ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.090.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 90

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
6 ta' April 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/213/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

1

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun u dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

2

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011 tat-30 ta' Marzu 2011 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodisinn għal fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2011 tal-5 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fir-rigward tal-istatistika dwar il-kaġuni ta’ mwiet ( 1 )

22

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 329/2011 tal-5 ta’ April 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/214/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ April 2011 li temenda l-Anness II sa IV mad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2068)  ( 1 )

27

 

 

2011/215/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2011 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar it-trasbord fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera fejn jiddaħħlu l-kunsinni ta’ prodotti maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għal pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2067)  ( 1 )

50

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/216/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kumitat Konġunt għall-agrikoltura stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar l-emendar tal-Anness 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli

53

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

6.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Marzu 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

(2011/213/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità Ewropea, Ftehim dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija mal-Gvern tal-Ġappun.

(2)

Dak il-Ftehim kien iffirmat mir-rappreżentanti tal-Partijiet fit-30 ta’ Novembru 2009 fi Brussell, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar ’il quddiem.

(3)

B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi konkluż f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 6(1) tal-Ftehim rigward l-emendi għall-Ftehim skont l-Artikolu 13(5) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Ftehim u jagħmel in-notifika li ġejja lill-Gvern tal-Ġappun:

“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi għal ‘il-Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn adatt, jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’.”

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CSÉFALVAY Z.


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun u dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

IL-KOMUNITÀ EWROPEA minn hawn ’il quddiem imsejjħa “l-Komunità”

u

IL-GVERN TAL-ĠAPPUN;

Billi jixtiequ jippromwovu aktar ir-relazzjonijiet mill-qrib u ta’ ħbiberija li jeżistu bejn il-Ġappun u l-Komunità, u billi huma konxji dwar l-iżvilupp rapidu tal-għarfien xjentifiku u tal-kontribut pożittiv tiegħu fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni bilaterali u internazzjonali;

BILLI JIXTIEQU jespandu l-ambitu tal-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija f’għadd ta’ oqsma ta’ interess komuni permezz tal-ħolqien ta’ sħubija produttiva għal finijiet paċifiċi u ta’ benefiċċju reċiproku;

BILLI JEMMNU li kooperazzjoni bħal din u l-applikazzjoni tar-riżultati tagħha sejrin jagħtu kontribut għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Ġappun u l-Komunità;

BILLI JIXTIEQU jistabbilixxu qafas formali għat-tmexxija tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni ġenerali li ser isaħħu l-kooperazzjoni fix-xjenza u fit-teknoloġija bejn il-Partijiet;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw attivitajiet ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija għal skopijiet paċifiċi.

2.   L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandhom isiru fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:

(a)

kontributi u benefiċċji reċiproċi u ekwi;

(b)

aċċess reċiproku għal programmi ta’ riċerka u żvilupp u għal proġetti u faċilitajiet favur riċerkaturi viżitaturi;

(c)

skambju f’waqtu ta’ informazzjoni li tista’ taffettwa l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim;

(d)

promozzjoni ta’ soċjetà bbażata fuq l-għarfien għall-benefiċċju tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Ġappun u l-Komunità.

Artikolu 2

1.   L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jikkonsistu minn attivitajiet ta’ kooperazzjoni diretta u attivitajiet ta’ kooperazzjoni indiretta.

2.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

it-terminu “il-Partijiet” ifisser il-Gvern tal-Ġappun u l-Komunità;

(b)

it-terminu “attivitajiet ta’ kooperazzjoni diretta” ifisser attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn il-Partijiet jew l-aġenziji tagħhom;

(c)

it-terminu “attivitajiet ta’ kooperazzjoni indiretta” ifisser attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn persuni tal-Ġappun u tal-Komunità mwettqa taħt programmi u proġetti ta’ riċerka u żvilupp;

(d)

it-terminu “programmi u proġetti ta’ riċerka u żvilupp” ifisser il-Programm ta’ Qafas għall-iżvilupp teknoloġiku u tar-riċerka mħaddem mill-Komunità jew programmi ta’ riċerka u żvilupp u proġetti mas-sistema ta’ finanzjament kompetittiv imħaddma mill-Gvern tal-Ġappun, l-aġenziji jew l-istituzzjonijiet uffiċjali tiegħu;

(e)

it-terminu “persuni” jfisser:

(i)

fir-rigward tal-Ġappun, kwalunkwe ċittadin tal-Ġappun jew kwalunkwe persuna ġuridika stabbilita taħt il-liġi nazzjonali tal-Ġappun; u

(ii)

fir-rigward tal-Komunità, kwalunkwe ċittadin tal-Istati Membri tal-Komunità jew kwalunkwe persuna ġuridika stabbilita taħt il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri tal-Komunità jew il-liġi Komunitarja;

(f)

it-terminu “aġenziji” jfisser:

(i)

fir-rigward tal-Ġappun, l-aġenziji governamentali tal-Ġappun; u

(ii)

fir-rigward tal-Komunità, il-Kummissjoni Ewropea;

(g)

it-terminu “istituzzjonijiet uffiċjali” jfisser istituzzjonijiet uffiċjali li l-baġits u l-pjanijiet ta’ tħaddim tagħhom huma approvati mill-Ministri kompetenti tal-Gvern tal-Ġappun, u li l-programmi ta’ riċerka u ta’ żvilupp u proġetti mas-sistema ta’ finanzjament kompetittiv tagħhom huma inklużi, bil-kunsens tagħhom, f’dawk il-programmi u proġetti għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni indiretta;

(h)

it-terminu “drittijiet ta’ proprjetà intellettwali” għandu jkollu t-tifsira mogħtija għall-“proprjetà intellettwali” fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali, iffirmata fi Stokkolma fl-14 ta’ Lulju 1967.

Artikolu 3

1.   It-tipi ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni diretta jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

laqgħat ta’ suriet differenti, inklużi dawk bejn esperti, għad-diskussjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar suġġetti xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ natura ġenerali jew speċifika u għall-identifikazzjoni ta’ proġetti u programmi ta’ riċerka u żvilupp li jistgħu jsiru b’mod utli abbażi ta’ kooperazzjoni;

(b)

l-iskambju ta’ informazzjoni dwar attivitajiet, linji ta’ politika, prattiki, u liġijiet u regolamenti li jikkonċernaw ir-riċerka u l-iżvilupp;

(c)

żjajjar u skambji ta’ xjenzati, persunal tekniku, jew esperti oħra dwar suġġetti ġenerali jew speċifiċi;

(d)

l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe sura oħra ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni kif jistgħu jiġu identifikati, proposti u deċiżi fil-Kumitat Konġunt dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim.

2.   Għall-finijiet tal-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni indiretta, kwalunkwe persuna ta’ Parti waħda tista’ tipparteċipa fil-programmi u proġetti ta’ riċerka u żvilupp, imħaddma mill-Parti l-oħra, jew l-aġenziji u l-istituzzjonijiet uffiċjali tagħha, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti l-oħra, u soġġett għall-Annessi I u II ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Id-dettalji u l-proċeduri ta’ kull attività ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jistgħu jiġu deċiżi bejn il-Partijiet, l-aġenziji tagħhom jew l-istituzzjonijiet uffiċjali involuti f’din l-attività ta’ kooperazzjoni.

Artikolu 5

F’dak li jirrigwarda l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni diretta taħt dan il-Ftehim, kull Parti jew l-aġenziji tagħha jistgħu jippermettu, kif ikun xieraq, u bil-kunsens tal-Parti l-oħra jew tal-aġenziji tagħha, il-parteċipazzjoni ta’ riċerkaturi u organizzazzjonijiet mis-setturi kollha tal-istabbiliment ta’ riċerka, inkluż is-settur privat.

Artikolu 6

1.   Għall-finijiet ta’ implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (li minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Konġunt”). Il-Kumitat Konġunt għandu jiġi kopresedut minn uffiċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġappun u tal-Kummissjoni Ewropea.

2.   Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu:

(a)

l-iskambju ta’ informazzjoni u fehmiet dwar materji ta’ politika xjentifika u teknika;

(b)

l-identifikar, il-proponiment u d-deċiżjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim;

(c)

ir-reviżjoni u d-diskussjoni tal-kisbiet tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim;

(d)

l-għoti ta’ pariri u ta’ inkoraġġiment lill-Partijiet fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(e)

reviżjoni regolari tal-aċċess reċiproku għall-programmi ta’ riċerka u żvilupp u proġetti u arranġamenti għal riċerkaturi viżitaturi u l-eżami ta’ miżuri konkreti għat-titjib f’dak l-aċċess u biex tiġi żgurata l-effettività tal-prinċipju dwar ir-reċiproċità msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim.

3.   Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jintlaħqu b’kunsens reċiproku.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ f’ħinijiet konvenjenti reċiprokament, preferibbilment talanqas darba kull sentejn.

5.   Il-Gvern tal-Ġappun u l-Komunità għandhom jospitaw alternattivament il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt, sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor.

6.   Għal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni għall-parteċipanti għandhom jitħallsu mill-Parti li għandhom x’jaqsmu magħha. Kwalunkwe spiża oħra assoċjata mal-Kumitat Konġunt għandha titħallas mill-Parti ospitanti.

7.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli interni ta’ proċedura tiegħu stess.

8.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jieħu deċiżjonijiet b’mezzi diplomatiċi meta ma jkunx qed jiltaqa’.

Artikolu 7

L-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tkun soġġetta għad-disponibbiltà ta’ fondi approprjati u għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli ta’ kull Parti.

Artikolu 8

1.   L-informazzjoni xjentifika u teknoloġika ta’ natura mhux proprjetarja li toħroġ minn attivitajiet ta’ kooperazzjoni diretta tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku min-naħa ta’ kwalunkwe Parti permezz tal-mezzi tas-soltu u skont il-proċeduri normali tal-aġenziji parteċipanti.

2.   Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u informazzjoni li ma tiġix żvelata li jirriżultaw, jew jiġu introdotti, jew jinħolqu matul l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandhom jiġu ttrattati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness II għal dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Kull Parti għandha tagħmel kull sforz, fi ħdan il-qafas tal-liġijiet u r-regolamenti tagħha, biex tagħti lill-persuni, li jwettqu l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim, il-faċilitajiet kollha possibbli bil-għan li jiġu ffaċilitati l-moviment liberu u ż-żjarat tar-riċerkaturi li jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni kif ukoll id-dħul u l-ħruġ mit-territorju tagħha ta’ materjali, data jew tagħmir intenzjonati għall-użu f’dawk l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni.

Artikolu 10

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim m’għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet u l-obbligi fir-rigward ta’ ftehimiet eżistenti u futuri għal kooperazzjoni bejn il-Partijiet jew bejn il-Gvern tal-Ġappun u l-Gvern ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità.

Artikolu 11

Il-kwistjonijiet jew it-tilwim dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti permezz ta’ konsultazzjoni reċiproka bejn il-Partijiet.

Artikolu 12

L-Annessi I u II għal dan il-Ftehim jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 13

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw noti diplomatiċi li fihom jinfurmaw lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ikunu ġew kompluti.

2.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal ħames snin u wara dan għandu jissokta fis-seħħ wara dan jekk ma jkunx terminat minn waħda mill-Partijiet fit-tmiem tal-perijodu inizjali ta’ ħames snin jew fi kwalunkwe żmien wara dan permezz ta’ notifika ta’ avviż bil-miktub bil-quddiem lill-Parti l-oħra fi żmien talanqas ta’ sitt xhur bil-ħsieb tagħha li tittermina dan il-Ftehim.

3.   It-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim m’għandhiex taffettwa t-twettiq tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni li jkunu nbdew taħt dan il-Ftehim u li ma jkunux waslu fi tmiemhom fil-waqt tat-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, jew kwalunkwe dritt jew obbligu speċifiku li jkun żdied f’konformità mal-Anness II ta’ dan il-Ftehim.

4.   Kull ħames snin, kwalunkwe Parti tista’ tevalwa l-impatt ta’ dan il-Ftehim u tal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim, u l-Parti li tagħmel dan għandha tinforma lill-Parti l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzjoni. Kull Parti għandha tagħmel kull sforz biex tiffaċilita l-evalwazzjoni mwettqa mill-Parti l-oħra.

5.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat b’kunsens reċiproku tal-Partijiet permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi bejniethom. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ taħt l-istess kondizzjonjiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq, sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor.

DAN il-Ftehim u I-Annessi I u II għal dan I-Ftehim huma mfasslin f'żewġ kopji oriġinali bil-Bulgaru biċ-Ċek bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franciż, bil-Germaniż, bil-Grieg, bl-Ingliz, bl-lspanjol bl-lsvediz, bil-Latvjan bil-Litwan bil-Malti bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Olandiż, bit-Taljan u bl-Ungeriż, u bil-Ġappuniż b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku. F'kaz ta' diverġenza ta' interpretazzjoni, it-test Ingliż u dak Ġappuniż għandhom jipprevalu fuq it-testi tal-lingwi l-oħra.

B'XHIEDA TA' DAN, is-sottoskritti debitament awtorizzati għal dan mill-Komunità Ewropea u I-Gvern Ġappuniż rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, fit-tletin jum ta' Novembru 2009.

Għall-Kornunità Ewropea

Image

Għall-Gvern tal-Ġappun

Image

ANNESS I

TERMINI U KONDIZZJONIJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TA’ PERSUNI FIL-PROGRAMMI U L-PROĠETTI TA’ RIĊERKA U ŻVILUPP

I.

Fejn fi ħdan il-qafas ta’ dan il-Ftehim Parti, l-aġenziji jew l-istituzzjonijiet uffiċjali tagħha jikkonkludu kuntratt ma’ persuna tal-Parti l-oħra għal programmi u proġetti ta’ riċerka u żvilupp, il-Parti l-oħra għandha, meta tintalab, tagħmel ħilitha biex tipprovdi kwalunkwe għajnuna raġonevoli u fattibbli kif meħtieġ jew ta’ utilità għall-Parti ta’ qabel, għall-aġenziji jew l-istituzzjonijiet uffiċjali tagħha biex tiffaċilita l-implimentazzjoni bla xkiel ta’ tali kuntratt.

