ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.083.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
30.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 286/2011
tal-10 ta’ Marzu 2011
li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Klassifikazzjoni, l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni l-ittikkettjar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jarmonizza d-dispożizzjonijiet u l-kriterji għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar ta’ sustanzi, taħlitiet u ċerti oġġetti speċifiċi fl-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Dak ir-Regolament jikkunsidra s-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettjar ta’ Sustanzi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-GHS”) tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). |
(3) |
Il-kriterji tal-klassifikazzjoni u r-regoli tal-ittikkettjar tal-GHS huma riveduti perjodikament fil-livell tan-NU. It-tielet edizzjoni riveduta tal-GHS ġiet adottata f’Diċembru 2008 mill-Kumitat tal-Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi u dwar is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettjar ta’ Sustanzi Kimiċi (UNCETDG/GHS). Din tinkludi emendi li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dispożizzjonijiet għall-allokazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu u għall-ittikkettjar ta’ pakketti żgħar, sottokategoriji ġodda għal sensitizzazzjoni respiratorja jew tal-ġilda, ir-reviżjoni tal-kriterji tal-klassifikazzjoni għal perikli fuq medda twila ta’ żmien (tossiċità kronika) għall-ambjent akkwatiku u klassi ġdida ta’ perikli għal sustanzi u taħlitiet perikolużi għas-saff tal-ożonu. Huwa għalhekk meħtieġ li d-dispożizzjonijiet u l-kriterji tekniċi fl-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġu adattati għat-tielet edizzjoni riveduta tal-GHS. |
(4) |
Il-GHS tippermetti li l-awtoritajiet jadottaw dispożizzjonijiet ta’ ttikkettjar supplimentari sabiex jipproteġu lill-individwi li diġà huma sensitizzati għal sustanza kimika speċifika li tista’ tqajjem reazzjoni f’konċentrazzjoni baxxa ħafna. Għandhom jiġu introdotti rekwiżiti sabiex jiżdied l-isem ta’ din is-sustanza kimika fuq it-tikketta anki jekk tkun preżenti f’konċentrazzjoni baxxa ħafna f’taħlita. |
(5) |
It-terminoloġija tad-dispożizzjonijiet differenti fl-Annessi u ċerti kriterji tekniċi għandhom jiġu emendati wkoll sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni mill-operaturi u l-awtoritajiet ta’ infurzar, sabiex titjieb il-konsistenza tat-test legali u tiżdied il-kjarezza. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tas-sustanzi jistgħu jadattaw għad-dispożizzjonijiet ġodda tal-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi stipulat perjodu tranżitorju u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi diferita. Dan għandu jippermetti l-possibbiltà li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu applikati volontarjament qabel ma jiskadi l-perjodu tranżitorju. |
(7) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 25(5) huwa mħassar; |
(2) |
It-taqsima l-ġdida li ġejja (e) tiddaħħal fl-Artikolu 26(1):
|
(3) |
l-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(4) |
l-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
(5) |
l-Anness III huwa emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
(6) |
l-Anness IV huwa emendat skont l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
(7) |
l-Anness V huwa emendat skont l-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
(8) |
l-Anness VI huwa emendat skont l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament; |
(9) |
l-Annes VII huwa emendat skont l-Anness VII ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3, is-sustanzi u t-taħlitiet jistgħu, qabel l-1 ta’ Diċembru 2012 u l-1 ta’ Ġunju 2015 rispettivament, jiġu kklassifikati, ittikkettjati u ppakkjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat b’dan ir-Regolament.
2. Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3, is-sustanzi kklassifikati, ittikkettjati u ppakkettjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u mpoġġija fis-suq qabel l-1 ta’ Diċembru 2012, mhuwiex mitlub li jerġgħu jiġu ttikkettjati u ppakkettjati skont dan ir-Regolament sal-1 ta’ Diċembru 2014.
3. Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3, it-taħlitiet ikklassifikati, ittikkettjati u u ppakkettjati skont id-Direttiva 1999/45/KE (3) jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Ġunju 2015, mhuwiex mitlub li jerġgħu jiġu ttikkettjati u ppakkettjati skont dan ir-Regolament sal-1 ta’ Ġunju 2017.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika fir-rigward ta’ sustanzi mill-1 ta’ Diċembru 2012 u fir-rigward ta’ taħlitiet mill-1 ta’ Ġunju 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(2) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
ANNESS I
A. |
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija emendata kif ġej:
|
B. |
Il-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija emendata kif ġej:
|
C. |
Il-Parti 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija emendata kif ġej:
|
D. |
Il-Parti 4 mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija sostitwita b’dan li ġej: “4. PARTI 4: PERIKLI AMBJENTALI 4.1. Perikoluża għall-ambjent akkwatiku 4.1.1. Definizzjonijiet u Kunsiderazzjonijiet Ġenerali 4.1.1.1. Definizzjonijiet
4.1.1.2. Elementi bażiċi 4.1.1.2.0 Perikoluża għall-Ambjent Akkwatiku hu differenzjat f’:
4.1.1.2.1 L-elementi bażiċi użati għall-klassifikazzjoni abbażi tal-effetti ambjentali akkwatiċi huma:
4.1.1.2.2 Id-dejta preferibbilment għandha tinħareġ permezz tal-metodi tat-test standardizzati msemmija fl-Artikolu 8(3). Fil-prattika għandha tintuża wkoll dejta minn metodi tat-test oħra standardizzati bħalma huma metodi nazzjonali meta jitqiesu li huma ekwivalenti. Meta tkun disponibbli dejta valida minn ittestjar mhux standard u minn metodi li ma jużawx testijiet, dawn għandhom jiġu kkunsidrati fil-klassifikazzjoni, bil-kundizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa fit-Taqsima 1 tal-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Ġeneralment, kemm id-dejta dwar it-tossiċità tal-ilma frisk kif ukoll id-dejta dwar it-tossiċità tal-ispeċijiet tal-baħar ikunu kkunsidrati adatti għall-użu fil-klassifikazzjoni, bil-kondizzjoni li l-metodi tal-ittestjar użati jkunu ekwivalenti. Meta ma teżistix it-tali dejta, il-klassifikazzjoni għandha tiġi bbażata fuq l-aħjar dejta li teżisti. Ara wkoll il-Parti 1 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. 4.1.1.3. Kunsiderazzjonijiet oħra 4.1.1.3.1 Il-klassifikazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet għall-perikli ambjentali tirrikjedi l-identifikazzjoni tal-perikli li jippreżentaw fl-ambjent akkwatiku. L-ambjent akkwatiku jista’ jitqies f’termini tal-organiżmi akkwatiċi li jgħixu fl-ilma, u l-ekosistema akkwatika li jagħmlu parti minnha. Għalhekk, il-bażi tal-identifikazzjoni tal-perikli akuti (għal terminu ta’ żmien qasir) u fit-tul hija t-tossiċità akkwatika tas-sustanza jew tat-taħlita, għalkemm dan għandu jiġi modifikat billi titqies iżjed informazzjoni dwar id-degradazzjoni u l-imġiba tal-bijoakkumulazzjoni, jekk ikun opportun. 4.1.1.3.2 Filwaqt li s-sistema ta’ klassifikazzjoni tapplika għas-sustanzi u t-taħlitiet kollha, hu rikonoxxut li f’każijiet speċjali (pereżempju l-metalli) l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ħarġet gwida. 4.1.2. Kriterji dwar il-klassifikazzjoni tas-sustanzi 4.1.2.1. Is-sistema għall-klassifikazzjoni tirrikonoxxi li l-periklu intrinsiku għall-organiżmi akkwatiċi huwa rappreżentat mill-periklu akut kif ukoll dak fit-tul ta’ sustanza. Għall-periklu tat-tul, kategoriji separati ta’ periklu huma ddefiniti bħala rappreżentazzjoni ta’ gradazzjoni fil-livell ta’ periklu identifikat. L-iktar valur baxx tal-valuri disponibbli tat-tossiċità bejn u fil-livelli differenti trofiċi (ħut, krustaċji, algi/pjanti akkwatiċi) għandu jintuża normalment biex jiddefinixxi l-kategorija/i tal-periklu adattata/i. Jeżistu ċirkostanzi, madankollu, fejn approċċ tas-saħħa tal-evidenza huwa adattat. 