ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.126.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 126

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
14 ta' Mejju 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/274/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata mas-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2740)  ( 1 )

1

 

 

2011/275/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-infrastruttura tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2741)  ( 1 )

53

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ April 2011

dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata mas-subsistema tal-“enerġija” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2740)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/274/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha

Billi,

(1)

Skont l-Artikolu 2(e) u l-Anness II tad-Direttiva 2008/57/KE, is-sistema ferrovjarja tinqasam f’subsistermi strutturali u funzjonali, inkluża subsistema tal-enerġija.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni C(2006)124 finali tad-9 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni tat mandat lill-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji (l-Aġenzija) biex tiżviluppa speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (STI) skont id-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2). Skont it-termini tal-mandat, l-Aġenzija intalbet tfassal l-abbozz ta’ STI relatata mas-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali.

(3)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (STI) huma speċifikazzjonijiet adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE. Is-STI tal-Anness tkopri s-subsistema tal-enerġija bl-għan li tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u tiżgura l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja.

(4)

Is-STI tal-Anness għandha tirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità, l-idoneità għall-użu u l-verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoprabilità adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-verifika li għandhom jintużaw għall-każijiet speċifiċi, kif ukoll dwar l-entitajiet responsabbli mit-twettiq ta’ dawn il-proċeduri.

(6)

Is-STI tal-Anness għandha tkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-STI rilevanti l-oħra li jistgħu jkunu applikabbli għas-subsistemi tal-enerġija.

(7)

Is-STI tal-Anness ma għandhiex timponi l-użu ta’ tekonoloġiji jew soluzzjonijiet tekniċi speċifiċi għajr fejn dan ikun strettament meħtieġ għall-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea.

(8)

Skont l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2008/57/KE, is-STI tal-Anness għandha tippermetti, għal perjodu limitat, li l-kostitwenti tal-interoperabilità jkunu inkorporati f’subsistemi mingħajr ċertifikazzjoni, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

(9)

Sew biex tiġi inkoraġġita l-innovazzjoni, kif ukoll biex titqies l-esperjenza miksuba, is-STI tal-Anness għandha tkun suġġetta għal reviżjoni kull tant żmien.

(10)

Il-miżuri li hawn provvediment għalihom f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’dan, Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità (“STI”) rigward is-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea hija adottata mill-Kummissjoni.

Is-STI għandha tkun tidher kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din is-STI għandha tkun applikabbli għal kull infrastruttura ġdida, aġġornata jew rinnovata tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea kif definita fl-Anness I għad-Direttiva 2008/57/KE.

Artikolu 3

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità, l-idoneità għall-użu u l-verifika tal-KE stipulati fil-Kapitolu 6 tas-STI tal-Anness għandhom ikunu bbażati fuq il-moduli ddefiniti fid-Deċiżjoni 2010/713/UE.

Artikolu 4

1.   Għal perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ għaxar snin, se jkun possibbli li jinħareġ ċertifikat ta’ verifika tal-KE għal subsistema li jkollha kostitwenti tal-interoperabilità li ma jkollhomx Dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità jew idoneità għall-użu, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 6.3 tal-Anness.

2.   Il-produzzjoni jew l-aġġornament/tiġdid tas-sistema bl-użu ta’ kostitwenti tal-interoperabilità mhux iċċertifikati għandha titlesta fil-perjodu ta’ tranżizzjoni, inkluż it-tqegħid fis-servizz.

3.   Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ ċertifikazzjoni tal-kostitwent tal-interoperabbiltà huma identifikati b’mod xieraq fil-proċedura ta’ verifika msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

Id-dettajli tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà mhux ċertifikati u r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ ċertifikazzjoni, inkluża l-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/57/KE, huma inklużi mill-Awtoritajiet tas-Sikurezza Nazzjonali fir-rapport annwali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

4.   Wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni, u bl-eċċezzjonijiet li t-Taqsima 6.3.3 tippermetti għall-manutenzjoni, il-kostitwenti tal-interoperabilità għandhom ikunu koperti permezz tad-Dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew idoneità għall-użu qabel ma jkunu jistgħu jiddaħħlu fis-subsistema.

Artikolu 5

Skont l-Artikolu 5(3)(f) tad-Direttiva 2008/57/KE, is-STI fl-Anness, il-Kapitolu 7, tistabbilixxi strateġija għall-migrazzjoni lejn subsistema tal-enerġija totalment interoperabbli. Jeħtieġ li din il-migrazzjoni tkun applikata flimkien mal-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva li jispeċifika l-prinċipji għall-applikazzjoni tas-STI għat-tiġdid u l-aġġornament tal-proġetti. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2008/57/KE tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Dan ir-rapport se jkun diskuss fil-kuntest tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE u, fejn xieraq, is-STI fl-Anness se tiġi adattata.

Artikolu 6

1.   Fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet li jkunu kklassifikati bħala każijiet speċifiċi stipulati fil-Kapitolu 7 tas-STI, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfati għall-verifika tal-interoperabilità skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom ikunu dawk ir-regoli tekniċi applikabbli li jintużaw fl-Istat Membru li jawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-subsistema koperta b’din id-Deċiżjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

ir-regoli tekniċi applikabbli msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-verifika li għandhom jiġu applikati rigward l-applikazzjoni tar-regoli tekniċi msemmija fil-paragrafu 1;

(c)

l-entitajiet li jaħtar biex iwettqu l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-verifika tal-każijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi-President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.


ANNESS

DIRECTIVE 2008/57/KE DWAR L-INTEROPERABILITÀ TAS-SISTEMA FERROVJARJA FIL-KOMUNITÀ

SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA GĦALL-INTEROPERABILITÀ

Subsistema tal-“Enerġija” għall-ferroviji konvenzjonali

1.

INTRODUZZJONI 8

1.1.

L-ambitu tekniku 8

1.2.

L-ambitu ġeografiku 8

1.3.

Il-kontenut ta’ din is-STI 8

2.

ID-DEFINIZZJONI U L-AMBITU TAS-SUBSISTEMA 8

2.1.

Definizzjoni tas-subsistema tal-enerġija 8

2.1.1.

Il-provvista tal-enerġija 10

2.1.2.

Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli u l-pantografu 10

2.2.

L-interfaces ma’ subsistemi oħrajn u fi ħdan is-subsistema 10

2.2.1.

Introduzzjoni 10

2.2.2.

L-interfaces li jikkonċernaw il-provvista tal-enerġija 10

2.2.3.

L-interfaces li jikkonċernaw it-tagħmir tal-linji fl-għoli u l-pantografi u l-interazzjoni tagħhom 11

2.2.4.

L-interfaces li jikkonċernaw is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet u tas-sistemi 11

3.

IR-REKWIŻITI ESSENZJALI 11

4.

IL-KARATTERIZZAZZJONI TAS-SUBSISTEMA 13

4.1.

Introduzzjoni 13

4.2.

L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema 13

4.2.1.

Dispożizzjonijiet ġenerali 13

4.2.2.

Il-parametri bażiċi li jikkaratterizzaw is-subsistema tal-enerġija 13

4.2.3.

Il-vultaġġ u l-frekwenza 14

4.2.4.

Il-parametri relatati mal-prestazzjoni tas-sistema ta’ provvista 14

4.2.5.

Il-kontinwità tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ disturbi fil-mini 14

4.2.6.

Il-kapaċità tal-kurrent, is-sistemi ta’ kurrent dirett (DC), il-ferroviji weqfin 15

4.2.7.

L-ibbrejkjar riġenerattiv 15

4.2.8.

L-arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika 15

4.2.9.

L-armonija u l-effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC) 15

4.2.10.

L-emissjonijiet armoniċi għas-servizz tal-enerġija 15

4.2.11.

Il-kompatibilità elettromanjetika esterna 15

4.2.12.

Il-protezzjoni tal-ambjent 15

4.2.13.

Il-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli 15

4.2.14.

Il-qies standard tal-pantografu 16

4.2.15.

Il-forza medja ta’ kuntatt 16

4.2.16.

L-imġiba dinamika u l-kwalità tal-ġbir tal-kurrent 17

4.2.17.

L-ispazjar tal-pantografi 18

4.2.18.

Il-materjal tal-wajer ta’ kuntatt 18

4.2.19.

Is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet 18

4.2.20.

Is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi 19

4.2.21.

It-tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika 19

4.3.

L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-interfaces 19

4.3.1.

Ir-rekwiżiti ġenerali 19

4.3.2.

Il-Lokomotivi u l-Vetturi Ferrovjarji għall-Passiġġieri 19

4.3.3.

L-Infrastruttura 20

4.3.4.

Il-Kmand tal-Kontroll u s-Sinjalazzjoni 21

4.3.5.

L-Operat u l-Immaniġġar tat-Traffiku 21

4.3.6.

Is-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji 21

4.4.

Ir-regoli operattivi 21

4.4.1.

Introduzzjoni 21

4.4.2.

Il-ġestjoni tal-provvista tal-enerġija 21

4.4.3.

It-twettiq tax-xogħlijiet 22

4.5.

Ir-regoli għall-manutenzjoni 22

4.6.

Il-kwalifiki professjonali 22

4.7.

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza 22

4.7.1.

Introduzzjoni 22

4.7.2.

Il-miżuri ta’ protezzjoni tas-substazzjonijiet u tal-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet 22

4.7.3.

Il-miżuri ta’ protezzjoni tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli 22

4.7.4.

Il-miżuri ta’ protezzjoni tar-return circuit tal-kurrent 23

4.7.5.

Rekwiżiti ġenerali oħrajn 23

4.7.6.

L-Ilbies Li Jidher Ħafna 23

4.8.

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura u r-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati 23

4.8.1.

Introduzzjoni 23

4.8.2.

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura 23

4.8.3.

Ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati 23

5.

IL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ 23

5.1.

Lista ta’ kostitwenti 23

5.2.

Il-prestazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kostitwenti 24

5.2.1.

Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli 24

6.

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITA TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITA U L-VERIFIKA TAL-KE TAS-SUBSISTEMI 24

6.1.

Il-Kostitwenti tal-Interoperabilità 24

6.1.1.

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità 24

6.1.2.

L-applikazzjoni tal-moduli 24

6.1.3.

Is-soluzzjonijiet innovattivi għall-Kostitwenti tal-Interoperabilità 25

6.1.4.

Il-proċedura ta’ valutazzjoni partikolari għall-Kostitwent tal-Interoperabilità – il-Linja ta’ Kuntatt fl-Għoli (OCL) 25

6.1.5.

Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità tal-Kostitwenti tal-Interoperabilità 26

6.2.

Is-subsistema tal-enerġija 26

6.2.1.

Dispożizzjonijiet ġenerali 26

6.2.2.

L-applikazzjoni tal-moduli 26

6.2.3.

Is-soluzzjonijiet innovattivi 27

6.2.4.

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari għal Subsistema 27

6.3.

Subsistema li tinkludi Kostitwenti tal-Interoperabilità li ma jkollhomx dikjarazzjoni tal-KE 28

6.3.1.

Kundizzjonjiet 28

6.3.2.

Id-dokumentazzjoni 28

6.3.3.

Il-manutenzjoni tas-subsistemi ċċertifikati skont il-klawżola 6.3.1 28

7.

L-IMPLIMENTAZZJONI 28

7.1.

Ġenerali 28

7.2.

L-istrateġija progressiva lejn l-interoperabilità 28

7.2.1.

Introduzzjoni 28

7.2.2.

L-istrateġija ta’ migrazzjoni għall-vultaġġ u għall-frekwenza 29

7.2.3.

L-istrateġija ta’ migrazzjoni għall-pantografi u għall-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) 29

7.3.

L-applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ġodda 29

7.4.

L-applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji eżistenti 29

7.4.1.

Introduzzjoni 29

7.4.2.

L-aġġornament/ir-rinnovazzjoni tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) u/jew tal-provvista tal-enerġija 29

7.4.3.

Il-parametri relatati mal-manutenzjoni 30

7.4.4.

Is-subsistemi eżistenti li mhumiex suġġetti għal proġett ta’ rinnovazzjoni jew ta’ aġġornament 30

7.5.

Każijiet speċifiċi 30

7.5.1.

Introduzzjoni 30

7.5.2.

Lista ta’ każijiet speċifiċi 30

8.

LISTA TAL-ANNESSI 33

ANNESS A –

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITA TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITA 34

ANNESS B –

IL-VERIFIKA TAL-KE TAS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA 35

ANNESS C –

IR-REĠISTRU TAL-INFRASTRUTTURA U INFORMAZZJONI DWAR IS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA 37

ANNESS D –

IR-REĠISTRU EWROPEW TAT-TIPI TA’ VETTURI AWTORIZZATI U L-INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA MIS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA 38

ANNESS E –

ID-DETERMINAZZJONI TAL-QIES STANDARD TAL-PANTOGRAFU KINEMATIKU MEKKANIKU 39

ANNESS F –

IS-SOLUZZJONIJIET TAS-SEZZJONIJIET TA’ SEPARAZZJONI TAL-FAZIJIET U TAS-SISTEMI 45

ANNESS G –

IL-FATTUR TAL-ENERGIJA 47

ANNESS H –

IL-PROTEZZJONI ELETTRIKA: L-ATTIVAZZJONI TAS-SALVAVITA EWLENIJA 48

ANNESS I –

LISTA TA’ STANDARDS IMSEMMIJA 49

ANNESS J –

GLOSSARJU 51

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   L-ambitu tekniku

Din l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (STI) tikkonċerna s-subsistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea. Is-subsistema tal-enerġija hija inkluża fil-lista ta’ subsistemi tal-Anness II għad-Direttiva 2008/57/KE.

1.2.   L-ambitu ġeografiku

L-ambitu ġeografiku ta’ din is-STI hija s-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea kif ġiet deskritta fil-klawżola 1.1 tal-Anness I għad-Direttiva 2008/57/KE.

1.3.   Il-kontenut ta’ din is-STI

Skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, din is-STI:

a.

tindika l-għan maħsub tagħha – Kapitolu 2;

b.

tippreskrivi r-rekwiżiti essenzjali għas-subsistema tal-enerġija – Kapitolu 3;

c.

tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li għandhom jintlaħqu mis-subsistema u l-interfaces tagħha fir-rigward tas-subsistemi l-oħra – Kapitolu 4;

d.

tiddetermina l-kostitwenti tal-interoperabilità u l-interfaces li għandhom jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, inklużi l-istandards Ewropej, li huma meħtieġa biex jilħqu l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja – Kapitolu 5;

e.

tgħid, f’kull każ li jkun qed jiġi kkunsidrat, liema proċeduri għandhom jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità, min-naħa l-waħda, u l-verifika tal-KE tas-subsistemi, min-naħa l-oħra – Kapitolu 6;

f.

tindika l-istrateġija għall-implimentazzjoni ta’ din is-STI. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li wieħed jispeċifika l-istadji li għandhom jitwettqu biex issir tranżizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mas-STI għandha tkun in-norma – Kapitolu 7;

g.

tindika, għall-persunal ikkonċernat, il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza fix-xogħol għall-operat għall-manutenzjoni tas-subsistema kkonċernata, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ din is-STI – Kapitolu 4.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(5), jistgħu jittieħdu miżuri għal każijiet speċifiċi; dawn huma indikati fil-Kapitolu 7.

Fl-aħħar nett, din is-STI tinkludi wkoll, fil-Kapitolu 4, ir-regoli operattivi u għall-manutenzjoni speċifiċi għall-ambitu indikat fil-paragrafi 1.1 u 1.2 ta’ iktar ’il fuq.

2.   ID-DEFINIZZJONI U L-AMBITU TAS-SUBSISTEMA

2.1.   Definizzjoni tas-subsistema tal-enerġija

Is-STI tal-Enerġija tispeċifika dawk ir-rekwiżiti li huma meħtieġa sabiex tkun żgurata l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja. Din is-STI tkopri l-installazzjonijiet fissi kollha, li jaħdmu b’kurrent dirett (DC) jew b’kurrent alternat (AC), li huma meħtieġa għall-provvista, rigward ir-rekwiżiti essenzjali, tal-enerġija tat-trazzjoni lil ferrovija.

Is-subsistema tal-enerġija tinkludi wkoll il-kriterji ta’ definizzjoni u ta’ kwalità għall-interazzjoni bejn pantografu u l-linja ta’ kuntatt fl-għoli. Peress li s-sistema tal-linja ferrovija konduttriċi fuq il-livell tal-art (it-tielet linja ferrovjarja (third rail) – linja li minnha jgħaddi l-kurrent tal-elettriku) u ta’ contact shoe (biċċa metall ċatta għall-ġbir tal-kurrent) mhix sistema “fil-mira”, din is-STI ma tiddeskrivix il-karatteristiċi jew il-funzjonalità ta’ sistema ta’ din ix-xorta.

Figura 1

Is-subsistema tal-enerġija

Image

Is-subsistema tal-enerġija tikkonsisti fi:

a.   substazzjonijiet: konnessi fuq in-naħa primarja ma’ gradilja b’vultaġġ għoli, bi trasformazzjoni tal-vultaġġ għoli għal vultaġġ u/jew konverżjoni għal sistema ta’ provvista tal-enerġija adattata għall-ferroviji. Fuq in-naħa sekondarja, is-substazzjonijiet huma konnessi mas-sistema tal-linji ta’ kuntatt ferrovjarji;

b.   il-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet: tagħmir elettriku li jinsab f’postijiet intermedji bejn substazzjonijiet għall-provvista u biex jipprovdi servizz parallel għal-linji ta’ kuntatt minbarra li jipprovdi protezzjoni, iżolament u provvisti awżiljarji;

c.   is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni: tagħmir meħtieġ sabiex ikun hemm tranżizzjoni bejn sistemi elettrikament differenti jew bejn fażijiet differenti tal-istess sistema elettrika;

d.   is-sistema ta’ linji ta’ kuntatt: sistema li tqassam l-enerġija elettrika lill-ferroviji li jgħaddu tul dik ir-rotta u tittrażmettiha lill-ferroviji permezz ta’ ġabbara tal-kurrent. Is-sistema ta’ linji ta’ kuntatt hija mgħammra wkoll bi skonnetturi kkontrollati manwalment jew mill-bogħod li jkunu meħtieġa biex jiżolaw sezzjonijiet jew gruppi mis-sistema ta’ linji ta’ kuntatt skont il-ħtieġa operattiva. Il-linji alimentaturi (feeders) wkoll huma parti mis-sistema ta’ linji ta’ kuntatt;

e.    return circuit (ċirkwit b’fil konduttur li jreġġa’ lura l-kurrent elettriku mnejn beda): il-kondutturi kollha li jifformaw il-mogħdija maħsuba għall-kurrent ta’ ritorn tat-trazzjoni u li barra minn hekk jintużaw f’kundizzjonijiet ta’ ħsara. Għalhekk, sa fejn għandu x’jaqsam dan l-aspett, ir-return circuit huwa parti mis-subsistema tal-enerġija u għandu interface mas-subsistema tal-infrastruttura.

Barra minn hekk, skont id-Direttiva 2008/57/KE, is-subsistema tal-enerġija tinkludi:

f.   il-partijiet tat-tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-elettriku ta’ abbord— għall-kejl tal-enerġija elettrika meħuda minn jew irritornata (waqt ibbrejkjar riġenerattiv) lil-linja ta’ kuntatt mill-vettura, bil-provvista tiġi mis-sistema esterna ta’ trazzjoni elettrika. It-tagħmir huwa integrat fi u jitqiegħed fis-servizz mal-unità ta’ trazzjoni, u jinsab fl-ambitu tas-STI tal-lokomotivi ferrovjarji konvenzjonali u tal-vetturi ferrovjarji konvenzjonali għall-passiġġieri (LOC&PAS CR).

Id-Direttiva 2008/57/KE tipprovdi wkoll li l-ġabbara tal-kurrent (pantografi) li jittrażmettu l-enerġija elettrika mis-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli lill-vettura, jinsabu fis-subsistema tal-vetturi ferrovjarji. Huma jiġu installati u integrati fi u jitqiegħdu fis-servizz mal-vetturi ferrovjarji u jaqgħu fl-ambitu tas-STI LOC&PAS CR.

Madankollu, il-parametri relatati mal-kwalità tal-ġbir tal-kurrent huma speċifikati fis-STI ENE CR.

2.1.1.   Il-provvista tal-enerġija

Is-sistema ta’ provvista tal-enerġija għandha tiġi ddisinjata b’tali mod li kull ferrovija għandha tkun ipprovduta bl-enerġija meħtieġa. Għalhekk, il-vultaġġ tal-provvista, l-ammont ta’ kurrent miġbud ta’ kull ferrovija u l-iskeda operattiva huma aspetti importanti tal-prestazzjoni.

L-istess bħal kwalunkwe apparat elettriku, ferrovija hija ddisinjata biex topera korrettament b’vultaġġ nominali u bi frekwenza nominali applikati fit-terminali tagħha, jiġifieri l-pantografu(i) u r-roti. Sabiex tkun żgurata l-prestazzjoni antiċipata tal-ferrovija għandhom jiġu ddefiniti l-varjazzjonijiet fi u l-limiti għal dawn il-parametri.

Il-ferroviji moderni li jaħdmu bl-enerġija elettrika ta’ spiss ikollhom il-kapaċità li jużaw l-ibbrejkjar riġenerattiv biex jirritornaw l-enerġija lura lill-provvista tal-enerġija, u b’hekk inaqqsu l-konsum globali tal-enerġija. Is-sistema ta’ provvista tal-enerġija tista’ tiġi ddisinjata sabiex takkomoda enerġija minn ibbrejkjar riġenerattiv ta’din ix-xorta.

Fi kwalunkwe provvista tal-enerġija, jista’ jkun hemm xi xort u kundizzjonijiet oħrajn ta’ ħsara. Il-provvista tal-enerġija għandha tkun iddisinjata b’tali mod li l-kontrolli jiskopru dawn il-ħsarat immedjatament u jagħtu lok għal miżuri li jneħħu l-kurrent tax-xort u jiżolaw il-parti affetwata taċ-ċirkwit. Wara avvenimenti ta’ din ix-xorta, il-provvista tal-enerġija għandha tkun tista’ trodd il-provvista lill-installazzjonijiet kollha mill-iktar fis possibbli sabiex l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jerġgħu jibdew.

2.1.2.   Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli u l-pantografu

Ġeometrija kompatibbli tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli mal-pantografu hija aspett importanti tal-interoperabilità. Sa fejn għandha x’taqsam l-interazzjoni ġeometrika, l-għoli tal-wajer ta’ kuntatt ’il fuq mil-linji ferrovjarji, il-varjazzjoni fl-għoli tal-wajer ta’ kuntatt, id-devjazzjoni laterali taħt il-pressjoni tal-irjieħ u l-forza ta’ kuntatt għandhom jiġu speċifikati. Il-ġeometrija tar-ras tal-pantografu wkoll hija fundamentali sabiex tkun żgurata interazzjoni tajba mal-linja ta’ kuntatt fl-għoli, billi tiġi kkunsidrata x-xengila (sway) tal-vettura.

Sabiex jingħata appoġġ lill-interoperabilità tan-netwerks Ewropej, il-pantografi speċifikati fis-STI LOC&PAS CR huma dawk li għandhom jintużaw.

L-interazzjoni bejn linja ta’ kuntatt fl-għoli u pantografu tirrappreżenta aspett ferm importanti biex tkun stabbilita trażmissjoni tal-enerġija affidabbli mingħajr tfixkil mhux xieraq għall-installazzjonijiet u għall-ambjent ferrovjarji. Din l-interazzjoni hija ddeterminata prinċipalment minn:

a.

l-effetti statiċi u aerodinamiċi dipendenti min-natura tal-istrixxi ta’ kuntatt tal-pantografu u mid-disinn tal-pantografu, mill-forma tal-vettura li fuqha huwa(huma) mmuntat(i) il-pantografu(i) u mill-pożizzjoni tal-pantografu fuq il-vettura,

b.

il-kompatibilità tal-materjal tal-istrixxa ta’ kuntatt mal-wajer ta’ kuntatt,

c.

il-karatteristiċi dinamiċi tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli u tal-pantografu(i) għal ferrovija b’unità waħda jew b’unitajiet multipli,

d.

in-numru ta’ pantografi mqiegħda fis-servizz u d-distanza ta’ bejniethom, peress li kull pantografu jista’ jfixkel lill-oħrajn li jkunu jinsabu fl-istess sezzjoni tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli.

2.2.   L-interfaces ma’ subsistemi oħrajn u fi ħdan is-subsistema

2.2.1.   Introduzzjoni

Is-subsistema tal-enerġija tagħmel interfaces ma’ wħud mis-subsistemi l-oħra tas-sistema ferrovjarja sabiex tilħaq il-prestazzjoni prevista. Dawn huma elenkati iktar ’l isfel:

2.2.2.   L-interfaces li jikkonċernaw il-provvista tal-enerġija

a.

Il-vultaġġ u l-frekwenza u l-meded permissibbli tagħhom jagħmlu interface mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji.

b.

L-enerġija installata fil-linji u l-fattur speċifikat tal-enerġija jiddeterminaw il-prestazzjoni tas-sistema ferrovjarja u jagħmlu interface mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji.

c.

L-ibbrejkjar riġenerattiv inaqqas il-konsum tal-enerġija u jagħmel interface mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji.

d.

L-installazzjonijiet elettriċi fissi u t-tagħmir ta’ trazzjoni ta’ abbord għandhom jiġu protetti minn xi xort. L-attivazzjoni tas-salvaviti fis-substazzjonijiet u fuq il-ferroviji għandha tkun ikkoordinata. Il-protezzjoni elettrika tagħmel interface mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji.

e.

L-interferenza elettrika u l-emissjonijiet armoniċi jagħmlu interface mas-subsistemi tal-vetturi ferrovjarji u tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni.

f.

Ir-return circuit tal-kurrent għandu xi interfaces mas-subsistemi tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalizzazzjoni u tal-infrastruttura.

2.2.3.   L-interfaces li jikkonċernaw it-tagħmir tal-linji fl-għoli u l-pantografi u l-interazzjoni tagħhom

a.

Il-gradjent tal-wajer ta’ kuntatt u r-rata ta’ bidla tal-gradjent jeħtieġu attenzjoni speċjali sabiex ikunu evitati telf ta’ kuntatt u ħsara eċċessiva minħabba l-użu. L-għoli u l-gradjent tal-wajer ta’ kuntatt jagħmlu interfaces mas-subsistemi tal-infrastruttura u tal-vetturi ferrovjarji.

b.

Ix-xengila tal-vettura u x-xengila tal-pantografu jagħmlu interface mas-subsistema tal-infrastruttura.

c.

Il-kwalità tal-ġbir tal-kurrent tiddependi min-numru ta’ pantografi mqiegħda fis-servizz, minn kif inhuma spazjati u minn dettalji oħrajn speċifiċi għall-unitajiet ta’ trazzjoni. L-arranġament tal-pantografi jagħmel interface mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji.

2.2.4.   L-interfaces li jikkonċernaw is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet u tas-sistemi

a.

Biex ferrovija tgħaddi mit-tranżizzjonijiet tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni ta’ sistemi ta’ provvista tal-enerġija u ta’ fażijiet differenti, mingħajr ma jkun hemm konnessjonijiet, għandhom jiġu stipulati n-numru u l-arranġament tal-pantografi fuq il-ferroviji. Dan jagħmel interface mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji.

b.

Biex ferrovija tgħaddi mit-tranżizzjonijiet tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni ta’ sistemi ta’ provvista tal-enerġija u ta’ fażijiet, mingħajr ma jkun hemm konnessjonijiet, għandu jiġi kkontrollat il-kurrent tal-ferrovija. Dan jagħmel interface mas-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni.

c.

Biex ferrovija tgħaddi mis-sezzjonijiet ta’ separazzjoni ta’ sistemi ta’ provvista tal-enerġija, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li jitbaxxa/jitbaxxew il-pantografu(i). Dan jagħmel interface mas-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni.

3.   IR-REKWIŻITI ESSENZJALI

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, is-sistema ferrovjarja, is-subsistemi tagħha u l-kostitwenti tal-interoperabilità tagħhom għandhom jilħqu r-rekwiżiti rilevanti essenzjali stabbiliti f’termini ġenerali fl-Anness III għad-Direttiva. It-tabella li ġejja tindika l-parametri bażiċi ta’ din is-STI u l-korrispondenza tagħhom għar-rekwiżiti essenzjali kif ġie spjegat fl-Anness III għad-Direttiva.

Klawżoola tas-STI

Titolu tal-Klawżola tas-STI

Sikurezza

Disponibilità u Affidabilità (R&A)

Saħħa

Protezzjoni tal-ambjent

Kompatibilità Teknika

4.2.3

Vultaġġ u frekwenza

1.5

2.2.3

4.2.4

Parametri relatati mal-prestazzjoni tas-sistema ta’ provvista

1.5

2.2.3

4.2.5

Kontinwità tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ disturbi fil-mini

1.1.1

2.2.1

1.2

4.2.6

Kapaċità tal-kurrent, sistemi ta’ kurrent dirett (DC), ferroviji weqfin

1.5

2.2.3

4.2.7

Ibbrejkjar riġenerattiv

1.4.1

1.4.3

1.5

2.2.3

4.2.8

Arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika

2.2.1

1.5

4.2.9

Armonija u effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC)

1.4.1

1.4.3

1.5

4.2.11

Kompatibilità elettromanjetika esterna

 

1.4.1

1.4.3

2.2.2

1.5

4.2.12

Protezzjoni tal-ambjent

1.4.1

1.4.3

2.2.2

4.2.13

Ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli

1.5

2.2.3

4.2.14

Qies standard tal-pantografu (pantograph gauge)

1.5

2.2.3

4.2.15

Forza medja ta’ kuntatt

1.5

2.2.3

4.2.16

Imġiba dinamika u l-kwalità tal-ġbir tal-kurrent

1.4.1

2.2.2

1.5

2.2.3

4.2.17

Spazjar tal-pantografi

1.5

2.2.3

4.2.18

Materjal tal-wajer ta’ kuntatt

1.3.1

1.3.2

1.4.1

1.5

2.2.3

4.2.19

Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet

2.2.1

1.4.1

1.4.3

1.5

2.2.3

4.2.20

Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi

2.2.1

1.4.1

1.4.3

1.5

2.2.3

4.2.21

Tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika

1.5

4.4.2

Ġestjoni tal-provvista tal-enerġija

1.1.1

1.1.3

2.2.1

1.2

4.4.3

Twettiq tax-xogħlijiet

1.1.1

2.2.1

1.2

1.5

4.5

Regoli għall-manutenzjoni

1.1.1

2.2.1

1.2

1.5

2.2.3

4.7.2

Miżuri ta’ protezzjoni tas-substazzjonijiet u tal-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet

1.1.1

1.1.3

2.2.1

1.4.1

1.4.3

2.2.2

1.5

4.7.3

Miżuri ta’ protezzjoni tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli

1.1.1

1.1.3

2.2.1

1.4.1

1.4.3

2.2.2

1.5

4.7.4

Miżuri ta’ protezzjoni tar-return circuit tal-kurrent

1.1.1

1.1.3

2.2.1

1.4.1

1.4.3

2.2.2

1.5

4.7.5

Rekwiżiti ġenerali oħrajn

1.1.1

1.1.3

2.2.1

1.4.1

1.4.3

2.2.2

4.7.6

Ilbies li jidher ħafna

2.2.1

4.   IL-KARATTERIZZAZZJONI TAS-SUBSISTEMA

4.1.   Introduzzjoni

Is-sistema ferrovjarja, li fir-rigward tagħha tapplika d-Direttiva 2008/57/KE, u li tagħha hija parti s-subsistema, hija sistema integrata li l-konsistenza tagħha għandha tkun ivverifikata. Din il-konsistenza trid tiġi kkontrollata, b’mod partikolari, fejn għandhom x’jaqsmu l-ispeċifikazzjonijiet tas-subsistema, l-interfaces tagħha fil-konfront tas-sistema li fiha tkun integrata, kif ukoll ir-regoli operattivi u għall-manutenzjoni.

