ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.108.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 108

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
28 ta' April 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda

1

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

1

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014

2

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009 u l-2014

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 405/2011 tad-19 ta’ April 2011 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja

3

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2011 tas-27 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2380/2001 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf maduramiċina ammonju alfa ( 1 )

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 407/2011 tas-27 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kumissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 408/2011 tas-27 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni ( 1 )

21

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2011 tas-27 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 619/2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib

23

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 410/2011 tas-27 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

24

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 411/2011 tas-27 ta’ April 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

26

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 412/2011 tas-27 ta’ April 2011 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn April 2011 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

28

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/56/UE tas-27 ta’ April 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi ċ-ċiprokonażol bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE ( 1 )

30

 

*

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/57/UE tas-27 ta’ April 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż l-fluwometuron bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2008/934/KE ( 1 )

34

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda

Il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda (1), iffirmat fi Brussell fit-28 ta Lulju 2010 u applikabbli proviżorjament mill-1 ta’ Marzu 2011, tlestew fis-7 ta’ Marzu 2011. Konsegwentement, dan il-Protokoll ser jidħol fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu 3 tiegħu, it-tieni paragrafu fl-1 ta’ Mejju 2011.


(1)  ĠU L 291, 9.11.2010, p. 14.


28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

Il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (1), iffirmat fi Brussell fit-28 ta Lulju 2010 u applikabbli proviżorjament mill-1 ta’ Marzu 2011, tlestew fis-7 ta’ Marzu 2011. Konsegwentement, dan il-Protokoll ser jidħol fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu 5 tiegħu, it-tieni paragrafu fl-1 ta’ Mejju 2011.


(1)  ĠU L 291, 9.11.2010, p. 18.


28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/2


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014

Il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014 (1), iffirmat fi Brussell fit-28 ta’ Lulju 2010 u applikabbli proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2011, tlesta fis-7 ta’ Marzu 2011. Konsegwentement, dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu 9 tiegħu, it-tieni paragrafu fl-1 ta’ Mejju 2011.


(1)  ĠU L 291, 9.11.2010, p. 10.


28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/2


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009 u l-2014

Il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009-2014 (1), iffirmat fi Brussell fit-28 ta’ Lulju u d-19 ta’ Awwissu u applikabbli proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2011, tlestew fis-7 ta’ Marzu 2011. Konsegwentement, dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu 3 tiegħu, it-tieni paragrafu, fl-1 ta’ Mejju 2011.


(1)  ĠU L 291, 9.11.2010, p. 4.


REGOLAMENTI

28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 405/2011

tad-19 ta’ April 2011

li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri provviżorji

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 1261/2010 (2) (“ir-Regolament proviżorju”) imponiet dazju kompensatorju provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċerti staneg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja.

(2)

Il-proċediment ingħata bidu wara ilment imressaq fil-15 ta’ Frar 2010 mill-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji tal-Ħadid u l-Azzar (Eurofer) (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti staneg tal-azzar li ma jissaddadx.

(3)

Kif stabbilit fil-premessa (23) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ sussidju u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-2007 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

1.2.   Proċedura sussegwenti

(4)

Wara li saru magħrufa l-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jiġu imposti miżuri kompensatorji provviżorji (“żvelar provviżorju”), ħafna partijiet interessati issottomettew bil-miktub il-fehmiet tagħhom dwar il-konklużjonijiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex informazzjoni li qieset meħtieġa għar-riżultati definittivi tagħha. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew kkunsidrati u meqjusa, fejn kien xieraq.

(5)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm ħsieb li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw fl-Indja u l-ġbir definittiv tal-ammonti żgurati permezz tad-dazju provviżorju. Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jressqu l-ilmenti tagħhom wara dan l-iżvelar finali.

1.3.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(6)

Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-partijiet ikkonċernati mill-proċediment, il-premessi (5) sa (22) tar-Regolament provviżorju huma b’dan kkonfermati.

2.   Il-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(7)

Ta’ min ifakkar li, kif stabbilit fil-premessa (24) tar-Regolament provviżorju, “il-prodott ikkonċernat” huwa ddefinit bħala staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx, mhux maħduma aktar milli safejn iffurmati fil-kesħa jew irfinuti fil-kesħa, minbarra staneg u vireg ta’ taqsima trasversali ċirkulari ta’ dijametru ta’ 80 mm jew aktar, li joriġinaw mill-Indja li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7222 20 21, 7222 20 29, 7222 20 31, 7222 20 39, 7222 20 81 u 7222 20 89.

(8)

Produttur esportatur fl-Indja stqarr li l-istanga tal-azzar li ma jsaddadx ta’ taqsima trasversali ċirkulari ta’ dijametru ta’ anqas minn 80 mm iżda lil hinn mill-medda ta’ tolleranza ta’ H6 sa H11 għandha titħalla barra mill-investigazzjoni billi ma taqax fl-ambitu tal-prodott.

(9)

Dan l-argument ma ġiex aċċettat billi l-ambitu tal-prodott ma jagħmilx referenzi għat-tolleranzi. Il-Numru tal-Kontroll tal-Prodott (NKP) fil-kwestjonarju veru li fih taqsima għat-tolleranzi limitati għal medda minn H6 sa H11 iżda dan għal għanijiet ta’ tqabbil biss u ma għandu ebda konsegwenzi ta’ rabta għall-prodott investigat. Għaldaqstant il-konklużjoni hi li l-prodotti li huma lil hinn mill-medda ta’ tolleranza ta’ H6 sa H11 ma għandhomx jitħallew barra.

(10)

Ta’ min jinnota li għall-kalkolu tal-marġnijiet provviżorji ta’ sussidju u dannu, tqiesu l-prodotti li huma lil hinn mill-medda ta’ tolleranza ta’ H6 sa H11.

2.2.   Il-prodott simili

(11)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-prodott simili, il-premessa (25) tar-Regolament provviżorju hija b’dan kkonfermata.

3.   GĦOTI TA’ SUSSIDJU

3.1.   Introduzzjoni

(12)

Fil-premessa (26) tar-Regolament provviżorju, saret referenza għall-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji:

(a)

L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji;

(b)

L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem;

(c)

L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni;

(d)

L-Iskema ta’ Unitajiet Orjentata lejn l-Esportazzjoni;

(e)

L-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni.

(13)

L-industrija tal-Unjoni staqsiet jekk il-Kummissjoni kinitx naqset milli tqis għadd ta’ skemi ta’ sussidju, u minħabba f’hekk ħasbet li s-sussidji li rċevew il-produtturi Indjani kienu ssottovvalutati.

(14)

Bi tweġiba għal dan, ta’ min jinnota li l-ilment kien fih għadd kbir ta’ skemi nazzjonali u lokali, li kienu inklużi fil-kwestjonarju li sar lill-produtturi esportaturi fl-Indja u li ġew investigati mill-Kummissjoni. Iżda, għall-iskemi elenkati fil-premessa (12) hawn fuq biss instab li l-produtturi esportaturi investigati fil-kampjun kienu rċevew sussidji.

(15)

L-industrija tal-Unjoni argumentat ukoll li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni jikkontradixxu konklużjoni tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (US DOC) fi proċediment kompensatorju reċenti dwar ċerti esportazzjonijiet tal-azzar mill-Indja fejn instabu sussidji ħafna ogħla. Iżda, ta’ min jinnota li din il-konklużjoni hija marbuta ma’ prodott differenti u tkopri perjodu ta’ investigazzjoni differenti. Għaldaqstant, dan l-argument mhuwiex milqugħ.

(16)

Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (26) sa (28) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.2.   L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji (“DEPBS”)

(17)

Bosta partijiet argumentaw li d-DEPBS ma għandhiex titqies bħala sussidju li jaqa’ fir-reġim kompensatorju, billi l-għan tal-iskema huwa li jitpaċew id-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet. Kif ġie spjegat fil-premessa (38) tar-Regolament provviżorju din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema awtorizzata għall-irtirar ta’ dazju jew sistema sostituta ta’ rtirar fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi ma tikkonformax mar-regoli stabbbiliti fl-Anness I, punt (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-irtirar) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema ta’ sostituzzjoni ta’ rtirar) tar-Regolament bażiku. Partikolarment, esportatur ma għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-prodotti importati bla ħlas ta’ dazju u l-ammont ta’ kreditu mhuwiex ikkalkulat b’konnessjoni mal-inputs li fil-fatt jintużaw fil-produzzjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura stabbilita għall-konferma ta’ liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk ħlas żejjed tad-dazji tal-importazzjoni seħħx fil-kuntest tat-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I, u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji DEPBS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta prodotti mingħajr ma juri li kwalunkwe materjal ta’ input kien importat. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw ebda prodott li jista’ jkun użat bħala input, jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mid-DEPBS. Għalhekk, dawn l-argumenti mhumiex milqugħa.

(18)

Fil-każ tal-bejgħ tal-liċenzja DEPB, waħda mill-partijiet argumentat li l-prezz attwali tal-bejgħ kien inqas mil-valur tal-liċenzja u għalhekk il-benefiċċju kien inqas. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-benefiċċju taħt din l-iskema ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-ammont ta’ kreditu mogħti fil-liċenjza kemm jekk il-liċenzja ntużat biex tpaċi d-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet kemm jekk il-liċenzja fil-fatt inbiegħet. Kull bejgħ ta’ liċenzja bi prezz inqas mill-valur nominali jitqies bħala deċiżjoni purament kummerċjali li ma tbiddilx l-ammont ta’ benefiċċju li wieħed jirċievi taħt din l-iskema. Għaldaqstant dan l-argument mhuwiex milqugħ.