4.1.2.2. Is-sistema ta’ klassifikazzjoni ewlenija għas-sustanzi hi magħmula minn kategorija ta’ klassifikazzjoni tal-periklu akuta u tliet kategoriji ta’ klassifikazzjoni tal-periklu fit-tul. Il-kategoriji ta’ klassifikazzjoni tal-periklu akuti u fit-tul huma applikati b’mod indipendenti. Il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ sustanza fil-Kategorija Akuta 1 huma definiti abbażi tad-dejta dwar it-tossiċità akuta akkwatika biss (EC50 jew LC50). Il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ sustanza fil-kategoriji Kronika 1 sa 3 isegwu approċċ maqsum fi stadji fejn l-ewwel pass huwa l-verifika ta’ jekk hemmx informazzjoni disponibbli dwar il-merti tat-tossiċità kronika fil-klassifikazzjoni tal-periklu fit-tul. Fin-nuqqas ta’ dejta adattata ta’ tossiċità kronika, il-pass sussegwenti huwa li jingħaqdu żewġ tipi ta’ informazzjoni, jiġifieri dejta dwar it-tossiċità akkwatika akuta u dejta dwar id-destin ambjentali (dejta dwar id-degradabbiltà u l-bijoakkumulazzjoni) (ara l-Figura 4.1.1). Figura 4.1.1 Kategoriji għal sustanzi perikolużi fit-tul għall-ambjent akkwatiku 4.1.2.4. Is-sistema tintroduċi wkoll klassifikazzjoni ta‘’ xibka tas-sigurtà’ (msejħa kategorija Kronika 4) biex tintuża’ meta d-dejta disponibbli ma tippermettix li ssir il-klassifikazzjoni skont il-kriterji formali għal akut 1 jew kronika minn 1 sa 3 iżda li dwarhom xorta hemm raġunijiet għal tħassib (ara l-eżempju fit-Tabella 4.1.0). 4.1.2.5. Sustanzi b’tossiċitajiet akuti sew taħt il-1 mg/l jew tossiċitajiet kroniċi taħt iż-0,1 mg/l (jekk jiddegradaw bil-mod) u ż-0,01 mg/l (jekk jiddegradaw malajr) jikkontribwixxu bħala komponenti ta’ taħlita għat-tossiċità tat-taħlita anki f’konċentrazzjoni baxxa u għandhom normalment jingħataw attenzjoni akbar meta jiġi applikat l-approċċ tal-addizzjoni tal-klassifikazzjoni (ara n-Nota 1 tat-Tabella 4.1.0 u t-Taqsima 4.1.3.5.5). 4.1.2.6. Il-kriterji għall-klassifikazzjoni u l-kategorizzazzjoni tas-sustanzi bħala li huma ‘perikolużi għall-ambjent akkwatiku’ huma mogħtija fil-qosor fit-Tabella 4.1.0. Tabella 4.1.0 Kategoriji ta’ klassifikazzjoni għal periklu għall-ambjent akkwatiku
Nota 1: Meta s-sustanzi jiġu klassifikati bħala Akuti fil-Kategorija 1 u/jew Kroniċi fil-Kategorija 1 huwa meħtieġ li fl-istess ħin jiġi indikat il-fattur(i) M adattat/i (ara t-Tabella 4.1.3). Nota 2: Il-klassifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ErC50 [= EC50 (rata ta’ tkabbir)]. F’ċirkostanzi fejn il-bażi tal-EC50 ma jkunx speċifikat jew fejn l-ebda ErC50 ma jkun irreġistrat, il-klassifikazzjoni għandha tiġi bbażata fuq l-iktar EC50 baxxa disponibbli. Nota 3: Meta ma tkun disponibbli l-ebda dejta bżonnjuża dwar id-degradabbiltà, jew determinata b’mod sperimentali jew permezz ta’ stima, is-sustanza għandha tiġi kkunsidrata bħala li ma tiddegradax malajr. Nota 4: ‘L-ebda tossiċità akuta’ għandha tkun meqjusa li tfisser li l-L(E)C50(s) hija/huma ‘l fuq mis-solubilità fl-ilma. Anki għas-sustanzi li ma jinħallux malajr fl-ilma, (solubilità fl-ilma < 1 mg/l), fejn hemm evidenza li t-test akut ma jkunx ta’ miżura vera tat-tossiċità intrinsika. 4.1.2.7. Tossiċità akkwatika 4.1.2.7.1 It-tossiċità akkwatika akuta hi normalment determinata permezz ta’ 96 siegħa LC50 fuq ħuta, 48 siegħa EC50 fuq speċi tal-krustaċji u/jew 72 jew 96 siegħa EC50 fuq speċijiet tal-alga. Dawn l-ispeċijiet jkopru firxa ta’ livelli trofiċi u gruppi tassonomiċi u huma meqjusa bħala sostituti għall-organiżmi akkwatiċi kollha. Id-dejta dwar speċi oħra (eż. Lemna spp.) għandha titqies ukoll jekk il-metodoloġija tat-test tkun adattata. It-testijiet tal-inibizzjoni tat-tkabbir tal-pjanti akkwatiċi normalment jitqiesu bħala testijiet kroniċi iżda għall-finijiet tal-klassifikazzjoni l-EC50s huma ttrattati bħala valuri akuti (ara n-Nota 2). 4.1.2.7.2 Biex tkun determinata t-tossiċità akkwatika kronika għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni d-dejta li ġiet iġġenerata skont il-metodi tat-test standardizzati msemmija fl-Artikolu 8(3) għandha tiġi aċċettata, kif ukoll riżultati miksuba minn metodi oħra ta’ test li huma validati u rikonoxxuti internazzjonalment. L-NOECs jew ECx ekwivalenti oħra (eż. EC10) għandhom jintużaw. 4.1.2.8. Bijoakkumulazzjoni 4.1.2.8.1 Il-bijoakkumulazzjoni ta’ sustanzi fl-organiżmi akkwatiċi tista’ twassal għal effetti tossiċi fuq perjodi ta’ żmien itwal anki meta l-konċentrazzjonijiet attwali tal-ilma jkunu baxxi. Għal sustanzi organiċi l-potenzjal għall-bijoakkumulazzjoni għandu normalment jiġi determinat permezz tal-koeffiċjent tad-diviżjoni tal-oktanol/ilma, normalment rappurtat bħala log Kow. Ir-relazzjoni bejn il-log Kow ta’ sustanza organika u l-bijokonċentrazzjoni tagħha kif imkejjel mill-fattur tal-bijokonċentrazzjoni (BCF) fil-ħut għandha appoġġ xjentifiku konsiderevoli mil-letteratura xjentifika. L-użu ta’ valur cut-off ta’ log Kow ≥ 4 hu maħsub biex jidentifika biss dawk is-sustanzi b’potenzjal reali ta’ bijokonċentrazzjoni. Filwaqt li dan jirrappreżenta potenzjal ta’ bijoakkumulazzjoni, BCF determinat b’mod sperimentali jipprovdi miżura aħjar u għandu jintuża bħala preferenza jekk ikun disponibbli. BCF fil-ħut ta’ ≥ 500 jindika potenzjal ta’ bijokonċentrazzjoni għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni. Jistgħu jiġu osservati ċerti relazzjonijiet bejn it-tossiċità kronika u l-potenzjal tal-bijoakkumulazzjoni, billi t-tossiċità hija relatata mal-piż tal-ġisem. 