L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema u tal-interfaces tagħha, li ġew deskritti fil-Kapitoli 4.2 u 4.3, ma jimponux l-użu ta’ teknoloġiji speċifiċi jew ta’ soluzzjonijiet tekniċi, ħlief fejn dan ikun strettament meħtieġ għall-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju. Imma soluzzjonijiet innovattivi għall-interoperabilità jistgħu jeħtieġu speċifikazzjonijiet ġodda u/jew metodi ta’ valutazzjoni ġodda. Sabiex jingħata spazju għall-innovazzjoni teknoloġika, dawn l-ispeċifikazzjonijiet u dawn il-metodi ta’ valutazzjoni għandhom jiġu żviluppati bil-proċess deskritt fil-Kapitoli 6.1.3 u 6.2.3.

Filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti essenzjali applikabbli kollha, is-subsistema tal-enerġija hija kkaratterizzata mill-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-klawżoli 4.2 sa 4.7. Lista ta’ parametri rilevanti għas-subsistema tal-enerġija, li għandhom jinġabru fir-Reġistru tal-Infrastruttura, tinsab fl-Anness C għal din is-STI.

Il-proċeduri għall-verifika tal-KE tas-subsistema tal-enerġija huma indikati fil-klawżola 6.2.4 u fit-Tabella B.1 tal-Anness B għal din is-STI.

Għall-Każijiet Speċifiċi, ara l-Kapitolu 7.5;

Fejn issir referenza għall-istandards tal-EN, kwalunkwe varjazzjoni msejħa “devjazzjonijiet nazzjonali” jew “kundizzjonijiet nazzjonali speċjali” fl-EN ma tapplikax.

4.2.   L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema

4.2.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

Il-prestazzjoni li għandha tintlaħaq mis-subsistema tal-Enerġija għandha tikkorrispondi għall-prestazzjoni rilevanti tas-sistema ferrovjarja, rigward:

il-veloċità massima tal-linja, it-tip ta’ ferrovija, u

id-domanda għall-enerġija tal-ferroviji fil-pantografi.

4.2.2.   Il-parametri bażiċi li jikkaratterizzaw is-subsistema tal-enerġija

Il-parametri bażiċi li jikkaratterizzaw is-subsistema tal-enerġija huma:

Il-provvista tal-enerġija:

Il-vultaġġ u l-frekwenza (4.2.3)

Il-parametri relatati mal-prestazzjoni tas-sistema ta’ provvista (4.2.4)

Il-kontinwità tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ disturbi fil-mini (4.2.5)

Il-kapaċità tal-kurrent, is-sistemi ta’ kurrent dirett (DC), il-ferroviji weqfin (4.2.6)

L-ibbrejkjar riġenerattiv (4.2.7)

L-arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika (4.2.8)

L-armonija u l-effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC) (4.2.9), u

It-tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika (4.2.21)

Il-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) u l-kwalità tal-ġbir tal-kurrent:

Il-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (4.2.13)

Il-qies standard tal-pantografu (4.2.14)

Il-forza medja ta’ kuntatt (4.2.15)

L-imġiba dinamika u l-kwalità tal-ġbir tal-kurrent (4.2.16)

L-ispazjar tal-pantografi (4.2.17)

Il-materjal tal-wajer ta’ kuntatt (4.2.18)

Is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet (4.2.19), u

Is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi (4.2.20)

4.2.3.   Il-vultaġġ u l-frekwenza

Il-lokomotivi u l-unitajiet ta’ trazzjoni jeħtieġu standardizzazzjoni tal-vultaġġ u tal- frekwenza. Il-valuri ta’ u l-limiti għall-vultaġġ u għall-frekwenza fit-terminali tas-substazzjoni u fil-pantografu għandhom ikunu konformi mal-klawżola 4 tal-EN50163:2004.

Is-sistema ta’ kurrent alternat (AC) ta’ 25 kV 50 Hz għandha tkun is-sistema ta’ provvista fil-mira, għal raġunijiet ta’ kompatibilità mas-sistemi ta’ ġenerazzjoni u ta’ distribuzzjoni tal-elettriku u ta’ standardizzazzjoni tat-tagħmir tas-substazzjonijiet.

Madankollu, minħabba li huma meħtieġa spejjeż kbar ta’ investiment biex issir migrazzjoni minn vultaġġi ta’ sistemi oħrajn għas-sistema ta’ 25 kV u minħabba l-possibilità li jintużaw unitajiet ta’ trazzjonijiet b’sistemi multipli, l-użu tas-sistemi li ġejjin għal subsistemi ġodda, aġġornati jew rinnovati huwa permess:

kurrent alternat (AC) ta’ 15 kV 16.7 Hz

kurrent dirett (DC) ta’ 3 kV, u

kurrent dirett (DC) ta’ 1.5 kV

Il-vultaġġ u l-frekwenza nominali għandhom ikunu elenkati fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).

4.2.4.   Il-parametri relatati mal-prestazzjoni tas-sistema ta’ provvista

Id-disinn tas-subsistema tal-enerġija huwa ddeterminat mill-veloċità tal-linji għas-servizzi ppjanati u mit-topografija.

Għalhekk, il-parametri li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati:

il-kurrent massimu tal-ferrovija,

il-fattur tal-enerġija tal-ferroviji, u

il-vultaġġ utli medju.

4.2.4.1.   Il-kurrent massimu tal-ferrovija

L-Amministratur Infrastrutturali għandu jiddikjara l-kurrent massimu tal-ferrovija fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).

Id-disinn tas-subsistema tal-enerġija għandu jiżgura l-ħila tal-provvista tal-enerġija li tilħaq il-prestazzjoni speċifikata u għandu jippermetti t-tħaddim ta’ ferroviji b’enerġija inqas minn 2 MW, mingħajr limitu għall-kurrent kif ġie deskritt fil-klawżola 7.3 tal-EN50388:2005.

4.2.4.2.   Il-fattur tal-enerġija tal-ferroviji

Il-fattur tal-enerġija tal-ferroviji għandu jkun skont ir-rekwiżiti fl-Anness G u fil-klawżola 6.3 tal-EN50388:2005.

4.2.4.3.   Il-vultaġġ utli medju

Il-vultaġġ utli medju kkalkolat “fil-pantografu” għandu jkun konformi mal-klawżoli 8.3 u 8.4 tal-EN50388:2005, fejn tintuża d-dejta tad-disinn għall-fattur tal-enerġija skont l-Anness G.

4.2.5.   Il-kontinwità tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ disturbi fil-mini

Il-provvista tal-enerġija u s-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli għandhom ikunu ddisinjati sabiex jagħtu lok għall-kontinwità ta’ operazzjoni f’każ ta’ disturbi fil-mini. Dan għandu jintlaħaq billi l-linja ta’ kuntatt fl-għoli tinqasam f’sezzjonijiet skont il-klawżola 4.2.3.1 tas-SRT STI.

4.2.6.   Il-kapaċità tal-kurrent, is-sistemi ta’ kurrent dirett (DC), il-ferroviji weqfin

Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli tas-sistemi ta’ kurrent dirett (DC) għandha tkun iddisinjata sabiex issostni 300 A (għal sistema ta’ provvista ta’ 1.5 kV) u 200 A (għal sistema ta’ provvista ta’ 3 kV), għal kull pantografu meta l-ferrovija tkun wieqfa.

Dan għandu jintlaħaq billi tintuża forza statika ta’ kuntatt kif ġie ddefinit fil-klawżola 7.1 tal-EN50367:2006.

Fejn il-linja ta’ kuntatt fl-għoli ġiet iddisinjata sabiex issostni valuri ikbar għall-kurrent massimu meta l-ferrovija tkun wieqfa, dan għandu jkun iddikjarat mill-Amministratur Infrastrutturali fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).

Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) għandha tkun iddisinjata billi jiġu kkunsidrati l-limiti għat-temperatura skont il-klawżola 5.1.2 tal-EN50119:2009.

4.2.7.   L-ibbrejkjar riġenerattiv

Is-sistemi ta’ provvista tal-enerġija ta’ kurrent alternat (AC) għandhom ikunu ddisinjati sabiex jippermettu l-użu tal-ibbrejkjar riġenerattiv bħala brejk ta’ servizz, li jkun jista’ jiskambja l-enerġija mingħajr problemi jew ma’ ferroviji oħrajn jew bi kwalunkwe mezz ieħor.

Is-sistemi ta’ provvista tal-enerġija ta’ kurrent dirett (DC) għandhom ikunu ddisinjati sabiex jippermettu l-użu ta’ bbrejkjar riġenerattiv bħala brejk ta’ servizz għall-inqas billi tiġi skambjata l-enerġija ma’ ferroviji oħrajn.

L-informazzjoni dwar il-possibbilità li jintuża l-ibbrejkjar riġenerattiv għandha tingħata fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).

4.2.8.   L-arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika

Id-disinn għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika tas-subsistema tal-enerġija għandu jkun konformi mar-rekwiżiti elenkati fid-dettall fil-klawżola 11 tal-EN50388:2005, ħlief għat-Tabella 8 li hija sostitwita mill-Anness H għal din is-STI.

4.2.9.   L-armonija u l-effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC)

Is-subsistema tal-enerġija CR u l-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu jistgħu jaħdmu flimkien mingħajr problemi ta’ interferenza, bħal vultaġġi għoljin wisq u fenomeni oħrajn deskritti fil-klawżola 10 tal-EN50388:2005.

4.2.10.   L-emissjonijiet armoniċi għas-servizz tal-enerġija

L-emissjonijiet armoniċi għas-servizz tal-enerġija għandhom ikunu ttrattati mill-Amministratur Infrastrutturali billi jikkunsidra l-istandards nazzjonali jew dawk Ewropej u r-rekwiżiti tas-servizz tal-enerġija.

F’din is-STI mhija meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-konformità.

4.2.11.   Il-kompatibilità elettromanjetika esterna

Il-kompatibilità elettromanjetika esterna mhix karatteristika speċifika tan-netwerk ferrovjarju. L-installazzjonijiet għall-provvista tal-enerġija għandhom ikunu konformi mar-Rekwiżiti Essenzjali tad-Direttiva 2004/108/KE dwar il-kompatibilità elettromanjetika.

F’din is-STI mhija meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-konformità.

4.2.12.   Il-protezzjoni tal-ambjent

Il-protezzjoni tal-ambjent hija koperta minn leġiżlazzjoni Ewropea oħra dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent.

F’din is-STI mhija meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-konformità.

4.2.13.   Il-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli

Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata biex tintuża mill-pantografi bil-ġeometrija tar-ras speċifikata fil-klawżola 4.2.8.2.9.2 tas-STI LOC&PAS CR.

L-għoli tal-wajer ta’ kuntatt, il-gradjent tal-wajer ta’ kuntatt b’relazzjoni għall-binarju u d-devjazzjoni laterali tal-wajer ta’ kuntatt taħt l-azzjoni ta’ riħ inkroċjat ilkoll jirregolaw l-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju.

4.2.13.1.   L-għoli tal-wajer ta’ kuntatt

L-għoli nominali tal-wajer ta’ kuntatt għandu jkun ta’ bejn 5,00 u 5,75 m. Għar-relazzjoni bejn l-għolijiet tal-wajers ta’ kuntatt u l-għolijiet operattivi tal-pantografi ara l-Figura 1 tal-EN50119:2009.

L-għoli tal-wajer ta’ kuntatt jista’ jkun iktar baxx f’każijiet relatati ma’ qies standard (bħal pontijiet jew mini). L-għoli minimu tal-wajer ta’ kuntatt għandu jkun ikkalkolat skont il-klawżola 5.10.4 tal-EN50119:2009.

Il-wajer ta’ kuntatt jista’ jkun ogħla f’każijiet bħal qsim invell, żoni ta’ tagħbija eċċ. F’dawn il-każijiet, l-għoli massimu tal-wajer ta’ kuntatt skont id-disinn m’għandux ikun ikbar minn 6.20 m.

Filwaqt li jiġu kkunsidrati t-tolleranzi u l-irfigħ ’il fuq (uplift), skont il-Figura 1 tal-EN50119:2009, l-għoli massimu tal-wajer ta’ kuntatt m’għandux ikun ikbar minn 6.50 m.

L-għoli nominali tal-wajer ta’ kuntatt għandu jkun elenkat fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).

4.2.13.2.   Il-varjazzjoni fl-għoli tal-wajer ta’ kuntatt

Il-varjazzjoni fl-għoli tal-wajer ta’ kuntatt għandha tissodisfa r-rekwiżiti imposti mill-klawżola 5.10.3 tal-EN50119:2009.

Il-gradjent tal-wajer ta’ kuntatt speċifikat fil-klawżola 5.10.3 tal-EN50119:2009 jista’ jinqabeż b’mod eċċezzjonali fejn sensiela ta’ restrizzjonijiet għall-għoli tal-wajer ta’ kuntatt, bħal qsim invell, pontijiet jew mini, jipprevjenu l-konformità; f’dan il-każ, meta jiġu applikati r-rekwiżiti tal-klawżola 4.2.16., għandu jkun hemm konformità biss mar-rekwiżit relatat mal-forza massima ta’ kuntatt.

4.2.13.3.   Id-devjazzjoni laterali

Id-devjazzjoni laterali massima permissibbli tal-wajer ta’ kuntatt perpendikulari għal-linja ċentrali tal-binarju skont id-disinn taħt l-azzjoni ta’ riħ inkroċjat qed tingħata fit-Tabella 4.2.13.3.

Tabella 4.2.13.3

Id-devjazzjoni laterali massima

Tul tal-pantografu

Devjazzjoni laterali massima

1 600  mm

0,40 m

1 950  mm

0,55 m

Il-valuri għandhom ikunu aġġustati sabiex ikunu kkunsidrati l-moviment tal-pantografu u t-tolleranzi tal-binarju skont l-Anness E.

Fil-każ ta’ binarju b’linji ferrovjarji multipli, ir-rekwiżit għandu jkun issodisfat għal kull par linji ferrovjarji (iddisinjati sabiex jiġu operati bħala binarju separat) li jkun hemm il-ħsieb li jiġi vvalutat skont is-STI.

Il-profili tal-pantografi li jitħallew joperaw f’din ir-rotta għandhom jiġu elenkati fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).

4.2.14.   Il-qies standard tal-pantografu

L-ebda parti mis-subsistema tal-enerġija m’għandha tidħol fil-qies standard tal-pantografu kinematiku mekkaniku (ara l-Figura E.2 tal-Anness E) ħlief għall-wajer ta’ kuntatt u għall-isteady arm.

Il-qies standard tal-pantografu kinematiku mekkaniku għal-linji interoperabbli jiġi ddeterminat billi jintuża l-metodu muri fil-klawżola E.2 tal-Anness E u permezz tal-profili tal-pantografi ddefiniti fil-klawżola 4.2.8.2.9.2 tas-STI LOC&PAS CR.

Dan il-qies standard għandu jiġi kkalkolat billi jintuża l-metodu kinematiku, bil-valuri li ġejjin:

għax-xengila tal-pantografu - epu – ta’ 0,110 m fl-għoli iktar baxx ta’ verifika - h'u ≤ 5,0 m u

għax-xengila tal-pantografu - epo - of 0,170 m fl-għoli iktar għoli ta’ verifika – h'o – 6,5 m,

skont il-klawżola E.2.1.4 tal-Anness E u valuri oħrajn skont il-klawżola E.3 tal-Anness E.

4.2.15.   Il-forza medja ta’ kuntatt

Il-forza medja ta’ kuntatt Fm hija l-valur medju statistiku tal-forza ta’ kuntatt. Fm tiġi fformata mill-komponenti statiċi, dinamiċi u aerodinamiċi tal-forza ta’ kuntatt tal-pantografu.

Il-forza statika ta’ kuntatt tiġi ddefinita fil-klawżola 7.1 tal-EN50367:2006. Il-meded ta’ Fm għal kull waħda mis-sistemi ta’ provvista tal-enerġija huma ddefiniti fit-Tabella 4.2.15.

Tabella 4.2.15

Il-meded tal-forza medja ta’ kuntatt

Sistema ta’ provvista

Fm sa 200 km/h

Kurrent alternat (AC)

60 N < Fm< 0.00047*v2 + 90 N

Kurrent dirett (DC) ta’ 3 kV

90 N < Fm< 0.00097*v2 + 110 N

Kurrent dirett (DC) ta’ 1.5 kV

70 N < Fm< 0.00097*v2 + 140 N

fejn [Fm] = forza medja ta’ kuntatt f’N u [v] = veloċità f’km/h.

Skont il-klawżola 4.2.16, il-linji ta’ kuntatt fl-għoli għandhom ikunu ddisinjati sabiex ikunu jistgħu jsostnu din il-kurva ta’ forza ta’ limitu ta’ fuq mogħtija fit-Tabella 4.2.15.

4.2.16.   L-imġiba dinamika u l-kwalità tal-ġbir tal-kurrent

Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata skont ir-rekwiżiti għal imġiba dinamika. L-irfigħ ’il fuq tal-wajer ta’ kuntatt bil-veloċità skont id-disinn għandu jkun konformi mal-istipulazzjonijiet fit-Tabella 4.2.16.

Il-kwalità tal-ġbir tal-kurrent għandha impatt fundamentali fuq il-perjodu ta’ użu (life) ta’ wajer ta’ kuntatt u, għalhekk, għandha tkun konformi ma’ parametri miftiehma u li jistgħu jitkejlu.

Il-konformità mar-rekwiżiti dwar l-imġiba dinamika għandha tkun ivverifikata permezz ta’ valutazzjoni ta’:

L-irfigħ ’il fuq tal-wajer ta’ kuntatt

u jew

Il-forza medja ta’ kuntatt Fm u d-devjazzjoni standard σmax

jew

Perċentwali tal-arkjar (arcing)

L-Entità Kontraenti għandha tiddikjara l-metodu li għandu jintuża għal verifika. Il-valuri li għandhom jintlaħqu bil-metodu magħżul huma stabbiliti fit-Tabella 4.2.16.

Tabella 4.2.16

Ir-rekwiżiti għall-imġiba dinamika u għall-kwalità tal-ġbir tal-kurrent

Rekwiżit

Għal v> 160 km/h

Għal v ≤ 160 km/h

Spazju għall-irfigħ ’il fuq tal-isteady arm

2S 0

Forza medja ta’ kuntatt F m

Ara l-klawżola 4.2.15

Devjazzjoni standard fil-veloċità massima tal-linja σ max (N)

0.3F m

Perċentwali tal-arkjar fil-veloċità massima tal-linja, NQ (%) (tul minimu ta’ ark 5 ms)

≤ 0.1 għal sistemi ta’ kurrent alternat (AC)

≤ 0.2 għal sistemi ta’ kurrent dirett (DC)

≤ 0,1

Għal definizzjonijiet, valuri u metodi ta’ test irreferi għall-EN50317:2002 u għall-EN50318:2002.

S0 hija l-irfigħ ’il fuq ikkalkolat, simulat jew imkejjel tal-wajer ta’ kuntatt fl-isteady arm, iġġenerat f’kundizzjonijiet operattivi normali b’pantografu wieħed jew iktar b’forza medja ta’ kuntatt Fm fil-veloċità massima tal-linja. Meta l-irfigħ ’il fuq tal-isteady arm ikun limitat fiżikament minħabba d-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli, huwa permissibbli li l-ispazju meħtieġ jitnaqqas għal 1.5 S0 (irreferi għall-klawżola 5.10.2 tal-EN50119:2009).

Il-forza massima (Fmax) f’rotta miftuħa ġeneralment tkun fil-medda ta’ Fm flimkien ma’ tliet devjazzjonijiet standard σmax; jista’ jkun hemm valuri ogħla f’postijiet partikolari u dawn ingħataw fit-Tabella 4 tal-klawżola 5.2.5.2 tal-EN50119:2009.

Għal komponenti riġidi, bħal iżolaturi tas-sezzjonijiet f’sistemi ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli, il-forza ta’ kuntatt tista’ tiġi miżjuda sa massimu ta’ 350 N.

4.2.17.   L-ispazjar tal-pantografi

Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata għal minimu ta’ żewġ pantografi li joperaw biswit xulxin, b’linja ċentrali ta’ spazjar minimu għal-linja ċentrali tar-ras tal-pantografu kif inhu stabbilit fit-Tabella 4.2.17:

Tabella 4.2.17

L-ispazjar tal-pantografi

Veloċità operattiva

(km/h)

Distanza minima tal-kurrent alternat (AC)

(m)

Distanza minima tal-kurrent dirett (DC) ta’ 3 kV

(m)

Distanza minima tal-kurrent dirett (DC) ta’ 1.5 kV

(m)

Tip

A

B

C

A

B

C

A

B

C

160 < v ≤ 200

200

85

35

200

115

35

200

85

35

120 < v ≤ 160

85

85

35

20

20

20

85

35

20

80 < v ≤ 120

20

15

15

20

15

15

35

20

15

v ≤ 80

8

8

8

8

8

8

20

8

8

Jekk ikun applikabbli, il-parametri li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C):

It-tip ta’ distanza skont id-disinn (A jew B jew C) għal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) skont it-Tabella 4.2.17.

L-ispazjar minimu bejn il-pantografi biswit xulxin inqas minn dak muri fit-Tabella 4.2.17.

In-numru ta’ pantografi iktar minn tnejn, li għalihom ġiet iddisinjata l-linja.

4.2.18.   Il-materjal tal-wajer ta’ kuntatt

Il-kombinazzjoni tal-materjal tal-wajer ta’ kuntatt u tal-materjal tal-istrixxa ta’ kuntatt għandha impatt qawwi fuq il-ħsara minħabba l-użu fuq iż-żewġ naħat.

Il-materjali permissibbli għall-wajers ta’ kuntatt huma r-ram u l-ligi tar-ram (ħlief il-ligi magħmula mir-ramm u mill-kadmju). Il-wajer ta’ kuntatt għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-klawżoli 4.1, 4.2 u 4.5 sa 4.7 (ħlief għat-Tabella 1) tal-EN50149:2001.

Għal-linji tal-kurrent alternat (AC), il-wajer ta’ kuntatt għandu jkun iddisinjat biex jippermetti l-użu ta’ strixxi ta’ kuntatt magħmula mill-karbonju sempliċi (klawżola 4.2.8.2.9.4.2 tas-STI LOC&PAS CR). Fejn l-Amministratur Infrastrutturali (IM) jaċċetta materjal ieħor għall-istrixxi ta’ kuntatt, dan għandu jitniżżel fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).

Għal-linji ta’kurrent dirett (DC), il-wajer ta’ kuntatt għandu jkun iddisinjat sabiex jaċċetta materjali għall-istrixxi ta’ kuntatt skont il-klawżola 4.2.8.2.9.4.2 tas-STI LOC&PAS CR.

4.2.19.   Is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet

Id-disinn tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet għandu jiżgura li l-ferroviji jistgħu jiċċaqilqu minn sezzjoni għal oħra biswitha mingħajr ma ssir konnessjoni bejn iż-żewġ fażijiet. Il-konsum tal-enerġija għandu jitniżżel għal żero skont il-klawżola 5.1 tal-EN50388:2005.

Għandhom ikunu pprovduti mezzi adegwati (ħlief għas-sezzjoni ta’ separazzjoni qasira fil-Figura F.1 tal-Anness F) sabiex ferrovija li titwaqqaf fis-sezzjoni ta’ separazzjoni tal-fażijiet tkun tista’ terġa’ tiġi startjata. Is-sezzjoni newtrali għandha tkun tista’ tiġi konnessa mas-sezzjonijiet biswitha permezz ta’ skonnetturi kkontrollati mill-bogħod.

Normalment, id-disinn tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni għandu jadotta soluzzjonijiet kif ġie deskritt fl-Anness A.1 għall-EN50367:2006 jew fl-Anness F għal din is-STI. Fejn tkun proposta soluzzjoni alternattiva, għandu jintwera li l-alternattiva tkun mill-inqas affidabbli daqs is-soluzzjoni oriġinali.

L-informazzjoni dwar id-disinn tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet u l-konfigurazzjoni permissibbli tal-pantografi mgħollijin ’il fuq għandha tkun ipprovduta fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).

4.2.20.   Is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi

4.2.20.1.   Ġenerali

Id-disinn tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistema għandu jiżgura li l-vetturi jistgħu jiċċaqilqu minn sistema ta’ provvista tal-enerġija waħda għal sistema ta’ provvista tal-enerġija differenti li tinsab biswitha mingħajr ma jsiru konnessjonijiet bejn iż-żewġ sistemi. Separazzjoni ta’ sistemi bejn sistema ta’ kurrent alternat (AC) u waħda ta’ kurrent dirett (DC) teħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali fir-return circuit kif ġie ddefinit fil-klawżola 6.1.1 tal-EN50122-2:1998.

Hemm żewġ metodi biex jiġu ttraversati s-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi:

a.

b’pantografu mgħolli u li jmiss il-wajer ta’ kuntatt,

a.

b’pantografu mbaxxi u li ma jmissx il-wajer ta’ kuntatt.

L-Amministraturi Infrastrutturali ġirien għandhom jiftiehmu dwar (a) jew (b) skont iċ-ċirkustanzi prevalenti. Il-metodu li għandu jiġi adottat għandu jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).

4.2.20.2.   Il-pantografi mgħollijin ’il fuq

Jekk is-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi jiġu ttraversati b’pantografi mgħollijin ’il fuq sal-wajer ta’ kuntatt, id-disinn funzjonali tagħhom huwa speċifikat kif ġej:

il-ġeometrija tal-elementi differenti tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha twaqqaf lill-pantografi milli jikkawżaw xi xort jew jagħmlu konnessjoni bejn iż-żewġ sistemi tal-enerġija.

għandhom jittieħdu miżuri fis-subsistema tal-enerġija sabiex ikun evitat li jsiru konnessjonijiet bejn iż-żewġ sistemi ta’ provvista tal-enerġija biswit xulxin jekk is-salvavita(i) ta’ abbord ma taħdimx (jaħdmux),

il-varjazzjoni fl-għoli tal-wajer ta’ kuntatt tul is-sezzjoni ta’ separazzjoni kollha għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-klawżola 5.10.3 tal-EN50119:2009.

L-arranġamenti għall-pantografi li jitħallew jittraversaw is-separazzjoni tas-sistemi b’pantografi mgħollin ’il fuq għandhom ikunu pprovduti fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).

4.2.20.3.   Il-pantografi mbaxxija

Din il-possibilità għandha tingħażel jekk il-kundizzjonijiet tal-operazzjoni bil-pantografi mgħollijin ’il fuq ma jistgħux jiġu sodisfatti.

Jekk sezzjoni ta’ separazzjoni tas-sistemi tiġi ttraversata bil-pantografi mbaxxija, għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tevita li ssir konnessjoni minn pantografu li aċċidentalment ikun mgħolli ’l fuq. Għandu jkun ipprovdut tagħmir ħalli, jekk pantografu jibqa’ mgħolli, iż-żewġ sistemi ta’ provvista tal-enerġija jintfew, eż. bl-iskoperta ta’ xort.

4.2.21.   It-tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika

Kif ġie speċifikat fil-klawżola 2.1 ta’ din is-STI, ir-rekwiżiti għat-tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika ta’ abbord huma stabbiliti fis-STI LOC&PAS CR. Jekk jiġi installat tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika, dan għandu jkun kompatibbli mal-klawżola 4.2.8.2.8 tas-STI LOC&PAS CR.

Dan it-tagħmir jista' jintuża għal finjiet ta’ kontijiet, u d-dejta li jagħti għandha tiġi aċċettata għall-ikkuntjar mill-Istati Membri kollha.

4.3.   L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-interfaces

4.3.1.   Ir-rekwiżiti ġenerali

Mill-perspettiva tal-kompatibilità teknika, l-interfaces huma elenkati fl-ordni tas-subsistemi kif ġej: vetturi ferrovjarji, infrastruttura, kontroll u kmand u sinjalazzjoni, operat u mmaniġġar tat-traffiku. Dawn jinkludu wkoll indikazzjonijiet rigward s-STI tas-sikurezza fil-mini ferrovjarji (STI SRT).

4.3.2.   Il-Lokomotivi u l-Vetturi Ferrovjarji għall-Passiġġieri

STI ENE CR

STI LOC&PAS CR

Parametru

Klawżola

Parametru

Klawżola

Vultaġġ u frekwenza

4.2.3

Operazzjoni fil-medda ta’ vultaġġi u ta’ frekwenzi

4.2.8.2.2

Kurrent massimu tal-ferrovija

4.2.4.1

Enerġija u kurrent massimi minn linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL)

4.2.8.2.4

Fattur tal-enerġija tal-ferroviji

4.2.4.2

Fattur tal-enerġija

4.2.8.2.6

Kapaċità tal-kurrent, sistemi ta’ kurrent dirett (DC), ferroviji weqfin

4.2.6

Kurrent massimu meta l-ferroviji jkunu weqfin għas-sistemi ta’ kurrent dirett (DC)

4.2.8.2.5

Ibbrejkjar riġenerattiv

4.2.7

Brejk riġenerattiv b’enerġija lil-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL)

4.2.8.2.3

Arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika

4.2.8

Protezzjoni elettrika tal-ferrovija

4.2.8.2.10

Armonija u effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC)

4.2.9

Disturbi fl-enerġija tas-sistema għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC)

4.2.8.2.7

Ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli

4.2.13

Medda ta’ ħidma fl-għoli tal-pantografu

4.2.8.2.9.1

Ġeometrija tar-ras tal-pantografu

4.2.8.2.9.2

Qies standard tal-pantografu

4.2.14

Ġeometrija tar-ras tal-pantografu

4.2.8.2.9.2

Tiqjis standard (gauging)

4.2.3.1

Forza medja ta’ kuntatt

4.2.15

Forza statika ta’ kuntatt tal-pantografu

4.2.8.2.9.5

Forza ta’ kuntatt u mġiba dinamika tal-pantografu

4.2.8.2.9.6

Imġiba dinamika u kwalità tal-ġbir tal-kurrent

4.2.16

Forza ta’ kuntatt u mġiba dinamika tal-pantografu

4.2.8.2.9.6

Spazjar tal-pantografi

4.2.17

Arranġamenti tal-pantografi

4.2.8.2.9.7

Materjal tal-wajer ta’ kuntatt

4.2.18

Materjal tal-istrixxi ta’ kuntatt

4.2.8.2.9.4.2

Sezzjonijiet ta’ separazzjoni:

 

Passaġġ minn sezzjoni ta’ separazzjoni ta’ fażijiet jew ta’ sistemi

4.2.8.2.9.8

sistema

4.2.19

ta’ fażijiet

4.2.20

Tagħmir għall-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika

4.2.21

Funzjoni tal-kejl tal-konsum tal-enerġija

4.2.8.2.8

4.3.3.   L-Infrastruttura

STI ENE CR

STI INF CR

Parametru

Klawżola

Parametru

Klawżola

Qies standard tal-pantografi

4.2.14

Qies minimu tal-istrutturi (structure gauge)

4.2.4.1

Miżuri ta’ protezzjoni ta’:

 

Protezzjoni minn xokk tal-elettriku

4.2.11.3

is-sistema tal-linji ta’ kuntatt fl-għoli (OCL)

4.7.3

return circuit tal-kurrent

4.7.4

4.3.4.   Il-Kmand tal-Kontroll u s-Sinjalazzjoni

L-interface għall-kontroll tal-enerġija fis-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet u tas-sistemi huwa interface bejn is-subsistema tal-enerġija u s-subsistema tal-vetturi ferrovjarji. Madankollu, huwa kkontrollat permezz tas-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni u konsegwentement l-interface huwa speċifikat fis-STI CCS CR u fis-STI LOC&PAS CR.