(19)

Parti oħra ġabet argument ieħor li anke jekk id-DEPBS titqies bħala li taqa’ fir-reġim kompensatorju, il-benefiċċju li wieħed jirċievi taħt l-iskema ma għandux jissejjes fuq il-valur ta’ esportazzjoni iżda aktar fuq l-użu attwali tal-liċenzja DEPB. F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji li jaqgħu fir-reġim kompensatorju ġie kkalkolat f’termini ta’ benefiċċju mogħti lid-destinatarju, li jinstab matul il-PI. F’dan ir-rigward tqies li l-benefiċċju jingħata lid-destinatarju fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta’ esportazzjoni taħt din l-iskema. F’dak il-mument, il-GTI (GTI) huwa obbligat li jċedi d-dazji doganali, u dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta’ kreditu DEPBS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, il-GTI ma għandux diskrezzjoni rigward jekk jagħtix is-sussidju jew le. Minħabba l-fatt li kumpanija tkun taf li se tirċievi sussidju skont id-DEPBS, il-kumpanija għandha pożizzjoni ta’ aktar vantaġġ billi tista’ tagħmel mod li s-sussidji jiġu riflessi permezz ta’ offerta ta’ prezzijiet iktar baxxi. Il-mument tal-esportazzjoni huwa deċiżiv biex jiġi stabbilit l-għoti ta’ benefiċċju, mhux l-użu sussegwenti, billi esportatur li diġà għandu dan id-dritt akkwistat jinsab f’vantaġġ f’termini finanzjarji. Għaldaqstant, din it-talba mhijiex milqugħa.

(20)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward din l-iskema, il-premessi (29) sa (41) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.3.   L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance Authorisation Scheme, “AAS”)

(21)

Waħda mill-partijiet argumentat li l-AAS għandha titqies bħala sistema ta’ rtirar ta’ dazju, billi l-materjali ta’ importazzjoni jintużaw biex jipproduċu prodotti esportati. Bi tweġiba għal dan l-argument, ġie spjegat fil-premessa (54) tar-Regolament provviżorju li s-sottoskema użata fil-każ preżenti ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ rtirar ta’ dazju jew sistema ta’ sostituzzjoni ta’ rtirar ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, punt (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-irtirar tad-dazju) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal sostituzzjoni ta’ rtirar ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax effettivament sistema jew proċedura ta’ verifika biex jikkonferma jekk u f’liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kinitx ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi ta’ sostituzzjoni għall-irtirar ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Qed jitqies ukoll li n-Normi Standard ta’ Input-Output (SIONs) għall-prodott ikkonċernat ma kinux preċiżi biżżejjed u li huma stess ma jistgħux jikkostitwixxu sistema ta’ verifika tal-konsum attwali minħabba li t-tfassil ta’ dawk in-normi standard ma jippermettix lill-GTI jivverifika bi preċiżjoni biżżejjed liema ammonti ta’ materja għall-produzzjoni kienu kkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-GTI ma għamilx eżami addizzjonali bbażat fuq l-inputs effettivament użati fil-produzzjoni, għalkemm dan normalment jeħtieġ li jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku). Is-sottoskema għaldaqstant taqa’ fir-reġim kompensatorju, u l-argument mhuwiex milqugħ.

(22)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju, u bil-kontra ta’ dak li ntqal minn parti waħda, il-benefiċċju AAS ġġenerat minn prodott għajr dak ikkonċernat kellu jitqies meta jiġi stabbilit l-ammont tal-benefiċċju li jaqa’ fir-reġim kompensatorju. Ma teżisti ebda obbligazzjoni skont l-AAS li tillimita l-użu tal-benefiċċju għall-importazzjoni bla dazju ta’ materjal użat fil-produzzjoni ta’ prodott partikolari. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-prodott ikkonċernat jista’ jibbenefika mill-krediti kollha tal-AAS iġġenerati.

(23)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward din l-iskema, il-premessi (42) sa (58) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.4.   L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (“EPCGS”)

(24)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward din l-iskema, il-premessa (59) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

3.5.   L-Iskema tal-Unitajiet Orjentati għall-Esportazzjoni (“EOUS”)

(25)

Qabel ma jiġu indirizzati għad ta’ kummenti mill-kumpanija fil-kampjun li kellha l-istatus ta’ EOU, ta’ min ifakkar li obbligu kruċjali tal-EOU kif stabbilit fil-politika ta’ Kummerċ Ħieles 2004-2009 u l-politika ta’ Kummerċ Ħieles 2009-2014 huwa li jinkiseb qligħ nett ta’ valuta barranija (net foreign exchange – “NFE”), jiġifieri f’perjodu ta’ referenza (ħames snin) il-valur totali ta’ esportazzjonijiet irid ikun ogħla mill-valur totali ta’ prodotti importati. L-intrapriżi kollha li, fil-prinċipju, jintrabtu li jesportaw l-manifattura ta’ prodotti jew servizzi kollha tagħhom jistgħu jkunu stabbiliti skont l-EOUS.

(26)

Talli jagħmlu dan, l-unitajiet orjentati għall-esportazzjoni huma intitolati għal għad ta’ konċessjonijiet skont il-premessa (66) tar-Regolament provviżorju. Fil-liġi huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa bħala speċifiċi u li jaqgħu fir-reġim kompensatorju taħt l-Artikolu 4(4), l-ewwel sottoparagrafu, punt (a) tar-Regolament bażiku. L-għan ta’ esportazzjoni tal-EOU kif stabbilit fil-kapitolu 6.1 tal-politika-FT 2009-2014 huwa kundizzjoni sine qua non biex jinkisbu s-sussidji.

(27)

L-eżenzjonijiet li EOU tgawdi huma kollha kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni. L-EOUS ma tistax titqies bħala sistema ta’ rtirar tad-dazju permissibbli jew sistema ta’ rtirar ta’ sostituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I (punti (H) u (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-irtirar ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sistema ta’ sostituzzjoni ta’ rtirar ta’ dazju) tar-Regolament bażiku.

(28)

Barra dan, ma ġiex ikkonfermat li l-GTI għandu sistema jew proċedura ta’ verifika biex tikkonferma jekk u f’liema ammonti inputs mixtrija bla dazju jew bla taxxa fuq il-bejgħ ġew kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku, u fil-każ tal-iskemi ta’ sostituzzjoni għall-irtirar tad-dazju, l-Anness III(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-sistema attwali ta’ verifika għandha l-għan li tissorvelja l-obbligu ta’ qligh tal-NFE u mhux il-konsum ta’ importazzjonijiet fir-rigward tal-produzzjoni ta’ prodotti esportati.

(29)

Fil-fehma tal-parti bi status ta’ EOU, il-kompensabbiltà ta’ kwalunkwe benefiċċju hija suġġetta għal żewġ kondizzjonijiet: (i) nuqqas ta’ sistema ta’ verifika; u (ii) li jkun hemm remissjoni żejda. Bi tweġiba għal dan ta’ min jinnota li huwa essenzjali għall-GTI li jipprova li stabbilixxa sistema ta’ verifika xierqa biex jiddetermina liema inputs ġew ikkunsmati fil-proċess ta’ produzzjoni u f’liema ammonti. In-nuqqas ta’ sistema xierqa ta’ verifika se terġa’ tiġi indirizzata aktar 'l isfel. Għal dak li għandu x’jaqsam ma' remissjoni żejda, din hija rilevanti biss f’każ fejn ikun iddetermina li skema, f’dan il-każ l-EOUS, hija skema ta’ rtirar ta’ dazju bona fide li tilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness I, II u III tar-Regolament bażiku. Kif diġà spjegat fil-premessa (27) hawn fuq, l-EOUS ma tistax titqies bħala sistema ta’ rtirar ta’ dazju permissibbli jew sistema ta’ rtirar ta’ sostituzzjoni fil-kuntest tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku.

(30)

Il-parti enfasizzat aktar in-natura ta’ nuqqas ta’ għażla tas-sistema tal-EOU bħala waħda li tippermetti importazzjonijiet bla dazju ta’ materja prima għall-esportazzjonijiet ta’ prodotti finali. Il-parti argumentat li s-sistema tal-EOU tista’ ssir parti mill-proċedura doganali speċjali tas-sistema ta’ titjib attiv, u mhux tal-irtirar ta’ dazju. Hija stqarret li minkejja li r-riżultat aħħari ta’ dawn iż-żewġ sistemi fit-teorija huwa l-istess (esportazzjoni ta’ prodotti li jinkorporaw materja prima li fuq l-importazzjoni tagħha jintilef id-dazju), xorta hemm differenzi sostanzjali bejniethom. B’sostenn tal-istqarrija tagħha, il-parti argumentat li f’sistema ta’ rtirar ta’ dazju, l-esportatur għandu l-jedd li jitlob ir-rifużjoni jew id-dazji għall-materja prima inkorporata fil-prodotti finali. Fis-sistema ta’ titjib attiv, l-esportatur huwa eżentat minn kull dazju fuq l-importazzjoni iżda għandu l-obbligu legali li jħallas id-dazju għal kwalunkwe prodott finali li jinbiegħ fis-suq domestiku. Il-parti argumentat li ma jistax ikun hemm xi ħlas lura żejjed skont din is-sistema.

(31)

Bi tweġiba għal dan, ta’ min l-ewwel nett jinnota li jista’ jiġi ddeterminat jekk seħħx ħlas żejjed f’każijiet biss fejn ikun hemm sistema ta’ verifika li għandha l-għan li tissorvelja l-konsum tal-importazzjonijiet fir-rigward tal-produzzjoni ta’ prodotti esportati. Għal dik li hija l-istqarrija tal-parti li l-EOU mhix skema ta’ rtirar ta’ dazju, ta’ min jinnota li n-nota 2 f’qiegħ il-paġna tal-Anness I tar-Regolament bażiku tistipula b’mod ċar li għall-finijiet tar-Regolament bażiku, “remissjoni jew irtirar” tinkludi l-eżenzjoni sħiħa jew parzjali jew id-differiment ta’ tariffi ta’ importazzjoni. Għandu jkun ċar li l-kunċett bażiku li japplika għall-iskemi ta’ rifużjoni jew eżenzjoni ta’ rtirar ta’ dazju huwa l-istess, jiġifieri li d-dazji ta’ importazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima jew ma jkunux pagabbli jew rifondibbli bil-kondizzjoni li din il-materja prima tintuża fil-manifattura ta’ prodotti, li konsegwentement jiġu esportati. Fl-aħħar nett, għandu jkun ċar li biex tiddetermina jekk EOUS titqiesx bħala skema ta’ rtirar ta’ dazju bona fide, għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Annessi I, II u III tar-Regolament bażiku.