II.

Persuni tal-Ġappun jistgħu jipparteċipaw fil-Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku mħaddem mill-Komunità. Tali parteċipazzjoni ta’ persuni tal-Ġappun għandha tkun f’konformità mar-regoli għall-parteċipazzjoni, it-tixrid u l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Qafas.

III.

Persuni tal-Komunità jistgħu jipparteċipaw fi programmi u proġetti ta’ riċerka u żvilupp bis-sistema ta’ finanzjament kompetittiv imħaddma mill-Gvern tal-Ġappun, l-aġenziji jew l-istituzzjonijiet uffiċjali tiegħu fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi simili għal dawk tal-Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku. Tali parteċipazzjoni ta’ persuni tal-Komunità għandha tkun f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Ġappun u r-regoli rilevanti għall-parteċipazzjoni, it-tixrid u l-implimentazzjoni tal-programm jew proġett speċifiku.

ANNESS II

DRITTIJIET TAL-PROPRJETÀ INTELLETWALI U INFORMAZZJONI MIŻMUMA

I.   Drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-partijiet fl-attivitajiet ta’ kooperazzjoni diretta

1.

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ kooperazzjoni diretta, għajr għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati msemmija fil-paragrafu 3 hawn taħt:

(a)

Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom ikunu l-proprjetà tal-Parti jew tal-aġenziji tagħha li jiġġeneraw il-proprjetà intellettwali. Fejn il-proprjetà intellettwali tkun ġiet iġġenerata b’mod konġunt, il-Partijiet jew l-aġenziji tagħhom għandhom jikkonsultaw bejniethom biex jiftiehmu dwar is-sjieda jew l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali billi jqisu s-sehem rispettiv tal-ħidma tal-Partijiet jew tal-aġenziji tagħhom.

(b)

Il-Parti jew l-aġenziji tagħha li għandhom is-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom jagħtu liċenzja għall-użu ta’ tali drittijiet lill-Parti l-oħra jew lill-aġenziji tagħha għat-twettiq ta’ kwalunkwe attività ta’ kooperazzjoni diretta fil-każ li dan ikun meħtieġ biex il-Parti l-oħra jew l-aġenziji tagħha jkunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom stess għall-proġett speċifiku taħt dan il-Ftehim. F’każ ta’ privattivi u mudelli ta’ utilità, din il-liċenzja għandha tingħata fuq bażi ta’ ħelsien minn ħlas ta’ royalties. L-għoti ta’ liċenzja għall-użu ta’ kwalunkwe dritt tal-proprjetà intellettwali taħt dan is-subparagrafu għandu jkun soġġett għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli għal kull Parti, u għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu miftiehma bejn il-Partijiet jew l-aġenziji tagħhom qabel ma jinbeda l-proġett.

2.

Il-Parti jew l-aġenziji tagħha li għandhom is-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li ġew introdotti matul l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni diretta għandhom jagħtu liċenzja għall-użu ta’ tali drittijiet lill-Parti l-oħra jew lill-aġenziji tagħha għat-twettiq ta’ kwalunkwe attività ta’ kooperazzjoni diretta jekk dan ikun meħtieġ sabiex il-Parti l-oħra jew l-aġenziji tagħha jkunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom stess għall-proġett speċifiku taħt dan il-Ftehim. L-għoti ta’ liċenzja għall-użu ta’ kwalunkwe dritt tal-proprjetà intellettwali taħt dan il-paragrafu għandu jkun soġġett għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli għal kull Parti, u għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu miftiehma bejn il-Partijiet jew l-aġenziji tagħhom qabel ma jinbeda l-proġett.

3.

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għad-drittijiet tal-awtur u għad-drittijiet relatati tal-Partijiet jew l-aġenziji tagħhom:

(a)

Meta Parti jew l-aġenziji tagħha jippubblikaw data, informazzjoni u riżultati xjentifiċi u tekniċi permezz ta’ rivisti, artikli, rapporti, kotba, tejps tal-vidjo u tagħmir għall-ħżin diġitali, li joħroġu minn attivitajiet ta’ kooperazzjoni diretta, il-Parti konċernata għandha tagħmel ħilitha kollha biex tikseb għall-Parti l-oħra liċenzja mhux esklussiva, irrevokabbli u ħielsa mill-ħlas ta’ royalties fil-pajjiżi kollha fejn tkun disponibbli l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, sabiex tali xogħlijiet ikunu jistgħu jiġu tradotti, riprodotti, adattati, trasmessi u mxerrda fost il-pubbliku.

(b)

Il-kopji kollha, imqassma pubblikament, ta’ xogħol bid-drittijiet tal-awtur taħt id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (a) ta’ hawn fuq għandhom jindikaw l-isem/ismijiet tal-awtur(i) tax-xogħol sakemm awtur ma jirrifjutax espliċitament li jissemma. Dawn għandu jkollhom ukoll rikonoxximent ċar u viżibbli tas-sostenn kooperattiv tal-Partijiet.

II.   Informazzjoni Miżmuma f’Attivitajiet ta’ Kooperazzjoni Diretta

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-informazzjoni miżmuma tal-Partijiet jew l-aġenziji tagħhom:

1.

Meta tkun qed tikkomunika lill-Parti l-oħra jew lill-aġenziji tagħha dwar l-informazzjoni meħtieġa biex isiru attivitajiet ta’ kooperazzjoni diretta, kull Parti għandha tidentifika l-informazzjoni li tkun tixtieqha tibqa’ miżmuma.

2.

Il-Parti jew l-aġenziji tagħha li jirċievu l-informazzjoni miżmuma jistgħu, fuq ir-responsabbiltà tagħhom stess, jikkomunikaw tali informazzjoni miżmuma lill-aġenziji tagħha jew lill-persuni fi ħdanhom jew li ġew impjegati minnhom infushom jekk dan ikun meħtieġ sabiex dawk l-aġenziji jew il-persuni jkunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom stess għall-proġett speċifiku taħt dan il-Ftehim.

3.

Bil-qbil minn qabel u bil-miktub ta’ Parti jew tal-aġenziji tagħha li jkunu qed jipprovdu l-informazzjoni miżmuma, il-Parti l-oħra jew l-aġenziji tagħha jistgħu jxerrdu tali informazzjoni miżmuma b’mod usa’ minn dak li jippermettih il-paragrafu 2 hawn fuq. Il-Partijiet jew l-aġenziji tagħhom għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fl-iżvilupp ta’ proċeduri biex jintalab u jinkiseb il-qbil bil-quddiem u bil-miktub għal tixrid usa’ ta’ dan it-tip, u kull Parti għandha tagħti din l-approvazzjoni sal-limitu li jippermettu l-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

4.

Informazzjoni miksuba permezz ta’ seminars, laqgħat oħra, l-assenjazzjoni ta’ persunal u l-użu ta’ faċilitajiet imwettqa taħt dan il-Ftehim, għandhom jibqgħu kunfidenzjali meta r-riċevitur ta’ tali informazzjoni miżmuma jew ta’ informazzjoni oħra ta’ natura kunfidenzjali jew privileġġata jkun ġie mgħarraf bil-karattru kunfidenzjali tal-informazzjoni kkomunikata fil-ħin li tali komunikazzjoni tkun saret skont il-paragrafu 1 hawn fuq, u għandha tiġi ttrattata kif indikat fil-paragrafi 2 u 3 hawn fuq.

5.

Jekk Parti ssir konxja li sejra, jew tista’ raġonevolment tistenna li, ma tkunx fil-qagħda li tissodisfa r-restrizzjonjiet u l-kondizzjonijiet tat-tixrid mogħtija fil-paragrafi 2, 3 u 4 hawn, għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Parti l-oħra. Wara dan il-Partijiet għandhom jidħlu f’konsultazzjoni biex ifasslu kif għandhom jaġixxu.

III.   Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ persuni f’attivitajiet ta’ kooperazzjoni indiretta

Kull Parti għandha tiżgura li d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ persuni tal-Parti l-oħra li tkun qed tieħu sehem fil-programmi ta’ riċerka u żvilupp imħaddma mill-Parti ta’ qabel, l-aġenziji jew l-istituzzjonijiet uffiċjali tagħha, u d-drittijiet u l-obbligi relatati li joħorġu minn din il-parteċipazzjoni, għandhom ikunu konsistenti mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti vinkolanti fuq il-Gvern tal-Ġappun u l-Komunità jew l-Istati Membri kollha tagħha, inkluż il-Ftehim dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali fl-Anness 1C għall-Ftehim ta’ Marrakexx li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, kif ukoll l-Att ta’ Pariġi tal-24 ta’ Lulju 1971 tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Att ta’ Stokkolma tal-14 ta’ Lulju 1967 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali.


REGOLAMENTI

6.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 327/2011

tat-30 ta' Marzu 2011

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodisinn għal fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tiffissa r-rekwiżiti ta' ekodisinn għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta' bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f'termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum ta' Konsultazzjoni, il-Kummissjoni tintroduċi, kif xieraq, miżura implimentattiva għal prodotti li jużaw sistemi b'muturi tal-elettriku.

(3)

Il-fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW jikkostitwixxu parti importanti ta' diversi prodotti li jikkondizzjonaw il-gassijiet. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodisinn għal muturi tal-elettriku (2) stabbilixxa rekwiżiti minimi ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija, fosthom għal muturi tal-elettriku mgħammrin bi trażmissjonijiet b'veloċità varjabbli. Dawn ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għal dawk il-muturi li huma parti minn sistema b'fann bil-mutur. Madankollu, bosta fannijiet koperti minn dan ir-Regolament jintużaw b'muturi li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 640/2009.

(4)

Il-konsum elettriku totali tal-fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW huwa 344 TWh kull sena, li sas-sena 2020, jekk it-tendenzi tas-suq tal-Unjoni jibqgħu l-istess, mistenni jitla' għal 560 TWh. Il-potenzjal ta' titjib fl-effiċjenza f'termini ta' nfiq permezz tad-disinn, għas-sena 2020, huwa ta' madwar 34 TWh fis-sena, li jikkorrispondi għal 16 Mt ta' emissjonijiet ta' CO2. Konsegwentement, il-fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW jirrappreżentaw prodott li għalih għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' ekodisinn.

(5)

Bosta fannijiet jiġu integrati fi prodotti oħra bla ma jitqiegħdu fis-suq jew jitħaddmu separatament skont it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/125/KE u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (3). Sabiex jinkiseb il-biċċa l-kbira tal-potenzjal kollu ta' ffrankar ta' enerġija b'effiċjenza f'termini ta' nfiq u sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar tal-miżura, il-fannijiet kollha b'muturi ta' potenza elettrika bejn 125 W u 500 kW li huma integrati fi prodotti oħra għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ukoll.

(6)

Bosta fannijiet jagħmlu parti minn sistemi ta' ventilazzjoni installati f'binjiet. Leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun ibbażata fuq id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (4), tista' tiffissa rekwiżiti ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija aktar stretti għal dawn is-sistemi ta' ventilazzjoni, billi tuża l-metodi għall-kejl u l-kalkoli definiti f'dan ir-regolament fir-rigward tal-effiċjenza tal-fann.

(7)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta' tħejjija li stħarreġ l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-fannijiet. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Ħidmiet u konsultazzjonijiet oħra wrew li l-ambitu jista' jiġi estiż aktar, suġġett għal eżenzjonijiet li jsiru għal xi applikazzjonijiet partikolari fejn ir-rekwiżiti ma jkunux xierqa.

(8)

L-istudju ta' tħejjija wera li l-fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet kbar, fejn il-konsum tal-elettriku fil-fażi ta' użu tagħhom ikun l-iktar aspett ambjentali sinifikanti fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

(9)

L-istudju ta' tħejjija juri li l-konsum tal-elettriku fl-użu huwa l-uniku parametru ta' ekodisinn sinifikanti relatat mad-disinn tal-prodott kif stipulat fid-Direttiva 2009/125/KE.

(10)

It-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW għandu jinkiseb bl-użu ta' teknoloġiji eżistenti ta' dominju pubbliku li jkunu effiċjenti f'termini ta' nfiq u li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż totali tax-xiri u tat-tħaddim tagħhom.

(11)

Ir-rekwiżiti ta' ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW fl-Unjoni, u b'hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib fil-prestazzjoni ambjentali ta' dawn il-prodotti.

(12)

Il-fannijiet żgħar (indirettament) b'muturi ta' potenza elettrika bejn 125 W u 3 kW li l-funzjoni primarja tagħhom hija differenti ma jaqgħux taħt dan l-ambitu. Bħala eżempju, fann żgħir li jintuża biex ikessaħ mutur tal-elettriku ta' lupa ma jaqax taħt dan l-ambitu, anke jekk il-mutur tal-lupa stess (li jkun qiegħed idawwar il-fann ukoll) ikollu potenza ta' aktar minn 125 W.

(13)

Għandu jingħata qafas ta' żmien xieraq lill-manifatturi sabiex dawn jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti u jaddattaw il-linji tal-produzzjoni tagħhom. L-iffissar ta' żmien għandu jsir b'tali mod li l-impatti negattivi fuq il-funzjonalità tal-fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW jiġu evitati, u li l-impatti fuq in-nefqa għall-manifatturi, partikolarment fl-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, jiġu meqjusa, filwaqt li jiġi żgurat il-ksib f'waqtu tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

(14)

Ir-reviżjoni ta' dan ir-Regolament hija ppjanata li ssir sa erba' snin minn meta jiddaħħal fis-seħħ. F'każ li l-Kummissjoni tirċievi prova li tkun meħtieġa reviżjoni, il-proċess ta' reviżjoni jista' jinbeda qabel. B'mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta l-iffissar ta' rekwiżiti indipendenti mit-teknoloġija, il-potenzjal tal-użu ta' muturi bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli (VSD) u l-ħtieġa tal-kwantità u tal-ambitu tal-eżenzjonijiet kif ukoll l-inklużjoni ta' fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input inqas minn 125 W.