Peress li l-kurrenti armoniċi ġġenerati mill-vetturi ferrovjarji jaffetwaw is-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni permezz tas-subsistema tal-enerġija, dan is-suġġett huwa ttrattat fis-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni.

4.3.5.   L-Operat u l-Immaniġġar tat-Traffiku

L-Amministratur Infrastrutturali huwa meħtieġ li jkollu sistemi stabbiliti sabiex jikkomunika mal-Impriżi Ferrovjarji.

STI ENE CR

STI OPE CR

Parametru

Klawżola

Parametru

Klawżola

Ġestjoni tal-provvista tal-enerġija

4.4.2

Deskrizzjoni tal-linja u tat-tagħmir rilevanti maġenb il-linja assoċjat mal-linji li qed isir xogħol fihom

4.2.1.2.2

Is-sewwieq jiġi informat f’ħin reali

4.2.1.2.3

Twettiq ta’ xogħlijiet

4.4.3

Elementi mmodifikati

4.2.1.2.2.2

4.3.6.   Is-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji

STI ENE CR

SRT STI

Parametru

Klawżola

Parametru

Klawżola

Kontinwità tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ disturbi fil-mini

4.2.5

Segmentazzjoni tal-linja fl-għoli jew tal-linji ferrovjarji kondutturi

4.2.3.1

4.4.   Ir-regoli operattivi

4.4.1.   Introduzzjoni

Sabiex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali tal-Kapitolu 3, ir-regoli operattivi speċifiċi għas-subsistema kkonċernata minn din is-STI huma kif ġej:

4.4.2.   Il-ġestjoni tal-provvista tal-enerġija

4.4.2.1.   Il-ġestjoni tal-provvista tal-enerġija f’kundizzjonijiet normali

F’kundizzjonijiet normali, sabiex ikun hemm konformità mal-klawżola 4.2.4.1, il-kurrent massimu permissibbli tal-ferrovija m’għandux jeċċedi l-valur inkluż fir-Reġistru tal-Infrastruttura (ara l-Anness C).

4.4.2.2.   Il-ġestjoni tal-provvista tal-enerġija f’kundizzjonijiet anormali

F’kundizzjonijiet anormali, il-kurrent massimu permissibbli tal-ferrovija (ara l-Anness C) jista’ jkun iktar baxx. L-Amministratur Infrastrutturali għandu jinforma lill-Impriżi Ferrovjarji bil-varjazzjoni.

4.4.2.3.   Il-ġestjoni tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ periklu

L-Amministratur Infrastrutturali għandu jimplimenta proċeduri sabiex f’emerġenza l-provvista tal-enerġija tkun ġestita b’mod adegwat. L-Impriżi Ferrovjarji li joperaw u l-kumpaniji li jaħdmu fuq il-linja għandhom jagħtu informazzjoni rigward il-miżuri temporanji, il-lokalità ġeografika fejn jinsabu, in-natura u il-mezzi ta’ sinjalazzjoni tagħhom. Ir-responsabilità għall-ertjar għandha tkun iddefinita fil-pjan ta’ emerġenza li għandu jinkiteb mill-Amministratur Infrastrutturali. Il-valutazzjoni tal-konformità għandha ssir billi tiġi kkontrollata l-eżistenza tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, tal-istruzzjonijiet, tal-proċeduri u tal-apparati li għandhom jintużaw f’emerġenza.

4.4.3.   It-twettiq tax-xogħlijiet

F’ċerti sitwazzjonijiet li jinvolvu xogħlijiet ippjanati minn qabel, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li l-ispeċifikazzjonijiet tas-subsistema tal-enerġija u tal-kostitwenti tal-interoperabilità tagħha, iddefiniti fil-Kapitoli 4 u 5 tas-STI, jiġu sospiżi temporanjament. F’dan il-każ, l-Amministratur Infrastrutturali għandu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet operattivi eċċezzjonali xierqa li jkunu meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sikurezza.

Id-dispożizzjonijiet ġenerali li ġejjin japplikaw:

il-kundizzjonijiet operattivi eċċezzjonali li ma jkunux konformi mas-STI għandhom ikunu temporanji u ppjanati,

l-impriżi ferrovjarji li joperaw u l-kumpaniji li jaħdmu fuq il-linja għandhom jagħtu informazzjoni rigward dawn l-eċċezzjonjiet temporanji, il-lokalità ġeografika tagħhom, in-natura u l-mezzi ta’ indikazzjoni tagħhom.

4.5.   Ir-regoli għall-manutenzjoni

Il-karatteristiċi speċifikati tas-sistema ta’ provvista tal-enerġija (inklużi s-substazzjonijiet u l-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet) u l-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandhom jiġu sostnuti matul il-perjodu ta’ użu tagħhom.

Għandu jiġi ppreparat pjan ta’ manutenzjoni sabiex ikun żgurat li l-karatteristiċi speċifikati tas-subsistema tal-enerġija meħtieġa sabiex tkun żgurata l-interoperabilità jkunu sostnuti fil-limiti speċifikati. Il-pjan ta’ manutenjoni għandu jinkludi, b’mod partikolari, id-deskrizzjoni tal-kompetenzi professjonali għall-persunal u tat-tagħmir tas-sikurezza protettiva personali li għandu jintuża minnu.

Il-proċeduri ta’ manutenzjoni m’għandhomx jiżgradaw miżuri ta’ sikurezza bħall-kontinwità tar-return circuit tal-kurrent, il-limitu għall-vultaġġi għoljin wisq u l-iskoperta ta’ xi xort.

4.6.   Il-kwalifiki professjonali

L-Amministratur Infrastrutturali (IM) huwa responsabbli mill-kwalifiki professjonali u mill-kompetenza tal-persunal li jopera u jikkontrolla s-subsistema tal-enerġija; l-Amministratur Infrastrutturali (IM) irid jiżgura ruħu li l-proċessi għall-valutazzjoni tal-kompetenza huma ddokumentati b’mod ċar. Ir-rekwiżiti tal-kompetenzi għall-manutenzjoni tas-subsistema tal-enerġija għandhom jiġu elenkati b’mod dettaljat fil-pjan ta’ manutenzjoni (ara l-klawżola 4.5).

4.7.   Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza

4.7.1.   Introduzzjoni

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza tal-persunal meħtieġa għall-operazzjoni u għall-manutenzjoni tas-subsistema tal-enerġija u għall-implimentazzjoni tas-STI ġew deskritti fil-klawżoli li ġejjin.

4.7.2.   Il-miżuri ta’ protezzjoni tas-substazzjonijiet u tal-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet

Is-sikurezza elettrika tas-sistemi ta’ provvista tal-enerġija tat-trazzjoni għandha tinkiseb billi dawn l-installazzjonijiet jiġu ddisinjati u ttestjati skont il-klawżoli 8 (ħlief ir-referenza għall-EN50179) u 9.1 tal-EN50122-1:1997. Is-substazzjonijiet u l-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet għandhom jiġu imbarrati kontra aċċess mhux awtorizzat.

L-ertjar tas-substazzjonijiet u tal-postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet għandu jkun integrat fis-sistema ġenerali tal-ertjar matul ir-rotta.

Għal kull installazzjoni, għandu jintwera li r-return circuits tal-kurrent u l-kondutturi tal-ertjar ikunu adegwati skont l-eżami tad-disinn. Għandu jintwera li l-miżuri għall-protezzjoni minn xokk elettriku u l-potenzjal tal-linji ferrovjarji, kif ġew iddisinjati, ġew installati.

4.7.3.   Il-miżuri ta’ protezzjoni tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli

Is-sikurezza elettrika tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli u l-protezzjoni minn xokk elettriku għandhom jinkisbu b’konformità mal-klawżola 4.3 tal-EN50119:2009 u mal-klawżoli 4.1, 4.2, 5.1, 5.2 u 7 tal-EN50122-1:1997, ħlief għar-rekwiżiti rigward il-konnessjonijiet għaċ-ċirkwiti tal-binarji.

Il-miżuri għall-ertjar tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli għandhom jiġu integrati fis-sistema ġenerali tal-ertjar matul ir-rotta.

Għall kull installazzjoni, għandu jintwera li l-kondutturi tal-ertjar huma adegwati, skont l-eżami tad-disinn. Għandu jintwera li l-miżuri għall-protezzjoni minn xokk elettriku u l-potenzjal tal-linji ferrovjarji, kif ġew iddisinjati, ġew installati.

4.7.4.   Il-miżuri ta’ protezzjoni tar-return circuit tal-kurrent

Is-sikurezza elettrika u l-funzjonalità tar-return circuit tal-kurrent għandhom jinkisbu billi dawn l-installazzjonijiet jiġu ddisinjati skont il-klawżoli 7 u 9.2 sa 9.6 tal-EN50122-1:1997, (ħlief ir-referenza għall-EN 50179).

Għal kull installazzjoni għandu jintwera li r-return circuits tal-kurrent huma adegwati, skont l-eżami tad-disinn. Għandu jintwera wkoll li l-miżuri għall-protezzjoni minn xokk elettriku u l-potenzjal tal-linji ferrovjarji, kif ġew iddisinjati, ġew installati.

4.7.5.   Rekwiżiti ġenerali oħrajn

Minbarra l-klawżoli 4.7.2 sa 4.7.4 u r-rekwiżiti speċifikati fil-pjan ta’ manutenzjoni (ara l-klawżola 4.5), għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex ikunu żgurati s-saħħa u s-sikurezza għall-persunal tal-manutenzjoni u tal-operazzjonijiet, skont ir-regolamenti Ewropej u r-regolamenti nazzjonali li jkunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni Ewropea.

4.7.6.   L-Ilbies Li Jidher Ħafna

Il-persunal involut fil-manutenzjoni tas-subsistema tal-enerġija, meta jkun qed jaħdem fuq jew qrib il-binarju, għandu jilbes ilbies li jirrifletti, li jkollu fuqu l-marka CE (u għalhekk jissodisfa d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill [89/686/KEE] tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet [tal]-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (1).

4.8.   Ir-Reġistru tal-Infrastruttura u r-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati

4.8.1.   Introduzzjoni

Skont l-Artikoli 33 u 35 tad-Direttiva 2008/57/KE, kull STI għandha tindika eżattament l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati u fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.8.2.   Ir-Reġistru tal-Infrastruttura

L-Anness C għal din is-STI jindika liema informazzjoni rigward is-subsistema tal-enerġija għandha tkun inkluża fir-Reġistru tal-Infrastruttura. Fil-każijiet kollha, meta kwalunkwe parti mis-subsistema tal-enerġija jew is-subsistema kollha ssir konformi ma’ din is-STI, għandha ssir annotazzjoni fir-Reġistru tal-Infrastruttura kif ġie indikat fl-Anness C u fil-klawżola rilevanti fil-Kapitoli 4 u 7.5 (każijiet speċifiċi).

4.8.3.   Ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati

L-Anness D għal din is-STI jindika liema informazzjoni rigward is-subsistema tal-enerġija għandha tkun inkluża fir-reġistru Ewropew tat-tip ta’ vetturi awtorizzati.

5.   IL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ

5.1.   Lista ta’ kostitwenti

Il-kostitwenti tal-interoperabilità huma koperti mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2008/57/KE u, sa fejn għandha x’taqsam is-subsistema tal-enerġija, huma elenkati hawn taħt.

Linja ta’ kuntatt fl-għoli

:

Il-Kostitwent tal-Interoperabilità “linja ta’ kuntatt fl-għoli” jikkonsisti fil-komponenti elenkati iktar ’l isfel li għandhom jiġu installati f’subsistema tal-enerġija, u r-regoli assoċjati tad-disinn u tal-konfigurazzjoni.

Il-komponenti ta’ linja ta’ kuntatt fl-għoli huma arranġament ta’ wajer(s) sospiż(i) fuq il-linja ferrovjarja għall-provvista tal-elettriku lill-ferroviji elettriċi, flimkien mat-tagħmir (fittings) assoċjat, mal-iżolaturi mqiegħda f’linja u ma’ aċċessorji oħrajn inklużi l-alimentaturi u l-jumpers (wajers qosra użati biex jagħmlu jew jiksru ċirkwit). Dan kollu jitqiegħed fuq il-limitu ta’ fuq tal-qies standard tal-vettura, biex il-vetturi jkunu pprovduti b’enerġija elettrika permezz tal-pantografi.

Il-komponenti ta’ sostenn bħall-klejjeb, l-arbli u s-sisien, il-kondutturi bir-ritorn, l-alimentaturi awtotrasformaturi, is-swiċċijiet u iżolaturi oħrajn mhumiex parti mill-kostitwent tal-interoperabilità “linja ta’ kuntatt fl-għoli”. Dawn huma koperti mir-rekwiżiti tas-subsistema sa fejn għandha x’taqsam l-interoperabilità.

Il-valutazzjoni tal-konformità għandha tkopri l-fażijiet u l-karatteristiċi kif ġie indikat fil-klawżola 6.1.3 u b’X fit-Tabella A.1 tal-Anness A għal din is-STI.

5.2.   Il-prestazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kostitwenti

5.2.1.   Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli

5.2.1.1.   Il-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL)

Id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandu jkun konformi mal-klawżola 4.2.13.

5.2.1.2.   Il-forza medja ta’ kuntatt

Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata permezz tal-forza medja ta’ kuntatt F m stipulata fil-klawżola 4.2.15.

5.2.1.3.   L-imġiba dinamika

Ir-rekwiżiti għall-imġiba dinamika tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli huma stabbiliti fil-klawżola 4.2.16

5.2.1.4.   L-ispazju għall-irfigħ ’il fuq

Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata biex tipprovdi l-ispazju meħtieġ għall-irfigħ ’il fuq kif inhu stabbilit fil-klawżola 4.2.16

5.2.1.5.   Id-disinn għall-ispazjar tal-pantografi

Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata għal spazjar tal-pantografi kif ġie speċifikat fil-klawżola 4.2.17.

5.2.1.6.   Il-kurrent meta l-ferrovija tkun wieqfa

Għas-sistemi ta’ kurrenti dirett (DC), il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata għar-rekwiżiti stabbiliti fil-klawżola 4.2.6.

5.2.1.7.   Il-materjal tal-wajer ta’ kuntatt

Il-materjal tal-wajer ta’ kuntatt għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-klawżola 4.2.18.

6.   IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ U L-VERIFIKA TAL-KE TAS-SUBSISTEMI

6.1.   Il-Kostitwenti tal-Interoperabilità

6.1.1.   Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbilità, kif ġew iddefiniti fil-Kapitolu 5 ta’ din is-STI, għandhom jitwettqu bl-applikazzjoni tal-moduli rilevanti.

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni għal rekwiżiti partikolari għal kostitwent tal-interoperabilità huma stabbiliti fil-klawżola 6.1.4

6.1.2.   L-applikazzjoni tal-moduli

Għandhom jintużaw il-moduli għall-valutazzjoni tal-konformità tal-interoperabilità li ġejjin:

CA

Kontroll intern tal-produzzjoni

CB

Eżami tat-tip tal-KE

CC

Konformità skont it-tip ibbażata fuq kontroll intern tal-produzzjoni

CH

Konformità bbażata fuq sistema sħiħa ta’ ġestjoni tal-kwalità

CH1

Konformità bbażata fuq sistema sħiħa ta’ ġestjoni tal-kwalità flimkien ma’ eżami tad-disinn

Tabella 6.1.2

Il-moduli għall-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu applikati għall-Kostitwenti tal-Interoperabbilità (IC)

Proċeduri

Moduli

Imqiegħda fuq is-suq tal-UE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din is-STI

CA jew CH

Imqiegħda fuq is-suq tal-UE wara d-dħul fis-seħħ ta’ din is-STI

CB+CC jew CH1

Il-moduli għall-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità għandhom jingħażlu minn dawk murija fit-Tabella 6.1.2.

Fil-każ ta’ prodotti mqiegħda fuq is-suq qabel il-pubblikazzjoni ta’ din is-STI, it-tip jiġi kkunsidrat bħala li kien approvat u għalhekk l-eżami tat-tip tal-KE (modulu CB) m’hemmx għalfejn issir, sakemm il-manifattur juri li t-testijiet u l-verifika tal-kostitwenti tal-interoperabbilità ġew ikkunsidrati bħala li rnexxew għall-applikazzjonijiet preċedenti f’kundizzjonijiet komparabbli u huma f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din is-STI. F’dan il-każ, dawn il-valutazzjonijiet għandhom jibqgħu validi fl-applikazzjoni l-ġdida. Jekk ma jkunx possibbli li jintwera li s-soluzzjoni tkun ġiet ipprovata b’mod pożittiv fl-imgħoddi, għandha tapplika l-proċedura għall-Kostitwenti tal-Interoperabilità (IC) imqiegħda fuq is-suq tal-UE wara l-pubblikazzjoni ta’ din is-STI.

6.1.3.   Is-soluzzjonijiet innovattivi għall-Kostitwenti tal-Interoperabilità

Jekk tiġi proposta soluzzjoni innovattiva għal kostitwent tal-interoperabilità, kif ġie ddefinit fil-klawżola 5.2, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jiddikjara d-devjazzjonijiet mill-klawżola rilevanti ta’ din is-STI u jressaqhom quddiem il-Kummissjoni biex jiġu analizzati.

F’każ li l-analiżi tirriżulta f’opinjoni favorevoli, l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interface għall-kostitwent xierqa u l-metodu ta’ valutazzjoni xieraq għandhom ikunu żviluppati taħt l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni.

L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interface u l-metodi ta’ valutazzjoni xierqa li jiġu prodotti b’dan il-mod għandhom ikunu inkorporati fis-STI bil-proċess ta’ reviżjoni.

Bin-notifika ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, meħuda skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva, is-soluzzjoni innovattiva tista’ titħalla tintuża qabel ma tkun inkorporata fis-STI bil-proċess ta’ reviżjoni.

6.1.4.   Il-proċedura ta’ valutazzjoni partikolari għall-Kostitwent tal-Interoperabilità – il-Linja ta’ Kuntatt fl-Għoli (OCL)

6.1.4.1.   Il-valutazzjoni tal-imġiba dinamika u tal-kwalità tal-ġbir tal-kurrent

Il-valutazzjoni tal-imġiba dinamika u tal-kwalità tal-ġbir tal-kurrent tinvolvi l-linja ta’ kuntatt fl-għoli (is-subsistema tal-enerġija) u l-pantografu (is-subsistema tal-vetturi ferrovjarji).

Disinn ġdid ta’ linja ta’ kuntatt fl-għoli għandu jkun ivvalutat b’simulazzjoni skont l-EN50318:2002 u bil-kejl ta’ sezzjoni għat-test tad-disinn il-ġdid skont l-EN50317:2002.

Għall-finijiet ta’ simulazzjoni u ta’ analiżi tar-riżultati, għandhom jiġu kkunsidrati karatteristiċi rappreżentattivi (pereżempju mini, crossovers (postijiet minn fejn wieħed jista’ jaqsam għal post ieħor), sezzjonijiet newtrali eċċ.).

Is-simulazzjonijiet għandhom isiru billi jintużaw mill-inqas żewġ tipi differenti ta’ pantografi li jkunu konformi (2) mas-STI għall-veloċità (3) xierqa u sistema ta’ provvista, sal-veloċità skont id-disinn tal-Kostitwent tal-Interoperabilità propost – il-linja ta’ kuntatt fl-għoli.

Huwa permess li s-simulazzjoni ssir billi jintużaw tipi ta’ pantografu li għadhom qed jiksbu ċ-ċertifikazzjoni ta’ Kostitwent tal-Interoperabilità (IC), sakemm dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra tas-STI LOC&PAS CR.

Is-simulazzjoni għandha ssir għal pantografu wieħed u għal pantografi multipli bi spazjar skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-klawżola 4.2.17.

Sabiex tkun aċċettabbli, il-kwalità tal-ġbir simulat tal-kurrent għandha tkun skont il-klawżola 4.2.16 għall-irfigħ ’il fuq, għall-forza medja ta’ kuntatt u għad-devjazzjoni standard għal kull wieħed mill-pantografi.

Jekk ir-riżultati tas-simulazzjoni jkunu aċċettabbli, għandu jsir test dinamiku fis-sit b’sezzjoni rappreżentattiva tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli l-ġdida.

Għat-test fis-sit li ssemma iktar ’il fuq, wieħed miż-żewġ tipi ta’ pantografu magħżula għas-simulazzjoni għandu jiġi installat fuq vettura ferrovjarja li tippermetti l-veloċità xierqa fis-sezzjoni rappreżentattiva.

It-testijiet għandhom isiru mill-inqas għall-arranġamenti tal-agħar każ tal-pantografi derivati mis-simulazzjonijiet u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-klawżola 4.2.17.

Kull pantografu għandu jipproduċi forza medja ta’ kuntatt sal-veloċità prevista skont id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) li qed tiġi ttestjata kif meħtieġ mill-klawżola 4.2.15.

Sabiex tkun aċċettabbli, il-kwalità tal-ġbir imkejjel tal-kurrent għandha tkun skont il-klawżola 4.2.16 għall-irfigħ ’il fuq, u jew il-forza medja ta’ kuntatt u d-devjazzjoni standard jew perċentwali tal-arkjar.

Jekk id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli ttestjat jirnexxielu jgħaddi l-valutazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala konformi u jista’ jintuża fuq linji fejn il-karatteristiċi tad-disinn ikunu kompatibbli.

Il-valutazzjoni tal-imġiba dinamika u tal-kwalità tal-ġbir tal-kurrent għall-kostitwent tal-interoperabilità “il-pantografu” huma stabbiliti fil-klawżola 6.1.2.2.6 tas-STI LOC&PAS CR

6.1.4.2.   Il-valutazzjoni tal-kurrent meta l-ferrovija tkun wieqfa

Il-valutazzjoni tal-konformità għandha ssir skont l-Anness A.4.1 għall-EN50367:2006.

6.1.5.   Id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità tal-Kostitwenti tal-Interoperabilità

Skont il-klawżola 3 tal-Anness IV għad-Direttiva 2008/57/KE, id-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjoni tal-użu:

il-vultaġġ u l-frekwenza nominali;

il-veloċità massima skont id-disinn.

6.2.   Is-subsistema tal-enerġija

6.2.1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

Fuq talba tal-applikant, il-Korp Notifikat iwettaq il-verifika tal-KE skont l-Anness VI għad-Direttiva 2008/57/KE, u skont id-dispożizzjonijiet tal-moduli rilevanti.

Jekk l-applikant juri li t-testijiet jew il-verifiki ta’ subsistema tal-enerġija rnexxew għall-applikazzjonijiet preċedenti ta’ disinn f’ċirkustanzi simili, il-Korp Notifikat għandu jikkunsidra dawn it-testijiet u dawn il-verifiki għall-verifika tal-KE.

Il-proċeduri ta’ valutazzjoni għal rekwiżiti partikolari għal subsistema huma stabbiliti fil-klawżola 6.2.4

L-applikant għandu jikkompila d-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE għas-subsistema tal-enerġija skont l-Artikolu 18(1) ta’ u l-Anness V għad-Direttiva 2008/57/KE.

6.2.2.   L-applikazzjoni tal-moduli

Għall-proċedura ta’ verifika tal-KE tas-subsistema tal-enerġija, l-applikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jista’ jagħżel jew:

Il-Modulu SG: Verifika tal-KE bbażata fuq il-verifika ta’ unità, jew

Il-Modulu SH1: Verifika tal-KE bbażata fuq sistema sħiħa ta’ ġestjoni tal-kwalità flimkien ma’ eżami tad-disinn.

6.2.2.1.   L-applikazzjoni tal-Modulu SG

Fil-każ tal-Modulu SG, il-Korp Notifikat jista’ jikkunsidra l-evidenza tal-eżamijiet, il-kontroll jew it-testijiet li twettqu bsuċċess, f’kundizzjonijiet komparabbli minn entitajiet oħrajn (4) jew minn (jew f’isem) l-applikant.

6.2.2.2.   L-applikazzjoni tal-Modulu SH1

Il-Modulu SH1 jista’ jingħażel biss fejn l-attivitajiet li jagħtu kontribut għas-subsistema proposta li għandha tiġi vverifikata (disinn, manifattura, assemblaġġ u installazzjoni) ikunu suġġetti għal sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għad-disinn, għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni u għall-ittestjar tal-prodott finali, li jkunu approvati u eżaminati minn Korp Notifikat.

6.2.3.   Is-soluzzjonijiet innovattivi

Jekk is-subsistema tinkludi soluzzjoni innovattiva, kif ġiet iddefinita fil-klawżola 4.1, l-applikant għandu jiddikjara d-devjazzjoni mill-klawżoli rilevanti tas-STI u jressaqhom quddiem il-Kummissjoni.

F’każ ta’ opinjoni favorevoli, għandhom jiġu żviluppati l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interface u l-metodi ta’ valutazzjoni xierqa għal din is-soluzzjoni.

L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interface u l-metodi ta’ valutazzjoni xierqa li jiġu prodotti b’dan il-mod imbagħad għandhom jiġu inkorporati fis-STI bil-proċess ta’ reviżjoni. Bin-notifika ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, meħuda skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva, is-soluzzjoni innovattiva tista’ titħalla tintuża qabel ma tkun inkorporata fis-STI bil-proċess ta’ reviżjoni.

6.2.4.   Il-proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari għal Subsistema

6.2.4.1.   Il-valutazzjoni tal-vultaġġ utli medju

Il-valutazzjoni għandha ssir skont il-klawżoli 14.4.1, 14.4.2 (simulazzjoni biss) u 14.4.3 tal-EN50388:2005.

6.2.4.2.   Il-valutazzjoni tal-ibbrejkjar riġenerattiv

Il-valutazzjoni tal-installazzjonijiet fissi tal-provvista tal-enerġija tal-kurrent alternat (AC) għandha ssir skont il-klawżola 14.7.2 tal-EN50388:2005.

Il-valutazzjoni tal-provvista tal-enerġija tal-kurrent dirett (DC) għandha ssir b’eżami tad-disinn.

6.2.4.3.   Il-valutazzjoni tal-arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika

Il-valutazzjoni tad-disinn u tal-operazzjoni tas-substazzjonijiet għandha ssir skont il-klawżola 14.6 tal-EN50388:2005.

6.2.4.4.   Il-valutazzjoni tal-armonija u tal-effetti dinamiċi tas-sistemi tal-kurrent alternat (AC)

Il-valutazzjoni, ibbażata fuq studju ta’ kompatibilità, għandha ssir skont il-klawżola 10.3 tal-EN50388:2005, fejn jiġu kkunsidrati l-vultaġġi għoljin wisq mogħtija fil-klawżola 10.4 tal-EN 50388:2005.

6.2.4.5.   Il-valutazzjoni tal-imġiba dinamika u tal-kwalità tal-ġbir tal-kurrent (integrazzjoni f’subsistema)

Jekk il-linja ta’ kuntatt fl-għoli li għandha tiġi installata fuq linja ġdida tiġi ċċertifikata bħala Kostitwent tal-Interoperabilità, biex tkun ikkontrollata l-installazzjoni korretta għandu jintuża l-kejl tal-parametri tal-interazzjoni skont l-EN50317:2002.

Dan il-kejl għandu jsir b’pantografu li jkun Kostitwent tal-Interoperabilità, li jkollu l-karatteristiċi ta’ forza medja ta’ kuntatt kif inhuma meħtieġa mill-klawżola 4.2.15 ta’ din is-STI għall-veloċità prevista skont id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli.

Il-mira ewlenija ta’ dan it-test huwa li jiġu identifikati l-iżbalji fil-kostruzzjoni imma mhux li jiġi vvalutat id-disinn fil-prinċipju.

Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli installata tista’ tiġi aċċettata jekk ir-riżultati tal-kejl ikunu konformi mar-rekwiżiti fil-klawżola 4.2.16 għall-irfigħ ’il fuq, u jew il-forza medja ta’ kuntatt u d-devjazzjoni standard jew il-perċentwali tal-arkjar.

Il-valutazzjoni tal-imġiba dinamika u tal-kwalità tal-ġbir tal-kurrent għall-integrazzjoni tal-pantografu fis-subsistema tal-vetturi ferrovjarji hija stabbilita fil-klawżola 6.2.2.2.14 tas-STI LOC&PAS CR

6.2.4.6.   Il-valutazzjoni tal-pjan ta’ manutenzjoni

Il-valutazzjoni għandha ssir billi jiġi vverifikat jekk hux qed issir manutenzjoni.

Il-Korp Notifikat mhux responsabbli mill-valutazzjoni tal-idoneità tar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti fil-pjan.

6.3.   Subsistema li tinkludi Kostitwenti tal-Interoperabilità li ma jkollhomx dikjarazzjoni tal-KE

6.3.1.   Kundizzjonjiet

Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni pprovdut fl-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni, Korp Notifikat jitħalla joħroġ ċertifikat ta’ verifika tal-KE għal subsistema, anki jekk uħud mill-kostitwenti tal-interoperabilità inkorporati fis-subsistema ma jkunux koperti mid-dikjarazzjonijiet tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu rilevanti skont din is-STI, jekk ikun hemm konformità mal-kriterji li ġejjin:

il-konformità tas-subsistema ġiet ikkontrollata mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 4 u b’relazzjoni għall-Kapitoli 6.2 sa 7 (ħlief il-“Każijiet Speċifiċi”) ta’ din is-STI mill-Korp Notifikat.

Barra minn hekk, il-konformità tal-Kostitwenti tal-Interoperabilità (IC) mal-Kapitoli 5 u 6.1 ma tapplikax, u

il-kostitwenti tal-interoperabilità li mhumiex koperti mid-dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu rilevanti, intużaw f’subsistema li diġà kienet approvata u mqiegħda fis-servizz f’mill-inqas Stat Membru wieħed qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din is-STI.

M’għandhomx ikunu kkompilati dikjarazzjonijiet tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu għall-kostitwenti tal-interoperabilità li ġew ivvalutati b’dan il-mod.