4.1.2.9. Degradabbiltà mgħaġġla tas-sustanzi organiċi 4.1.2.9.1 Is-sustanzi li jiddegradaw malajr jistgħu jitneħħew malajr mill-ambjent. Filwaqt li effetti ta’ tali sustanzi jistgħu jseħħu, speċjalment f’każ ta’ tixrid jew ta’ aċċident, dawn ikunu lokalizzati u ta’ dewmien qasir. Fin-nuqqas ta’ degradazzjoni mgħaġġla fl-ambjent, sustanza fl-ilma jkollha l-potenzjal li teżerċita tossiċità fuq medda temporali u spazjali wiesgħa. 4.1.2.9.2 Mod wieħed ta’ kif tintwera d-degradazzjoni mgħaġġla huwa billi jintużaw testijiet ta’ skrinjar tal-bijodegradazzjoni maħsuba biex jiġi determinat jekk sustanza organika hijiex ‘bijodegradabbli malajr’. Fejn tali dejta ma tkunx disponibbli, proporzjon ta’ BOD(ħamest ijiem)/COD ≥ 0,5 hu meqjus indikattiv ta’ degradazzjoni mgħaġġla. Għalhekk sustanza li tgħaddi mit-test tal-iskrinjar hija waħda meqjusa li x’aktarx tkun bijodegradabbli ‘malajr’ fl-ambjent akkwatiku, u għalhekk ma għandhiex tendenza li tkun persistenti. Iżda, falliment fit-test tal-iskrinjar mhux neċessarjament ifisser li s-sustanza mhix se tiddegrada malajr fl-ambjent. Evidenza oħra ta’ degradazzjoni mgħaġġla fl-ambjent tista’ għalhekk titqies ukoll u tista’ tkun ta’ importanza partikolari fejn is-sustanzi jkunu inibitorji għal attività mikrobjali fil-livelli ta’ konċentrazzjoni użati fl-ittestjar standard. Għalhekk kriterju ieħor ta’ klassifikazzjoni hu inkluż li jippermetti li tintuża d-dejta biex turi li s-sustanza ma tiddegradax effettivament b’mod bijotiku jew abijotiku fl-ambjent akkwatiku permezz ta’ > 70 % fi 28 jum. Għalhekk, jekk id-degradazzjoni tintwera taħt kundizzjonijiet li huma realistiċi għall-ambjent, mela l-kriterju ta’ ‘degradabbiltà mgħaġġla’ jintlaħaq. 4.1.2.9.3 Ħafna dejta dwar id-degradazzjoni hija disponibbli fil-forma ta’ nofs ħajjiet ta’ degradazzjoni u dawn jistgħu jintużaw biex jiddefenixxu d-degradazzjoni mgħaġġla dejjem jekk il-bijodegradazzjoni aħħarija tas-sustanza, jiġifieri mineralizzazzjoni sħiħa, tintlaħaq. Il-bijodegradazzjoni primarja normalment ma tkunx biżżejjed fl-evalwazzjoni tad-degradabbiltà mgħaġġla sakemm ma jintweriex li l-prodotti tad-degradazzjoni ma jilħqux il-kriterji dwar il-klassifikazzjoni bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku. 4.1.2.9.4 Il-kriterji użati jirriflettu l-fatt li d-degradazzjoni ambjentali tista’ tkun bijotika jew abijotika. L-idroliżi tista’ titqies jekk il-prodotti tal-idroliżi ma jilħqux il-kriterji dwar il-klassifikazzjoni bħala ta’ perikolu għall-ambjent akkwatiku. 4.1.2.9.5 Is-sustanzi huma meqjusa degradabbli malajr fl-ambjent jekk wieħed mill-kriterji li ġejjin huwa minnu:
4.1.2.10. Komposti u metalli inorganiċi 4.1.2.10.1 Għat-taħlitiet u l-metalli inorganiċi, il-kunċett tad-degradabbiltà kif applikat fuq il-komposti organiċi għandu tifsira limitata jew l-ebda tifsira. Pjuttost, dawn is-sustanzi jistgħu jiġu trasferiti permezz ta’ proċessi ambjentali normali biex iżidu jew inaqqsu l-bijodisponibbiltà tal-ispeċijiet tossiċi. Bl-istess mod, l-użu tad-dejta dwar il-bijoakkumulazzjoni għandu jiġi trattat b’attenzjoni (********). 4.1.2.10.2 Kompost u metalli inorganiċi li ma jinħallux malajr fl-ilma jistgħu jkunu tossiċi b’mod akut jew kroniku fl-ambjent akkwatiku skont it-tossiċità intrinsika tal-ispeċi inorganika li hija bijodisponibbli u r-rata u l-ammont ta’ din l-ispeċi li tidħol fit-taħlita. L-evidenza kollha għandha tiġi analizzata f’deċiżjoni tal-klassifikazzjoni. Dan ikun speċjalment veru fil-każ ta’ metalli li juru riżultati marġinali fil-Protokoll tat-Trasformazzjoni/Xoljiment. 