(15)

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW għandu jiġi determinat permezz ta' metodi ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar żviluppati rikonoxxuti inkluż, fejn dawn huma disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpijiet ta' standardazzjoni Ewropej, kif imniżżla fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (5).

(16)

Dan ir-Regolament għandu jżid il-penetrazzjoni fis-suq ta' teknoloġiji li jillimitaw l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW, li hu stmat li għandu jwassal għal iffrankar ta' elettriku ta' 34 TWh kull sena sal-2020, imqabbel mas-sitwazzjoni fejn ma tittieħed l-ebda miżura.

(17)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(18)

Sabiex il-kontrolli ta' konformità jiġu ffaċilitati, il-manifatturi għandhom jiġu mitluba jipprovdu l-informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V għad-Direttiva 2009/125/KE.

(19)

Sabiex jiġi llimitat iktar l-impatt ambjentali tal-fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti fuq iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi fl-aħħar tal-ħajja ta' dawn il-fannijiet.

(20)

Għandhom jiġu identifikati punti ta' referenza għat-tipi ta' fannijiet b'effiċjenza għolja fl-użu tal-enerġija li huma attwalment disponibbli. Dan għandu jgħin sabiex jiġu żgurati d-disponibbiltà wiesgħa u l-aċċessibbiltà faċli tal-informazzjoni, partikolarment għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, u dan għandu jiffaċilita aktar l-integrazzjoni tal-aqwa teknoloġiji ta' disinn u jiffaċilita l-iżvilupp ta' prodotti aktar effiċjenti biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija.

(21)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta' fannijiet, inkluż dawk li huma integrati fi prodotti oħra relatati mal-enerġija koperti mid-Direttiva 2009/125/KE.

2.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal fannijiet li jkunu integrati fi:

(i)

prodotti b'mutur tal-elettriku wieħed ta' 3 kW jew inqas, li l-fann tagħhom ikun installat fuq l-istess xaft li jintuża għat-trażmissjoni tal-funzjoni ewlenija;

(ii)

londri u magni li jaħslu u jnixxfu, b'muturi ta' potenza elettrika input massima ≤ 3 kW;

(iii)

hoods tal-kċejjen b'potenza elettrika input massima ≤ 280 kW li tintuża għall-fann(ijiet).

3.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-fannijiet li:

(a)

huma ddisinjati speċifikament biex jaħdmu f'atmosferi potenzjalment esplożivi kif definiti fid-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(b)

huma ddisinjati biex jaħdmu f'każ ta' emerġenza biss, għal perjodu ta' ħin qasir, fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KE (7);

(c)

huma ddisinjati speċifikament biex jaħdmu:

(i)

(a)

fejn it-temperatura ta' operat tal-gass attivat waqt it-tħaddim tkun ogħla minn 100 °C;

(b)

fejn it-temperatura tal-ambjent tal-mutur li jħaddem il-fann, jekk dan il-mutur ma jkunx fil-fluss tal-gass, waqt it-tħaddim tkun ogħla minn 65 °C;

(ii)

fejn il-medja annwali tat-temperatura tal-gass attivat u/jew it-temperatura tal-ambjent tal-mutur waqt it-tħaddim, jekk dan il-mutur ma jkunx fil-fluss tal-gass, tkun inqas minn – 40 °C;

(iii)

bi provvista ta' vultaġġ > 1 000 V AC jew > 1 500 V DC;

(iv)

f'ambjenti tossiċi, korrużivi ħafna jew li jieħdu n-nar malajr, jew f'ambjenti li jkollhom sustanzi li joborxu;

(d)

jitqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2015 biex jissostitwixxu fannijiet integrati identiċi fi prodotti li jkunu tqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2013;

iżda l-ippakkjar, l-informazzjoni dwar il-prodott u d-dokumentazzjoni teknika għandhom jindikaw b'mod ċar; għal (a), (b) u (c), li l-fann għandu jintuża biss għall-għan li huwa ddisinjat għalih u, għal (d), il-prodott(i) li huwa maħsub li jintuża fihom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2009/125/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)   “Fann”: magna b'paletti li jduru li tintuża biex iżżomm fluss kontinwu ta' gass, x'aktarx arja, li jgħaddi minnha u li għaliha l-valur ta' enerġija għal kull unità ta' massa ma jkunx ogħla minn 25 kJ/kg, u li:

hija ddisinjata biex tintuża ma' mutur tal-elettriku, jew mgħammra b'wieħed, li jkollu potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW (≥ 125 W u ≤ 500 kW) biex idawwar l-iskrun fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tiegħu;

hija fann assjali, fann ċentrifugu, fann bi fluss tanġenzjali jew fann bi fluss mist;

meta titqiegħed fis-suq jew meta tibda tintuża tista' tkun mingħajr mutur jew mgħammra b'wieħed;

(2)   “Skrun”: il-parti tal-fann li titfa' l-enerġija fil-fluss tal-gass;

(3)   “Fann assjali”: fann li jitfa' l-gass f'direzzjoni assjali għall-fus li jdur ta' skrun wieħed jew aktar b'moviment ta' brim tanġenzjali li jinħoloq mit-tidwir tal-iskrun/tal-iskrejjen. Il-fann assjali jista' jkollu kisi estern ċilindriku, aletti li jiggwidaw id-dħul jew il-ħruġ tal-gass jew panell b'fetħa jew ċirku b'fetħa, inkella jista' jkun mingħajr dan it-tagħmir;

(4)   “Aletti li jiggwidaw id-dħul”: aletti pożizzjonati quddiem l-iskrun biex jiggwidaw il-fluss tal-gass lejn l-iskrun u li jistgħu jkunu aġġustabbli jew le;

(5)   “Aletti li jiggwidaw il-ħruġ”: aletti pożizzjonati wara l-iskrun biex jiggwidaw il-fluss tal-gass mill-iskrun u li jistgħu jkunu aġġustabbli jew le;

(6)   “Pannell b'fetħa”: pannell b'fetħa li fiha jitqiegħed il-fann u li jippermetti t-twaħħil tal-fann ma' strutturi oħra;

(7)   “Ċirku b'fetħa”: ċirku b'fetħa li fiha jitqiegħed il-fann u li jippermetti t-twaħħil tal-fann ma' strutturi oħra;

(8)   “Fann ċentrifugu”: fann li l-gass jidħol fuq l-iskrun/l-iskrejjen tiegħu prattikament fid-direzzjoni tal-fus u joħroġ f'direzzjoni perpendikulari għal dak il-fus. L-iskrun jista' jkollu dħul wieħed jew tnejn, u jista' jkollu kisi estern jew le;

(9)   “Fann ċentrifugu b'paletti radjali”: fann ċentrifugu li d-direzzjoni 'l barra tal-paletti tal-iskrun/tal-iskrejjen fit-tarf tagħhom tkun radjali għal dik tal-fus li jdur;

(10)   “Fann ċentrifugu b'paletti mibruma 'l quddiem”: fann ċentrifugu li d-direzzjoni 'l barra tal-paletti tal-iskrun/tal-iskrejjen fit-tarf tagħhom tkun mibruma 'l quddiem meta mqabbla mad-direzzjoni tar-rotazzjoni;

(11)   “Fann ċentrifugu mingħajr kisi estern, b'paletti mibruma lura”: fann ċentrifugu li d-direzzjoni 'l barra tal-paletti tal-iskrun/tal-iskrejjen fit-tarf tagħhom tkun mibruma lura meta mqabbla mad-direzzjoni tar-rotazzjoni u li ma jkollux kisi estern;

(12)   “Kisi estern”: kisi madwar l-iskrun li jiggwida l-fluss tal-gass lejn l-iskrun, minn ġewwa fih u lil hinn minnu;

(13)   “Fann ċentrifugu b'kisi estern, b'paletti mibruma lura”: fann ċentrifugu li d-direzzjoni 'l barra tal-paletti tal-iskrun/tal-iskrejjen fit-tarf tagħhom tkun mibruma lura meta mqabbla mad-direzzjoni tar-rotazzjoni u li jkollu kisi estern;

(14)   “Fann bi fluss tanġenzjali”: fann li l-gass jgħaddi mill-iskrun tiegħu prattikament f'direzzjoni perpendikulari għall-dik tal-fus tiegħu, kemm qabel kif ukoll wara l-iskrun fit-tarf tal-paletti tiegħu.

(15)   “Fann bi fluss mist”: fann li d-direzzjoni tal-gass għaddej minn ġewwa l-iskrun hija intermedja bejn id-direzzjoni tal-gass f'fannijiet ċentrifugi u assjali;

(16)   “Jaħdem għal perjodu qasir ta' ħin”: it-tħaddim ta' mutur b'tagħbija kostanti għal perjodu ta' ħin li mhux twil biżżejjed biex jintlaħaq l-ekwilibriju termiku;

(17)   “Fann għall-ventilazzjoni”: fann li ma jintużax f'dawn il-prodotti relatati mal-enerġija:

londri u magni li jaħslu u jnixxfu, b'muturi ta' potenza elettrika input massima > 3 kW;

unitajiet ta' ġewwa ta' prodotti li jikkondizzjonaw l-arja tad-djar u kondizzjonaturi ta' ġewwa tal-arja tad-djar, b'potenza ta' kondizzjonar tal-arja output massima ≤ 12 kW;

prodotti ta' teknoloġija tal-informazzjoni;

(18)   “Proporzjon speċifiku”: il-valur tal-pressjoni ta' staġnar (stagnation pressure) imkejjel fil-ħruġ tal-fann diviż bil-valur tal-pressjoni ta' staġnar imkejjel fid-dħul tal-fann, fil-punt tal-ogħla effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-fann.

Artikolu 3

Rekwiżiti ta' ekodisinn

1.   Ir-rekwiżiti ta' ekodisinn għall-fannijiet huma stabbiliti fl-Anness I.

2.   Kull rekwiżit ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-fannijiet tat-Taqsima 2 tal-Anness I għandu jkun applikabbli skont din l-iskeda ta' żmien:

(a)   L-ewwel fażi: mill-1 ta' Jannar 2013, il-fannijiet għall-ventilazzjoni ma għandux ikollhom effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija inqas minn kif definit fit-Tabella 1 tat-Taqsima 2 tal-Anness I;

(b)   It-tieni fażi: mill-1 ta' Jannar 2015, il-fannijiet kollha ma għandux ikollhom effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija inqas minn kif definit fit-Tabella 2 tat-Taqsima 2 tal-Anness I;

3.   Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-prodott għall-fannijiet u l-mod li bih jintwerew huma kif stipulati fit-Taqsima 3 tal-Anness I. Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw mil-1 ta' Jannar 2013.

4.   Ir-rekwiżit ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-fannijiet, li jidhru fit-Taqsima 2 tal-Anness I m'għandomx japplikaw għal fannijiet li jkunu ddisinjati biex jaħdmu:

(a)

bl-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija meta jkunu qed jaħdmu bi 8 000 dawra kull minuta jew aktar;

(b)

f'applikazzjonijiet fejn il-“proporzjon speċifiku” jkun ogħla minn 1.11;

(c)

bħala fannijiet li jintużaw għat-trasport ta' sustanzi mhux gassużi f'applikazzjonijiet ta' proċessi industrijali;

5.   Għal fannijiet b'użu doppju ddisinjati għall-ventilazzjoni b'kondizzjonijiet normali kif ukoll għal użu f'każ ta' emerġenza, għal perjodu ta' ħin qasir, fir-rigward tar-rekwiżiti ta' sikurezza minn-nar stipulati fid-Direttiva 89/106/KE, il-valuri tal-gradi ta' effiċjenza applikabbli kif stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness I jitnaqqsu b'10 % għat-tabella 1 u b'5 % għat-Tabella 2.

6.   Il-konformità mar-rekwiżiti ta' ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema interna tal-kontroll tad-disinn stabbilita fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni għall-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

Artikolu 5

Proċedura ta' verifikazzjoni għall-finijiet ta' sorveljanza tas-suq

Fit-twettiq tal-kontrolli ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika definita fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Punti ta' referenza indikattivi

Il-punti ta' riferiment indikattivi għall-fannijiet bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ huma stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament mhux aktar tard minn erba' snin wara li jidħol fis-seħħ u tippreżenta r-riżultat ta' din ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn. B'mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li jitnaqqas l-għadd ta' tipi ta' fannijiet sabiex tissaħħaħ il-kompetittività abbażi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għal fannijiet li jistgħu jwettqu funzjoni komparabbli. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta wkoll jekk l-ambitu tal-eżenzjonijiet jistax jiċċekken, fosthom fir-rigward ta' derogi possibbli għal fannijiet b'użu doppju.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 191, 23.7.2009, p. 26.

(3)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(4)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.

(5)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(6)  ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1.

(7)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.


