ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.094.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 94

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
8 ta' April 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/223/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2011 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 333/2011 tal-31 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta ċerti tipi ta’ metall skreppjat ma jibqgħux jitqiesu bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2011 tas-7 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ( 1 )

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2011 tas-7 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1091/2009 li jikkonċerna l-kontenut minimu ta’ preparazzjoni ta’ enżima ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin ( 1 )

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 336/2011 tas-7 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2008 dwar tal-użu ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 bħala addittiv fl-għalf li fih id-diklażuril, il-monensin sodiku u n-nikarbażina ( 1 )

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 337/2011 tas-7 ta’ April 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-żajlenejż u endo-1,3(4)-beta-glukenejż bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma u qżieqeż għas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) ( 1 )

19

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 338/2011 tas-7 ta’ April 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Magiun de prune Topoloveni (IĠP)]

21

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 339/2011 tas-7 ta’ April 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

23

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 340/2011 tas-7 ta’ April 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

25

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 341/2011 tas-7 ta’ April 2011 li ma jiffissax prezz minimu tal-bejgħ b'risposta għad-dsatax-il stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/224/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2011 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-1995

28

 

 

2011/225/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2011 dwar il-projbizzjoni temporanja tat-tqegħid fis-suq fil-Ġermanja tad-deterġent POR-ÇÖZ (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2290)

29

 

 

2011/226/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2011 li testendi l-perjodu tranżitorju li jikkonċerna l-akkwist ta' art agrikola fil-Latvja ( 1 )

31

 

 

2011/227/UE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Irlandiż (BĊE/2011/4)

33

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-31 ta' Marzu 2011

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward tal-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992

(2011/223/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi l-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992, li ġie konkluż f’isem il-Komunità mill-Kunsill permezz tad-Deċiżjoni 92/580/KEE (1), inizjalment baqa’ fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien dan ġie estiż b’mod regolari għal perjodi suċċessivi ta' sentejn. L-aħħar darba li ġie estiż kien permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor tat-28 ta' Mejju 2009 u huwa se jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2011. Huwa fl-interess tal-Unjoni li dan jerġa’ jiġi estiż. Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, għandha għalhekk tiġi awtorizzata tivvota favur tali estensjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor hija li tivvota favur l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn.

Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

VÖLNER P.


(1)  ĠU L 379, 23.12.1992, p. 15.


REGOLAMENTI

8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 333/2011

tal-31 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta ċerti tipi ta’ metall skreppjat ma jibqgħux jitqiesu bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara s-sottomissjoni tal-miżuri proposti lill-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Minn evalwazzjoni ta’ diversi flussi ta’ skart jirriżulta li s-swieq tar-riċiklaġġ għall-metall skreppjat għandhom jibbenefikaw mill-iżvilupp ta’ kriterji speċifiċi li jiddeterminaw meta l-metall skreppjat miksub mill-iskart ma jibqax jitqies bħala skart. Dawn il-kriterji għandhom jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien ambjentali. Għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-klassifika tal-metall skreppjat bħala skart minn pajjiżi terzi.

(2)

Ir-rapporti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea wrew li jeżistu suq u domanda għar-ruttam tal-ħadid, tal-azzar u tal-aluminju biex jintuża bħala materja prima fl-impjanti tal-azzar, fil-funderiji, fir-raffineriji tal-aluminju u fl-impjanti tat-tidwib mill-ġdid għall-produzzjoni tal-metalli. Għalhekk ir-ruttam tal-ħadid, tal-azzar u tal-aluminju għandu jkun pur biżżejjed u għandu jissodisfa l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti tar-ruttam mitluba mill-industrija tal-produzzjoni tal-metalli.

(3)

Il-kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tal-ħadid, tal-azzar u tal-aluminju ma jibqax jitqies bħala skart għandhom jiżguraw li r-ruttam tal-ħadid, tal-azzar u tal-aluminju li jirriżulta minn operazzjoni ta’ rkupru jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-industrija tal-produzzjoni tal-metall, li dan ikun konformi mal-leġiżlazzjoni u mal-istandards eżistenti applikabbli għall-prodotti u li ma jwassalx għal impatti globali negattivi fuq l-ambjent jew fuq saħħet il-bniedem. Ir-rapporti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea wrew li l-kriterji proposti dwar l-iskart li jintuża bħala materja prima fl-operazzjoni ta’ rkupru, dwar il-proċessi u t-tekniki ta’ trattament, kif ukoll dwar il-metall skreppjat li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru, jilħqu dawk l-għanijiet minħabba li għandhom jirriżultaw fil-produzzjoni ta’ ruttam tal-ħadid, tal-azzar u tal-aluminju bla karatteristiċi perikolużi u ħieles biżżejjed minn komposti mhux metalliċi.

(4)

Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-kriterji, huwa xieraq li jkun ipprovdut li jinħareġ tagħrif dwar il-metall skreppjat li ma baqax jitqies bħala skart u li tiġi implimentata sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità.

(5)

Tista’ tkun meħtieġa reviżjoni tal-kriterji jekk, fuq il-bażi ta’ monitoraġġ tal-iżvilupp tal-kundizzjonijiet tas-suq għar-ruttam tal-ħadid u tal-azzar u tal-aluminju, jiġu nnutati effetti ħżiena fuq is-swieq tar-riċiklaġġ għar-ruttam tal-ħadid u tal-azzar u tal-aluminju, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mad-disponibbiltà ta’ tali ruttam u mal-aċċess għalih.

(6)

Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw irwieħhom għall-kriterji li jiddeterminaw meta l-metall skreppjat ma jibqax jitqies bħala skart, huwa xieraq li jingħata perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma’ dan ir-Regolament jibda japplika.

(7)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2008/98/KE ma tax opinjoni dwar il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament. Għalhekk il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri u bagħtitha wkoll lill-Parlament Ewropew.

(8)

Il-Parlament Ewropew m’opponiex il-miżuri proposti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tal-ħadid, tal-azzar u tal-aluminju, inkluż ir-ruttam tal-ligi tal-aluminju, ma jibqax jitqies bħala skart.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw it-tifsiriet stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a)

“ruttam tal-ħadid u tal-azzar” tfisser metall skreppjat li jikkonsisti prinċipalment f’ħadid u f’azzar;

(b)

“ruttam tal-aluminju” tfisser metall skreppjat li jikkonsisti prinċipalment f’aluminju u f’liga tal-aluminju;

(ċ)

“detentur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li għandha fil-pussess tagħha l-metall skreppjat;

(d)

“produttur” tfisser id-detentur li jittrasferixxi l-metall skreppjat lil detentur ieħor għall-ewwel darba bħala metall skreppjat li ma baqax jitqies bħala skart;

(e)

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tintroduċi metall skreppjat li ma baqax jitqies bħala skart fit-territorju doganali tal-Unjoni;

(f)

“persunal ikkwalifikat” tfisser persunal li huwa kkwalifikat bl-esperjenza jew bit-taħriġ sabiex jimmonitorja u jivvaluta l-karatteristiċi tar-ruttam tal-metall;

(g)

“spezzjoni viżwali” tfisser spezzjoni tar-ruttam tal-metall li tkopri l-partijiet kollha ta’ konsenja u li ssir permezz tas-sensi tal-bniedem jew permezz ta’ kwalunkwe tagħmir mhux speċjalizzat;

(h)

“konsenja” tfisser lott ta’ ruttam tal-metall li huwa maħsub sabiex jiġi kkonsenjat minn produttur lil detentur ieħor u li jista’ jinżamm f’unità tat-trasport waħda jew iktar, bħal kontejners.

Artikolu 3

Il-kriterji għar-ruttam tal-ħadid u tal-azzar

Ir-ruttam tal-ħadid u tal-azzar m’għandux jibqa’ jitqies bħala skart meta, mat-trasferiment mill-produttur lil detentur ieħor, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-iskart użat bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I;

(b)

l-iskart użat bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru jkun ġie ttrattat skont il-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness I;

(ċ)

ir-ruttam tal-ħadid u tal-azzar li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness I;

(d)

il-produttur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6.

Artikolu 4

Il-kriterji għar-ruttam tal-aluminju

Ir-ruttam tal-aluminju, inkluż ir-ruttam tal-ligi tal-aluminju, m’għandux jibqa’ jitqies bħala skart meta, mat-trasferiment mill-produttur lil detentur ieħor, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-iskart użat bħala materja prima fl-operazzjoni ta’ rkupru jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II;

(b)

l-iskart użat bħala materja prima fl-operazzjoni ta’ rkupru jkun ġie ttrattat skont il-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness II;

(ċ)

ir-ruttam tal-aluminju li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru jkun konformi mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness II;

(d)

il-produttur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6.