(32)

Il-parti stqarret ukoll li EOU hija suġġetta għal sistema ta’ verifika xierqa u miżuri ta’ aktar verifika fir-rigward kemm tal-esportazzjoni kif ukoll tal-bejgħ domestiku tagħha. Hija stqarret li mhux biss il-Politika ta’ Kummerċ Barrani (“PKB”) u l-Ktejjeb ta’ Proċedura (“KTP”), li jistabbilixxi l-liġijiet u l-proċeduri għall-EOU, kienu rilevanti. Għandu jiġi investigat ukoll jekk hemmx liġijiet u Regolamenti Indjani oħra li jistabbilixxu sistema raġonevoli u effettiva ta’ verifika. B’appoġġ għall-istqarrija tagħha, il-parti argumentat li, skont it-Taqsima 6.10.1 tal-KTP, hija għandha obbligu legali li żżomm il-kontijiet kif xieraq u għandha tarkivja rapporti trimestrali u annwali ffirmati elettronikament dwar il-progress fir-rigward tal-importazzjonijiet, ix-xiri domestiku, l-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku. Il-parti argumentat ukoll li, skont l-Att tas-Sisa Ċentrali, 1944, hija u tagħmel bejgħ domestiku, għandha l-obbligu legali li toħroġ fattura fiskali li fiha, pereżempju, jiġu indikati b’mod ċar it-taxxi pagabbli. L-Att tas-Sisa Ċentrali jistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta’ kull xahar li skonthom il-parti trid tibgħat lill-awtoritajiet dettalji sħaħ dwar il-bejgħ domestiku tagħha. Barra minn hekk, skont l-Att dwar il-Kumpaniji, 1956, u l-istandards ta’ kontabbiltà applikabbli, il-parti hija legalment obbligata li tipprovdi informazzjoni ddettaljata dwar l-importazzjonijiet u x-xiri domestiku, kif ukoll l-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku fl-istqarrijiet finanzjarji vverifikati tagħha.

(33)

Bi tweġiba għal dan, ma hemm ebda kwistjoni dwar li l-Att dwar il-Kumpaniji jista’ jipprovdi l-qafas għall-istandards ta’ kontabbiltà fl-Indja. Iżda, fil-valutazzjoni tal-kompensabbiltà tal-EOU, il-kwistjoni rilevanti hija jekk il-Gvern għandux sistema li tista’ tikkonferma jekk u f’liema ammonti l-inputs ħielsa mid-dazju jew taxxa ġewx ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(34)

Ir-rekwiżiti skont l-Att tas-Sisa Ċentrali għandhom għan kompletament differenti, jiġifieri biex jiżguraw li jitħallsu t-taxxi applikabbli f’każ ta’ bejgħ fis-suq domestiku fl-Indja. Ma jivverifikax il-materjal importat mingħajr dazju, u ma jikkontrollax ir-rabta bejn l-inputs mingħajr dazju u l-prodotti għall-esportazzjoni li jirriżultaw biex jikkwalifikaw bħala skemi ta’ rtirar ta’ dazju.

(35)

Fir-rigward ta’ installar ta’ aktar miżuri ta’ verifika, ta’ min ifakkar, kif jissemma fil-premessa (69) tar-Regolament provviżorju, li EOU fl-ebda mument mhi mitluba li tikorrelata kull kunsinna ta’ importazzjoni mad-destinazzjoni tal-prodott riżultanti li jikkorrispondi. Kontrolli tal-kunsinni bħal dawn biss, iżda, jipprovdu lill-awtoritajiet Indjani b’tagħrif biżżejjed dwar id-destinazzjoni finali tal-inputs biex jivverifikaw li l-eżenzjonijiet fiskali ta’ dazju/bejgħ ma jisbqux l-inputs għall-produzzjoni għall-esportazzjoni.

(36)

Għaldaqstant, minkejja l-konsiderazzjonijiet bir-reqqa tas-sottomissjoni li saret minn din il-parti, ġie kkonfermat li l-GTI ma għandux sistema jew proċedura effettiva ta’ verifika biex tikkonferma jekk u f’liema ammonti materji għall-produzzjoni mixtrija bla dazju u/jew taxxa fuq il-bejgħ ġewx ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ tal-iskemi alternattivi ta’ rtirar ta’ dazju, l-Anness III(II)(2) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-GTI ma wettaqx eżami ieħor bbażat fuq l-inputs attwali involuti, għalkemm normalment dan ikun meħtieġ fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika effettiva (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ma ngħatatx evidenza mill-GTI li ma kienx hemm remissjoni eċċessiva.

(37)

Il-parti argumentat li għall-fini tal-kalkolu tas-sussidju l-Kummissjoni kellha tqis id-dazji doganali mħallsa fuq il-bejgħ domestiku tal-prodotti lesti. Bi tweġiba ta’ dan l-argument, ta’ min jinnota li għalkemm l-iskop għat-twaqqif ta’ unità EOU huwa li tikseb qligħ Nett ta’ Valuta Barranija (“NFE”), l-unità EOU għandha l-possibbiltà li tbiegħ parti mill-produzzjoni tagħha fis-suq domestiku. Skont l-EOUS, il-prodotti jiġu ttrattati bħala prodotti importati għalkemm trid titħallas biss rata ta’ dazju konċessjonali ta’ 50 %. Għalhekk, EOU mhijiex f’sitwazzjoni differenti mill-kumpaniji l-oħrajn li joperaw fis-suq domestiku, jiġifieri d-dazji/t-taxxi applikabbli jkollhom jitħallsu fuq prodotti mixtrija. F’dan il-kuntest, għandu jkun ċar li deċiżjoni tal-GTI li jintaxxa l-prodotti għall-konsum fis-suq domestiku ma tfissirx li l-eżenzjoni ta’ unità EOU mid-dazji tal-importazzjoni u r-rifużjoni tat-taxxi fuq il-bejgħ mhijiex benefiċċju fir-rigward tal-bejgħ f’esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-bejgħ fis-suq domestiku ma għandux impatt fuq il-valutazzjoni aktar ġenerali tal-adegwatezza ta’ jekk hemmx sistema ta’ verifika xierqa fis-seħħ jew le.

(38)

Il-parti argumentat ukoll li l-Kummissjoni tuża denominatur ħażin meta tikkalkola l-ammont tas-sussidju. Hija stqarret li d-denominatur t-tajjeb huwa l-fatturat kollu tal-bejgħ u mhux il-fatturat tal-bejgħ ta’ esportazzjoni. Din l-istqarrija ma tistax tintlaqa’. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju (in-numeratur) kkalkolat skont l-iskema ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-esportazzjoni matul il-PI bħala denominatur xieraq billi s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni. Il-possibbiltà li EOU tbiegħ parti mill-produzzjoni tagħha fis-suq domestiku ma jbiddilx il-fatt li l-EOU għandha għan ta’ esportazzjoni ċar.

(39)

Fl-aħħarnett, il-parti argumentat li l-benefiċċju mogħti lill-kumpanija għandu jkun daqs l-ispejjeż ta’ kreditu mġarrba mill-GTI miż-żmien li fih il-materja prima tiġi importata saż-żmien meta l-istaneg finali tal-azzar li ma jsaddadx jiġu esportati mill-Indja. B’appoġġ għall-istqarrija tagħha, il-parti rreferiet għal konklużjoni preliminari reċenti tal-US DOC f’reviżjoni kontra s-sussidju ta’ kunsinna ġdida fejn id-dazji mhux imħallsa tqiesu bħala self mingħajr imgħax magħmul lill-kumpanija dakinhar tal-importazzjoni. Bi tweġiba għal dan, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni mhix marbuta b’xi metodoloġija ta’ kalkolu applikata mill-US DOC iżda mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Fil-każ preżenti, il-metodoloġija ta’ kalkolu użata hija spjegata fil-premessi (75) u (76) tar-Regolament provviżorju. F’kull każ, dan l-argument huwa validu biss kieku d-dazji ġew sempliċement ddifferiti (In-nota 3 ta’ qiegħ il-paġna tal-Anness I tar-Regolament bażiku) aktar milli eżentati, kif inhu l-każ hawn.

(40)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-premessi (60) sa (77) tar-Regolament provviżorju huma b’dan kkonfermati.

3.6.   Skema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (“ECS”)

(41)

Parti waħda wriet l-għarfien tagħha li kienet irċeviet kreditu preferenzjali għall-esportazzjoni tagħha iżda argumentat li din ir-rata kienet ogħla b’mod konsiderevoli mir-rati ta’ kreditu kurrenti fl-UE u għalhekk ma għandhiex titqies bħala benefiċċju.

(42)

Bi tweġiba għal dan, ta’ min jinnota li l-ammont tas-sussidju ġie kkalkolat abbażi tad-differenza bejn l-imgħax imħallas għall-krediti ta’ esportazzjoni u l-ammont li kien ikun pagabbli għall-krediti kummerċjali ordinarji użati mill-kumpanija kkonċernata fl-Indja. F’dan il-każ intuża kriterju ta’ tqabbil domestiku biex jiġi kkalkolat l-ammont ta’ sussidju. Għaldaqstant dan l-argument mhuwiex milqugħ.

(43)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward din l-iskema, il-premessi (78) sa (86) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.7.   Ammont ta’ sussidji li jaqgħu fir-reġim kompensatorju

(44)

L-ammont ta’ sussidji li jaqgħu fir-reġim kompensatorju skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espressi ad valorem, ivarja minn 3,3 % sa 4,3 %. Billi dawn huma fl-istess livell kif stabbilit fil-premessa (87) tar-Regolament provviżorju, din il-premessa hija għalhekk ikkonfermata.

SKEMA→

DEPBS (*)

AAS (*)

EOU (*)

ECS (*)

Total

KUMPANIJA

 

 

 

 

 

Chandan Steel Ltd.

1,5  %

1,5  %

 

0,4  %

3,4  %

Venus group

2,6 % sa 3,4 %

0 sa 0,8 %

 

 

3,3  % (**)

Viraj Profiles Vpl. Ltd.