ANNESS I

REKWIŻITI TA' EKODISINN GĦALL-FANNIJIET

1.   Definizzjonijiet għall-finijiet tal-anness I

(1)   ‘Kategorija tal-kejl’: test, kejl, jew mezz li jintuża biex jiġu definiti l-kundizzjonijiet tad-dħul u l-ħruġ tal-fann ittestjat;

(2)   ‘Kategorija tal-kejl A’: test li fih il-kejl isir fuq fann bla tagħmir immuntat fid-dħul u l-ħruġ tal-fann;

(3)   ‘Kategorija tal-kejl B’: test li fih il-kejl isir fuq fann bla tagħmir immuntat fuq id-dħul tal-fann u b'tubu mmuntat fuq il-ħruġ tiegħu;

(4)   ‘Kategorija tal-kejl C’: test li fih il-kejl isir fuq fann bla tagħmir immuntat fuq il-ħruġ tal-fann u b'tubu mmuntat fuq id-dħul tiegħu;

(5)   ‘Kategorija tal-kejl D’: test li fih il-kejl isir fuq fann b'tubu mmuntat fuq id-dħul tal-fann u b'tubu mmuntat fuq il-ħruġ tiegħu;

(6)   ‘Kategorija ta' effiċjenza’: il-forma ta' enerġija tal-gass prodotta mill-fann li tintuża biex tiġi determinata l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-fann, dik statika jew dik totali, fejn;

(a)

il-‘pressjoni statika tal-fann’ (psf) tkun intużat biex tiġi determinata l-potenza tal-gass tal-fann fil-formula tal-effiċjenza għall-kejl tal-effiċjenza statika tal-fann, u

(b)

il-‘pressjoni totali tal-fann’ (pf) tkun intużat biex tiġi determinata l-potenza tal-gass tal-fann fil-formula tal-effiċjenza għall-kejl tal-effiċjenza totali tal-fann;

(7)   ‘Effiċjenza statika’: l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-fann, abbażi ta' kejl tal-‘pressjoni statika tal-fann’ (psf);

(8)   ‘Pressjoni statika tal-fann’ (psf): il-valur tal-pressjoni totali tal-fann (pf) li minnu jitnaqqas il-valur tal-pressjoni dinamika tal-fann aġġustat bil-fattur Mach;

(9)   ‘Pressjoni ta' staġnar’: il-pressjoni mkejla f'punt fi fluss ta' gass kieku kellu jiġi staġnat permezz ta' proċess isentropiku;

(10)   ‘Pressjoni dinamika’: il-pressjoni kkalkulata permezz tar-rata ta' fluss tal-massa, id-densità medja tal-gass fil-punt tal-ħruġ u l-erja tal-ħruġ tal-fann;

(11)   ‘Fattur Mach’: fattur ta' aġġustament applikat għall-pressjoni dinamika f'punt, definit bħala l-valur ta' pressjoni ta' staġnar li minnu jitnaqqas il-valur tal-pressjoni fir-rigward tal-pressjoni żero assolut li tiġi eżerċitata f'punt ta' staġnar kkomparat mal-gass ta' madwaru u diviż bil-valur tal-pressjoni dinamika;

(12)   ‘Effiċjenza statika’: l-effiċjenza tal-fann, abbażi ta' kejl tal-‘pressjoni totali tal-fann’ (pf );

(13)   ‘Pressjoni totali’ tal-fann (pf ): id-differenza bejn il-valur tal-pressjoni ta' staġnar imkejjel fil-ħruġ tal-fann u l-valur tal-pressjoni ta' staġnar imkejjel fid-dħul tal-fann;

(14)   ‘Grad ta' effiċjenza’: parametru li jintuża fil-kalkolu tal-effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija ta' fann b'potenza input speċifikata fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tiegħu (indikata bħala parametru ‘N’ fil-kalkolu tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-fann);

(15)   ‘Effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija’ (ηtarget): l-effiċjenza minima fl-użu tal-enerġija li fann għandu jkollu biex jissodisfa r-rekwiżiti u li hija bbażata fuq il-potenza elettrika input fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tiegħu, fejn ηtarget huwa l-valur tal-prodott tal-formula xierqa fit-Taqsima 3 tal-Anness II, u fejn fil-formula għall-kalkolu tal-effiċjenza applikabbli jintużaw in-numru sħiħ N tal-grad ta' effiċjenza (Anness I, Taqsima 2, Tabelli 1 u 2) u l-potenza elettrika input Pe(d) tal-fann indikata f'kW fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tiegħu fil-formula applikabbli għall-kalkolu tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

(16)   ‘Trażmissjoni b'veloċità varjabbli’ (Variable Speed drive – VSD): konvertur elettroniku tal-potenza integrat – jew li jiffunzjona bħala sistema waħda – mal-mutur u l-fann, li jadatta l-enerġija elettrika mogħtija lill-mutur tal-elettriku kontinwament, sabiex jikkontrolla l-output ta' potenza mekkanika tal-mutur skont il-karatteristika veloċità-torque tat-tagħbija trażmessa mill-mutur, bla ma juża kontrolluri ta' vultaġġ varjabbli li jvarjaw biss il-vultaġġ mogħti lill-mutur;

(17)   ‘Effiċjenza globali’: l-‘effiċjenza statika’ jew l-‘effiċjenza totali’, skont liema waħda tkun applikabbli.

2.   Rekwiżiti ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-fannijiet

Ir-rekwiżiti minimi ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-fannijiet huma stipulati fit-Tabelli 1 u 2.

Tabella 1

Rekwiżiti minimi ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-fannijiet, fl-ewwel fażi, sa mill-1 ta' Jannar 2013

Tipi ta' fannijiet

Kategorija tal-kejl

(A-D)

Kategorija ta' effiċjenza

(statika jew totali)

Medda ta' potenza P, f'kW

Effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija

Grad ta' effiċjenza

(N)

Fann assjali

A, C

statika

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 2,74 · ln(P) – 6,33 + N

36

10 < P ≤ 500

ηtarget = 0,78 · ln(P) – 1,88 + N

B, D

totali

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 2,74 · ln(P) – 6,33 + N

50

10 < P ≤ 500

ηtarget = 0,78 · ln(P) – 1,88 + N

Fann ċentrifugu b'paletti mibruma ’l quddiem u fann ċentrifugu b'paletti radjali

A, C

statika

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 2,74 · ln(P) – 6,33 + N

37

10 < P ≤ 500

ηtarget = 0,78 · ln(P) – 1,88 + N

B, D

totali

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 2,74 · ln(P) – 6,33 + N

42

10 < P ≤ 500

ηtarget = 0,78 · ln(P) – 1,88 + N

Fann ċentrifugu mingħajr kisi estern, b'paletti mibruma lura

A, C

statika

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 4,56 · ln(P) – 10,5 + N

58

10 < P ≤ 500

ηtarget = 1,1 · ln(P) – 2,6 + N

Fann ċentrifugu b'kisi estern, b'paletti mibruma lura

A, C

statika

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 4,56 · ln(P) – 10,5 + N

58

10 < P ≤ 500

ηtarget = 1,1 · ln(P) – 2,6 + N

B, D

totali

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 4,56 · ln(P) – 10,5 + N

61

10 < P ≤ 500

ηtarget = 1,1 · ln(P) – 2,6 + N

Fann bi fluss mist

A, C

statika

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 4,56 · ln(P) – 10,5 + N

47

10 < P ≤ 500

ηtarget = 1,1 · ln(P) – 2,6 + N

B, D

totali

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 4,56 · ln(P) – 10,5 + N

58

10 < P ≤ 500

ηtarget = 1,1 · ln(P) – 2,6 + N

Fann bi fluss tanġenzjali

B, D

totali

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 1,14 · ln(P) – 2,6 + N

13

10 < P ≤ 500

ηtarget = N


Tabella 2

Rekwiżiti minimi ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-fannijiet, fit-tieni fażi, sa mill-1 ta' Jannar 2015

Tipi ta' fannijiet

Kategorija tal-kejl

(A-D)

Kategorija ta' effiċjenza

(statika jew totali)

Medda ta' potenza P, f'kW

Effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija

Grad ta' effiċjenza

(N)

Fann assjali

A, C

statika

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 2,74 · ln(P) – 6,33 + N

40

10 < P ≤ 500

ηtarget = 0,78 · ln(P) – 1,88 + N

B, D

totali

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 2,74 · ln(P) – 6,33 + N

58

10 < P ≤ 500

ηtarget = 0,78 · ln(P) – 1,88 + N

Fann ċentrifugu b'paletti mibruma ’l quddiem u fann ċentrifugu b'paletti radjali

A, C

statika

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 2,74 · ln(P) – 6,33 + N

44

10 < P ≤ 500

ηtarget = 0,78 · ln(P) – 1,88 + N

B, D

totali

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 2,74 · ln(P) – 6,33 + N

49

10 < P ≤ 500

ηtarget = 0,78 · ln(P) – 1,88 + N

Fann ċentrifugu mingħajr kisi estern, b'paletti mibruma lura

A, C

statika

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 4,56 · ln(P) – 10,5 + N

62

10 < P ≤ 500

ηtarget = 1,1 · ln(P) – 2,6 + N

Fann ċentrifugu b'kisi estern, b'paletti mibruma lura

A, C

statika

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 4,56 · ln(P) – 10,5 + N

61

10 < P ≤ 500

ηtarget = 1,1 · ln(P) – 2,6 + N

B, D

totali

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 4,56 · ln(P) – 10,5 + N

64

10 < P ≤ 500

ηtarget = 1,1 · ln(P) – 2,6 + N

Fann bi fluss mist

A, C

statika

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 4,56 · ln(P) – 10,5 + N

50

10 < P ≤ 500

ηtarget = 1,1 · ln(P) – 2,6 + N

B, D

totali

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 4,56 · ln(P) – 10,5 + N

62

10 < P ≤ 500

ηtarget = 1,1 · ln(P) – 2,6 + N

Fann bi fluss tanġenzjali

B, D

totali

0,125 ≤ P ≤ 10

ηtarget = 1,14 · ln(P) – 2,6 + N

21

10 < P ≤ 500

ηtarget = N

3.   Rekwiżiti ta' informazzjoni dwar il-prodott għall-fannijiet

1.

L-informazzjoni dwar il-fannijiet stipulata fil-punti 2(1) sa 2(14) għandha tintwera b'mod viżibbli fuq:

(a)

id-dokumentazzjoni teknika tal-fannijiet;

(b)

siti tal-internet b'aċċess mingħajr ħlas, tal-manifatturi tal-fannijiet.

2.

Għandha tintwera din l-informazzjoni:

(1)

l-effiċjenza globali (η) , mqarrba għal punt deċimali wieħed;

(2)

il-kategorija tal-kejl użata biex tiġi determinata l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (A-D);

(3)

il-kategorija ta' effiċjenza (statika jew totali);

(4)

il-grad ta' effiċjenza fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-fann;

(5)

jekk fil-kalkolu tal-effiċjenza tal-fann ġiex assumat li ntuża VSD u jekk iva, jekk il-VSD hux integrat fil-fann jew jekk il-VSD iridx jiġi installat fil-fann;

(6)

is-sena tal-manifattura;

(7)

l-isem tal-manifattur jew it-trejdmark, in-numru ta' reġistrazzjoni kummerċjali u l-post tal-manifattur;

(8)

in-numru tal-mudell tal-prodott;

(9)

il-potenza/potenzi input nominali tal-mutur (kW), ir-rata/rati ta' fluss u l-pressjoni(jiet) fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

(10)

id-dawriet kull minuta fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

(11)

Il-‘proporzjon speċifiku’;

(12)

l-informazzjoni rilevanti għall-iffaċilitar taż-żarmar, tar-riċiklaġġ, jew tar-rimi fit-tmiem tal-ħajja tiegħu;

(13)

l-informazzjoni rilevanti sabiex jiġi mminimizzat l-impatt fuq l-ambjent u jiġi żgurat li l-fann jibqa' tajjeb għall-itwal żmien possibbli, fir-rigward tal-installar, l-użu u l-manutenzjoni tiegħu;

(14)

id-deskrizzjoni tal-elementi addizzjonali li ntużaw biex tiġi determinata l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-fann, bħal tubi, li mhumiex deskritti fil-kategorija tal-kejl u mhumiex fornuti mal-fann.

3.

L-informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika għandha tingħata fl-ordni li tidher fil-punti 2(1) sa 2(14). Ma hemmx għalfejn jerġa' jintuża l-istess kliem eżatt li jidher fil-lista. Jista’ jkun muri bl-użu ta’ grafika, ċifri jew simboli, iktar milli kliem.

4.

L-informazzjoni msemmija fil-punti 2(1), 2(2), 2(3), 2(4) u 2(5) għandha tiġi mmarkata b'mod li ma titħassarx fuq jew qrib il-pjanċja tal-klassifikazzjoni tal-fann, u għall-punt 2(5) għandha tintuża waħda minn dawn il-forom ta' kliem biex jiġi indikat dak li hu applikabbli:

‘Dan il-fann għandu jiġi installat bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli’;

‘Dan il-fann fih trażmissjoni b'veloċità varjabbli integrata’.

5.

Fil-manwal tal-istruzzjonijiet, il-manifatturi għandhom jagħtu informazzjoni dwar il-prekawzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu għall-immuntar, l-installar jew il-manutenzjoni tal-fannijiet. F'każ li d-dispożizzjoni 2(5) tar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-prodott tindika li l-fann għandu jiġi installat bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli (VSD), il-manifatturi għandhom jipprovdu dettalji dwar il-karatteristiċi tal-VSD biex jiġi żgurat li, wara l-immuntar, il-prodott jiġi użat bl-aħjar mod.