Artikolu 5

Dikjarazzjoni ta’ konformità

1.   Il-produttur jew l-importatur għandu joħroġ, għal kull konsenja ta’ metall skreppjat, dikjarazzjoni ta’ konformità skont il-mudell stabbilit fl-Anness III.

2.   Il-produttur jew l-importatur għandu jagħti d-dikjarazzjoni ta’ konformità lid-detentur tal-konsenja ta’ metall skreppjat li jmiss. Il-produttur jew l-importatur għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità għal mill-inqas sena wara d-data tal-ħruġ tagħha u għandhom iqiegħduha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti meta jintalbu jagħmlu dan.

3.   Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tista’ tkun f’forma elettronika.

Artikolu 6

Il-ġestjoni tal-kwalità

1.   Il-produttur għandu jimplimenta sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità adattata biex turi l-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

2.   Is-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għandu jkun fiha sett ta’ proċeduri ddokumentati dwar kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:

(a)

l-aċċettazzjoni tal-kontroll tal-iskart li ntuża bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Annessi I u II;

(b)

il-monitoraġġ tal-proċessi u tat-tekniki ta’ trattament deskritti fit-Taqsima 3.3 tal-Annessi I u II;

(ċ)

il-monitoraġġ tal-kwalità tal-metall skreppjat li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Annessi I u II (inklużi t-teħid tal-kampjuni u l-analiżi);

(d)

l-effikaċja tal-monitoraġġ tar-radjazzjoni kif stabbilit fit-Taqsima 1.5 tal-Annessi I u II, rispettivament;

(e)

ir-reazzjoni tal-konsumaturi dwar il-konformità mal-kwalità tal-metall skreppjat;

(f)

iż-żamma tar-reġistri tar-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punti (a) sa (d);

(g)

ir-reviżjoni u t-titjib tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità;

(h)

it-taħriġ tal-persunal.

3.   Is-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għandha tippreskrivi wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi tall-monitoraġġ stabbiliti fl-Annessi I u II għal kull kriterju.

4.   Fejn kwalunkwe wieħed mit-trattamenti msemmija fit-Taqsima 3.3 tal-Anness I jew fit-Taqsima 3.3 tal-Anness II jitwettqu minn detentur preċedenti, il-produttur għandu jiżgura ruħu li l-fornitur jimplimenta sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità li tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

5.   Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (2), li kiseb akkreditament skont dak ir-Regolament, jew kwalunkwe verifikatur ambjentali ieħor, kif iddefinit fl-Artikolu 2(20)(b) tar-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (3), għandu jivverifika li s-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. Il-verifika għandha titwettaq kull tliet snin.

6.   L-importatur għandu jeżiġi li l-fornituri tiegħu jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u li tkun ġiet ivverifikata minn verifikatur estern indipendenti.

7.   Il-produttur għandu jagħti aċċess għas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità lill-awtoritajiet kompetenti meta jintalab jagħmel dan.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-9 ta’ Ottubru 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

VÖLNER P.


(1)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(2)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(3)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.


ANNESS I

Il-kriterji għar-ruttam tal-ħadid u tal-azzar

Kriterji

Rekwiżiti ta’ awtomonitoraġġ

1.   Il-kwalità tar-ruttam li jirriżulta mill-operazzjoni ta’ rkupru

1.1.

Ir-ruttam għandu jkun ikklassifikat skont speċifikazzjoni tal-klijent, speċifikazzjoni tal-industrija jew standard għal użu dirett fil-produzzjoni ta’ sustanzi jew ta’ oġġetti metalliċi minn impjanti jew funderiji tal-azzar.

Persunal ikkwalifikat għandu jikklassifika kull konsenja.

1.2.

L-ammont totali ta’ impuritajiet (sterili) għandu jkun ta’ ≤ 2 % skont il-piż.

L-impuritajiet huma:

(1)

metalli li ma fihomx ħadid (ħlief għall-elementi li jilligaw fi kwalunkwe sottostrat metalliku li fih il-ħadid) u materjali mhux metalliċi bħall-ħamrija, it-trab, il-materjali li jservu bħala iżolaturi u l-ħġieġ;

(2)

materjali kombustibbli u mhux metalliċi bħal-lastku, il-plastik, id-drapp, l-injam u sustanzi kimiċi jew organiċi oħrajn;

(3)

biċċiet ikbar (daqs il-briks) li mhumiex kondutturi tal-elettriku bħat-tajers, il-pajpijiet mimlija bis-siment, bl-injam jew bil-konkos;

(4)

residwi li ġejjin minn operazzjonijiet ta’ tidwib, tisħin, trattamenti tas-superfiċje (inkluż l-irbit bil-battenti, bil-gargnu u bl-ingast – “scarfing”), tħin, serrar, iwweldjar u qtugħ b’torċa tal-iwweldjar tal-azzar, bħall-gagazza, il-frak mill-ipproċessar tal-metalli (“mill scale”), it-trabijiet tal-filtri tal-arja (“baghouse dust”), it-trabijiet mit-tagħmir tat-tħin u l-ħama.

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja.

F’intervalli xierqa (mill-inqas kull sitt xhur), għandhom jiġu analizzati kampjuni rappreżentattivi tal-impuritajiet billi jintiżnu wara separazzjoni b’kalamita jew separazzjoni manwali (kif ikun xieraq) tal-partiċelli u tal-oġġetti tal-ħadid u tal-azzar taħt spezzjoni viżwali bir-reqqa.

Il-frekwenzi xierqa tal-monitoraġġ permezz tat-teħid tal-kampjuni għandhom ikunu stabbiliti billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:

(1)

it-tendenza mistennija tal-varjabbiltà (pereżempju kif murija mir-riżultati tal-imgħoddi);

(2)

ir-riskju inerenti ta’ varjabbiltà fil-kwalità tal-iskart li ntuża bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru u għal kwalunkwe pproċessar li sar wara;

(3)

il-preċiżjoni inerenti tal-metodu ta’ monitoraġġ; u

(4)

il-qrubija tar-riżultati għal-limitu tal-kontenut ta’ impuritajiet sa massimu ta’ 2 % skont il-piż.

Il-proċess tad-determinazzjoni tal-frekwenzi tal-monitoraġġ għandu jkun iddokumentat bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità u għandu jkun disponibbli għall-verifiki.

1.3.

Ir-ruttam m’għandux ikun fih ossidu tal-ħadid eċċessiv fi kwalunkwe forma, ħlief għall-ammonti tipiċi li jirriżultaw minn ħażna fuq barra ta’ ruttam ippreparat f’kundizzjonijiet atmosferiċi normali.

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali għall-preżenza tal-ossidi.

1.4.

Ir-ruttam m’għandux ikollu żejt viżibbli, emulsjonijiet żejtnija, lubrikanti jew griż ħlief għal ammonti negliġibbli li mhux se jwasslu għal taqtir.

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja, u għandu joqgħod attent l-iktar għal dawk il-partijiet minn fejn hemm l-iktar ċans li jibda jqattar iż-żejt.

1.5.

Ir-radjuattività: m’hemm bżonn tittieħed l-ebda azzjoni ta’ rispons skont regoli nazzjonali jew internazzjonali dwar il-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rispons għall-metall radjuattiv skreppjat.

Dan ir-rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għall-istandards bażiċi dwar il-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku adottata skont il-Kapitolu III tat-Trattat tal-Euratom, b’mod partikulari d-Direttiva 96/29/Euratom (1).

Persunal ikkwalifikat għandu jimmonitorja r-radjuattività ta’ kull konsenja.

Kull konsenja ta’ ruttam għandu jkollha magħha ċertifikat, stabbilit skont regoli nazzjonali jew internazzjonali, dwar il-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rispons għall-metall radjuattiv skreppjat. Iċ-ċertifikat jista’ jiġi inkluż fid-dokumentazzjoni l-oħra li takkumpanja l-konsenja.

1.6.

Ir-ruttam m’għandu juri l-ebda waħda mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III għad-Direttiva 2008/98/KE. Ir-ruttam għandu jkun konformi mal-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni 2000/532/KE (2) u m’għandux jaqbeż il-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti fl-Anness IV għar-Regolament Nru (KE) 850/2004 (3).

Il-karatteristiċi tal-elementi individwali inklużi fil-liġi tal-ħadid u tal-azzar mhumiex rilevanti għal dan ir-rekwiżit.

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja. Fejn l-ispezzjoni viżwali tqajjem xi suspett ta’ possibbiltà ta’ karatteristiċi perikolużi, għandhom jittieħdu iktar miżuri xierqa ta’ monitoraġġ, bħat-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar fejn ikun xieraq.