 

 

4,3  %

 

4,3  %

(45)

Il-metodoloġija għall-istabbilment tal-marġini tas-sussidji għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex fil-kampjun, ġiet stipulata fil-premessa (88) tar-Regolament provviżorju. Bi qbil mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, il-marġini ta’ sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, kkalkolat fuq il-bażi tal-marġini medju differenzjat ta’ sussidju stabbilit għall-kumpaniji li kkoperaw fil-kampjun, huwa ta’ 4,0 %. Għaldaqstant, il-premessa (88) tar-Regolament provviżorju hi kkonfermata.

(46)

Il-bażi għall-istabbiliment ta’ marġini ta’ sussidji għall-pajjiż kollu ġiet stabbilita fil-premessa (89) tar-Regolament provviżorju. Fin-nuqqas ta’ kummenti f’dan ir-rigward, il-premessa (89) tar-Regolament provviżorju hija b’dan kkonfermata.

4.   L-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(47)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi (90) sa (93) tar-Regolament provviżorju huma b’dan kkonfermati.

5.   DANNU

(48)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward id-dannu, il-premessi (94) sa (122) tar-Regolament provviżorju huma b’dan kkonfermati.

6.   KAWŻALITÀ

(49)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-kawżalità, il-premessi (123) sa (136) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(50)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward l-interess tal-Unjoni, il-konklużjonijiet fil-premessi (137) sa (148) tar-Regolament provviżorju huma b’dan kkonfermati.

8.   MIŻURI KOMPENSATORJI DEFINITTIVI

8.1.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(51)

Parti waħda stqarret li l-marġini medju ta’ qligħ qabel it-taxxa ta’ 9,5 %, li kien imsejjes fuq il-qagħda fis-sena 2007, użat għall-kalkolu tal-prezz mhux ta’ dannu biex jiġi stabbilit il-marġini ta’ dannu, ma kienx rappreżentattiv għall-marġini ta’ qligħ qabel it-taxxa tal-industrija fuq medda twila ta’ żmien. Sar l-argument li s-sena li fuqha ssejjes dan il-qligħ kienet sena eċċezzjonali u li s-snin 2005-2006 kienu aktar rappreżentattivi billi dawn kienu snin normali ta’ negozju b’marġini ta’ qligħ li jvarja minn 4 sa 6 %.

(52)

Il-qligħ mixtieq użat fi stadju provviżorju kien imsejjes fuq il-medja differenzjata tal-marġini ta’ qligħ miksub mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fl-2007. Din is-sena tqieset bħala l-aktar sena rappreżentattiva meta l-produtturi tal-Unjoni ma ġarrbux sussidju ta’ dannu. Il-kumment għaldaqstant ma ntlaqax, il-marġini ta’ qligħ użat fi stadju provviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

(53)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħrajn dwar il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu, il-premessi minn (149) sa (153) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

8.2.   Konklużjoni dwar il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(54)

Il-metodoloġija użata fir-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

8.3.   Livell tad-dazji

(55)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju definittiv kompensatorju f’livell għoli biżżejjed biex titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet sussidjati mingħajr ma jinqabeż il-marġini ta’ sussidjar misjub.

(56)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati ta’ dazju kompensatorju ġew stabbiliti bit-tqabbil bejn il-marġnijiet ta’ eliminazzjoni ta’ dannu u l-marġnijiet ta’ sussidju. Għaldaqstant, ir-rati ta’ dazju kompensatorju proposti huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ sussidju

Marġini ta’ dannu

Rata ta’ dazju kompensatorju

Chandan Steel Ltd.

3,4  %

28,6  %

3,4  %

Venus group

3,3  %

45,9  %

3,3  %

Viraj Profiles Vpl. Ltd.

4,3  %

51,5  %

4,3  %

Kumpaniji li kkoperaw li ma kinux fil-kampjun

4,0  %

44,4  %

4,0  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

4,3  %

51,5  %

4,3  %

(57)

Ir-rati ta’ dazju kompensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni. B’hekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju mal-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma għalhekk applikabbli esklużivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu suġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(58)

Kwalunkwe talba gћall-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ dazju kompensatorju gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew ta’ bejgћ) gћandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (3) bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak tal-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u ta’ bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

8.4.   Il-ġbir definittiv ta’ dazji provviżorji

(59)

Fid-dawl tad-daqs tal-marġini ta’ sussidju misjub u fid-dawl tad-dannu kkważat lill-industrija tal-Unjoni, jitqies li hu meħtieġ li l-ammonti assigurati bis-saħħa tad-dazju kompensatorju provviżorju impost bir-Regolament provviżorju għandhom jinġabru definittivament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan huwa impost dazju kompensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx, mhux maħduma aktar milli safejn iffurmati fil-kesħa jew irfinuti fil-kesħa, minbarra staneg u vireg ta’ taqsima trasversali ċirkulari ta’ dijametru ta’ 80 mm jew aktar, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7222 20 21, 7222 20 29, 7222 20 31, 7222 20 39, 7222 20 81 u 7222 20 89 u li joriġinaw mill-Indja.

2.   Ir-rata ta’ dazju kompensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji msemmija hawn taħt għandha tkun:

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Chandan Steel Ltd., Mumbai

3,4

B002

Venus Wire Industries Pvt. Ltd, Mumbai;

Precision Metals, Mumbai;

Hindustan Inox Ltd., Mumbai;

Sieves Manufacturer India Pvt. Ltd., Mumbai

3,3

B003

Viraj Profiles Vpl. Ltd., Thane

4,3

B004

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness

4,0

B005

Il-kumpaniji l-oħra kollha

4,3

B999

3.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti ddepożitati permezz ta’ dazji kompensatorji provviżorji skont ir-Regolament (UE) Nru 1261/2010 fuq importazzjonijiet ta’ staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx, mhux maħduma aktar milli safejn iffurmati fil-kesħa jew irfinuti fil-kesħa, minbarra staneg u vireg ta’ taqsima trasversali ċirkulari ta’ dijametru ta’ 80 mm jew aktar, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7222 20 21, 7222 20 29, 7222 20 31, 7222 20 39, 7222 20 81 u 7222 20 89 u li joriġinaw mill-Indja, għandhom jinġabru b’mod definittiv.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU L 343, 29.12.2010, p. 57.

(*)  Sussidji mmarkati b’asterisk huma sussidji ta’ esportazzjoni

(**)  Medja differenzjata għall-Grupp

(3)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali gћall-Kummerċ, id-Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.


ANNESS

PRODUTTURI ESPORTATURI INDJANI LI KKOOPERAW LI MHUMIEX PARTI MILL-KAMPJUN

KODIĊI ADDIZZJONALI TARIC B005

Isem il-kumpanija

Belt

Ambica Steel Ltd.

New-Delhi

Bhansali Bright Bars Pvt. Ltd.

Navi-Mumbai

Chase Bright Steel Ltd.

Navi-Mumbai

D.H. Exports Pvt. Ltd.

Mumbai

Facor Steels Ltd.

Nagpur

Global smelters Ltd.

Kanpur

Indian Steel Works Ltd.

Navi-Mumbai

Jyoti Steel Industries Ltd.

Mumbai

Laxcon Steels Ltd.

Ahmedabad

Meltroll Engineering Pvt. Ltd.

Mumbai

Mukand Ltd.

Thane

Nevatia Steel & Alloys Pvt. Ltd.

Mumbai

Panchmahal Steel Ltd.

Kalol

Raajratna Metal Industries Ltd.

Ahmedabad

Rimjhim Ispat Ltd.

Kanpur

Sindia Steels Ltd.

Mumbai

SKM Steels Ltd.

Mumbai

Parekh Bright Bars Pvt. Ltd.

Thane

Shah Alloys Ltd.

Gandhinagar


28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 406/2011

tas-27 ta’ April 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2380/2001 fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-addittiv fl-għalf maduramiċina ammonju alfa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq [dwar] l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-possibbiltà ta’ modifika fl-awtorizzazzjoni ta’ addittiv mal-għalf fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u fuq opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(2)

L-użu tal-maduramiċina ammonju alfa li jappartjeni lill-grupp ta’ koċċidjostatiki u sustanzi mediċinali oħrajn, kien awtorizzat għal 10 snin skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2) bħala addittiv fl-għalf għall-użu fit-tiġieġ tat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999 (3) u fid-dundjani permezz tar- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001 (4).

(3)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ressaq applikazzjoni għal modifika tal-awtorizzazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-aġent li jġorr l-addittiv tal-għalf. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ressaq l-informazzjoni rilevanti biex isostni t-talba tiegħu.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-8 ta’ Diċembru 2010 (5) l-awtorità kkonkludiet li l-użu ta’ din il-formulazzjoni l-ġdida tal-addittiv fid-dundjani mhux mistenni jwassal għal xi periklu addizzjonali għas-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u hu effettiv biex tkun kontrollata l-koċċidjożi.

(5)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 intlaħqu.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2380/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Billi l-modifikazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mhumiex relatati ma’ raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju għar-rimi ta’ ħażniet eżistenti tat-taħlitiet lesti u tal-għalf kompost.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għal dan ir-Regolament (KE) Nru 2380/2001 jiġi sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

It-taħlitiet lesti u l-għalf kompost li fihom il- maduramiċina ammonju alfa prodott skont ir-Regolament (KE) Nru 2380/2001 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 296, 17.11.1999, p. 3.

(4)  ĠU L 321, 6.12.2001, p. 18.

(5)  EFSA Journal 2011; 9(1):1954.


ANNESS

“ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħrajn

E 770

Alpharma Belgium BVBA

Maduramiċina ammonju

alfa 1 g/100 g

(Cygro 1 %)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Maduramiċina ammonju alfa: 1 g/100 g

Karbossimetilċelluloża tas-sodju: 2 g/100 g

Sulfat tal-kalċju, diidrat: 97 g/100 g

 

Sustanza attiva

Maduramiċina ammonju α C47H83O17N

in-numru CAS: 84878-61-5, melħ tal-ammonju ta’ polietere tal-aċidu monokarbossiliku prodott bil-proċess ta’ fermentazzjoni permezz tar-razza Actinomadura yumaensis (ATCC 31585) (NRRL 12515)

 

Impuritajiet relatati:

Maduramiċina ammonju β: < 10 %

Dundjani

16-il ġimgħa

5

5

1.