4.1.3. Kriterji dwar il-klassifikazzjoni tat-taħlitiet 4.1.3.1. Is-sistema ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet tkopri l-kategoriji kollha ta’ klassifikazzjoni li huma użati għas-sustanzi, jiġifieri l-kategoriji Akuta 1 u Kronika minn 1 sa 4. Sabiex tintuża d-dejta kollha disponibbli għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-perikli ambjentali akkwatiċi tat-taħlita, dan li ġej hu applikat fejn adatt: Il-‘komponenti rilevanti’ ta’ taħlita huma dawk li huma kklassifikati bħala ‘Akuti 1’ jew ‘Kroniċi 1’ u huma preżenti f’konċentrazzjoni ta’ 0,1 % (w/w) jew aktar, u dawk li huma kklassifikati ‘Kroniċi 2’, ‘Kroniċi 3’ jew ‘Kroniċi 4’ u huma preżenti f’konċentrazzjoni ta’ 1 % (w/w) jew akbar, sakemm ma jkunx hemm suppożizzjoni (bħal fil-każ ta’ komponenti b’tossiċità għolja (ara t-Taqsima 4.1.3.5.5.5)) li komponent preżenti f’konċentrazzjoni aktar baxxa xorta jista’ jkun rilevanti għall-klassifikazzjoni tat-taħlita għall-perikli akkwatiċi ambjentali. Ġeneralment, għas-sustanzi kklassifikati bħala ‘Akuta 1’ jew ‘Kronika 1’ il-konċentrazzjoni li għandha titqies hija ta’ (0,1/M) %. (Għal spjegazzjoni tal-fattur M ara t-Taqsima 4.1.3.5.5.5). L-approċċ għall-klassifikazzjoni tal-perikli ambjentali akkwatiċi huwa maqsum fi stadji, u jiddependi fuq it-tip ta’ informazzjoni disponibbli għat-taħlita nfisha u għall-komponenti tagħha. Il-Figura 4.1.2 issemmi fil-qosor il-proċess li għandu jiġi segwit. L-elementi tal-approċċ fi stadji jinkludu:
Figura 4.1.2 Approċċ fi stadji dwar il-klassifikazzjoni tat-taħlitiet għal l-perikli akkwatiċi ambjentali akuti u fit-tul 4.1.3.3. Klassifikazzjoni tat-taħlitiet meta d-dejta dwar it-tossiċità tkun disponibbli għat-taħlita kompluta 4.1.3.3.1 Meta t-taħlita fit-totalità tagħha tkun ġiet ittestjata sabiex tiġi stabbilita t-tossiċità akkwatika tagħha, din l-informazzjoni tista’ tintuża għall-klassifikazzjoni tat-taħlita skont il-kriterji li ġew miftiehma rigward is-sustanzi. Il-klassifikazzjoni hija normalment ibbażata fuq id-dejta dwar il-ħut, il-krustaċji u l-algi/pjanti (ara t-Taqsimiet 4.1.2.7.1 u 4.1.2.7.2). Meta dejta adattata dwar it-tossiċità akuta jew kronika għat-taħlita kollha fil-ġeneralità tagħha tkun nieqsa, għandhom jiġu applikati l-‘prinċipji ta’ konnessjoni’ jew il-‘metodu tal-addizzjoni’ (ara t-Taqsimiet 4.1.3.4 u 4.1.3.5). 4.1.3.3.2 Il-klassifikazzjoni tal-periklu fit-tul ta’ taħlitiet teħtieġ informazzjoni addizzjonali dwar id-degradabbiltà u f’ċerti każijiet il-bijoakkumulazzjoni. It-testijiet ta’ degradabbiltà u bijoakkumulazzjoni għat-taħlitiet ma jintużawx billi ġeneralment ikun diffiċli li wieħed jinterpretahom, u dawn it-testijiet jistgħu jkunu rilevanti biss għal sustanzi uniċi. 4.1.3.3.3 Klassifikazzjoni għall-kategorija Akuta 1
4.1.3.3.4 Klassifikazzjoni għall-kategoriji Kronika 1, 2 u 3
4.1.3.3.5 Klassifikazzjoni għall-kategorija Kronika 4 Jekk minkejja dan ikun hemm raġunijiet għal tħassib: Ikklassifika t-taħlita bħala Kronika 4 (klassifikazzjoni tax-xibka tas-sigurtà) skont it-Tabella 4.1.0. 4.1.3.4. Klassifikazzjoni tat-taħlitiet meta d-dejta dwar it-tossiċità ma tkunx disponibbli għat-taħlita kollha: Prinċipji ta’ konnessjoni 4.1.3.4.1 Meta t-taħlita nnifisha ma ġietx ittestjata biex ikun determinat il-periklu akkwatiku ambjentali tagħha, iżda hemm biżżejjed dejta dwar il-komponenti individwali u taħlitiet simili ttestjati biex tikkaratterizzaw biżżejjed il-perikli tat-taħlita, din id-dejta għandha tintuża’ skont ir-regoli ta’ konnessjoni stabbiliti fit-Taqsima 1.1.3. Madankollu, b’relazzjoni mal-applikazzjoni tar-regola ta’ konnessjoni għad-dilwizzjoni, it-Taqsimiet 4.1.3.4.2 u 4.1.3.4.3 għandhom jintużaw. 4.1.3.4.2 Dilwizzjoni: jekk taħlita tiġi ffurmata billi tiġi dilwita taħlita jew sustanza oħra ttestjata klassifikata għall-periklu ambjentali akkwatiku tagħha b’diluwent li għandu klassifikazzjoni ta’ periklu akkwatiku ekwivalenti jew aktar baxx mill-komponent oriġinali l-inqas tossiku u li mhux mistenni li jaffettwa l-perikli akkwatiċi ta’ komponenti oħra, imbagħad it-taħlita tista’ tiġi klassifikata ekwivalenti għat-taħlita jew sustanza oriġinali ttestjata. Alternattivament, jista’ jiġi applikat il-metodu spjegat fit-Taqsima 4.1.3.5. 4.1.3.4.3 Jekk taħlita tiġi ffurmata billi tiġi dilwita taħlita jew sustanza oħra klassifikata mal-ilma jew materjal ieħor totalment mhux tossiku, it-tossiċità tat-taħlita tista’ tiġi kkalkulata mit-taħlita jew sustanza oriġinali. 4.1.3.5. Klassifikazzjoni tat-taħlitiet meta d-dejta dwar it-tossiċità tkun disponibbli għal xi uħud mill-komponenti jew għall-komponenti kollha tat-taħlita 4.1.3.5.1 Il-klassifikazzjoni ta’ taħlita hija bbażata fuq l-addizzjoni tal-konċentrazzjoni tal-komponenti klassifikati tagħha. Il-perċentwal tal-komponenti klassifikati bħala ‘Akuti’ jew ‘Kroniċi’ jiddaħħal direttament fil-metodu tal-addizzjoni. Id-dettalji dwar il-metodu tal-addizzjoni huma deskritti fit-Taqsima 4.1.3.5.5. 4.1.3.5.2 It-taħlitiet jistgħu jkunu magħmula minn kombinazzjoni taż-żewġ komponenti li huma kklassifikati (bħala Akuti 1 u/jew Kroniċi 1, 2, 3, 4) u oħrajn li għalihom hija disponibbli dejta adattata dwar it-test tat-tossiċità. Meta tkun disponibbli dejta adattata dwar it-tossiċità għal iktar minn komponent wieħed fit-taħlita, it-tossiċità kombinata ta’ dawk il-komponenti hija kkalkulata permezz tal-formuli ta’ addittività li ġejjin (a) jew (b), skont in-natura tad-dejta dwar it-tossiċità:
4.1.3.5.3 Meta tiġi applikata l-formula ta’ addittività għal parti tat-taħlita, ikun preferibbli li t-tossiċità ta’ din il-parti tat-taħlita tiġi kkalkulata permezz tal-valuri tat-tossiċità ta’ kull sustanza li jkunu konnessi mal-istess grupp tassonomiku (jiġifieri ħut, krustaċji, algi jew ekwivalenti) u mbagħad biex tintuża l-ogħla tossiċità (l-aktar valur baxx) miksuba (jiġifieri jintuża’ l-aktar grupp sensittiv mit-tliet gruppi tassonomiċi). Madankollu, meta ma tkun disponibbli ebda dejta dwar it-tossiċità ta’ kull komponent fl-istess grupp tassonomiku, il-valur ta’ tossiċità ta’ kull komponent jintgħażel bl-istess mod li jintgħażlu l-valuri tat-tossiċità għall-klassifikazzjoni tas-sustanzi, jiġifieri tintuża l-ogħla tossiċità (mill-organiżmu tat-test l-aktar sensittiv). It-tossiċità akuta u kronika kkalkulata mbagħad hija użata biex tevalwa jekk din il-parti tat-taħlita għandhiex tiġi klassifikata bħala Akuta 1 u/jew Kronika 1, 2 jew 3 permezz tal-istess kriterji deskritti għas-sustanzi. 4.1.3.5.4 Jekk taħlita tiġi klassifikata f’aktar minn mod wieħed, għandu jintuża l-metodu li jagħti l-aktar riżultat konservattiv. 4.1.3.5.5 Metodu tal-addizzjoni 4.1.3.5.5.1. Raġuni 4.1.3.5.5.1.1. Fil-każ tal-kategoriji tal-klassifikazzjoni tas-sustanzi fi Kronika 1 sa Kronika 3, il-kriterji sottostanti tat-tossiċità jvarjaw b’fattur ta’ 10 fit-trasferiment minn kategorija għall-oħra. Is-sustanzi b’klassifikazzjoni f’medda ta’ tossiċità għolja jistgħu għalhekk jikkontribwixxu għall-klassifikazzjoni ta’ taħlita f’medda iżjed baxxa. Il-kalkolu ta’ dawn il-kategoriji ta’ klassifikazzjoni għalhekk għandu jqis il-kontribut ta’ kwalunkwe sustanza kklassifikata bħala Kronika 1, 2 jew 3. 4.1.3.5.5.1.2. Meta taħlita jkun fiha komponenti klassifikati bħala Akuti 1 jew Kroniċi 1, għandha tingħata attenzjoni għall-fatt li dawk il-komponenti, meta t-tossiċità akuta tagħhom tkun taħt il-1 mg/l u/jew it-tossiċità kronika tkun inqas minn 0,1 mg/l (jekk ma jiddegradawx malajr) u 0,01 mg/l (jekk jiddegradaw malajr) jikkontribwixxu għat-tossiċità tat-taħlita anki f’konċentrazzjoni baxxa. Ingredjenti attivi fil-pestiċidi ħafna drabi jkun fihom dik it-tossiċità akkwatika qawwija iżda wkoll xi sustanzi oħra bħat-taħlitiet organometalliċi. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-applikazzjoni tal-limiti ġeneriċi ta’ konċentrazzjoni normali jistgħu jwasslu għal ‘klassifikazzjoni inqas’ tat-taħlita. Għalhekk, fatturi li jimmultiplikaw għandhom jiġu applikati biex jagħmlu tajjeb għall-komponenti tossiċi ħafna, kif deskritt fit-Taqsima 4.1.3.5.5.5. 4.1.3.5.5.2. Proċedura ta’ klassifikazzjoni 4.1.3.5.5.2.1. Ġeneralment klassifikazzjoni aktar severa għat-taħlitiet tegħleb klassifikazzjoni inqas severa, eż. klassifikazzjoni ta’ Kronika 1 tegħleb il-klassifikazzjoni ta’ Kronika 2. Konsegwentement, f’dan l-eżempju, il-proċedura ta’ klassifikazzjoni hi diġà lesta jekk ir-riżultat tal-klassifikazzjoni huwa Kronika 1. Klassifikazzjoni iżjed severa minn Kronika 1 mhix possibbli. Għalhekk mhux neċessarju li ssir il-proċedura ta’ klassifikazzjoni ulterjuri. 4.1.3.5.5.3. Klassifikazzjoni għall-kategorija Akuta 1 4.1.3.5.5.3.1. L-ewwel il-komponenti kollha kklassifikati bħala Akuti 1 huma kkunsidrati. Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet (f’%) ta’ dawn il-komponenti mmultiplikat bil-fatturi M korrispondenti tagħhom ikun ikbar minn 25 % it-taħlita kollha tkun klassifikata bħala Akuta 1. 4.1.3.5.5.3.2. Il-klassifikazzjoni tat-taħlitiet għal perikli akuti bbażata fuq din l-addizzjoni tal-komponenti klassifikati hija mniżżla fil-qosor fit-Tabella 4.1.1. Tabella 4.1.1 Klassifikazzjoni ta’ taħlita għal perikli akuti, fuq il-bażi tal-addizzjoni tal-komponenti klassifikati
