom jagħmlu “l-ħila kollha tagħhom” (12) Il-Kummissjoni naqset li tifhem għaliex ma kienx possibbli għall-GTĊ u l-produtturi esportaturi li jissottomettu/jirranġaw it-temi neqsin u l-ebda spjegazzjoni kredibbli ma ngħatat mill-GTĊ jew l-produtturi esportaturi. Il-GTĊ issottometta wkoll li l-kondizzjonijiet biex tirrivolġi għall-użu tal-aħjar informazzjoni disponibbli ma kinux sodisfatti u li l-GTĊ seta’ naqas li jipprovdi ċerta informazzjoni sempliċiment għaliex tali informazzjoni ma teżistix, din m’għadhiex relevanti jew m’għadhiex teżisti, ma ntalbitx fil-kwestjonarju jew qabel il-verifika.

(288)

Dak l-argument kellu jiġi miċħud. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li ntwera biċ-ċar taħt it-taqsima dwar is-Sussidjar (Premessi 64-73) li l-użu tal-fatti disponibbli kienet l-uniku għażla disponibbli għall-Kummissjoni bħala awtorità investigattiva sabiex tasal għal sejba rappreżentattiva. Fir-rigward tat-tip ta’ informazzjoni mitluba ta’ min ifakkar li l-Kummissjoni talbet informazzjoni li kienet teżisti (pereżempju, informazzjoni dwar il-pjanijiet, is-sehem tal-banek, l-evalwazzjoni tar-riskju tal-kreditu meta jingħata s-self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw, l-ipprezzar tad-drittijiet tal-użu tal-art jew id-dokumenti legali li jirreferu għall-iskemi varji investigati) u offriet il-possibilità lill-GTĊ li jipprovdi tali informazzjoni f’ħafna okkażjonijiet wara l-bidu ta’ dawn il-proċedimenti.

(289)

Barra minn hekk, ta’ min jirrimarka li l-Kummissjoni bħala awtorità investigattiva kellha tinvestiga l-allegazzjonijiet li saru fl-ilment u li għalihom intweriet evidenza suffiċjenti li tinbeda investigazzjoni (pereżempju, l-użu tal-pjanijiet ta’ ħames snin u l-politiki industrijali għas-self preferenzjali lill-industrija tal-karta miksija, is-sehem tal-banek bħala organi pubbliċi, l-eżistenza tat-taxxa diretta/indiretta u l-programmi ta’ għotjiet) u għalhekk il-GTĊ bħala parti interessata ntalab li jpprovdi l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja. Madankollu, il-GTĊ ħa approċċ differenti li kważi nbidel fl-awtorità investigattiva. Tabilħaqq, il-GTĊ ried jiġġudika hu stess x’kien għalih relevanti u jillimita s-sottomissjonijiet tiegħu għal dokumenti li hu qies bħala relevanti mingħajr ma jippermetti l-awtorità investigattiva teżamina dawn il-kwistjonijiet. Dan intwera perfettament bl-approċċ tal-GTĊ fil-konfront tal-banek statali (ara l-premessa (282) hawn fuq).

Il-GTĊ allega li tali banek kienu “partijiet terzi”: Madankollu, il-kwerelant kien ipprovda evidenza suffiċjenti li dawn huma “organi pubbliċi” u għalhekk il-Kummissjoni kellha d-dritt li teħtieġ lill-GTĊ jipprovdi l-informazzjoni mitluba dwar l-attivitajiet tagħhom. Bi tweġiba, il-GTĊ iddeċieda hu stess li dawn il-banek ma kinux organi pubbliċi u rrifjuta li jipprovdi kwalunkwe informazzjoni dwarhom. Madankollu, din id-deċiżjoni tappartjeni lill-awtorità investigattiva jiġifieri, il-Kummissjoni u mhux lill-GTĊ. Biċ-ċar li tali mġieba mhix konformi mal-każistika tad-WTO imsemmija hawn li tgħid li l-partijiet interessati għandhom jaħixxu “b’ħilithom kollha”. Hu diffiċli li wieħed jara kif dan jaqbel mal-konklużjoni tal-Korp tal-Appell fil-United StatesAnti-Dumping Measures on Certain Hot-Rolled Steel Products from Japan li tgħid li “…il-kooperazzjoni hija proċess li tinvolvi sforz konġunt li fiha l-partijiet jaħdmu flimkien lejn għan komunil (13). Ta’ min jinnota li l-Kummissjoni tat żmien biżżejjed lil kull parti interessata li tissottometti l-informazzjoni mitluba u mexxiet l-investigazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness VI tal-Ftehim SCM li jistipula r-regoli għal verifiki fuq il-post li inter alia jippermettu li jsiru talbiet fuq il-post għal aktar dettalji fid-dawl tal-informazzjoni miksuba.

(290)

Il-GTĊ argumenta li l-Pjanijiet mitluba kienu voluminużi peress li fihom 282 000 paġna u għalhekk kien piż żejjed mhux raġonevoli li tittraduċihom. Dan allega ukoll li ma kienx jaf li kien hemm Pjanijiet bi traduzzjonijiet indipendenti u li ma kienx ipprovda l-Pjanijiet ta’ Ħames Snin fil-proċedimenti tal-Istati Uniti.

(291)

Dak l-argument kellu jiġi miċħud. Il-pjanijiet imsemmija fil-premessa (65) hawn fuq li l-GTĊ ipprovda biċ-Ċiniż kienu jammontaw biss għal 300 paġna. L-allegazzjoni ta’ 282 000 paġna mhix konfermata minn dak li ssottometta l-GTĊ bil-miktub. Madankollu l-allegazzjoni hija inkwetanti għaliex tista’ twassal għal intervent tal-gvern li saħansitra huwa aktar dettaljat minn dak misjub fl-investigazzjoni preżenti u fl-investigazzjoni parallela tal-anti-dumping. Dwar il-pjanijiet li dehru bi traduzzjonijiet indipendenti, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni rċeviet tali dokumentazzjoni minn partijiet interessati oħra. Il-Kummissjoni użat dawk il-pjanijiet tradotti li waslulha għall-iskopijiet ta’ din l-investigazzjoni. Fl-aħħar, għandu jiġiċċarat li l-Kummissjoni ma xtaqitx tallega li l-GTĊ kien issottometta l-pjanijiet fil-proċedimenti tal-Istati Uniti. Il-premessa (66) ta’ hawn fuq issemmi biss li jidher li l-informazzjoni tradotta teżisti f’dan ir-rigward.

4.3.5.   ALLEGAZZJONIJIET DWAR L-UŻU TAL-INFORMAZZJONI MHUX IDEALI FIR-RIGWARDI KOLLHA

(292)

Il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni, qabel ma tuża l-aħjar informazzjoni disponibbli, kellha twettaq analiżi kif meħtieġ mill-Artikolu 28(3) tar-Regolament bażiku u tikkonkludi jekk il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti hemm kinux sodisfatti.

(293)

Dwar dan ta’ min jinnota li l-Kummissjoni rrivolġiet għall-użu tal-fatti disponibbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku minħabba li l-kondizzjonijiet speiċfiċi stabbiliti skont l-Artikolu 28(3) ma kinux sodisfatti. Kif kien spjegat hawn fuq, il-GTĊ jew ipprovda informazzjoni li kienet defiċjenti jew f’ħafna okkażjonijiet dan lanqas biss ipprovda l-informazzjoni mitluba. Ta’ min ifakkar li l-informazzjoni dwar il-pjanijiet jew lanqas biss ma kienet ipprovduta jew parzjalment provduta, informazzjoni dwar is-sehem tal-banek ma kinitx kompleta jew mhux konklussiva, l-evalwazzjoni tar-riskju tal-kreditu mill-banek meta jagħtu self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw ma ngħatatx, l-ipprezzar tad-drittijiet tal-użu tal-art ma ngħatax u numru ta’ dokumenti legali li jirreferu għal ċerti programmi ta’ taxxa u għotjiet ma kinux provduti. Kienu kkunsidrati d-defiċjenzi jew in-nuqqas ta’ eżistenza tal-informazzjoni. Il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tivverifika ċerta informazzjoni sottomessa. Fid-dawl ta’ dan hawn fuq, il-fatt li f’dawn iċ-ċirkostanzi il-GTĊ ma setax jitqies li kien qed jaġixxi bl-aħjar kapaċitajiet tiegħu u d-diffikultajiet bla bżonn biex tasal għal sejba raġonevolment preċiża, il-Kummissjoni kienet sfurzata li tirrivolġi għall-użu tal-fatti disponibbli.

(294)

Il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni missa użat l-informazzjoni li diġà kellha mingħand il-gvern bħala l-aħjar informazzjoni disponibbli.

(295)

Dwar dan ta’ min jinnota li l-Kummissjoni użat it-totalità tal-informazzjoni provduta mill-partijiet interessati (inkluża kwalunkwe informazzjoni sottomessa mill-GTĊ) u li nstabu għand sorsi pubblikament disponibbli sabiex tasal għal sejba rappreżentattiva.

(296)

Dwar is-self, kien argumentat li fl-assenza tal-informazzjoni minn banek speċifiċi sabiex tevalwa r-riskju tal-kreditu meta jingħata s-self, il-Kummissjoni kellha tirrivolġi għall-ispjegazzjonijiet provduti mill-POBC u s-CBRC kif ukoll għar-Rapporti Annwali tal-Banek Kummerċjali.

(297)

Dak l-argument kellu jiġi miċħud. Dwar dan, ta’ min jinnota li l-banek, minkejja li ntalbu espliċitament biex jagħmlu dan, ma pprovdewx id-dejta neċessarja. L-informazzjoni provduta mill-PBOC u s-CBRC kienet biss ta’ natura ġenerali ħafna u bl-ebda mod ma kienet direttament konnessa mas-self li jingħataw lill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Il-GTĊ ippreżenta fajl b’numru ta’ Rapporti Annwali tal-Banek Kummerċjali (li uħud minnhom kienu biċ-Ċiniż) u allega li l-Banek Kummerċjali jagħmlu d-deċiżjonijiet proprji tagħhom fir-rigward tal-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom skont il-liġi mingħajr intereferenza minn xi unità jew individwu. Madankollu, dawn huma stqarrijiet sempliċi li ma jippermettux il-verifika ta’ jekk u kif il-banek evalwaw ir-riskju tal-kreditu meta jipprovdu s-self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw u għandhom ikunu spjegati fi sfond ta’ ċirkostanzi speċifiċi li nqalgħu fl-investigazzjonijiet fejn azjendi biċ-ċar kisbu self mingħajr ma deher li kien hemm valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu.

(298)

Fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-art kien argumentat li l-Kummissjoni kellha tuża l-informazzjoni sottomessa mill-GTĊ li, skont il-GTĊ, turi l-eżistenza ta’ suq li jiffunzjona. Kien sostnut li l-informazzjoni meħtieġa mill-Kummissjoni dwar il-prezzijiet tad-drittijiet tal-użu tal-art kienet massiva u ma ntalbitx fil-kwestjonarju jew qabel il-verifika.

(299)

Dak l-argument kellu jiġi miċħud. Dwar dan ta’ min ifakkar li mingħajr l-informazzjoni dwar l-ipprezzar tad-drittijiet tal-użu tal-art mhux possibbli li wieħed jasal għal xi konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ suq tal-art li jiffunzjona fiċ-Ċina li jirrifletti l-forzi tal-proviżjoni u d-domanda. Ta’ min jinnota wkoll li l-Kummisjsoni offriet żmien biżżejjed lill-GTĊ biex jipprovdi tali informazzjoni għall-oqsma fejn il-produtturi esportaturi li kkooperaw huma stabbiliti iżda l-GTĊ naqas li jippreżenta mqar ċifra waħda dwar dan. Fi kwalunkwe eventwalità il-Kummissjoni segwiet id-dispożizzjonijiet tal-Anness VI tal-Ftehim SCM li jistipula r-regoli dwar il-verifiki fuq il-post li inter alia jippermettu li jsiru talibiet fuq il-post għal aktar dettalji fid-dawl tal-informazzjoni miksuba.

4.3.6.   ALLEGAZZJONIJIET DWAR ID-DEFINIZZJONI TAL-ORGANI PUBBLIĊI

(300)

Il-GTĊ argumenta li s-sjieda tal-Gvern mhix bażi raġonevoli biex tistabbilixxi jekk bank jew utilità hix organu pubbliku u għal tali analiżi l-Kummissjoni kellha tuża r-regoli tal-għajnuna Statali tal-UE. Il-GTĊ talab ukoll li fuq il-bażi tas-sejbiet tal-Korp tal-Appelli tad-WTO dwar it-tilwima bejn l-Istati Uniti u r-RPĊ DS379 fir-rigward tar-rimedju doppju, il-proċedimenti attwali għandhom jiġu tterminati.

(301)

Dak l-argument kellu jiġi miċħud. Dwar dan ta’ min jinnota li l-Kummissjoni spjegat fil-premessa (90) hawn fuq id-definizzjoni ta’ organu pubbliku. Din id-definizzjoni hija konformi mal-każistika relevanti tad-WTO dwar il-proċedimenti kontra s-sussidji inkluż ir-rapport imsemmi qabel tal-Korp tal-Appell. Għalhekk, m’hemmx bżonn li wieħed jitbiegħed minn dak li ġeneralment huwa aċċettat u juża indikazzjoni oħra tal-valuri (jiġifieri, ir-regoli tal-għajnuna Statali tal-UE) li tapplika għal fergħa legali differenti ħafna. Wieħed għandu jinnota li l-liġi dwar l-għajnuna Statali topera f’kuntest kompletament differenti, jiġifieri, mhux biex tirregola l-kummerċ internazzjonali iżda biex tikkumplimenta s-suq komuni. Fl-aħħar nett, ma hemmx bażi legali jew fattwali biex tikkonferma l-argument li l-proċedimenti attwali għandhom jiġu tterminati.

Skemi Speċifiċi

4.3.7.   SELF PREFERENZJALI LILL-INDUSTRIJA TAL-KARTA MIKSIJA

(302)

Dwar is-self preferenzjali lill-industrija tal-karta miksija l-GTĊ qal li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi evidenza suffiċjenti tas-sussidjar speċifiku kif meħtieġ bl-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Intqal li l-analiżi tal-Kummissjoni naqset li tissodisfa r-reponsabbiltà tagħha li tistabbilixxi de jure l-ispeċifiċità tas-sussidju allegat.

(303)

Anke, żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw allegaw li s-self mogħti mill-banek statali Ċiniżi ma kinux speċifiċi.

(304)

Dawk it-talbiet kellhom jiġu miċħuda. Dwar dan ta’ min ifakkar li l-ispeċifiċità kienet stabbilita fuq it-totalità tal-informazzjoni ffajljata, inkluża l-informazzjoni provduta mill-GTĊ, kif elenkat fil-premessa (92) hawn fuq. Din l-informazzjoni tikkonferma l-eżistenza tal-ispeċifiċità de jure konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku.

(305)

Il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni naqset tipprovdi evidenza pożittiva tas-sussidjar f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(4) tal-Ftehim SCM u l-Artikol 4(5) tar-Regolament bażiku peress li l-evidenza użata mill-Kummissjoni ma tistax titqies bħala evidenza pożittiva ġaladarba mhix ta’ karattru affermattiv, oġġettiv, verifikabbli u kredibbli.

(306)

Dak l-argument kellu jiġi miċħud. Dwar dan ta’ min jinnota li l-fatti deskritti fil-premessa (92) hawn fuq juru evidenza pożittiva tal-ispeċifiċità (jiġifieri, sussidji speċifiċi mogħtija permezz ta’ pjan industrijali settorjali, l-industrija tal-manifattura tal-karta hija kkunsidrata bħala industrija mħeġġa, is-sehem tal-banek kummerċjali u s-sistema tal-ippjanar tal-istat Ċiniż kif ukoll kreditu għoli fil-klassifikazzjoni tal-kumpaniji minħabba li jikkwalifikaw għal pjanijiet poltiċi speċifiċi). Din l-informazzjoni hija affermattiva peress li hija ċara, oġġettiva u konvinċenti. Din ġejja minn sorsi varji u kienet provduta minn partijiet interessati jew instabet fid-dominju pubbliku.

(307)

Dwar il-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007 kien argumentat li dan ma jipprovdix sussidji speċifiċi jew trattament preferenzjali lill-industrija tal-manifattura tal-karta. Skont il-GTĊ, il-fatt li dan il-pjan jiddikjara li l-istituzzjonijiet finanzjarji m’għandhomx jipprovdu self għal kwalunkwe proġett li ma jikkonformax mar-regolament tiegħu hija biss dispożizzjoni li għandha l-għan li tissospendi l-proġetti li jikkawżaw tniġġis serju.

(308)

Dak l-argument kellu jiġi miċħud. Dwar dan ta’ min jinnota li l-kliem użat fil-Pjan tal-Manifattura tal-Karta tal-2007, kif spjegat fid-dettall fil-premessa (77) ma jħalli l-ebda dubju dwar l-eżistenza tas-sussidji speċifiċi u t-trattament preferenzjali lill-industrija tal-manifattura tal-karta. L-allegazzjoni li r-regoli dettaljati li jirreferu għall-istituzzjonijiet finanzjarji jeżistu biss għal raġunijiet ambjentali ma joħroġx ċar mill-kliem attwali tat-testi relevanti.

(309)

Dwar il-pjanijiet politiċi kif ukoll id-dokumenti li jakkumpanjawhom bħalma huma l-Proġett tal-Integrazzjoni u l-Katalgu tad-Direttorju, il-GTĊ irrepeta għal darb’oħra li dawn ma jorbtux legalment f’konformità mal-Liġi dwar il-Leġislazzjoni Ċiniża. Pjuttost kellhom bżonn att implimentattiv li legalment jorbot. Kien argumentat ukoll li l-pjanijiet huma vagi ħafna biex jiġu kkunsidrati għad-determinazjoni tal-ispeċifiċità u s-sempliċi fatt li l-industrija tal-manifattura tal-karta hija industrija mħeġġa ma jipprovax li l-GTĊ espliċitament jillimita l-aċċess għal sussidju lil ċerti intrapriżi.

(310)

Għalhekk dawn t-talbiet ma kinux aċċettati. Dwar dan ta’ min ifakkar li l-investigazzjoni stabbiliet li l-pjanijiet jorbtu legalment għar-raġunijiet dettaljati fil-premessa (78) hawn fuq. L-investigazzjoni stabbiliet ukoll li l-istatus tal-“industrija mħeġġa” għall-industrija tal-manifattura tal-karta jinvolvi benefiċċji speċifiċi lill-intrapriżi relevanti.

(311)

Dwar l-għoti tas-self, kien argumentat li l-analiżi tar-Rapporti Annwali tal-banek Ċiniżi li pprovdew is-self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw ma tiżvelax li s-self ingħata minħabba l-pjanijiet politiċi.

(312)

Dak l-argument kellu jiġi miċħud. Kif ġie nnutat hawn fuq, ir-Rapporti Annwali tal-banek ma jipprovdux informazzjoni speċifika dwar l-għoti tas-self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Tabilħaqq, ir-Rapporti Annwali huma dokumenti ġenerali li ma jipprovdux informazzjoni dwar kif il-banek Ċiniżi jagħtu s-self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw u kif il-banek jevalwaw ir-riskju tal-kreditu għall-produtturi esportaturi li kkooperaw. Din l-informazzjoni ntalbet ripetutament lill-partijiet interessati u titqies kruċjali fost oħrajn fid-dawl tas-sejba tar-rapport tal-IMF tal-2006 li ssuġġerixxa li l-liberalizzazzjoni tal-banek fiċ-Ċina mhijiex kompluta u r-riskju tal-kreditu mhuwiex rifless sewwa (14), ir-rapport tal-IMF tal-2009 li enfasizza n-nuqqas tal-liberalizzazzjoni tar-rata tal-interess fiċ-Ċina (15), ir-Rapport tal-Pajjiżi tal-IMF tal-2010 fejn inqtal li l-ispiża tal-kapital fiċ-Ċina hija relattivament baxxa, l-allokazzjoni tal-kreditu xi kultant tkun iddeterminata b’mezzi mhux marbuta mal-prezz u t-tfaddil korporattiv kbir huwa parzjalment marbut mal-prezz baxx ta’ fatturi inputs varji (inkluż il-kapital u l-art) (16), l-Istħarriġ Ekonomiku tal-OECD tal-2010 fiċ-Ċina (17) u d-Dokument ta’ Ħidma tad-Dipartiment Ekonomiku tal-OECD Nru 747 dwar ir-Riformi fis-Settur Ekonomiċi fiċ-Ċina (18) fejn inqtal li s-sjieda tal-istituzzjonijiet finanzjarji għadha ddominata mill-Istat u dan iqajjem tħassib dwar kemm id-deċiżjonijiet tas-self mill-banek jittiħdux purament b’kunsiderazzjonijiet kummerċjali filwaqt li r-rwol tradizzjonali tal-banek jidher li huwa dak ta’ aġenzija tal-gvern b’rabtiet mal-gvern.