Il-persunal għandu jitħarreġ dwar il-karatteristiċi perikolużi potenzjali li jistgħu jkunu assoċjati mar-ruttam tal-ħadid u tal-azzar u dwar il-komponenti jew il-karatteristiċi tal-materjali li jippermettu ‘l dak li jkun jagħraf il-karatteristiċi perikolużi.

Il-proċedura għar-rikonoxximent tal-materjali perikolużi għandha tkun iddokumentata fis-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità.

1.7.

Ir-ruttam m’għandu jkun fih l-ebda kontenitur taħt pressjoni, magħluq, jew mhux miftuħ biżżejjed li jista’ jikkawża splużjoni f’forn ta’ xogħol fil-metall.

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja.

2.   L-iskart użat bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru

2.1.

L-iskart li jkun fih ħadid jew azzar li jista’ jiġi rkuprat biss jista’ jintuża bħala materja prima.

2.2.

L-iskart perikoluż m’għandux jintuża bħala materja prima ħlief fejn jingħataw provi li jkunu ġew applikati l-proċessi u t-tekniki speċifikati fit-Taqsima 3 ta’ dan l-Anness sabiex jitneħħew il-karatteristiċi perikolużi kollha.

2.3.

L-iskart li ġej m’għandux jintuża bħala materja prima:

(a)

il-limatura u l-bċejjeċ u s-serratura li jaqgħu mill-użu tat-torn li fihom fluwidi bħaż-żejt jew l-emulsjonijiet żejtnija, u

(b)

l-btieti u l-kontenituri, ħlief għat-tagħmir minn vetturi li m’għadhomx jintużaw, li fihom jew li kien fihom iż-żejt jew iż-żebgħa.

Il-kontroll tal-aċċettazzjoni tal-iskart kollu li jasal (permezz ta’ spezzjoni viżwali) u tad-dokumentazzjoni li takkumpanjah għandu jitwettaq minn persunal ikkwalifikat li jkun ingħata taħriġ dwar kif jagħraf l-iskart li ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti f’din it-Taqsima.

3.   Il-proċessi u t-tekniki ta’ trattament

3.1.

Ir-ruttam tal-ħadid jew tal-azzar għandu jkun ġie sseparat mill-ewwel fis-sors jew waqt il-ġbir u għandu jkun inżamm separat jew l-iskart ta’ materja prima għandu jkun ġie ttrattat sabiex ir-ruttam tal-ħadid u tal-azzar jiġi sseparat mill-komponenti mhux metalliċi u minn dawk li ma fihomx ħadid.

3.2.

It-trattamenti mekkaniċi kollha (bħall-qtugħ, il-qtugħ permezz tad-deformazzjoni (“shearing”), il-qtugħ bċejjeċ bċejjeċ jew il-granulazzjoni; l-għażla, is-separazzjoni, it-tindif, it-tneħħija tas-sustanzi li jniġġsu, l-iżvujtar) li huma meħtieġa sabiex jiġi ppreparat ir-ruttam tal-metall għall-użu finali dirett tiegħu bħala materja prima fl-impjanti u fil-funderiji tal-azzar għandhom ikunu tlestew.

3.3.

Għall-iskart li jkun fih komponenti perikolużi, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti speċifiċi li ġejjin:

(a)

Il-materja prima li tkun ġejja minn skart ta’ tagħmir elettriku jew elettroniku jew minn vetturi li m’għadhomx jintużaw għandha tkun għaddiet mit-trattamenti kollha mitluba mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(b)

Il-klorofluworokarbonji f’tagħmir imwarrab għandhom ikunu nqabdu fi proċess approvat mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)

Il-kejbils għandu jkun tneħħilhom il-kisi jew għandhom ikunu tqattgħu biċċa biċċa. Jekk kejbil ikun fih kisi organiku (tal-plastik), il-kisi organiku għandu jkun tneħħa bl-aħjar tekniki disponibbli;

(d)

Il-btieti u l-kontenituri għandhom ikunu żvujtati u għandhom ikunu tnaddfu, u

(e)

Is-sustanzi perikolużi fl-iskart li ma ssemmiex fil-punt (a) għandhom ikunu tneħħew b’mod effiċjenti fi proċess li jkun approvat mill-awtorità kompetenti.

 


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad- Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

(4)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(5)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.


ANNESS II

Il-kriterji għar-ruttam tal-aluminju

Kriterji

Rekwiżiti ta’ awtomonitoraġġ

1.   Il-kwalità tar-ruttam

1.1.

Ir-ruttam għandu jkun ikklassifikat skont speċifikazzjoni tal-klijent, speċifikazzjoni tal-industrija jew standard għall-użu dirett fil-produzzjoni ta’ sustanzi jew ta’ oġġetti metalliċi permezz tal-irfinar jew tat-tidwib mill-ġdid.

Persunal ikkwalifikat għandu jikklassifika kull konsenja.

1.2.

L-ammont totali ta’ impuritajiet għandu jkun ta’ ≤ 5 % skont il-piż jew l-ammont ta’ metall irkuprat (“metal yield”) għandu jkun ta’ ≥ 90 %.

L-impuritajiet huma:

(1)

metalli li mhumiex aluminju u ligi tal-aluminju;

(2)

materjali mhux metalliċi bħall-ħamrija, it-trab, il-materjali li jservu bħala iżolaturi u l-ħġieġ;

(3)

materjali kombustibbli u mhux metalliċi bħal-lastku, il-plastik, id-drapp, l-injam u sustanzi kimiċi jew organiċi oħrajn;

(4)

biċċiet ikbar (daqs il-briks) li mhumiex kondutturi tal-elettriku bħat-tajers, il-pajpijiet mimlija bis-siment, bl-injam jew bil-konkos; jew

(5)

u qtugħ b’torċa tal-iwweldjar bħal gagazza, residwi li ġejjin minn operazzjonijiet ta’ tidwib tal-aluminju u tal-ligi tal-aluminju, ta’ tisħin, trattamenti tas-superfiċje (inkluż l-irbit bil-battenti, bil-gargnu u bl-ingast – “scarfing”), tħin, serrar, iwweldjar u qtugħ b’torċa tal-iwweldjar bħall-gagazza, il-ħmieġ tal-metalli, ir-ragħwiet, it-trabijiet tal-filtri tal-arja (“baghouse dust”), it-trabijiet mit-tagħmir tat-tħin u l-ħama.

Il-prodottur tar-ruttam tal-aluminju għandu jikkontrolla l-konformità billi jimmonitorja l-ammont ta’ impuritajiet jew billi jiddetermina l-ammont ta’ metall irkuprat.

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja.

F’intervalli xierqa (mill-inqas kull sitt xhur), għandhom jiġu analizzati kampjuni rappreżentattivi ta’ kull grad ta’ ruttam tal-aluminju sabiex jitkejjel l-ammont totali ta’ impuritajiet jew l-ammont ta’ metall irkuprat.

Il-kampjuni rappreżentattivi għandhom jinkisbu skont il-proċeduri ta’ teħid tal-kampjuni deskritti fl-istandard EN 13920 (1).

L-ammont totali ta’ impuritajiet għandu jitkejjel skont il-piż wara li l-partiċelli u l-oġġetti metalliċi tal-aluminju jkunu ġew isseparati mill-partiċelli u mill-oġġetti li jikkonsistu f’impuritajiet billi jintgħażlu bl-idejn jew b’mezzi oħrajn ta’ separazzjoni (bħal permezz ta’ kalamita jew billi tintuża d-densità bħala l-bażi).

L-ammont ta’ metall irkuprat għandu jitkejjel skont il-proċedura li ġejja:

(1)

Id-determinazzjoni tal-massa (m1) wara t-tneħħija u d-determinazzjoni tal-indewwa (skont il-punt 7.1. tal-istandard EN 13920-1:2002);

(2)

It-tneħħija u d-determinazzjoni tal-ħadid liberu (skont il-punt 7.2. tal-istandard EN 13920-1:2002);

(3)

Id-determinazzjoni tal-massa tal-metall wara t-tidwib u s-solidifikazzjoni (m2) wara l-proċedura għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ metall irkuprat skont il-punt 7.3. tal-istandard EN 13920-1:2002;

(4)

Il-kalkolu tal-ammont ta’ metall irkuprat m [f’%] = (m2/m1) × 100.

Il-frekwenzi xierqa tal-analiżi tal-kampjuni rappreżentattivi għandhom ikunu stabbiliti billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:

(1)

it-tendenza mistennija tal-varjabbiltà (pereżempju kif murija mir-riżultati tal-imgħoddi);

(2)

ir-riskju inerenti ta’ varjabbiltà fil-kwalità tal-iskart li ntuża bħala materja prima għall-operazzjoni ta’ rkupru u fil-prestazzjoni tal-proċessi ta’ trattament;

(3)

il-preċiżjoni inerenti tal-metodu ta’ monitoraġġ; u

(4)

il-qrubija tar-riżultati għall-valuri ta’ limitu għall-ammont totali ta’ impuritajiet jew għall-ammont ta’ metall irkuprat.