Użu pprojbit sa mill-inqas ħamest ijiem qabel il-qtil.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu indika ‘Perikoluż għall-ekwini’:

‘Dan l-għalf fih jonoforu: użu simultanju ma' ċerti sustanzi mediċinali (eż. t-tijamulin) jista’ jkun kontraindikat’.

15.12.2011”


28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 407/2011

tas-27 ta’ April 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti Regolamenti tal-Kumissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (2), l-Unjoni aderixxiet għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, it-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (il-Ftehim tal-1958 Rivedut).

(2)

Bid-Deċiżjoni 97/836/KE, l-Unjoni qed taderixxi wkoll mar-Regolamenti tal-UNECE Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 58, 66, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 97, 98, 99, 100, u 102

(3)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2000, l-Unjoni aderixxiet mar-Regolament tal-UNECE Nru 110 dwar il-komponenti speċifiċi tal-vetturi motorizzati li jużaw il-gass naturali kkumpressat (CNG) fis-sistema tal-propulsjoni tagħhom u dwar il-vetturi fir-rigward tal-installazzjoni ta’ komponenti speċifiċi ta’ tip approvat għall-użu tal-gass naturali kkumpressat (CNG) fis-sistema tal-propulsjoni tagħhom.

(4)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/710/KE (3), l-Unjoni qed taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 67 dwar l-approvazzjoni tat-tagħmir speċjali għall-vetturi motorizzati li jaħdmu bil-gass likwifikat tal-petroleum.

(5)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2000, l-Unjoni qed taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 112 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jirrigwardaw l-approvazzjoni ta’ fanali ta’ quddiem ta’ vetturi motorizzati li jitfgħu raġġ għall-użu fit-traffiku (passing beam) asimetriku u/jew raġġ ta’ dawl qawwi (bright) jew it-tnejn, u mgħammra b'bozoz tal-filament u/jew moduli LED

(6)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/395/KE (4), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 13H dwar l-approvazzjoni tal-komponenti tal-karozzi tal-passiġġieri fir-rigward tal-ibbrejkjar tagħhom.

(7)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/505/KE (5), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 105 dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi maħsuba għall-ġarr ta’ merkanzija perikoluża fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi tal-binja tagħhom.

(8)

Bid-Deċiżjoni tad-29 ta’ April 2004, l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 116 dwar il-preskrizzjonijiet uniformi li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-vetturi motorizzati kontra l-użu mhux awtorizzat u mar-Regolament tal-UNECE Nru 118 dwar il-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-imġiba kombustiva tal-materjali użati fil-bini tal-interjur ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi motorizzati.

(9)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2005, l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 121 dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-ippustjar u l-identifikar tal-kontrolli manwali, sinjalaturi u l-indikaturi u mar-Regolament tal-UNECE Nru 122 dwar preskrizzjonijiet tekniċi uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija M, N u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom.

(10)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/614/KE (6), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 94 dwar dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni ta’ vetturi għal dak li hu l-ħarsien tal-okkupanti fil-każ ta’ ħabta minn quddiem u r-Regolament Nru 95 dwar disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni ta’ vetturi għal dak li hu l-ħarsien tal-okkupanti fil-każ ta’ ħabta mill-ġenb.

(11)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/364/KE (7), l-Unjoni approvat ir-Regolament tal-UNECE Nru 123 fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ sistemi adattivi tad-dawl ta’ quddiem (AFS) għall-vetturi bil-magna.

(12)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/444/KE (8), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 55 dwar l-approvazzjoni ta’ komponenti ta’ gganċjar mekkaniku ta’ vetturi differenti flimkien.

(13)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/874/KE (9), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 107 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom.

(14)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/159/KE (10), l-Unjoni approvat ir-Regolament tal-UNECE Nru 125 dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-kamp viżiv 'il quddiem tas-sewwieq tal-vettura motorizzata.

(15)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/433/KE (11), l-Unjoni bdiet taderixxi mar-Regolament tal-UNECE Nru 61 dwar dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ vetturi kummerċjali fir-rigward tal-isporġenzi esterni tagħhom 'il quddiem mill-pannell posterjuri tal-kabina.

(16)

Skont id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva ta’ Qafas) (12), il-manifatturi tal-vetturi li jridu l-approvazzjoni għas-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati tagħhom għandhom l-għażla li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ waħda mid-Direttivi relevanti jew ir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE. Il-biċċa l-kbira mir-rekwiżiti skont id-Direttivi dwar il-parts tal-vetturi huma meħuda mir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE. Hekk kif it-teknoloġija timxi 'l quddiem, ir-Regolamenti tal-UNECE qegħdin jiġu emendati l-ħin kollu u d-Direttivi relevanti għandhom jiġu aġġornati regolarment biex jinżammu konformi mal-kontenut tar-Regolamenti rispettivi tal-UNECE. Sabiex tiġi evitata din id-duplikazzjoni, il-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 irrakkomanda li bosta Direttivi jiġu sostitwiti mir-Regolamenti korrispondenti tal-UNECE.

(17)

Il-possibbiltà li jiġu applikati r-Regolamenti tal-UNECE għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-KE fuq bażi obbligatorja u li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi sostitwita minn dawk ir-Regolamenti tal-UNECE hija stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE. Skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009, l-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti tal-UNECE li japplikaw fuq bażi obbligatorja se titqies bħala approvazzjoni tat-tip tal-KE skont dak ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

(18)

Is-sostituzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bir-Regolamenti tal-UNECE tgħin biex ma jkunx hemm duplikazzjoni mhux biss tar-rekwiżiti tekniċi iżda wkoll tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u l-proċeduri amministrattivi. Barra minn hekk, l-approvazzjoni tat-tip li hija direttament ibbażata fuq standards maqbula internazzjonalment għandha ttejjeb l-aċċess għas-suq fil-pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'dawk li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958, u b'hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni.

(19)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jipprovdi għar-revoka ta’ bosta Direttivi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom, li, għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE skont dak ir-Regolament għandhom jiġu sostitwiti bir-Regolament korrispondenti tal-UNECE.

(20)

Għal din ir-raġuni, jixraq li r-Regolamenti tal-UNECE Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 13 H, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 55, 58, 61, 66, 67, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 94, 95, 97, 98, 99, 100, 102, 105, 107, 110, 112, 116, 118, 121, 122, 123 u 125 jiddaħħlu fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, li jelenka r-Regolamenti tal-UNECE li japplikaw fuq bażi obbligatorja.

(21)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(22)

Ir-Regolamenti tal-UNECE elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw skont id-dati tal-implimentazzjoni stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009.

(23)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi Motorizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Soġġetti għall-paragrafi 2, 3 u 4 u l-Artikolu 4, ir-Regolamenti tal-UNECE bis-serje ta’ emendi u supplimenti kif indikat fl-Anness għandhom japplikaw għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi, il-karrijiet tagħhom u sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għalihom mill-1 ta’ Novembru 2012.

2.   B'effett mill-1 ta’ Novembru 2011, is-suppliment 9 (13) tar-Regolament tal-UNECE Nru 13 H għandu japplika għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategorija M1.

3.   B'effett mill-1 ta’ Novembru 2011, ir-Regolament tal-UNECE Nru 13 H, is-suppliment 3 tas-serje 11 ta’ emendi (14) jew ir-Regolament tal-UNECE Nru 13 H, is-suppliment 9, għandhom japplikaw għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategorija N1.

4.   B'effett mid-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, ir-Regolament tal-UNECE Nru 13, is-suppliment 3 tas-serje 11 ta’ emendi, għandu japplika għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tipi ġodda tal-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 fir-rigward tas-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabbiltà tal-vetturi.

Artikolu 3

1.   Soġġetti għall-paragrafi 2, u 3 u l-Artikolu 4, ir-Regolamenti tal-UNECE bis-serje ta’ emendi u s-supplimenti kif indikat fl-Anness għandhom japplikaw għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda, u tal-karrijiet tagħhom u l-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda intiżi għalihom mill-1 ta’ Novembru 2014.

2.   B'effett mill-1 ta’ Novembru 2014, ir-Regolament tal-UNECE Nru 13 H, is-suppliment 3 tas-serje 11 ta’ emendi, jew ir-Regolament tal-UNECE Nru 13 H, is-suppliment 9, għandu japplika għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategorija N1.

3.   B'effett mid-dati tal-implimentazzjoni stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, ir-Regolament tal-UNECE Nru 13, is-suppliment 3 tas-serje 11 ta’ emendi, għandu japplika għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 fir-rigward tas-sistemi tal-kontroll tal-istabbiltà elettronika.

Artikolu 4

1.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, ir-Regolament tal-UNECE Nru 100, is-serje 00 (15) ta’ emendi, għandu jiġi applikat għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vettura sħiħa skont id-Direttiva 2007/46/KE u tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tas-sikurezza elettrika mill-1 ta’ Mejju 2011.

2.   B'effett mill-1 ta’ Jannar 2012, ir-Regolament tal-UNECE Nru 100, is-serje 00 ta’ emendi, għandu japplika għall-iskop tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda.

3.   B'effett mill-4 ta’ Diċembru 2012, ir-Regolament tal-UNECE Nru 100, is-serje 01 (16) ta’ emendi, għandu jiġi applikat għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vettura sħiħa skont id-Direttiva 2007/46/KE u tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tas-sikurezza elettrika.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

(3)  ĠU L 290, 17.11.2000, p. 29.

(4)  ĠU L 139, 23.5.2001, p. 14.

(5)  ĠU L 183, 6.7.2001, p. 33.

(6)  ĠU L 217, 22.8.2005, p. 1.

(7)  ĠU L 135, 23.5.2006, p. 12.

(8)  ĠU L 181, 4.7.2006, p. 53.

(9)  ĠU L 337, 5.12.2006, p. 45.

(10)  ĠU L 69, 9.3.2007, p. 37.

(11)  ĠU L 144, 9.6.2009, p. 24.

(12)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(13)  ĠU L 230, 31.8.2010, p. 1.

(14)  ĠU L 297, 13.11.2010, p. 1.