ANNESS II

KEJL U KALKOLI

1.   Definizzjonijiet għall-finijiet tal-Anness II

(1)   ‘Rata ta' fluss ta' volum ta' staġnar fid-dħul’ (q): il-volum ta' gass li jgħaddi minn ġewwa l-fann f'kull unità ta' ħin (f' m3/s), li jiġi kkalkulat abbażi tal-massa ta' gass attivata mill-fann (f' kg/s) diviża bid-densità ta' dan il-gass fil-ħruġ tal-fann (f' kg/m3);

(2)   ‘Fattur ta' kompressibbiltà’: numru bla unità ta' miżura li jiddeskrivi l-livell ta' kompressibbiltà li l-fluss ta' gass jgħaddi minnu waqt it-test u li jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon bejn il-valur ta' enerġija mekkanika li l-fann jagħmel fuq il-gass u l-istess ammont ta' enerġija li l-fann jagħmel fuq fluwidu inkompressibbli bl-istess rata ta' fluss, densità fid-dħul tal-fann u proporzjoni ta' pressjoni, fejn il-pressjoni tal-fann titqies bħala “pressjoni totali” (kp) jew bħala “pressjoni statika” (kps);

(3)   kps : koeffiċjent ta' kompressibbiltà li jintuża għall-kalkolu tal-potenza ta' gass statika tal-fann;

(4)   kp : koeffiċjent ta' kompressibbiltà li jintuża għall-kalkolu tal-potenza ta' gass totali tal-fann;

(5)   ‘Immuntar finali’: immuntar lest, jew fuq il-post, ta' fann li jkollu l-elementi kollha biex jikkonverti l-enerġija elettrika f'potenza ta' gass tal-fann mingħajr il-ħtieġa ta' aktar komponenti jew partijiet addizzjonali;

(6)   ‘Immuntar mhux finali’: immuntar ta' partijiet ta' fann, li mill-inqas jikkonsisti fl-immuntar tal-iskrun, li jkun jeħtieġ komponent wieħed jew aktar fornut/i minn barra biex ikun jista' jikkonverti l-enerġija elettrika f'potenza tal-gass;

(7)   ‘Trażmissjoni diretta’: sistema ta' trażmissjoni għal fann, fejn l-iskrun jitwaħħal max-xaft tal-mutur, direttament jew permezz ta' agganċ koassjali (co-xial coupling), u fejn il-veloċità tal-iskrun tkun l-istess bħall-veloċità rotazzjonali tal-mutur;

(8)   ‘Trażmissjoni’: sistema ta' trażmissjoni għal fann li ma tkunx “trażmissjoni diretta” kif definita hawn fuq. Dawn is-sistemi ta' trażmissjoni jistgħu jinkludu trażmissjonijiet li fihom jintużaw trażmissjoni biċ-ċinga, kaxxa tal-gerijiet jew agganċ bi frizzjoni (slipping coupling);

(9)   ‘Trażmissjoni b'effiċjenza baxxa’: trażmissjoni li għaliha tintuża ċinga ta' wisa' inqas minn tliet darbiet l-għoli tagħha jew fejn tintuża xi forma oħra ta' trażmissjoni li mhix “trażmissjoni b'effiċjenza għolja”;

(10)   ‘Trażmissjoni b'effiċjenza għolja’: trażmissjoni li għaliha tintuża ċinga ta' wisa' mill-inqas tliet darbiet l-għoli tagħha, ċinga bis-snien jew fejn jintużaw gerijiet bis-snien.

2.   Metodu tal-kejl

Għall-finijiet ta' konformità u ta' verifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru permezz ta' proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti b'mod ġenerali, u li r-riżultati tagħhom huma meqjusa li jħallu livell baxx ta' dubju, inkluż il-metodi msemmija fid-dokumenti, li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak l-iskop f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Metodu tal-kalkolu

Il-metodoloġija li tintuża għall-kalkolu tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' fann speċifiku tiġi bbażata fuq il-proporzjon bejn il-potenza tal-gass u l-potenza elettrika input tal-mutur, fejn il-potenza tal-gass tal-mutur hija l-prodott matematiku tar-rata tal-fluss ta' volum tal-gass u d-differenza fil-pressjoni bejn id-dħul u l-ħruġ tal-fann. Il-pressjoni hija l-pressjoni statika jew il-pressjoni totali, li tkun it-total tal-pressjoni statika u l-pressjoni dinamika, skont liema tkun il-kategorija tal-kejl jew tal-effiċjenza.

3.1

Meta l-fan ikun fornut fi stat ta' ‘immuntar finali’, ikkalkula l-potenza tal-gass u l-potenza elettrika input tal-fann fil-punt tal-akbar effiċjenza tiegħu.

(a)

Meta l-fann ma jkollux trażmissjoni b'veloċità varjabbli, ikkalkula l-effiċjenza globali permezz ta' din il-formula:

ηe = Pu(s) / Pe,

fejn:

 

ηe hija l-effiċjenza globali;

 

Pu(s) hija l-potenza ta' gass tal-fann, li tiġi kkalkulata kif indikat fil-punt 3.3, meta l-fann ikun qiegħed jaħdem fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tiegħu;

 

Pe hija l-potenza mkejla fit-terminali tal-input tal-mutur tal-fann meta l-fann ikun qiegħed jaħdem fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tiegħu.

(b)

Meta l-fann ikollu trażmissjoni b'veloċità varjabbli, ikkalkula l-effiċjenza globali permezz ta' din il-formula:

ηe = (Pu(s) / Ped) · Cc,

fejn:

 

ηe hija l-effiċjenza globali;

 

Pu(s) hija l-potenza ta' gass tal-fann, li tiġi kkalkulata kif indikat fil-punt 3.3, meta l-fann ikun qiegħed jaħdem fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tiegħu;

 

Ped hija l-potenza mkejla fit-terminali tal-input tat-trażmissjoni b'veloċità varjabbli tal-fann meta l-fann ikun qiegħed jaħdem fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tiegħu;

 

Cc huwa fattur ta' kumpens ta' tagħbija parzjali li l-valur tiegħu huwa kif ġej:

għal mutur bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli u Ped ≥ 5 kW, Cc = 1,04

għal mutur bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli u Ped < 5 kW, Cc = – 0,03 ln(Ped) + 1,088.

3.2.

Meta l-fan ikun fornut fi stat ta' “immuntar mhux finali”, l-effiċjenza globali tal-fann għandha titkejjel fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-iskrun, permezz ta' din il-formula:

ηe = ηr · ηm · ηT · Cm · Cc,

fejn:

 

ηe hija l-effiċjenza globali;

 

ηr hija l-effiċjenza tal-iskrun tal-fann ikkalkulata permezz ta' Pu(s) / Pa,

fejn:

 

Pu(s) hija l-potenza ta' gass tal-fann ikkalkulata fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-iskrun u kif indikat fil-punt 3.3 hawn taħt;

 

Pa hija l-potenza tax-xaft tal-fann fil-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-iskrun;

 

ηm hija l-effiċjenza nominali tal-mutur skont ir-Regolament (KE) Nru 640/2009, fejn dan ikun applikabbli. F'każ li l-mutur ma jkunx kopert mir-Regolament (UE) Nru 640/2009 jew f'każ li l-fann jiġi fornut bla mutur, il-valur tal-effiċjenza, ηm, jiġi kkalkulat permezz ta' dawn il-valuri:

jekk il-potenza elettrika input rakkomandata ‘Pe’ tkun ≥ 0,75 kW,

ηm = 0,000278*(x3) – 0,019247*(x2) + 0,104395*x + 0,809761

fejn x = Lg (Pe)

u Pe hija kif definita fil-punt 3.1(a);

jekk il-potenza input rakkomandata tal-mutur ‘Pe’ tkun < 0,75 kW,

ηm = 0,1462*ln(Pe) + 0,8381

u Pe hija kif definita fil-punt 3.1.(a), fejn il-potenza elettrika input Pe rakkomandata mill-manifattur tal-fann għandha tkun biżżejjed biex il-fann jilħaq il-punt tal-akbar effiċjenza fl-użu tal-enerġija tiegħu, fejn jitqies it-telf li jirriżulta mis-sistemi ta' trażmissjoni meta jkun il-każ;

 

ηT hija l-effiċjenza tas-sistema ta' trażmissjoni, u għall-kalkolu tagħha għandhom dejjem jintużaw dawn il-valuri:

għal trażmissjoni diretta, ηT = 1.0;

jekk it-trażmissjoni tkun trażmissjoni b'effiċjenza baxxa kif definita fil-punt 1(9) u

Pa ≥ 5 kW, ηT = 0,96 jew

1 kW < Pa < 5 kW, ηT = 0,0175 * Pa + 0,8725 jew

Pa ≤ 1 kW, ηT = 0,89

jekk it-trażmissjoni tkun trażmissjoni b'effiċjenza għolja kif definita fil-punt (10) u

Pa ≥ 5 kW, ηT = 0,98 jew

1 kW < Pa < 5 kW, ηT = 0,01 * Pa + 0,93 jew

Pa ≤ 1 kW, ηT = 0,94

 

Cm huwa l-fattur ta' kumpens li jagħmel tajjeb għall-komponenti = 0,9;

 

Cc huwa l-fattur ta' kumpens ta' tagħbija parzjali:

għal mutur bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli, Cc = 1,0

għal mutur bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli u Ped ≥ 5 kW, Cc = 1,04

għal mutur bi trażmissjoni b'veloċità varjabbli u Ped < 5 kW, Cc = – 0,03 ln(Ped) + 1,088.

3.3

Il-potenza ta' gass tal-fann, Pu(s) (kW), tiġi kkalkulata skont il-metodu ta' ttestjar tal-kategorija tal-kejl magħżul mill-fornitur tal-fann:

(a)

Meta l-fann ikun ġie mkejjel skont il-kategorija tal-kejl A, tintuża l-potenza ta' gass statika tal-fann Pus li tirriżulta mill-formula Pus = q · psf · kps;

(b)

Meta l-fann ikun ġie mkejjel skont il-kategorija tal-kejl B, tintuża l-potenza ta' gass tal-fann Pu li tirriżulta mill-formula Pu = q · pf · kp;

(c)

Meta l-fann ikun ġie mkejjel skont il-kategorija tal-kejl C, tintuża l-potenza ta' gass statika tal-fann Pus li tirriżulta mill-formula Pus = q · psf · kps;

(d)

Meta l-fann ikun ġie mkejjel skont il-kategorija tal-kejl D, tintuża l-potenza ta' gass tal-fann Pu li tirriżulta mill-formula Pu = q · pf · kp.

4.   Metodoloġija għall-kalkolu tal-effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija

L-effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija hija l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li fann ta' tip speċifiku għandu jkollu biex jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament (indikata bħala punti perċenrwali sħaħ). L-effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija tiġi kkalkulata permezz ta' formuli ta' effiċenzja li jinkludu l-potenza elettrika input Pe(d) u l-grad ta' effiċjenza minima kif definit fl-Anness I. Il-medda totali tal-potenza hija koperta permezz ta' żewġ formuli: formula għall-fannijiet b'potenza elettrika input bejn 0,125 kW u 10 kW, 10 kW inkluż, u l-oħra għall-fannijiet b'potenza elettrika input ogħla minn 10 kW u sa 500 kW, 500 kW inkluż.

Jeżistu tliet serje ta' tipi ta' fannijiet li għalihom jiġu żviluppati formuli għall-kalkolu tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija biex jindikaw il-karatteristiċi differenti tad-diversi tipi ta' fannijiet:

4.1.

L-effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija għal fannijiet assjali, fannijiet ċentrifugi b'paletti mibruma ’l quddiem u fannijiet ċentrifugi b'paletti radjali (b'fann assjali ġewwa fihom) tiġi kkalkulata permezz ta' dawn il-formuli:

Medda ta' potenza P bejn 0,125 kW u 10 kW

Medda ta' potenza P bejn 10 kW u 500 kW

ηtarget = 2,74 · ln(P) – 6,33 + N

ηtarget = 0,78 · ln(P) – 1,88 + N

fejn il-potenza input P hija l-potenza elettrika input Pe(d) u N huwa n-numru sħiħ tal-grad ta' effiċjenza fl-użu ta' enerġija meħtieġ.

4.2.

L-effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija għal fannijiet ċentrifugi mingħajr kisi estern u b'paletti mibruma lura, fannijiet ċentrifugi b'kisi estern u b'paletti mibruma lura u fannijiet bi fluss mist tiġi kkalkulata permezz ta' dawn il-formuli:

Medda ta' potenza P bejn 0,125 kW u 10 kW

Medda ta' potenza P bejn 10 kW u 500 kW

ηtarget = 4,56 · ln(P) – 10,5 + N

ηtarget = 1,1 · ln(P) – 2,6 + N

fejn il-potenza input P hija l-potenza elettrika input Pe(d) u N huwa n-numru sħiħ tal-grad ta' effiċjenza fl-użu ta' enerġija meħtieġ.

4.3.

L-effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija għal fannijiet bi fluss tanġenzjali tiġi kkalkulata permezz ta' dawn il-formuli:

Medda ta' potenza P bejn 0,125 kW u 10 kW

Medda ta' potenza P bejn 10 kW u 500 kW

ηtarget = 1,14 · ln(P) – 2,6 + N

ηtarget = N

fejn il-potenza input P hija l-potenza elettrika input Pe(d) u N huwa n-numru sħiħ tal-grad ta' effiċjenza fl-użu ta' enerġija meħtieġ.

5.   Applikazzjoni tal-effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija

L-effiċjenza globali tal-fann ηe ikkalkulata bil-metodu xieraq li jidher fit-taqsima 3 tal-Anness II għandu jkollu valur daqs jew ogħla mill-valur tal-effiċjenza targit ηtarget stipulat permezz tal-grad ta' effiċjenza meħtieġ biex jiġu sodisfati r-rekwiżiti minimi ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija.


ANNESS III

PROĊEDURA TA' VERIFIKAZZJONI GĦALL-FINIJIET TA' SORVELJANZA TAS-SUQ

Fit-twettiq tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.

1.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità waħda biss.

2.

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament meta l-valur tal-effiċjenza globali tal-fann (ηe) ikun mill-inqas daqs il-valur tal-effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija*0,9 kif ikkalkulat permezz tal-formuli li jidhru fl-Anness II (taqsima 3) u l-gradi ta' effiċjenza applikabbli mill-Anness I.

3.

F'każ li r-riżultat imsemmi fil-punt 2 ma jinkisebx:

għal mudelli li jiġu prodotti fi kwantità ta' inqas minn ħamsa fis-sena, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi ma' dan ir-Regolament;

għal mudelli li jiġu prodotti fi kwantità ta' ħamsa jew aktar fis-sena, l-awtorità ta' sorveljanza tas-suq għandha tittestja tliet unitajiet addizzjonali magħżula b'mod aleatorju.

4.

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament meta l-valur medju ta-effiċjenza globali tal-fann (ηe) tat-tliet unitajiet imsemmija fil-punt 3 ikun mill-inqas daqs il-valur tal-effiċjenza targit fl-użu tal-enerġija*0,9 kif ikkalkulat permezz tal-formuli li jidhru fl-Anness II (taqsima 3) u l-gradi ta' effiċjenza applikabbli mill-Anness I.

5.

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 4 ma jintlaħqux, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi ma' dan ir-Regolament.


ANNESS IV

PUNTI TA' REFERENZA INDIKATTIVI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6

Fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-fannijiet hija kif indikata fit-Tabella 1. Dawn il-punti ta' referenza mhux dejjem ikunu jistgħu jinkisbu għall-applikazzjonijiet kollha jew għall-medda sħiħa ta' potenzi koperti mir-Regolament.