6.3.2.   Id-dokumentazzjoni

Iċ-ċertifikat ta’ verifika tal-KE tas-subsistema għandu jindika b’mod ċar liema kostitwenti tal-interoperabilità ġew ivvalutati mill-Korp Notifikat bħala parti mill-verifika tas-subsistema.

Id-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE tas-subsistema għandha tindika b’mod ċar:

Liema kostitwenti tal-interoperabilità ġew ivvalutati bħala parti mis-subsistema

Il-konferma li s-subsistema tinkludi kostitwenti tal-interoperabilità identiċi għal dawk ivverifikati bħala parti mis-subsistema.

Għal dawk il-kostitwenti tal-interoperabilità, ir-raġuni(jiet) għaliex il-manifattur ma pprovdiex dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu qabel l-inkorporazzjoni tagħhom fis-subsistema, inkluż l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali notifikati fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/57/KE.

6.3.3.   Il-manutenzjoni tas-subsistemi ċċertifikati skont il-klawżola 6.3.1

Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni kif ukoll wara li jkun intemm il-perjodu ta’ tranżizzjoni, sakemm is-subsistema tiġi aġġornata jew rinnovata (fejn tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni tal-Istat Membru dwar l-applikazzjoni tas-STI), il-kostitwenti tal-interoperabilità li m’għandhomx dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew tal-idoneità għall-użu u tal-istess tip jitħallew jintużaw bħala sostituti relatati mal-manutenzjoni (spare parts) għas-subsistema, taħt ir-responsabilità tal-korp responsabbli mill-manutenzjoni. Ikun xi jkun il-każ, il-korp responsabbli mill-manutenzjoni jrid jiżgura ruħu li l-komponenti għas-sostituti relatati mal-manutenzjoni jkunu adattati għall-applikazzjonijiet tagħhom, jintużaw fil-qasam tal-użu tagħhom, u jagħtu lok biex tintlaħaq l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja filwaqt li fl-istess ħin jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali. Komponenti ta’ din ix-xorta jridu jkunu traċċabbli u ċċertifikati skont kwalunkwe regola nazzjonali jew internazzjonali, jew kwalunkwe kodiċi ta’ prattika rikonoxxut fil-wisa’ fil-qasam ferrovjarju.

7.   L-IMPLIMENTAZZJONI

7.1.   Ġenerali

Għal-linji tat-TEN, l-Istat Membru għandu jispeċifika dawk il-partijiet tas-subsistema tal-enerġija li jkunu meħtieġa għas-servizzi interoperabbli (eż. linja ta’ kuntatt fl-għoli fuq il-binarji, binarji żgħar maġenb il-binarju ewlieni (sidings), stazzjonijiet, wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji (marshalling yards) u għalhekk jeħtieġ li jkunu konformi ma’ din is-STI. Meta jiġi biex jispeċifika dawn l-elementi, l-Istat Membru għandu jikkunsidra l-koerenza tas-sistema kollha.

7.2.   L-istrateġija progressiva lejn l-interoperabilità

7.2.1.   Introduzzjoni

L-istrateġija deskritta f’din is-STI tapplika għal linji ġodda, aġġornati u rinnovati.

Il-modifika tal-linji eżistenti sabiex jinġiebu f’konformità mas-STI tista’ tinvolvi spejjeż kbar ta’ investiment u, konsegwentement, tista’ tkun progressiva.

Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-istrateġija ta’ migrazzjoni tindika l-mod li bih l-installazzjonijiet eżistenti għandhom jiġu adattati meta jkun ekonomikament iġġustifikat li jsir dan.

7.2.2.   L-istrateġija ta’ migrazzjoni għall-vultaġġ u għall-frekwenza

L-għażla tas-sistema ta’ provvista tal-enerġija hija deċiżjoni tal-Istat Membru. Id-deċiżjoni għandha tittieħed għal raġunijiet ekonomiċi, fejn mill-inqas jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin:

is-sistema eżistenti ta’ provvista tal-enerġija f’dak l-Istat Membru,

kwalunkwe konnessjoni ma’ linja ferrovjarja fil-pajjiżi ġirien ma’ provvista tal-enerġija elettrika eżistenti.

7.2.3.   L-istrateġija ta’ migrazzjoni għall-pantografi u għall-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL)

Il-linja ta’ kuntatt fl-għoli għandha tkun iddisinjata biex tintuża minn għall-inqas wieħed mill-pantografi b’ġeometrija tar-ras (1 600 mm jew 1 950 mm) speċifikata fil-klawżola 4.2.8.2.9.2 tas-STI LOC&PAS CR.

7.3.   L-applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ġodda

Il-Kapitoli 4 sa 6 u kwalunkwe dispożizzjoni speċifika fil-paragrafu 7.5 t’iktar ’l isfel japplikaw b’mod sħiħ għal-linji li jaqgħu taħt l-ambitu ġeografiku ta’ din is-STI (ara l-paragrafu 1.2) u li se jintużaw wara li din is-STI tidħol fis-seħħ.

7.4.   L-applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji eżistenti

7.4.1.   Introduzzjoni

Filwaqt li s-STI tista’ tiġi applikata b’mod sħiħ għal installazzjonijiet ġodda, l-implimentazzjoni fuq il-linji l-ġodda tista’ teħtieġ xi modifiki fit-tagħmir eżistenti. Il-grad ta’ modifika meħtieġa għandu jiddependi minn kemm ikun konformi t-tagħmir eżistenti. Il-prinċipji li ġejjin japplikaw fil-każ tas-STI CR, mingħajr preġudizzju għall-klawżola 7.5 (Każijiet speċifiċi).

Fejn japplika l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/57/KE, jiġifieri li tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi liema rekwiżiti tas-STI għandhom jiġu applikati, filwaqt li jikkunsidra l-istrateġija ta’ migrazzjoni.

Fejn l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2008/57/KE ma japplikax għaliex awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz mhix meħtieġa, il-konformità ma’ din is-STI hija rrakkomandata. Fejn ma jkunx possibbli li tintlaħaq konformità, l-entità kontraenti għandha tinforma lill-Istat Membru bir-raġuni għal dan.

Fejn l-Istat Membru jeħtieġ li tagħmir ġdid jitqiegħed fis-servizz, l-Entità Kontraenti għandha tiddefinixxi l-miżuri prattiċi u l-fażijiet differenti tal-proġett li jkunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-livelli meħtieġa tal-prestazzjoni. Dawn il-fażijiet tal-proġett jistgħu jinkludu perjodi ta’ tranżizzjoni biex biex it-tagħmir jitqiegħed fis-servizz b’livelli mnaqqsa ta’ prestazzjoni.

Subsistema eżistenti tista' tippermetti ċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi konformi mas-STI meta din tkun tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE. F’dan il-każ, l-Amministratur Infrastrutturali, fuq bażi volontarja, għandu jkun jista’ jimla r-Reġistru tal-Infrastruttura stabbilit fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2008/57/KE. Il-proċedura li għandha tintuża għall-wiri tal-livell ta’ konformità mal-parametri bażiċi ta’ din is-STI għandha tiġi ddefinita fl-ispeċifikazzjoni tar-Reġistru tal-Infrastruttura li l-Kummissjoni għandha tadotta skont dak l-Artikolu.

7.4.2.   L-aġġornament/ir-rinnovazzjoni tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL) u/jew tal-provvista tal-enerġija

Sabiex tintlaħaq il-konformità ma’ din is-STI, huwa possibbli li l-Linja ta’ Kuntatt fl-Għoli u/jew is-sistema ta’ provvista tal-enerġija kollha jew parti minnhom – element element – jiġu mmodifikati gradwalment tul perjodu estiż ta’ żmien.

Madankollu, il-konformità tas-subsistema kollha tista’ tiġi ddikjarata biss meta l-elementi kollha jkunu nġiebu f’konformità mas-STI.

Il-proċess ta’ aġġornament/rinnovazzjoni għandu jikkunsidra l-ħtieġa li tinżamm il-kompatibilità mas-subsistema tal-enerġija eżistenti u ma’ subsistemi oħrajn. Għal proġett li jinkludi elementi li ma jkunux konformi mas-STI, biex ikunu applikati l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u ta’ verifika tal-KE għandu jintlaħaq ftehim mal-Istat Membru.

7.4.3.   Il-parametri relatati mal-manutenzjoni

Filwaqt li s-subsistema tal-enerġija tinżamm f’kundizzjoni tajba, il-verifiki u l-awtorizzazzjonijiet formali biex titqiegħed fis-servizz mhumiex meħtieġa. Madankollu, sa fejn ikun raġonevolment prattikabbli, jistgħu jsiru sostituzzjonijiet għal finijiet ta’ manutenzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ din is-STI filwaqt li jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-interoperabilità.

7.4.4.   Is-subsistemi eżistenti li mhumiex suġġetti għal proġett ta’ rinnovazzjoni jew ta’ aġġornament

Subsistema li qed tintuża tista’ tippermetti li l-ferroviji li jkunu konformi mar-rekwiżiti tas-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jaħdmu filwaqt li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali. F’dan il-każ, l-Amministratur Infrastrutturali, fuq bażi volontarja, jista’ jimla r-Reġistru tal-Infrastruttura skont l-Anness C għal din is-STI biex juri l-livell ta’ konformità mal-parametri bażiċi ta’ din is-STI.

7.5.   Każijiet speċifiċi

7.5.1.   Introduzzjoni

Il-miżuri speċjali li ġejjin huma permessi fil-każijiet speċifiċi li jissemmew iktar ’l isfel:

(a)   każijiet “P”: każijiet permanenti;

(b)   każijiet “T”: każijiet temporanji, fejn huwa rrakkomandat li s-sistema fil-mira tintlaħaq sal-2020 (għan iffissat fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew (5), kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

7.5.2.   Lista ta’ każijiet speċifiċi

7.5.2.1.   Il-karatteristiċi partikolari tan-netwerk Estonjan

Każ P

Il-parametri bażiċi kolha mill-klawżola 4.2.3 sal-klawżola 4.2.20 mhumiex applikabbli għal-linji b’binarju ta’ 1 520 mm u għadhom qed jiġu diskussi.

7.5.2.2.   Il-karatteristiċi partikolari tan-netwerk Franċiż

7.5.2.2.1.   Il-vultaġġ u l-frekwenza (4.2.3)

Każ T

Il-valuri ta’ u l-limiti għall-vultaġġ u għall-frekwenza fit-terminali tas-substazzjoni u fejn jinstab il-pantografu tal-linji elettrifikati b’kurrent dirett (DC) ta’ 1.5 kV:

Nimes sa Port Bou,

Toulouse sa Narbonne,

jistgħu jestendu l-valuri stabbiliti fil-klawżola 4 (Umax2 qrib l-2 000 V) tal-EN50163:2004,.

7.5.2.2.2.   Il-Forza Medja ta’ Kuntatt (4.2.15)

Każ P

Għal linja ta’ kurrent dirett (DC) ta’ 1.5 kV, il-forza medja ta’ kuntatt għandha l-medda li ġejja:

Tabella 7.5.2.2.2

Il-meded tal-forza medja ta’ kuntatt

Kurrent dirett (DC) ta’ 1.5 kV

70 N < Fm < 0.00178*v2 + 110 N b’valur ta’ 140 N meta l-ferrovija tkun wieqfa

7.5.2.3.   Il-karatteristiċi partikolari tan-netwerk Finlandiż

7.5.2.3.1.   Il-ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli – l-għoli tal-wajer ta’ kuntatt (4.2.13.1)

Każ P

L-għoli nominali tal-wajer ta’ kuntatt huwa ta’ 6.15 m, b’għoli minimu ta’ 5.60 m u b’għoli massimu ta’ 6.60 m.

7.5.2.4.   Il-karatteristiċi partikolari tan-netwerk Latvjan

Każ P

Il-parametri bażiċi kollha mill-klawżola 4.2.3 sal-klawżola 4.2.20 mhumiex applikabbli għal linji b’binarju ta’ 1 520 mm u għadhom qed jiġu diskussi.

7.5.2.5.   Il-karatteristiċi partikolari tan-netwerk Litwan

Każ P

Il-parametri bażiċi kollha mill-klawżola 4.2.3 sal-klawżola 4.2.20 mhumiex applikabbli għal linji b’binarju ta’ 1 520 mm u għadhom qed jiġu diskussi.

7.5.2.6.   Il-karatteristiċi partikolari tan-netwerk Sloven

7.5.2.6.1.   Il-qies standard tal-pantografu (4.2.14)

Każ P

Fil-każ tas-Slovenja, għar-rinnovazzjoni u għall-aġġornament tal-linji eżistenti rigward il-qies minimu eżistenti tal-istrutturi (mini, toroq fuq toroq (overpasses) u pontijiet), il-qies standard ta’ pantografu kinematiku mekkaniku huwa skont il-profil ta’ pantografu ta’ 1 450 mm kif ġie ddefinit fil-Figura B.2 tal-istandard EN50367, 2006.

7.5.2.7.   Il-karatteristiċi partikolari tan-netwerk tar-Renju Unit għall-Gran Brittanja

7.5.2.7.1.   L-għoli tal-wajer ta’ kuntatt (4.2.13.1)

Każ P

Fil-Gran Brittanja, għall-aġġornament jew għar-rinnovazzjoni tas-subsistema tal-enerġija eżistenti, jew għall-kostruzzjoni ta’ subsistemi ġodda tal-enerġija fuq l-infrastruttura eżistenti, l-għoli nominali tal-wajer ta’ kuntatt adottat m’għandux ikun inqas minn 4 700 mm.

7.5.2.7.2.   Id-devjazzjoni laterali (4.2.13.3)

Każijiet P

Fil-Gran Brittanja, għal subsistemi tal-enerġija ġodda, aġġornati jew rinnovati, id-devjazzjoni laterali permissibbli tal-wajer ta’ kuntatt b’relazzjoni għal-linja ċentrali tal-binarju skont id-disinn taħt l-azzjoni tal-irjieħ inkroċjati għandha tkun ta’ 475 mm (sakemm ma jiġix iddikjarat valur iktar baxx fir-Reġistru tal-Infrastruttura) b’għoli tal-wajer ta’ inqas minn jew daqs 4 700 mm inklużi l-konċessjonijiet għall-kostruzzjoni, għall-effetti tat-temperatura u għat-tagħwiġa tal-arblu. Għal għolijiet tal-wajers ta’ iktar minn 4 700 mm, dan il-valur għandu jonqos b’0,040 × (għoli tal-wajer (mm) – 4 700) mm.

7.5.2.7.3.   Il-qies standard tal-pantografu (4.2.14 u l-Anness E)

Każijiet P

Fil-Gran Brittanja, għall-aġġornament jew għar-rinnovazzjoni tas-subsistema tal-enerġija eżistenti, jew għall-kostruzzjoni ta’ subsistemi ġodda tal-enerġija fuq l-infrastruttura eżistenti, il-qies standard tal-pantografu kinematiku mekkaniku huwa ddefinit fid-dijagramma t’hawn taħt (Figura 7.5.2.7).

Figura 7.5.2.7

Il-qies standard tal-pantografu

Image

Id-dijagramma turi l-involukru estrem li l-movimenti tar-ras tal-pantografu għandhom jibqgħu fih. L-involukru għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni estrema tal-linji ċentrali tal-binarju permessi mit-tolleranzi tal-binarju, li mhumiex inklużi. L-involukru huwa qies standard assolut, mhux Profil ta’ Referenza suġġett għal aġġustamenti.

Bil-veloċitajiet kollha sal-veloċità tal-linja; il-pożizzjoni mżerżqa (cant) massima; il-veloċità massima tar-riħ li fiha tkun possibbli operazzjoni mingħajr restrizzjonijiet, u l-veloċità estrema tar-riħ, iddefiniti fir-Reġistru tal-Infrastruttura:

W = 800 + J mm, meta H ≤ 4 300 mm; u

W′ = 800 + J + (0,040 × (H – 4 300)) mm, meta H > 4 300 mm.

Fejn:

H

=

L-għoli sal-quċċata tal-involukru ’l fuq mil-livell tal-linja ferrovjarja (f’mm). Id-dimensjoni hija s-somma tal-għoli tal-wajer ta’ kuntatt u l-mezz għall-irfigħ ’il fuq.

J

=

200 mm fuq binarju dritt.

J

=

230 mm fuq binarju kkurvat.

J

=

190 mm (minimu) fejn ikun hemm restrizzjonijiet minħabba l-ispazju madwar l-infrastruttura ċivili li ma jistax jiġi miżjud b'mod ekonomiku.

Għandhom isiru konċessjonijiet addizzjonali, li jinkludu l-ħsara minħabba l-użu tal-wajer ta’ kuntatt, l-ispazju mekkaniku, l-ispazju madwar tagħmir tal-elettriku (electrical clearance) statiku jew dinamiku.

7.5.2.7.4.   Il-Ferrovija Elettrifikata b’kurrent dirett (DC) ta’ 600/750 V li tuża linji ferrovjarji kondutturi fuq il-livell tal-art

Każ P

Il-linji mgħammra bis-sistema ta’ elettrifikazzjoni li topera b’kurrent dirett (DC) ta’ 600/750 V DC u li tuża linji ferrovjarji kondutturi fuq il-livell tal-art b’kuntatt mal-quċċata f’konfigurazzjoni bi tliet u/jew erba’ linji ferrovjarji għandha tkompli tiġi aġġornata, rinnovata u estiża fejn dan ikun ekonomikament iġġustifikat. Għandhom japplikaw l-Istandards Nazzjonali.

7.5.2.7.5.   Il-miżuri ta’ protezzjoni tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli (4.7.3)

Każ P

Fir-referenza għall-klawżola 5.1 tal-EN50122-1:1997, għandha tapplika l-kundizzjoni nazzjonali speċjali għal din il-klawżola (5.1.2.1).

8.   LISTA TAL-ANNESSI

A

Il-Valutazzjoni tal-Konformità tal-Kostitwenti tal-Interoperabilità

B

Il-verifika tal-KE tas-subsistema tal-enerġija

C

Ir-Reġistru tal-Infrastruttura u informazzjoni dwar is-subsistema tal-enerġija

D

Ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati u l-informazzjoni meħtieġa mis-subsistema tal-enerġija

E

Id-determinazzjoni tal-qies standard tal-pantografu kinematiku mekkaniku

F

Is-soluzzjonijiet tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet u tas-sistemi

G

Il-fattur tal-enerġija

H

Il-protezzjoni elettrika: l-attivazzjoni tas-salvavita ewlenija

I

Lista ta’ standards imsemmija

J

Glossarju

ANNESS A

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ

A.1.   L-Ambitu

Dan l-Anness jindika l-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwent tal-interoperabilità (linja ta’ kuntatt fl-għoli) tas-subsistema tal-enerġija.

Għall-kostitwenti tal-interoperabilità eżistenti, għandha tiġi segwita l-proċedura deskritta fil-Kapitolu 6.1.2..

A.2.   IL-Karatteristiċi

Il-karatteristiċi tal-kostitwent tal-interoperabilità li għandhom jiġu vvalutati billi jiġi applikat il-modulu CB jew CH1 huma mmarkati b’X fit-Tabella A.1. Il-fażi tal-produzzjoni għandha tkun ivvalutata fis-subsistema.

Tabella A.1

Il-valutazzjoni tal-kostitwent tal-interoperabilità: linja ta’ kuntatt fl-għoli

 

Valutazzjoni fil-fażi li ġejja

Proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari

 

Fażi tad-disinn u tal-iżvilupp

Fażi tal-produzzjoni

Karatteristika - klawżola

Eżami tad-disinn

Eżami tal-proċess ta’ manifattura

Test tat-Tip

Kwalità tal-prodott

(prouduzzjoni serjali)

Ġeometrija - 5.2.1.1

X

M/A

M/A

M/A

 

Forza medja ta’ kuntatt - 5.2.1.2

X

M/A

M/A

M/A

 

Imġiba dinamika - 5.2.1.3

X

M/A

X

M/A

Valutazzjoni tal-Konformità skont il-klawżola 6.1.4.1 permezz ta’ simulazzjoni validata skont l-EN50318:2002 għall-eżami tad-disinn u kejl skont l-EN50317:2002 għat-test tat-tip

Spazju għall-irfigħ ’il fuq - 5.2.1.4

X

M/A

X

M/A

Simulazzjoni validata skont l-EN50318:2002 għall-Eżami tad-Disinn u l-kejl skont l-EN50317:2002 għat-Testijiet tat-Tip b’forza medja ta’ kuntatt skont il-klawżola 4.2.15

Disinn għall-ispazjar tal-pantografi - 5.2.1.5

X

M/A

M/A

M/A

 

Kurrent meta l-ferrovija tkun wieqfa - 5.2.1.6

X

M/A

X

M/A

Skont il-klawżola 6.1.4.2

Materjal tal-wajer ta’ kuntatt - 5.2.1.7

X

M/A

X

M/A

 

M/A: mhux applikabbli

ANNESS B

IL-VERIFIKA TAL-KE TAS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA

B.1.   L-Ambitu

Dan l-Anness jindika l-verifika tal-KE tas-subsistema tal-enerġija.

B.2.   Il-Karatteristiċi u l-Moduli

Il-karatteristiċi tas-subsistema li għandha tiġi vvalutata fil-fażijiet differenti tad-disinn, tal-installazzjoni u tal-operazzjoni huma mmarkati b’X fit-Tabella B.1.

Tabella B.1

Il-verifika tal-KE tas-subsistema tal-enerġija

Parametri bażiċi

Fażi tal-valutazzjoni

 

Fażi tal-iżvilupp tad-disinn

Fażi tal-produzzjoni

Eżami tad-disinn

Kostruzzjoni, assemblaġġ, immuntar

Assemblaġġ qabel it-tqegħid fis-servizz

Validazzjoni f’kundizzjonijiet operattivi sħaħ

Proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari

Vultaġġ u frekwenza- 4.2.3

X

M/A

M/A

M/A

 

Parametri relatati mal-prestazzjoni tas-sistema - 4.2.4

X

M/A

M/A

M/A

Valutazzjoni tal-vultaġġ medju utli skont il-klawżola 6.2.4.1

Kontinwità tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ disturbi fil-mini- 4.2.5

X

M/A

X

M/A

 

Kapaċità tal-kurrent, sistemi ta’ kurrent dirett (DC), ferroviji weqfin - 4.2.6

X (*)

M/A

M/A

M/A

 

Ibbrejkjar riġenerattiv - 4.2.7

X

M/A

M/A

M/A

Skont il-klawżola 6.2.4.2

Arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika- 4.2.8

X

M/A

X

M/A

Skont il-klawżola 6.2.4.3

Armonija u effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC)- 4.2.9

X

M/A

M/A

M/A

Skont il-klawżola 6.2.4.4

Ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli: Għoli tal-wajer ta’ kuntatt- 4.2.13.1

X (*)

M/A

M/A

M/A

 

Ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli: Varjazzjoni fl-għoli tal-wajer ta’ kuntatt - 4.2.13.2

X (*)

M/A

M/A

M/A

 

Ġeometrija tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli: Devjazzjoni laterali - 4.2.13.3

X (*)

M/A

M/A

M/A

 

Qies standard tal-pantografu - 4.2.14

X

M/A

M/A

M/A

 

Forza medja ta’ kuntatt - 4.2.15

X (*)

M/A

M/A

M/A

 

Imġiba dinamika u kwalità tal-ġbir tal-kurrent - 4.2.16

X (*)

M/A

X

M/A

Verifika skont il-klawżola 6.1.4.1 b’simulazzjoni validata skont l-EN50318:2002 għall-eżami tad-disinn.

Verifika tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli assemblata skont il-klawżola 6.2.4.5 bil-kejl skont l-EN 50317:2002.

Spazjar tal-pantografi - 4.2.17

X (*)

M/A

M/A

M/A

 

Materjal tal-wajer ta’ kuntatt - 4.2.18

X (*)

M/A

M/A

M/A

 

Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet -4.2.19

X

M/A

M/A

M/A

 

Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi -4.2.20

X

M/A

M/A

M/A

 

Ġestjoni tal-provvista tal-enerġija f’każ ta’ periklu - 4.4.2.3

X

M/A

X

M/A

 

Regoli għall-manutenzjoni – 4.5

M/A

M/A

X

M/A

Skont il-klawżola 6.2.4.6

Protezzjoni minn xokk elettriku 4.7.2, 4.7.3, 4.7.4

X

X

X

M/A1)

1)

Il-validazzjoni f’kundizzjonijiet operattivi sħaħ għandha ssir biss meta l-validazzjoni fil-fażi tal-“Assemblaġġ qabel it-tqegħid fis-servizz” ma tkunx possibbli.

M/A: mhux applikabbli

ANNESS C

IR-REĠISTRU TAL-INFRASTRUTTURA U INFORMAZZJONI DWAR IS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA

C.1.   L-ambitu

Dan l-Anness ikopri l-informazzjoni dwar is-subsistema tal-enerġija li għandha tiġi inkluża fir-Reġistru tal-Infrastruttura għal kull sezzjoni omoġenja ta’ linji konformi li għandha tiġi stabbilita skont il-klawżola 4.8.2.

C.2.   Il-karatteristiċi li għandhom jiġu deskritti

It-Tabella C.1 tinkludi dawk il-karatteristiċi tal-interoperabilità tas-subsistema tal-enerġija li dwarhom għandha tingħata dejta għal kull sezzjoni tal-linja.

Tabella C.1

L-informazzjoni li għandha tingħata fir-Reġistru tal-Infrastruttura

Parametru, element tal-interoperabilità

Klawżola

Vultaġġ u frekwenza

4.2.3

Kurrent massimu tal-ferrovija

4.2.4.1

Kurrent massimu meta l-ferrovija tkun wieqfa, sistemi ta’ kurrent dirett (DC) biss

4.2.6

Kundizzjonijiet sabiex tkun akkomodata l-enerġija riġenerata

4.2.7

Għoli nominali tal-wajer ta’ kuntatt

4.2.13.1

Profil(i) aċċettat(i) tal-pantografi

4.2.13.3

Veloċità massima tal-linja b’pantografu operattiv wieħed (jekk ikun applikabbli)

4.2.17

Tip ta’distanza skont id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL)

4.2.17

Spazjar minimu bejn il-pantografi biswit xulxin (jekk ikun applikabbli)

4.2.17

Numru ta’ pantografi iktar minn tnejn li għalihom ġiet iddisinjata l-linja (jekk ikun applikabbli)

4.2.17

Materjal permess tal-istrixxa ta’ kuntatt

4.2.18

Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet: it-tip ta’ sezzjoni ta’ separazzjoni li ntużat

Informazzjoni dwar l-operazzjoni, il-konfigurazzjoni tal-pantografu mgħolli ’l fuq

4.2.19

Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi: it-tip ta’ sezzjoni ta’ separazzjoni li ntużat

Informazzjoni dwar l-operazzjoni: l-attivazzjoni tas-salvavita, tbaxxija tal-pantografi

4.2.20

Każijiet Speċifiċi

7.5

Kwalunkwe diverġenza oħra mir-rekwiżiti tas-STI

 

ANNESS D

IR-REĠISTRU EWROPEW TAT-TIPI TA’ VETTURI AWTORIZZATI U L-INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA MIS-SUBSISTEMA TAL-ENERĠIJA

D.1   L-ambitu

Dan l-Anness ikopri l-informazzjoni dwar is-subsistema tal-enerġija li għandha tkun inkluża fir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati.

D.2   Il-karatteristiċi li għandhom jiġu deskritti

It-Tabella D.1 tinkludi dawk il-karatteristiċi tal-interoperabilità tas-subsistema tal-enerġija li dwarhom għandha tingħata dejta fir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati.

Tabella D.1

L-informazzjoni li għandha tingħata fir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi awtorizzati

Parametru, element tal-interoperabilità

Informazzjoni

Klawżola tas-STI LOC&PAS CR

Protezzjoni Elettrika tal-ferrovija

Kapaċità ta’qtugħ (breaking capacity) ta’ salvavita ta’ abbord (kA), ferroviji li joperaw fuq linja ta’ 15 kV 16.7 Hz

4.2.8.2.10

Arranġament tal-pantografi

Spazjar

4.2.8.2.9.7

Apparat imwaħħal għal-limitazzjoni tal-kurrent

Tip/Klassifikazzjoni

4.2.8.2.4

Installazzjoni ta’ apparati awtomatiċi għall-kontroll tal-enerġija

Tip/Klassifikazzjoni

4.2.8.2.4

Brejk riġenerattiv installat

Iva/Le

4.2.8.2.3

Preżenza ta’ miters tal-enerġija ta’ abbord

Iva/Le

4.2.8.2.8

Każijiet Speċifiċi relatati mal-Enerġija

 

7.3

Kwalunkwe diverġenza oħra mir-rekwiżiti tas-STI

 

 

ANNESS E

ID-DETERMINAZZJONI TAL-QIES STANDARD TAL-PANTOGRAFU KINEMATIKU MEKKANIKU

E.1.   Ġenerali

E.1.1.   L-ispazju li għandu jiġi żgumbrat għal-linji elettrifikati

Fil-każ ta’ linji elettrifikati minn linja ta’ kuntatt fl-għoli, għandu jiġi żgumbrat spazju addizzjonali sabiex:

ikun akkomodat it-tagħmir tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL)

il-pantografu jingħata passaġġ ħieles.

Dan l-anness jittratta l-passaġġ ħieles tal-pantografu (qies standard tal-pantografu). L-Amministratur Infrastrutturali għandu jikkunsidra l-ispazju madwar tagħmir tal-elettriku.

E.1.2.   Partikularitajiet

Il-qies standard tal-pantografu huwa differenti f’xi aspetti mill-qies standard tal-ostakli (obstacle gauge):

Mill-pantografu jgħaddi (parzjalment) l-elettriku, u għalhekk, għandu jinżamm ċertu spazju madwar tagħmir tal-elettriku, skont in-natura tal-ostaklu (iżolat jew le).

Fejn ikun meħtieġ għandha tiġi kkunsidrata l-preżenza ta’ qran iżolanti (insulating horns). Għalhekk, irid jiġi ddefinit kontorn doppju ta’ referenza sabiex l-interferenza mekkanika u dik elettrika jiġu kkunsidrati fl-istess ħin.

F’kundizzjoni ta’ ġbir, il-pantografu jkun f’kuntatt permanenti mal-wajer ta’ kuntatt u, għal din ir-raġuni, l-għoli tiegħu jkun varjabbli, l-istess bħall-għoli tal-qies standard tal-pantografu.