1.3.

Ir-ruttam m’għandux ikun fih kloridu polivinili (PVC) fil-forma ta’ kisi, żebgħa jew plastik.

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja.

1.4.

Ir-ruttam m’għandux ikollu żejt viżibbli, emulsjonijiet żejtnija, lubrikanti jew griż ħlief għal ammonti negliġibbli li mhux se jwasslu għal taqtir.

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżwali ta’ kull konsenja, u għandu joqgħod attent l-iktar għal dawk il-partijiet minn fejn hemm l-iktar ċans li jibda jqattar iż-żejt.

1.5.

Ir-radjuattività: m’hemm bżonn tittieħed l-ebda azzjoni ta’ rispons skont regoli nazzjonali jew internazzjonali dwar il-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rispons għall-metall radjuattiv skreppjat.

Dan ir-rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għall-istandards bażiċi dwar il-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku adottati f’atti li jaqgħu taħt il-Kapitolu III tat-Trattat tal-Euratom, b’mod partikulari d-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom (2).

Persunal ikkwalifikat għandu jimmonitorja r-radjuattività ta’ kull konsenja. Kull konsenja ta’ ruttam għandu jkollha magħha ċertifikat, stabbilit skont regoli nazzjonali jew internazzjonali, dwar il-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rispons għall-metall radjuattiv skreppjat. Iċ-ċertifikat jista’ jiġi inkluż fid-dokumentazzjoni l-oħra li takkumpanja l-konsenja.

1.6.

Ir-ruttam m’għandu juri l-ebda waħda mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III għad-Direttiva 2008/98/KE. Ir-ruttam għandu jkun konformi mal-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (3) u m’għandux jaqbeż il-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti fl-Anness IV għar-Regolament Nru (KE) 850/2004 (4).

Il-karatteristiċi tal-elementi individwali inklużi fil-liġi tal-aluminju mhumiex rilevanti għal dan ir-rekwiżit.

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq ispezzjoni viżwali ta’ kull konsenja. Fejn l-ispezzjoni viżwali tqajjem xi suspett ta’ possibbiltà ta’ karatteristiċi perikolużi, għandhom jittieħdu iktar miżuri xierqa ta’ monitoraġġ, bħat-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar fejn ikun xieraq.

Il-persunal għandu jitħarreġ dwar il-karatteristiċi perikolużi potenzjali li jistgħu jkunu assoċjati mar-ruttam tal-aluminju u dwar il-komponenti jew il-karatteristiċi tal-materjali li jippermettu 'l dak li jkun jagħraf il-karatteristiċi perikolużi.

Il-proċedura għar-rikonoxximent tal-materjali perikolużi għandha tkun iddokumentata fis-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità.

1.7.

Ir-ruttam m’għandu jkun fih l-ebda kontenitur taħt pressjoni, magħluq, jew mhux miftuħ biżżejjed li jista’ jikkawża splużjoni f’forn ta’ xogħol fil-metall.

Persunal ikkwalifikat għandu jwettaq ispezzjoni viżwali ta’ kull konsenja.

2.   L-iskart użat bħala materja prima fl-operazzjoni ta’ rkupru

2.1.

L-iskart li kien fih aluminju jew ligi tal-aluminju li jistgħu jiġu rkuprati biss jista’ jintuża bħala materja prima.

2.2.

L-iskart perikoluż m’għandux jintuża bħala materja prima ħlief fejn jingħataw provi li jkunu ġew applikati l-proċessi u t-tekniki speċifikati fit-Taqsima 3 ta’ dan l-Anness sabiex jitneħħew il-karatteristiċi perikolużi kollha.

2.3.

L-iskart li ġej m’għandux jintuża bħala materja prima:

(a)

il-limatura u l-bċejjeċ u s-serratura li jaqgħu mill-użu tat-torn li fihom fluwidi bħaż-żejt jew l-emulsjonijiet żejtnija, u

(b)

l-btieti u l-kontenituri, ħlief għat-tagħmir minn vetturi li m’għadhomx jintużaw, li fihom jew li kien fihom iż-żejt jew iż-żebgħa.

Il-kontroll tal-aċċettazzjoni tal-iskart kollu li jasal (permezz ta’ spezzjoni viżwali) u tad-dokumentazzjoni li takkumpanjah għandu jitwettaq minn persunal ikkwalifikat li jkun ingħata taħriġ dwar kif jagħraf l-iskart li ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti f’din it-Taqsima.

3.   Il-proċessi u t-tekniki ta’ trattament

3.1.

Ir-ruttam tal-aluminju għandu jkun ġie sseparat mill-ewwel fis-sors jew waqt il-ġbir u għandu jkun inżamm separat jew l-iskart ta’ materja prima għandu jkun ġie ttrattat sabiex ir-ruttam tal-aluminju jiġi sseparat mill-komponenti mhux metalliċi u minn dawk tal-metall li ma fihomx aluminju.

3.2.

It-trattamenti mekkaniċi kollha (bħall-qtugħ, il-qtugħ permezz tad-deformazzjoni (“shearing”), il-qtugħ bċejjeċ bċejjeċ jew il-granulazzjoni; l-għażla, is-separazzjoni, it-tindif, it-tneħħija tas-sustanzi li jniġġsu, l-iżvujtar) li huma meħtieġa sabiex jiġi ppreparat ir-ruttam tal-metall għall-użu finali dirett tiegħu bħala materja prima għandhom ikunu tlestew.

3.3.

Għall-iskart li jkun fih komponenti perikolużi, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti speċifiċi li ġejjin:

(a)

Il-materja prima li tkun ġejja minn skart ta’ tagħmir elettriku jew elettroniku u minn vetturi li m’għadhomx jintużaw għandha tkun għaddiet mit-trattamenti kollha mitluba mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(b)

Il-klorofluworokarbonji f’tagħmir imwarrab għandhom ikunu nqabdu fi proċess approvat mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)

Il-kejbils għandu jkun tneħħilhom il-kisi jew għandhom ikunu tqattgħu biċċa biċċa. Jekk kejbil ikun fih kisi organiku (tal-plastik), il-kisi organiku għandu jkun tneħħa bl-aħjar tekniki disponibbli;

(d)

Il-btieti u l-kontenituri għandhom ikunu żvujtati u għandhom ikunu tnaddfu;

(e)

Is-sustanzi perikolużi fl-iskart li ma ssemmiex fil-punt (a) għandhom ikunu tneħħew b'mod effiċjenti fi proċess li jkun approvat mill-awtorità kompetenti.

 


(1)  EN 13920-1:2002; L-aluminju u l-ligi tal-aluminju – Ir-ruttam – Il-parti 1: Ir-rekwiżiti ġenerali, it-teħid tal-kampjuni u t-testijiet; CEN 2002.

(2)  ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 229, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(6)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.


ANNESS III

Id-dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterji ta’ tmiem l-iskart imsemmija fl-Artikolu 5(1)

1.

Il-produttur/l-importatur tal-metall skreppjat:

L-isem:

L-indirizz:

Il-persuna ta’ kuntatt:

In-numru tat-telefown:

In-numru tal-faks:

L-indirizz tal-posta elettronika:

2.

(a)

l-isem jew il-kodiċi tal-kategorija tal-metall skreppjat, skont speċifikazzjoni jew standard tal-industrija:

(b)

fejn rilevanti, id-dispożizzjonijiet tekniċi prinċipali ta’ speċifikazzjoni tal-klijent, bħall-kompożizzjoni, id-daqs, it-tip u l-karatteristiċi:

3.

Il-konsenja ta’ metall skreppjat hija konformi mal-ispeċifikazzjoni jew mal-istandard imsemmi fil-punt 2:

4.

Il-kwantità tal-konsenja f’tunnellati:

5.

Ġie stabbilit ċertifikat ta’ test għar-radjuattività skont ir-regoli nazzjonali jew internazzjonali dwar il-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rispons għall-metall radjuattiv skreppjat:

6.

Il-produttur tal-metall skreppjat japplika sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità li hija konformi mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 333/2011 (1), li ġiet ivverifikata minn verifikatur akkreditat jew minn verifikatur indipendenti f’każ li l-metall skreppjat li ma baqax jitqies bħala skart jiġi impurtat fit-territorju doganali tal-Unjoni.

7.

Il-konsenja ta’ metall skreppjat tissodisfa l-kriterji msemmija fil-punti a) sa c) tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (UE) Nru 333/2011.

8.