Tabella 1

Punti ta' referenza indikattivi għall-fannijiet

Tipi ta' fannijiet

Kategorija tal-kejl (A-D)

Kategorija ta' effiċjenza

(statika jew totali)

Grad ta' effiċjenza

Fann assjali

A, C

statika

65

B, D

totali

75

Fann ċentrifugu b'paletti mibruma 'l quddiem u fann ċentrifugu b'paletti radjali

A, C

statika

62

B, D

totali

65

Fann ċentrifugu mingħajr kisi estern, b'paletti mibruma lura

A, C

statika

70

Fann ċentrifugu b'kisi estern, b'paletti mibruma lura

A, C

statika

72

B, D

totali

75

Fann bi fluss mist

A,C

statika

61

B,D

totali

65

Fann bi fluss tanġenzjali

B, D

totali

32


6.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 328/2011

tal-5 ta’ April 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fir-rigward tal-istatistika dwar il-kaġuni ta’ mwiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.

(2)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, huma meħtieġa miżuri implimentattivi biex jispeċifikaw id-dejta u l-metadejta li għandha tiġi provduta dwar il-kawżi ta’ mwiet koperti mill-Anness III għal dak ir-Regolament u biex jistabbilixxu l-perjodi u l-intervalli ta’ referenza biex tiġi provduta din id-dejta

(3)

Dejta kunfidenzjali mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tiġi mmaniġġjata skont il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità statistika bħalma hu stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (2) u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fl-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta (3).

(4)

Saret analiżi tal-kosti kontra l-benefiċċji, li ġiet evalwata skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ambitu

L-istatistika Ewropea fid-dominju ta’ “kawżi ta’ mwiet” għandha tikkonċerna l-imwiet u t-twelid ta’ trabi mejtin reġistrati kollha li jseħħu f’kull Stat Membru, u tiddistingwi dawk residenti minn dawk li mhumiex.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“mewt” tfisser l-għajbien permanenti ta’ kull evidenza ta’ ħajja fi kwalunkwe żmien wara li jkun seħħ twelid ħaj (il-waqfien tal-funzjonijiet vitali wara t-twelid mingħajr kapaċita ta’ qawmien mill-mewt). Din id-definizzjoni teskludi t-twelid ta’ trabi mejtin;

(b)

“twelid ta’ trabi mejtin” tfisser mewt fetali, jiġifieri mewt qabel it-tneħħija jew l-estrazzjoni kompleta minn l-omm ta’ prodott ta’ konċepiment, irrespettivament mit-tul taż-żmien tat-tqala. Il-mewt tiġi indikata mill-fatt li wara tali separazzjoni mill-omm il-fetu ma jiħux nifs jew ma jurix kwalunkwe evidenza oħra ta’ ħajja, bħalma huma t-taħbit tal-qalb, il-pulsazzjoni tal-kurdun taż-żokra, jew iċ-ċaqliq definittiv ta’ muskoli volontarji;

(c)

“eta tal-ġestazzjoni” tfisser it-tul tal-ġestazzjoni, imkejla mill-ewwel jum tal-aħħar ċiklu mestrwali normali. L-eta tal-ġestazzjoni hija espressa fi ġranet kompleti jew f’ġimgħat kompleti;

(d)

“mewt ta’ trabi tat-twelid” tfisser il-mewt li sseħħ fost twelid ħaj matul l-ewwel 28 jum sħaħ ta’ ħajja (jum 0-27);

(e)

“parita” tfisser in-numru ta’ twelid ħaj jew ta’ twelid ta’ trabi mejtin preċedenti (0, 1, 2, 3 jew aktar twelid ħaj jew twelid ta’ trabi mejtin preċedenti);

(f)

“imwiet oħrajn” tfisser l-imwiet li jseħħu wara l-perjodu tal-mewt ta’ trabi ta’ twelid mit-28 jum sħiħ ta’ ħajja ’il quddiem;

(g)

“il-kawża prinċipali tal-mewt” tfisser il-marda jew il-korriment li tkun tat bidu għas-sensiela ta’ okkorrenzi morbużi li jkunu wasslu direttament għall-mewt, jew għaċ-ċirkostanzi tal-inċident jew vjolenza li pproduċew il-korriment fatali;

(h)

“residenti” tfisser “residenti soliti” fil-post fejn persuna normalment tqattal-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum, irrespettivament mill-assenzi temporanji għal raġunijiet ta’ rekreazzjoni, vaganzi, żjarat lil ħbieb u qraba, negozju, trattament mediku jew pellegrinaġġ reliġjuż.

Il-persuni li ġejjin biss għandhom jiġu kkunsidrati bħala residenti soliti taż-żona ġeografika kkonċernata:

(i)

dawk li għexu fil-post tar-residenza solita tagħhom għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data ta’ referenza; jew

(ii)

dawk li jkunu waslu fil-post tar-residenza solita tagħhom matul it-12-il-xahar qabel id-data ta’ referenza bil-ħsieb li joqogħdu hemm mill-inqas għal sena.

Fejn iċ-ċirkostanzi deskritti fil-punt (i) jew (ii) ma jistgħux jiġu stabbiliti, “ir-residenza solita” għandha tfisser il-post ta’ residenza legali jew reġistrata;

Artikolu 3

Id-dejta meħtieġa

L-Istati membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) il-lista ta’ varjabbli stipulati fl-Anness. Fejn hu possibbli, l-istatistika li tikkonċerna l-imwiet tar-residenti li jmutu barra mill-pajjiż għandha tiġi inkluża.

Għat-twelid ta’ trabi mejtin mill-inqas wieħed minn tliet kriterji ta’ rappurtaġġ għandhom jiġu applikati fl-ordni li ġejja: (1) il-piż tat-tarbija, (2) l-eta tal-ġestazzjoni u (3) t-tul mill-qurriegħa sal-għarqub. Il-ġabra tad-dejta għandha tkun limitata għall-gruppi li ġejjin:

(a)

Il-piż tat-trabi minn 500 g għal 999 g jew meta l-piż tat-trabi ma japplikax l-eta ta’ ġestazzjoni minn 22 sa 27 ġimgħa sħaħ, jew meta l-ebda mit-tnejn ma japplika t-tul mill-qurriegħa sal-għarqub minn 25 sa 34 ċm (Varjabbli 9), u

(b)

Il-piż tat-trabi minn 1 000 g u aktar jew meta l-piż tat-trabi ma japplikax l-eta ta’ ġestazzjoni wara 27 ġimgħa sħaħ, jew meta l-ebda mit-tnejn ma japplika t-tul mill-qurriegħa sal-għarqub ta’ 35 ċm jew aktar (Varjabbli 10).

Artikolu 4

Perjodu ta’ referenza

Il-perjodu ta’ referenza gћandu jkun s-sena kalendarja.

L-Istati membri għandhom jipprovdu d-dejta speċifikata f’dan ir-Regolament lill-Kummissjoni (l-Eurostat) f’24 xhar wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza.

L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2011.

Artikolu 5

Metadejta

Informazzjoni relevanti, li tinkludi informazzjoni dwar differenzi nazzjonali li jirrigwardaw definizzjonijiet, kopertura ta’ data, il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD) reviżjonijiet u aġġornamenti wżati u s-sistemi b’kodiċi awtomatiċi, kif ukoll informazzjoni dwar l-għażla u l-modifikazzjoni tal-kawża prinċipali tal-mewt, għandha tiġi trasmessa mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (l-Eurostat).

Artikolu 6

Il-provvista ta’ dejta u metadejta lill-Kummissjoni (l-Eurostat)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu mikrodejta jew dejta aggregata (finalizzata, validata u aċċetata) u metadejta meħtieġa minn dan ir-Regolament skont standard ta’ skambju speċifikat mill-Kummissjoni (l-Eurostat). Id-dejta u l-metadejta għandhom jiġu pprovduti lill-Eurostat mill-punt ta’ aċċess uniku.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.

(2)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS

Il-lista tal-varjabbli li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (l-Eurostat)

Varjabbli

Residenti

Non-residenti li mietu fil-pajjiż li jirraporta

Twelid ta’ trabi mejtin

Imwiet ta’ trabi tat-twelid

Imwiet oħrajn

Twelid ta’ trabi mejtin

Imwiet ta’ trabi tat-twelid

Imwiet oħrajn

1)

Is-sena tal-mewt (id-data tal-okkorrenza)

C

C

C

C

C

C

2)

Sess

V

C

C

V

C

O

3)

Il-kawża prinċipali tal-mewt ICD (erba’ ċifri)

V

C

C

V

C

O

4)

Eta (jum 0, jum 1, 2, 3, 4, 5, 6, jum 7-27, jum 28-365, l-1 sena, it-2, 3, 4, 5-9, … 85-89, … 105+)

X

C

C

X

C

O

5)

Il-pajjiż tal-okkorrenza

V

C

C

V

C

O

6)

Ir-Reġjun tal-okkorrenza (NUTS 2)

V

C (*)

C (*)

V

C

O

7)

Ir-reġjun ta’ residenza (NUTS 2)/Ir-reġjun ta’ residenza tal-omm (NUTS 2)

V

C

C

V

V

V

8)

Il-pajjiż ta’ residenza/Il-pajjiż ta’ residenza tal-omm

X

X

X

V

C

O

9)

L-ewwel grupp ta’ twelid ta’ trabi mejtin

piż tat-tarbija minn 500 g sa 999 g jew meta il-piż tat-tarbija ma japplikax

età ta’ ġestazzjoni minn 22 sa 27 ġimgħa sħaħ jew meta l-ebda mit-tnejn ma japplika

it-tul mill-qurriegħa sal-għarqub minn 25 sa 34 ċm

V

X

X

V

X

X

10)

It-tieni grupp ta’ twelid ta’ trabi mejtin

piż tat-tarbija ta’ 1 000  g u iktar jew meta l-piż tat-tarbija ma japplikax

età ta’ ġestazzjoni wara 27 ġimgħa sħaħ jew meta l-ebda mit-tnejn ma japplika

tul mill-qurriegħa sal-għarqub ta’ 35 ċm jew iktar

V

X

X

V

X

X

11)

L-età tal-omm skont il-grupp t’età (età ta’ anqas minn 15–il sena, imbagħad gruppi t’età ta’ ħames snin sal-età ta ‘49 sena u 50 sena jew iktar)

V

V

X

V

V

X

12)

Parità

V

V

X

V

V

X

NB.: C- Obligatorju; V-Volontarju; X- Mhux applikabbli


(*)  Volontarju għal residenti li jmutu barra mill-pajjiż.


6.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/25


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 329/2011

tal-5 ta’ April 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

61,9

JO

71,2

MA

51,5

TN

104,8

TR

92,5

ZZ

76,4

0707 00 05

EG

158,2

TR

144,9

ZZ

151,6

0709 90 70

MA

85,6

TR

123,5

ZA

28,9

ZZ

79,3

0805 10 20

EG

63,1

IL

76,5

MA

53,1

TN

47,6

TR

73,3

US

49,1

ZZ

60,5

0805 50 10

TR

52,7

ZZ

52,7

0808 10 80

AR

96,2

BR

81,9

CA

107,4

CL

90,7

CN

104,9

MK

50,2

US

165,6

UY

76,4

ZA

83,9

ZZ

95,2

0808 20 50

AR

96,4

CL

106,2

CN

67,7

US

174,8

ZA

102,3

ZZ

109,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

6.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ April 2011

li temenda l-Anness II sa IV mad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2068)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/214/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/158/KE tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis, u l-importazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi. L-Anness II magħha jistabbilixxi r-regoli għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-finijiet ta’ kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ dawk il-prodotti bażiċi. Il-Kapitoli II, III u IV ta’ dak l-Anness jistipulaw il-kondizzjonijiet għall-faċilitajiet u t-tħaddim ta’ dawn l-istabbilimenti, programmi ta’ sorveljanza fuq il-mard u l-kriterji għas-sospensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni ta’ stabbiliment, li jinkludu t-testijiet għal ċerti mikroorganiżimi, għas-Salmonella u għall-Mycoplasma, li għandhom jitwettqu fl-istabbilimenti approvati għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni.

(2)

L-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-faċilitajiet u t-tħaddim tal-istabbilimenti stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Anness II mad-Direttiva 2009/158/KE turi li huwa xieraq li dawn jiġu adattati għall-prassi attwali fl-industrija, b’mod partikolari fir-rigward tal-imġiba ta’ speċi differenti ta’ tjur meta jbidu.

(3)

Barra minn hekk, il-Kapitoli III u IV tal-Anness II mad-Direttiva 2009/158/KE għandhom jiġu emendati biex iqisu l-progress xjentifiku li jsir fit-tekniki dijanjostiċi għall-Mycoplasma b’konformità mal-Kapitolu 2.3.5 tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u l-bidliet għan-nomenklatura tas-Salmonella skont iċ-Ċentru ta’ Kollaborazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għar-Referenza u r-Riċerka tas-serovars tas-Salmonella tal-2007 u b’konformità mal-Kapitolu 2.3.11 tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali.

(4)

L-Anness III mad-Direttiva 2009/158/KE jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-vaċċinazzjoni tat-tjur. Huwa għandu jiġi emendat sabiex jinkludi kondizzjonijiet speċifiċi għall-vaċċinazzjoni kontra s-Salmonella.

(5)

Huwa neċessarju wkoll li jiġu emendati ċerti referenzi relatati mal-vaċċinazzjoni kontra l-influwenza tat-tjur fil-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti fl-Anness IV mad-Direttiva 2009/158/KE.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (2) jistipula regoli li jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għas-sejbien u l-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra. Huwa jistipula li l-qatgħat jew il-merħliet ta’ oriġini ta’ ċerti speċi elenkati fl-Anness I ma’ dak ir-Regolament iridu jiġu ttestjati għal ċerti żoonożi speċifikati u aġenti żoonotiċi qabel ma jintbagħtu kwalunkwe annimali ħajjin jew bajd għat-tfaqqis min-negozju tal-ikel tal-oriġini. Id-data u r-riżultati tat-test għandhom ikunu inklużi fiċ-ċertifikati veterinarji rilevanti, stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluża d-Direttiva 2009/158/KE.