(15)  ĠU L 45, 14.2.2009, p. 17.

(16)  ĠU L 57, 2.3.2011, p. 54.


ANNESS

“ANNESS IV

Lista tar-Regolamenti tal ECE applikabbli fuq bażi obbligatorja

Numru tar-Regolament

Suġġett

Serje ta’ emendi

Ir-referenza tal-ĠU

L-applikabilità

1

Fanali ta’ quddiem li jitfgħu raġġ asimetriku għall-użu fit-traffiku u/jew raġġ qawwi (bright) mgħammar b'bozoz bil-filament R2 u/jew HS1

Serje 02 ta’ emendi

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 1

M, N (1)

3

Mezzi ta’ retroriflessjoni għal vetturi motorizzati

Is-Suppliment 10 mas-serje 02 ta’ emendi

ĠU L 31, 31.1.2009, p. 1

M, N, O

4

Illuminazzjoni tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ wara tal-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom

Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 31, 31.1.2009, p. 35

M, N, O

6

Indikaturi tad-direzzjoni għal vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom

Is-Suppliment 19 mas-serje 01 ta’ emendi

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 40

M, N, O

7

Il-fanali (tal-ġnub) ta’ quddiem u ta’ wara, il-fanali tal-waqfien, il-fanali li jimmarkaw ix-xifer ta’ barra tal-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom.

Is-Suppliment 16 mas-serje 02 ta’ emendi

ĠU L 148, 12.6.2010, p. 1

M, N, O

8

Fanali ta’ quddiem tal-vetturi bil-mutur (H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR2 u/jew H11)

Serje 05 ta’ emendi

Il-Corrigendum 1 lir-Reviżjoni 4,

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 71

M, N (1)

10

Il-kompatibilità elettromanjetika

Serje 03 ta’ emendi

ĠU L 116, 8.5.2010, p. 1

M, N, O

11

Lukketti tal-bibien u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien

Is-Suppliment 2 mas-serje 03 ta’ emendi

ĠU L 120, 13.5.2010, p. 1

M1, N1

12

Protezzjoni tas-sewwieq kontra l-mekkaniżmu tal-istering fl-eventwalità ta’ impatt

Is-Suppliment 3 mas-serje 03 ta’ emendi

ĠU L 165, 26.6.2008, p. 11

M1, N1

13

L-ibbrejkjar fuq vetturi tal-kategoriji M, N u O

Is-Suppliment 5 mas-serje 10 ta’ emendi

Il-Corrigenda 1 u 2 lir-Reviżjoni 6

Is-Suppliment 3 mas-serje 11 ta’ emendi

ĠU L 257, 30.9.2010, p. 1

ĠU L 297, 13.11.2010, p. 183

M, N, O (2)

13-H

L-ibbrejkjar tal-karozzi tal-passiġġieri

Is-Suppliment 9 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 230, 31.8.2010, p. 1

M1, N1  (3)

14

Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà - sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX u ankraġġi top tether ISOFIX

Is-Suppliment 2 mas-serje 06 ta’ emendi

ĠU L 321, 6.12.2007, p. 1

M, N

16

Ċinturini tas-sigurtà, sistemi ta’ trażżin, sistemi ta’ trażżin tat-tfal u sistemi ta’ trażżin tat-tfal tat-tip ISOFIX

Is-Suppliment 17 mas-serje 04 ta’ emendi

ĠU L 313, 30.11.2007, p. 58

M, N

17

Sits, l-ankraġġi tagħhom u kwalunkwe trażżin tar-ras

Serje 08 ta’ emendi

ĠU L 230, 31.8.2010, p. 81

M, N

18

Protezzjoni tal-vetturi motorizzati kontra użu mhux awtorizzat

Is-Suppliment 2 mas-serje 03 ta’ emendi

ĠU L 120, 13.5.2010, p. 29

M2, M3, N2, N3

19

Il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem tal-vetturi motorizzati

Is-Suppliment 2 mas-serje 03 ta’ emendi

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 113

M, N

20

Fanali ta’ quddiem li jitfgħu raġġ asimetriku għall-użu fit-traffiku jew raġġ qawwi (bright) jew it-tnejn mgħammar b'bozoz tal-halogen (H4)

Serje 03 ta’ emendi

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 170

M, N (1)

21

Fittings ta’ ġewwa

Is-Suppliment 3 mas-serje 01 ta’ emendi

ĠU L 188, 16.7.2008, p. 32

M1

23

Dwal tar-rivers għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom

Is-Suppliment 15 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 148, 12.6.2010, p. 34

M, N, O

25

Trażżin tar-ras (headrests) sew jekk inkorporat fis-sits tal-vettura u sew jekk le

Serje 04 ta’ emendi

Il-Corrigendum 2 ir-Reviżjoni 1

ĠU L 215, 14.8.2010, p. 1

M, N

26

Partijiet esterni li jisporġu 'l barra

Is-Suppliment 1 mas-serje 03 ta’ emendi

ĠU L 215, 14.8.2010, p. 27

M1

28

Tagħmir u sinjali ta’ twissija li jinstemgħu

Is-Suppliment 3 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 185, 17.7.2010, p. 1

M, N

31

Fanali ta’ quddiem ta’ dawl issiġġillat ta’ vetturi motorizzati (SB) li jitfgħu raġġ asimetriku Ewropew għall-użu fit-traffiku jew raġġ qawwi (bright) jew it-tnejn

Is-Suppliment 7 mas-serje 02 ta’ emendi

ĠU L 185, 17.7.2010, p. 15

M, N

34

Prevenzjoni tar-riskji tan-nar (tankijiet tal-fjuwil likwidu)

Is-Suppliment 2 mas-serje 02 ta’ emendi

ĠU L 194, 23.7.2008, p. 14

M, N, O

37

Bozoz tal-filament għal użu f'unitajiet tal-fanali approvati għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom

Is-Suppliment 34 mas-serje 03 ta’ emendi

ĠU L 297, 13.11.2010, p. 1

M, N, O

38

Il-fanali taċ-ċpar ta’ wara tal-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom

Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

Il-Corrigendum 1 fis-Suppliment 12,

ĠU L 148, 12.6.2010, p. 55

M, N, O

39

Tagħmir tal-ispidometru inkluża l-installazzjoni tiegħu

Is-Suppliment 5 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 120, 13.5.2010, p. 40

M, N

43

Materjali tal-glazing tas-sikurezza

Is-Suppliment 12 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 230, 31.8.2010, p. 119

M, N, O

44

Tagħmir tat-trażżin għall-passiġġieri tfal, ta’ vetturi motorizzati (“sistema ta’ trażżin tat-tfal”)

Serje 04 ta’ emendi

Il-Corrigendum 3 lir-Reviżjoni 2

ĠU L 306, 23.11.2007, p. 1

M, N

46

Tagħmir għall-vista indiretta u l-installazzjoni tiegħu

Is-Suppliment 4 mas-serje 02 ta’ emendi

Il-Corrigendum 1 fis-Suppliment 4 tas-serje 02

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 211

M, N

48

Installazzjoni ta’ dwal u ta’ tagħmir għas-sinjalar bid-dwal tal-vetturi motorizzati

Serje 04 ta’ emendi

ĠU L 135, 23.5.2008, p. 1

M, N, O

55

Komponenti tal-igganċjar mekkaniku ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi

Is-Suppliment 1 mas-serje 01 ta’ emendi

ĠU L 227, 28.8.2010, p. 1

M, N, O

58

Tagħmir protettiv tal-underrun ta’ wara (RUPDs) u l-installazzjoni tiegħu Il-Protezzjoni tal-underrun fuq wara (RUP)

Serje 02 ta’ emendi

ĠU L 232, 30.8.2008, p. 13

N2, N3, O3, O4

61

Vetturi kummerċjali fir-rigward tal-partijiet esterni tagħhom li jisporġu 'l barra quddiem il-panew ta wara tal-kabina

Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 164, 30.6.2010, p. 1

N

66

Is-saħħa tas-soprastruttura ta’ vetturi kbar tal-passiġġieri

Serje 02 ta’ emendi

ĠU L 84, 30.3.2011, p. 1

M2, M3

67

Vetturi motorizzati li jużaw LPG

Is-Suppliment 7 mas-serje 01 ta’ emendi

ĠU L 72, 14.3.2008, p. 1

M, N

73

Protezzjoni laterali tal-vetturi tal-merkanzija

Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 120, 13.5.2010, p. 49

N2, N3, O3, O4

77

Bozoz tal-ipparkjar għall-vetturi motorizzati

Is-Suppliment 12 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 130, 28.5.2010, p. 1

M, N

79

Tagħmir tal-istering

Is-Suppliment 3 mas-serje 01 ta’ emendi

ĠU L 137, 27.5.2008, p. 25

M, N, O

80

Sits ta’ vetturi kbar tal-passiġġieri

Is-Suppliment 3 mas-serje 01 ta’ emendi

Il-Corrigendum 1 għas-serje 01 ta’ emendi

ĠU L 164, 30.6.2010, p. 18

M2, M3

87

Il-fanali li jinxtegħlu l-ħin kollu għall-vetturi motorizzati

Is-Suppliment 14 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

Ir-Rettifika 1 għar-Reviżjoni 2

ĠU L 164, 30.6.2010, p. 46

M, N

89

Il-limitazzjoni tal-veloċità tal-vetturi

Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 158, 19.6.2007, p. 1

M, N

90

Assemblaġġi sostitwibbli tal-unitajiet ta’ frizzjoni tal-brejkijiet u l-unitajiet ta’ frizzjoni tad-drum brakes għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom

Is-Suppliment 11 mas-serje 01 ta’ emendi

ĠU L 130, 28.5.2010, p. 19

M, N, O

91

Il-fanali li jimmarkaw il-ġnub għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

Is-Suppliment 11 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 164, 30.6.2010, p. 69

M, N, O

93

Tagħmir protettiv tal-underrun (FUPDs) ta’ quddiem u l-installazzjoni tiegħu; protezzjoni tal-underrun ta’ quddiem (FUP)