Dikjarazzjoni tal-produttur/tal-importatur tal-metall skreppjat: Jiena niċċertifika li, safejn naf jien, it-tagħrif mogħti hawn fuq huwa komplut u korrett:

L-isem:

Id-data:

Il-firma:


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 333/2011 tal-31 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta ċerti tipi ta’ ruttam tal-metall ma jibqgħux jitqiesu bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 94, 8.4.2011, p. 2).


8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 334/2011

tas-7 ta’ April 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-restrizzjonijiet fuq likwidi, ajrusols u ġellijiet ttrasportati minn passiġġieri li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u li jittrasferixxu f’ajruporti tal-Unjoni joħolqu ċerti diffikultajiet operattivi f’dawk l-ajruporti u jikkaġunaw inkonvenjent għall-passiġġieri kkonċernati.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010 tat-23 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) jipprovdi għall-eżenzjonijiet biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jġorru likwidi, ajrusols u ġellijiet miksuba f’ċerti ajruporti li jinsabu f’pajjiżi terzi. Dawk l-eżenzjonijiet jiskadu fid-29 ta’ April 2011.

(3)

Dawk l-eżenzjonijiet iffaċilitaw l-operazzjonijiet u l-konvenjenza fir-rigward ta’ passiġġieri li jittrasferixxu u li jkunu qed iġorru likwidi, ajrusols u ġellijiet li jaslu fuq titjiriet minn pajjiżi terzi u jittrasferixxu f’ajruporti tal-Unjoni, filwaqt li żammew livell għoli ta’ sigurtà fl-avjazzjoni. Sakemm ikomplu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li taħthom ingħataw dawk l-eżenzjonijiet f’dawk l-ajruporti fil-pajjiżi terzi, dawk il-benefiċċji għandhom jinżammu.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (3) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili mwaqqaf permezz tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 185/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 12.

(3)  ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010, Kapitolu 4, il-punt 4.1.3.4(g) jinbidel b’dan li ġej:

“(g)

miksub f’ajruport li jinsab f’pajjiż terz li jinsab fil-lista tal-Hemża 4-D, bil-kundizzjoni li l-LAG ikun ippakkjat f’borża STEB (li turi li ma ġietx imbagħbsa) li turi biżżejjed provi li jkun inxtara fin-naħa ta’ ġewwa (airside) tal-ajruport fl-aħħar 36 siegħa. L-eżenzjonijiet stabbiliti f’dan il-punt għandhom jiskadu fid-29 ta’ April 2013.”


8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 335/2011

tas-7 ta’ April 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1091/2009 li jikkonċerna l-kontenut minimu ta’ preparazzjoni ta’ enżima ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-użu ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755) u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) kien awtorizzat għat-tiġieġ għat-tismin għal 10 snin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżima ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (2).

(2)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ressaq applikazzjoni biex jibdel it-termini tal-awtorizzazzjoni ta’ dan l-addittiv fl-għalf meta użat għal tiġieġ għat-tismin billi titnaqqas id-doża minima rrakkomandata ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) minn 4 000 XU/kg (3) u 900 BGU (4)/kg għal 2 000 XU/kg u 450 BGU/kg. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dejta rilevanti li ssaħħaħ it-talba għall-bidla.

(3)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Novembru 2010 ikkonkludiet li d-dejta mressqa minn tliet provi f’tiġieġ tat-tismin ma jappoġġjawx it-tnaqqis tad-doża minima rrakkomandata minn 4 000 XU u 900 BGU/kg għalf għal 2 000 XU u 450 BGU/kg għalf billi analiżi tal-għalf uriet li d-dożi intenzjonati nqabżu konsiderevolment. Madankollu, id-dejta uriet li l-prodott huwa effikaċi f’doża anqas minn dik awtorizzata fil-preżent. Skont l-Awtorità, id-dejta turi, bejn wieħed u ieħor, li 3 000 XU u 600 BGU/kg ta’ għalf għandu l-potenzjal li jtejjeb ir-rata ta’ tkabbir u l-proporzjon bejn l-għalf u t-tkabbir għal tiġieġ tat-tismin (5).

(4)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ntlaħqu.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1091/2009 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1091/2009 jeħodlu postu t-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 299, 14.11.2009, p. 6.

(3)  1 XU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ xylose) minn xylan tal-ħafur fil-minuta b’pH ta’ 5,0 u 50 °C.

(4)  1 BGU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ cellobiose) minn ß-glucan tax-xgħir fil-minuta b’pH 4,8 u 50 °C.

(5)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(12):1919.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità.

4a9

Aveve NV

 

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754)

li għandha attività minima ta' 40 000 XU/g u 9 000 BGU/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754)

 

Metodu analitiku  (1)

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva fl-addittiv:

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni tal-aċtu dinitrosaliċiliku fuq zokkor ta' riduzzjoni prodott minn azzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase fuq sottostrat li fih il-xylan:

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni tal-aċtu dinitrosaliċiliku fuq zokkor ta' riduzzjoni prodott minn azzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase fuq sottostrat li fih beta - glucan;

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi fl-għalf:

metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase minn kulur mgħaqqad ma' sottostrat ta' arabinoxylan tal-qamħ.

metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minna azzjoni ta' 1,3(4)-beta-glucanase minn kulur mgħaqqad ma' sottostrat ta' betaglucan tax-xgħir.

Tiġieġ għat-tismin

3 000 XU

675 BGU

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet ta’ qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm tista’ ddum il-ħażna, u l-istabilità għall-pelleting

2.

Għall-użu f’għalf li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans), eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ, xgħir, segala u/jew triticale

3.

Għal raġunijiet ta’ sikurezza: għandu jintlibes apparat għall-protezzjoni tan-nifs, nuċċali u jintużaw l-ingwanti

l-4 ta’ Diċembru 2019


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives.


8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 336/2011

tas-7 ta’ April 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2008 dwar tal-użu ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 bħala addittiv fl-għalf li fih id-diklażuril, il-monensin sodiku u n-nikarbażina

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-possibbiltà ta’ modifika fl-awtorizzazzjoni ta’ addittiv tal-għalf fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u skont l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità).

(3)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 kien awtorizzat għal 10 snin biex jingħata lit-tiġieġ għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) bħala addittiv fl-għalf (2).

(4)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ressaq applikazzjoni għal modifika tal-awtorizzazzjoni ta’ dan l-addittiv li tippermetti l-użu tiegħu fl-għalf li fih il-koċċidjostatiċi: monensin sodiku, diklażuril, nikarbażina, idroklorur tar-robenidina, salinomiċina sodika, lasaloċid sodiku, narasina/nikarbażina, ammonju tal-maduramiċina, dekokinat jew semduramiċina sodika għat-tiġieġ għat-tismin. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ressaq l-informazzjoni rilevanti biex isostni t-talba tiegħu.

(5)

L-Awtorità fl-opinjoni tagħha tad-9 ta’ Novembru 2010 ikkonkludiet li l-addittiv Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 huwa kompatibbli mad-diklażuril, mal-monensin sodiku u man-nikarbażina (3).

(6)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 intlaħqu.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1292/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1292/2008 jeħodlu postu t-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 36.

(3)  EFSA Journal 2010; 8(12):1918.


ANNESS

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1292/2008 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, l-formula kemikali, deskrizzjoni, l-metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet b'kontenut ta' meraq ta' 12 %

Il-kategorija tal-additivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

4b1822

NOREL S.A.

Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 b'minimu ta' 1 × 109 CFU/g ta' addittiv

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori ta' Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940.

 

Metodi analitiċi  (1)

L-enumerazzjoni: il-metodu tal-ispread plate li juża t-tryptone soya agar wara trattament ta' sħana

Identifikazzjoni metodu ta' elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE).

Tiġieġ għat-tismin

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Jista' jintuża f'għalf li fih il-koċċidjostatiċi permessi: diklażuril, monensin sodiku jew nikarbażina.

3.

Għal raġunijiet ta' sikurezza: Għandu jintlibes apparat għall-protezzjoni tan-nifs; nuċċali u ingwanti matul l-immaniġġjar.