(7)

L-Anness IV mad-Direttiva 2009/158/KE jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati veterinarji għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 584/2008 tal-20 ta’ Ġunju 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium fid-dundjani (3) jistipula li r-rekwiżiti ta’ ttestjar japplikaw ukoll għall-qatgħat tad-dundjani mill-1 ta’ Jannar 2010 u ċ-ċertifikati veterinarji rispettivi stabbiliti fl-Anness IV mad-Direttiva 2009/158/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9)

L-Annessi II, III u IV mad-Direttiva 2009/158/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II, III, u IV mad-Direttiva 2009/158/KE huma emendati skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(2)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 162, 21.6.2008, p. 3.


ANNESS

L-Annessi II, III u IV mad-Direttiva 2009/158/KE huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:

(i)

Fit-Taqsima A, il-punt 2(e) jinbidel b’dan li ġej:

“(e)

Il-bajd iridu:

(i)

jinġabru f’intervalli frekwenti, tal-inqas kuljum u kemm jista’ jkun malajr wara li jkunu ntbiedu

(ii)

jitnaddfu u jiġu diżinfettati kemm jista’ jkun malajr, sakemm id-diżinfettazzjoni ma ssirx f’mafqas fl-istess Stat Membru;

(iii)

jitqiegħdu f’materjal ta’ mballaġġ ġdid jew nadif u diżinfettat.”

(ii)

Fit-Taqsima B, fil-punt 2(e), l-ewwel inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

bajd, bejn xħin jaslu fil-mafqas u l-proċess ta’ inkubazzjoni jew xħin jintbagħtu għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni jew jiġu esportati lejn pajjiż terz, sakemm ma jkunux ġew diżinfettati preċedentement fl-istabbiliment tat-trobbija tal-oriġini,”

(b)

Il-Kapitoli III u IV jinbidlu b’dan li ġej:

“KAPITOLU III

PROGRAMM TA’ SORVELJANZA TAL-MARD

Bla ħsara għall-miżuri tas-saħħa u għall-Artikoli 16 u 17, programmi ta’ sorveljanza tal-mard iridu, bħala minimu, ikunu jinkludu sorveljanza tal-infezzjonijiet u l-ispeċi elenkati fit-Taqsimiet A sa D.

A.   Infezzjonijiet ta’ Salmonella Pullorum (1), Salmonella Gallinarum (2) u Salmonella arizonae  (3)

1.   L-ispeċi kkonċernata:

(a)

Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum: pollam, dundjani, fargħuni, summien, faġani, perniċi u papri;

(b)

Salmonella arizonae: dundjani.

2.   Programm ta’ sorveljanza tal-mard

(a)

Għandhom jintużaw testijiet seroloġiċi u/jew batterjoloġiċi sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx hemm infezzjoni (*).

(b)

Il-kampjuni għall-ittestjar iridu jittieħdu, kif xieraq, mid-demm, mill-embrijuni li ma jfaqqsux (jiġifieri embrijuni li mietu fil-bajda), flieles tat-tieni grad, mekonju, tessut post mortem, speċjalment il-fwied, il-milsa, l-ovarju/ovidott u l-uħil ileo-caecal  (**).

(c)

Irid jintuża arrikkiment dirett fi brodu tas-Selenit-ċisteina għal kampjuni intestinali u tal-feċi/mekonju. Prearrikkiment mhux selettiv segwit minn arrikkiment selettiv fi brodu ta’ Rappaport-Vassiliadis (RVS) ibbażat fuq is-sojja jew brodu Müller-Kauffmann Tetratijonat-novobijoċin (MKTTn) jista’ jintuża għall-kampjuni (bħall-embrijuni li mietu fil-bajda) fejn il-kompetizzjoni mill-flora hija mistennija li tkun minima (***), (****).

(d)

Meta jittieħdu l-kampjuni tad-demm minn qatgħa għall-ittestjar seroloġiku għal Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum jew Salmonella arizonae, għandu jingħata każ tal-prevalenza tal-infezzjoni fl-Istat Membru kkonċernat u l-inċidenza tagħha fl-imgħoddi fl-istabbiliment sabiex ikun stabbilit l-għadd ta’ kampjuni li jkunu jridu jittieħdu. Madankollu, irid jittieħed dejjem għadd validu statistikament ta’ kampjuni għal ittestjar seroloġiku u/jew batterjoloġiku biex tinstab infezzjoni.

(e)

Il-qatgħat iridu jiġu spezzjonati matul kull perjodu ta’ meta jbidu fl-aħjar żmien meta tkun tista’ tinstab il-marda kkonċernata.

(f)

Kampjuni għall-ittestjar batterjoloġiku ma jridux jittieħdu minn tjur jew bajd li kienu ttrattati bi prodotti mediċinali antimikrobjali matul il-ġimagħtejn jew tlieta ta’ qabel l-ittestjar.

(g)

It-tekniki għas-sejbien iridu jkunu kapaċi jiddifferenzjaw ir-reazzjonijiet seroloġiċi għall-infezzjonijiet tas-Salmonella Pullorum u s-Salmonella Gallinarum mir-reazzjonijiet seroloġiċi minħabba l-użu tal-vaċċin għas-Salmonella Enteritidis, fejn jintuża l-vaċċin (*****). Għalhekk din il-vaċċinazzjoni ma għandhiex tintuża jekk ikun se jintuża dan il-monitoraġġ seroloġiku. Jekk il-vaċċinazzjoni tkun intużat, irid jintuża ttestjar batterjoloġiku, imma l-metodu ta’ konferma użat irid ikun kapaċi jiddifferenzja bejn razez vaċċinali ħajjin u razez selvatiċi.

B.   Infezzjonijiet Mycoplasma gallisepticum u Mycoplasma meleagridis

1.   L-ispeċi kkonċernata:

(a)

Mycoplasma gallisepticum: pollam u dundjani.

(b)

Mycoplasma meleagridis: dundjani.

2.   Programm ta’ sorveljanza tal-mard

(a)

Il-preżenza tal-infezzjoni trid tiġi ttestjata b’testijiet seroloġiċi u/jew batterjoliġiċi u/jew molekulari vvalidati. Il-preżenza ta’ leżjonijiet sakkulite tal-arja fi frieħ tad-dundjani u flieles ta’ jum tissuġġerixxi l-preżenza ta’ infezzjoni ta’ Mycoplasma u trid tiġi investigata.

(b)

Għandhom jittieħdu kampjuni għall-ittestjar tal-preżenza ta’ infezzjoni ta’ Mycoplasma, kif xieraq, minn demm, flieles ta’ jum u frieħ ta’ dundjani, sperma, jew kampjun meħud mit-trakea, mill-koana, mill-kloaka jew mill-ibwieq tal-arja u, b’mod partikolari, għas-sejbien ta’ Mycoplasma meleagridis il-kampjuni jridu jittieħdu mill-ovidott u l-pene tad-dundjani.

(c)

Testijiet sabiex tinstab Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis iridu jsiru fuq kampjun rappreżentattiv sabiex titħalla li ssir sorveljanza kontinwa tal-infezzjoni matul it-trobbija u matul il-perjodu ta’ meta jbidu, jiġifieri eżattament qabel il-bidu ta’ meta jbidu u kull tliet xhur minn hemm ‘il quddiem.

C.   Riżultati u miżuri li jridu jittieħdu

Jekk ma jkun hemm l-ebda reatturi, it-test irid jitqies negattiv. Inkella, il-qatgħa trid titqies bħala ssuspettata u l-miżuri stabbiliti fil-Kapitolu IV jridu jiġu applikati għaliha.

D.   Fil-każ ta’ azjendi li jkunu magħmulin minn żewġ unitajiet ta’ produzzjoni separati jew aktar, l-awtorità veterinarja kompetenti tista’ tidderoga mill-miżuri stabbiliti fil-punt 3(b) tal-Kapitolu IV meħtieġa għar-ritorn tal-approvazzjoni fir-rigward tal-unitajiet tal-produzzjoni b’saħħithom fi stabbiliment fejn l-infezzjoni hija preżenti sakemm il-veterinarju awtorizzat ikun ikkonferma li l-istruttura u d-daqs ta’ dawk l-unitajiet ta’ produzzjoni u l-ħidmiet imwettqa fihom ikunu tali li l-unitajiet ta’ produzzjoni jipprovdu faċilitajiet separati għal kollox għal ilqugħ, żamma u tmigħ, sabiex il-marda kkonċernata ma tkunx tista’ tinfirex minn unità ta’ produzzjoni għal oħra.

KAPITOLU IV

KRITERJI SABIEX APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENT TIĠI SOSPIŻA JEW IRTIRATA

1.

L-approvazzjoni mogħtija lil stabbiliment għandha tiġi sospiża:

(a)

meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II ma jkunux sodisfatti aktar;

(b)

sakemm tkun saret investigazzjoni xierqa għall-marda,

jekk:

ikun hemm suspett li faqqgħet l-influwenza tat-tjur jew il-marda ta’ Newcastle fl-istabbiliment,

l-istabbiliment ikun irċieva tjur jew bajd għat-tfaqqis minn stabbiliment bi tfaqqigħa suspettata jew ikkonfermata ta’ influwenza tat-tjur jew marda ta’ Newcastle,

ikun sar kuntatt, li jista’ jittrażmetti l-infezzjoni, bejn l-istabbiliment u s-sit ta’ tfaqqigħ tal-influwenza tat-tjur jew tal-marda ta’ Newcastle;

(c)

sakemm isiru t-testijiet il-ġodda, jekk ir-riżultati ta’ sorveljanza mwettqa bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli II u III għall-infezzjoni permezz ta’ Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum, Salmonella arizonae, Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis jagħtu bidu biex wieħed jissuspetta tfaqqigħa;

(d)

sakemm jintemmu l-miżuri xierqa meħtieġa mill-veterinarju uffiċjali, jekk jinstab li l-istabbiliment ma jkunx f’konformità mar-rekwiżiti tal-punt 1(a), (b) u (c) tal-Kapitolu I.

2.

Approvazzjoni għandha tiġi rtirata jekk:

(a)

jekk ikun ikkonfermat li faqqgħet l-influwenza tat-tjur jew il-marda ta’ Newcastle fl-istabbiliment;

(b)

jekk it-tieni test tat-tip xieraq jikkonferma tfaqqigħa ta’ infezzjoni b’Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum, Salmonella arizonae, Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis;

(c)

wara t-tieni avviż mogħti mill-veterinarju uffiċjali lill-persuna responsabbli mill-istabbiliment, ma tkunx ittieħdet azzjoni sabiex l-istabbiliment jinġieb f’konformità mar-rekwiżiti, tal-punt 1(a), (b) u (c) tal-Kapitolu I.

3.

Kondizzjonijiet biex tingħata lura approvazzjoni jekk:

(a)

approvazzjoni tkun ġiet irtirata minħabba tfaqqigħa tal-influwenza tat-tjur jew tal-marda ta’ Newcastle, din tista’ tingħata lura fi żmien 21 jum wara t-tindif u d-diżinfettazzjoni jekk ikun sar qtil sanitarju;

(b)

tkun ġiet irtirata approvazzjoni minħabba tfaqqigħa kkawżata minn:

Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum, jew Salmonella arizonae, din tista’ tingħata lura wara li jkunu ġew irreġistrati riżultati negattivi f’żewġ testijiet imwettqa b’intervall ta’ mill-inqas 21 jum fuq l-istabbiliment wara l-qtil sanitarju tal-qatgħa infettata u wara diżinfettazzjoni li l-effettività tiegħu tkun ġiet ivverifikata b’testijiet adatti fuq uċuħ niexfa,

Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis, tista’ tingħata lura jew wara li jkunu ġew irreġistrati riżultati negattivi f’żewġ testijiet li jkunu saru fuq il-qatgħa kollha b’intervall ta’ tal-inqas 60 jum jew wara li jkunu ġew irreġistrati riżultati negattivi f’żewġ testijiet li jkunu saru b’intervall ta’ tal-inqas 21 jum fl-istabbiliment wara diżinfettazzjoni wara qtil sanitarju tal-qatgħa infettata kollha.”

2.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.

Il-vaċċini użati għat-tilqim tat-tjur jew qatgħat li jipproduċu l-bajd għat-tfaqqis iridu jkollhom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru.”

(b)

Il-punt 3 li ġej jiżdied:

“3.

B’relazzjoni għall-vaċċinazzjoni kontra kwalunkwe serotip tas-Salmonella l-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti:

(a)

Programmi ta’ vaċċinazzjoni tas-Salmonella ma jridux jinterfjerixxu mas-sejbien seroloġiku fil-kuntest ta’ investigazzjoni fuq il-post, jew jirriżultaw f’testijiet b’pożittivi foloz;

(b)

ma jridux jintużaw vaċċini ħajjin tas-Salmonella fil-qafas tal-programmi tal-kontroll nazzjonali:

(i)

fi tjur produttiv jew għat-trobbija matul l-istadju ta’ riproduzzjoni jew ta’ meta jbidu sakemm is-sigurtà tal-użu tagħhom ikun ġie ppruvat u jkunu awtorizzati għal din il-fini skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (******)

(ii)

meta l-manifattur ma jipprovdix metodu xieraq biex jiddistingwi batterjoloġikament varjanti tat-tip selvaġġ tas-Salmonella minn razez tal-vaċċin.

(******)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.”"

3.