Il-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 185, 17.7.2010, p. 56

N2, N3

94

Protezzjoni tal-passiġġieri f’każ ta’ ħabta frontali

Is-Suppliment 3 mas-serje 01 ta’ emendi

Il-Corrigendum 2 ħas-serje 01 ta’ emendi

Il-Corrigendum 1 lir-Reviżjoni 1

ĠU L 130, 28.5.2010, p. 50

M1

95

Protezzjoni tal-passiġġieri f’każ ta’ ħabta laterali

Is-Suppliment 1 mas-serje 02 ta’ emendi

ĠU L 313, 30.11.2007, p. 1

M1, N1

97

Sistemi ta’ Allarm tal-Vettura (VAS)

Reviżjoni 1 — Emenda 1

ĠU L 351, 30.12.2008, p. 1

M1, N1

98

Fanali ta’ quddiem ta’ vetturi motorizzati b’fontijiet ta’ dawl bi skarikar tal-gass

Is-Suppliment 13 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 164, 30.6.2010, p. 92

M, N

99

Fontijiet ta’ dawl bi skarikar tal-gass għall-użu f’unitajiet ta’ fanali bi skarikar ta’ gass approvati għal vetturi motorizzati

Is-Suppliment 5 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 164, 30.6.2010, p. 151

M, N

100

Sikurezza elettrika

Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

Serje 01 ta’ emendi

ĠU L 45, 14.2.2009, p. 17

ĠU L 57, 2.3.2011, p. 54

M, N

102

Tagħmir ta’ gganċjar mill-qrib (CCD); l-iffittjar ta’ tip approvat ta’ CCD

Il-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 351, 30.12.2008, p. 44

N2, N3, O3, O4

105

Vetturi għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi

Is-Suppliment 1 mas-serje 04 ta’ emendi

ĠU L 230, 31.8.2010, p. 253

N, O

107

Il-vetturi M2 u M3

Serje 03 ta’ emendi

ĠU L 255, 29.9.2010, p. 1

M2, M3

110

Komponenti speċifiċi għas-CNG

Is-Suppliment 6 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 72, 14.3.2008, p. 113

M, N

112

Il-fanali ta’ quddiem ta’ vetturi bil-mutur li jitfgħu raġġ asimetriku għall-użu fit-traffiku jew raġġ qawwi (bright) jew it-tnejn u mgħammrin b’bozoz tal-filament u/jew moduli tal-LED

Is-Suppliment 12 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 230, 31.8.2010, p. 264

M, N

116

Protezzjoni tal-vetturi motorizzati kontra użu mhux awtorizzat

Is-Suppliment 2 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 164, 30.6.2010, p. 181

M1, N1

118

Imġiba fil-kombustjoni ta’ materjali użati fil-kostruzzjoni ta’ ġewwa ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi motorizzati.

Regolament Oriġinali

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 263

M3

121

Lokalizzazzjoni u identifikazzjoni tal-kontrolli manwali, sinjalaturi u indikaturi

Is-Suppliment 3 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 290

M, N

122

Sistema ta’ tisħin tal-vetturi tal-kategoriji M, N u O

Is-Suppliment 1 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 164, 30.6.2010, p. 231

M, N, O

123

Sistemi adattivi tad-dawl ta’ quddiem (AFS) għal vetturi motorizzati

Is-Suppliment 4 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 222, 24.8.2010, p. 1

M, N

125

Kamp viżiv min-naħa ta’ quddiem

Is-Suppliment 2 mal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

ĠU L 200, 31.7.2010, p. 38

M1


(1)  Ir-Regolament tal-UNECE Nri 1, 8 u 20 mhumiex applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vetturi ġodda.

(2)  Inkluż, għall-iskop tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategorija N1 u tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategorija N1, ir-rekwiżiti dwar il-kontroll kontra l-qlib laġenba u l-kontroll direzzjonali stipulat fl-Anness 21 tiegħu.

(3)  Inkluż, għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategoriji N1 u M1 u tar-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji N1 u M1, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness 9 tiegħu.”


28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 408/2011

tas-27 ta’ April 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 jistabbilixxi qafas ġdid għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar il-bejgħ u l-użu tal-pestiċidi.

(2)

Skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta statistika f'forma elettronika, b'mod konformi mal-format tekniku xieraq li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.

(3)

Biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità, se tiġi inkluża fil-fajl tat-trażmissjoni bandiera li tindika jekk l-informazzjoni mgħoddija dwar is-sustanza, il-klassi kimika, il-kategorja tal-prodott jew grupp maġġuri hijiex kunfidenzjali jew le.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta statistika dwar it-tqegħid fis-suq tal-pestiċidi kif imfisser fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 permezz tal-format tad-Dejta Statistika u l-Metadata eXchange (SDMX). Id-dejta għandha tintbagħat fil-punt uniku tad-dħul tad-dejta fil-Eurostat jew tittella' hemmhekk b'mezzi elettroniċi.

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta meħtieġa b'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat).

Artikolu 2

Il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta lejn il-Kummissjoni (Eurostat) huwa mfisser fl-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mindu jkun ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1.


ANNESS

Format għat-trażmissjoni ta’ dejta statistika dwar it-tqegħid fis-suq ta’ pestiċidi

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun inkluża fil-fajls tat-trażmissjoni:

Għadd

Qasam

Rimarki

1

Pajjiż

Kodiċi 3-alfa (eż. FRA)

2

Sena

eż. 2010

3

Grupp maġġuri

Kodiċi elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009, skont l-aħħar aġġornament

4

Kategoriji ta’ prodotti

 

5

Klassi kimika

 

6

Sustanza

 

7

Għall-oqsma nnumerati 3, 4, 5 u 6, il-kwantità mibjugħa

Gћandha tiġi espressa f’kilogrammi ta’ sustanzi.

8

Għall-oqsma nnumerati 3, 4, 5 u 6, il-bandiera dwar il-kunfidenzjalità

Iva/le


28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 409/2011

tas-27 ta’ April 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 619/2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 164(2)(b) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-butir naturali fi blokki bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 10 19 9700, iż-żejt tal-butir f'kontenituri bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 90 10 9000 u t-trab tal-ħalib xkumat bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0402 10 19 9000 kif ukoll stabbilixxa r-regoli tal-proċedura. b'mod partikolari, jipprevedi perjodi għall-offerti li matulhom jistgħu jitressqu l-offerti.

(2)

Sabiex jirreaġixxi aħjar għad-deterjorazzjoni tas-suq tal-ħalib li seħħet fil-bidu tal-2009, ir-Regolament (KE) Nru 619/2008 ġie emendat sabiex jipprovdi żewġ perjodi tal-offerti fix-xahar. It-titjib sustanzjali tas-sitwazzjoni tas-suq minn dak iż-żmien tippermetti li l-għadd ta’ perjodi tal-offerti jerġa' jiġi stipulat għal darba fix-xahar.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 619/2008, il-kliem tad-daħla tat-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“Kull perjodu tal-offerti għandu jagħlaq fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007 p. 1.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20.


28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/24


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 410/2011

tas-27 ta’ April 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42, il-punt numru 8 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

Fis-sentenza li ngħatat fil-kawżi konġunti C-92/09 u C-93/09 (2) dwar l-obbligu ta’ pubblikazzjoni ta’ informazzjoni marbuta mal-benefiċjarji tal-fondi agrikoli Ewropej, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonkludiet illi l-pubblikazzjoni tad-dettalji personali dwar il-persuni fiżiċi, mingħajr ma ssir distinzjoni skont kriterji pertinenti, bħal ma huma l-perjodi ta’ żmien li tulhom irċivew tali għajnuniet, il-frekwenza jew ukoll it-tip u l-importanza ta’ dawn mhijiex proporzjonata. Ukoll, il-Qorti ddikjarat invalidi d-dispożizzjonijiet marbuta ma’ dan. Filwaqt li jiġi kkunsidrat l-interess tal-persuni fiżiċi li jkollhom id-dettalji personali dwarhom protetti, tajjeb li jkun stipulat li dan l-obbligu ma japplikax għall-persuni fiżiċi, biex b’hekk issir konċiljazzjoni tal-għanijiet differenti segwiti mill-obbligu ta’ pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hekk kif previst mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008 (3).

(2)

Jeħtieġ għalhekk, għal raġunijiet ta’ trasparenza, li r-Regolament (KE) Nru 259/2008 jiġi emendat formalment f’dan is-sens sakemm jiġu adottati regoli ġodda mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li jikkunsidraw l-oġġezzjonijiet espressi mill-Qorti.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 għar-Regolament (KE) Nru 259/2008 jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza tal-bidu għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“1.   Il-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandha tinkludi t-tagħrif li ġej dwar il-benefiċjarji li jkunu persuni ġuridiċi:”

(b)

il-punt (a) jitneħħa;

(c)

il-punti (b) u (c) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

l-isem legali sħiħ, hekk kif ġie rreġistrat, meta l-benefiċjarji jkunu persuni ġuridiċi li jkollhom personalità ġuridika awtonoma skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat;

(c)

l-isem sħiħ tal-assoċjazzjoni kif ġie rreġistrat jew inkella rikonoxxut uffiċjalment meta l-benefiċjarji jkunu assoċjazzjonijiet ta’ persuni ġuridiċi li huma stess ma għandhomx personalità ġuridika;”;

(2)

Il-Paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fil-każ tal-persuni ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu jippubblikaw tagħrif aktar iddettaljat minn kif stipulat fil-paragrafu 1.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  Sentenza tad-9 ta’ Novembru 2010 fil-kawżi konġunti C-92/09 u C-93/09, Volker und Markus Schecke GbR u Eifert/Land Hessen, li għadhom ma ġewx ippubblikati fil-Ġabra.

(3)  ĠU L 76, 19.3.2008, p. 28.


28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 411/2011

tas-27 ta’ April 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

74,8

MA

44,1

TN

118,7

TR

86,7

ZZ

81,1

0707 00 05

AL

107,4

EG

152,2

TR

133,0

ZZ

130,9

0709 90 70

MA

78,8

TR

105,8

ZZ

92,3

0709 90 80

EC

33,0

ZZ

33,0

0805 10 20

EG

54,1

IL

71,7

MA

48,8

TN

48,2

TR

78,3

ZZ

60,2

0805 50 10

TR

50,2

ZZ

50,2

0808 10 80

AR

79,0

BR

80,7

CA

111,8

CL

89,5

CN

108,0

MK

50,2

NZ

116,6

US

123,5

ZA

82,0

ZZ

93,5

0808 20 50

AR

84,3

CL

114,4

CN

65,7

ZA

96,4

ZZ

90,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/28


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 412/2011

tas-27 ta’ April 2011

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn April 2011 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 tal-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX tar-Regolament imsemmi.