8.1.2019


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives:”


8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 337/2011

tas-7 ta’ April 2011

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-żajlenejż u endo-1,3(4)-beta-glukenejż bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma u qżieqeż għas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq [dwar] l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet imressqa applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stabbilita fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni speċifikata fl-Anness bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma u l-qżieqeż għas-simna, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-10 ta’ Novembru 2010 (2) li l-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, skont il-kondizzjonijiet tal-użu proposti, ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li dan l-addittiv għandu potenzjal li jtejjeb il-parametri żootekniċi tal-ispeċi fil-mira. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf, f’għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf imwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni speċifikata fl-Anness turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi” u parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  The EFSA Journal (2010); 8(12):1916.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

4a15

Danisco Animal Nutrition

 

Endo-1,4-beta żajlenejż

EC 3.2.1.8

 

Endo-1,3(4)-beta-glukenejż

EC 3.2.1.6

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni (forma solida u likwida) ta’ endo-1,4-beta-żajlenejż magħmul mit-Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) u endo-1,3(4)-beta-glukenejż magħmul mit-Trichoderma reesei (ATCC SD 2106) li għandhom rispettivament attività minima ta’ 12 200 U (1)/g u 1 520 U (2)/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,4-beta-żajlenejż prodott minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), u endo-1,3(4)-beta-glukenejż prodott minn Trichoderma reesei (ATCC SD 2106)

 

Metodi analitiċi  (3)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva fl-addittiv, fit-taħlitiet lesti u fl-għalf:

metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta’ endo-1,4-ß-żajlenejż minn sottostrati cross-linked żoroq ta’ qamħ u arabinoksilan;

metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta’ endo-1,3(4)-ß-glukenejż minn kulur mgħaqqad ma’ sottostrati cross-linked żoroq ta’ ß-gluken tax-xgħir.

Dundjani għas-simna u mrobbija għat-tgħammir

Tiġieġ tal-bidien

 

endo-1,4-beta-żajlenejż

1 220 U

 

endo-1,3(4)-beta-glukenejż

152 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet ta’ qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting

2.

Għall-użu f’għalf li fih ħafna polisakkaridi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glukeni u arabinoksilani), eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ, xgħir, segala u/jew triticale

3.

Għal raġunijiet ta’ sikurezza: għandhom jintlibsu: maskra għall-protezzjoni tan-nifs, nuċċali u ingwanti waqt il-maniġġ.

4.

Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg

It-28 ta’ April 2021

Tjur oħrajn

Ħnienes (miftuma)

Qżieqeż tas-simna

endo-1,4-beta-żajlenejż

610 U

endo-1,3(4)-beta-glukenejż

76 U


(1)  1 U huwa l-ammont ta’ enzima li tillibera 0,48 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ żilożju) minn żajlen arabino tal-qamħ fil-minuta b’pH ta’ 4.2 u 50 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta’ enzima li tillibera 2,4 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ glukosju) minn gluken tax-xgħir fil-minuta b’pH ta’ 5,0 u 50 °C.

(3)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives.


8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 338/2011

tas-7 ta’ April 2011

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Magiun de prune Topoloveni (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa mir-Rumanija għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Magiun de prune Topoloveni” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 241, 8.9.2010, p. 3.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

IR-RUMANIJA

Magiun de prune Topoloveni (IĠP)


8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 339/2011

tas-7 ta’ April 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

68,6

MA

45,5

TN

104,8

TR

79,5

ZZ

74,6

0707 00 05

EG

152,2

TR

144,9

ZZ

148,6

0709 90 70

MA

82,8

TR

117,4

ZA

15,5

ZZ

71,9

0805 10 20

EG

52,9

IL

71,2

MA

51,4

TN

47,3

TR

73,5

US

49,1

ZZ

57,6

0805 50 10

TR

62,0

ZZ

62,0

0808 10 80

AR

107,5

BR

79,2

CA

107,4

CL

92,8

CN

93,2

MK

50,2

NZ

121,3

US

145,1

UY

74,1

ZA

80,7

ZZ

95,2

0808 20 50

AR

99,9

CL

112,0

CN

72,6

US

72,1

ZA

98,5

ZZ

91,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 340/2011

tas-7 ta’ April 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 326/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 89, 5.4.2011, p. 15.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-8 ta’ April 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

47,82

0,00

1701 11 90  (1)

47,82

0,56

1701 12 10  (1)

47,82

0,00

1701 12 90  (1)

47,82

0,26

1701 91 00  (2)

49,96

2,48

1701 99 10  (2)

49,96

0,00

1701 99 90  (2)

49,96

0,00

1702 90 95  (3)

0,50

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 341/2011

tas-7 ta’ April 2011

li ma jiffissax prezz minimu tal-bejgħ b'risposta għad-dsatax-il stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura tas-sejħa għall-offerti, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom għad-dsatax-il stedina individwali għall-offerti, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għad-dsatax-il stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-5 ta’ April 2011, mhux se jiġi ffissat l-ebda prezz minimu tal-bejgħ għat-trab tal-ħalib xkumat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 19.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


DEĊIŻJONIJIET

8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-31 ta' Marzu 2011

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-1995

(2011/224/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

Il-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-1995, li ġiet konkluża f’isem il-Komunità mill-Kunsill permezz tad-Deċiżjoni 96/88/KE (1) ġiet estiża b’mod regolari għal perjodi suċċessivi ta' sentejn. L-aħħar darba li l-Konvenzjoni kienet estiża permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ tat-8 ta' Ġunju 2009 u hija se tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta' Ġunju 2011. Huwa fl-interess tal-Unjoni li din terġa’ tiġi estiża. Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ, għandha għalhekk tiġi awtorizzata tivvota favur tali estensjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ hija li tivvota favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ tal-1995 għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn.

Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

VÖLNER P.


(1)  ĠU L 21, 27.1.1996, p. 6.


8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/29


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ April 2011

dwar il-projbizzjoni temporanja tat-tqegħid fis-suq fil-Ġermanja tad-deterġent POR-ÇÖZ

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2290)

(2011/225/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar id-deterġenti (1), b’mod partikolari l-Artikolu 15 u 12(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Ottubru 2010, l-Aġenzija tal-Ambjent Federali Ġermaniża nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-projbizzjoni temporanja tagħha għat-tqegħid fis-suq Ġermaniż tal-prodott tat-tindif POR-ÇÖZ b’kontenut ta’ aċidu nitriku ta’ 20 % jew iżjed, imsejsa fuq riskji ta’ korrożjoni u dħaħen perikulużi li jiġu mill-ingredjent tal-aċidu nitriku (3).

(2)

L-awtoritajiet Ġermaniżi nnotifikaw b’mod addizzjonali l-projbizzjoni temporanja ta’ POR-ÇÖZ lill-Kummissjoni permezz tar-RAPEX (4) skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sikurezza tal-prodotti ġenerali (5). Bħala riskju addizzjonali ssemma li l-kontenituri tal-POR-ÇÖZ ma għandhomx tappijiet ta’ sikurezza biżżejjed għat-tfal.

(3)

Il-POR-ÇÖZ huwa mmanifatturat fit-Turkija mill-kumpanija rreġistrata Levent Kimja u jiġi impurtat fil-Ġermanja mill-kumpanija Karakus Handels GmbH li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha f’Iserlohn D-58638.

(4)

Il-POR-ÇÖZ fih bejn 20 u 30 % aċidu nitriku f’soluzzjoni akkwuża. L-aċidu nitriku huwa kklassifikat bħala korrożiv għall-ġilda, kategorija 1, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet.

(5)

Il-POR-ÇÖZ jitqiegħed fis-suq għall-pubbliku ġenerali bħala prodott li jneħħi l-ġebla u s-sadid. Huwa taħlita maħsuba għal għanijiet ta’ tindif u għalhekk huwa deterġent skont l-Artikolu 2 tar-Regolament.

(6)

Abbażi tal-preżentazzjoni tal-fatti fin-notifika RAPEX Ġermaniża, il-prodott POR-ÇÖZ ma għandux għeluq xieraq għas-sikurezza tat-tfal. Għaldaqstant il-prodott mhux konformi mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 flimkien mal-Artikolu 9, paragrafu 1.3 u l-Anness IV, Parti A tad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ preparazzjonijiet perikulużi u ma jaqax taħt l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 li huwa applikabbli biss għal prodotti li huma “konformi mar-rekwiżit ta’ dan ir-Regolament”.

(7)

Saret kjarifika tal-fatti bil-fomm mill-Ġermanja fil-laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Deterġenti fl-14 ta’ Diċembru 2010. Il-Ġermanja spjegat li kien hemm żewġ prodotti fis-suq Ġermaniż taħt l-isem kummerċjali ta’ POR-ÇÖZ. Il-prodott li saret referenza għalih fin-notifika lill-Kummissjoni fid-29 ta’ Ottubru 2010, li kien importat minn Karakus Handels GmbH, kien ittikkettat sewwa u jingħalaq kif xieraq għas-sikurezza tat-tfal. It-tieni prodott POR-ÇÖZ mill-istess manifattur kien importat illegalment b’mezzi mhux magħrufa. Kellu tikketta bl-ilsien Tork u ma kellux għeluq tajjeb biżżejjed għas-sikurezza tat-tfal.