L-Anness IV jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS IV

ĊERTIFIKATI VETERINARJI GĦALL-KUMMERĊ FI ĦDAN L-UNJONI

(Mudelli 1 sa 6)

MUDELL 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 2

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 3

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 4

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 5

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 6

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  Salmonella Pullorum tfisser Salmonella enterica sottospeċi enterica serovar Gallinarum varjant bijokimiku (bijovar) Pullorum

(2)  Salmonella Gallinarum tfisser Salmonella enterica sottospeċi enterica serovar Gallinarum varjant bijokimiku (bijovar) Gallinarum

(3)  Salmonella arizonae tfisser Salmonella enterica sottospeċi arizonae serogrupp K (O18) arizonae

(*)  Innota li l-ittestjar seroloġiku fl-ispeċi avjarji ħlief il-pollam jista’ jirriżulta f’proporzjon inaċċettabbli ta’ reazzjonijiet ta’ pożittiv falz.

(**)  Innota li l-kampjuni ambjentali ġeneralment ma jkunux adatti għal sejbien affidabbli ta’ Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum.

(***)  Innota li l-iżolament dirett ta’ tessuti miġbura asettikament fuq agar minimament selettiv, bħall-agar MacConkey, huwa utli wkoll għad-dijanjożi.

(****)  Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum ma jikbrux faċilment fil-mezz Rappaport Vassiliadis semisolidu mmodifikat (MRSV) li jintuża għall-monitoraġġ ta’ Salmonella spp. żoonotika fl-Unjoni.

(*****)  Innota li bħalissa ma hemm l-ebda test li jista’ jiddifferenzja bejn ir-reazzjoni għal infezzjoni tas-Salmonella Pullorum u tas-Salmonella Gallinarum u għal vaċċinazzjoni ta’ dan is-serotip.


6.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ April 2011

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar it-trasbord fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera fejn jiddaħħlu l-kunsinni ta’ prodotti maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għal pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2067)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/215/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 11(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 97/78/KE tistipula li kontrolli veterinarji fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali u fuq ċerti prodotti tal-pjanti minn pajjiżi terzi li jidħlu fl-Unjoni għandhom jitwettqu mill-Istati Membri b’konformità ma’ dik id-Direttiva. Tistipula wkoll li Stati Membri għandhom jiżguraw li kunsinni ta’ prodotti bħal dawn jidħlu fl-Unjoni permezz ta’ post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera.

(2)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/78/KE jipprevedi għall-proċeduri li għandhom jitwettqu fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera fejn jiddaħħlu l-kunsinni ta’ prodotti maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni permezz ta’ post tal-ispezzjoni ieħor fuq il-fruntiera, imma li huma trasbordati fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera fejn jiddaħħlu, fiż-żona doganali tal-istess port jew ajruport fl-Unjoni.

(3)

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE jikkonċerna l-kunsinni li jaslu minn pajjiż terz u li huma trasbordati fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-wasla tagħhom, fiż-żona doganali tal-istess port jew ajruport fl-Unjoni imma li huma maħsuba għal pajjiż terz jew mit-territorju tal-Unjoni permezz ta’ post tal-ispezzjoni ieħor fuq il-fruntiera jew direttament lil pajjiż terz mingħajr ma jiddaħħlu f’post tal-ispezzjoni ieħor fuq il-fruntiera.

(4)

B’żieda ma’ dan, l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 97/78/KE jipprevedu għal għadd ta’ derogi mir-regoli ġenerali dwar il-verifiki veterinarji li jitwettqu fuq il-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera fejn jiddaħħlu. Dawn id-derogi għandhom ambitu differenti u huma marbuta mad-destinazzjoni finali tal-kunsinni u mat-tul ta’ żmien tal-ħażna tal-kunsinni matul il-proċess tat-trasbord fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-wasla.

(5)

Dak it-tul ta’ żmien huwa ddeterminat minn referenza għal perjodu minimu u massimu għal tali ħażna, li għandhom jiġu stabbiliti b’konformità mal-proċedura msemmija fid-Direttiva 97/78/KE.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/25/KE tas-16 ta’ Diċembru 1999 li tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar it-trasbord ta’ prodotti f’Post ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera fejn il-konsenji huma intiżi għall-importazzjoni eventwali fil-Komunità Ewropea, u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/14/KEE (2) attwalment tistabbilixxi l-perjodi minimi u massimi applikabbli f’każijiet fejn il-kunsinni jkunu maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni permezz ta’ post tal-ispezzjoni ieħor fuq il-fruntiera li jinsab fl-istess territorju jew li jinsab f’territorju ta’ Stat Membru ieħor.

(7)

Id-Deċiżjoni 2000/25/KE mhix eżattament ċara fir-rigward tal-ambitu tar-regoli dwar il-kunsinni li jkunu qegħdin jiġu trasbordati minn ajruplan għall-ieħor jew minn bastiment għall-ieħor fiż-żona doganali tal-istess port jew ajruport għat-tranżitu għal pajjiż terz jew mingħajr aktar waqfien fit-territorju tal-Unjoni jew mit-territorju tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli f’din id-Deċiżjoni biex jikkjarifikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti diġà fid-Deċiżjoni 2000/25/KE, inklużi regoli fuq il-perjodi minimi rilevanti.

(8)

Sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-pubbliku u dik tal-annimali, il-veterinarju uffiċjali fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera fejn jiddaħħlu l-prodotti għandu jirċievi informazzjoni xierqa fil-każ ta’ kunsinni koperti mill-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 97/78/KE. Huwa għaldaqstant xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-persuna responsabbli għat-tagħbija fil-ħin tal-wasla tal-kunsinna fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera.

(9)

Il-perjodu minimu minn meta għandhom jitwettqu l-verifiki veterinarji fuq il-kunsinni trasbordati minn bastiment għall-ieħor fl-istess port u li huma maħsuba għall-importazzjoni jew għal tranżitu għal pajjiżi terzi kif previst fl-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 97/78/KE huwa ta’ sebat ijiem.

(10)

Għal kunsinni li huma trasbordati minn bastiment għall-ieħor fl-istess port fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-wasla u li huma maħsuba direttament għal pajjiż terz mingħajr aktar waqfien fit-territorju tal-Unjoni, ir-riskji għas-saħħa tal-annimali u dik tal-pubbliku għall-Unjoni jonqsu, billi l-kuntatt tal-kunsinni mat-territorju tal-Unjoni jkun limitat. F’każijiet bħal dawn, jista’ jkun xieraq li l-perjodu minimu msemmi fl-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 97/78KE jiġi estiż.

(11)

Dik l-estensjoni għandha tkun soġġetta għal garanziji xierqa mill-Istat Membru tal-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-wasla. B’mod partikolari, l-Istat Membru għandu jassigura li kunsinni bħal dawn ma jitħallewx jiċċaqilqu għal port ieħor tal-Unjoni u li jintbagħtu direttament lil pajjiż terz. Barra minn hekk, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’informazzjoni xierqa dwar dawk il-garanziji, inkluża informazzjoni dwar is-sistema ta’ monitoraġġ biex jiġi assigurat li l-perjodi ta’ żmien u l-arranġamenti ta’ trasportazzjoni għal destinazzjoni speċifika kif indikat fin-notifika tal-kunsinna jiġu rrispettati.

(12)

Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi speċifikat li l-kunsinni għandhom jgħaddu mill-medda sħiħa ta’ verifiki veterinarji stipulati fid-Direttiva 97/78/KE wara l-iskadenza tal-perjodi massimi stipulati f’din id-deċiżjoni.

(13)

Fl-interessi taċ-ċarezza u tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2000/25/KE tiġi rrevokata u tinbidel b’din id-deċiżjoni.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fejn il-kunsinni jiġu ppreżentati fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera għal trasbord sussegwenti, il-persuna responsabbli mit-tagħbija għandha tinnotifika l-veterinarju uffiċjali f’dak il-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera b’dan li ġej:

(a)

iż-żmien stmat biex tinħatt it-tagħbija tal-kunsinna;

(b)

il-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera ta’ destinazzjoni fl-Unjoni fil-każ tal-importazzjoni jew tranżitu minn ġol-Unjoni jew mit-tielet pajjiż ta’ destinazzjoni fil-każ ta’ tranżitu direttament għal pajjiż terz;

(ċ)

il-post eżatt tal-kunsinna, jekk ma tinħattx direttament fuq l-ajruplan jew bastiment tad-destinazzjoni;

(d)

iż-żmien stmat biex titgħabba l-kunsinna fuq l-ajruplan jew il-bastiment li sejjer lejn dik id-destinazzjoni.

Dik in-notifika għandha ssir fiż-żmien tal-wasla tal-kunsinna fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera u b’mod li jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 2

1.   Il-perjodu minimu stipulat fl-Artikolu 9(1)(b)(i) tad-Direttiva 97/78/KE għandu jkun:

(a)

tnax-il siegħa għal ajruport;

(b)

sebat ijiem għal port.

2.   Il-perjodu massimu stipulat fl-Artikolu 9(1)(b)(i) tad-Direttiva 97/78/KE għandu jkun:

(a)

tmienja u erbgħin siegħa għal ajruport;

(b)

għoxrin ġurnata għal port.

Artikolu 3

1.   Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE, il-perjodu minimu stipulat fl-Artikolu 9(1)(a) ta’ dik d-Direttiva għandu jkun:

(a)

tnax-il siegħa għal ajruport;

(b)

sebat ijiem għal port.

2.   Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 97/78/KE u tat-tieni inċiż tal-Artikolu 11(2)(b) ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu minimu stipulat fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu għal 14-il jum, sakemm:

(a)

il-kunsinni jiġu minn pajjiż terz u huma maħsuba għal pajjiż terz ieħor mingħajr aktar waqfien fit-territorji elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 97/78/KE;

(b)

il-kunsinni jkunu trasbordati minn bastiment għall-ieħor fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera fiż-żona doganali tal-istess port tal-Unjoni;

(ċ)

l-Istat Membru kkonċernat jippreżenta ġustifikazzjoni ddettaljata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, li tispeċifika li huma ħadu l-miżuri neċessarja kollha biex jipprevjenu tali kunsinni milli jiċċaqilqu għal port tal-Unjoni ieħor minflok ma jiġu trasbordati direttament lejn pajjiż terz.

Dawk il-miżuri għandhom jinkludu sistema ta’ monitoraġġ biex jiġi assigurat li l-perjodi ta’ żmien u d-destinazzjoni kif indikati fin-notifika pprovduta fl-Artikolu 1 jiġu rrispettati.

Artikolu 4

F’każijiet fejn il-perjodu massimu stipulat fl-Artikolu 2(2) ikun skorra, il-kunsinna għandha tgħaddi mill-verifiki ta’ identità u dawk fiżiċi kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-post tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera fejn jiddaħħlu.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2000/25/KE hija rrevokata.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2011.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  ĠU L 9, 13.1.2000, p. 27.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

6.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/53


DEĊIŻJONI Nru 1/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA STABBILIT PERMEZZ TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI

tal-31 ta’ Marzu 2011

dwar l-emendar tal-Anness 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli

(2011/216/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (1), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

L-Anness 3 għall-Ftehim jipprevedi konċessjonijiet fir-rigward tal-ġobnijiet, b’mod partikolari għal-liberalizzazzjoni gradwali tal-kummerċ f’ġobnijiet matul perjodu ta’ ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

(3)

L-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera qablu li jdaħħlu fil-Ftehim Anness 12 ġdid dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u tal-ikel, li jitlob għal konsistenza fl-ispeċifikazzjonijiet, b’mod partikolari dawk tal-ġobnijiet.

(4)

B’konsegwenza ta’ dan, l-Anness 3 jeħtieġ li jiġi rivedut sabiex iqis kemm il-liberalizzazzjoni kompluta fil-kummerċ bilaterali fil-ġobnijiet, b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2007, kif ukoll ukoll il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, li ser ikunu previsti f'Anness 12 ġdid,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli u l-appendiċi tiegħu, għandu jiġi sostitwit bit-testi fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Konġunt.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

Jacques CHAVAZ

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE

Nicolas VERLET

Is-Segretarju tal-Kumitat

Chantal MOSER


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.


ANNESS

“ANNESS 3

1.

Il-kummerċ bilaterali fil-prodotti kollha li jidħlu taħt l-intestatura 0406 tas-Sistema Armonizzata huwa liberalizzat kompletament b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2007 billi tneħħew it-tariffi u l-kwoti kollha.

2.

L-Unjoni Ewropea m’għandhiex tapplika rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ġobnijiet esportati lejn l-Isvizzera. L-Isvizzera m’għandhiex tapplika sussidji tal-esportazzjoni (1) għal ġobnijiet esportati lejn l-Unjoni Ewopea.

3.

Il-prodotti kollha li jidħlu fil-kodiċi NM 0406 li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea jew fl-Isvizzera u li jsir kummerċ fihom bejn dawk iż-żewġ Partijiet huma eżentati mill-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni.

4.

L-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom jiżguraw li l-benefiċċji mogħtija reċiprokament ma jiġux ippreġudikati minn miżuri oħrajn li jaffettwaw l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.

5.

Jekk l-iżvilupp tal-prezzijiet u/jew l-importazzjonijiet jirriżulta f’disturb fis-suq ta’ kwalunkwe Parti, għandhom jinbdew konsultazzjonijiet kemm jista’ jkun malajr fi ħdan il-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 6 tal-Ftehim fuq talba ta’ kwalunkwe Parti bil-ħsieb li jinstabu s-soluzzjonijiet xierqa. F’din il-konnessjoni, il-Partijiet b’dan jaqblu li jiskambjaw informazzjoni perjodikament dwar il-prezzijiet u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti dwar is-suq ta’ ġobnijiet prodotti lokalment u impurtati.


(1)  L-ammonti bażiċi li fuqhom ġiet ibbażata l-eliminazzjoni tas-sussidji tal-esportazzjoni ġew ikkalkulati bi ftehim komuni bejn il-Partijiet abbażi tad-differenza bejn il-prezzijiet istituzzjonali għall-ħalib li probabbilment ikunu fis-seħħ meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim, u ammont addizzjonali għall-ħalib ipproċessat biex isir ġobon, miksub abbażi tal-kwantità ta’ ħalib meħtieġa għall-manifattura tal-ġobnijiet ikkonċernati, u titnaqqas (ħlief fil-każ ta’ ġobnijiet suġġetti għal kwoti) ir-riduzzjoni tad-dazju doganali applikat mill-Komunità.”