4.1.3.5.5.4. Klassifikazzjoni għall-kategoriji Kronika 1, 2, 3 u 4 4.1.3.5.5.4.1. L-ewwelnett, jitqiesu l-komponenti kollha kklassifikati bħala Kroniċi 1. Jekk it-total ta’ dawn il-konċentrazzjonijiet (f’%) ta’ dawn il-komponenti mmultiplikat bil-fatturi M korrispondenti jkun daqs jew akbar minn 25 % it-taħlita tiġi klassifikata bħala Kronika 1. Jekk ir-riżultat tal-kalkolu huwa klassifikazzjoni tat-taħlita bħala Kronika 1 l-proċedura ta’ klassifikazzjoni hi mitmuma. 4.1.3.5.5.4.2. F’każijiet fejn it-taħlita ma tkunx ikklassifikata bħala Kronika 1, tiġi meqjusal-klassifikazzjoni tat-taħlita bħala Kronika 2. Taħlita tiġi klassifikata bħala Kronika 2 jekk 10 darbiet is-somma tal-konċentrazzjonijiet (f’%) tal-komponenti kollha klassifikati bħala Kroniċi 1 mmultiplikati bil-fatturi M korrispondenti tagħhom flimkien mat-total tal-konċentrazzjonijiet (f’%) tal-komponenti kollha klassifikati bħala Kroniċi 2 jkun daqs jew akbar minn 25 %. Jekk ir-riżultat tal-kalkolu jkun klassifikazzjoni tat-taħlita bħala Kronika 2, il-proċess ta’ klassifikazzjoni jkun mitmum. 4.1.3.5.5.4.3. F’każijiet fejn it-taħlita mhix klassifikata la bħala Kronika 1 u lanqas bħala Kronika 2, il-klassifikazzjoni tat-taħlita bħala Kronika 3 tiġi meqjusa. Taħlita tiġi klassifikata bħala Kronika 3 jekk 100 darba t-total tal-konċentrazzjonijiet (f’%) tal-komponenti kollha klassifikati bħala Kroniċi 1 mmultiplikati bil-fatturi M korrispondenti tagħhom flimkien ma’ 10 darbiet it-total tal-konċentrazzjonijiet (f’%) tal-komponenti kollha klassifikati Kroniċi 2 flimkien mat-total tal-konċentrazzjonijiet (f’%) tal-komponenti kollha klassifikati bħala Kroniċi 3 hu ≥ 25 %. 4.1.3.5.5.4.4. Jekk it-taħlita xorta ma tkunx ikklassifikata bħala Kronika 1, 2 jew 3, il-klassifikazzjoni tat-taħlita bħala Kronika 4 għandha titqies. Taħlita tiġi klassifikata bħala Kronika 4 jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet (f’%) tal-komponenti klassifikati bħala Kroniċi 1, 2, 3 u 4 ikun daqs jew akbar minn 25 %. 4.1.3.5.5.4.5. Il-klassifikazzjoni tat-taħlitiet għall-perikli fit-tul, abbażi ta’ din l-addizzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-komponenti klassifikati, hi mogħtija fil-qosor fit-Tabella 4.1.2. Tabella 4.1.2 Klassifikazzjoni ta’ taħlita għal perikli tat-tul, fuq il-bażi tal-addizzjoni tal-komponenti klassifikati
4.1.3.5.5.5. Taħlitiet b’komponenti tossiċi ħafna 4.1.3.5.5.5.1. Komponenti fil-Kategorija Akuti 1 u Kroniċi 1 b’tossiċitajiet inqas minn 1 mg/l u/jew tossiċitajiet kroniċi inqas minn 0,1 mg/l (jekk ma jiddegradawx malajr) u 0,01 mg/l (jekk jiddegradaw malajr) jikkontribwixxu għat-tossiċità tat-taħlita anki f’konċentrazzjoni baxxa u normalment għandhom jingħataw konsiderazzjoni akbar meta jiġi applikat l-approċċ tal-addizzjoni tal-klassifikazzjoni. Meta taħlita jkun fiha l-komponenti kklassifikati bħala Akuti jew Kroniċi 1, wieħed minn dawn li ġejjin għandu jiġi applikat:
Tabella 4.1.3 Fatturi multiplikanti għal komponenti tossiċi ħafna ta’ taħlitiet
4.1.3.6. Klassifikazzjoni ta’ taħlitiet mingħajr ebda informazzjoni li tista’ tintuża 4.1.3.6.1. F’każ li ma tkun disponibbli l-ebda informazzjoni li tista’ tintuża 'dwar il-periklu akkwatiku akut u/jew fit-tul għal wieħed jew aktar mill-komponenti rilevanti, hu konkluż li t-taħlita ma tistax tiġi attribwita f’kategorija definittiva tal-periklu waħda jew iżjed. F’din is-sitwazzjoni t-taħlita għandha tiġi klassifikata abbażi tal-komponenti magħrufa biss, bid-dikjarazzjoni addizzjonali fuq it-tikketta u fl-SDS li: ‘Fiha x % ta’ komponenti b’perikli mhux magħrufa għall-ambjent akkwatiku’. 4.1.4. Komunikazzjoni dwar il-Periklu 4.1.4.1. L-elementi tat-tikketta għandhom jintużaw għal sustanzi jew taħlitiet li jilħqu l-kriterji dwar il-klassifikazzjoni f’din il-klassi ta’ periklu skont it-Tabella 4.1.4. Tabella 4.1.4 Elementi tat-tikketta għal dawk perikolużi għall-ambjent akkwatiku
|
E. |