(2)

Għall-finijiet tal-kwoti previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, it-tieni subperjodu huwa x-xahar ta' April.

(3)

Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4130, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' April 2011, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwota/i kkonċernata/i.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' April 2011, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, ma jaqbżux [jew huma daqs] il-kwantitajiet disponibbli.

(5)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu ffissati, għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130, il-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(6)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4130 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2011, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skont il-koeffiċjent/i ta' allokazzjoni stabbilit/i fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti li jaqgħu taħt in-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' April 2011 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30, provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' April 2011

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2011

(f'kg)

L-Istati Uniti tal-Amerika

09.4127

 (1)

23 847 531

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

11 108 417

L-Awstralja

09.4129

 (1)

713 000

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

0,851981  %

0


(1)  l-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għaldaqstant, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.


DIRETTIVI

28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/30


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/56/UE

tas-27 ta’ April 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi ċ-ċiprokonażol bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi ċ-ċiprokonażol.

(2)

Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. B’riżultat ta’ dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) ġiet adottata rigward in-noninklużjoni taċ-ċiprokonażol.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn ’il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata kif prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Irlanda, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

L-Irlanda vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparat rapport addizzjonali. Hija kkomunikat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Frar 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar iċ-ċiprokonażol lill-Kummissjoni fit-8 ta’ Novembru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irriveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fil-11 ta’ Marzu 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għaċ-ċiprokonażol.

(6)

Ħareġ ċar minn diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom iċ-ċiprokonażol huma mistennija jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li ċ-ċiprokonażol jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għal kundizzjonijiet. Għalhekk, huwa xieraq li l-applikant jintalab jibgħat tagħrif konfermatorju ulterjuri dwar ir-rilevanza tossikoloġika tal-impuritajiet fl-ispeċifikazzjoni teknika, il-metodi analitiċi għall-monitoraġġ taċ-ċiprokonażol fil-ħamrija, fil-likwidi u t-tessuti organiċi, ir-residwi tal-metaboliti derivattivi tat-triażol (TDMs) f’għelejjel primarji, għelejjel rotazzjonali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali, ir-riskju fit-tul lill-mammiferi erbivori u l-impatt ambjentali possibbli tad-degradazzjoni preferenzjali u/jew tal-konverżjoni tat-taħlita ta’ iżomeri.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessanti jingħataw ċans jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Bla ħsara għall-obbligi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom iċ-ċiprokonażol biex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, ikunu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi stipulat perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li jemendaw l-Anness I li ġew adottati sa issa.

(11)

Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula n-noninklużjoni taċ-ċiprokonażol u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja dwar iċ-ċiprokonażol fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja li tikkonċerna ċ-ċiprokonażol fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE qiegħda titħassar.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iċ-ċiprokonażol bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2011.

Sa dakinhar huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li jikkonċernaw iċ-ċiprokonażol jkunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih iċ-ċiprokonażol bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li tikkonċerna ċ-ċiprokonażol. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih iċ-ċiprokonażol bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih iċ-ċiprokonażol bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta’ din ix-xorta fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti mal-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel: Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva ċiprokonażol. EFSA Journal 2010; 8(11):1897. [73 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1897. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu.

(7)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“358

Ċiprokonażol

Nru CAS: 94361-06-5

Nru CIPAC: 600

(2RS,3RS;2RS,3SR)-2-(4-klorofenil)-3-ċiklopropil-1-(1H-1,2,4-triażol-1-yl)butan-2-ol

≥ 940 g/kg

Fl-1 ta’ Ġunju 2011

Fil-31 ta’ Mejju 2021

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar iċ-ċiprokonażol u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-11 ta’ Marzu 2011.

F’din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom jagħtu kas partikolari:

(a)

tal-espożizzjoni djetetika tal-konsumaturi għar-residwi tal-metaboliti derivattivi tat-triażol (TDMs);

(b)

tar-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jintbagħat tagħrif ta’ konferma rigward:

(a)

ir-rilevanza tossikoloġika tal-impuritajiet fl-ispeċifikazzjoni teknika;

(b)

il-metodi analitiċi għall-monitoraġġ taċ-ċiprokonażol fil-ħamrija, fil-likwidi u t-tessuti organiċi;

(c)

ir-residwi tal-metaboliti derivattivi tat-triażol (TDMs) f’għelejjel primarji, għelejjel rotazzjonali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali;

(d)

ir-riskju fit-tul għall-mammiferi erbivori;

(e)

l-impatt ambjentali possibbli tad-degradazzjoni preferenzjali u/jew il-konverżjoni tat-taħlita ta’ iżomeri.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat it-tagħrif stabbilit fil-punt (a) lill-Kummissjoni sal-1 ta' Diċembru 2011, it-tagħrif stabbilit fil-punti (b), (c) u (d) sal-31 ta’ Mejju 2013 u t-tagħrif stabbilit fil-punt (e) fi żmien sentejn wara l-adozzjoni ta’ gwida speċifika.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


28.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/34


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/57/UE

tas-27 ta’ April 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż l-fluwometuron bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista kienet tinkludi l-fluwometuron.

(2)

Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, in-notifikanti rtiraw l-appoġġ tagħhom għall-inklużjoni ta’ din is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport ta’valutazzjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) kienet adottata għan-noninklużjoni tal-fluwometuron.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikanti oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikanti”) ressqu applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċelerata, kif stipulat fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lill-Greċja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rrispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mal-bqija tar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Il-Greċja vvalutat id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikanti u ħejjiet rapport addizzjonali. Hija kkomunikat dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fis-27 ta' Jannar 2010. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-fluwometuron lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Diċembru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fil-11 ta’ Marzu 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fluwometuron.

(6)

Mid-diversi eżamijiet li saru, jidher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fluwometuron jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-fluwometuron jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi assigurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li tinkiseb aktar informazzjoni dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi soġġetta għal kundizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li l-applikanti jintalbu jibagħtu aktar informazzjoni li tikkonferma l-karatteristiċi tossikoloġiċi tal-metabolit tal-janti l-aċidu triflworoaċetku u l-metodi analitiċi għall-monitoraġġ tal-fluwometuron fl-arja u l-metabolit tal-ħamrija t-trifluworometilanilin fil-ħamrija u fl-ilma. Fil-każ li l-fluwometuron ikun klassifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li “hu ssuspettat li jikkawża l-kanċer”, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li titressaq aktar informazzjoni li tikkonferma r-rilevanza għall-ilma ta’ taħt l-art tal-metaboliti tal-ħamrija, id-desmitil-fluwometuron u t-tifluworometilanilin.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Bla ħsara għall-obbligi definiti fid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fluwometuron biex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, ikunu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (8) wriet li jistgħu jinħolqu d-diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jkun verifikat li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li jemendaw l-Anness I li ġew adottati s’issa.

(11)

Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tistipula li l-fluwometuron ma jkunx inkluż u li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza jkunu rtirati sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja dwar il-fluwometuron fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja dwar il-fluwometuron fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE qiegħda titħassar.

Artikolu 3

Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi l-aktar reċenti, meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   B’mod konformi mad-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fluwometuron bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2011.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li jikkonċernaw il-fluwometuron jiġu ssodisfati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna din is-sustanza attiva; u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh il-fajl, jew inkella jkollu aċċess għalih, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ma’ dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-fluwometuron bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-fluwometuron. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-fluwometuron bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-fluwometuron bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta’ din ix-xorta fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti mal-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva fluwometuron. EFSA Journal 2011;9(1):1958. [54 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.1958. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.

(7)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(8)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tat-tabella tal-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“343

Fluwometuron

Nru CAS: 2164-17-2

Nru CIPAC: 159

1,1-dimetil-3-(α,α,α -trifluworo-m-tolil)urea

≥ 940 g/kg

fl-1 ta’ Ġunju 2011.

fil-31 ta’ Mejju 2021.

PARTI A

Użi bħala erbiċida fuq il-qoton biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fluwometuron, u b’mod partikolari għandhom jitqiesu l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-11 ta’ Marzu 2011.

F’din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom:

(a)

jagħtu kas partikolari għall-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir protettiv personali adegwat;

(b)

jagħtu kas partikolari għall-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata f’reġjuni b’ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli; huma għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju u l-obbligu li jkun hemm programmi ta’ monitoraġġ biex jivverifikaw il-lissija potenzjali ta’ fluwometuron u l-metaboliti tal-ħamrija, id-desmitil-fluwometuron u t-trifluworometilanilin f’żoni vulnerabbli, fejn xieraq;

(c)

jagħtu kas partikolari lir-riskju għall-makroorganiżmi fil-ħamrija mhux fil-mira minn barra d-dud tal-art u pjanti mhux fil-mira, u jassiguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikanti jipprovdu din l-informazzjoni ta’ konferma lill-Kummissjoni rigward:

(a)

il-karatteristiċi tossikoloġiċi tal-metabolit tal-pjanti l-aċidu triflworoaċetku;

(b)

il-metodi analitiċi għall-monitoraġġ tal-fluwometuron fl-arja;

(c)

il-metodi analitiċi għall-monitoraġġ tat-trifluworometilanilin fil-metabolit tal-ħamrija u fl-ilma;

(d)

ir-rilevanza għall-ilma ta’ taħt l-art tal-metaboliti tal-ħamrija d-desmitil-fluwometuron u t-trifluworometilanilin, jekk il-fluwometuron ikun klassifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala li “hu ssuspettat li jikkawża l-kanċer”.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikanti jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni stabbilita fil-punti (a), (b) u (c) sal-31 ta’ Marzu 2013 u l-informazzjoni stabbilita fil-punt (d) fi żmien sitt xhur min-notifika tad-deċiżjoni li tikklassifika l-fluwometuron.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.