(8)

B’ittra tat-22 ta’ Diċembru 2010, il-Ġermanja kkonfermat li l-prodott li l-Ġermanja kienet għamlet referenza għalih fin-notifika tagħha tad-29 ta’ Ottubru 2010 (prodott immanifatturat minn Levent Kimya u importat fil-Ġermanja mill-kumpanija Karakus Handels GmbH) kien konformi mar-Regolament dwar id-Deterġenti, b’mod partikolari mar-rekwiżiti ta’ ttikkettjar u mballaġġ billi kellu tikketta bl-ilsien Ġermaniż u kellu għeluq għas-sikurezza tat-tfal. In-Notifika RAPEX Nru 1760/10 ġiet modifikata b’notifika riveduta li ntbagħtet lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Diċembru 2010, li fiha ntqal li r-raġunijiet tal-projbizzjoni ma kinux nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti legali iżda r-riskji kbar tal-prodott għas-saħħa tal-bniedem.

(9)

Abbażi ta’ dawn il-fatti, l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 huwa applikabbli, billi l-prodott POR-ÇÖZ imsemmi fin-notifika Ġermaniża huwa deterġent konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Il-Ġermanja pprovdiet raġunijiet razzjonali biex wieħed jemmen li l-prodott POR-ÇÖZ jikkostitwixxi riskju għas-sikurezza jew għas-saħħa tal-bnedmin. Il-Ġermanja rrappurtat li każ ta’ korriment ta’ tifel fil-Ġermanja huwa attribwit għall-użu tal-POR-ÇÖZ. Barra minn hekk, bejn l-1999 u l-2010, iċ-ċentri Ġermaniżi kontra l-velenu rreġistraw 134 każ ta’ korriment serju għas-saħħa marbuta mal-użu fid-djar ta’ prodotti li jneħħu l-ġebla u s-sadid li fihom l-aċidu nitriku. Fil-Belġju (l-uniku Stat Membru ieħor li fis-suq tiegħu nstabet verżjoni tal-POR-ÇÖZ bit-tikketta bit-Tork) iċ-ċentri kontra l-velenu rreġistraw tliet każi ta’ problemi serji ta’ respirazzjoni li rriżultaw mill-użu professjonali tal-prodotti li jneħħu l-ġebla li fihom 30 % ta’ aċidu nitriku. Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa mill-użu ta’ prodotti tat-tindif b’kontenut ta’ aċidu nitriku ta’ bejn 20 u 30 %, fit-28 ta’ Settembru 2010, l-Istitut Federali Ġermaniż għall-Valutazzjoni tar-Riskju rrakkomanda li l-prodotti tat-tindif li fihom aktar minn 20 % ta’ aċidu nitriku ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq għall-forniment tal-pubbliku ġenerali (8).

(11)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri kemm permezz ta’ kwestjonarji li ntbagħtu fil-15 ta’ Novembru 2010 kif ukoll f’laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Deterġenti fl-14 ta’ Diċembru 2010. Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tagħhom kif espressa fl-opinjoni tal-Kumitat tal-14 ta' Marzu 2011.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista’ żżomm il-projbizzjoni temporanja tagħha dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodott tat-tindif POR-ÇÖZ b’kontenut ta’ aċidu nitriku ta’ 20 % jew aktar għal sena mid-data ta’ adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Deċiżjoni tal-Awtorità Ġermaniża tal-Ambjent (Unweltbundesamt) tal-25 ta’ Ottubru 2010 (Allgemeinverfügung zum vorläufigen Verbot des Inverkehrbringens des Reinigungsmittels Por Cöz nach § 14(2) des Wasch- und Reinigungsmittelgesetztes und §8(4) des Geräte- und Produktsicherheitsgesetztes, Bundesanzeiger Ausgabe Nr. 164 vom 28. Oktober 2010).

(4)  Nru tan-Notifikazzjoni RAPEX 1760/10.

(5)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(6)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(8)  Opinjoni BfR Nru 041/2010, 6.9.2010.


8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta' April 2011

li testendi l-perjodu tranżitorju li jikkonċerna l-akkwist ta' art agrikola fil-Latvja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/226/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Kapitolu 3 tal-Anness VIII tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba mressqa mil-Latvja,

Billi:

(1)

L-Att tal-Adeżjoni tal-2003 jipprovdi li l-Latvja għandha żżomm fis-seħħ, skont il-kundizzjonijiet stipulati fih, għal perjodu ta' 7 snin mill-adeżjoni li jiskadi fit-30 ta' April 2011, projbizzjonijiet dwar l-akkwist ta' art agrikola minn persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi minn Stati Membri oħra tal-UE li mhumiex stabbiliti, lanqas reġistrati u lanqas għandhom fergħa jew aġenzija fil-Latvja. Din hija eċċezzjoni temporanja għall-moviment ħieles tal-kapital kif iggarantit fl-Artikoli 63 sa 66 tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dan il-perjodu tranżitorju jista' jiġi estiż darba biss għal perjodu ta' tliet snin.

(2)

Fis-6 ta' Diċembru 2010, il-Latvja talbet biex testendi l-perjodu tranżitorju li jikkonċerna l-akkwist ta' art agrikola bi 3 snin.

(3)

Ir-raġuni ewlenija għall-perjodu tranżitorju kienet il-ħtieġa li jiġu ssalvagwardati l-kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi għall-attivitajiet agrikoli wara l-introduzzjoni tas-suq uniku u t-tranżizzjoni tal-Politika Agrikola Komuni fil-Latvja. B'mod partikolari, l-għan tiegħu kien li jirreaġixxi għat-tħassib li tqajjem dwar l-impatt possibbli fuq is-settur agrikolu li kieku kellha tiġi liberalizzata l-art agrikola minħabba d-differenzi kbar inizjali fil-prezzijiet tal-art u d-dħul meta mqabbel mal-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit (minn issa 'l quddiem l-UE-15). Il-perjodu tranżitorju kien maħsub biex iħaffef il-proċess tar-restituzzjoni u l-privatizzazzjoni tal-art agrikola lill-bdiewa. Fir-rapport tagħha tas-16 ta' Lulju 2008 dwar ir-Reviżjoni tal-miżuri tranżitorji għall-akkwist tal-proprjetà agrikola stabbiliti fit-Trattat tal-Adeżjoni 2003 (minn hawn 'il quddiem “ir-Reviżjoni ta' Nofs it-Terminu tal-2008”), il-Kummissjoni kienet diġà saħqet fuq l-importanza li titlesta r-riforma agrikola msemmija hawn fuq sat-tmiem tal-perjodu tranżitorju previst (1).

(4)

Skont id-dejta li l-Eurostat għandha għad-dispożizzjoni tagħha, il-prezzijiet tal-art agrikola fil-Latvja huma orħos minn dawk tal-art agrikola fl-UE. Il-konverġenza sħiħa fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-art agrikola la kienet mistennija u lanqas ikkunsidrata bħala kondizzjoni minn qabel meħtieġa biex jintemm il-perjodu trażitorju. Madanakollu, id-differenzi evidenti bejn il-prezzijiet tal-art agrikoli tal-Latvja ma' dawk tal-UE-15 huma tali li jistgħu jfixklu l-progress mingħajr skossi lejn il-konverġenza fil-prezzijiet.

(5)

B'mod simili għal-livelli tal-prezzijiet tal-art agrikola, id-dejta mill-Eurostat turi li għadu jippersisti d-distakk tal-PDG per capita fl-Istandards tas-saħħa tax-Xiri fil-Latvja u fl-UE-15. B'hekk, il-prezzijiet eżistenti tal-art agrikola fil-Latvja huma għolja għar-residenti tal-Latvja meta jitqabblu mas-saħħa tax-xiri.

(6)

Il-kompetittività baxxa tas-settur agrikolu Latvjan meta mqabbla mas-settur agrikolu tal-UE-15 għadha teżisti u l-problema hi akbar minħabba d-diffikultajiet għall-aċċess tar-riżorsi finanzjarji u minħabba rati ta' imgħax għolja applikati għal-linji ta' kreditu kummerċjali għall-akkwist ta' art agrikola (15 % fis-sena fl-2009 skont id-dejta mogħtija mill-awtoritajiet Latvjani).

(7)

Barra minn hekk, skont id-dejta mogħtija mill-awtoritajiet Latvjani bbażata fuq is-Servizz tal-Art tal-Istat tal-Latvja, mill-1 ta' Jannar 2010, l-art agrikola tikkonsisti f'37,7 % tat-territorju totali tal-pajjiż, u ż-żoni tal-foresti jkopru 45,8 % tiegħu. Fl-2007, il-bdiewa kienu sidien ta' 62 % tal-art agrikola u 26,6 % tal-art agrikola kienet mikrija. Filwaqt li l-art agrikola fil-Latvja hija diġà fil-biċċa l-kbira art privata, il-proċess tar-restituzzjoni tad-drittijiet tas-sjieda u r-riforma tal-art f'żoni rurali għadhom ma tlestewx.