Il-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 hija sostitwita b’dan li ġej: “5. PARTI 5: PERIKLI ADDIZZJONALI 5.1. Perikolużi għas-saff tal-ożonu 5.1.1. Definizzjonijiet u kunsiderazzjonijiet ġenerali 5.1.1.1. Il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP) huwa kwantità integrattiva, differenti għal kull speċi ta’ sors tal-alokarbonju, li jirrappreżenta l-estent tat-tnaqqis tal-ożonu fl-istratorsfera mistenni mill-alokarbonju fuq bażi skont kull massa fir-rigward tas-CFC-11. Id-definizzjoni formali tal-ODP hija l-proporzjon ta’ perturbazzjonijiet integrati għall-ożonu kollu, għal emissjoni differenzjali tal-massa ta’ kompost partikolari li hija relattiva għal emissjoni ekwivalenti ta’ CFC-11. Sustanza Perikoluża għas-Saff tal-Ożonu tfisser sustanza li, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli li tirrigwarda l-karatteristiċi tagħha u d-destin u l-aġir ambjentali previst jew osservat tagħha tista’ tippreżenta periklu lill-istruttura u/jew il-funzjonament tas-saff stratosferiku tal-ożonu. Dan jinkudi sustanzi li huma mniżżla fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (*********). 5.1.2. Kriterji dwar il-klassifikazzjoni tas-sustanzi 5.1.2.1. Sustanza għandha tiġi klassifikata bħala Perikoluża għas-Saff tal-Ożonu (il-Kategorija 1) jekk l-evidenza disponibbli li tirrigwarda l-karatteristiċi tagħha u d-destin u l-aġir ambjentali previst jew osservat tagħha jindikaw li tista’ tippreżenta periklu lill-istruttura u/jew lill-funzjonament tas-saff stratosferiku tal-ożonu. 5.1.3. Kriterji dwar il-klassifikazzjoni tat-taħlitiet 5.1.3.1. It-taħlitiet għandhom jiġu klassifikati bħala Perikolużi għas-Saff tal-Ożonu (il-Kategorija 1) fuq il-bażi tal-konċentrazzjoni individwali tas-sustanza/i li jkun fihom li huwa klassifikati wkoll bħala Perikolużi għas-Saff tal-Ożonu (il-Kategorija 1), skont it-Tabella 5.1. Tabella 5.1 Limiti ġeneriċi ta’ konċentrazzjoni għal sustanzi (f’taħlita), kklassifikati bħala li Jagħmlu Ħsara lis-Saff tal-Ożonu (il-Kategorija 1), li jiskattaw il-klassifikazzjoni tat-taħlita bħala li Tagħmel Ħsara lis-Saff tal-Ożonu (il-Kategorija 1)
5.1.4. Komunikazzjoni dwar il-Periklu 5.1.4.1. L-elementi tat-tikketta għandhom jintużaw għal sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji dwar il-klassifikazzjoni f’din il-klassi ta’ periklu skont it-Tabella 5.2 Tabella 5.2 Elementi tat-tikketta għal dawk perikolużi għas-Saff tal-Ożonu
|
(***) ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1.”
(****) Il-konċentrazzjonijiet tal-gass huma espressi f’partijiet kull miljun kull volum (ppmV).
(*****) Preżentement, mudelli tal-annimali rikonoxxuti u validati għall-ittestjar tal-ipersensittività respiratorja mhumiex disponibbli. F’ċerti ċirkustanzi, dejta minn studji fuq l-annimali tista’ tipprovdi informazzjoni importanti f’valutazzjoni tas-saħħa tal-evidenza.
(********) Inħarġet gwida speċifika mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi dwar kif din id-dejta għal dawn is-sustanzi tista’ tintuża sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-kriterji tal-klassifikazzjoni.
(1) Għal spjegazzjoni tal-fattur M, ara 4.1.3.5.5.5.
(2) Għal spjegazzjoni tal-fattur M, ara 4.1.3.5.5.5.
(3) Ma jiddegradawx malajr.
(4) Jiddegradaw malajr.
ANNESS II
L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Fil-Parti 3, it-Taqsima 3.2.2.1, hija sostitwita b’dan li ġej:
|
ANNESS III
L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti 1 għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(2) |
Fil-Parti 2, it-Tabella 2.3 hija mħassra; |
(3) |
Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:
|
ANNESS IV
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Fil-Parti 2, it-Tabella 1.5, id-dikjarazzjoni ta’ prekawzjoni li ġejja hija miżjuda wara l-Kodiċi P501:
|
ANNESS V
L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-pittogrammi tal-periklu għal kull klassi ta’ periklu, differenzjazzjoni ta’ klassi ta’ periklu u kategorija ta’ periklu għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness u tal-Anness I, it-Taqsima 1.2 u jikkonformaw, f’termini ta’ simboli u format ġenerali, mal-kampjuni murija.” |
(2) |
Il-Parti 2, it-Taqsima 2.3 hija emendata kif ġej:
|
(3) |
Fil-Parti 2, it-Taqsima 2.4, il-kolonna 2, il-kliem “Sensitazzjoni respiratorja, kategorija ta’ periklu 1” huma sostitwiti b“Sensitizzazzjoni tal-ġilda, kategoriji ta’ periklu 1, 1 A, 1B” |
(4) |
Fil-Parti 3, il-pittogramma GHS09 hija sostitwita bil-pittogramma li ġejja: “GHS09 ” |
(5) |
Il-Parti 4 il-ġdida li ġejja hija miżjuda: “4. PARTI 4: PERIKLI ADDIZZJONALI 4.1. Simbolu: punt esklamattiv
|
ANNESS VI
L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Il-Parti 3, hija emendata kif ġej:
|
ANNESS VII
L-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:
Fit-Tabella 1.1, l-aħħar ringiela, id-dikjarazzjoni tal-periklu “EUH059” hija sostitwita b“H420”.