E.1.3.   Is-simboli u l-abbrevjazzjonijiet

Simbolu

Deskrizzjoni

Unità

bw

Nofs it-tul tal-ark (bow) tal-pantografu

m

bw,c

Nofs it-tul tat-tul konduttiv (bi qran iżolanti) jew tat-tul ta’ ħidma (bi qran konduttivi) tal-ark tal-pantografu

m

b'o,mec

Il-wisa’ ta’ qies standard ta’ pantografu kinematiku mekkaniku fil-punt ta’ fuq ta’ verifika

m

b'u,mec

Il-wisa’ ta’ qies standard ta’ pantografu kinematiku mekkaniku fil-punt t’isfel ta’ verifika

m

bh,mec

Il-wisa’ ta’ qies standard ta’ pantografu kinematiku mekkaniku f’għoli intermedju, h

m

dl

Id-devjazzjoni laterali tal-wajer ta’ kuntatt

m

Do

Il-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza kkunsidrata mill-vettura għall-qies standard tal-pantografu

m

ep

Ix-xengila tal-pantografu minħabba l-karatteristiċi tal-vettura

m

epo

Ix-xengila tal-pantografu fil-punt ta’ verifika ta’ fuq

m

epu

Ix-xengila tal-pantografu fil-punt ta’ verifika t’isfel

m

fs

Il-marġni biex jiġi kkunsidrat meta l-wajer ta’ kuntatt jiġi mgħolli ’l fuq

m

fwa

Il-marġni biex tiġi kkunsidrata l-ħsara minħabba l-użu tal-istrixxa ta’ kuntatt tal-pantografu

m

fws

Il-marġni biex jiġi kkunsidrat il-moviment tal-ark meta jidħol fuq il-wajer ta’ kuntatt minħabba x-xengila tal-pantografu

m

h

L-għoli b’relazzjoni għas-superfiċje li fuqha jimxu r-roti (running surface)

m

h'co

L-għoli ta’ referenza taċ-ċentru tar-romblu għall-qies standard tal-pantografu

m

h’

L-għoli ta’ referenza fil-kalkolu tal-qies standard tal-pantografu

m

h'o

L-għoli massimu ta’ verifika tal-qies standard tal-pantografu f’pożizzjoni ta’ ġbir

m

h'u

L-għoli minimu ta’ verifika tal-qies standard tal-pantografu f’pożizzjoni ta’ ġbir

m

heff

L-għoli effettiv tal-pantografu mgħolli ’l fuq

m

hcc

L-għoli statiku tal-wajer ta’ kuntatt

m

I’0

Id-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza kkunsidrata mill-vettura għat-tiqjis standard tal-pantografu

m

L

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-linji ferrovjarji ta’ binarju

m

l

Il-qies standard tal-binarju, id-distanza bejn it-truf tal-linja ferrovjarja li magħhom imissu r-roti

m

q

Il-moviment trasversali bejn il-fus u l-qafas tal-vagun jew tat-troli bir-roti (bogie) jew, għall-vetturi mhux mgħammra b’vaguni jew bi trolis bir-roti, bejn il-fus u l-bodi tal-vettura

m

qs'

Il-moviment kważi statiku

m

s'o

Il-koeffiċjent ta’ flessibilità kkunsidrat b’korrispondenza bejn il-vettura u l-infrastruttura għat-tiqjis standard tal-pantografu

 

S’i/a

Id-deċentrament (overthrow) addizzjonali permess fuq in-naħa ta’ ġewwa/barra tal-kurva għall-pantografi

m

w

Il-moviment trasversali bejn il-vagun jew it-troli bir-rota u l-bodi

m

θ

It-tolleranza tal-immuntar tal-pantografu fuq is-saqaf.

radian

τ

Il-flessibilità trasversali tal-apparat tal-immuntar fuq is-saqaf.

m

Σj

Is-somma tal-marġnijiet ta’ sikurezza (orizzontali) li jkopru wħud mill-fenomeni mhux sistematiċi (j = 1, 2 jew 3) għall-qies standard tal-pantografu

 

a taħt il-vers: tirreferi għan-naħa ta’ barra tal-kurva

i taħt il-vers: tirreferi għan-naħa ta’ ġewwa tal-kurva

E.1.4.   Il-prinċipji bażiċi

Figura E.1

Il-qisien standard tal-pantografi

Image

Il-qies standard tal-pantografu jiġi ssodisfat biss jekk ikun hemm konformità mal-qisien standard mekkaniċi u elettriċi fl-istess ħin:

Il-profil ta’ referenza tal-passaġġ ħieles jinkludi t-tul tar-ras tal-ġabbar tal-pantografu u x-xengila tal-pantografu ep, li tapplika sal-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza jew sad-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa.

L-ostakli li jkun għaddej minnhom il-kurrent u l-ostakli iżolati għandhom jibqgħu barra mill-qies standard mekkaniku.

L-ostakli mhux iżolati (ertjati jew b’potenzjal differenti mil-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL)) għandhom jibqgħu barra mill-qisien standard mekkaniċi u elettriċi.

Il-Figura E.1 turi l-qisien standard mekkaniċi tal-pantografu.

E.2.   Id-determinazzjoni tal-qies standard tal-pantografu kinematiku mekkaniku

E.2.1.   Id-determinazzjoni tal-wisa’ tal-qies standard mekkaniku

E.2.1.1.   L-ambitu

Il-wisa’ tal-qies standard tal-pantografu tiġi ddeterminata prinċipalment mit-tul u mill-ispostamenti tal-pantografu kkunsidrat. Lil hinn mill-fenomeni speċifiċi, il-fenomeni simili għal dawk tal-qies standard tal-ostakli jinsabu fl-ispustamenti trasversali.

Il-qies standard tal-pantografu għandu jiġi kkunsidrat fl-għolijiet li ġejjin:

L-għoli ta’ verifika ta’ fuq h’o ,

L-għoli ta’ verifika t’isfel h’u .

Bejn dawn iż-żewġ għolijiet, jista’ jiġi kkunsidrat li l-wisa’ tal-qies standard tvarja b’mod lineari.

Id-diversi parametri jintwerew fil-Figura E.2.

E.2.1.2.   Il-metodoloġija tal-kalkolu

Il-wisa’ tal-qies standard tal-pantografu għandha tkun iddeterminata mis-somma tal-parametri ddefiniti iktar ’l isfel. Fil-każ ta’ linja li matulha jgħaddu diversi pantografi, għandha tiġi kkunsidrata l-wisa’ massima.

Għall-punt ta’ verifika t’isfel b’h = h'u:

Formula

Għall-punt ta’ verifika ta’ fuq b’h = h'o :

Formula

NOTA i/a = ġewwa/barra tal-kurva.

Għal kwalunkwe għoli intermedju h, il-wisa’ tiġi ddeterminata permezz ta’ interpolazzjoni:

Formula

E.2.1.3.   Nofs it-tulbw tal-ark tal-pantografu

Nofs it-tul bw tal-ark tal-pantografu jiddependi mit-tip ta’ pantografu użat. Il-profil(i) tal-pantografu li għandhom jiġu kkunsidrati huma ddefiniti fil-klawżola 4.2.8.2.9.2 tas-STI LOC&PAS CR.

E.2.1.4.   Ix-xengila tal-pantografu ep

Ix-xengila tiddependi prinċipalment mill-fenomeni li ġejjin:

Il-moviment q + w fil-kaxxi tal-fusien u bejn il-vagun jew it-troli bir-roti u l-bodi.

L-ammont ta’ inklinazzjoni tal-bodi kkunsidrata mill-vettura (jiddependi mill-flessibilità speċifika s0 ’, mill-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza D’0 u mid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza I’0 ).

It-tolleranza fl-immuntar θ tal-pantografu fuq is-saqaf.

Il-flessibilità trasversaliτ tal-apparat tal-immuntar fuq is-saqaf.

L-għoli kkunsidrat h’.

Figura E.2

Id-determinazzjoni tal-wisa’ tal-qies standard mekkaniku kinematiku tal-pantografu f’għolijiet differenti

Image

E.2.1.5.   Id-deċentramenti addizzjonali

Il-qies standard tal-pantografu għandu deċentramenti addizzjonali speċifiċi. F’każ ta’ qies standard ta’ binarju standard, għandha tapplika l-formola li ġejja:

Formula

Għal qisien standard ta’ binarji oħrajn għandhom japplikaw ir-regoli nazzjonali.

E.2.1.6.   L-effett kważi statiku

Peress li l-pantografu jiġi installat fuq is-saqaf, l-effett kważi statiku għandu rwol importanti fil-kalkolu tal-qies standard tal-pantografu. Dak l-effett huwa kkalkolat mill-flessibilità speċifika s0 ’, mill-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza D’0 u mid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa ta’ referenza I’0 :

Formula

Formula

NOTA Il-pantografi normalment jiġu mmuntati fuq is-saqaf ta’ unità tal-enerġija, li l-flessibilità ta’ referenza tagħha s0’ ġeneralment tkun iċken minn dik tal-qies standard tal-ostakli s0.

E.2.1.7.   Il-konċessjonijiet

Skont id-definizzjoni tal-qies standard, għandhom jiġu kkunsidrati l-fenomeni li ġejjin:

In-nuqqas ta’ simetrija fit-tagħbija.

L-ispostament trasversali tal-binarju bejn żewġ azzjonijiet suċċessivi ta’ manutenzjoni.

Il-varjazzjoni fil-pożizzjoni mżerżqa li jkun hemm bejn żewġ azzjonijiet suċċessivi ta’ manutenzjoni.

L-oxxillazzjonijiet iġġenerati min-nuqqas ta’ livell wati tal-binarju.

Is-somma tal-konċessjonijiet li ssemmew ’iktar ’il fuq hija koperta minn Σj.

E.2.2.   Id-determinazzjoni tal-għoli tal-qies standard mekkaniku

L-għoli tal-qies standard għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-għoli statiku hcc , tal-wajer ta’ kuntatt fil-punt lokali kkunsidrat. Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati:

Id-distanza li l-wajer ta’ kuntatt jiġi mgħolli ’l fuq fs iġġenerata mill-forza ta’ kuntatt tal-pantografu. Il-valur ta’ fs jiddependi mit-tip ta’ linja ta’ kuntatt fil-għoli (OCL) u għalhekk għandu jkun iddeterminat mill-Amministratur Infrastrutturali skont il-klawżola 4.2.16.

Id-distanza li r-ras tal-pantografu tiġi mgħollija ’l fuq minħabba d-direzzjoni oblikwa (skew) tar-ras tal-pantografu ġġenerata mill-punt ta’ kuntatt imrikkeb u mill-ħsara minħabba l-użu tal-istrixxa tal-ġabbar fws + fwa . Il-valur permissibbli ta’ fws jintwera fis-STI LOC&PAS CR u fwa . tiddependi mir-rekwiżiti ta’manutenzjoni.

L-għoli tal-qies standard mekkaniku jingħata mill-formola li ġejja:

Formula

E.3.   Il-parametri ta’ referenza

Il-parametri għall-qies standard tal-pantografu kinematiku mekkaniku u għad-determinazzjoni

l – skont il-qies standard tal-binarju

s0 = 0,225

hc0 = 0,5 m

I0 = 0,066 m u D0 = 0,066 m

h’o = 6,500 m u h’u = 5,000 m

E.4.   Il-kalkolu tad-devjazzjoni massima laterali tal-wajer ta’ kuntatt

Id-devjazzjoni laterali massima tal-wajer ta’ kuntatt għandha tkun ikkalkolata billi jiġu kkunsidrati l-moviment totali tal-pantografu relattivament għall-pożizzjoni nominali tal-binarju u l-medda konduttiva (jew it-tul ta’ ħdima, għall-pantografi mingħajr qran magħmula minn materjal konduttiv) kif ġej:

Formula

bw,c – iddefinit fil-klawżoli 4.2.8.2.9.1 u 4.2.8.2.9.2 tas-STI LOC&PAS CR

ANNESS F

IS-SOLUZZJONIJIET TAS-SEZZJONIJIET TA’ SEPARAZZJONI TAL-FAŻIJIET U TAS-SISTEMI

Id-disinji tas-sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet huma dekritti fl-Anness A.1.3 (sezzjoni newtrali twila) u fl-Anness A.1.5 (sezzjoni newtrali maqsuma – il-partijiet imrikkba jistgħu jiġu sostitwiti minn iżolaturi b'sezzjonijiet doppji) għall-EN50367:2006 jew fil-Figura F.1 jew F.2.

Figura F.1

Is-sezzjoni ta’ separazzjoni b'iżolaturi ta’ sezzjonijiet newtrali

Image

Fil-każ tal-Figura F.1, is-sezzjonijiet newtrali (d) jistgħu jiġu fformati minn iżolaturi ta’ sezzjonijiet newtrali u d-dimensjonijiet għandhom ikunu kif ġej:

D ≤ 8 m

Dan it-tul ċkejken jiżgura li l-probabilità li ferrovija tieqaf fi ħdan is-separazzjoni tal-fażijiet ma tkunx teħtieġ il-mezzi adegwati biex terġa' tistartja.

It-tul ta’ d għandu jingħażel skont il-vultaġġ tas-sistema, il-veloċità massima tal-linja u l-wisa' massima tal-pantografu.

Figura F.2

Is-sezzjoni newtrali maqsuma

Image

Il-medda li tkopri tliet pantografi konsekuttivi għandha tkun ikbar minn 80 m (L′′). Il-pantografu intermedju jista' jkun irranġat fi kwalunkwe pożizzjoni fi ħdan din il-medda. Jiddependi mill-ispazjar minimu bejn żewġ pantografi operattivi biswit xulxin, l-Amministratur Infrastrutturali għandu jiddikjara l-veloċità operattiva massima tal-ferrovija. Ma jista' jkun hemm l-ebda konnessjoni elettrika bejn il-pantografi mqiegħda fis-servizz.

ANNESS G

IL-FATTUR TAL-ENERĠIJA

Dan l-Anness jittratta biss il-fattur tal-enerġija induttiva u l-konsum tal-enerġija fuq il-medda ta’ vultaġġ minn U min1 sa U max1 iddefiniti fl-EN 50163.

It-Tabella G.1 tagħti l-fattur tal-enerġija induttiva totali λ ta’ ferrovija. Għall-kalkolu ta’ λ, huwa biss tal-vultaġġ fundamentali fil-pantografu li jiġi kkunsidrat.

Table G.1

Il-fattur tal-enerġija induttiva totali λ ta’ ferrovija

Enerġija istantanja ta’ ferrovija P fil-pantografu

MW

Kategoriji tal-Linji tas-STI HS I u II (b)

Kategorji tal-Linji tas-STI III; IV; V ;VI; VII u Linji Klassiċi

P > 2

≥ 0,95

≥ 0,95

0 ≤ P ≤ 2

a

a

Għal wesgħat jew stazzjon tal-ferrovija, il-fattur tal-enerġija tal-mewġa fundamentali għandu jkun ≥ 0,8 (NOTA 1) bil-kundizzjonjiet li ġejjin: il-ferrovija tkun għaddejja bl-enerġija tat-trazzjoni mitfija u bl-awżiljarji kollha jaħdmu filwaqt li l-enerġija attiva li tkun qed tinġibed tkun ikbar minn 200 kW.

Il-kalkolu tal-medja globali λ għal vjaġġ bil-ferrovija, inklużi l-waqfiet, isir fuq il-bażi tal-enerġija attiva WP (MWh) u l-enerġija reattiva WQ (MVArh) mogħtija minn simulazzjoni bil-kompjuter ta’ vjaġġ bil-ferrovija jew imkejla fuq ferrovija reali

Formula

a

Sabiex ikun ikkontrollat il-fattur tal-enerġija totali tat-tagħbija awżiljarja ta’ ferrovija matul il-fażijiet ta’ moviment bil-magna mingħajr trazzjoni, il-medja globali λ (trazzjoni u awżiljarji) iddefinita b’simulazzjoni u/jew b’kejl għandha tkun ogħla minn 0,85 tul vjaġġ skedat komplut (vjaġġ tipiku bejn żewġ stazzjonijiet inklużi l-waqfiet kummerċjali).

b

applikabbli għal ferroviji f’konformità mas-STI tal-“vetturi ferrovjarji” HS.

Waqt ir-riġenerazzjoni, il-fattur tal-enerġija induttiva jitħalla jonqos b’mod ħieles sabiex il-vultaġġ jinżamm fil-limiti.

NOTA 1 Fatturi tal-enerġija ikbar minn 0,8 jwasslu għal prestazzjoni ekonomika aħjar minħabba li jkun hemm inqas ħtieġa għal tagħmir fiss.

NOTA 2: dwar il-Kategoriji tal-Linji III sa VII, għall-vetturi ferrovjarji li kienu jeżistu qabel il-pubblikazzjoni ta’ din is-STI, l-Amministratur Infrastrutturali jista’ jimponi kundizzjonijiet, eż. ekonomiċi, operattivi, limitazzjoni tal-enerġija għall-aċċettazzjoni ta’ ferroviji interoperabbli li jkollhom fatturi tal-enerġija taħt il-valur speċifikat fit-Tabella G.1.

ANNESS H

IL-PROTEZZJONI ELETTRIKA: L-ATTIVAZZJONI TAS-SALVAVITA EWLENIJA

Tabella H.1

L-azzjoni fuq is-salvaviti fi ħsara interna f’unità ta’ trazzjoni

Sistema ta’ provvista tal-enerġija

Meta jkun hemm kwalunkwe ħsara interna fl-unitajiet ta’ trazzjoni

Sekwenza tal-attivazzjoni ta’:

Salvavita ta’ alimentatur ta’ substazzjon

Salvavita ta’ unità ta’ trazzjoni

Kurrent alternat (AC) ta’ 25 000 V-50 Hz

Attivazzjoni immedjata (1)

Attivazzjoni immedjata

Kurrent alternat (AC) ta’ 15 000 V-16,7 Hz

Attivazzjoni immedjata (1)

Naħa primarja tat-trasformatur:

L-attivazzjoni għandha tkun fi stadji (2)

Naħa sekondarja tat-trasformatur:

Attivazzjoni immedjata

Kurrent dirett (DC) ta’ 750 V, 1 500  V u 3 000  V

Attivazzjoni immedjata (1)

Attivazzjoni immedjata

NOTA 1

Unitajiet ta’ trazzjoni ġodda u mmodernizzati għandhom ikunu mgħammra b’salvaviti b’veloċità kbira li jkunu kapaċi jaqtgħu l-kurrent massimu tax-xort fl-iqsar ħin possibbli.

NOTA 2

Attivazzjoni immedjata tfisser li għal kurrent għoli tax-xort, is-salvavita tas-substazzjon jew tal-ferrovija għandha topera mingħajr ma tintroduċi dewmien intenzjonali. Jekk ir-rilej tal-ewwel stadju ma jiġix attivat, mela r-rilej tat-tieni stadju (rilej protettiv ta’ appoġġ) għandu jiġi attivat madwar 300 ms wara. Għal finijiet ta’ informazzjoni, qed jingħata l-ħin ta’ kemm idum l-ogħla kurrent tax-xort meqjus mis-salvavita tas-substazzjon bir-rilej tal-ewwel stadju u skont l-iktar teknoloġija aġġornata:

Għal kurrent alternat (AC) ta’ 15 000 V-16,7 Hz

-> 100 ms

Għal kurrent alternat (AC) 25 000 V-50 Hz

-> 80 ms

Għal kurrent dirett (DC) 750 V, 1 500 V u 3 000 V

-> 20 to 60 ms

ANNESS I

LISTA TA’ STANDARDS IMSEMMIJA

Tabella I.1

Lista ta’ standards imsemmija

Nru. tal-Indiċi

Referenza

Isem id-dokument

Verżjoni

Parametri Bażiċi (BP) ikkonċernati

1

EN 50119

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Installazzjonijiet fissi – Linji ta’ kuntatt fl-għoli ta’ trazzjoni elettrika

2009

Kapaċità tal-kurrent, sistemi ta’ kurrent dirett (DC), ferroviji weqfin (4.2.6),

Għoli tal-wajer ta’ kuntatt (4.2.13.1),

Varjazzjoni fl-għoli tal-wajer ta’ kuntatt (4.2.13.2),

Imġiba dinamika u kwalità tal-ġbir tal-kurrent (4.2.16),

Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi (4.2.20),

Miżuri ta’ protezzjoni tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli (4.7.3)

2

EN 50122-1

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Installazzjonijiet fissi – Sikurezza elettrika, erjtar u konnessjonijiet – Parti 1: Miżuri ta’ protezzjoni relatati mas-sikurezza elettrika u mal-ertjar

1997

Miżuri ta’ protezzjoni ta’ substazzjonijiet u ta’ postijiet ta’ tqassim f’sezzjonijiet (4.7.2),

Miżuri ta’ protezzjoni tas-sistema ta’ linji ta’ kuntatt fl-għoli (4.7.3),

Miżuri ta’ protezzjoni ta’ return circuit tal-kurrent (4.7.4)

3

EN 50122-2

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Installazzjonijiet fissi - Sikurezza elettrika, erjtar u konnessjonijiet – Parti 2: Miżuri ta’ protezzjoni kontra l-effetti ta’ kurrenti iżolati kkważati minn sistemi ta’ trazzjoni ta’ kurrent dirett (DC)

1998

Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tas-sistemi (4.2.20)

4

EN 50149

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Installazzjonijiet fissi – Trazzjoni elettrika – Wajers ta’ kuntatt bl-iskanalaturi magħmula mir-ram u mil-ligi tar-ram

2001

Materjal tal-wajer ta’ kuntatt (4.2.18)

5

EN 50317

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ ġbir tal-kurrent – Rekwiżiti għal u validazzjoni tal-kejl tal-interazzjoni dinamika bejn pantografu u linja ta’ kuntatt fl-għoli

2002

Imġiba dinamika u kwalità tal-ġbir tal-kurrent (4.2.16)

6

EN 50318

Applikazzjonijiet ferrovjarji - Sistemi ta’ ġbir tal-kurrent – Validazzjoni tas-simulazzjoni tal-interazzjoni dinamika bejn pantografu u linja ta’ kuntatt fl-għoli

2002

Imġiba dinamika u kwalità tal-ġbir tal-kurrent (4.2.16)

7

EN 50367

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Sistemi ta’ ġbir tal-kurrent – Kriterji tekniċi għall-interazzjoni bejn pantografu u linja fl-għoli (biex jinkiseb aċċess ħieles)

2006

Kapaċità tal-kurrent, sistemi ta’ kurrent dirett (DC), ferroviji weqfin (4.2.6),

Forza medja ta’ kuntatt (4.2.15),

Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet (4.2.19)

8

EN 50388

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Provvista tal-enerġija u vetturi ferrovjarji – Kriterji tekniċi għall-koordinazzjoni bejn il-provvista tal-enerġija (substazzjon) u l-vetturi ferrovjarji sabiex tintlaħaq l-interoperabilità

2005

Parametri relatati mal-prestazzjoni tas-sistema ta’ provvista (4.2.4),

Arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-protezzjoni elettrika(4.2.8),

Armonija u effetti dinamiċi għas-sistemi ta’ kurrent alternat (AC) (4.2.9),

Sezzjonijiet ta’ separazzjoni tal-fażijiet (4.2.19)

9

EN 50163

Applikazzjonijiet ferrovjarji – Provvista ta’ Vultaġġ tas-Sistemi tat-Trazzjoni.

2004

Vultaġġ u frekwenza (4.2.3)

ANNESS J

GLOSSARJU

Terminu ddefinit

Abbr.

Definizzjoni

Sors/Referenza

Sistema ta’ linji ta’ kuntatt

 

Is-sistema li tqassam l-enerġija elettrika lill-ferroviji li jgħaddu tul ir-rotta u li tittrażmettiha lill-ferroviji permezz ta’ ġabbara tal-kurrent

 

Forza ta’ kuntatt

 

Il-forza vertikali applikata mill-pantografu lil-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL).

EN 50367:2006

Irfigħ ’il fuq tal-wajer ta’ kuntatt

 

Il-moviment vertikali ’l fuq tal-wajer ta’ kuntatt minħabba l-forza prodotta mill-pantografu

EN 50119:2009

Ġabbar tal-kurrent

 

It-tagħmir imwaħħal fuq il-vettura u maħsub biex jiġbor il-kurrent minn wajer ta’ kuntatt jew minn linja ferrovjarja konduttiva

IEC 60050-811, definizzjoni 811-32-01

Qies standard

 

Is-sett ta’ regoli, inklużi l-kontorn ta’ referenza u r-regoli assoċjati ta’ kalkolu tiegħu, li jippermettu d-definizzjoni tad-dimensjonijiet ta’ barra tal-vettura u l-ispazju li għandu jkun hemm bejnha u bejn l-infrastruttura.

NOTA: Skont il-metodu ta’ kalkolu implimentat, il-qies standard għandu jkun statiku, kinematiku jew dinamiku

 

Devjazzjoni laterali

 

It-trikkiba laterali tal-wajer ta’ kuntatt f’riħ inkroċjat massimu.

 

Qsim invell

 

Intersezzjoni fuq l-istess elevazzjoni ta’ triq u ta’ binarju b’linja ferrovjarja waħda jew iktar

 

Veloċità tal-linja

 

Il-veloċità massima mkejla f’kilometri fis-siegħa (km/h) li għaliha kienet iddisinjata l-linja.

 

Pjan ta’ manutenzjoni

 

Sensiela ta’ dokumenti li jistabbilixxu l-proċedura għall-manutenzjoni tal-infrastruttura adottati minn Amministratur Infrastrutturali.

 

Forza medja ta’ kuntatt

 

Il-valur medju statistiku tal-forza ta’ kuntatt

EN 50367:2006

Vultaġġ medju utli tal-ferrovija

 

Il-vultaġġ li jidentifika d-dimensjonijiet tal-ferrovija u jagħti l-possibilità li l-effett fuq il-prestazzjoni tiegħu jiġi kkwantifikat

EN 50388:2005

Żona tal-vultaġġ medju utli

 

Il-vultaġġ li jagħti indikazzjoni tal-kwalità tal-provvista tal-enerġija f’żona ġeografika matul il-perjodu l-iktar intensiv tat-traffiku fl-iskeda

EN 50388:2005

Għoli minimu tal-wajer ta’ kuntatt Iżolatur ta’ sezzjoni newtrali

 

Valur minimu tal-għoli tal-wajer ta’ kuntatt fil-medda sabiex ikun evitat l-arkjar bejn wajer ta’ kuntatt wieħed jew iktar u l-vetturi fil-kundizzjonijiet kollha Assemblaġġ imdaħħal f’parti kontinwa ta’ linja ta’ kuntatt għall-iżolament ta’ żewġ sezzjonijiet elettriċi minn xulxin u li jżomm ġbir kontinwu tal-kurrent waqt il-passaġġ tal-pantografu.

 

Għoli nominali tal-wajer ta’ kuntatt

 

Valur nominali tal-għoli tal-wajer ta’ kuntatt fi struttura ta’sostenn f’kundizzjonijiet normali

EN 50367:2006

Vultaġġ nominali

 

Il-vultaġġ li permezz tiegħu tkun indikata installazzjoni jew parti minnha

EN 50163:2004

Servizz normali

 

Is-servizz skedat ippjanat.

 

Linja ta’ kuntatt fl-għoli

OCL

Il-linja ta’ kuntatt imqiegħda fuq (jew ħdejn) il-limitu ta’ fuq tal-qies standard tal-vettura u li tipprovdi lill-vetturi b’enerġija elettrika permezz ta’ tagħmir għall-ġbir tal-kurrent immuntat fuq is-saqaf

IEC 60050-811-33-02

Kontorn ta’ referenza

 

Kontorn, assoċjat ma’ kull qies standard, li juri l-forma ta’ sezzjoni trasversali u li jintuża bħala bażi għat-tfassil tar-regoli ta’ daqs tal-infrastruttura, fuq in-naħa l-waħda, u tal-vettura, fuq in-naħa l-oħra.

 

Return circuit

 

Il-kondutturi kollha li jifformaw il-mogħdija intenzjonata għall-kurrent ta’ ritorn ta’ trazzjoni u għall-kurrent f’kundizzjonijiet ta’ ħsara

EN 50122-1:1997

Forza ta’ kuntatt statika

 

Il-forza vertikali medja eżerċitata ’l fuq minn ras il-pantografu fuq il-linja ta’ kuntatt fl-għoli (OCL), u kkawżata mill-apparat li jgħolli ’l fuq lill-pantografu, filwaqt li l-pantografu jkun mgħolli ’l fuq u l-vettura tkun wieqfa.

EN 50367:2006


(1)  ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.

(2)  Jiġifieri l-pantografi ċċertifikati bħala Kostitwent tal-Interoperabilità skont STI CR jew HS.

(3)  Jiġifieri l-veloċità taż-żewġ tipi ta’ pantografu għandha tkun mill-inqas daqs il-veloċità skont id-disinn tal-linja ta’ kuntatt fl-għoli simulata.

(4)  Il-kundizzjonijiet biex il-kontroll u t-testijiet jiġu kkunsidati bħala affidabbli jridu jkunu simili għall-kundizzjonijiet rispettati minn Korp Notifikat biex joħroġ subkuntratti għal attivitajiet (ara t-Taqsima 6.5 tal-Gwida Blù dwar l-Approċċ il-Ġdid).

(5)  ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1.

(6)  ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1.

(*)  għandu jsir biss jekk il-linja ta’ kuntatt fl-għoli ma ġietx ivvalutata bħala kostitwent tal-interoperabilità

(1)  L-attivazzjoni tas-salvavita għandha ssir malajr għal kurrenti għoljin ta’ xort. Sa fejn ikun possibbli, għandha tiġi attivata s-salvavita tal-unità ta’ trazzjoni sabiex ikun evitat li tiġi attivata s-salvavita tas-substazzjon.

(2)  Jekk il-kapaċità għall-qtugħ tas-salvavita tippermetti dan, allura l-attivazzjoni għandha tkun immedjata. B’hekk, sa fejn ikun possibbli, għandha tiġi attivata s-salvavita tal-unità ta’ trazzjoni sabiex ikun evitat li tiġi attivata s-salvavita tas-substazzjon.


14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ April 2011

dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2741)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/275/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi,

(1)

Skont l-Artikolu 2(e) u l-Anness II għad-Direttiva 2008/57/KE, is-sistema ferrovjarja tinqasam f’subsistemi strutturali u funzjonali, inkluża subsistema tal-infrastruttura.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni C(2006) 124 finali tad-9 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni tat mandat lill-Aġenzija Ewropea għall-Ferroviji (l-Aġenzija) biex tiżviluppa speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (STI) skont id-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2). Skont it-termini tal-mandat, l-Aġenzija ntalbet tfassal l-abbozz ta’ STI relatata mas-subsistema tal-infrastruttura tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali.

(3)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (STI) huma speċifikazzjonijiet adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE. Is-STI tal-Anness tkopri s-subsistema tal-infrastruttura bl-għan li tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u li tiżgura l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja.

(4)

Is-STI tal-Anness ma tittrattax għal kollox ir-rekwiżiti essenzjali kollha. Skont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-aspetti tekniċi li mhumiex koperti huma identifikati bħala punti mhux konklużi fl-Anness F ta’ din is-STI.

(5)

Is-STI tal-Anness għandha tirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità, l-idoneità għall-użu u għall-verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(6)

Skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-verifika li għandhom jintużaw għall-każijiet speċifiċi, kif ukoll dwar l-entitajiet responsabbli għat-twettiq ta’ dawn il-proċeduri.

(7)

Is-STI tal-Anness għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-STI rilevanti l-oħra li jistgħu jkunu applikabbli għas-subsistemi tal-infrastruttura.

(8)

Is-STI tal-Anness ma għandhiex timponi l-użu ta’ teknoloġiji jew soluzzjonijiet tekniċi speċifiċi għajr fejn dan ikun strettament meħtieġ għall-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea.