(313)

Dwar in-nota tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija qabel, il-GTĊ argumenta li n-nota unika tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma tistax titqies bħala evidenza pożittiva dwar l-ispeċifiċità. Skont il-GTĊ, sakemm il-biċċa l-kbira tas-self, jew kollu, mogħti lill-produtturi li kkooperaw ma turix li l-politika industrijali tippermettilhom li jkollhom klassifikazzjoni ogħla tal-kreditu matul il-PI, il-Kummissjoni ma tistax tapplika l-kundizzjonijiet ta’ mument speċifiku wieħed għad-deċiżjonijiet kollha dwar is-self.

(314)

Dak l-argument kellu jiġi miċħud. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li n-nota tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-premessa (81) hawn fuq torbot il-prospetti futuri ta’ produttur esportatur li koopera direttament mal-eżistenza tal-pjanijiet tal-politika dwar il-manifattura tal-karta u t-twettiq tal-għanijiet tagħhom. Sabiex waslet għall-konklużjonijiet tagħha, il-Kummissjoni poġġiet ħafna enfasi fuq dan id-dokument flimkien mal-Pjan tal-manifattura tal-karta billi informazzjoni oħra mitluba f’dan il-kuntest, bħall-evalwazzjoni tar-riskju għas-self, ma ngħatatx minkejja talbiet ripetuti, kif deskritt hawn fuq.

(315)

Il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni, hija u tanalizza l-allegazzjonijiet dwar is-self preferenzjali, ma qisitx iċ-Ċirkolari PBOC dwar it-Titjib tal-Amministrazzjoni ta’ Self Speċjali YINFA [1999] Nru 228. Skont il-GTĊ, iċ-ċirkolari msemmija tikkonferma li s-self preferenzjali jew is-self speċjali ġie eliminat.

(316)

Dik it-talba kellha tiġi miċħuda. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li kif spjegat fil-premessa (87) hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li jeżistu ċirkolarijiet tal-PBOC iktar riċenti miċ-ċirkolari tal-1999 li jsemmu biċ-ċar l-eżistenza tas-self preferenzjali u self ieħor imsemmi mill-Kunsill tal-Istat. Għalhekk, l-argumenti tal-GTĊ dwar l-abolizzjoni tas-self preferenzjali u s-self speċjali ma jistgħux jiġu appoġġati mill-fatti attwali tal-każ. Minkejja dan, huwa pertinenti li wieħed jinnota li ċ-ċirkolari tal-1999 tgħid li l-banek li huma proprjetà tal-Istat kompletament għandhom jikkomunikaw b’mod attiv mal-awtoritajiet inkarigati mill-industriji relevanti bil-għan li jiksbu l-appoġġ u l-fehim tagħhom. Għal darb’oħra din hija dikjarazzjoni li tikkonferma l-kontroll li l-awtoritajiet tal-Istat għandhom fuq banek proprjetà sħiħa tal-Istat.

(317)

Fir-rigward tal-evidenza ta’ speċifiċità mogħtija mill-kwerelant, ġie argumentat li din kienet biss referenzi ta’ sejbiet tad-diversi investigazzjonijiet tal-Istati Uniti fejn ġiet stabbilita l-ispeċifiċità, fost oħrajn, b’referenza għal pjanijiet ta’ ħames snin.

(318)

F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni użat l-informazzjoni relevanti kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tasal għal sejba rappreżentattiva. B’dan il-mod, l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku li ssemmiet fl-ilment, anki jekk qed tirreferi għal sejbiet ta’ awtoritajiet investigattivi oħra, tqieset relevanti u l-użu tagħha kien xieraq.

(319)

Fir-rigward tad-Deċiżjoni 40 u l-Katalgu tad-Direttorju, ġie argumentat li dawn ma jiddefinixxux espliċitament l-industrija tal-karta fina miksija bħala industrija mħeġġa jew proġetti mħeġġa. Ġie argumentat ukoll li t-terminu “proġetti mħeġġa” fiċ-Ċina tifrex fuq setturi wiesgħa ta’ attività ekonomika li tkopri diversi industriji.

(320)

Dawk it-talbiet ma kinux aċċettati. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar lid-Deċiżjoni 40 u l-Katalgu tad-Direttorju jiddefinixxu l-industrija tal-manifattura tal-karti li l-industrija tal-karta fini miksija tagħmel parti minnha, bħala industrija mħeġġa jew proġetti mħeġġa. Fir-rigward tal-proġetti mħeġġa, ta’ min ifakkar li dawn ikopru biss ċerti attivitajiet f’26 settur u, għalhekk, din il-kategorizzazzjoni, li tkopri biss subset ta’ intrapriżi fiċ-Ċina, ma tistax titqies li hija ta’ natura ġenerali u mhux speċifika. Il-Kummissjoni tqis li din hija l-iktar interpretazzjoni naturali fin-nuqqas ta’ kull spjegazzjoni (u dokumenti korroborattivi) dwar kif il-Gvern taċ-Ċina applika preċiżament il-kunċett tal-“industrija tal-manifattura tal-karti” eż. għall-iskopijiet tad-Deċiżjoni 40 u tal-Katalgu tad-Direttorju.

(321)

Fir-rigward tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali, il-GTĊ argumenta li l-Artikolu 34 huwa ta’ natura ġenerali u li, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41 tal-istess liġi, ma hemmx obbligu mandatorju għall-banek kummerċjali biex jipprovdu self abbażi tal-politiki industrijali.

(322)

Dawk it-talbiet ma kinux aċċettati. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-kliem tal-Artikolu 34 jorbot in-negozju tas-self tal-banek kummerċjali direttament mal-politiki industrija tal-Istat. Għalhekk, ma jistax jitqies ta’ natura ġenerali u mhux obbligatorja. Fir-rigward tal-Artikolu 41 tal-liġi msemmija qabel, ta’ min jinnota li dan jirreferi għall-prerogattiva ta’ bank kummerċjali li jipprovdi self lill-partijiet iżda ma jirreferix għall-kundizzjonijiet li l-banek għandhom iqisu meta jieħdu deċiżjonijiet dwar is-self.

(323)

L-APP saħaq li hu ta lill-Kummissjoni biżżejjed informazzjoni u dokumenti li juru li l-APP kien ikklassifikat A-1 minn Moody’s fl-2007 u l-2008 u, għalhekk, ma kienx korrett li l-Kummissjoni ma tagħtix kas din il-klassifikazzjoni u tapplika l-klassfikazzjoni BB ta’ Bloomberg.

(324)

Il-Kummissjoni analizzat mill-qrib ir-rapporti dwar il-klassifikazzjoni tal-kreditu mogħtija mill-grupp APP. Dawn ir-rapporti tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jorbtu l-perspettiva futura pożittiva tal-industrija tal-karti mal-promulgazzjoni tal-Politika tal-Iżvilupp tal-Industrija tal-Karti. Għalhekk, l-informazzjoni f’dawn id-dokumenti fil-fatt tikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni li l-istat finanzjarju kurrenti tal-esportatur ġie stabbilit fis-suq imbagħbas u għalhekk il-kapaċità li jidħlu fid-dejn tal-esportaturi Ċiniżi ma setgħetx jittieħed b’mod superfiċali. Dan l-ilment kellu jiġi miċħud.

(325)

L-APP saħaqt ukoll li r-rapport ta’ ġestjoni finanzjarja interna msemmija f’dan il-punt fil-kummenti tal-APP dwar il-kxif ġenerali huwa “ħafna iktar sodisfaċenti mill-fatti li attwalment intużaw”.

(326)

Dik it-talba kellha tiġi miċħuda. Iċ-ċifri kkalkulati f’dawn ir-rapporti jirriżultaw mis-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija miksuba fis-suq imbagħbas li naturalment huwa affettwat mis-self preferenzjali kif stabbilit mill-Kummissjoni. Għalhekk, din hija kwistjoni ċirkolari, jiġifieri l-kumpanija tirċievi self preferenzjali li jkollu impatt pożittiv fuq l-indikaturi finanzjarji tagħha u sussegwentement dawn ikollhom impatt pożittiv fuq il-kundizzjonijiet tas-self futur.

(327)

L-APP saħaq li l-metodoloġija użata mill-Kummissjoni fil-kalkolu tal-punti ta’ riferiment għas-self f’USD u EUR kienet żbaljata u saħqet li l-Kummissjoni għaddiet darbtejn il-firxa fuq LIBOR u għalhekk nefħet ir-rata tal-interess ta’ riferiment.

(328)

Dik it-talba kellha tiġi miċħuda. Il-Kummissjoni ma għaddietx darbtejn il-firxiet fuq il-LIBOR. Kif spjegat fil-kxif definittiv, sabiex jiġu stabbiliti punti ta’ riferiment għas-self USD u EUR b’terminu ta’ iktar minn sena, il-Kummissjoni mar-rata ta’ LIBOR relevanti ta’ sena żiedet firxa bejn bonds korporattivi kklassifikati BB b’maturità ta’ sena u bonds korporattivi kklassifikati BB b’maturità ta’ n snin, fejn n hija n-numru ta’ snin li jirrappreżentaw it-termini li għalih ġiet ikkalkulata r-rata “LIBOR USD fit-tul” (jiġifieri sentejn, tliet snin, …, 15-il sena). Għandu jiġi enfasizzat li l-firxa kif deskritta fuq ġiet miżjuda ma’ rati LIBOR ta’ sena “nodfa” (jiġifieri mhux miżjuda b’x punti bażi kif saħaqt l-APP).

4.3.8.   POLITIKI TA’ TAXXI PREFERENZJALI GĦALL-KUMPANIJI RIKONOXXUTI BĦALA INTRAPRIŻI TA’ TEKNOLOĠIJA GĦOLJA U ĠDIDA.

(329)

Fir-rigward ta’ din l-iskema l-GTĊ qal li l-Kummissjoni ma stabbilitx l-ispeċifiċità fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva. Qal li l-Artikolu 25 tal-Liġi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Intrapriżi hija biċċa liġi ġenerali li tapplika għall-ekonomija Ċiniża kollha u mhux biss għall-produtturi tal-karta fina miksija.

(330)

Il-GTĊ argumenta wkoll li l-kriterji tal-eliġibilità għal din l-iskema huma oġġettivi u definiti fid-dettall, li l-eliġibilità hija awtomatika u għalhekk l-iskema ma tistax titqies speċifika f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) (b) tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(331)

Dawk it-talbiet ma kinux aċċettati. Għalhekk is-sejbiet tal-Kummissjoni ġew stabbiliti abbażi tal-evidenza pożittiva. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-Artikolu 25 tal-Liġi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Intrapriżi jillimita l-aċċess għal din l-iskema biss għal ċerti intrapriżi u industriji li huma kklassifikati bħala “mħeġġa”, jiġifieri subset speċifiku ta’ intrapriżi fiċ-Ċina. Kif intqal fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-karta miksija taqa’ f’din il-kategorija u għalhekk il-benefiċċji minn dan il-programm huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibilità, ta’ min jinnota li d-dispożizzjonijiet relevanti jsemmu fost oħrajn l-obbligu li l-prodotti jkunu fil-firxa deskritta fl-Oqsma ta’ Teknoloġija Avvanzata jew Ġdida b’Appoġġ Ewlieni tal-Istat u li l-intrapriżi jkunu wettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp bla waqfien bl-iskop li jakkwistaw għarfien ġdid ta’ xjenza u teknoloġija, jużaw għarfien ġdid b’mod innovattiv jew itejbu sostanzjalment it-teknoloġiji jew il-prodotti. Dawn il-kundizzjonijiet, meħuda flimkien, ma jistgħux jitqiesu bħala kriterji oġġettivi ta’ eliġibilità li jwasslu għall-għoti awtomatiku tas-sussidju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(b) tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(332)

L-APP staqsa jekk l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli li jirriżulta minn dawn l-iskemi għandux minflok jiġi kkalkulat fuq il-bażi tar-redditu u l-ħlas tat-taxxa tas-sena 2008 minflok l-2009 (PI). Dawn saħqu li dawn iż-żewġ skemi huma marbuta mat-taxxa fuq id-dħul li normalment titħallas kollha fis-sena kalendarja ta’ wara l-perijodu tat-tassazzjoni fiċ-Ċina. Għalhekk, it-taxxa fuq id-dħul tal-2009, jew kull trattament preferenzjali mogħti lilhom, ġie deċiż biss fl-2010.

(333)

Dik it-talba kellha tiġi miċħuda. L-ammonti effettivi tal-benefiċċji li ngħataw kienu kkonfermati u vverifikati mad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa għas-sena 2009, għalhekk huma benefiċċji marbuta mal-bejgħ u d-dħul iġġenerat fl-2009, jiġifieri l-PI.

4.3.9.   POLITIKI TAT-TAXXA PREFERENZJALI GĦAR-RIĊERKA U L-IŻVILUPP

(334)

Fir-rigward ta’ din l-iskema l-GTĊ qal li l-Kummissjoni ma stabbilietx l-ispeċifiċità fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva. Ġie argumentat ukoll li l-kriterji tal-eliġibilità għal din l-iskema huma oġġettivi u definiti fid-dettall, li l-eliġibilità hija awtomatika u għalhekk l-iskema ma tistax titqies speċifika f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) (b) tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(335)

Dik it-talba kellha tiġi miċħuda. F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li l-investigazzjoni stabbilixxiet l-eżistenza ta’ trattament fiskali preferenzjali għal ċerti kumpaniji li huma rikonoxxuti li jwettqu ċertu tip ta’ proġetti ta’ riċerka u żvilupp jiġfieri għal subset speċifiku ta’ intrapriżi fiċ-Ċina. Kif intqal fuq, dawn huma kumpaniji li jaqgħu fis-Setturi b’Teknoloġija Ġdida jew Avvanzata li jirċievu appoġġ primarju mill-Istat u proġetti elenkati fil-Gwida għal Oqsma ewlenin ta’ Industrijalizzazzjoni b’Teknoloġija High-Tech, bħal dawk tal-industrija tal-karta fina miksija, u għalhekk il-benefiċċji minn dan il-programm huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibilità, ta’ min jinnota li d-dispożizzjonijiet relevanti sottomessi mill-produtturi esportaturi li kooperaw huma vagi u mhumiex trasparenti u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala kriterji oġġettivi tal-eliġibilità li jwasslu għall-għoti awtomatiku tas-sussidju. Għalhekk, is-sejbiet tal-Kummissjoni ġew stabbiliti fuq evidenza pożittiva f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(b) tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

4.3.10.   EŻENZJONI FUQ ID-DIVIDENDI BEJN L-INTRAPRIŻI RESIDENTI KKWALIFIKATI

(336)

Fir-rigward ta’ din l-iskema -GTĊ qal li l-Kummissjoni ma stabbilietx l-ispeċifiċità fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva. Ġie argumentat li l-eżenzjoni mid-dividendi mhijiex sussidju skont il-Ftehim SCM billi eżenzjoni mid-dividendi mhijiex sussidju minnha nfisha u d-dispożizzjonijiet Ċiniżi relevanti jimmiraw li jiċċaraw il-bażi fiskali sabiex ma jkunx hemm tassazzjoni doppja.

(337)

APP saħqet li din l-iskema mhijiex speċifika u tiġi applikata ġeneralment u b’mod uniformi maċ-Ċina kollha fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, jiġifieri d-dħul mid-dividendi. Saħqet ukoll li din l-iskema ma tikkostitwix sussidju.

(338)

Dawk it-talbiet ma kinux aċċettati. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li d-dħul mid-dividendi minn intrapriżi residenti huwa eżentat mill-obbligi tat-taxxa fuq id-dħul korporattiv ta’ intrapriżi residenti. L-ewwel nett, għandu jissemma li l-investigazzjoni stabbilixxiet l-eżistenza ta’ trattament fiskali preferenzjali għal ċerti kumpaniji, jiġifieri intrapriżi li jirċievu dividenti minn intrapriżi residenti oħra u barra minn industriji importanti u proġetti appoġġati jew imħeġġa mill-Istat bħall-industrija tal-karta miksija, jiġifieri lil subset speċifiku ta’ intrapriżi fiċ-Ċina. Għalhekk, il-benefiċċji minn dan il-programm huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. It-tieni, din hija inċentiva fiskali li twassal għal telf tad-dħul tal-gvern f’konformità mad-definizzjoni ta’ sussidju kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(a) tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 3(a) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-argument li din l-inċentiva timmira għall-evitar tat-tassazzjoni doppja, ta’ min jinnota li għalkemm il-Ftehim SCM għaraf li l-Membri tad-WTO mhumiex ipprojbiti milli jieħdu miżuri biex jevitaw it-tassazzjoni doppja (ara l-Ftehim SCM, l-Anness I, in-nota 59), din id-dispożizzjoni hija “difiża affermattiva” u ma ngħatatx evidenza konkreta biex tikkorrobora l-argument li, eż. id-dividendi minn intrapriżi residenti u mhux residenti jiġu ttrattati b’mod differenti minħabba l-obbligi legali li r-RPĊ ħadet taħt ftehimiet bilaterali relevanti ta’ tassazzjoni doppja ma’ pajjiżi terzi.

(339)

Ġie argumentat ukoll li l-iskema hija totalment irrelevanti għall-intrapriżi u l-industriji kklassifikati bħala “mħeġġa” iżda b’definizzjoni tapplika għall-kumpaniji residenti kollha. Il-GTĊ qal ukoll li l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim SCM jipprovdi li l-iffissar ta’ rati tat-taxxi ġeneralment applikabbli ma għandux jitqies bħala sussidju speċifiku. Għalhekk, ġie argumentat li l-kriterji tal-eliġibilità għal din l-iskema huma oġġettivi u definiti fid-dettall, li l-eliġibilità hija awtomatika u għalhekk l-iskema ma tistax titqies speċifika f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) (b) tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(340)

Dawk it-talbiet ma kinux aċċettati. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li d-dispożizzjonijiet legali li jistpulaw din l-iskema jaqgħu taħt il-Kapitolu 4 “Trattamenti Fiskali Preferenzjali” tal-Liġi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Intrapriżi li jipprevedi inċentivi fiskali speċifiċi għal industriji importanti u proġetti appoġġati jew imħeġġa mill-Istat. Kif spjegat fuq, dawn il-kundizzjonijiet u l-benefiċċji minn dan il-programm huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni ma sabitx kriterji oġġettivi biex tillimita l-eliġibilità u evidenza konklussiva biex tikkonkludi li l-eliġibilità hija awtomatika. Fir-rigward tal-argument dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2) tal-Ftehim SCM, ta’ min jinnota li l-iskema preżenti ma tirreferix għall-iffissar ta’ rata tat-taxxa applikabbli b’mod ġenerali iżda għall-eżistenza ta’ eżenzjoni minn taxxa ta’ ċertu tip ta’ dħul li jirriżulta minn ċertu tip ta’ kumpaniji.