(8)

In-nuqqas ta' ċarezza għad-drittijiet tal-proprjetà bla dubju tfixkel it-tranżazzjonijiet u l-konsolidazzjoni tal-artijiet agrikoli. Il-frammentazzjoni tal-art, b'hekk qed tkompli tikkontribwixxi għal anqas kompetittività u qed twassal biex l-ażjendi agrikoli jkunu anqas orjentati lejn is-suq. F'dan il-kuntest, id-dejta tal-Eurostat turi li għalkemm il-konsolidazzjoni gradwali hi waħda kontinwa u li bejn l-2001 u l-2007, iż-żona medja tal-art sfruttata mill-ażjendi agrikoli fil-Latvja żdiedet minn 10 ettari għal 16-il ettaru għal kull ażjenda, din tal-aħħar hija anqas minn ta' Stati Membri oħrajn tal-UE, bħad-Danimarka, il-Ġermanja u l-Isveżja, fejn il-medja fl-2007 kienet laħqet is-60 ettaru, is-46 ettaru u t-43 ettaru rispettivament.

(9)

Il-kriżi globali ekonomika u finanzjarja riċenti kellha wkoll impatt negattiv fuq l-ekonomija tal-Latvja. In-nuqqas ta' domanda wara tnaqqis kbir fil-prezzijiet tax-xiri għall-prodotti agrikoli, fiż-żmien meta l-prezzijiet għall-materja prima baqgħu fil-livell għoli tal-2008, komplew jgħarrqu l-pożizzjoni diġà żvantaġġjata tal-bdiewa Latvjani meta mqabbla mal-bdiewa mill-UE-15.

(10)

F'dan il-kuntest, jista' jiġi antiċipat, kif qed jagħmlu l-awtoritajiet Latvjani, li t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fl-1 ta' Mejju 2011 ser toħloq pressjoni fuq il-prezzijiet tal-art fil-Latvja. Għalhekk, teżisti theddida ta' tfixkil serju fuq is-suq tal-art agrikola fil-Latvja ladarba jiskadi l-perjodu tranżitorju.

(11)

Għalhekk il-perjodu tranżitorju msemmi fil-Kapitolu 3 tal-Anness VIII għall-Att tal-Adeżjoni tal-2003 għandu jiġi estiż bi tliet snin.

(12)

Sabiex is-suq jitħejja bis-sħiħ għal-liberalizzazzjoni, hu importanti ħafna, saħansitra fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi iebsa, li jibqa' jissaħħaħ it-titjib ta' fatturi bħall-faċilitajiet ta' kreditu u ta' assigurazzjoni għall-bdiewa, u t-tlestija tar-riformi strutturali agrikoli matul il-perjodu tranżitorju, kif diġà ġie enfasizzat fl-Analiżi ta' Nofs it-Terminu tal-2008.

(13)

Minħabba li s-suq uniku miftuħ kien minn dejjem fil-qalba tal-prosperità Ewropea, żieda fid-dħul tal-kapital barrani għandha tattira benefiċċji potenzjali anke għas-suq agrikolu fil-Latvja. Kif ġie enfasizzat fl-Analiżi ta' Nofs it-Terminu tal-2008, l-investiment barrani fis-settur agrikolu se jkollu wkoll effetti importanti fuq perjodu ta' żmien twil fuq l-għoti tal-kapital u l-għarfien, dwar il-funzjonament tas-swieq u dwar il-produttività agrikola. It-tnaqqis progressiv tar-restrizzjonijiet dwar is-sjieda barranija matul il-perjodu tranżitorju se jikkontribwixxi wkoll għat-tħejjija tas-suq biex dan jiġi liberalizzat għal kollox.

(14)

Għall-fini ta' ċertezza legali u sabiex jiġi evitat vojt legali fis-sistema legali nazzjonali tal-Latvja wara li jiskadi l-perjodu tranżitorju attwali, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-perjodu tranżitorju li jikkonċerna l-akkwist tal-art agrikola fil-Latvja msemmi fil-Kapitolu 3 tal-Anness VIII għall-Att ta' Adeżjoni tal-2003 għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  COM(2008) 461 finali, tas-16 ta' Lulju 2008.


8.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 94/33


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-31 ta’ Marzu 2011

dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Irlandiż

(BĊE/2011/4)

(2011/227/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikolu 12.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1, flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq garanzija xierqa. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-garanzija għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma elenkati fl-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 t’Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Dokumentazzjoni Ġenerali”).

(2)

Skont it-Taqsima 1.6 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’, f’kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għall-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Skont it-Taqsima 6.3.1 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħruġ, emittent, debitur jew min qed jiggarantixxi jissodisfax ir-rekwiżiti tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin abbażi ta’ kull informazzjoni li tista’ tikkunsidra bħala rilevanti.

(3)

Hemm ċirkostanzi eċċezzjonali prevalenti fis-suq finanzjarju, li jirriżultaw mill-pożizzjoni fiskali tal-Gvern Irlandiż fil-kuntest ta’ pjan ta’ aġġustament appoġġjat mill-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-Fond Monetarju Internazzjonali, u hemm diżordni fil-valutazzjoni normali mis-suq tat-titoli maħruġ mill-Gvern Irlandiż, b’effetti negattivi fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Din is-sitwazzjoni eċċezzjonali teħtieġ adattazzjoni immedjata u temporanja tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(4)

Il-Kunsill Governattiv ivvaluta l-fatt illi l-Gvern Irlandiż approva programm ta’ aġġustament ekonomiku u finanzjarju li nnegozja mal-Kummissjoni Ewropea, il-BĊE u l-Fond Monetarju Internazzjonali, kif ukoll l-impenn qawwi tal-Gvern Irlandiż li jimplimenta bis-sħiħ dan il-programm. Il-Kunsill Governattiv ivvaluta wkoll u approva l-implimentazzjoni tal-programm mill-Gvern Irlandiż s’issa. Il-Kunsill Governattiv ivvaluta ukoll, minn perspettiva ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-Eurosistema, l-effetti ta’ programm bħal dan fuq it-titoli maħruġin mill-Gvern Irlandiż. Il-Kunsill Governattiv iqis il-programm bħala propizju, sabiex, minn perspettiva ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu, l-istrumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin mill-Gvern Irlandiż jew iggarantiti mill-Gvern Irlandiż iżommu standard ta’ kwalità suffiċjenti għat-tkomplija tal-eliġibbiltà tagħhom bħala garanzija għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, irrispettivament minn kull valutazzjoni ta’ kreditu esterna. Dawn il-valutazzjonijiet pożittivi huma l-bażi għal din is-sospensjoni eċċezzjonali u temporanja, stabbilita biex tikkontribwixxi għas-saħħa tal-istituzzjonijiet finanzjarji, u b’hekk issaħħaħ l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha u tipproteġi l-klijenti ta’ dawk l-istituzzjonijiet. Madankollu, il-BĊE għandu jimmonitorja mill-viċin l-impenn b’saħħtu u kontinwat tal-Gvern Irlandiż biex jimplimenta bis-sħiħ il-programm ta’ aġġustament ekonomiku u finanzjarju li huwa l-bażi ta’ dawn il-miżuri.

(5)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika temporanjament, sakemm il-Kunsill Governattiv jikkunsidra illi l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tippermetti l-applikazzjoni normali tal-qafas tal-Eurosistema għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sospensjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Dokumentazzjoni Ġenerali

1.   Ir-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu, kif speċifikati fir-regoli tal-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema għal titoli negozjabbli f’Taqsima 6.3.2 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali, għandhom jiġu sospiżi skont l-Artikoli 2 u 3.

2.   F’każ ta’ diskrepanza bejn din id-Deċiżjoni u d-Dokumentazzjoni Ġenerali, tal-ewwel għandha tingħata preċedenza.

Artikolu 2

Eliġibbiltà kontinwata bħala garanzija għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin mill-Gvern Irlandiż

Il-limitu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema m’għandux japplika għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin mill-Gvern Irlandiż. Dan l-attiv għandu jikkostitwixxi garanzija eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, irrispettivament mill-klassifika esterna tal-kreditu tiegħu.

Artikolu 3

Eliġibbiltà kontinwata bħala garanzija għal strumenti ta’ dejn negozjabbli ggarantiti mill-Gvern Irlandiż

Il-limitu tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema m’għandux japplika għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin minn entitajiet stabbiliti fl-Irlanda u ggarantiti bis-sħiħ mill-Gvern Irlandiż. Garanzija mogħtija mill-Gvern Irlandiż għandha tkompli tkun soġġetta għar-rekwiżiti li jinsabu f’Taqsima 6.3.2 tad-Dokumentazzjoni Ġenerali. Dan l-attiv għandu jikkostitwixxi garanzija eliġibbli għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, irrispettivament mill-klassifika esterna tal-kreditu tiegħu.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2011.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Marzu 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.