(9)

Skont l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2008/57/KE, is-STI tal-Anness għandha tippermetti, għal perjodu limitat, li l-kostitwenti tal-interoperabilità jkunu inkorporati f’subsistemi mingħajr ċertifikazzjoni, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

(10)

Sew biex tiġi inkoraġġuta l-innovazzjoni, kif ukoll biex titqies l-esperjenza miksuba, is-STI tal-Anness għandha tkun suġġetta għal reviżjoni kull tant żmien.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’dan, Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità (“STI”) rigward is-subsistema tal-infrastruttura tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea hija adottata mill-Kummissjoni.

Is-STI għandha tkun kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din is-STI għandha tkun applikabbli għal kull infrastruttura ġdida, aġġornata jew rinnovata tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea, kif definit fl-Anness I għad-Direttiva 2008/57/KE.

Artikolu 3

1.   Fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet li jkunu kklassifikati bħala punti mhux konklużi fl-Anness F tas-STI, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfati għall-verifika tal-interoperabilità skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom ikunu dawk ir-regoli tekniċi applikabbli li jintużaw fl-Istat Membru li jawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-subsistema koperta b’din id-Deċiżjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

ir-regoli tekniċi applikabbli msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-verifika li għandhom jiġu applikati rigward l-applikazzjoni tar-regoli tekniċi msemmija fil-paragrafu 1;

(c)

l-entitajiet li jaħtar biex iwettqu l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-verifika tal-punti mhux konklużi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

1.   L-Istat Membru għandu jiddefinixxi liema linji tan-netwerk tat-trasport konvenzjonali trans-Ewropew (“TEN-T”) kif stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) huma maħsuba li jiġu kklassifikati bħala linji ewlenin tat-TEN jew linji oħra tat-TEN abbażi tal-kategoriji li jidhru fit-Taqsima 4.2.1 ta’ din is-STI. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien sena mid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2.   Il-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni tal-Aġenzija u tal-Istati Membri, għandha tikkoordina l-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, speċjalment fir-rigward tal-qsim tal-fruntieri u l-konsistenza tagħha mal-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni dwar is-Sistema Ewropea tal-Amministrazzjoni tat-Traffiku Ferrovjarju kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/561/KE (5).

3.   Il-klassifikazzjoni finali li tirriżulta minn din il-koordinazzjoni għandha tiġi analizzata mill-kumitat stabbilit permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (6) u, wara diskussjoni, tiġi ppubblikata mill-Aġenzija.

4.   Meta jiddefinixxi l-pjan nazzjonali ta’ migrazzjoni, l-Istat Membru għandu jqis il-klassifikazzjoni ppubblikata mill-Aġenzija.

Artikolu 5

Il-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità, l-idoneità għall-użu u għall-verifika tal-KE stipulati fil-Kapitolu 6 tas-STI tal-Anness għandhom ikunu bbażati fuq il-moduli ddefiniti fid-Deċiżjoni 2010/713/UE.

Artikolu 6

1.   Għal perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ għaxar snin, għandu jkun possibbli li jinħareġ ċertifikat ta’ verifika tal-KE għal subsistema li jkollha kostitwenti tal-interoperabilità li ma jkollhomx Dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità jew idoneità għall-użu, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 6.6 tal-Anness.

2.   Il-produzzjoni jew l-aġġornament/tiġdid tas-subsistema bl-użu ta’ kostitwenti tal-interoperabilità mhux iċċertifikati għandha titlesta fil-perjodu ta’ tranżizzjoni, inkluż it-tqegħid fis-servizz.

3.   Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

Ir-raġunijiet għalfejn il-kostitwenti tal-interoperabbiltà ma jiġux iċċertifikati jiġu identifikati sew fil-proċedura ta’ verifika msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

Id-dettalji tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà li ma jiġux iċċertifikati u r-raġunijiet għalfejn ma ġewx iċċertifikati, inkluż l-applikazzjonijiet tar-regoli nazzjonali indikati fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/57/KE, jiġu inklużi mill-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

4.   Wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni, u bl-eċċezzjonijiet li t-Taqsima 6.6.3 tippermetti għall-manutenzjoni, il-kostitwenti tal-interoperabilità għandhom ikunu koperti permezz tad-Dikjarazzjoni tal-KE tal-konformità u/jew idoneità għall-użu qabel ma jkunu jistgħu jiddaħħlu fis-subsistema.

Artikolu 7

Skont l-Artikolu 5(3)(f) tad-Direttiva 2008/57/KE, il-Kapitolu 7 tas-STI fl-Anness, jistipula strateġija kif għandha sseħħ il-migrazzjoni lejn subsistema tal-infrastruttura li tkun totalment interoperabbli. Din il-migrazzjoni jeħtieġ li tiġi applikata flimkien mal-Artikolu 20 ta’ din id-Direttiva li jispeċifika l-prinċipji tal-applikazzjoni tas-STI għal proġetti ta’ tiġdid u aġġornament. Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2008/57/KE. Dan ir-rapport jiġi diskuss fil-kuntest tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE u, fejn ikun xieraq, is-STI imsemmija fl-Anness tiġi adattata.

Artikolu 8

1.   Fir-rigward ta’ dawk il-kwistjonijiet li jkunu kklassifikati bħala każijiet speċifiċi stipulati fil-Kapitolu 7 tas-STI, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfati għall-verifika tal-interoperabilità skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom ikunu dawk ir-regoli tekniċi applikabbli li jintużaw fl-Istat Membru li jawtorizza t-tqegħid fis-servizz tas-subsistemi koperti b’din id-Deċiżjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

ir-regoli tekniċi applikabbli msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-verifika li għandhom jiġu applikati rigward l-applikazzjoni tar-regoli tekniċi msemmija fil-paragrafu 1;

(c)

l-entitajiet li jaħtar biex iwettqu l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-verifika tal-każijiet speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi-President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1.

(5)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 60.

(6)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(7)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.


ANNESS

DIRETTIVA 2008/57/KE DWAR L-INTEROPERABILITÀ TAS-SISTEMA FERROVJARJA FIL-KOMUNITÀ

SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA GĦALL-INTEROPERABILITÀ

Subsistema tal-“Infrastruttura” għall-ferroviji konvenzjonali

1.

DAĦLA 62

1.1.

Ambitu Tekniku 62

1.2.

Ambitu Ġeografiku 62

1.3.

Kontenut ta’ din is-STI 62

2.

DEFINIZZJONI U AMBITU TAS-SUBSISTEMA 62

2.1.

Definizzjoni tas-subsistema tal-infrastruttura 62

2.2.

Interfaces ta’ din is-STI ma’ STI oħrajn 63

2.3.

Interfaces ta’ din is-STI mas-STI tal-Persuni b’Mobilità Mnaqqsa 63

2.4.

Interfaces ta’ din is-STI mas-STI tas-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji 63

2.5.

Inklużjoni tal-infrastruttura fl-ambitu tas-STI tal-Ħsejjes 63

3.

REKWIŻITI ESSENZJALI 63

4.

DESKRIZZJONI TAS-SUBSISTEMA TAL-INFRASTRUTTURA 66

4.1.

Daħla 66

4.2.

Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema 66

4.2.1.

Kategoriji tal-Linji tas-STI 66

4.2.2.

Parametri ta’ prestazzjoni 66

4.2.3.

Parametri bażiċi li jikkaratterizzaw is-subsistema tal-infrastruttura 68

4.2.3.1.

Lista ta’ Parametri Bażiċi 68

4.2.3.2.

Rekwiżiti għall-Parametri Bażiċi 69

4.2.4.

Arranġament tal-linji 70

4.2.4.1.

Il-qies minimu tal-istrutturi 70

4.2.4.2.

Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji 70

4.2.4.3.

Gradjenti massimi 70

4.2.4.4.

Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali 70

4.2.4.5.

Raġġ minimu ta’ kurva vertikali 71

4.2.5.

Parametri tal-binarji 71

4.2.5.1.

Qies standard nominali tal-binarju 71

4.2.5.2.

Pożizzjoni mżerżqa 71

4.2.5.3.

Rata ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa (bħala funzjoni tal-ħin) 71

4.2.5.4.

Defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa 71

4.2.5.4.1.

Defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fuq binarju sempliċi u fir-rotta diretta (through route) Ta’ punt ta’ qlib u ta’ qsim 72

4.2.5.4.2.

Bidla f’daqqa fid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fuq binarju diverġenti ta’ punti ta’ qlib 72

4.2.5.5.

Koniċità ekwivalenti 72

4.2.5.5.1.

Valuri skont id-disinn tal-koniċità ekwivalenti 72

4.2.5.5.2.

Rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz 73

4.2.5.6.

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi 73

4.2.5.7.

Inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja 74

4.2.5.7.1.

Linja sempliċi 74

4.2.5.7.2.

Rekwiżiti għall-qlib u għall-qsim 74

4.2.5.8.

Ebusija tal-binarji 74

4.2.6.

Punti tal-qlib u tal-qsim 74

4.2.6.1.

Mezzi ta’ llokkjar 74

4.2.6.2.

Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz 74

4.2.6.3.

It-tul massimu mhux iggwidat ta’ qsim ottuż fiss 75

4.2.7.

Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet applikati 75

4.2.7.1.

Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali 75

4.2.7.2.

Reżistenza lonġitudinali tal-binarji 75

4.2.7.3.

Reżistenza laterali tal-binarji 76

4.2.8.

Reżistenza tal-istrutturi għal tagħbijiet tat-traffiku 76

4.2.8.1.

Reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku 76

4.2.8.1.1.

Tagħbijiet vertikali 76

4.2.8.1.2.

Forzi ċentrifugali 77

4.2.8.1.3.

Forzi serriepa (nosing forces) 77

4.2.8.1.4.

Azzjonijiet minħabba trazzjoni u bbrejkjar (tagħbijiet lonġitudinali) 77

4.2.8.1.5.

Liwja fil-binarju skont id-disinn minħabba azzjonijiet ta’ traffiku fuq il-linji ferrovjarji 77

4.2.8.2.

Tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art 77

4.2.8.3.

Reżistenza ta’ strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji 77

4.2.8.4.

Reżistenza ta’ strutturi u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku 77

4.2.9.

Kwalità ġeometrika tal-binarju u l-limiti għad-difetti iżolati 78

4.2.9.1.

Determinazzjoni tal-limiti għal azzjoni immedjata, intervent, u allarm 78

4.2.9.2.

Limitu għal azzjoni immedjata għal liwja fil-binarju 78

4.2.9.3.

Limitu għal azzjoni immedjata għall-varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju 79

4.2.9.4.

Limitu għal azzjoni immedjata għall-pożizzjoni mżerżqa 80

4.2.10.

Pjattaformi 80

4.2.10.1.

Tul utilizabbli tal-pjattaformi 80

4.2.10.2.

Il-wisa’ u t-tmiem tal-pjattaformi 80

4.2.10.3.

Tmiem il-pjattaformi 80

4.2.10.4.

L-għoli tal-pjattaformi 80

4.2.10.5.

Id-distanza qasira meqjusa vertikalment lil hinn mil-linja ewlenija tat-tiqjis tal-pjattaformi 80

4.2.11.

Saħħa, sikurezza u ambjent 80

4.2.11.1.

Il-varjazzjonijiet massimi fil-pressjoni fil-mini 80

4.2.11.2.

Il-limiti għall-ħsejjes u għall-vibrazzjonijiet u l-miżuri ta’ mitigazzjoni 81

4.2.11.3.

Protezzjoni minn xokk tal-elettriku 81

4.2.11.4.

Is-sikurezza fil-mini ferrovjarji 81

4.2.11.5.

L-effett tar-rjieħ inkroċjati 81

4.2.12.

Miżuri għall-operazzjonijiet 81

4.2.12.1.

Markaturi tad-distanza 81

4.2.13.

Installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji 81

4.2.13.1.

Ġenerali 81

4.2.13.2.

Mezzi biex jitbattal it-tojlit 81

4.2.13.3.

Faċilitajiet għat-tindif estern tal-ferroviji 81

4.2.13.4.

Stokkjar mill-ġdid tal-ilma 81

4.2.13.5.

Provvista mill-ġdid tal-karburant 82

4.2.13.6.

Provvista ta’ puntali tal-elettriku 82

4.3.

Speċifikazzjoni funzjonali u teknika tal-interfaces 82

4.3.1.

Interfaces mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji 82

4.3.2.

Interfaces mas-subsistema tal-enerġija 84

4.3.3.

Interfaces mas-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni 84

4.3.4.

Interfaces mas-subsistema tal-operat u tal-immaniġġjar tat-traffiku 84

4.4.

Regoli operattivi 84

4.4.1.

Kundizzjonijiet eċċezzjonali marbuta ma’ xogħlijiet ippjanati minn qabel 84

4.4.2.

Operazzjoni ddegradata 84

4.4.3.

Protezzjoni tal-ħaddiema mill-effetti aerodinamiċi 84

4.5.

Pjan ta’ manutenzjoni 85

4.5.1.

Qabel ma linja ferrovjarja titqiegħed fis-servizz 85

4.5.2.

Wara li linja ferrovjarja titqiegħed fis-servizz 85

4.6.

Kompetenzi professjonali 85

4.7.

Kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza 85

4.8.

Reġistru tal-infrastruttura 85

5.

KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ 85

5.1.

Bażi li fuqha ntgħażlu l-kostitwenti tal-interoperabilità 85

5.2.

Lista ta’ kostitwenti 85

5.3.

Prestazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tal-kostitwenti 86

5.3.1.

Il-linja ferrovjarja 86

5.3.1.1.

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti 86

5.3.1.2.

Il-mument ta’ inerzja tas-sezzjoni trasversali tal-linja ferrovjarja 86

5.3.1.3.

L-ebusija tal-linja ferrovjarja 86

5.3.2.

Is-sistemi ta’ rbit tal-linji ferrovjarji 86

5.3.3.

Fallakki riffieda ta’ taħt il-binarji 86

6.

VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ TAL-KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABILITÀ U L-VERIFIKA TAL-KE TAS-SUBSISTEMI 87

6.1.

Kostitwenti tal-Interoperabilità 87

6.1.1.

Proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità 87

6.1.2.

Applikazzjoni tal-moduli 87

6.1.3.

Soluzzjonijiet innovattivi għall-kostitwenti tal-interoperabilità 87

6.1.4.

Dikjarazzjoni tal-KE ta’ konformità għall-kostitwenti tal-interoperabilità 88

6.2.

Subsistema tal-infrastruttura 88

6.2.1.

Dispożizzjonijiet ġenerali 88

6.2.2.

Applikazzjoni tal-moduli 88

6.2.3.

Soluzzjonijiet innovattivi 88

6.2.4.

Proċeduri ta’ valutazzjoni partikolari għal subsistema 89

6.2.5.

Soluzzjonijiet tekniċi li jagħtu preżunzjoni ta’ konformità fil-fażi tad-disinn 90

6.3.

Verifika tal-KE meta l-veloċità tintuża bħala kriterju ta’ migrazzjoni 90

6.4.

Valutazzjoni tal-pjan ta’ manutenzjoni 90

6.5.

Valutazzjoni tar-reġistru tal-infrastruttura 91

6.6.

Subsistemi li fihom kostitwenti tal-interoperabilità li ma għandhomx dikjarazzjoni tal-KE 91

6.6.1.

Kundizzjonijiet 91

6.6.2.

Dokumentazzjoni 91

6.6.3.

Manutenzjoni tas-subsistemi ċċertifikati skont it-taqsima 6.6.1. 91

7.

IMPLIMENTAZZJONI TAS-STI TAL-INFRASTRUTTURA 91

7.1.

Applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ferrovjarji konvenzjonali 91

7.2.

Applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ferrovjarji konvenzjonali ġodda 92

7.3.

Applikazzjoni ta’ din is-STI għal linji ferrovjarji konvenzjonali eżistenti 92

7.3.1.

Aġġornament ta’ linja 92

7.3.2.

Rinnovazzjoni ta’ linja 92

7.3.3.

Sostituzzjoni fil-qafas tal-manutenzjoni 93

7.3.4.

Linji eżistenti li mhumiex suġġetti għal proġett ta’ rinnovazzjoni jew ta’ aġġornament 93

7.4.

Veloċità bħala kriterju ta’ migrazzjoni 93

7.5.

Kompatibilità tal-infrastruttura u tal-vetturi ferrovjarji 93

7.6.

Każijiet speċifiċi 94

7.6.1.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Estonjan 94

7.6.2.

Karatteristiċi partikolari tan-Netwerk Finlandiż 94

7.6.3.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Elleniku 95

7.6.4.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Irlandiż 97

7.6.5.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Latvjan 98

7.6.6.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Litwan 98

7.6.7.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Pollakk 98

7.6.8.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Portugiż 99

7.6.9.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Rumen 101

7.6.10.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Spanjol 101

7.6.11.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk Svediż 102

7.6.12.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk tar-Renju Unit għall-Gran Brittanja 102

7.6.13.

Karatteristiċi partikolari tan-netwerk tar-Renju Unit għall-Irlanda ta’ Fuq 103

Anness A –

Il-valutazzjoni tal-kostitwenti tal-interoperabilità 104

Anness B –

Il-valutazzjoni tas-subsistema tal-infrastruttura 105

Anness C –

Ir-rekwiżiti ta’ kapaċità għall-istrutturi skont il-Kategoriji tal-Linji tas-STI fil-Gran Brittanja 108

Anness D –

L-elementi li għandhom ikunu inklużi fir-Reġistru tal-Infrastruttura 110

Anness E –

Ir-rekwiżiti tal-kapaċità għall-istrutturi skont il-Kategoriji tal-Linji tas-STI 111

Anness F –

Lista ta’ punti miftuħa 112

Anness G –

Glossarju 113

Anness H –

Lista ta’ standards imsemmija 119

1.   DAĦLA

1.1.   Ambitu Tekniku

Din l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (STI) tikkonċerna s-subsistema tal-infrastruttura u parti mis-subsistema tal-manutenzjoni tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea. Dawn huma inklużi fil-listi ta’ subsistemi fl-Anness II (1) għad-Direttiva 2008/57/KE.

1.2.   Ambitu Ġeografiku

L-ambitu ġeografiku ta’ din is-STI huwa s-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea kif ġiet deskritta fl-Anness I (1.1) għad-Direttiva 2008/57/KE.

1.3.   Kontenut ta’ din is-StI

Skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, din is-STI:

(a)

tindika l-għan maħsub tagħha (Kapitolu 2);

(b)

tippreskrivi rekwiżiti essenzjali għas-subsistema tal-infrastruttura (Kapitolu 3);

(ċ)

tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li għandhom jintlaħqu mis-subsistema u l-interfaces tagħha fir-rigward tas-subsistemi l-oħra (Kapitolu 4);

(d)

tiddetermina l-kostitwenti tal-interoperabilità u l-interfaces li għandhom jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, inklużi l-istandards Ewropej, li huma meħtieġa biex jilħqu l-interoperabilità fis-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (Kapitolu 5);

(e)

tgħid, f’kull każ li jkun qed jiġi kkunsidrat, liema proċeduri għandhom jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità, min-naħa l-waħda, jew il-verifika tal-KE tas-subsistemi, min-naħa l-oħra (Kapitolu 6);

(f)

tindika l-istrateġija għall-implimentazzjoni ta’ din is-STI (Kapitolu 7);

(g)

tindika, għall-persunal ikkonċernat, il-kompetenzi professjonali u l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza fix-xogħol għall-operat u għall-manutenzjoni tas-subsistema, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ din is-STI (Kapitolu 4).

Skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2008/57/KE, il-miżuri għal każijiet speċifiċi huma indikati fil-Kapitolu 7.

Fil-Kapitolu 4, din is-STI tistabbilixxi anki r-regoli operattivi u għall-manutenzjoni speċifiċi għall-ambitu indikat fil-paragrafi 1.1 u 1.2 iktar ‘il fuq.

2.   DEFINIZZJONI U AMBITU TAS-SUBSISTEMA

2.1.   Definizzjoni tas-subsistema tal-infrastruttura

Din is-STI tkopri:

(a)

is-subsistema strutturali tal-infrastruttura

(b)

il-parti tas-subsistema funzjonali tal-manutenzjoni relatata mas-subsistema tal-infrastruttura (jiġifieri: l-impjanti tal-ħasil għat-tindif estern tal-ferroviji, l-istokkjar mill-ġdid tal-ilma, il-provvista mill-ġdid tal-karburant, l-installazzjonijiet fissi biex jitbattlu t-tojlits u l-provvisti ta’ puntali (shores) tal-elettriku).

L-elementi tas-subsistema tal-infrastruttura ġew deskritti fl-Anness II (2.1.Infrastruttura) għad-Direttiva 2008/57/KE.

L-ambitu ta’ din is-STI, għalhekk, jinkludi l-aspetti li ġejjin tas-subsistema tal-infrastruttura:

(a)

L-arranġament tal-linji,

(b)

Il-parametri tal-binarji,

(ċ)

Il-punti tal-qlib u tal-qsim,

(d)

Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet applikati,

(e)

Ir-reżistenza tal-istrutturi għal tagħbijiet tat-traffiku,

(f)

Il-kwalità ġeometrika tal-binarji u l-limiti għal difetti iżolati,

(g)

Il-pjattaformi,

(h)

Is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent,

(i)

Il-miżuri għall-operazzjonijiet,

(j)

L-installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji.

Iktar dettalji huma stabbiliti fit-Taqsima 4.2.3 ta’ din is-STI.

2.2.   Interfaces ta’ din is-STI ma’ STI oħrajn

It-Taqsima 4.3 ta’ din is-STI tistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni funzjonali u teknika tal-interfaces mas-subsistemi li ġejjin, kif ġew iddefiniti fis-STI rilevanti:

(a)

Is-subsistema tal-vetturi ferrovjarji,

(b)

Is-subsistema tal-enerġija,

(ċ)

Is-subsistema tal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni,

(d)

Is-subsistema tal-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku.

L-interfaces mas-STI tal-Persuni b’Mobilità Mnaqqsa (STI PRM) huma deskritti fit-Taqsima 2.3 iktar ‘l isfel.

L-interfaces mas-STI tas-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji (STI SRT) huma deskritti fit-Taqsima 2.4 iktar ‘l isfel.

2.3.   Interfaces ta’ din is-STI mas-STI tal-Persuni b’Mobilità Mnaqqsa

Ir-rekwiżiti kollha relatati mas-subsistema tal-infrastruttura għall-aċċess tal-persuni b’mobilità mnaqqsa għas-sistema ferrovjarja huma stabbiliti fis-STI tal-Persuni b’Mobilità Mnaqqsa.

Din is-STI, għalhekk, ma tinkludix rekwiżiti relatati ma’ dan l-aspett tas-subsistema tal-infrastruttura.

2.4.   Interfaces ta’ din is-STI mas-STI tas-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji

Ir-rekwiżiti kollha relatati mas-subsistema tal-infrastruttura għas-sikurezza fil-mini ferrovjarji huma stabbiliti fis-STI tas-Sikurezza fil-Mini Ferrovjarji.

Din is-STI, għalhekk, ma tinkludix rekwiżiti relatati ma’ dan l-aspett tas-subsistema tal-infrastruttura.

2.5.   Inklużjoni tal-infrastruttura fl-ambitu tas-STI tal-Ħsejjes

L-ambitu ta’ din is-STI jeskludi l-mitigazzjoni tal-ħsejjes, sakemm tkun lesta l-proposta msemmija fl-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-“vetturi ferrovjarji – ħsejjes”, li tispeċifika dan li ġej:

“Speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-‘vetturi ferrovjarji - ħsejjes’

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2005 (2006/66/KE).

Din id-Deċiżjoni għandha ssir applikabbli sitt xhur wara d-data tan-notifika tagħha.

7.2.   Reviżjoni tas-STI

… il-KE se tgħaddi lill-‘Kumitat tal-Artikolu 21’, mhux iktar tard minn seba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din is-STI, rapport u, jekk ikun meħtieġ, proposta għal reviżjoni ta’ din is-STI rigward il-kwistjonijiet li ġejjin:

5.

l-inklużjoni tal-infrastruttura fl-ambitu tas-STI tal-Ħsejjes f’koordinazzjoni mas-STI tal-Infrastruttura;”

3.   REKWIŻITI ESSENZJALI

It-tabella li ġejja tindika r-referenzi għall-ħtiġijiet [rekwiżiti] essenzjali stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 2008/57/KE li jingħataw mir-rekwiżiti għall-parametri bażiċi stabbiliti fil-Kapitolu 4.

Tabella 1

Il-Parametri Bażiċi tas-subsistema tal-infrastruttura li jikkorrispondu għar-rekwiżiti essenzjali

Taqsima

Parametri bażiċi tas-Subsistema INF CR

Sikurezza

Affidabilità u Disponibilità

Saħħa

Protezzjoni tal-ambjent

Kompatibilità teknika

4.2.4.1

Il-qies minimu tal-istrutturi

1.1.1

 

 

 

1.5-§1

4.2.4.2

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

1.1.1

 

 

 

1.5

4.2.4.3

Gradjenti massimi

1.1.1

 

 

 

1.5-§1

4.2.4.4

Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali

 

 

 

 

1.5-§1

4.2.4.5

Ir-raġġ minimu ta’ kurva vertikali

 

 

 

 

1.5-§1

4.2.5.1

Qies standard nominali tal-binarju

 

 

 

 

1.5-§1

4.2.5.2

Pożizzjoni mżerżqa

1.1.1

 

 

 

 

4.2.5.3

Rata ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa

 

 

 

 

1.5-§1

4.2.5.4

Id-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa

1.1.1

 

 

 

1.5-§1

4.2.5.5

Koniċità ekwivalenti

1.1.1, 1.1.2

 

 

 

1.5

4.2.5.6

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi

1.1.1, 1.1.2

 

 

 

1.5-§1

4.2.5.7

L-inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja

1.1.1, 1.1.2

 

 

 

1.5-§1

4.2.5.8

L-ebusija tal-binarji

 

 

 

 

1.5

4.2.6.1

Il-mezzi ta’ llokkjar

1.1.1, 1.1.2

 

 

 

 

4.2.6.2

Il-ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz

1.1.1, 1.1.2

1.2

 

 

1.5

4.2.6.3

It-tul massimu mhux iggwidat ta’ qsim ottuż fiss

1.1.1, 1.1.2

 

 

 

1.5

4.2.7.1

Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali

1.1.1, 1.1.2, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.7.2

Ir-reżistenza lonġitudinali tal-binarji

1.1.1, 1.1.2, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.7.3

Ir-reżistenza laterali tal-binarji

1.1.1, 1.1.2, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.8.1

Ir-reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku

1.1.1, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.8.2

It-tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art

1.1.1, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.8.3

Ir-reżistenza ta’ strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji

1.1.1, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.8.4

Ir-reżistenza ta’ strutturi u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku

1.1.1, 1.1.3

 

 

 

1.5-§1

4.2.9.1

Determinazzjoni ta’ limiti għal azzjoni immedjata, intervent, u allarm

1.1.1, 1.1.2

1.2

 

 

1.5-§1

4.2.9.2

Limitu għal azzjoni immedjata għal liwja fil-binarju

1.1.1, 1.1.2

1.2

 

 

1.5-§1

4.2.9.3

Limitu għal azzjoni immedjata għal varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju

1.1.1, 1.1.2

1.2

 

 

1.5-§1

4.2.9.4

Limitu għal azzjoni immedjata għal pożizzjoni mżerżqa

1.1.1

1.2

 

 

1.5-§1

4.2.10.1

Tul utilizabbli tal-pjattaformi

 

 

 

 

1.5

4.2.10.2

Il-wisa’ u t-tmiem tal-pjattaformi

1.1.1

 

 

 

 

4.2.10.3

Tmiem il-pjattaformi

1.1.1

 

 

 

 

4.2.10.4

L-għoli tal-pjattaformi

1.1.1, 2.1.1-§3

 

 

 

1.5-§1

4.2.10.5

Id-distanza qasira meqjusa vertikalment lil hinn mil-linja ewlenija tat-tiqjis tal-pjattaformi

1.1.1, 2.1.1-§3

 

 

 

1.5-§1

4.2.11.1

Varjazzjoni massima fil-pressjoni fil-mini

2.1.1-§ 2, 2.1.1-§ 4

 

 

 

 

4.2.11.2

Il-limiti għall-ħsejjes u għall-vibrazzjonijiet u l-miżuri ta’ mitigazzjoni

 

 

 

1.4.1, 1.4.4, 1.4.5

 

4.2.11.3

Protezzjoni minn xokk tal-elettriku

2.1.1-§3

 

 

 

 

4.2.11.4

Is-sikurezza fil-mini ferrovjarji

1.1.1, 1.1.4, 2.1.1-§1, 2.1.1-§4

 

1.3

1.4.2

 

4.2.11.5

L-effett tar-rjieħ inkroċjati

1.1.1

 

 

 

 

4.2.12.1

Markaturi tad-distanza

 

1.2

 

 

 

4.2.13.2

Il-mezzi biex jitbattal it-tojlit

 

1.2

1.3.1

 

1.5-§1

4.2.13.3.

Il-faċilitajiet għat-tindif estern tal-ferroviji

 

1.2

 

 

1.5-§1

4.2.13.4

L-istokkjar mill-ġdid tal-ilma

 

1.2

1.3.1

 

1.5-§1

4.2.13.5

Il-provvista mill-ġdid tal-karburant

 

1.2

1.3.1

 

1.5-§1

4.2.13.6

Provvista ta’ puntali tal-elettriku

 

1.2

 

 

1.5-§1

4.4.1

Kundizzjonijiet eċċezzjonali marbuta ma’ xogħlijiet ippjanati minn qabel

 

1.2

 

 

 

4.4.2

L-operazzjoni ddegradata

 

1.2

 

 

 

4.4.3

Il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-effetti aerodinamiċi

2.1.1-§2

 

 

 

 

4.5

Pjan ta’ manutenzjoni

 

1.2

 

 

 

4.6

Il-kompetenzi professjonali

1.1.5

1.2

 

 

 

4.7

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza

2.1.1-§2, 2.1.1-§3, 2.1.1-§4

1.2

1.3

1.4.2

1.5

4.   DESKRIZZJONI TAS-SUBSISTEMA TAL-INFRASTRUTTURA

4.1.   Daħla

(1)

Is-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea, li għaliha tapplika d-Direttiva 2008/57/KE u li minnha jagħmlu parti s-subsistemi tal-infrastruttura u tal-manutenzjoni, hija sistema integrata li l-koerenza tagħha trid tiġi vverifikata sabiex tkun żgurata l-interoperabilità tas-sistema fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali.

(2)

L-Artikolu 5(7) tad-Direttiva jipprovdi li: “[i] it-TSIs [is-STI] ma għandhomx ikunu ta” xkiel għad-deċiżjonijiet mill-Istati Membri rigward l-użu tal-infrastruttura għall-moviment tal-vetturi mhux koperti mit-TSIs [mis-STI]’.

Għalhekk, meta tkun se tiġi ddisinjata linja konvenzjonali ġdida jew aġġornata, għandhom jiġu kkunsidrati l-ferroviji kollha li jistgħu jingħataw awtorizzazzjoni biex jużaw il-linja.

(3)

Il-valuri ta’ limitu stabbiliti f’din is-STI mhumiex maħsuba biex ikunu imposti bħala valuri tas-soltu skont id-disinn. Madankollu, il-valuri skont id-disinn iridu jkunu fil-limiti stabbiliti f’din is-STI.