4.3.11.   EŻENZJONI MILL-VAT U MIT-TARIFFI FUQ TAGĦMIR IMPORTAT

(341)

Fir-rigward ta’ din l-iskema l-GTĊ qal li l-Kummissjoni ma stabbilietx l-ispeċifiċità fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva. Ġie argumentat li l-kategorji speċifiċi tan-negozju definiti b’mod eżawrjenti fil-liġi mhumiex speċifiċi billi jifirxu fuq setturi wiesgħa ta’ attività ekonomika li tkopri diversi industriji. Għalhekk, ġie argumentat li l-kriterji tal-eliġibilità għal din l-iskema huma oġġettivi u definiti fid-dettall, li l-eliġibilità hija awtomatika u għalhekk l-iskema ma tistax titqies speċifika f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) (b) tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(342)

Dawk it-talbiet ma kinux aċċettati. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li din l-iskema hija biss disponibbli għal kumpaniji li jinvestu taħt kategoriji speċifiċi tan-negozju definiti b’mod eżawrjenti fil-liġi (jiġifieri katalgu ta’ gwida għall-industriji għall-investiment barrani u katalgu ta’ industriji, prodotti u teknoloġiji ewlenin li l-istat bħalissa jħeġġeġ l-iżvilupp tagħhom). Il-fatt li l-eliġibilità hija ristretta għal kategoriji speċifiċi tan-negozju jikkonferma li l-iskema mhijiex ġeneralment disponibbli għal setturi ekonomiċi wiesgħa u għalhekk il-benefiċċji minn dan il-programm huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma sabitx kriterji oġġettivi biex tillimita l-eliġibilità u evidenza konklussiva biex tikkonkludi li l-eliġibilità hija awtomatika. Għalhekk, is-sejbiet tal-Kummissjoni ġew stabbiliti fuq evidenza pożittiva f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(b) tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(343)

L-APP saħaq li l-perijodu ta’ deprezzament użat mill-Kummissjoni fil-kalkolu tal-benefiċċju li jirriżulta minn din l-iskema attribwibbli għall-PI mhuwiex korrett u l-Kummissjoni kellha tuża l-perijodu ta’ deprezzament kif irrappurtat mill-kumpaniji tal-Grupp APP. Skont l-APP din il-metodoloġija tikser l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku.

(344)

Dik it-talba ma kinitx aċċettata. Il-perijodu ta’ deprezzament irrappurtat mill-APP jiġi determinat għal skopijiet ta’ kontabilità u skopijiet finanzjarji. Produtturi esportaturi oħra li kkooperaw u l-industrija tal-Unjoni rrappurtaw perijodi ta’ deprezzament differenti. Għalhekk, il-Kummissjoni f’konformità mal-prassi normali tagħha, u mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, użat il-perijodu ta’ 15-il sena bħala l-ħajja utli tal-makkinarju għall-iskop ta’ dan il-kalkolu, li jitqies bħala l-perijodu “normali” ta’ deprezzament mill-industrija kkonċernata.

4.3.12.   RIFUŻJONIJIET TAL-VAT FUQ TAGĦMIR IMMANIFATTURAT LOKALMENT

(345)

Fir-rigward ta’ din l-iskema l-GTĊ qal li l-Kummissjoni ma stabbilietx l-ispeċifiċità fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva. Ġie argumentat li l-GTĊ spjega l-kriterji tal-eliġibilità ta’ din l-iskema u b’riżultat ta’ dan, ma hemmx bażi għall-applikazzjoni tal-fatti disponibbli.

(346)

Dawk it-talbiet ma kinux aċċettati. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li din l-iskema hija riservata għal FIEs li jixtru ċertu tip ta’ tagħmir manifatturat domestikament, jiġifieri subset speċifiku ta’ intrapriżi fiċ-Ċina u għalhekk il-benefiċċji minn dan il-programm huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma sabitx kriterji oġġettivi biex tillimita l-eliġibilità u evidenza konklussiva biex tikkonkludi li l-eliġibilità hija awtomatika. Għalhekk, is-sejbiet tal-Kummissjoni ġew stabbiliti, bl-użu tal-informazzjoni mogħtija u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, fuq evidenza pożittiva f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(b) tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

4.3.13.   TAXXI GĦALL-MANTENIMENT TAL-BELT U GĦALL-BINI U SOPPRATAXXI TAL-EDUKAZZJONI GĦALL-FIES

(347)

Kemm APP kif ukoll Chenming saħqu li billi skont l-Avviż dwar l-Unifikazzjoni tat-Taxxa fuq il-Bini ta’ Manutenzjoni Urbana u s-Soprataxxi tal-Edukazzjoni għall-Intrapriżi u Individwi Domestiċi u b’Investiment Barrani maħruġ mill-Kunsill tal-Istat taċ-Ċina fit-18 ta’ Ottubru 2010 u applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2010, it-taxxa u s-soprataxxa msemmija fuq issa huma applikabbli b’mod ġenerali lill-kumpaniji u l-individwi kollha fiċ-Ċina mingħajr eċċezzjonijiet. Skont dawn l-argumenti, din l-iskema ta’ sussidji ma għadhiex kumpensabbli.

(348)

L-argumenti mogħtija ġew analizzati f’konformità mad-dokumentazzjoni mibgħuta u l-evidenza mogħtija mill-partijiet. Il-GTĊ ntalab jikkonferma l-informazzjoni msemmija fuq. Il-GTĊ, parti interessata f’dawn il-proċedimenti u l-awtorità tal-għoti għal dan il-programm, innotifika lill-Kummissjoni li din l-iskema ġiet irtirata u ma ġietx mibdula b’inċentiv ieħor li jirreferi għall-istess obbligu fiskali. Abbażi tal-informazzjoni mressqa mill-produtturi esportaturi li jikkooperaw, huwa konkluż li ż-żewġ gruppi wrew li ma għadhomx jibbenefikaw minn sussidji minn din l-iskema. Dwar dan, ta’ min ifakkar li f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku, ma għandhomx jiġu imposti miżuri jekk is-sussidju jiġi irtirat jew jekk ikun intwera li s-sussidju ma għadux jagħti benefiċċju lill-esportaturi involuti. Konsegwentement u abbażi tal-informazzjoni fil-fajl, ġie konkluż li s-sussidju ta’ din l-iskema ma għadux jagħti benefiċċji lill-esportaturi involuti. Għalhekk, is-sejbiet ippreżentati fil-premessi (160) sa (169) hawn fuq ġew emendati kif xieraq.

4.3.14.   DITTI FAMUŻI U FONDI SPEĊJALI GĦAL PROĠETTI BIEX JITĦEĠĠEĠ INVESTIMENT BARRANI

(349)

Fir-rigward ta’ dawn l-iskemi l-GTĊ qal li l-Kummissjoni ma stabbilietx l-ispeċifiċità fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva. Ġie argumentat li l-GTĊ ta biżżejjed informazzjoni fir-rigward ta’ dawn l-iskemi u li ma kienx hemm liġijiet jew regolamenti li jikkonċernaw dawn l-iskemi.

(350)

Dawk it-talbiet ma kinux aċċettati. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li dawn l-iskemi nstabu li kienu speċifiċi u kumpensabbli fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija mill-GTĊ u l-produtturi esportaturi li kkooperaw minkejja l-fatt li effettivament ma tressqux dispożizzjonijiet legali. Il-fatt li, kif argumenta l-GTĊ, ma hemmx dispożizzjonijiet legali għal dawn l-iskemi jikkonferma mingħajr ebda dubju li ma jeżistux kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi stipulati bil-liġi li jirregolaw dawn l-iskemi. Għalhekk, is-sejbiet tal-Kummissjoni ġew stabbiliti, bl-użu tal-informazzjoni mogħtija u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, fuq evidenza pożittiva f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) (b) tal-Ftehim SCM u l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Fin-nuqqas ta’ kriterji jew kundizzjonijiet, il-gvern jidher li għandu diskrezzjoni kbira u l-aċċess għas-sussidju jitqies li hu limitat għal ċerti intrapriżi.

4.3.15.   FOND U GĦOTI TA’ SUSSIDJU GĦALL-IŻVILUPP INDUSTRIJALI B’TEKNOLOĠIJA AVVANZATA LI NGĦATA LILL-PARK INDUSTRIJALI TA’ SUZHOU TALLI ŻAMM IT-TKABBIR

(351)

Fir-rigward ta’ dawn l-iskemi, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni interpretat ħażin l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim SCM billi Parks Industrijali ma jinħatrux bħala reġjuni ġeografiċi.

(352)

Dak l-argument ma ġiex aċċettat. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li l-Park Industrijali ta’ Suzhou huwa biċ-ċar suddiviżjoni ekonomika u amministrattiva fil-ġurisdizzjoni tar-RPĊ u għalhekk hija reġjun ġeografiku deżinjat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2) tal-Ftehim SCM. Minkejja dawn ta’ hawn fuq, għandu jiġi nnutat ukoll li anki jekk dan ta’ hawn fuq ma kienx ikkonfermat mill-fatti attwali tal-investigazzjoni, park industrijali, minnu nnifsu, jista’ jospita biss subset ta’ intrapriżi fit-territorju ta’ pajjiż jew l-awtorità tal-għoti u għalhekk f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim SCM is-sussidji mogħtija mill-park industrijali jitqiesu bħala speċifiċi.

4.3.16.   DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DRITTIJIET TAL-UŻU TAL-ART

(353)

Fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-art, il-GTĊ argumenta li l-użu ta’ punt ta’ riferiment estern huwa illegali b’referenza għall-Artikolu 14(d) tal-Ftehim SCM u l-Korp tal-Appelli f’US – Softwood Lumber IV. Intqal li l-liġi tal-UE u tad-WTO tirrestrinġi l-użu ta’ punti ta’ riferiment esterni ħlief għal ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna jiġifieri biss meta l-prezzijiet tas-suq privat ikunu distorti minħabba r-rwol predominanti tal-gvern bħala provveditur tal-prodott jew is-servizz ikkonċernat. Skon il-GTĊ il-Kummissjoni ma ppruvatx li l-prezzijiet tas-suq privat kienu distorti mir-rwol predominati tal-GTĊ bħala fornitur.

(354)

Dawk it-talbiet ma kinux aċċettati. L-ewwel nett, ta’ min jinnota li r-regoli tad-WTO, kif ikkonfermati mill-Korp tal-Appelli fil-każ US – Softwood Lumber IV (DS257) u l-Bord fil-każ US – China countervailing duties (DS379) ma jipprojbixxux l-użu ta’ punti ta’ riferiment esterni. It-tieni, l-approċċ tal-Kummissjoni kkunsidra bis-sħiħ il-kundizzjonijiet speċjali rikjesti mill-każistika tad-WTO għall-użu ta’ punt ta’ riferiment estern. Tabilħaqq, kif intwera fil-premessi (248) sa (259) hawn fuq, l-art fiċ-Ċina hija proprjetà tal-gvern u tingħata mill-gvern b’kera. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċiniżi jikkontrollaw il-provvista u l-allokazzjoni tal-art lill-intrapriżi, inkluż fi swieq sekondarji, u l-assenjazzjoni tal-art lill-intrapriżi hija marbuta ma’ ġabra ta’ regoli stretti, filwaqt li kull tip ta’ bidla fl-assenjazzjoni tal-art, eż. trasferiment ta’ kuntratt tad-drittijiet tal-użu tal-art minn intrapriża għall-oħra, għandu jiġi approvat mill-Istat u rikonoxxut minn kuntratt ġdid tad-drittijiet tal-użu tal-art bejn l-intrapriża u l-awtorità relevanti tal-Istat. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jiġi konkluż li l-GTĊ għandu rwol predominanti fid-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-art u li l-prezzijiet tas-suq “privati” Ċiniż (sakemm dawn jeżistu, – l-ebda wieħed ma ngħata f’din l-investigazzjoni) aktarx li jkunu distorti minħabba r-rwol predominanti tal-GTĊ bħala fornitur u r-rwol monopolistiku bħala regolatur tat-tranżazzjonijiet tal-art. Konsegwentement, il-kontribut finanzjarju tal-GTĊ effettivament jiddetermina l-livell ta’ kwalunkwe prezz privat.

(355)

Il-GTĊ argumenta wkoll li bl-għażla tat-Tajwan bħala punt ta’ riferiment estern, il-Kummissjoni ma użatx punt ta’ riferiment estern li jirrelata jew jirreferi jew huwa marbuta mal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fiċ-Ċina. Intqal li l-użu tat-Tajwan bħala punt ta’ riferiment biex jagħmel tajjeb għad-differenzi fil-vantaġġi komparattivi bejn il-pajjiżi huwa projbit espressament mir-regoli tad-WTO.

(356)

Għalhekk dawn t-talbiet ma kinux aċċettati. Il-Kummissjoni tqis lit-Tajwan (19) bħala punt ta’ riferiment estern minħabba t-totalità tal-informazzjoni fil-fajl, jiġifieri (i) il-livell ta’ żvilupp ekonomiku u l-istruttura ekonomika prevalenti fit-Tajwan u l-provinċji Ċiniżi relevanti fejn huma stabbiliti l-produtturi esportaturi, (ii) il-prossimità fiżika ta’ dawn iż-żewġ provinċji Ċiniżi mat-Tajwan, (iii) il-livell għoli ta’ infrastruttura li għandhom kemm it-Tajwan kif ukoll iż-żewġ provinċji Ċiniżi, (iv) ir-rabtiet ekonomiċi b’saħħithom u l-kummerċ transkonfinali bejn it-Tajwan u r-RPĊ, (v) id-densità tal-popolazzjoni simili fil-provinċji Ċiniżi kkonċernati u fit-Tajwan, (vi) is-similarità bejn it-tip ta’ art u t-tranżazzjonijiet użati għall-bini tal-punt ta’ riferiment relevanti fit-Tajwan ma’ dawk fir-RPĊ u (vii) il-karatteristiċi demografiċi, lingwistiċi u kulturali komuni fit-Tajwan u r-RPĊ. Barra minn hekk, il-provinċji ta’ Jiangsu u Shandong jitqiesu bħala provinċji ewlenin tal-manifattura fir-RPĊ (20). Għalhekk il-PDG per capita tat-Tajwan u taż-żewġ provinċji Ċiniżi mhux identiku, il-PDG taż-żewġ provinċji Ċiniż kiber b’mod rapidu f’dawn l-aħħar snin, jiġifieri qed ilaħħqu mat-Tajwan.

Barra minn hekk, dejta riċenti tissuġġerixxi li kemm ir-RPĊ kif ukoll it-Tajwan għandhom rati tat-tkabbir tal-PDG reali simili (21). Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li t-tqabbil eżatt bejn il-PDG ta’ ekonomija mhux tas-suq (ir-RPĊ) u l-PDG ta’ ekonomija tas-suq stabbilita sew (it-Tajwan) mhuwiex fatt deċiżiv billi huwa normali għal ekonomija mhux tas-suq li tkun f’livell inqas avvanzat minn ekonomija tas-suq stabbilita fejn jidħol il-PDG. Barra minn hemm, ħafna fatturi oħra, eż. ir-regoli tal-ippjanar, il-politika ambjentali, eċċ. jistgħu jaffettwaw il-provvista u d-domanda tal-art industrijali. Il-kwistjoni reali hija xi jkunu “il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq” fir-rigward tad-drittijiet tal-użu tal-art fir-RPĊ li kieku din kienet ekonomija tas-suq operattiva u, fuq il-bażi tal-evidenza kollha, dawn ikun simili ħafna għal dawk fit-Tajwan.

(357)

Abbażi tat-totalità tal-informazzjoni ta’ hawn fuq, huwa meqjus li l-punt ta’ riferiment magħżul huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Korp tal-Appelli f’US – Softwood Lumber IV (Para.103) li kkonkluda li “il-punt ta’ riferiment magħżul għandu, madankollu, jirrelata jew jirreferi, jew ikun marbut ma’, il-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti f’dak il-pajjiż, u għandhom jirriflettu l-prezz, il-kwalità, id-disponibbiltà, il-kummerċjalità, it-trasport u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xiri jew il-bejgħ, kif rikjest mill-Artikolu 14(d)”. Tabilħaqq, it-totalità tal-kundizzjonijiet fit-Tajwan huma marbuta mal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fiż-żewġ provinċji Ċiniżi. L-art hija disponibbli f’żoni b’densità simili, il-prossimità fiżika taż-żoni jiżgura li l-kwalità tal-art hija simili filwaqt li l-fatt li kemm it-Tajwan kif ukoll iż-żewġ provinċji Ċiniżi għandhom l-istess lingwa u kultura, għandhom ekonomiji orjentati lejn l-esportazzjoni u setturi importanti tal-manifattura, jikkonferma li l-prezz, il-kwalità, id-disponibbiltà, il-kummerċjalità, it-trasport u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xiri jew il-bejgħ tal-art huma konnessi mill-qrib.

(358)

Il-produtturi esportaturi li kkkooperaw saħqu li l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni kienet biżżejjed biex tikkonkudi li hemm suq għall-art fiċ-Ċina.

(359)

Dik it-talba kellha tiġi miċħuda. Mill-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ma kienx possibbli li din tasal għall-konklużjoni li hemm suq tal-art operattiv fiċ-Ċina. Mil-leġislazzjoni li ngħatat lill-Kummissjoni mill-GTĊ, huwa ovvju li l-art kollha fir-RPĊ hija proprjetà tal-gvern u tingħata biss fuq bażi ta’ kiri. L-awtoritajiet Ċiniżi għandhom kontroll sħiħ tal-forniment u l-allokazzjoni tal-art lill-intrapriżi, inkluż it-tranżazzjonjiet fis-suq sekondarju. Ma ngħatatx evidenza li kien hemm xi mekkaniżmu tas-suq fid-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-art, minkejja t-talbiet tal-Kummissjoni għal dan. Is-sitwazzjoni hija spjegata fid-dettall fil-premessa (354) li tindirizza argumenti simili tal-GTĊ.

(360)

APP qalet li l-prezzijiet Ċiniżi tad-drittijiet tal-użu tal-art tal-lum għandhom jintużaw bħala l-punt ta’ riferiment jew, alternattivament, il-prezzijiet tal-art tal-lum fl-istat Indjan ta’ Maharashtra. Chenming issuġġerixxa wkoll l-istat Indjan ta’ Maharashtra bħala punt ta’ riferiment.

(361)

Kif diġà deskritt fil-premessa (359) hawn fuq, ma hemmx suq tal-art operattiv fiċ-Ċina. Għalhekk, ma jistgħux jintużaw il-prezzijiet Ċiniżi tal-lum għad-drittijiet tal-użu tal-art bħala punt ta’ riferiment. Il-produtturi esportaturi bbażaw l-istqarrija tagħhom fuq il-fatt li l-prezzijiet tal-art fil-Maharashtra jistgħu jintużaw bħala punt ta’ riferiment għat-tqabbil tal-Istat Indjan ta’ Maharashtra f’termini tal-PGD per capita u d-densità tal-popolazzjoni fil-waqt tax-xiri tad-drittijiet tal-użu tal-art. Kif spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-PGD per capita u d-densità tal-popolazzjoni ma jistgħux ikunu l-uniċi fatturi deċiżivi fl-għażla ta’ pajjiż/reġjun għall-applikazzjoni ta’ punt ta’ riferiment estern. Fi kwalunkwe każ, il-metodoloġija proposta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhijiex konsistenti mad-dikjarazzjonijiet tagħhom. Fil-PI, Mumbai, il-kapital ta’ Maharashtra u l-iktar żona żviluppata tal-istat, kellha dħul per capita ta’ USD 2 675 (Rs1. 28 lakh) li fil-fatt huwa inqas mill-medja nazzjonali Ċiniża ta’ USD 3 529 (22), biex ma nsemmux il-PDG per capita fir-reġjuni żviluppati ferm ta’ Shandong u Jiangsu (USD 5 255 u USD 6 550 rispettivament). Sa fejn hija kkonċernata d-densità tal-popolazzjoni, din mhix fiha nfisha fattur deċiżiv, iżda, madankollu, id-densità tal-popolazzjoni hija 314/km2 fil-Maharashtra, 736/ km2 f’Jiangsu u 600/km2 f’Shandong, jiġifieri mhux fl-istess livell. Barra minn hekk, fatturi oħra bħan-nuqqas ta’ prossimità fiżika u karatteristiċi komuni bejn l-Indja u ċ-Ċina jwasslu għall-konklużjoni li l-punt ta’ riferiment tal-Maharashtra ma jirrelatax jew ma jirreferix għall-kundizzjonijiet prevalenti fiċ-Ċina, u mhuwiex marbut magħhom. Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (357), il-Kummissjoni għadha tal-fehma li l-prezzijiet tal-art fit-Tajwan huma ħafna iktar xierqa bħala punt ta’ riferiment estern.