(4)

L-ispeċifikazzjonjiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema u tal-interfaces tagħha, kif ġew deskritti fit-Taqsimiet 4.2 u 4.3, ma jimponux l-użu ta’ teknoloġiji jew ta’ soluzzjonijiet tekniċi speċifiċi, ħlief fejn dan ikun strettament meħtieġ għall-interoperabilità tan-netwerk ferrovjarju konvenzjonali trans-Ewropew. Imma soluzzjonijiet innovattivi għall-interoperabilità jistgħu jeħtieġu speċifikazzjonijiet ġodda u/jew metodi ġodda ta’ valutazzjoni. Sabiex jingħata spazju għall-innovazzjoni teknoloġika, dawn l-ispeċifikazzjonijiet u dawn il-metodi ta’ valutazzjoni għandhom jiġu żviluppati bil-proċess deskritt fit-Taqsima 6.2.3.

4.2.   Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema

4.2.1.   Kategoriji tal-Linji tas-STI

(1)

L-Anness I(1.1) għad-Direttiva jirrikonoxxi li n-netwerk ferrovjarju konvenzjonali jista’ jiġi suddiviż f’kategoriji differenti. Sabiex l-interoperabilità tiġi pprovduta b’mod li jkun effiċjenti mil-lat ekonomiku, din is-STI tiddefinixxi il-“Kategoriji tal-Linji tas-STI”. L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi ta’ din is-STI jvarjaw skont il-Kategoriji tal-Linji tas-STI.

(2)

Ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mis-subsistema tal-infrastruttura huma speċifikati għal kull waħda mill-Kategoriji tal-Linji tas-STI tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea li ġejjin, kif ikun rilevanti. Dawn il-Kategoriji tal-Linji tas-STI jistgħu jintużaw għall-klassifikazzjoni ta’ linji eżistenti sakemm il-Parametri ta’ Prestazzjoni rilevanti jiġu ssodisfati skont il-pjan ta’ migrazzjoni nazzjonali.

Tabella 2

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI għas-subsistema tal-infrastruttura ferrovjarja konvenzjonali

Kategoriji tal-Linji tas-STI

Tipi ta’ Traffiku

Traffiku tal-passiġġieri (P)

Traffiku tal-merkanzija (F)

Traffiku mħallat (M)

Tipi ta’ Linji

Linja Ewlenija Ġdida tat-TEN (IV)

IV-P

IV-F

IV-M

Linja Ewlenija tat-TEN Aġġornata (V)

V-P

V-F

V-M

Linja Ġdida Oħra tat-TEN (VI)

VI-P

VI-F

VI-M

Linja Aġġornata Oħra tat-TEN (VII)

VII-P

VII-F

VII-M

(3)

Innota li ċ-ċentri għall-passiġġieri, iċ-ċentri għall-merkanzija u l-linji ta’ konnessjoni huma inklużi fil-Kategoriji tal-Linji tas-STI ta’ hawn fuq, kif inhu xieraq.

(4)

Il-Kategorija tal-Linji tas-STI għal kull sezzjoni tal-binarju għandha tkun ippubblikata fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.2.   Parametri ta’ prestazzjoni

(1)

Il-livelli ta’ prestazzjoni tal-Kategoriji tal-Linji tas-STI ddefiniti fit-Taqsima 4.2.1 huma kkaratterizzati mill-Parametri ta’ Prestazzjoni li ġejjin:

(a)

il-qies standard (gauge),

(b)

it-tagħbija fuq il-fusijiet,

(ċ)

il-veloċità tal-linja,

(d)

it-tul tal-ferrovija.

(2)

Il-livelli ta’ prestazzjoni għal kull Kategorija ta’ Linja tas-STI huma stabbiliti fit-Tabella 3 hawn taħt.

Tabella 3

Il-Parametri ta’ Prestazzjoni għall-Kategoriji tal-Linji tas-STI

 

qies standard

tagħbija fuq il-fusijiet

[t]

veloċità tal-linja

[km/h]

tul tal-ferrovija

[m]

Kategoriji tal-Linji tas-STI

IV-P

GC

22,5

200

400

+ IV-F

GC

25

140

750

IV-M

GC

25

200

750

V-P

GB

22,5

160

300

V-F

GB

22,5

100

600

V-M

GB

22,5

160

600

VI-P

GB

22,5

140

300

VI-F

GC

25

100

500

VI-M

GC

25

140

500

VII-P

GA

20

120

250

VII-F

GA

20

100

500

VII-M

GA

20

120

500

Noti:

(P) = traffiku tal-passiġġieri (F) = traffiku tal-merkanzija (M) = traffiku mħallat

(3)

L-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2008/57/KE jipprovdi:

“It-TSIs [is-STI] ma għandhomx ikunu ta’ xkiel għad-deċiżjonijiet mill-Istati Membri rigward l-użu tal-infrastruttura għall-moviment tal-vetturi mhux koperti mit-TSIs [mis-STI].”

Għalhekk huwa permissibbli li jiġu ddisinjati linji ġodda u aġġornati b’tali mod li dawn jakkomodaw anki qisien standard ikbar, tagħbijiet ikbar fuq il-fusijiet, veloċitajiet ikbar u ferroviji itwal minn dawk speċifikati.

(4)

Huwa permissibbli għal postijiet spċifiċi fuq il-linja li jiġu ddisinjati għal veloċità ta’ linja u/jew tulijiet ta’ ferroviji inqas minn dawk stabbiliti fit-Tabella 3, fejn dan ikun iġġustifikat b’mod xieraq sabiex jissodisfa limitazzjonijiet ġeografiċi, urbani jew ambjentali.

(5)

L-infrastruttura ddisinjata skont ir-rekwiżiti minimi ta’ din is-STI ma tipprovdix il-kapaċità sabiex jintlaħqu kemm il-veloċità massima kif ukoll it-tagħbija massima fuq il-fusijiet flimkien. L-infrastruttura għandha biss il-kapaċità biex tintuża b’veloċità massima għal tagħbijiet fuq il-fusijiet li jkunu iċken mill-valur massimu stabbilit fit-Tabella 3, u bl-istess mod l-infrastruttura għandha biss il-kapaċità biex tintuża bit-tagħbija massima fuq il-fusijiet għal veloċitajiet iċken mill-valur massimu stabbilit fit-Tabella 3.

(6)

Il-Parametri ta’ Prestazzjoni effettivi għal kull sezzjoni tal-binarju għandhom ikunu pubblikati fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

(7)

L-informazzjoni ppubblikata relatata mat-tagħbija fuq il-fusijiet għandha tuża l-Kategoriji tal-Linji tal-EN u/jew il-Klassijiet tal-Lokomotivi ddefiniti fl-Annessi A, J u K għall-EN 15528:2008 flimkien mal-veloċità permessa. Jekk il-kapaċità għall-ġarr tat-tagħbijiet ta’ sezzjoni tal-binarju teċċedi l-medda tal-Kategoriji tal-Linji tal-EN u/jew tal-Klassijiet tal-Lokomotivi speċifikati, mela tista’ tingħata iktar informazzjoni li tiddefinixxi l-kapaċità għall-ġarr tat-tagħbijiet.

(8)

L-informazzjoni ppubblikata relatata mal-qies standard għandha tiddikjara liema mill-qisien standard GA, GB jew GC huwa pprovdut. Barra minn hekk, l-informazzjoni ppubblikata għandha tinkludi qisien standard oħrajn iddefiniti fl-Anness D għall-EN 15273:2009 li huma pprovduti għal ftehimiet multinazzjonali. L-informazzjoni ppubblikata tista’ tinkludi l-qisien standard nazzjonali li huma pprovduti għal użu domestiku.

4.2.3.   Parametri bażiċi li jikkaratterizzaw is-subsistema tal-infrastruttura

4.2.3.1.   Lista ta’ parametri Bażiċi

(1)

Il-Parametri Bażiċi li jikkaratterizzaw is-subsistema tal-infrastruttura, ragruppati skont l-aspetti elenkati fit-taqsima 2.1, huma:

A.   L-arranġament tal-linji:

(a)

Qies minimu tal-istrutturi (4.2.4.1),

(b)

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji (4.2.4.2),

(ċ)

Il-gradjenti massimi (4.2.4.3),

(d)

Ir-raġġ minimu ta’ kurva orizzontali (4.2.4.4),

(e)

Ir-raġġ minimu ta’ kurva vertikali (4.2.4.5),

B.   Il-parametri tal-binarji:

(f)

Il-qies standard nominali tal-binarju (4.2.5.1),

(g)

Il-pożizzjoni mżerżqa (4.2.5.2),

(h)

Ir-rata ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa (bħala funzjoni tal-ħin) (4.2.5.3),

(i)

Id-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa (4.2.5.4),

(j)

Il-koniċità ekwivalenti (4.2.5.5),

(k)

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi (4.2.5.6),

(l)

L-inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja (4.2.5.7),

(m)

L-ebusija tal-binarji (4.2.5.8),

C.   Il-punti tal-qlib u tal-qsim

(n)

Il-mezzi ta’ llokkjar (4.2.6.1),

(o)

Il-ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz (4.2.6.2),

(p)

It-tul massimu mhux iggwidat ta’ punt ta’ qsim ottuż fiss (4.2.6.3),

D.   Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet applikati

(q)

Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali (4.2.7.1),

(r)

Ir-reżistenza lonġitudinali tal-binarji (4.2.7.2),

(s)

Ir-reżistenza laterali tal-binarji (4.2.7.3),

E.   Ir-reżistenza tal-istrutturi għal tagħbijiet tat-traffiku

(t)

Ir-reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.8.1),

(u)

It-tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art (4.2.8.2),

(v)

Reżistenza ta’ strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji (4.2.8.3),

(w)

Ir-reżistenza ta’ pontijiet u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku (4.2.8.4),

F.   Il-kwalità ġeometrika tal-binarju u l-limiti għad-difetti iżolati

(x)

Id-determinazzjoni ta’ limiti għal azzjoni immedjata, intervent, u allarm (4.2.9.1),

(y)

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal liwja fil-binarju (4.2.9.2),

(z)

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju (4.2.9.3),

(aa)

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal pożizzjoni mżerżqa (4.2.9.4),

G.   Il-pjattaformi

(bb)

It-tul utilizzabbli tal-pjattaformi (4.2.10.1),

(cc)

Il-wisa’ u t-tmiem tal-pjattaformi (4.2.10.2),

(dd)

Tmiem il-pjattaformi (4.2.10.3),

(ee)

L-għoli tal-pjattaformi (4.2.10.4),

(ff)

Id-distanza vertikali mil-linja ewlenija tat-tiqjis tal-pjattaformi (4.2.10.5),

H.   Is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent

(gg)

Il-varjazzjoni massima fil-pressjoni fil-mini (4.2.11.1),

(hh)

Limiti għall-ħsejjes u għall-vibrazzjonijiet u miżuri ta’ mitigazzjoni (4.2.11.2),

(ii)

Il-protezzjoni minn xokk tal-elettriku (4.2.11.3),

(jj)

Is-sikurezza fil-mini ferrovjarji (4.2.11.4),

(kk)

L-effett ta’ rjieħ inkroċjati (4.2.11.5),

I.   Il-miżuri għall-operazzjonijiet

(ll)

Markaturi tad-distanza (4.2.12.1),

J.   L-installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji

(mm)

Il-mezzi biex jitbattal it-tojlit (4.2.13.2),

(nn)

Il-faċilitajiet għat-tindif estern tal-ferroviji (4.2.13.3),

(oo)

L-istokkjar mill-ġdid tal-ilma (4.2.13.4),

(pp)

Il-provvista mill-ġdid tal-karburant (4.2.13.5),

(qq)

Il-provvista ta’ puntali tal-elettriku (4.2.13.6).

4.2.3.2.   Rekwiżiti għall-parametri Bażiċi

(1)

Dawn ir-rekwiżiti huma deskritti fil-paragrafi li ġejjin, flimkien ma’ kwalunkwe kundizzjoni partikolari li tista’ titħalla f’kull każ għall-parametri u għall-interfaces ikkonċernati.

(2)

Ir-rekwiżiti kollha tal-Kapitolu 4 ta’ din is-STI qed jingħataw għal linji mibnija bil-qies standard tal-binarji fl-Ewropa, kif inhu ddefinit fil-paragrafu 4.2.5.1 għal-linji li jkunu konformi ma’ din is-STI.

(3)

L-ispeċifikazzjonijiet għall-pożizzjoni mżerżqa, għar-rata ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa, għad-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa, għar-rata ta’ bidla fid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa, u għal-liwja fil-binarji huma applikabbli għal-linji li jkollhom qies standard nominali tal-binarju ta’ 1 435 mm. Għal linja li jkollha qies standard nominali tal-binarju ieħor, il-limiti għal dawn il-parametri għandhom ikunu stabbiliti fi proporzjon għad-distanza nominali bejn il-linji ferrovjarji.

(4)

F’każ ta’ binarju b’linji ferrovjarji multipli, ir-rekwiżiti ta’ din is-STI għandhom jiġu applikati b’mod separat għal kull par linji ferrovjarji ddisinjat biex jintuża bħala binarju separat.

(5)

Ir-rekwiżiti għal-linji li jirrappreżentaw każijiet speċifiċi, inklużi l-linji mibnija skont qies standard ta’ binarju ieħor, huma deskritti fit-Taqsima 7.6.

(6)

Huwa permess li f’sezzjoni qasira mill-binarju jkun hemm apparati għat-tranżizzjoni bejn qisien standard nominali tal-binarju differenti. Il-post u t-tip ta’ tranżizzjonijiet għandhom ikunu ppubblikati fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

(7)

Ġew deskritti r-rekwiżiti għas-subsistema f’kundizzjonijiet normali ta’ servizz. Il-konsegwenzi, jekk ikun hemm, tat-twettiq tax-xogħlijiet, li jistgħu jeħtieġu eċċezzjonijiet temporanji sa fejn għandha x’taqsam il-prestazzjoni tas-subsistema, jiġu ttrattati fit-Taqsima 4.4.

(8)

Il-livelli ta’ prestazzjoni tal-ferroviji konvenzjonali jistgħu jittejbu billi jiġu adottati sistemi speċifiċi, bħall-inklinazzjoni (tilting) tal-bodi tal-vettura. Huma permessi kundizzjonjiet speċjali biex jitħaddmu ferroviji ta’ din ix-xorta, sakemm ma jinvolvux restrizzjonijiet għal ferroviji oħrajn li mhumiex mgħammra b’sistemi ta’ din ix-xorta. Ir-Reġistru tal-Infrastruttura għandu jirreġistra jekk kundizzjonijiet speċjali ta’ din ix-xorta jkunux applikabbli. Il-kundizzjonijiet speċjali għandhom ikunu pubblikament disponibbli.

4.2.4.   Arranġament tal-Linji

4.2.4.1.   Il-qies minimu tal-istrutturi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-qies minimu tal-istrutturi għandu jkun iffissat fuq il-bażi tal-qies standard stabbilit fit-Tabella 3 ta’ din is-STI.

(2)

Il-kalkoli tal-qies minimu tal-istrutturi għandhom isiru bil-metodu kinematiku skont ir-rekwiżiti tal-kapitoli 5, 7, 10 u l-Anness C tal-EN 15273-3:2009.

(3)

Fejn tkun ipprovduta elettrifikazzjoni fl-għoli, il-qisien standard tal-pantografi huma stabbiliti fis-STI ENE CR (is-STI tal-Enerġija Ferrovjarja Konvenzjonali).

4.2.4.2.   Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Id-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji għandha tkun iffissata fuq il-bażi tal-qies standard stabbilit fit-Tabella 3 ta’ din is-STI.

(2)

Fejn ikun xieraq, id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji għandha tikkunsidra wkoll l-effetti aerodinamiċi. Ir-regoli biex jiġu kkunsidrati l-effetti aerodinamiċi u d-distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji fejn jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-effetti aerodinamiċi, għadhom qed jiġu diskussi.

(3)

Id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji ta’ sezzjoni ta’ linja għandha tkun ippubblikata fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.4.3.   Gradjenti massimi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-P u VI-P

(1)

Għall-binarji ewlenin fil-fażi tad-disinn huma permessi gradjenti weqfin daqs 35 mm/m, sakemm jiġu osservati r-rekwiżiti għall-“involukru” li ġejjin:

(a)

l-inklinazzjoni (slope) tal-profil medju li qed jiċċaqlaq fuq 10 km tkun inqas minn jew daqs 25 mm/m,

(b)

it-tul massimu ta’ gradjent kontinwu ta’ 35 mm/m ma jeċċedix 6 km.

(2)

Il-gradjenti tal-binarji mill-pjattaformi tal-passiġġieri ma għandhomx ikunu ta’ iktar minn 2,5 mm/m, fejn ikun hemm il-ħsieb li l-vaguni għall-passiġġieri jitwaħħlu jew jinqalgħu regolarment.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-F, IV-M, VI-F u VI-M

(3)

Għall-binarji ewlenin fil-fażi tad-disinn huma permessi gradjenti massimi weqfin daqs 12,5 mm/m.

(4)

Għal sezzjonijiet sa 3 km, huwa permess gradjent massimu ta’ 20 mm/m.

(5)

Għal sezzjonijiet sa 0,5 km, huwa permess gradjent massimu ta’ 35 mm/m f’postijiet fejn ma jkunx hemm il-ħsieb li l-ferroviji jieqfu u jistartjaw waqt operazzjoni normali.

(6)

Il-gradjenti tal-binarji mill-pjattaformi tal-passiġġieri ma għandhomx ikunu ta’ iktar minn 2.5 mm/m, fejn ikun hemm il-ħsieb li l-vaguni għall-passiġġieri jitwaħħlu jew jinqalgħu regolarment.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F, V-M, VII-P, VII-F u VII-M

(7)

Ma ġie speċfikat l-ebda valur għal-linji aġġornati, peress li l-gradjenti jiġu ddeterminati mill-kostruzzjoni oriġinali tal-linja kkonċernata.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(8)

Il-gradjenti tal-binarji għall-ipparkjar tal-ferroviji (stabling tracks) maħsuba għall-vetturi ferrovjarji li għandhom jiġu pparkjati ma għandhomx ikunu ta’ iktar minn 2,5 mm/m sakemm ma jittiħdux miżuri speċifiċi sabiex il-vetturi ferovjarji ma jitħallewx jiżżerżqu.

(9)

Il-gradjenti u l-postijiet tal-bidliet fil-gradjent għandhom ikunu ppubblikati fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

(10)

Fil-każ tal-binarji għall-ipparkjar tal-ferroviji, il-gradjenti għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-Infrastruttura biss meta jeċċedu t-2,5 mm/m.

4.2.4.4.   Raġġ minimu ta’ kurva orizzontali

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-raġġ minimu ta’ kurva orizzontali skont id-disinn għandu jintgħażel billi tiġi kkunsidrata l-veloċità lokali tal-kurva skont id-disinn.

(2)

Għall-binarji jew għall-binarji żgħar maġenb il-binarji ewlenin (sidings) għall-ipparkjar tal-ferroviji, ir-raġġ minimu ta’ kurva orizzontali skont id-disinn ma għandux ikun inqas minn 150 m.

(3)

Ir-raġġ minimu ta’ kurva orizzontali mill-pjattaformi huwa stabbilit fis-STI PRM.

(4)

Ir-reverse curves (sezzjonijiet tal-binarji fejn kurva lejn naħa tkun segwita minn kurva fin-naħa opposta, fi ftit kliem kurva f’forma ta’ ittra S) – għajr reverse curves f’wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji (marshalling yards) fejn il-vaguni jiġu mċaqilqa minn post għall-ieħor individwalment – b’raġġi ta’ bejn 150 m u 300 m għandhom ikunu ddisinjati skont it-Taqsima 8.4 tal-EN 13803-2:2006 sabiex ikun ipprevenut l-illokjar tal-molla mewwieta (buffer locking).

(5)

Ir-raġġ tal-iċken kurva orizzontali ta’ sezzjoni ta’ linja għandu jkun ippubblikat fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.4.5.   Raġġ minimu ta’ kurva vertikali

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-raġġ tal-kurvi vertikali (ħlief għall-għeqiebi fil-wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji) għandu jkun ta’ mill-inqas 600 m fuq ħotba jew 900 m f’ħofra.

(2)

Għall-għeqiebi fil-wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji, ir-raġġ tal-kurvi vertikali għandu jkun ta’ mill-inqas 250 m fuq ħotba jew 300 m f’ħofra.

4.2.5.   Parametri tal-binarji

4.2.5.1.   Qies standard nominali tal-binarju

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-qies standard nominali tal-binarju Ewropew għandu jkun ta’ 1 435 mm.

(2)

Il-qies standard nominali tal-binarju għal linja għandu jkun ippubblikat fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.5.2.   Pożizzjoni mżerżqa

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-pożizzjoni mżerżqa skont id-disinn fil-binarji biswit il-pjattaformi tal-istazzjonijiet m’għandiex teċċedi l-110 mm.

(2)

L-ikbar pożizzjoni mżerżqa fuq sezzjoni ta’ linja għandha tkun ippubblikat fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-P, V-P, VI-P u VII-P

(3)

Il-pożizzjoni mżerżqa skont id-disinn għandha tkun limitata għal 180 mm.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-F, IV-M, V-F, V-M, VI-F, VI-M, VII-F u VII-M

(4)

Il-pożizzjoni mżerżqa skont id-disinn għandha tkun limitata għal 160 mm.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-F, IV-M, VI-F u VI-M

(5)

Fuq kurvi b’raġġ ta’ inqas minn 290 m, il-pożizzjoni mżerżqa għandha tkun ristretta għal-limitu mogħti mill-formola li ġejja

D ≤(R-50)/1.5

fejn D hija l-pożizzjoni mżerżqa f’mm u R huwa r-raġġ f’m.

4.2.5.3.   Rata ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa (bħala funzjoni tal-ħin)

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-rata massima ta’ bidla fil-pożizzjoni mżerżqa fi tranżizzjoni għandha tkun ta’ 70 mm/s ikkalkolata bħala l-veloċità massima permessa għall-ferroviji li ma jkunux mgħammra b’sistema ta’ kumpens għad-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa.

(2)

Madankollu, jekk id-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fi tmiem it-tranżizzjoni tkun inqas minn jew daqs 150 mm u r-rata ta’ bidla fid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fi tranżizzjoni tkun inqas minn jew daqs 70 mm/s, huwa permissibbli li r-rata ta’ bidla massima fil-pożizzjoni mżerżqa tiġi miżjuda għal 85 mm/s.

4.2.5.4.   Defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin huma applikabbli għal linji interoperabbli li jkollhom qies standard nominali tal-binarju kif ġie ddefinit fil-paragrafu 4.2.5.1 ta’ din is-STI.

4.2.5.4.1.   Defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fuq binarju sempliċi u fir-rotta diretta (through route) Ta’ punt ta’ qlib u ta’ qsim

(1)

Id-defiċjenza massima fil-pożizzjoni mżerżqa li fiha l-ferroviji jitħallew jaħdmu għandha tikkunsidra l-kriterji ta’ aċċettazzjoni tal-vetturi kkonċernati, stabbiliti fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS (veloċità għolja) u CR (ferroviji konvenzjonali).

(2)

Għall-ferroviji li ma jkunux mgħammra b’sistemi ta’ kumpens għad-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa, id-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa f’linji b’veloċitajiet sa u inklużi l-200 km/h m’għandiex teċċedi, mingħajr l-ebda wirja ulterjuri, dawn li ġejjin:

(a)

130 mm (jew 0,85 m/s2 ta’ aċċellerazzjoni laterali mhux ikkumpensata) għall-vetturi ferrovjarji approvati skont is-STI tal-Vaguni għall-Merkanzija (STI WAG);

(b)

150 mm (jew 1,0 m/s2 ta’ aċċellerazzjoni laterali mhux ikkumpensata) għall-vetturi ferrovjarji approvati skont is-STI RST tal-Lokomotivi u tal-Passiġġieri (STI LOC&PAS).

(3)

Huwa permissibbli għal ferroviji ddisinjati speċifikament biex jivvjaġġaw b’defiċjenza ogħla fil-pożizzjoni mżerżqa (unitajiet multipli b’tagħbijiet iktar baxxi fuq il-fusijiet, ferroviji b’sistema li tikkumpensa d-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa) biex jaħdmu b’valuri ta’ defiċjenza ogħla fil-pożizzjoni mżerżqa, b’kundizzjoni li jintwera li dan jista’ jintlaħaq b’mod sikur.

4.2.5.4.2.   Bidla f’daqqa fid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fuq binarju diverġenti ta’ punti ta’ qlib

(1)

Il-valuri massimi skont id-disinn ta’ bidla f’daqqa fid-defiċjenza fil-pożizzjoni mżerżqa fuq binarji diverġenti għandhom ikunu:

(a)

120 mm għal qlib li jippermetti veloċitajiet tal-qlib ta’ 30 km/h ≤ V ≤ 70 km/h,

(b)

105 mm għal qlib li jippermetti veloċitajiet tal-qlib ta’ 70 km/h < V ≤ 170 km/h,

(ċ)

85 mm għal qlib li jippermetti veloċitajiet tal-qlib ta’ 170 km/h < V ≤ 200 km/h.

(2)

Għall-meded eżistenti ta’ disinji ta’ qlib tista’ tiġi aċċettata konċessjoni ta’ 20 mm fuq dawn il-valuri.

4.2.5.5.   Koniċità ekwivalenti

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-valuri ta’ limitu għall-koniċità ekwivalenti msemmija fit-Tabella 4 għandhom jiġu kkalkolati għall-estensjoni (y) tal-ispostament laterali tal-kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet (wheelset):

y = 3 mm

jekk (TG – SR) ≥ 7 mm

Formula

,

jekk 5 mm ≤ (TG – SR) < 7 mm

y = 2 mm

jekk (TG – SR) < 5 mm

fejn TG hija l-qies standard tal-binarju u SR hija d-distanza bejn l-uċuh ta’ kuntatt tal-flanġ tal-kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet. Għall-qlib u għall-qsim mhija meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-koniċità ekwivalenti.

4.2.5.5.1.   Valuri skont id-disinn tal-koniċità ekwivalenti

(1)

Għal linja sempliċi għandhom jingħażlu valuri skont id-disinn tal-qies standard tal-binarju, tal-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti u tal-inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja sabiex ikun żgurat li l-limiti għall-koniċità ekwivalenti stabbiliti fit-Tabella 4 ma jinqabżux.

Tabella 4

Il-valuri ta’ limitu skont id-disinn għall-koniċità ekwivalenti

Medda ta’ veloċitajiet

[km/h]

Koniċità ekwivalenti

S 1002, GV 1/40

EPS

v ≤ 60

Valutazzjoni mhux meħtieġa

Valutazzjoni mhux meħtieġa

60 < v ≤ 160

0,25

0,30

160 < v ≤ 200

0,25

0,30

(2)

Il-kombinazzjonijiet ta’ roti u ta’ fusijiet li ġejjin għandhom ikunu mmudellati fuq il-kundizzjonijiet maħsuba tal-binarji (simulati b’kalkolu skont l-EN 15302:2008):

(a)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 420 mm

(b)

S 1002 kif iddefinita fl-Anness C għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 426 mm

(ċ)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 420 mm

(d)

GV 1/40 kif iddefinita fl-Anness B għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 426 mm

(e)

EPS kif iddefinita fl-Anness D għall-EN 13715:2006 b’SR = 1 420 mm.

4.2.5.5.2.   Rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz

(1)

Ir-rekwiżiti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz għadhom qed jiġu diskussi.

(2)

Malli d-disinn inizjali tas-sistema tal-binarji jkun ġie stabbilit, parametru importanti għall-kontroll tal-koniċità ekwivalenti mqiegħda fis-servizz huwa l-qies standard tal-binarju. Għalhekk, sakemm jingħalqu d-diskussjonijiet, il-valuri għal qies standard medju tal-binarju u r-rekwiżiti għall-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’każ ta’ instabilità fir-rikba stabbiliti iktar ‘l isfel għandhom jiġu rrispettati.

(3)

L-Amministratur Infrastrutturali għandu jżomm il-qies standard medju tal-binarju fuq binarju dritt u f’kurvi b’raġġ R > 10 000 m fil-limitu stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt jew ‘il fuq minnu.

Tabella 5

Il-qies standard medju minimu mqiegħed fis-servizz fuq binarju dritt u f’kurvi b’raġġ R > 10 000 m

Medda ta’ veloċitajiet

[km/h]

Qies standard medju [mm] fuq 100 m

v ≤ 60

valutazzjoni mhux meħtieġa

60 < v ≤ 160

1 430

160 < v ≤ 200

1 430

(4)

Jekk tkun irrapportata xi instabilità fir-rikba fuq binarju li jirrispetta r-rekwiżit tat-Taqsima 4.2.5.5 għal vetturi ferrovjarji li jkollhom kombinazzjonijiet ta’ roti u ta’ fusijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-koniċità ekwivalenti stabbiliti fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR, għandha ssir investigazzjoni konġunta min-naħa tal-Impriża Ferrovjarja u tal-Amministratur Infrastrutturali sabiex tkun iddeterminata r-raġuni għal dan.

4.2.5.6.   Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Id-disinn tal-profili tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi għandu jinkludi:

(a)

inklinazzjoni laterali fuq in-naħa tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti angolata għal bejn il-vertikali u 1/16 b’referenza għall-assi vertikali tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti;

(b)

id-distanza vertikali bejn il-quċċata ta’ din l-inklinazzjoni vertikali u l-parti ta’ fuq tal-linja ferrovjarja għandha tkun ta’ inqas minn 15 mm;

(ċ)

raġġ ta’ mill-inqas 12 mm fir-rokna tal-qies standard;

(d)

id-distanza orizzontali bejn il-quċċata tal-linja ferrovjarja u l-punt tanġenzjali għandha tkun ta’ bejn 31 u 37 mm.

Grafika 1

Il-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti

Image

4.2.5.7.   Inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

4.2.5.7.1.   Linja sempliċi

(1)

Il-linja ferrovjarja għandha tkun inklinata lejn iċ-ċentru tal-binarju.

(2)

L-inklinazzjoni tal-linja ferrovjarja għal rotta partikolari għandha tingħażel mill-medda ta’ bejn 1/20 u 1/40.

(3)

Il-valur magħżul għandu jkun iddikjarat fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.5.7.2.   Rekwiżiti għall-qlib u għall-qsim

(1)

Il-linja ferrovjarja fil-qlib u fil-qsim għandha tkun iddisinjata biex jew tkun vertikali jew tkun inklinata.

(2)

Jekk il-linja ferrovjarja tkun inklinata, l-inklinazzjoni ddisinjata fil-qlib u fil-qsim għandha tkun l-istess bħal dik għal linja sempliċi.

(3)

L-inklinazzjoni tista’ tingħata mill-forma tal-parti attiva tal-profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti.

(4)

Għal sezzjonijiet qosra ta’ linja sempliċi bejn qlib u qsim mingħajr inklinazzjoni, huwa permess li jitqiegħdu linji ferrovjarji mingħajr inklinazzjoni.

(5)

Hija permessa tranżizzjoni qasira minn linja ferrovjarja inklinata għal waħda vertikali.

4.2.5.8.   Ebusija tal-binarji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-rekwiżiti għall-ebusija tal-binarji bħala sistema kompluta għadhom qed jiġu diskussi.