(362)

L-APP saħaq li xi drittijiet tal-użu tal-art ikkunsidrati mill-Kummissjoni fil-kalkolu tal-benefiċċju li jirriżulta minn din l-iskema ma għadhomx jinżammu mill-APP. L-APP argumenta ukoll li bl-użu tal-informazzjoni mill-websajt tal-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tat-Tajwan, il-Kummissjoni waslet għal prezz medju differenti għall-art kull metru kwadru u din ma għamlitx sforz biex issib offerti rappreżentattivi għall-art industrijali.

(363)

Fir-rigward tal-wiċċ totali ta’ art użat mill-APP, il-Kummissjoni qieset din l-istqarrija tal-APP u abbażi tal-informazzjoni u l-evidenza ppreżentata fil-kummenti dwar il-kxif definittiv, ġiet aċċettata. L-informazzjoni korretta ġiet riflessa fil-kalkolu tas-sussidju. Fir-rigward tal-informazzjoni miksuba mit-Tajwan, ta’ min jinnota li dan l-argument ma setax jiġi aċċettat. Għalkemm din il-parti ma pproponietx l-użu ta’ dan il-prezz għall-kalkolu ta’ punt ta’ riferiment xieraq, għandu jiġi enfasizzat dan li ġej. Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni li kienet disponibbli fil-fajl fejn jidħlu l-prezzijiet tal-art fit-Tajwan u l-metodoloġija ta’ kif waslet għal dan il-prezz ta’ riferiment ġiet deskritta lill-partijiet u spjegata fin-Nota għall-fajl tal-11 ta’ Frar 2011. Min-naħa l-oħra, id-dejta ppreżentata mill-APP tirreferi għal Frar 2011 biss, jiġifieri perijodu ta’ żmien differenti minn dak użat fil-kalkolu tal-Kummissjoni u jidher li jirreferi biss għal lista ta’ eżempji ta’ xi dejta miksuba minn xi żoni fit-Tajwan. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax tindirizza l-kalkolu tal-prezz ta’ riferiment kif imwettaq mill-APP, billi din ma tatx dettalji dwar il-metodoloġija li użat għall-kalkolu u ma ssostanzjatx għaliex il-kalkolu tagħha jirrappreżenta b’mod iktar preċiż il-prezzijiet medji tal-art fit-Tajwan.

(364)

Il-produtturi esportaturi li kooperaw saħqu li kull sussidju fil-forma tal-għoti tad-dritt tal-użu tal-art għal inqas mir-rimunerazzjoni xierqa mhux se jkun speċifiku.

(365)

Dak l-argument kellu jiġi miċħud. Kif diġà spjegat fid-dokument tal-kxif definittiv, il-GTĊ ma tax biżżejjed informazzjoni rigward din l-iskema u din kellha tiġi kkumplimentata b’informazzjoni u fatti oħrajn fil-fajl. Konsegwentement, is-sejbiet saru fuq din il-bażi u huma spjegati u analizzati fil-premessi (253)-(258).

4.3.17.   OĦRAJN

(366)

L-APP saħaq li r-rata tal-interess użata mill-Kummissjoni sabiex tibdel il-valur superfiċjali tas-sussidju fil-valur prevalenti matul il-perijodu tal-investigazzjoni mhijiex korretta.

(367)

Il-Kummissjoni qieset din l-istqarrija tal-APP u abbażi tal-informazzjoni u l-evidenza ppreżentata fil-kummenti dwar il-kxif definittiv, ġiet aċċettata. Ir-rata tal-interess issuġġerita mill-APP intużat fil-kalkoli tas-sussidji. Din il-bidla hija diġà riflessa fil-premessi marbuta mal-kalkolu tal-marġnijiet tas-sussidju u fil-marġnijiet tas-sussidju li jirriżultaw għall-iskemi individwali kkonċernati.

(368)

L-APP saħaq li l-ammonti tas-sussidju għandhom jiġu espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF irrappurtat tagħhom u mhux bħala persentaġġ tal-fatturat u li l-Kummissjoni għandha tapplika din il-metodoloġija għall-kalkolu tal-marġnijiet tas-sussidju.

(369)

L-argumenti mogħtija ġew analizzati f’konformità mad-dokumentazzjoni mibgħuta u l-evidenza mogħtija mill-partijiet. Ta’ min jinnota li, ħlief għal waħda mill-iskemi tas-sussidju li nstabet li hija kumpensabbli, l-ebda skema oħra ma nstabet li tiddependi mir-rendiment tal-esportazzjoni u ma tingħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturat, prodotti, esportati jew trasportati. Għalhekk l-ammont tas-sussidju kien allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-kumpaniji tal-grupp APP f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku li jgħid hekk: “Meta s-sussidju ma jingħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, maħduma, esportati jew trasportati, l-ammont tas-sussidju kumpensabbli għandu jkun stabbilit bl-allokazjoni tal-valur tas-sussidju totali, kif xieraq, fuq il-livell ta’ produzzjoni, bejgħ, jew esportazzjoni tal-prodotti kkonċernati matul il-perijodu tal-investigazzjoni dwar is-sussidjar”. Billi dan is-sussidju mhux marbut mal-produzzjoni ta’ prodott jew esportazzjonijiet partikolari, il-fatturat ta-bejgħ tal-kumpanija huwa l-aħjar denominatur. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-fatturat relevanti ġie determinat fuq bażi li tiżgura li jiġi rifless kemm jista’ jkun il-valur tal-bejgħ tal-prodotti mibjugħa mill-kumpanija benefiċjarja. Din il-bidla hija diġà riflessa fil-premessi li huma marbuta mal-kalkolu tal-marġnijiet tas-sussidju u fil-marġnijiet tas-sussidju li jirriżultaw għall-iskemi individwali kkonċernati. Kull metodoloġija oħra proposta fil-kalkolu tal-ammont tas-sussidju kumpensabbli tkun kontra d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament bażiku (l-Artikoli 7 u 15) u l-prassi amministrattiva tal-Kummissjoni fil-proċedimenti kontra s-sussidji tagħha hija u tagħżel in-numeratur/denominatur għall-allokazzjoni tal-ammont tas-sussidju kumpensabbli.

Il-parti invokat ukoll il-parti tal-Linji Gwida (23) fejn hemm imsemmi l-kalkolu tas-sussidju għal kull unità bħala bażi tal-argument tagħha. Madankollu, u għar-raġunijiet deskritti qabel, approċċ li jikkalkula għal kull unità ma tqiesx xieraq fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ. Tabilħaqq, il-metodoloġija proposta titqies li mhijiex rappreżentattiva billi tħallat il-fatturat u l-unitajiet manifatturati biss għall-prodott ikkonċernat filwaqt li ma tagħtix kas l-unitajiet ta’ prodotti oħra manifatturati. Ebda informazzjoni ma ngħatat jew ġiet ivverifikata fejn jidħlu l-unitajiet totali manifatturati għall-prodotti kollha mill-kumpaniji rispettivi u, fi kwalunkwe każ, is-sussidji ma ngħatawx b’referenza għall-kwantitajiet. Fejn jidħlu l-prezzijiet CIF, ta’ min jinnota li l-evidenza fil-fajl tissuġġerixxi li dawn ivarjaw skont it-tipi tal-prodotti u anki bejn prodotti tal-istess tip. Fi kwalunkwe każ, is-sussidji kkonċernati mhumiex speċifiċi għall-prodotti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-ammont ta’ sussidjar fir-RPĊ u ddenominatu bl-allokazzjoni tal-valur tas-sussidju totali fuq il-fatturat fiċ-Ċina filwaqt li kkunsidrat il-modalitajiet speċifiċi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi rispettivi li kkooperaw. Dan jiżgura l-użu tal-ammont ivverifikat ta’ sussidji u l-aktar fatturat xieraq. Fl-aħħar, ta’ min jinnota li wara li ġew ikkunsidrati ċ-ċirkostanzi prattiċi ta’ dawn il-proċedimenti, jiġifieri l-impożizzjoni ta’ dazji kontra d-dumpin u dazji kumpensatorji fil-livell tal-marġni tal-ħsara, huwa konkluż li ma hemm l-ebda impatt fuq il-pożizzjoni tal-APP irrispettivament minn liema metodoloġija tintuża għall-allokazzjoni tal-ammont tas-sussidju kumpensabbli u d-dazju kumpensatorju.

4.4.   L-AMMONT TAS-SUSSIDJI KUMPENSABBLI

(370)

L-ammont tas-sussidji kumpensabbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espressi ad valorem, għall-kumpaniji investigati huma stabbiliti fit-tabella hawn taħt:

Produttur esportatur

Rata tal-marġini kontra s-sussidju

APP Group

12,04  %

Chenming Group

4,06  %

(371)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-ilment u l-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, hemm produtturi oħrajn magħrufa tal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ. Madankollu, meta wieħed iqis il-volum tal-esportazzjoni rrapurtat instab li hu ogħla mid-dejta tal-importazzjoni li ġejja mill-Eurostat, il-livell ta’ kooperazzjoni ġie kkunsidrat bħala għoli. Għalhekk jitqies xieraq li l-livell ta’ sussidju għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx jiġi settjat fil-livell tal-ogħla sussidjar misjub għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, jiġifieri 12,04 %, sabiex tkun żgurata l-effettività tal-miżuri.

5.   IL-PRODUTTURI TAL-UNJONI

5.1.   IL-PRODUZZJONI TAL-UNJONI

(372)

Matul il-PI, il-prodott simili kien manifatturat minn 14-il produttur magħrufa u xi oħrajn żgħar ħafna fl-Unjoni. Id-dejta provduta mis-CEPIFINE hija stmata li tkopri 98 % tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-produzzjoni tal-Unjoni totali ġiet stmata għal madwar 5 270 000 tunnellata waqt il-PI. Il-produtturi tal-Unjoni li jammontaw għall-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

(373)

L-industrija tal-karta fina miksija tirrikjedi enerġija u kapital intensivi. Għal din ir-raġuni japplikaw ekonomiji tad-daqs li jispjegaw il-konċentrazzjoni tal-produzzjoni fost ftit atturi kbar, ikkomplimentati minn produtturi iżgħar li jiffukaw fuq swieq li huma ġeografikament fil-qrib. Ħames produtturi simili kbar ikopru ħafna mis-suq tal-Unjoni b’faċilitajiet tal-produzzjoni mifruxa madwar l-Ewropa. L-akbar parti tas-CFP huwa tip ta’ prodott bażiku u prinċipalment huwa kkumerċjalizzat permezz tan-negozjanti tal-karti u l-bejjiegħa bl-ingrossa. Dawn il-kanali ta’ distribuzzjoni huma kkaratterizzati minn livell għoli ta’ konċentrazzjoni ta’ poter tax-xiri u trasparenza tal-prezzijiet permezz ta kwotazzjonijiet ta’ prezzijiet.

(374)

Kif jissemma fil-premessa (19) hawn fuq, parti interessata waħda stqarret li s-CFP xierqa għall-istampar web-fed missha ġiet inkluża fl-ambitu tal-investigazzjoni preżenti. Abbażi ta’ dan, l-istess parti argumentat li l-industrija kwerelanti tal-Unjoni ma kienx ikollha biżżejjed saħħa fil-proċedimenti preżenti. Madankollu, abbażi tal-konklużjonijiet imsemmija fil-premessi (22) u(25), jiġifieri, is-CFP adatta għall-istampar web-fed u s-CFP għall-istampar sheet-fed huma żewġ prodotti differenti, u għalhekk, l-istqarrija kellha tiġi miċħuda.

(375)

Il-gvern taċ-Ċina kkummenta li wieħed mill-produtturi rappreżentattivi kien allegatament marbut ma’ kumpanija Ċiniża u għalhekk għandu jitħalla barra mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li l-prodotti manifatturati mill-kumpanija Ċiniża msemmija mhumiex il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ir-relazzjoni ma għandhiex impatt fuq l-analiżi tal-ħsara jew fuq l-inklużjoni ta’ dan il-produttur tal-Unjoni fid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

6.   ĦSARA

6.1.   IL-KONSUM TAL-UNJONI

(376)

Il-konsum ġie stabbilit abbażi ta’ dan li ġej:

il-Eurostat għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi aġġustati kif jixraq abbażi tat-tagħrif ipprovdut mill-produtturi tal-Unjoni għall-prodotti mhux koperti mill-proċedimenti. L-investigazzjoni sabet, abbażi tal-evidenza provduta, li dawn is-suppożizzjonijiet kienu raġonevoli u ġustifikati;

il-volum tal-esportazzjoni totali vverifikat tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ lejn is-suq tal-Unjoni, peress li l-volum tal-esportazzjoni rrapportat instab li kien ogħla mid-dejta ta’ importazzjoni miksuba mill-Eurostat;

il-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni kollha bbażat fuq it-tagħrif ipprovdut mis-CEPIFINE.

(377)

Fuq dik il-bażi, il-konsum totali tal-Unjoni ġie stabbilit kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

Il-konsum tal-Unjoni

2006

2007

2008

2009/IP

Tunnellati

5 308 275

5 508 183

5 384 770

4 572 057

Indiċi

100

104

101

86

Sors: Risposti vverifikati għall-kwestjonarju, aġġustati mill-Eurostat u dejta verifikata pprovduta mis-CEPIFINE.

(378)

B’mod ġenerali, il-konsum tal-Unjoni naqas b’14 % matul il-perijodu kkunsidrat. Instab li l-konsum l-ewwel żdied bi 4 % bejn l-2006 u l-2007, li wara naqas b’18 % bejn l-2007 u l-PI. It-tnaqqis fil-konsum fl-2008 u l-PI kien ir-riżultat ta’ domanda aktar baxxa, speċjalment fit-tieni nofs tal-2009, minħabba l-kriżi ekonomika.

6.1.1.   IMPORTAZZJONIJIET FL-UNJONI MIR-RPĊ

(379)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (376), il-volum tal-bejgħ totali vverifikat tal-prodott ikkonċernat tal-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw fis-suq tal-Unjoni nstab li kien ogħla mill-volumi tal-importazzjoni rrapportati mill-Eurostat. Peress li ġie meqjus li t-tagħrif ivverifikat huwa aktar preċiż mill-istatistika disponibbli, il-volum tal-importazzjoni totali mir-RPĊ ġie stabbilit abbażi tat-tagħrif ivverifikat ipprovdut mill-kumpaniji li kkooperaw. Il-volumi tal-bejgħ tal-kumpaniji li kkooperaw li nstabu li kienu qed jesportaw biss kartonċin b’ħafna saffi matul il-perijodu kkunsidrat, ġew esklużi mill-importazzjonijiet totali, peress li ġie konkluż, kif spjegat fil-premessa (47), li l-karta u l-kartonċin b’ħafna saffi m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala l-prodott ikkonċernat. Peress li d-dejta ta’ importazzjoni dwar il-prodott ikkonċernat tirreferi biss għal żewġ kumpaniji, ġie kkunsidrat xieraq għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità li jintwerew f’forma ta’ indiċi.

Tabella 2

Total tal-importazzjonijiet issusidjati mir-RPĊ

Importazzjonijiet totali mir-RPĊ

2006

2007

2008

2009/IP

Volumi (indiċi)

100

218

212

283

Sehem mis-suq (indiċi)

100

210

209

329

Prezzijiet (EUR/tunnellata)

677

661

657

621

Indiċi

100

98

97

92

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

(380)

Il-volum tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ żiedu b’mod sinifikanti, u kważi ttripplaw matul il-perijodu kkunsidrat. Bħala riżultat, is-sehem tagħhom fis-suq kiber b’mod sinifikanti minn madwar 1 % fl-2006 għal aktar minn 4 % fil-PI. Dan wieġed irid jarah fl-isfond ta’ nuqqas fil-konsum li naqas b’14 % matul l-istess perijodu. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet issusidjati mir-RPĊ urew tnaqqis ta’ 8 % matul il-perijodu kkunsidrat.

6.1.2.   TWAQQIGĦ TAL-PREZZ

(381)

Għall-għanijiet li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet tal-bejgħ peżati medji għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works, ġew imqabbla mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b’aġġustamenti xierqa għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(382)

Kif spjegat fil-premessa(51), il-kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi kienet għolja ħafna u tqieset li kienet tkopri l-volum totali tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-PI. Meta wieħed iqis il-fatt li żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi li oriġinarjament ippreżentaw irwieħhom instabu li ma kienuex qed jesportaw l-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (52) l-importazzjonijiet tagħhom ma ġewx ikkunsidrati għall-iskop tal-analiżijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz. Il-bejgħ tal-esportazzjoni ta’ kumpanija fi grupp ta’ produttur esportatur li kkoopera kien eskluż ukoll mit-tqabbil peress li ebda mir-rappreżentant tal-produtturi tal-Unjoni ma ppreżentaw tipi ta’ prodott komparabbli. Fir-rigward tal-kwantitajiet tal-esportazzjoni ta’ din il-kumpanija partikolari ta’ min jinnota li dawn kienu jirrapreżentaw biess part żgħira tal-bejgħ totali tal-esportazzjoni tal-grupp u l-livelli tal-prezz dehru li kienu f’konformità mal-ilvelli tal-prezz tal-bejgħ tal-esportazzjoni ġenerali tal-grupp.

(383)

It-tqabbil wera li matul il-PI, il-prodott issusidjat li joriġina mir-RPĊ mibjugħ fl-Unjoni waqqa’ l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni b’medja ta’ 7.6 %. Il-livell tal-marġni tat-twaqqigħ għandu jitqies fl-isfond ta’ livell għoli ta’ trasparenza tal-prezzijiet appoġġat minn kwotazzjonijiet ta’ prezzijiet li jikkaratterizzaw is-suq tad-distribuzzjoni tas-CFP.

6.2.   IS-SITWAZZJONI EKONOMIKA TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI U TAL-ERBA’ PRODUTTURI RAPPREŻENTATTIVI TAL-UNJONI

6.2.1.   RIMARKI PRELIMINARI

(384)

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma ssussidjati fuq il-produtturi tal-Unjoni inkludiet evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal valutazzjoni tal-istat tal-produtturi tal-Unjoni mill-2006 sal-aħħar tal-PI.

(385)

L-elementi makroekonomiċi (produzzjoni, kapaċità, utilizzazzjoni tal-kapaċità, volum tal-bejgħ, sehem fis-suq, tkabbir u d-daqs tal-marġnijiet tas-sussidju kumpensabbli) ġew ivvaluati fil-livell tal-produzzjoni kollha tal-Unjoni, abbażi tat-tagħrif ipprovdut mis-CEPIFINE.

(386)

L-analiżi tal-elementi makroekonomiċi twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni (il-prezzijiet medji tal-unità, l-impjieg, il-pagi, il-produttività, il-ħażniet, il-profitt, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-kapaċità li jiżdied il-kapital) abbażi tat-tagħrif tagħhom, ivverifikat kif xieraq.

(387)

Kien allegat li l-analiżi tal-ħsara naqset li tanalizza l-indikaturi kollha tal-ħsara għall-kwerelanti u għall-industrija tal-Unjoni bħala xi ħaġa sħiħa f’amjiera koerenti u komprensiva. Il-partijiet ssuġġerew li l-konklużjonijiet li tikkonċerna l-ħsara materjali kienu jkunu differeni li kieku xi indikaturi, bħalma huwa s-sehm fis-suq, kien stabbilit fuq il-livell tal-kwerelanti.

(388)

L-ewwel, ta’ min jinnota li d-dikjarazzjonijiet ta’ dawn il-partijiet jidhru li tfasslu abbażi tal-indikaturi kkalkulati minn settijiet ta’ dejta u informazzjoni differenti minn dawk stabbiliti matul l-investigazzjoni u ppreżentati hawn taħt. Konsegwentement, dawn il-konklużjonijiet huma fattwalment ħżiena u għalhekk mhumiex relevanti.

(389)

It-tieni, hija prattika tal-Kummissjoni li tevalwa l-fatturi makroekonomiċi għall-indikazzjoni tal-ħsara mħarrba fuq il-livell tal-industrija tal-Unjoni bħala ħaġa sħiħa kif spjegat hawn fuq. Fil-preżnet l-investigazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet diefnita fuq il-livell tal-produtturi tal-Unjoni li jikkostittwixxu l-produzzjoni totali tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa (372) hawn fuq, irripesttivament jekk il-produtturi jsostnux l-ilment jew ikkooperawx fl-investigazzjoni jew le.