4.2.6.   Punti tal-qlib u tal-qsim

4.2.6.1.   Mezzi ta’ llokkjar

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-P, IV-F, IV-M, VI-P, VI-F u VI-M

(1)

Il-partijiet kollha li jiċċaqilqu tal-punti tal-qlib u tal-qsim għandhom ikunu mgħammra b’mezzi ta’ llokkjar, ħlief fil-wesgħat fejn jinġemgħu l-ferroviji u f’binarji oħrajn li jintużaw biss biex il-ferroviji jiġu mċaqilqa minn post għall-ieħor.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI V-P, V-F, V-M, VII-P, VII-F u VII-M

(2)

Fejn il-veloċità massima tkun ta’ iktar minn 40 km/h, il-partijiet kollha li jiċċaqilqu tal-punti tal-qlib u tal-qsim għandhom ikunu mgħammra b’mezzi ta’ llokkjar, sakemm ma jintużawx esklużivament fid-direzzjoni tal-konverġenza.

4.2.6.2.   Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

F’dan il-paragrafu, is-STI tagħti valuri ta’ limitu mqiegħda fis-servizz li huma kompatibbli mal-karatteristiċi ġeometriċi tal-kombinazzjonijiet ta’ roti u ta’ fusijiet kif ġew iddefiniti fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR. Għandu jkun il-kompitu tal-Amministratur Infrastrutturali li jiddeċiedi l-valuri skont id-disinn u li jiżgura, permezz tal-pjan ta’ manutenzjoni, li l-valuri mqiegħda fis-servizz ma jaqgħux lil hinn mil-limiti tas-STI. Dawn il-limiti huma ffissati bħala limiti għal azzjoni immedjata.

Grafika 2

Il-ġbid lura tal-qlib f’punt ta’ qsim komuni fiss

Image

(2)

Il-karatteristiċi tekniċi tal-punti tal-qlib u tal-qsim għandhom ikunu konformi mal-valuri mqiegħda fis-servizz li ġejjin:

(a)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-punt ta’ qlib: 1 380 mm.

Dan il-valur jista’ jiżdied jekk l-Amministratur Infrastrutturali juri li s-sistema ta’ attwazzjoni u ta’ llokkjar tal-punt ta’ qlib tkun tista’ tirreżisti l-forzi tal-impatt laterali ta’ kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet.

(b)

Il-valur minimu ta’ protezzjoni fissa tal-ponta għal punt ta’ qsim komuni: 1 392 mm.

Dan il-valur jitkejjel 14 mm taħt is-superfiċje li fuqha jimxu r-roti (running surface), u fuq il-linja teoretika ta’ referenza, f’distanza xierqa lura mill-punt effettiv (RP) tal-ponta kif ġie indikat fil-Grafika 2. Għal qsim bi ġbid lura tal-qlib, dan il-valur jista’ jitnaqqas. F’dan il-każ, l-Amministratur Infrastrutturali għandu juri li l-ġbid lura tal-qlib huwa suffiċjenti biex jiggarantixxi li r-rota ma tolqotx il-ponta fil-punt effettiv (RP).

(ċ)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free fil-ponta tal-punt ta’ qsim: 1 356 mm.

(d)

Il-valur massimu ta’ passaġġ bil-magna free mad-daħla għal check rail/wing rail: 1 380 mm.

(e)

Il-wisa’ minima tal-flangeway (parti miftuħa fil-linja jew fil-binarju li tipprovdi mogħdija minn fejn tgħaddi l-flanġ tar-rota): 38 mm.

(f)

Il-fond minimu tal-flangeway: 40 mm.

(g)

L-għoli żejjed massimu taċ-check rail: 70 mm.

(3)

Ir-rekwiżiti rilevanti kollha għall-qlib u għall-qsim huma applikabbli wkoll għal soluzzjonijiet tekniċi oħrajn li jużaw il-linji ferrovjarji tal-qlib, pereżempju, modifikaturi tal-ġnub (side modifiers) li jintużaw f’binarju b’linji ferrovjarji multipli.

4.2.6.3.   It-tul massimu mhux iggwidat ta’ qsim ottuż fiss

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-valur skont id-disinn tat-tul massimu mhux iggwidat għandu jkun ekwivalenti għal 1 f’9 (tgα=0.11, α=6°20’) qsim ottuż b’check rail mgħolli ‘l fuq b’minimu ta’ 45 mm u assoċjat ma’ dijametru minimu tar-rota ta’ 330 mm f’rotti diretti u dritti.

4.2.7.   Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet applikati

4.2.7.1.   Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-binarju, inklużi l-qlib u l-qsim, għandu jkun iddisinjat biex jirreżisti mill-inqas il-forzi li ġejjin:

(a)

it-tagħbija fuq il-fusijiet skont il-parametri ta’ prestazzjoni għall-Kategoriji tal-Linji tas-STI kif ġew iddefiniti fit-Tabella 3;

(b)

il-forza dinamika massima tar-roti li kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet teżerċita fuq il-binarju. Is-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jiddefinixxu limitu għall-forza dinamika massima tar-roti għal kundizzjonijiet tat-test definiti. Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali għandha tkun konsistenti ma’ dawn il-valuri;

(ċ)

il-forza kważi statika massima tar-roti li kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet teżerċita fuq il-binarju. Is-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jiddefinixxu limitu għall-forza kważi statika massima tar-roti għal kundizzjonijiet tat-test definiti. Ir-reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali għandha tkun konsistenti ma’ dawn il-valuri.

4.2.7.2.   Reżistenza lonġitudinali tal-binarji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

4.2.7.2.1.   Forzi skont id-disinn

(1)

Il-binarju, inklużi l-qlib u l-qsim, għandu jkun iddisinjat sabiex jirreżisti l-forzi lonġitudinali li jirriżultaw mill-ibbrejkjar. Is-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jiddefinixxu l-limiti għad-deċellerazzjoni li għandhom jintużaw sabiex ikunu ddeterminati l-forzi lonġitudinali li jirriżultaw mill-ibbrejkjar.

(2)

Il-binarju għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jirreżisti l-forzi termali lonġitudinali li jirriżultaw minn bidliet fit-temperatura fil-linja ferrovjarja u li jimminimizza l-probabilità li l-binarju jitgħattan taħt il-pressjoni tas-sħana.

4.2.7.2.2.   Kompatibilità mas-sistemi tal-ibbrejkjar

(1)

Il-binarju għandu jkun iddisinjat biex ikun kompatibbli mal-użu ta’ brejkijiet manjetiċi fuq il-binarji għal ibbrejkjar ta’ emerġenza.

(2)

Il-kompatibilità (jew in-nuqqas ta’ kompatibilità) tad-disinn tal-binarju adottat mal-użu ta’ sistemi ta’ bbrejkjar, indipendentement mill-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-roti mal-linja ferrovjarja għal ibbrejkjar ta’ servizz u għal ibbrejkjar ta’ emerġenza, għandha tkun ippubblikata fir-Reġistru tal-Infrastruttura. Is-sistemi tal-ibbrejkjar indipendentement mill-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-roti mal-linja ferrovjarja, jinkludu l-brejkijiet manjetiċi fuq il-binarji u l-brejkijiet tal-belligħat żgħar tal-kurrent fuq il-binarji.

(3)

Fejn il-binarju jkun kompatibbli mal-użu ta’ sistemi ta’ bbrejkjar indipendenti mill-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni, ir-Reġistru tal-Infrastruttura għandu jiddikjara kwalunkwe limitazzjoni għall-użu tas-sistemi ta’ bbrejkjar li fuqhom tiddependi l-kompatibilità, fejn jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet klimatiċi lokali u n-numru mistenni ta’ applikazzjonijiet ripetuti ta’ brejkijiet f’post partikolari.

4.2.7.3.   Reżistenza laterali tal-binarji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-binarju, inklużi l-qlib u l-qsim, għandu jkun iddisinjat biex jirreżisti mill-inqas:

(a)

il-forza laterali dinamika massima u totali li kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet teżerċita fuq il-binarju. Is-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jiddefinixxu limitu għall-forzi laterali li kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet teżerċita fuq il-binarju. Ir-reżistenza laterali tal-binarju għandha tkun konsistenti ma’ dawn il-valuri,

(b)

il-forza ta’ gwida kważi statika li kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet teżerċita fuq il-binarju. Is-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jiddefinixxu limitu għall-forza ta’ gwida kważi statika Yqst għal raġġi u għal kundizzjonijiet tat-test definiti. Ir-reżistenza laterali tal-binarju għandha tkun konsistenti ma’ dawn il-valuri.

4.2.8.   Reżistenza tal-istrutturi għal tagħbijiet tat-traffiku

(1)

Ir-rekwiżiti tal-EN 1991-2:2003 u tal-Anness A2 għall-EN 1990:2002, maħruġa bħala EN 1990:2002/A1:2005, speċifikati f’dan il-kapitolu tas-STI għandhom jiġu applikati skont il-klawżoli korrispondenti fl-annessi nazzjonali għal dawn l-istandards, jekk jeżistu.

4.2.8.1.   Reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - għal strutturi ġodda fuq linji ferrovjarji ġodda jew eżistenti biss

4.2.8.1.1.   Tagħbijiet vertikali

(1)

L-istrutturi għandhom ikunu ddisinjati biex isostnu t-tagħbijiet vertikali skont il-mudelli ta’ tagħbijiet li ġejjin, iddefiniti fl-EN 1991-2:2003:

(a)

Il-Mudell tat-Tagħbijiet 71, kif inhu stabbilit fil-paragrafu 6.3.2 (2)P tal-EN 1991-2:2003

(b)

Barra minn hekk, għal pontijiet kontinwi, il-Mudell tat-Tagħbijiet SW/0, kif inhu stabbilit fil-paragrafu 6.3.3 (3)P tal-EN 1991-2:2003

(2)

Il-mudelli tat-tagħbijiet għandhom ikunu mmultiplikati bil-fattur alfa (α) kif inhu stabbilit fil-paragrafi 6.3.2 (3)P u 6.3.3 (5)P tal-EN 1991-2:2003.

(3)

Il-valur ta’ alfa (α) għandu jkun daqs jew ikbar mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 6.

Tabella 6

Il-fattur alfa (α) għad-disinn ta’ strutturi ġodda

Tipi ta’ Linji jew Kategoriji tal-Linji tas-STI

Fattur alfa minimu (α)

IV

1,1

V

1,0

VI

1,1

VII-P

0,83

VII-F, VII-M

0,91

(4)

L-effetti tat-tagħbijiet mill-mudelli tat-tagħbijiet għandhom jitkabbru bil-fattur dinamiku phi (Φ) kif inhu stabbilit fil-paragafi 6.4.3 (1)P u 6.4.5.2 (2) tal-EN 1991-2:2003.

4.2.8.1.2.   Forzi ċentrifugali

(1)

Fejn binarju fuq pont ikun ikkurvat fuq it-tul kollu jew parzjali tal-pont, fid-disinn tal-istrutturi għandha tkun ikkunsidrata l-forza ċentrifuga kif inhu stabbilit fil-paragrafi 6.5.1 (2), (4)P, (7) tal-EN 1991-2:2003.

4.2.8.1.3.   Forzi serriepa (nosing forces)

(1)

Fid-disinn tal-istrutturi għandha tiġi kkunsidrata l-forza serriepa kif inhu stabbilit fit-Taqsima 6.5.2 tal-EN 1991-2:2003.

4.2.8.1.4.   Azzjonijiet minħabba trazzjoni u bbrejkjar (tagħbijiet lonġitudinali)

(1)

Fid-disinn tal-istrutturi, għandhom jiġu kkunsidrati l-forzi ta’ trazzjoni u ta’ bbrejkjar kif inhu stabbilit fil-paragafi 6.5.3 (2)P, (4), (5) u (6) tal-EN 1991-2:2003. Id-direzzjoni tal-forzi ta’ trazzjoni u ta’ bbrejkjar għandhom jikkunsidraw id-direzzjonijiet permessi tal-ivvjaġġar fuq kull binarju.

4.2.8.1.5.   Liwja fil-binarju skont id-disinn minħabba azzjonijiet ta’ traffiku fuq il-linji ferrovjarji

Il-liwja massima u totali fil-binarju skont id-disinn minħabba azzjonijiet ta’ traffiku fuq il-linji ferrovjarji ma’ għandhiex teċċedi l-valuri stabbiliti fil-klawżola A2.4.4.2.2(3)P fl-Anness A2 għall-EN 1990:2002 maħruġa bħala EN 1990:2002/A1:2005. Il-liwja totali fil-binarju skont id-disinn tinkludi kwalunkwe liwja li tista’ tkun preżenti fil-binarju meta l-pont ma jkunx suġġett għal azzjonijiet ta’ traffiku fuq il-linja ferrovjarja, flimkien mal-liwja fil-binarju minħabba d-deformazzjoni totali tal-pont li tirriżulta mill-azzjonijiet tat-traffiku fuq il-linji ferrovjarji.

4.2.8.2.   Tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - għal strutturi ġodda fuq linji ferrovjarji ġodda u eżistenti biss

(1)

Ix-xogħlijiet tal-art għandhom ikunu maħsuba sabiex isostnu t-tagħbijiet vertikali skont il-Mudell tat-Tagħbijiet 71, kif inhu stabbilit fil-paragrafu 6.3.6.4 tal-EN 1991-2:2003.

(2)

Il-Mudell tat-Tagħbijiet 71 għandu jkun immultiplat bil-fattur alfa (α), kif inhu stabbilit fil-paragrafu 6.3.2 (3)P tal-EN 1991-2:2003. Il-valur ta’ α għandu jkun daqs jew ikbar mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 6.

4.2.8.3.   Reżistenza ta’ strutturi ġodda fuq jew biswit il-binarji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - għal strutturi ġodda fuq linji ferrovjarji ġodda u eżistenti biss

(1)

L-azzjonijiet aerodinamiċi minn ferroviji li jkunu għaddejjin għandhom jiġu kkunsidrati kif inhu stabbilit fil-paragrafu 6.6 tal-EN 1991-2:2003.

4.2.8.4.   Reżistenza ta’ strutturi u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha - għal strutturi ġodda fuq linji ferrovjarji ġodda jew eżistenti biss

(1)

Il-pontijiet u x-xogħlijiet tal-art għandhom jinġiebu għal livell speċifikat ta’ interoperabilità, skont il-Kategorija tal-Linji tas-STI kif inhi ddefinita fit-Taqsima 4.2.1.

(2)

Ir-rekwiżiti minimi għall-kapaċità tal-istrutturi għal kull Kategorija tal-Linji tas-STI qed jingħataw fl-Anness E. Il-valuri jirrappreżentaw il-livell minimu fil-mira li l-istrutturi jridu jkunu kapaċi jilħqu biex il-linja ferrovjarja tkun iddikjarata interoperabbli.

(3)

Il-każijiet li ġejjin huma rilevanti:

(a)

Fejn struttura eżistenti tiġi sostitwita bi struttura ġdida, allura l-istruttura l-ġdida għandha tkun skont ir-rekwiżiti tal-Kapitolu 4.2.8.1 jew 4.2.8.2

(b)

Jekk il-kapaċità minima tal-istrutturi eżistenti espressa mill-Kategorija tal-Linji tal-EN ippubblikata flimkien mal-veloċità permessa tissodisfa r-rekwiżiti fl-Anness E, allura l-istrutturi eżistenti jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-interoperabilità.

(ċ)

Fejn il-kapaċità ta’ struttura eżistenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti fl-Anness E u qed isiru xogħlijiet (eż. tisħiħ) sabiex titkabbar il-kapaċità tal-istruttura ħalli jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ din is-STI (u l-istruttura ma għandhiex tiġi sostitwita bi struttura ġdida), allura l-istruttura għandha tinġieb f’konformità mar-rekwiżiti fl-Anness E.

(4)

Għan-netwerk Brittaniku, fil-klawżoli (2) u (3) ta’ hawn fuq il-Kategorija tal-Linja EN tista’ tiġi ssostitwita bin-numru tad-Disponibilità tar-Rotta (RA) (mogħti skont ir-regola teknika nazzjonali nnotifikata għal dan il-għan) u konsegwentement ir-referenza għall-Anness E tiġi ssostitwita b’referenza għall-Anness C.

4.2.9.   Kwalità ġeometrika tal-binarju u l-limiti għad-difetti iżolati

4.2.9.1.   Determinazzjoni tal-limiti għal azzjoni immedjata, intervent, u allarm

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

L-Amministratur Infrastrutturali għandu jiddetermina l-limiti xierqa għal azzjoni immedjata, intervent u allarm għall-parametri li ġejjin:

(a)

allinjament laterali – devjazzjonijiet standard (limitu għall-allarm biss),

(b)

livell lonġitudinali – devjazzjonijiet standard (limitu għall-allarm biss),

(ċ)

allinjament laterali – difetti iżolati – minn valuri medji sal-ogħla valuri,

(d)

livell lonġitudinali – difetti iżolati – minn valuri medji sal-ogħla valuri,

(e)

liwja fil-binarju – difetti iżolati – minn valur ta’ żero sal-ogħla valur bla ħsara għal-limiti għall-azzjoni immedjata stabbiliti fit-Taqsima 4.2.9.2,

(f)

varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju – difetti iżolati – minn qies standard nominali tal-binarju sal-ogħla valur suġġett għal-limiti għall-azzjoni immedjata stabbiliti fit-Taqsima 4.2.9.3,

(g)

qies standard medju tal-binarju tul kwalunkwe 100 m – minn qies standard nominali tal-binarju sal-valur medju suġġett għal-limiti għall-azzjoni immedjata stabbiliti fit-Taqsima 4.2.5.5.2,

(h)

pożizzjoni mżerżqa – minn valur skont id-disinn sal-ogħla valur suġġett għal-limiti għall-azzjoni immedjata stabbiliti fit-Taqsima 4.2.9.4.

(2)

Il-kundizzjonijiet tal-kejl għal dawn il-parametri huma stabbiliti fil-Kapitolu 5 tal-EN 13848-1:2003 + A1:2008.

(3)

Meta jiġi biex jiddetermina dawn il-limiti, l-Amministratur Infrastrutturali għandu jikkunsidra l-limiti għall-kwalità tal-binarju li ntużaw bħala l-bażi għall-aċċettazzjoni tal-vettura. Ir-rekwiżiti għall-aċċettazzjoni tal-vettura huma stabbiliti fis-STI tal-vetturi ferrovjarji CR u HS.

(4)

Il-limiti għal azzjoni immedjata, intervent u allarm adottati mill-Amministratur Infrastrutturali għandhom ikunu rreġistrati fil-pjan ta’ manutenzjoni meħtieġ skont it-Taqsima 4.5 ta’ din is-STI.

4.2.9.2.   Limitu għal azzjoni immedjata għal liwja fil-binarju

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-limitu għal azzjoni immedjata għal liwja fil-binarju bħala difett iżolat jingħata bħala valur ta’ żero sal-ogħla valur. Il-liwja fil-binarju tiġi ddefinita bħala d-differenza alġebrajka bejn żewġ livelli inkroċjati meħuda f’distanza ddefinita minn xulxin, ġeneralment espressa bħala gradjent bejn iż-żewġ punti fejn jitkejjel il-livell inkroċjat. Il-livell inkroċjat jitkejjel fiċ-ċentri nominali tal-partijiet tal-linja ferrovjarja li jmissu mar-roti.

(2)

Il-limitu għal-liwja fil-binarju huwa funzjoni tal-bażi tal-kejl applikata (l) skont il-formola:

Liwja ta’ limitu = (20/l + 3)

(a)

fejn l huwa l-bażi tal-kejl (f’m), b’1.3 m ≤ l ≤ 20 m,

(b)

b’valur massimu ta’ 7 mm/m.

Grafika 3

Il-limitu għal-liwja fil-binarju għall-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

Image

(3)

Fil-pjan ta’ manutenzjoni, l-Amministratur Infrastrutturali għandu jistabbilixxi l-bażi li fuqha se jkejjel il-binarju sabiex jikkontrolla l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit. Il-bażi tal-kejl għandha tinkludi mill-inqas bażi tal-kejl waħda ta’ bejn 2 u 5 m.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-F, IV-M, V-F, V-M, VI-F, VI-M, VII-F u VII-M

(4)

Jekk ir-raġġ ta’ kurva orizzontali jkun inqas minn 420 m u l-pożizzjoni mżerżqa D > (R – 100)/2, il-liwja fil-binarju għandha tkun limitata skont il-formola: Liwja ta’ limitu = (20/l + 1.5), b’valur massimu ta’ bejn 6 mm/m u 3 mm/m skont it-tul bażi tal-liwja kif jintwera fil-Grafika 4. difetti iżolati tal-liwja [mm/m]

Grafika 4

Il-limitu għal liwja fil-binarju għal linji tal-merkanzija u għal dawk imħalltin fuq kurvi żgħar

Image

4.2.9.3.   Limitu għal azzjoni immedjata għall-varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

Il-limiti għal azzjoni immedjata għall-varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju huma stabbiliti fit-Tabella 7.

Tabella 7

Il-limiti għal azzjoni immedjata għall-varjazzjoni fil-qies standard tal-binarju

Veloċità

[km/h]

Dimensjonijiet

[mm]

 

Minn qies standard nominali tal-binarju sal-ogħla valur

 

Qies standard minimu tal-binarju

Qies standard massimu tal-binarju

V ≤ 80

–9

+35

80 < V ≤ 120

–9

+35

120 < V ≤ 160

–8

+35

160 < V ≤ 200

–7

+28

4.2.9.4.   Limitu għal azzjoni immedjata għall-pożizzjoni mżerżqa

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-P, V-P, VI-P u VII-P

(1)

Il-pożizzjoni mżerżqa mqiegħda fis-servizz għandha tinżamm fi +/– 20 mm tal-pożizzjoni mżerżqa skont id-disinn, imma l-pożizzjoni mżerżqa massima permessa mqiegħda fis-servizz hija ta’ 190 mm.

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI IV-F, IV-M, V-F, V-M, VI-F, VI-M, VII-F u VII-M

(2)

Il-pożizzjoni mżerżqa mqiegħda fis-servizz għandha tinżamm fi +/– 20 mm tal-pożizzjoni mżerżqa skont id-disinn, imma l-pożizzjoni mżerżqa massima permessa mqiegħda fis-servizz hija ta’ 170 mm.

4.2.10.   Pjattaformi

(1)

Ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu huma applikabbli biss għall-pjattaformi tal-passiġġieri fejn ikun hemm il-ħsieb li l-ferroviji li jkunu konformi mas-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR jieqfu waqt servizz normali.

4.2.10.1.   Tul utilizabbli tal-pjattaformi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

It-tul tal-pjattaforma għandu jkun suffiċjenti sabiex jakkomoda l-itwal ferrovija interoperabbli li jkun hemm il-ħsieb li tieqaf mal-pjattaforma waqt servizz normali. Meta jkun se jiġi ddeterminat it-tul tal-ferroviji li jkun hemm il-ħsieb li jieqfu mal-pjattaforma, għandhom jiġu kkunsidrati kemm ir-rekwiżiti tas-servizz attwali kif ukoll ir-rekwiżiti tas-servizz raġonevolment prevedibbli għal tal-inqas għaxar snin wara li l-pjattaforma titqiegħed fis-servizz.

(2)

Huwa permissibbli li jinbena biss it-tul ta’ pjattaforma meħtieġ għar-rekwiżit ta’ servizz attwali sakemm jittieħdu miżuri passivi għar-rekwiżiti ta’ servizz futur raġonevolment prevedibbli.

(3)

It-tul utilizzabbli ta’ pjattaforma għandu jkun iddikjarat fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.10.2.   Il-wisa’ u t-tmiem tal-pjattaformi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Is-STI PRM jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-wisa’ u għat-tmiem tal-pjattaforma.

4.2.10.3.   Tmiem il-pjattaformi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Is-STI PRM jistabbilixxi r-rekwiżiti għal tmiem il-pjattaforma.

4.2.10.4.   L-għoli tal-pjattaformi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Is-STI PRM jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-għoli tal-pjattaforma.

4.2.10.5.   Id-distanza qasira meqjusa vertikalment lil hinn mil-linja ewlenija tat-tiqjis tal-pjattaformi

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Is-STI PRM jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-distanza qasira meqjusa vertikalment lil hinn mil-linja ewlenija tat-tiqjis tal-pjattaformi.

4.2.11.   Saħħa, sikurezza u ambjent

4.2.11.1.   Il-varjazzjonijiet massimi fil-pressjoni fil-mini

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-varjazzjoni massima fil-pressjoni fil-mini u fl-istrutturi ta’ taħt l-art tul il-parti fuq barra ta’ kwalunkwe ferrovija li tkun konformi mas-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR u li jkun hemm il-ħsieb li tgħaddi mill-mina speċifika b’veloċitajiet ikbar minn 190 km/h ma għandhiex teċċedi l-10 kPa waqt il-ħin li l-ferrovija tieħu biex tgħaddi mill-mina, bil-veloċità massima permessa.

4.2.11.2.   Il-limiti għall-ħsejjes u għall-vibrazzjonijiet u l-miżuri ta’ mitigazzjoni

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-limiti għall-ħsejjes u l-miżuri ta’ mitigazzjoni għadhom qed jiġu diskussi.

(2)

Il-limiti għall-vibrazzjonijiet u l-miżuri ta’ mitigazzjoni għadhom qed jiġu diskussi.

4.2.11.3.   Protezzjoni minn xokk tal-elettriku

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-rekwiżiti għal protezzjoni minn xokk tal-elettriku mis-sistema tal-kurrent ta’ trazzjoni huma żgurati mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fis-STI ENE CR relatati mal-miżuri protettivi tas-sistemi tal-linji ta’ kuntatt fl-għoli.

4.2.11.4.   Is-sikurezza fil-mini ferrovjarji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-rekwiżiti għas-sikurezza fil-mini ferrovjarji huma stabbiliti fis-STI SRT.

4.2.11.5.   L-effett tar-rjieħ inkroċjati

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Ir-rekwiżiti biex ikun mitigat l-effett tar-rjieħ inkroċjati għadhom qed jiġu diskussi.

4.2.12.   Miżuri għall-operazzjonijiet

4.2.12.1.   Markaturi tad-distanza

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Il-markaturi tad-distanza għandhom ikunu pprovduti f’intervalli regoli tul il-binarju.

(2)

L-intervall nominali bejn il-markaturi tad-distanza għandu jkun iddikjarat fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.13.   Installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji

4.2.13.1.   Ġenerali

(1)

Din it-Taqsima 4.2.13 tistabbilixxi l-elementi infrastrutturali tas-subsistema tal-manutenzjoni meħtieġa għas-servisjar tal-ferroviji.

(2)

Il-post u t-tip ta’ installazzjonijiet fissi għas-servisjar tal-ferroviji għandhom ikunu ppubblikati fir-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.2.13.2.   Mezzi biex jitbattal it-tojlit

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

L-installazzjonijiet fissi biex jitbattal it-tojlit għandhom ikunu kompatibbli mal-karatteristiċi tas-sistema ta’ ritenzjoni tat-tojlit speċifikati fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR.

4.2.13.3.   Faċilitajiet għat-tindif estern tal-ferroviji

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Fejn ikun pprovdut impjant għall-ħasil, dan għandu jkun jista’ jaħsel il-ġnub esterni ta’ ferroviji b’sular wieħed jew bi tnejn b’għoli ta’ bejn:

(a)

1 000 u 3 500 mm għal ferrovija b’sular wieħed,

(b)

500 u 4 300 mm għal ferroviji b’żewġ sulari.

(2)

L-impjant għall-ħasil għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-ferroviji jistgħu jinsaqu ġo fih bi kwalunkwe veloċità bejn it-2 km/h u l-5 km/h.

4.2.13.4.   Stokkjar mill-ġdid tal-ilma

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

It-tagħmir fiss għall-istokkjar mill-ġdid tal-ilma għandu jkun kompatibbli mal-karatteristiċi tas-sistema tal-ilma speċifikati fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR.

(2)

It-tagħmir fiss għall-provvista tal-ilma fin-netwerk interoperabbli għandu jkun ipprovdut b’ilma tax-xorb li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 98/83/KE.

(3)

Il-mod ta’ operazzjoni tat-tagħmir għandu jiżgura li l-ilma kkonsenjat lill-vetturi ferrovjarji jkun konformi mal-kwalità speċifikata mid-Direttiva 98/83/KE.

4.2.13.5.   Provvista mill-ġdid tal-karburant

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

It-tagħmir għall-provvista mill-ġdid tal-karburant għandu jkun kompatibbli mal-karatteristiċi tas-sistema tal-karburant speċifikati fis-STI tal-vetturi ferrovjarji CR.

4.2.13.6.   Provvista ta’ puntali tal-elettriku

Il-Kategoriji tal-Linji tas-STI kollha

(1)

Fejn tkun ipprovduta, il-provvista ta’ puntali tal-elettriku għandha tkun permezz ta’ sistema ta’ provvista tal-enerġija waħda jew iktar speċifikata fis-STI tal-vetturi ferrovjarji HS u CR.

4.3.   Speċifikazzjoni funzjonali u teknika tal-interfaces

Mill-perspettiva tal-kompatibilità teknika, l-interfaces tas-subsistema tal-infrastruttura mas-sistema l-oħra huma kif ġew deskritti fil-paragrafi li ġejjin.

4.3.1.   Interfaces mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji

Tabella 8

Interfaces mas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji, is-STI “RST tal-Lokomotivi u tal-Passiġġieri”

Interface

STI ta’ Referenza tal-Infrastruttura Ferrovjarja Konvenzjonali

STI ta’ Referenza tal-RST tal-Lokomotivi u tal-Passiġġieri Ferrovjarji Konvenzjonali

Qies standard tal-binarju

4.2.5.1

Qies standard nominali tal-binarju

4.2.5.6

Profil tal-parti tal-linja ferrovjarja li tmiss mar-roti għal linja sempliċi

4.2.6.2

Ġeometrija tal-punti tal-qlib u tal-qsim imqiegħda fis-servizz

4.2.3.5.2.1

Karatteristiċi mekkaniċi u ġeometriċi ta’ kombinazzjoni ta’ rota u ta’ fusijiet

4.2.3.5.2.2

Karatteristiċi mekkaniċi u ġeometriċi tar-roti

Qisien standard

4.2.4.1

Qies minimu tal-istrutturi

4.2.4.2

Distanza bejn iċ-ċentri tal-binarji

4.2.4.5

Raġġ minimu ta’ kurva vertikali

4.2.3.1.

Tiqjis standard

Tagħbija fuq il-fusijiet u spazjar tal-fusijiet

4.2.7.1

Reżistenza tal-binarji għal tagħbijiet vertikali

4.2.8.1

Reżistenza ta’ pontijiet ġodda għal tagħbijiet tat-traffiku

4.2.8.2

Tagħbija vertikali ekwivalenti għal xogħlijiet ġodda tal-art u għal effetti tal-pressjoni tal-art

4.2.8.4

Reżistenza ta’ pontijiet u ta’ xogħlijiet tal-art eżistenti għal tagħbijiet tat-traffiku

4.2.3.2

Tagħbija fuq il-fusijiet u tagħbija fuq ir-roti

Karatteristiċi tat-tħaddim

4.2.7.1