(390)

Fatturi makroekonomiċi huma analizzati fuq il-livell tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni irrispettivament jekk jappoġġawx l-ilment jew le. Il-produtturi rappreżentattivi koprew 58 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. L-ebda produttur tal-Unjoni ieħor ma resaq u qal li l-konklużjonijiet tal-Kummisjsoni dwar il-fatturi makroekonomiċi mhux se jkunu affidabbli jew mhux sostanzjati. Għalhekk m’hemm l-ebda raġuni li jkunu diskussi s-sejbiet stabbiliti bbażati fuq l-informazzjoni prvoduta mill-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni biss.

(391)

Kien allegat ukoll li wieħed mill-erba’ produtturi rappreżntattivi naqas li jikkoopera bis-sħiħ għaliex kellu x’jaqsam ma produttur ieħor fl-Unjoni Ewropea li ma kkooperax fl-investigazzjoni. Kien allegat li l-kumpaniji kien relatati bħala konsegwenza ta’ ftehimiet tranżitorji koklużi fi żmien tax-xiri minn produttur tal-Unjoni li kkoopera tas-settur tan-negozju tas-CFP tal-produttur l-ieħor. Kien allegat li permezz ta’ dawn il-ftehimiet tranżitorji l-produttur tal-Unjoni li kkoopera jikkontrolla xi mtieħen li baqgħu fis-sjieda tal-produttur parzjalment akkwistat. Biex isostni l-allegazzjoni tiegħu, il-produttur esportatur irreferea għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31/10/2008 (24) (“id-Deċiżjoni”)li dan iż-żmien tal-akkwist eżaminat jekk it-tranżazzjoni kellhiex tkun ikkunsidrata bħala akkwist fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (25).

(392)

L-investigazzjoni, min-naħa l-oħra, ikkonfermat li l-għadd ta’ ishma f’idejn il-produttur inkwistjoni tal-UE kien wieħed minuri u taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 143 tal-IPCCC (26). Barra minn hekk, il-ftehimiet tranżitorji msemmija ma wrewx xi relazzjoni bejn il-kumpaniji li tmur lil hinn relazzjoni normali ta’ negozju bejn ix-xejjer u l-bejjiegħ. B’mod partikolari, it-termini tal-ftehimiet tranżitorji għandhom l-għan li jamministraw il-bejgħ tal-karta miksija għal perijodu tranżitorju u skont dawn it-termini l-produttur tal-Unjoni għandu funzjonijiet biss paragunabbli għal aġent tal-bejgħ matul il-perijodu tranżitorju. Barra minn hekk, fil-kontijiet konsolidati vverifikati u fit-tweġiba għall-kwestjonarju, dan irraporta d-dħul tal-kummisjsoni meta għamilha ta’ aġent għall-imtieħen ikkonċernati; L-ebda sjieda u għalhekk l-ebda spejjeż ma kienu rikonoxxuti għal dawn l-imtieħen mill-produttur tal-Unjoni.

(393)

Skont id-Deċiżjoni, it-tranżazzjoni bejn il-kumpaniji ġie kkunsidrat bħala akkwist mill-produttur tal-Unjoni ta’ parti tan-negożju l-ieħor tal-kumpaniji, mhux bħala akkwist totali bħala tali. Id-Deċiżjoni ma tissuġġerixxix li l-kumpaniji għandhom ikunu kkunsidrati bħala entità waġda wara l-akkwist. B’mod partikolari, m’hemm l-ebda impriża konġunta bejn il-kumopaniji. Ta’ min jinnota wkoll li l-ambitu ġeografiku eżaminat fid-deċiżjoni ta’ hawn fuq kien ż-ŻEE kollha u mhux l-UE. Ta’ min jinnota wkoll li fid-Deċiżjoni l-Kummissjoni ma analizzatx ir-relazzjoni bejn il-kumpaniji inkwistjoni fit-tifsira tal-Artikolu 143 tal-IPCCC.

(394)

Fid-dawl ta’ dan hawn fuq, kien ikkunsidrat li ż-żewġ kumpaniji mhumiex relatati fit-tifsira tal-Artikolu 143 tal-IPCCC u għalhekk l-produttur tal-Unjoni inkwistjoni kkoopera bis-sħiħ mal-investigazzjoni.

(395)

Fl-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi l-informazzjoni dwar l-imtieħen tal-karta li nxtraw mill-produttur tal-Unjoni msemmi hawn fuq kienet eskluża għas-snin kollha tal-eżami sabiex tkun ippreżentata xejra komparabbli sħiħa matul is-snin.

(396)

Il-produttur esportatur allega wkoll li kull kumpanija affiljata tal-produtturi tal-Unjoni kellha timla kwestjonarju seprata tat-tweġibiet peress li kien entitajiet legali separati.

(397)

Fil-każ tal-produttur tal-Unjoni inkwistjoni kien ikkunsidrat li kwestjonarju mwieġeb wieħed kien suffiċjenti għal tweġiba bis-sens u analiżi tal-aspetti tal-ħsara. B’mod partikolari, it-tweġiba pprovdiet analiżi dettaljata tal-informazzjoni fuq livell individwali ta’ mitħna tal-karta u d-dejta neċessarja kollha relatata ma kullproduttur/bejjiegħ relatat tal-prodott simili setgħet kienet vverifikata maul iż-żjarat ta’ verifika.

(398)

F’sottomissjoni sussegwenti, il-produttur esportatur saħaq ukoll li l-istess kumpanija ma kkooperatx bis-sħiħ billi kienet bagħtet il-kwestjonarju f’isem entità li ma teżistix u li l-kontijiet ivverifikati tal-kumpanija ma kinux jirriflettu d-dejta mogħtija fil-kwestjonarju. Il-konklużjonijiet fil-premessa preċedenti huma relevanti wkoll għal dan il-punt.

6.2.2.   DEJTA MARBUTA MAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI (INDIKATURI MAKROEKONOMIĊI)

(399)

Wara l-kxif tas-sejbiet, il-GTĊ u produttur esportatur Ċiniż argumentaw li d-dejta makroekonomika użata għall-analiżi mhijiex sħiħa u preċiża u għalhekk ma tistax tintuża bħala evidenza pożittiva tal-ħsara materjali.

(400)

Il-verifika fuq il-post fl-assoċjazzjoni kwerelanta kkonfermat li d-dejta użata biex jiġu stabbiliti l-indikaturi makroekonomiċi tinġabar direttament mill-produtturi tal-Unjoni li jkopru madwar 98 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u huma dettaljati biżżejjed biex jidentifikaw l-informazzjoni dwar il-prodott ikkonċernat. Il-preżunzjonijiet u / jew l-istimi saru fuq bażi raġonevoli u ġustifikabbli, eż. il-cutter rolls ma tqisux minħabba li l-volumi inkontestabbilment insinifikanti tagħhom kif jidher mill-proporzjon tal-volum tal-bejgħ totali tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni. Għalhekk dan l-argument ma ġiex aċċettat.

6.2.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

Tabella 3

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

 

2006

2007

2008

2009/IP

Produzzjoni (tunnellati)

6 483 462

6 635 377

6 381 324

5 164 475

Indiċi

100

102

98

80

Kapaċità (tunnellati)

7 032 734

7 059 814

6 857 226

6 259 129

Indiċi

100

100

98

89

Utilizzazzjoni tal-Kapaċità

92  %

94  %

93  %

83  %

Indiċi

100

102

101

90

Sors: Dejta pprovduta mis-CEPIFINE.

(401)

Kif jidher fit-tabella ta’ hawn fuq, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’20 % matul il-perijodu kkunsidrat. Għandu jiġi nnutat li għalkemm il-konsum tal-Unjoni naqas b’madwar 1 % bejn l-2006 u l-2008, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni waqgħet b’2 % matul dak il-perijodu, filwaqt li naqset b’mod sinifikanti bejn l-2008 u l-PI, wara l-waqgħa fil-konsum tal-Unjoni.

(402)

Mill-2000, il-produtturi tal-Unjoni għamlu sforzi kbar fir-ristrutturar bl-għan li jindirizzaw l-eċċess ta’ kapaċità strutturali. Permezz ta’ konsolidamenti u l-għeluq tal-imtieħen, l-industrija tal-Unjoni naqqset l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha tas-CFP b’madwar 770 000 tunnellata bejn l-2006 u l-PI, jiġifieri bi 11 %.

(403)

Minkejja tnaqqis fil-kapaċità totali, ir-rati ta’ utilizzazzjoni baqgħet tonqos minn 92 % fl-2006 għal 83 % fil-PI. It-tnaqqis ewlieni seħħ fil-perijodu bejn l-2008 u l-PI. Ta’ min jinnota li utilizzazzjoni ta’ kapaċità għolja hija fattur importanti fil-vijabilità fit-tul tal-produtturi tal-manifattura tal-karta minħabba l-investiment għoli fl-assi fissi. B’hekk, ir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità matul il-PI kienet ikkunsidrata bħala waħda baxxa.

6.2.2.2.   Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

(404)

Il-figuri tal-bejgħ fit-tabella ta’ hawn taħt huma relatati mal-volum mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni.

Tabella 4

Volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq

 

2006

2007

2008

2009/IP

Volum tal-bejgħ (tunnellati)

4 921 141

4 999 524

4 875 841

4 008 354

Indiċi

100

102

99

81

Sehem tas-suq

93  %

91  %

91  %

88  %

Indiċi

100

98

98

95

Sors: Dejta pprovduta mis-CEPIFINE.

(405)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni kiber b’4 % bejn l-2006 u l-2007 (ara l-premessa (377) hawn fuq), il-volum ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Unjoni lil klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni żdied biss bi 2 % matul l-istess perijodu. Dan ifisser li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ mill-konsum miżjud f’dak il-perijodu. Barra minn hekk, bejn l-2008 u l-PI, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 15 %, il-volum ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni kollha naqas aktar, bi 18 %. Konsegwentement il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, wara żieda żgħira fl-2007, naqas kontinwament u b’mod sinifikanti, u dan wassal għal telf fis-sehem mis-suq ta’ 5 punti perċentwali matul il-perijodu kkunsidrat.

(406)

Grupp wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi allega li s-sehem tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni għandu jinkludi wkoll importazzjonijiet mill-Isvizzera peress li dawn jiġu minn mitħna proprjetà ta’ wieħed mill-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni.

(407)

L-ambitu ġeografikutal-investigazzjonijiet ta’ kontra s-sussidju huwa l-Unjoni Ewropea. Għalhekk dan l-ilment kellu jiġi miċħud.

(408)

Kien allegat ukoll li s-sehem tas-suq tal-kwerelanti żdied b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat.

(409)

Is-sehem tas-suq huwa indikatur makro analizzat fuq il-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni u fuq fuq il-livell tal-kwerelanti. It-tieni, l-istqarrija li tikkonċerna s-sehem tas-suq tal-kwerelanti hija fattwalment żbaljata.

6.2.2.3.   Tkabbir

(410)

Meta wieħed iħares lejn l-iżvilupp matul il-perijodu kkunsidrat, il-waqgħa ta’ 19 % fil-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienet ħafna aktar qawwija mit-tnaqqis ta’ 14 % fil-konsum tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni wkoll naqas b’mod sinifikanti b’ħames (5) punti perċentawli matul l-istess perijodu.

6.2.2.4.   Kobor ta’ l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli

(411)

L-ammont ta’ sussidji kumpensabbli għar-RPĊ, speċifikat hawn fuq fit-tqasima dwar is-sussidju, hu sinifikanti. Minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma ssussidjati, l-impatt tal-marġnijiet attwali tas-sussidju ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala negliġibbli.

6.2.3.   DEJTA MARBUTA MAL-ERBA’ PRODUTTURI RAPPREŻENTATTIVI TAL-UNJONI (INDIKATURI MAKROEKONOMIĊI)

6.2.3.1.   Prezzijiet medji tal-unità tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni

(412)

B’mod ġenerali, il-prezzijiet tal-bejgħ mill-fabbrika tal-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni baqgħu stabbli matul is-snin bl-eċċezzjoni għas-sena 2007 meta kienu kemxejn ’il fuq minn dan il-livell.

Tabella 5

Prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni

Prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni

2006

2007

2008

2009/IP

Prezz medju (EUR/tunnellata)

692

717

691

699

Indiċi

100

104

100

101

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

6.2.3.2.   Ħażniet

(413)

Il-ħażniet irrapreżentaw madwar l-10 % tal-volum tal-produzzjoni fil-PI. L-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni kabbru l-livell tal-ħażniet tagħhom b’10 % matul il-perijodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2006 u l-2007 u aktar tard bejn l-2008 u l-PI. Notevolment, dan ikkoinċida maż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx ssussidjati mir-RPĊ.

Tabella 6

Ħażniet

Ħażniet

2006

2007

2008

2009/IP

Ħażniet (tunnellati)

278 265

298 547

296 387

306 588

Indiċi

100

107

107

110

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

6.2.3.3.   Impjiegi, pagi u produttività

Tabella 7

L-impjiegi

L-impjiegi

2006

2007

2008

2009/IP

Impjiegi – ekwivalenti għall-full time (FTE)

7 756

7 487

7 207

6 197

Indiċi

100

97

93

80

Spiża tax-xogħol (EUR/FTE)

54 053

54 948

57 026

58 485

Indiċi

100

102

105

108

Produttività (unità/FTE)

453

478

486

484

Indiċi

100

106

107

107

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

(414)

Minħabba l-għeluq u l-konsolidazzjoni tal-imtieħen tal-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni, in-numru ta’ impjegati tnaqqas sostanzjalment b’20 % (kważi 1 600 impjieg) matul il-perijodu kkunsidrat.

(415)

Inkiseb titjib fl-effiċjenza billi ġiet miżjuda u miżmuma produzzjoni għolja għal kull impjegat anki fi żmien meta numru sinifikanti ta’ nies ingħataw is-sensji fl-2007 u fl-2008. L-ispejjeż tax-xogħol żdiedu b’mod stabbli, għal żieda totali ta’ 8 % matul il-perijodu kkunsidrat.

6.2.3.4.   Profitt, fluss ta’ flus, investimenti, redittu fuq l-investiment

Tabella 8

Profitt

 

2006

2007

2008

2009/IP

Profitt

–1,08  %

–0,20  %

–2,49  %

2,88  %

Bidla (100=2006)

 

+0,88  %

–1,41  %

+3,95  %

Fluss ta’ flus (eluf ta’ EUR)

260 047

211 036

172 570

336 753

Indiċi

100

81

66

129

Investimenti (eluf ta’ EUR)

151 900

151 027

127 845

87 875

Indiċi

100

99

84

58

Redditu fuq l-investimenti

–0,73  %

–0,54  %

–2,73  %

0,39  %

Bidla (100=2006)

 

+0,19  %

–2,00  %

+1,12  %

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

(416)

L-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni ġarrbu telf fis-snin 2006 sa 2008 u s-sitwazzjoni finanzjarja nqalbet għal waħda pożittiva biss fl-2009 meta l-prezz dinji tal-polpa, il-materja prima ewlenija, naqas eċċezzjonalment b’mod sinifikanti minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. It-tnaqqis tal-prezz tal-polpa (20 %) kine kkunsidrat bħala tnaqqis kbir b’mod mhux normali li direttament ikkontribwixxa għal sitwazzjoni finanzjarja aħjar fil-PI. Ta’ min jinnota li mill-PI, il-prezzijiet tal-pola ġew lura għal-livelli tagħhom ta’ qabel il-PI.

(417)

It-tendenza murija mill-fluss ta’ flus, li hija l-kapaċità tal-produtturi li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess, tirrifletti ħafna l-evoluzzjoni tal-profitabilità. Konsegwentement, il-fluss tal-flus juri żieda eċċezzjonali fil-PI minħabba l-prezzijiet tal-polpa li qed jorħsu. Ir-redditu fuq l-investimenti wera żvilupp negattiv konformi mar-riżultati ta’ profitt negattivi miksuba mill-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni sal-2008 u tendenza pożittiva fil-PI minħabba l-iffrankar tal-ispejjeż eċċezzjonali fuq il-prezzijiet tal-polpa.

(418)

Wara dan ta’ hawn fuq, l-abilità l-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni li jinvestu saret limitata peress li l-fluss tal-flus ddeterjora b’mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni għall-PI, Bħala konsegwenza, l-investimenti naqsu bi 35 % matul il-perijodu kkunsidrat u kienu limitati għall-installazzjoni ta’ impjanti ta’ koġenerazzjoni li għinu lill-produtturi tal-Unjoni jnaqqsu l-effett tal-ispejjeż dejjem jiżdiedu tal-enerġija.

(419)

Produttur esportatur wieħed allega li t-titjib tal-profitabilità m’għandux jitqies bħala okkażjoni limitata bbażata fuq tnaqqis eċċezzjonali tal-ipejjeż tal-materja prima. It-tnaqqis fl-ispejjeż għin lit-tnejn: Il-produtturi lokali kollha kif ukoll dawk Ċiniżi, mhux biss il-kwerelanti, għalhekk l-isvolta fil-profitabilità ma kinitx esklussivament bbażata fuq it-tnaqqis tal-ispejjeż iżda fuq ir-riżultat ta’ bidla fl-imġieba tal-prezzijiet tal-kwerelanti.

(420)

Barra minn hekk, il-produttur esportatur saħaq li l-profitabbiltà tiddependi mill-prezzijiet tas-CFP u mhux mill-prezz tal-polpa. Madankollu, instab li meta l-prezzijiet tal-polpa waqgħu f’daqqa fl-2009, il-prezzijiet tas-CFP baqgħu stabbli u konsegwentement il-profitti żdiedu. Għalhekk, billi l-prezzijiet baqgħu stabbli, ma jistax ikun hemm korrelazzjoni bejn il-prezzijiet u l-profitabbiltà f’dan il-perijodu ta’ żmien speċifiku.

(421)

Ir-rata ta; profitabilità hija indikatur li hu analizzat fuq il-livell tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u mhux fuq il-livell tal-kwerelanti kif issuġġerit il-parti. L-analiżi tal-informazzjoni miġbura wriet konnesjoni diretta bejn it-tnaqqis eċċezzjonali tal-prezzijiet tal-polpa, il-materja prima prinċipali u ż-żieda fil-profitabilità; tabilħaqq hawn il-prezzijiet stabbli tal-prodott mitmum kellhom sehem fit-titjib tal-profitabilità. Filwaqt li dan probabbilment kien il-każ għall-produtturi l-oħra fis-suq ukoll, dan ma jaffettwax il-konklużjoni li dan it-titjib temporanja ta’ profitabilità hu minħabba t-tnaqqis eċċezzjonali fil-prezzijiet tal-materja prima fil-PI.

6.2.3.5.   Il-kapaċità li jiżdied il-kapital

(422)

L-industrija tal-karta b’mod ġenerali hija kkaratterizzata minn dejn għoli marbut mal-investiment sinifikanti f’assi fissi. Bħala konsegwenza tat-telf li ġġarrab f’ħafna mill-perijodu kkunsidrat, il-kapaċità tal-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni li jkabbru l-kapital u jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom bi spejjeż finanzjarji raġonevoli ukoll naqset. Dan kien il-każ b’mod partikolari fl-2008 meta wieħed mill-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni kellu jiġi ffinanzjat mill-ġdid bi primjum tar-riskju sinifikanti filwaqt li l-iżgħar produttur li kkoopera falla fl-2008 u ttieħed minn produttur tal-Unjoni ieħor.

6.3.   IL-KONKLUŻJONI DWAR IL-ĦSARA

(423)

L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tal-ħsara bħala l-volum ta’ produzzjoni (– 20 %), l-utilizzazzjoni tal-kapaċità (– 10 %), il-volum ta’ bejgħ lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni (– 19 %), is-sehem mis-suq (– 5 punti perċentwali) naqsu matul il-perijodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-indikaturi tal-ħsara relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-erba’ produtturi tal-Unjoni bħar-redditu fuq l-investiment u l-profitabilità ġew affettwati b’mod serju sal-2008. Iż-żieda f’daqqa tal-profitabilità fil-PI kienet purament minħabba tnaqqis temporanju u eċċezzjonali tal-prezzijiet tal-polpa fid-dinja fil-PI. Ta’ min jinnota li anke matul il-PI r-rata ta’ profitabilità kienet baxxa ħafna u ma tqiesitx li bidlet il-konklużjoni li l-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni kienu f’pożizzjoni finanzjarja dgħajfa ħafna.

(424)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-kwadru ħsara ta’ hawn fuq jista’ jiġi spjegat l-aktar bil-fatt li minkejja l-isforzi ta’ ristrutturar u t-titjib fil-produttività l-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni ma kinux kapaċi jżidu l-prezzijiet tas-CFP tagħhom ’il fuq mil-livell li jkopri l-ispiża jew sa livell ta’ profitabbiltà vijabbli. Dan huwa prinċipalment minħabba t-twaqqigħ tal-prezz ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi matul il-PI li għandu effett sinifikanti f’suq fejn it-trasparenza tal-prezzijiet hija għolja. Matul il-PI, l-erba’ produtturi rappreżentattiv tal-Unjoni rnexxilhom inaqqsu l-ispiża tagħhom tal-produzzjoni permezz ta’ aktar titjib fil-produttività u minħabba tnaqqis fil-prezzijiet tal-polpa li prinċipament seħħ fit-tieni nofs tal-PI. Meta d-domanda u l-provvista saru aktar bilanċjati fis-suq wara l-isforzi tal-produtturi biex jikkontrollaw l-eċċess ta’ kapaċità strutturali permezz ta’ għeluq ta’ konsolidazzjoni u ta’ kapaċitajiet, il-prezzijiet tas-CFP setgħu jinżammu f’livell stabbli. Madankollu, l-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni ma kinux f’pożizzjoni li jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom għal livell li jkun jeħtieġ ir-rati ta’ profitabilità għall-vijabbiltà fit-tul.

(425)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (19), parti waħda stqarriet li s-CFP użata fl-istampar web-fed kellu jkun inkluż fl-ambitu tal-investigazzjoni preżenti. Abbażi ta’ dan, il-parti stqarriet li l-esklużjoni ta’ dan il-prodott mid-determinazzjoni tal-ħsara matarjali u l-analiżi tax-xejriet kien iservi ta’ distorzjoni għall-qagħda tal-ħsara. Madankollu, abbażi tal-konklużjonijiet ippreżentati fil-premessi (20) u minn (22) sa(25), jiġifieri li s-CFP użata fl-istampar web-fed u sheet-fed huma prodotti differenti, din l-istqarrija ġiet miċħuda.

(426)

L-istess parti saħqet li l-akkwist ta’ produttur wieħed tal-Unjoni minn wieħed mill-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni fl-2008 kien evidenza li dan ir-raba’ produttur rappreżentattiv tal-Unjoni kien f’kundizzjoni pjuttost tajba. Ta’ min jinnota l-ewwel li l-ħsara materjali tiġi evalwata abbażi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u mhux abbażi tas-sitwazzjoni partikolari ta’ produttur wieħed. Kif ġie konkluż fil-premessa (423) hawn fuq, il-biċċa l-kbira mill-indikaturi tal-ħsara wrew xejra negattiva li kienet evidenza tad-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-perijodu meqjus. Barra minn hekk, l-akkwist tqies bħala parti mill-isforzi ta’ ristrutturar tal-industrija tal-Unjoni fil-perijodu meqjus. Fi kwalunkwe każ, ta’ min jinnota li fl-analiżi tal-makroindikaturi bħall-volum tal-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq, l-akkwist kellu effett newtrali billi l-makroindikaturi jiġu evalwati fir-rigward tal-produtturi kollha tal-Unjoni li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni kif definit fil-premessa (372) Fi kliem ieħor, dawn il-fatturi għandhom jibqgħu fil-biċċa l-kbira mhux mibdula fil-każ ta’ bidla tas-sid.

(427)

Wara l-iżvelar, il-patijiet allegaw li m’hemm l-ebda evidenza pożittiva li l-produtturi kwerelanti tal-Unjoni ġarrbu ħsara materjali. Għall-kuntrarju, il-kwerelanti ppreżentaw b’mod ġenerali r-riżultati ekonomiċi stabbli u żieda fil-profitabilità fil-PI.

(428)

L-ewwe nett, l-istat tal-industrija tal-Unjoni hija hu analizzat fuq il-livell tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u mhux fuq il-livell tal-kwerelanti kif issuġġerit il-parti.

(429)

It-tieni, kif diġà kien indikat fil-premessa (409) hawn fuq, il-konklużjonijiet ta’ dawn il-partijiet jidhru li tfasslu abbażi tal-indikaturi kkalkulati minn settijiet ta’ dejta u informazzjoni differenti minn dawk stabbiliti matul l-investigazzjoni u ppreżentati hawn fuq. Konsegwentement, dawn il-konklużjonijiet huma fattwalment ħżiena. Barra minn hekk, l-analiżi tal-partijiet ma kinitx konsistenti fl-użu taż-żewġ settijiet ta’ dejta għall-indikaturi makro u mikro.

(430)

Kien allegat ukoll li t-tijib tal-profitabilità għadha titqies wkoll bħala konsegwenza tal-isforzi ta’ ristrutturar tal-industrija li jinkludi t-tnaqqis tal-produzzjoni, tal-impjiegi u ż-żieda tal-produttività. F’dan il-każ, dawn il-fatturi tal-aħħar ma jistgħux jitqiesu bħala l-uniċi indikaturi tal-ħsara iżda l-indikaturi kollha għandhom jitqiesu flimkien.

(431)

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku jelenka l-fatturi ekonomiċi u l-indiċi li jirdu jkunu valutati fl-eżaminazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet issussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni. L-Artikolu 8(2) espliċitament jistqarr li din il-lista m’hijiex eżawrjenti, l-anqas ma jista’ xi wieħed minn dawn il-fatturi neċessarjament ikun ta’ gwida deċiżiva. Għalhekk, filwaqt li l-indikaturi għandhom ikunu valutati individwalment, il-konklużjonijiet għandhom jintlaħqu permezz ta’ analiżi tal-fatturi kollha.

(432)

Il-partijiet ikkummentaw ukoll dwar it-theddida possibbli ta’ iktar ħsara materjali fid-dawl tal-bini ta’ kapaċità kbira mill-produtturi Ċiniżi appoġġat mill-politiki u s-sussidji tal-Istat. L-ambitu tal-investigazzjoni kien l-eżistenza tal-ħsara materjali u mhux it-theddida ta’ iktar ħsara materjali. Għalhekk dawn il-kummenti ma jistgħux jaffettwaw is-sejbiet u kellhom jiġi skartati.

(433)

Meta jiġi kkunsidrat dan ta’ hawn fuq, għandu jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali fit-tifsira tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku.

7.   KAWŻALITÀ

7.1.   INTRODUZZJONI

(434)

Skont l-Artikoli 8(5) u (6) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk il-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kinitx ikkaġunata mill-importazzjonijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat. Barra minn hekk, fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet ssussidjati, li setgħu kienu ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawk il-fatturi l-oħra ma tiġix attribwita għall-importazzjonijiet ssussidjati.

7.2.   EFFETT TAL-IMPORTAZZJONIJIET SUSSIDJATI

(435)

Għandu jiġi nnutat li s-suq tas-CFP tal-Unjoni huwa kkaratterizzat minn livell għoli ta’ konċentrazzjoni ta’ poter tax-xiri u trasparenza tal-prezzijiet permezz ta’ kwotazzjonijiet ta’ prezzijiet. Barra minn hekk is-CFP huwa tip ta’ prodott bażiku li ma jippermettix differenzi sinifikanti fil-prezzijiet fost sorsi differenti. Parti kbira mill-prodotti tinbiegħ permezz ta’ negozjanti li jġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni żżomm il-prezzijiet skont l-importazzjonijiet bi prezz baxx u ssussidjati. B’hekk il-prezzijiet tas-CFP impurtat, li minnu 35 % oriġina fir-RPĊ fil-PI, ġeneralment għandhom effett sinifikanti fuq il-livelli tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(436)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet ssussidjati fir-RPĊ żdiedu b’mod drammatiku (+ 183 %) matul il-perijodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet ssussidjati mir-RPĊ l-ewwel irdoppjaw mill-2006 għall-2007, filwaqt li l-prezzijiet fl-2007 kienu 2 % inqas mis-sena ta’ qabel. Fl-2008 l-importazzjonijiet miċ-Ċina baqgħu stabbli u filwaqt li l-prezzijiet medji waqgħu b’aktar minn 1 %. Il-volumi tal-importazzjoni Ċiniża (+ 71 %) u s-sehem mis-suq (+ 120 %) reġgħu żdiedu b’mod drammatiku fil-PI bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet neżlin (– 5 %) tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw bi 7,6 % u b’hekk eżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u żammew lura l-produtturi tal-Unjoni milli jgħollu l-prezzijiet tagħhom għal livelli profittabbli.

(437)

Huwa mfakkar li matul il-perijodu kkunsidrat il-konsum tal-Unjoni naqas b’madwar 14 %. L-industrija tal-Unjoni esperjenzat waqgħa sinifikanti fil-volum tal-bejgħ tagħhom (19 %). Madankollu t-tnaqqis fil-bejgħ kien akbar mill-waqgħa fid-domanda u wassal għal telf ta’ sehem mis-suq ta’ 5 punti perċentwali. Fl-istess ħin is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied bi 3 punti perċentwali. Dan juri li l-biċċa l-kbira tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ttieħdet mill-importazzjonijiet ssussidjati mir-RPĊ.

(438)

B’hekk huwa kkunsidrat li l-pressjoni kontinwa eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma ssussidjati bi prezz baxx mir-RPĊ fuq is-suq tal-Unjoni ma ppermettitx li l-industrija tal-Unjoni tadatta l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għall-ispejjeż miżjuda tal-materja prima, partikolarment fl-2008, meta l-prezzijiet tal-polpa laħqu l-ogħla livell. Dan wassal għat-telf fis-sehem mis-suq u għat-telf fil-profitt tal-industrija tal-Unjoni.

(439)

Matul l-investigazzjoni u wara l-iżvelar, partijiet diversi ppreżentaw l-argument li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kellhomx impatt sinifikanti f’termini ta’ volum u prezzijiet. Ġie argumentat li ma kienx hemm żieda f’daqqa fl-importazzjonijiet Ċiniżi iżda minflok dawn kibru gradwalment matul is-snin u għalhekk l-impatt tagħhom kien pjuttost limitat u ma għandux jiġi eżaġerat għall-iskop tad-determinazzjoni tal-ħsara. Ġie argumentat ukoll li l-prezzijiet Ċiniżi, anki jekk orħas mill-prezzijiet tal-Unjoni, ma kellhom ebda impatt fuq il-prezzijiet relattivament stabbli tal-industrija tal-Unjoni. Produttur esportatur wieħed ġab fid-dubju s-sejba tal-Kummissjoni li suppressjoni tal-prezzijiet kkawzata mill-prezzijiet Ċiniżi. Din irrimarkat li fl-2009, meta l-prezzijiet Ċiniżi komplew jorħsu, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mhux biss irreġistraw żieda iżda fil-fatt ippermettew lill-industrija tal-Unjoni tagħmel profitt.

(440)

L-evoluzzjoni tal-importazzjonjiet Ċiniżi hija nalizzat fid-dettal fil-premessa (380) u ġie konkluż li ż-żieda fil-volum ma tistax titqies bħala mhux sinifikanti.

(441)

F’termini ta’ prezzijiet, l-importazzjonijiet Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni bi 7,6 % li tqies bħala sinifikanti f’suq fejn it-trasparenza hija għolja. Kif kien deskritt fil-premessa (412) hawn fuq, tabilħaqq il-prezzijiet tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni kienu stabbli matul il-perijodu kkunsidrat, biż-żieda eċċezzjonali fl-2007, is-sena meta l-esportazzjonijiet Ċiniżi ma żdiedux. Fl-2009 il-produtturi tal-Unjoni setgħu jżommu l-prezzijiet tagħhom stabbli għad-detriment li tilfu parti oħra mis-suq u l-profitabilità ġiet mill-kumbinazzjoni ta’ dawn il-prezzijiet stabbli u t-tnaqqis fl-ispiża tal-materja prima.

(442)

Produttur esportatur Ċiniż wieħed saħaq li l-importazzjonijiet tas-CFP miċ-Ċina ma kellhomx impatt fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni billi dawn ma kinux komparabbli mas-CFP immanifatturata u mibjugħa mill-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni billi 10 % biss tal-bejgħ tal-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni ġew imqabbla fid-determinazzjoni tal-livell tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-prezz mhux dannuż. Ta’ min jinnota li dawn id-determinazzjonijiet isiru fuq il-bażi ta’ prodotti kompletament komparabbli li jaqblu direttament fil-karatteristiċi kollha sabiex isir paragun ġust. Madankollu, is-CFP manifatturata mill-produtturi Ċiniżi u minn tal-Unjoni hija ġeneralment komparabbli kif konkluż fil-premessa (50) u għalhekk jikkompetu ma’ xulxin direttament fis-suq tal-Unjoni.

(443)

Ġie allegat ukoll li s-sejba li s-suq tas-CFP huwa suq tal-prodotti karatterizzat minn livell għoli ta’ trasparenza kienet inkorretta billi l-produtturi tal-Unjoni jbiegħu madwar nofs il-prodotti tagħhom direttament lill-utenti finali. B’kuntrast ma’ dan l-argument, il-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni jbiegħu l-maġġoranza tal-prodotti tagħhom permezz ta’ negozjanti direttament jew indirettament (l-hekk imsejħa “indent sales” meta l-prodotti jintbagħtu direttament lill-klijent iżda l-proċess tal-ordni u l-fattura jsir min-negozjanti). Tabilħaqq, in-negozjanti għandhom rwol kruċjali kemm fl-istokkjar tal-prodotti kif ukoll biex jagħtu trasparenza fil-prezzijiet lis-suq.

(444)

Fid-dawl tax-xejra stabbilita tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li ma titqisx bħala insinifikanti, ġie konkluż li ż-żieda f’daqqa tal-importazzjonijiet ssussidjati bi prezz baxx mir-RPĊ kellha impatt negattiv konsiderevoli fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

7.3.   L-EFFETT TA’ FATTURI OĦRA

7.3.1.   L-IŻVILUPP TAL-KONSUM FIS-SUQ TAL-UNJONI U L-KRIŻI EKONOMIKA

(445)

Kif imsemmi fil-premessa (378) ta’ hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni tas-CFP l-ewwel żdied fl-2007, u wara naqas fl-2008 u fil-PI. Matul il-perijodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kollha tilfu sehem mis-suq. Wieħed mill-esportaturi li kkoopera fir-RPĊ u l-gvern taċ-Ċina sostnew li t-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien minħabba t-tnaqqis fil-konsum li kien ikkawżat mill-kriżi ekonomika u l-espansjoni tal-mezzi elettroniċi u ma kellu jiġi attribwit lill-importazzjonijiet Ċiniżi. Biex isostnu dan l-argument, il-GTĊ ikkwota Manifest għall-Kompetittività u l-Impjiegi varat mill-industrija tal-karta u l-polpa f’Ġunju 2009 (“il-Manifest”).

(446)

Għalkemm ma jistax jiġi injorat il-fatt li din l-evoluzzjoni negattiva tal-konsum tal-Unjoni, għal xi raġuni, bejn l-2007 u l-PI kellha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fejn għandhom x’jaqsmu l-volumi tal-bejgħ u l-produzzjoni, ta’ min jinnota l-fatt li l-esportaturi Ċiniżi fl-istess ħin u speċjalment mill-2008 sal-2009 rnexxielhom iżidu l-volumi ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tagħhom permezz tal-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata fuq is-suq mill-importazzjonijiet ssussidjati.

(447)

Il-Manifest ikkowtat mill-GTĊ ikopri s-setturi tal-industriji kollha tal-karta u l-polpa u jservi skop ta’ politika ġenerali. Abbażi tal-informazzjoni inkluża f’dan id-dokument, l-ebda konklużjonijiet separati ma setgħu jinħiebu għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk mhux possibbli li wieħed jikkonkludi jekk l-istqarrijiet jew is-sejbiet tal-Manfiest fil-fatt japplika direttament fuq il-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, peress li, l-investigazzjoni ma wrietx konnessjoni qawwi bejn il-kriżi finanzjarja u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, dan l-argument kellu jiġi miċħud.

(448)

Għaldaqstant, huwa kkunsidrat li d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni huwa prinċipalment ikkawżat miż-żieda fl-importazzjonijiet ssussidjati mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezzijiet ipprattikat mill-esportaturi Ċiniżi u mhux mit-tnaqqis fil-konsum. Għalkemm il-kontrazzjoni fid-domanda tat kontribut għall-ħsara, ma setgħetx tikser ir-rabta kawżali bejn il-ħsara materjali mġarrba u ż-żieda fl-importazzjonijiet issusidjati.

7.3.2.   IL-PREZZIJIET TAL-MATERJA PRIMA

(449)

L-ispiża medja tal-produzzjoni tal-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni żdied ftit (2 %) bejn l-2006 u l-2008 u naqas b’5 % fil-PI. L-investigazzjoni wriet li l-ispiża tal-produzzjoni tal-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni biex jipproduċu s-CFP b’mod ġenerali segwit xejra simili bħala l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-polpa, wieħed mill-materjali primi prinċipali tal-produzzjoni tal-karta. Il-prezz medju tal-polpa żdied bi 8 % bejn l-2006 u l-2008, u wara dan il-perijodu naqas b’mod drastiku mill-aħħar tal-2008 sal-aħħar xahar tal-PI. Il-prezz tal-polpa bħala medja kien 19 % inqas fl-2009 mis-sena ta’ qabel.

(450)

Fin-nuqqas ta’ sussidjar ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni, wieħed seta’ jistenna li l-prezzijiet jiġu regolarment adattati biex jirriflettu l-iżvilupp tal-komponenti varji tal-ispiża tal-produzzjoni. Sal-2008, madankollu, dan ma seħħx. Fil-fatt, il-produtturi tal-Unjoni ġew sfurzati jżommu l-prezzijiet tal-bejgħ baxxi anki meta l-prezzijiet tal-polpa kienu qed jiżdiedu fl-2008 sabiex jikkompetu kontra l-importazzjonijiet issussidjati bi prezz baxx mir-RPĊ, li wassal għal waqgħa sinifikanti fil-profitt f’dak il-perijodu. Fil-PI, is-sitwazzjoni tjiebet minħabba t-tnaqqis abnormali fil-prezzijiet tal-polpa – filwaqt li l-prezzijiet tas-CFP setgħu jinżammu stabbli fl-istess ħin. Madankollu anki f’dan il-perijodu eċċezzjonali l-livelli ta’ profitt li kienu għadhom baxxi ħafna ma ppermettewx lill-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni li jirkupraw minn prattiċi kontinwi ta’ sussidjar. Fil-fatt, minkejja t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-materja prima l-livelli tal-prezzijiet xorta ma setgħux jiżdiedu għal livelli biex jinkisbu marġnijiet ta’ profitt solidi meħtieġa għal din l-industrija b’kapital intensiv.

(451)

Għaldaqstant, huwa konkluż li l-importazzjonjiet issussidjati mir-RPĊ li waqqgħu l-prezzijiet tal-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni baxxew il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u żammew lura l-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni milli jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom biex ikopru l-ispejjeż tagħhom jew biex jiksbu profitt raġonevoli. Peress li l-prezzijiet tal-materja prima kienu qed jonqsu b’mod sinifikanti fil-PI, ġie konkluż li ma setgħux kellhom impatt fuq il-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni matul l-istess perijodu.

7.3.3.   PRESTAZZJONI TA’ ESPORTAZZJONI TAL-PRODUTTURI RAPPREŻENTATTIVI TAL-UNJONI

(452)

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni ġiet eżaminata wkoll bħala wieħed mill-fatturi magħrufa għajr l-importazzjoni ssussidjata, li fl-istess waqt setgħet serviet ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, biex jiġi żgurat li l-ġsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi oħrajn ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet issussidjati. L-analiżi turi li l-bejgħ mill-esportazzjoni lil partijiet mhux relatati magħmul mill-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni kien jirrappreżenta parti importanti mill-bejgħ tagħhom (madwar 26 %) matul il-perijodu kkunsidrat. Għalkemm il-volumi tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet ukoll naqsu fil-perijodu kkunsidrat b’16 %, it-telf tal-volumi kien jidher inqas meta mqabbel mat-telf tal-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (19 %). B’hekk, kien meqjus li t-tnaqqis fil-volum tal-esportazzjoni ma jistax jispjega l-livell ta’ ħsara li ġarrbu l-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni. Peress li l-esportazzjonijiet għandhom is-sehem importanti li jżommu l-utilizzazzjoni tal-kapaċità għolja biex ikopru l-ispejjeż fissi għolja tal-investimenti f’makkinarju, ġie meqjus li minkejja li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni kienet qed tonqos, din ġeneralment kellha effett pożittiv. Għalhekk, ġie meqjus li anki jekk it-tnaqqis fl-attivitajiet ta’ esportazzjoni setgħu kkontribwew għad-deterjorament ġenerali tal-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, dawn min-naħa l-oħra kienu qed itaffu t-telf imġarrab fis-suq tal-Unjoni u b’hekk ma kinux tali li kisru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ u l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(453)

Parti waħda sostniet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet tnaqqis sinifikanti fl-esportazzjonijiet minħabba s-saħħa tal-Euro meta mqabbla mad-dollaru Amerikan u li l-ħsara kkawżat minn dan il-fattur ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. Kif ġie konkluż hawn fuq, id-deterjorament fil-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu x’kienu l-kawżi għal dan id-deterjorament, mhuwiex ir-raġuni ewlenija għall-ħsara li ġarrbu l-produtturi u b’hekk ma kisirx ir-rabta kawżali stabbilita fil-premessa (444).

7.3.4.   IMPORTAZZJONIJIET MINN PAJJIŻI TERZI OĦRA

(454)

It-tendenzi fil-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra bejn l-2006 u l-PI kienu kif ġej:

Tabella 9

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

 

2006

2007

2008

2009/IP

Svizzera

Importazzjonijiet (tunnellati)

194 748

191 636

226 736

172 233

Indiċi

100

98

116

88

Sehem tas-suq

3,7  %

3,5  %

4,2  %

3,8  %

Indiċi

100

95

115

103

Prezz (EUR/tunnellata)

787

782

758

793

Indiċi

100

99

97

105

Indoneżja

Importazzjonijiet (tunnellati)

19 834

30 714

27 178

49 877

Indiċi

100

155

137

251

Sehem tas-suq

0,4  %

0,6  %

0,5  %

1,1  %

Indiċi

100

149

135

292

Prezz (EUR/tunnellata)

855

818

845

681

Indiċi

100

96

99

80

Korea t’Isfel

Importazzjonijiet (tunnellati)

45 154

65 251

46 498

46 068

Indiċi

100

145

103

102

Sehem tas-suq

0,9  %

1,2  %

0,9  %

1,0  %

Indiċi

100

139

102

118

Prezz (EUR/tunnellata)

562

669

664

618

Indiċi

100

119

118

110

Il-pajjiżi l-oħra kollha

Importazzjonijiet (tunnellati)

58 623

70 984

62 844

100 711

Indiċi

100

121

107

172

Sehem tas-suq

1,1  %

1,3  %

1,2  %

2,2  %

Indiċi

100

117

106

199

Prezz (EUR/tunnellata)

962

860

914

824

Indiċi

100

89

95

86

Sors: Eurostat.

(455)

Il-pajjiżi terzi l-oħra ewlenin li jesportaw is-CFP fis-suq tal-Unjoni huma l-Isvizzera, l-Indoneżja u l-Korea t’Isfel. Mit-tendenzi fil-volumi tal-importazzjoni wieħed jista’ jara li ż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ kienet aktar milli minn kwalunkwe pajjiż terz ieħor. Fil-każ ta’ importazzjonijiet mill-Isvizzera, dawn dejjem ġew mibjugħa bi prezzijiet ħafna ogħla mill-prodotti importati mir-RPĊ. Is-sehem mis-suq tal-prodotti Svizzeri baqgħu relattivament stabbli, bl-eċċezzjoni għas-sena 2008 meta żdiedu temporanjament għal aktar minn 4 % qabel ma waqgħu għal kważi l-livell tal-2006 fil-PI. Is-CFP importata mill-Isvizzera prinċipalment kkostitwit il-produzzjoni ta’ kumpanija waħda proprjetà ta’ wieġd mill-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-unità ogħla jistgħu jkunu konnessi ma’ taħliet differenti tal-prodott u l-istrutturi tal-bejgħ. Fejn għandhom x’jaqsmu l-importazzjonijiet mill-Indoneżja, dawn ukoll kienu qed jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet ogħla mill-prodotti Ċiniżi, ħlief għall-PI meta l-prezzijiet waqgħu, fil-parti l-kbira x’aktarx minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polpa. Iż-żieda li rriżultat tal-importazzjonijiet, li madankollu f’termini ta’ volum baqgħet ta’ livell baxx fil-PI, wasslet għal sehem mis-suq li wkoll baqa’ f’livell baxx f’dak il-perijodu. L-importazzjonijiet mill-Korea t’Isfel daħlu fl-Unjoni fi kwantitajiet żgħar matul il-perijodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq baqa’ stabbli. Għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjoni Koreani kienu simili għall-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ, il-prezzijiet Koreani ma kinux qed juru tendenza dejjem tonqos bħalma kienu qed juru l-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perijodu kollu kkunsidrat. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħrajn kollha kellhom prezzijiet ogħla b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-volumi tal-importazzjoni kienu baxxi.

(456)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, għandu jiġi konkluż li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi terzi ma tawx kontribut għall-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

7.3.5.   L-EĊĊESS TA’ KAPAĊITÀ STRUTTURALI

(457)

Esportaur wieħed li kkoopera fir-RPĊ sostna li l-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata mill-eċċess ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni. It-tnaqqis fil-kapaċità u l-konsolidament tal-industrija tal-Unjoni b’hekk ma kienx konsegwenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi iżda għandu jidher bħala miżura kontra l-eċċess ta’ kapaċità. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-industija tal-Unjoni ġarrbet telf fil-perijodu kkunsidrat, speċjalment fl-2008, minkejja r-ristrutturar tal-produtturi peress li, kif spjegat fil-premessi minn (435) sa (444) ta’ hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni xorta ma kinetx kapaċi tgħolli l-prezzijiet tagħha għal-livelli ogħla mill-ispejjeż. Din is-sitwazzjoni kienet prinċipalment ikkawżata mill-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjoni ssussidjati li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. B’hekk dan l-argument kellu jiġi miċħud.

(458)

Kien argumentat ukoll li l-isforzi ta’ ristrutturar tal-industrija tal-unjoni kien kompluti fl-2009 bil-konsolidament ta’ żewġ produtturi kbar li rriżulta fit-tijib immedjat tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-isforzi tar-ristrutturar seħħu sa mill-2000 sal-PI. L-effett pożittiv tal-konsolidament imsemmi kellu jirrifletti fit-titjib tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità u għall-inqas fil-volum stabbli tal-bejgħ iżda dawn iż-żewġ indikaturi ddeterjoraw fil-PI. Min-naħa l-oħra, kien stabbilit li l-profitabilità mtejba tal-industrija tal-Unjoni fil-PI kienet ikkawzata primnċipalment u direttament mit-tnaqqis eċċezzjonali ta’ darba fil-prezzijie tal-polpa. Għalhekk dan l-argument kellu jiġi miċħud.

7.4.   IL-KONKLUŻJONI DWAR IL-KAWŻALITÀ

(459)

L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet issussidjati bi prezz baxx li joriġinaw mir-RPĊ matul il-perijodu kkunsidrat. Barra minn hekk, instab li dawn l-importazzjonijiet magħmulin bi prezzijiet issusidjati li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għal tipi ta’ prodotti simili.

(460)

Din iż-żieda fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet issussidjati bi prezz baxx mir-RPĊ ikkoinċidiet ma’ tnaqqis ġenerali tad-domanda fis-suq tal-Unjoni matul il-perijodu ta’ bejn l-2006 u l-PI u wkoll mal-iżvilupp negattiv fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perijodu. Fl-istess ħin ġie osservat żvilupp negattiv fl-indikaturi ewlenin tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa (423).

(461)

L-eżaminazzjoni tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni żvelat li dawn il-fatturi mhumiex tali li jkissru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ u l-ħsara li ġarrbu l-industrija tal-Unjoni.

(462)

Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b’mod xieraq l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet issussidjati, għandu jiġi konkluż li l-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku.

8.   L-INTERESS TAL-UNJONI

8.1.   RIMARKA PRELIMINARI

(463)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk, minkejja s-sejbiet ta’ hawn fuq, kinux jeżistu raġunijiet b’saħħithom sabiex jiġi konkluż li mhux fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan l-għan, u skont l-Artikolu 31(1) tar-Regolament bażiku, l-impatt probabbli ta’ miżuri possibbli fuq l-industrija tal-Unjoni, l-importaturi, in-negozjanti u d-distributuri u l-utenti tal-prodott ikkonċernat kif ukoll il-konsegwenzi probabbli li jirriżultaw jekk ma jittieħdux miżuri ġew ikkunsidrati abbażi tal-evidenza kollha sottomessa.

8.2.   INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(464)

L-industrija tal-Unjoni bħala entità waħda tinkludi 14-il produttur magħruf u hija stmata li tirrappreżenta madwar 98 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tas-CFP skont CEPIFINE. Il-produtturi jinsabu fi Stati Membri differenti tal-Unjoni, u jimpjegaw direttament ’il fuq minn 11 000 persuna b’rabta mal-prodott ikkonċernat.

(465)

Tnejn mill-produtturi magħrufa opponew il-bidu tal-investigazzjoni iżda ma pprovdew l-ebda tagħrif addizzjonali u ma kkooperawx mal-investigazzjoni. Skont l-informazzjoni disponibbli, madankollu, u b’mod partikolari abbażi tad-dejta magħmula disponibbli mis-CEPIFINE li żvelat deterjorament fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jista’ raġonevolment jiġi preżunt li dawn iż-żewġ kumpaniji wkoll ġew affettwati b’mod negattiv mill-importazzjonijiet issussidjati. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni b’hekk ma tqisitx bħala indikazzjoni li s-sitwazzjoni tagħhom kienet tkun differenti minn dik tal-industrija tal-Unjoni li fadal.

(466)

L-industrija tal-Unjoni ġarbbet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ. Huwa mfakkar li ħafna indikaturi tal-ħsara wrew tendenza negattiva matul il-perijodu kkunsidrat. B’mod partikolari l-indikaturi tal-ħsara marbuta mal-prestazzjoni finanzjarja tal-erba’ produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni, bħalma huma l-profitt u r-redditu fuq l-investiment, minkejja titjib żgħir fil-PI, ġew affettwati b’mod serju. Fin-nuqqas ta’ miżuri, deterjorament addizzjonali fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni jidher possibbli ħafna.

(467)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji kompensatorji se terġa’ ġġib fis-seħħ kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi u ġusti fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu li l-industrija tal-Unjoni taġġusta l-prezzijiet tas-CFP biex jirriflettu l-ispejjeż tal-komponenti varji. Wieħed jista’ jistenna li l-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti li l-industrija tal-Unjoni terġa’ tikseb mill-inqas parti mis-sehem mis-suq matul il-perijodu kkunsidrat, b’impatt pożittiv addizzjonali fuq is-sitwazzjoni ekonomika u l-profitt tagħhom.

(468)

B’hekk ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet tas-CFP li toriġina mir-RPĊ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

8.3.   IMPORTATURI U NEGOZJANTI

(469)

Intbagħtu kwestjonarji lil erbatax-il importatur u negozjant magħrufa u mhux relatati fl-Unjoni li kienu elenkati fl-ilment. Waqt l-investigazzjoni numru ta’ negozjanti oħrajn (li jissejħu wkoll negozjanti fl-industrija) ippreżentaw lilhom infushom. Fl-aħħar, tlettax-il kumpanija kkooperaw fl-investigazzjoni, għalkemm xi wħud minn dawk li wieġbu pprovdew biss informazzjoni parzjali. L-importaturi nstabu li kienu qed jaġixxu wkoll bħala negozjanti fis-suq u b’hekk dawn il-partijiet kollha minn hawn ’il quddiem se jkunu magħrufa bħala “negozjanti”.

(470)

L-investigazzjoni wriet li n-negozjanti kollha xtraw is-CFP minn diversi sorsi u prinċipalment mingħand il-industrija tal-Unjoni. Żewġ negozjanti ma xtrawx is-CFP importat mir-RPĊ jew xtrawha biss kultant żmien. L-10 kumpaniji li pprovdew informazzjoni kwantitattiva dwar ix-xiri tagħhom tal-prodott ikkonċernat b’kollox kienu jirrappreżentaw 47 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. L-importazzjonijiet, inklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu jirrappreżentaw biss sehem limitat tan-negozju totali tagħhom u kwalkunkwe impatt negattiv tal-miżuri proposti b’hekk x’aktarx ikun negliġibbli. In-negozjanti kollha ddikjaraw li s-CFP prodotta fl-Unjoni u dik prodotta fir-RPĊ kienu fil-biċċa l-kbira ta’ kwalità simili u setgħu jinbidlu ma’ xulxin. Barra minn hekk l-investigazzjoni kkonfermat li jeżisti numru kbir ta’ sorsi tal-importazzjoni oħra u n-negozjanti jistgħu jerġgħu lura għal dawn is-sorsi l-oħrajn ta’ provvista, għall-inqas għal żmien aktar fit-tul.

(471)

Żewġ negozjanti li jimportaw kienu qed jiddependu l-aktar mis-sorsi Ċiniżi għax-xiri tas-CFP. Iż-żewġ kumpaniji ddikjaraw li jkollhom diffikultajiet biex jiksbu prodotti minn industrija tal-Unjoni peress li jkun hemm kanali ta’ bejgħ tradizzjonali minħabba volumi minimi ta’ ordnijiet meħtieġa mill-produtturi u ftehimiet ta’ distribuzzjoni li jkun jeħtieġ li jiġu rispettati. Dan madankollu, ma affettwax direttament id-disponibilità tas-CFP mill-industrija tal-Unjoni peress li kellhom kapaċità żejda biżżejjed disponibbli. B’hekk dan l-argument kellu jiġi miċħud.

(472)

Dwar il-possibbiltà li jgħaddu ż-żidiet potenzjali fl-ispejjeż lill-klijenti tagħhom, in-negozjanti li kkooperaw kollha semmew it-trasparenza fil-prezzijiet qawwija fis-suq tal-Unjoni u ddikjaraw li jkunu kapaċi jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom biss lill-klijenti finali jekk il-livell tal-prezz fl-Unjoni, b’mod ġenerali, jiżdied. Fuq din il-bażi, u minħabba li l-effett intiż tad-dazji kompensatorji huwa, inter alia, li jżid il-livell tal-prezz fl-Unjoni għal livelli li jkopru l-ispiża, huwa mistenni li l-importaturi b’hekk ikunu kapaċi jgħaddu mill-inqas parti minn kwalunkwe żidiet fil-prezzijiet ikkawżati mid-dazju kumpensatorju għal fuq il-klijenti tagħhom. Għandu jiġi nnutat ukoll li kif imsemmi hawn fuq, instab li l-importazzjonijiet Ċiniżi jikkostitwixxu biss parti żgħira min-negozju ġenerali tan-negozjanti u li b’hekk, l-effett tad-dazju kumpensatorju, b’mod ġenerali jkun negliġibbli. Fl-aħħar nett, huwa wkoll ikkunsidrat li l-importaturi jiksbu profitabilità akbar fuq il-bejgħ tagħhom tas-CFP li toriġina mill-produtturi fir-RPĊ. Għalhekk dawn se jkunu kapaċi jagħmlu anqas qligħ billi ta’ mill-inqas jassorbu żieda parzjali fl-ispiża.

(473)

B’hekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri definittiv ġeneralment m’għandhiex ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi u n-negozjanti.

8.4.   UTENTI

(474)

Intbagħtu kwestjonarji lil tmien utenti magħrufa fl-Unjoni li ġew elenkati fl-ilment. Waqt l-investigazzjoni diversi utenti oħra ppreżentaw ruħhom. B’kollox ħames kumpaniji pprovdew tweġiba sħiħa jew parzjali għall-kwestjonarju. Dawn il-kumpaniji jinsabu mifruxa mal-Unjoni u jirrappreżentaw is-setturi tal-istampar u l-pubblikazzjoni. Peress li l-kundizzjonijiet tas-suq u l-istrutturi tal-ispejjeż nstabu li huma differenti għall-istamperiji u l-pubblikaturi, l-impatt tal-miżuri ġie analizzat separatament għal kull grupp.

8.4.1.   STAMPERIJI

(475)

Stampatur wieħed biss ipprovda l-informazzjoni bażika. Skont l-informazzjoni sottomessa minn dan l-istampatur, is-sehem tas-CFP marbut mal-ispiża totali tal-produzzjoni ta’ materjal stampat kien relattivament għoli. Waqt l-investigazzjoni uriet li l-istampaturi prinċipalemnt jixtru s-CFP mill-produtturi tal-Unjoni, hu kkonfermat li s-CFP manifatturata fl-Unjoni u r-RPC huma ta’ kwalità simili u li hemm kompetizzjoni qawwija tal-prezzijiet bejn il-kummerċjanti.

(476)

Intqal li kwalunkwe żieda fil-prezz ikollha effett negattiv sinifikanti fuq il-profitabilità tagħhom. Ġie affermat li l-industrija tal-istampar diġà qiegħda taħt pressjoni minħabba l-eċċess ta’ kapaċità strutturali u kwalunkwe żieda fil-prezzijiet tax-xiri tas-CFP jitfa’ aktar pressjoni fuq dawn il-produtturi. F’dan ir-rigward, huwa nnutat li minħabba l-kwantitajiet żgħar tas-CFP Ċiniża użata mill-istamperiji (li għadhom jiksbu l-biċċa l-kbira tas-CFP meħtieġa mill-industrija tal-Unjoni) l-impatt dirett ta’ kwalunkwe dazju ġie kkunsidrat negliġibbli. Fejn għandha x’taqsam iż-żieda ġenerali fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, ġie kkunsidrat li peress li din iż-żieda fil-prezzijiet taffettwa l-atturi ekonomiċi kollha din ikollha effett newtrali.

8.4.2.   PUBBLIKATURI

(477)

Fir-rigward tas-settur tal-pubblikazzjoni, waslu erba’ risposti għall-kwestjonarji minn kumpaniji. Kumpanija waħda għamlet xirja żgħira tas-CFP oriġinata fiċ-Ċina fil-PI. Tnejn mill-kumpaniji pprovdew dejta kwantitattiva li tikkonċerna l-użu tagħhom tas-CFP.

(478)

Ġeneralment, instab li bħala medja l-prodotti fejn intużat is-CFP kienu jirrappreżentaw 16 % tad-dħul totali ta’ dawn il-kumpaniji u li l-profitt medju miksub f’dan in-negozju kien madwar 12 %. Barra minn hekk, instab li s-sitt kumpaniji xtraw is-CFP prinċipalment mill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li waħda minnhom biss użat is-CFP impurtata mir-RPĊ. Ieħor beda jixtri prodotti Ċiniż biss wara l-PI. B’hekk, u b’mod partikolari abbażi tal-volumi baxxi tas-CFP li toriġina mir-RPĊ użata f’dan is-settur, l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ x’aktarx mhix se taffettwa serjament is-settur tal-pubblikazzjoni inġenerali. Barra minn hekk, dawn il-kumpaniji nstabu li kienu qed jagħmlu profitt u setgħu jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet lill-klijent finali aktar faċilment minħabba l-użu ta’ karta maħsuba għall-klijent u mitluba mill-klijent fejn il-karta użata fil-produzzjoni tinxtara mill-klijent innifsu huwa aktar komuni. Fl-aħħar, il-pubblikaturi għandhom poter ta’ xiri aktar f’saħħtu minħabba l-ekonomiji tal-kobor.

(479)

Żewġ assoċjazzjonijiet tal-industrija tal-istampar u l-pubblikazzjoni pprovdew sottomissjonijiet. Wieħed minnhom oppona l-impożizzjoni tad-dazji, u sostna li kwalunkwe żidiet fil-prezzijiet iwasslu għal spejjeż ogħla u konsegwentement għat-telf tal-kompetittività u ta’ impjiegi fl-industriji downstream. L-ieħor baqa’ newtrali iżda sostna li l-miżuri setgħu jkollhom effetti negattivi fuq l-industriji downstream hekk kif iż-żidiet fil-prezzijiet setgħu jwasslu għar-rilokazzjoni tal-industrija tal-istampar li twassal aktar importazzjonijiet tal-oġġetti stampati downstream.

(480)

L-investigazzjoni sabet li jeżistu diversi segmenti fil-prodotti tal-karti fejn għandu x’jaqsam tkabbir mistenni u li s-segment tal-karta għall-istampar ta’ kwalità għolja, li fih tintuża l-aktar is-CFP, għadu qed jikber. Fir-rigward tal-affermazzjoni li t-telf imur lejn is-suq downstream, din l-affermazzjoni hija vaga u ma kinitx appoġġjata minn kwalunkwe tagħrif jew evidenza ta’ prova.

(481)

Wara l-kxif, ġiet irrepetuta l-istess dikjarazzjoni dwar l-effetti possibbli fuq l-industrija downstream u kienet appoġġata mill-fatt li l-importazzjonijiet tal-materjal stampat miċ-Ċina żdied b’mod rapidu f’dawn l-aħħar snin u apparentement ħa sehem kbir mis-suq fil-konsum Ewropew tal-materjal stampat kollu.

(482)

Kif spjegat hawn fuq, il-kooperazzjoni tal-istampaturi kienet limitata u fuq il-bażi tal-informazzjoni kwantitattiva limitata li waslet instab li minħabba l-livell ta’ profitabbiltà tagħhom u s-sehem tas-CFP fl-ispejjeż tagħhom, l-istampaturi huma tabilħaqq sensittivi għaż-żidiet fil-prezz. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-istampaturi kellhom ftit jew ma kellhomx xiri dirett ta’ karta Ċiniża fil-PI u l-ammont ta’ karta Ċiniża użata mill-istampaturi huwa ġeneralment żgħir u għalhekk l-impatt dirett tad-dazju jkun negliġibbli. Ħafna stampaturi qalu wkoll li minħabba l-bżonn tagħhom ta’ forniment fi żmien qasir, is-sehem tal-proviżjonijiet direttament minn pajjiżi terzi jibqa’ limitat.

(483)

Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet dwar il-materjal stampat downstream miċ-Ċina, ta’ min jinnota li l-istatistika tal-importazzjoni tal-materjal stampat tkopri firxa wiesgħa ta’ prodotti li tinkludi l-materjal stampat finali li mhuwiex stampat fuq karta fina miksija. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ma setax jiġi evalwat liema parti mill-prodotti importati miċ-Ċina hija stampata fuq il-prodott ikkonċernat u liema parti hija stampata fuq tipi oħra ta’ karta. Madankollu, mill-informazzjoni mogħtija huwa magħruf li l-materjal stampat li joriġina fiċ-Ċina huwa fil-biċċa kbira magħmul minn xi kategoriji speċifiċi ta’ kotba, kotba għat-tfal, kalendarji, imballaġġi u kartolini. Il-prodotti li jiddependu iktar miż-żmien, bħal rivisti ta’ kull ġimgħa jew kull xahar u stampar ieħor ta’ aħbarijiet, huma inqas probabbli li jiġu importati miċ-Ċina minħabba l-ħin li jeħtieġ it-trasport. Filwaqt li l-istampar ta’ xi prodotti stampati jista’ jkun iktar suxxettibbli għar-rilokazzjoni, min-naħa l-oħra jeżistu tipi ta’ prodotti li għalihom il-prossimità u s-servizz huma kruċjali u għalhekk ma jiġux affettwati mill-kompetizzjoni barranija. Barra minn hekk, anki jekk il-karta hija fattur importanti fl-ispiża għall-industrija tal-istampar, hija wkoll industrija li tirrikjedi ħafna ħaddiema u għalhekk l-ispejjeż għall-ħaddiema jistgħu jkunu fattur deċiżiv iktar sinifikanti fix-xejriet ta’ rilokazzjoni. Fil-qosor, madankollu, ma jistax jiġi eskluż li l-importazzjonijiet tal-prodotti stampati li huma stampati fuq is-CFP se jiżdiedu iżda mhuwiex possibbli li wieħed jistma bi preċiżjoni xi jkun il-livell taż-żieda u kemm din ikollha rwol fil-kompetittività tal-produtturi tal-istampar u għalhekk x’impatt dirett jista’ jkollhom iż-żidiet fil-prezzijiet fuq l-industrija tal-istampar downstream tal-Unjoni.

(484)

Mill-informazzjoni mressqa, huwa magħruf ukoll li l-industrija tal-istampar għandha kapaċità strutturali żejda li twassal għar-ristrutturar kontinwu tas-settur. Wieħed mill-fatturi deċiżivi għar-ristrutturazzjoni kienet ukoll il-konsolidazzjoni tal-manifatturi tal-karta fil-katina tal-valur. Kwalunkwe diffikultà tal-industrija tal-istampar li żżid il-prezzijiet titqies li aktarx tkun minħabba l-eċċess ta’ kapaċità strutturali fl-industrija tal-istampar innifisha.

8.4.3.   KONKLUŻJONIJIET DWAR L-UTENTI

(485)

Meta jiġi kkunsidrat dan ta’ hawn fuq, anke jekk xi utenti x’aktarx se jiġu affettwati b’mod negattiv mill-miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-impatt fuq l-utenti fiż-żewġ setturi distinti jidher li se jkun ġeneralment limitat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda impatt sinifikanti fuq l-utenti li xtraw il-karta prinċipalment minn sorsi oħra minbarra r-RPĊ. Għall-kuntrarju, ħafna utenti qalu li minħabba l-bżonn tagħhom ta’ forniment fi żmien qasir, is-sehem tal-proviżjonijiet minn pajjiżi terzi jibqa’ limitat. Fl-aħħarnett, id-diffikultajiet tal-industrija tal-istampar li żżid il-prezzijiet huma aktarx minħabba l-eċċess ta’ kapaċità strutturali fl-industrija tal-istampar innifisha.

(486)

Kien allegat ukoll li l-miżuri setgħu jikkawżaw skarsezza tal-proviżjonijiet fis-suq u ħinijiet itwal biex jaslu għand l-utenti.

(487)

Il-partijiet interessati li qed jallegaw skarżezza possbbli ta’ proviżjonijiet ma kkwantifikawx jew taw stima tal-iskarsezza possibbli. Fi kwalunkwe każ, dawn l-allegazzjonijiet dehru ma stegħux ikunu sostnuti bir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li kienet 83 % fil-PI. Abbażi ta’ dan, mhux probabbli li l-isakrsezzi se jseħħu.

(488)

B’hekk, ġie konkluż li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-effett tal-miżuri kompensatorji kontra l-importazzjonijiet tas-CFP li toriġina fir-RPĊ x’aktarx mhux se jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

8.5.   IL-KONKLUŻJONI DWAR L-INTERESS TAL-UNJONI

(489)

Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, għandu jiġi konkluż li ġeneralment, abbażi tal-informazzjoni disponibbli li jikkonċerna l-interess tal-Unjoni, m’hemm l-ebda raġunijiet sinifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet tas-CFP li toriġina mir-RPĊ.

9.   MIŻURI KOMPENSATORJI

9.1.   IL-LIVELL TA’ ELIMINAZZJONI TAL-ĦSARA

(490)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li nkisbu fir-rigward tas-sussidju, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri kontra s-sussidju sabiex ikun evitat li tiġi kkawżata aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet issussidjati.

(491)

Għall-għan li jiġi ddeterminat il-livell ta’ dawn il-miżuri, tqiesu l-marġnijiet tas-sussidju li nstabu u l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex tiġi eliminata l-ħsara li ġarrbu l-produtturi tal-Unjoni, mingħajr ma jinqabeż il-marġini ta’ sussidju misjub.

(492)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tal-għoti tas-sussidju li jagħmel il-ħsara, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li importazzjonijiet issusidjati, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni.

(493)

Il-kwerelant talab li l-profitt fil-mira għandu jkun minimu ta’ 10 %, u bbaża l-argumenti tiegħu fuq il-marġni tal-profitt mistenni użat mill-aġenzijiet indipendenti tal-klassifikazzjoni fil-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tagħhom u l-profitabbiltà miksuba minn produttur attiv f’segment ieħor tal-produzzjoni tal-karta li mhux affettwat mill-importazzjonijiet Ċiniżi.

(494)

Il-profitt immirat kif suġġerti fl-ilment u t-talba sussegwenti tal-kwerelant ġew eżaminati abbażi tat-tweġibiet tal-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika lill-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni. Tqies li l-profitt immirat għandu jirrifletti l-bżonnijiet tal-investiment l-aktar importanti u r-riskju involut f’din l-industrija b’kapital intensiv fl-assenza tal-importazzjonijiet ddampjati jew ssussidjati. Tqies ukoll qed qam l-investiment fil-makkinarju. Huwa meqjus li marġini ta’ qligħ ta’ 8 % fuq il-fatturat jista’ jitqies bħala minimu xieraq li l-produtturi tal-Unjoni setgħu stenniet li tikseb fin-nuqqas ta’ sussidjar ta’ ħsara.

(495)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkolat prezz mhux ta’ ħsara għall-produtturi tal-Unjoni għall-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż inkiseb biż-żieda tal-marġni msemmi hawn fuq ta’ 8 % mal-ispiża tal-produzzjoni.

(496)

Il-bejgħ ta’ esportazzjoni ta’ kumpanija fil-grupp ta’ produttur esportatur li kkoopera kien eskluż abbażi tar-raġunijiet spjegati fil-premessa (382).

(497)

Iż-żieda fil-prezz neċessarju kienet imbagħad determinata fuq il-bażi ta’ tqabbil, għal kull tip ta’ prodott, tal-medja b’piż differenzjat tal-prezz ta’ importazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ, bil-prezz mhux ta’ ħsara tat-tipi ta’ prodott mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju ta’ importazzjoni tal-CIF tat-tipi mqabbla.

9.2.   MIŻURI DEFINITTIVI

(498)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet imsemmijin hawn fuq milħuqa fir-rigward tas-sussidju, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, qed jiġi kkunsidrat li dazju kumpensatorju definittiv għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ fil-livell l-iżjed baxx tal-livell ta’ sussidji u l-marġini tal-ħsara skont ir-regola dwar id-dazju l-iktar baxx. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tiġi stabbilita kif xieraq fil-livell tal-marġnijiet ta’ sussidju li nstabu.

(499)

Il-marġnijiet tal-eliminazzjoni tal-ħsara u l-marġnijiet ta’ sussidju u r-rati proposti tad-dazju definittiv kumpensatorju għar-RPĊ, espressi fuq il-prezzijiet ta’ CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, huma dawn li ġejjin:

Produttur esportatur

Marġini ta’ sussidju

Il-marġni ta’ ħsara

Rata tad-dazju kumpensatorju

Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

12  %

20  %

12  %

Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, il-Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

12  %

20  %

12  %

Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

4  %

39,1  %

4  %

Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

4  %

39,1  %

4  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

12  %

39,1  %

12  %

(500)

F’dak li jirrigwarda l-investigazzjoni dwar l-anti-dumping, f’konformità mal-Artikolu 24(1), it-tieni subparagrafutar-Regolament bażiku u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (27), l-ebda prodott m’għandu jkun suġġett kemm għal dazji ta’ anti-dumping kif ukoll għal dazji kompensatorji għall-iskop ta’ trattament tal-istess sitwazzjoni unika maħluqa minn dumping u minn sussidju tal-esportazzjoni. F’dak li jirrigwarda l-iskemi tas-sussidju, kif inkiteb fil-premessi minn (235) sa (245), skema waħda biss tirreferi għas-sussidju tal-esportazzjoni. Il-marġini relevanti ta’ dumping tal-produttur esportatur li kkoopera kkonċernat se jkun aġġustat skontu f’konformità mal-investigazzjoni dwar l-anti-dumping. Fir-rigward ta’ skemi oħra ta’ sussidji, fid-dawl tal-użu tar-regola tad-dazju l-iktar baxx fl-investigazzjoni kontra d-dumping li saret fl-istess żmien u l-ammont ta’ sussidjar misjub fl-investigazzjoni preżenti, ma tqiesx neċessarju li jiġi eżaminat iktar jekk, u sa liema punt, l-istess sussidji humiex qed jiġu kkumpensati darbtejn meta jiġu imposti dazji anti-dumping u dazji kumpensatorji simultanjament fuq l-istess prodott importat.

(501)

Ir-rati tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. B’hekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (f’kuntrast mad-dazju applikabbli għall-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) b’hekk huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodotti minn kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti impurtati prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fl-Artikolu 1 bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux igawdu minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(502)

Kwalunkwe klejm li titlob l-applikazzjoni tar-rata tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpanija individwali (pereżempju bdil fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (28) minnufih bl-informazzjoni kollha relevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija konnessi mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku jew tal-esportazzjoni assoċjat ma’, pereżempju, dak il-bdil fl-isem jew dak il-bdil fl-entitajiet tal-produzzjoni jew il-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi mbagħad emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu minn rati ta’ dazju individwali.

(503)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju kumpensatorju, il-livell ta’ dazju li jibqa’ ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

10.   ŻVELAR

(504)

Il-partijiet interessati kienu informati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karta fina miksija li toriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Dawn ingħataw ukoll perijodu li fih li jistgħu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Il-kummenti sottomessi mill-partijiet kienu kkunsidrati sew, u, fejn kien xieraq, skonthom is-sejbiet ġew modifikati kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan qed jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv fuq il-karta fina miksija li hija karta jew kartun miksija fuq naħa waħda jew iż-żewġ naħat (eskluża karta tal-kraft jew kartun tal-kraft), f’folji jew rombli, u b’piż ta’ 70 g/m2 jew aktar iżda mhux aktar minn 400 g/m2 u luminożità ta’ aktar minn 84 (li titkejjel skont l-ISO 2470-1), attwalment klassifikabbli taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 4810 13 20, ex 4810 13 80, ex 4810 14 20, ex 4810 14 80, ex 4810 19 10, ex 4810 19 90, ex 4810 22 10, ex 4810 22 90, ex 4810 29 30, ex 4810 29 80, ex 4810 99 10, ex 4810 99 30 and ex 4810 99 90 (il-kodiċi tat-TARIC 4810132020, 4810138020, 4810142020, 4810148020, 4810191020, 4810199020, 4810221020, 4810229020, 4810293020, 4810298020, 4810991020, 4810993020 u 4810999020) u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Id-dazju kumpensatorju definittiv ma jikkonċernax rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar web-fed. Rombli adattati għall-użu f’magni tal-istampar web-fed huma definiti bħala dawk ir-rombli li, jekk jiġu ttestjati skont l-istandard tat-test ISO, ISO 3783:2006 dwar id-determinazzjoni tar-reżistenza għall-picking, - il-metodu tal-veloċità aċċellerata li juża t-tester IGT (mudell tal-elettriku), jagħtu riżultat ta’ inqas minn 30 N/m meta jsir kejl b’mod trażversali tal-karta (CD) u riżultat ta’ inqas minn 50 N/m meta jsir kejl fid-direzzjoni tal-magna (MD). Id-dazju kumpensatorju definittiv ma jikkonċernax ukoll il-karta u l-kartun b’ħafna saffi.

2.   Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Il-kumpanija

Rata tad-dazju kumpensatorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Gold East Paper (Jiangsu) Co., Ltd, il-Belt ta’ Zhenjiang, il-Pronvinċja ta’ Jiangsu Province, fir-RPĊ; Gold Huasheng Paper (l-Park Industrijali ta’ Suzhou) Co., Ltd, il-Belt ta’ Suzhou, il-Provinċja ta’ Jiangsu, ir-RPĊ

12  %

B001

Shangdong Chenming Paper Holdings Limited, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ; Shouguang Chenming Art Paper Co., Ltd, il-Belt ta’ Shouguang, il-Provinċja ta’ Shandong, ir-RPĊ

4  %

B013

Il-kumpaniji l-oħra kollha

12  %

B999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p 93.

(2)  ĠU C 99, 17.4.2010, p. 30.

(3)  ĠU C 41, 18.2.2010, p. 6.

(4)  ĠU L 299, 17.11.2010, p 7.

(5)  Id-Dokument WT/TPR/S/230 p. 79.

(6)  Informazzjoni miġjuba mir-riċerka tal-2006 tad-Deutsch Bank dwar is-settur bankarju fiċ-Ċina, paġni 3-4.

(7)  Informazzjoni miġjuba miċ-China Monetary Report Quarter Two, 2010 of the Monetary Policy Analysis Group of the People’s Bank of China, datati 5 ta’ Awwissu 2010. pagna 10

(8)  Ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1042/10, ĠU L 299, 17.11.2010, p. 7, premessi (39) u (46).

(9)  United States –Definitive Anti-Dumping and Countervailing Duties on Certain Products from China, (DS379), Appellate Body Report WT/DS379/AB/R, il-11 ta’ Marzu 2011.

(10)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(11)  European Communities and Certain Member StatesMeasures Affecting Trade in Large Civil Aircraft, (DS316) Ir-Rapport tal-Bord 30.6.2010 Paragrafi 7.1480 u 7.1580.

(12)  United StatesAnti-Dumping Measures on Certain Hot-Rolled Steel Products from Japan, (DS184) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, il-paragrafu 100.

(13)  United StatesAnti-Dumping Measures on Certain Hot-Rolled Steel Products from Japan, (DS184) Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, il-paragrafu 99.

(14)  IMF Working Paper, “Progress in China’s Banking Sector Reform: Has Bank Behaviour Changed?”, WP/06/71, Marzu 2006, (ara l-paġni 3-4, 13, 18-20).

(15)  IMF Working Paper, “Interest Rate Liberalization in China”, WP/09/171, Awwissu 2009, (ara l-paġni 3-4, 21-23).

(16)  IMF Country Report, PRC: 2010 Article IV Consultation, No 10/238, Lulju 2010, (ara l-paġni 22, 24 u 28-29).

(17)  OECD 2010 Economic Survey of China, Frar 2010, (ara l-Kapitolu 3, il-paġni 71, 73-81, 97).

(18)  OECD China’s Financial Sector Reforms, Economic Departmert Working Paper No. 747, ECO/WKP (2010) 3, 1 Frar 2010, (ara l-paġni 2, 8-15, 36).

(19)  L-informazzjoni ġenerali dwar it-Tajwan meħuda minn http://en.wikipedia.org/wiki/Taiwan

(20)  L-informazzjoni mikxuba minn http://en.wikipedia.org/wiki/Jiangsu_Province u http://en.wikipedia.org/wiki/Shandong_Province

(21)  L-informazzjoni dwar l-istatistika minn rappreżentazzjonijiet tal-produtturi Ċiniżi li kkooperaw u minn https://www.cia.gov/library/publications/the-world-factbook/rankorder/2003rank.html?countryName=China&countryCode=ch&regionCode=eas&rank=6#ch

(22)  http://www.livemint.com/2009/08/03224002/India-needs-cities-network-for.html, Livemint.com huwa sieħeb onlajn tal-Wall Street Journal.

(23)  Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tas-sussidju f’investigazzjonijijiet ta’ dazju kumpensatorju, ĠU C 394, 17.12.98, p. 6.

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31/10/2008 li tiddikjara li ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5283 — Sappi/M-real) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 139/2004 (ĠU C 324, 19.12.2008, p. 8).

(25)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(26)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(27)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-22 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 6.3.2009, p. 51).

(28)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, Office Nerv-105 B-1049 Brussell.