ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.080.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 80

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
26 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/186/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2010 li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, tal-Ftehim Interim dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, minn naħa l-oħra, u l-Iskambju ta’ Ittri li jemenda l-Ftehim Interim fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 296/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

2

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima ( 1 )

5

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 298/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 299/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

11

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 300/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għad-disa’ stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/187/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-approvazzjoni ta' miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f'ċerti żoni fl-Irlanda u r-Renju Unit (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1825)  ( 1 )

15

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

 

2011/188/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ

19

Ftehim Proviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan min-naħa l-oħra

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

26.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Ġunju 2010

li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, tal-Ftehim Interim dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, minn naħa l-oħra, u l-Iskambju ta’ Ittri li jemenda l-Ftehim Interim fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi

(2011/186/Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sa meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-25 ta’ Mejju 1998, huwa meħtieġ li jkun approvat il-Ftehim Interim dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fl-10 ta’ Novembru 1999 (“il-Ftehim Interim”) (1),

(2)

L-Artikolu 31 tal-Ftehim Interim għandu jiġi emendat biex jikkunsidra l-lingwi uffiċjali l-ġodda tal-Unjoni mill-iffirmar tal-Ftehim Interim, bl-Iskambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Interim dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn aħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi (“l-Iskambju ta’ Ittri”) (2),

(3)

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, tal-Ftehim Interim, l-Annessi tiegħu, il-Protokoll u d-dikjarazzjonijiet, u l-Iskambju ta’ Ittri, għandha tiġi approvata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu uniku

Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u f’isimha, tal-Ftehim Interim dwar kummerċ u affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, flimkien mal-Annessi, il-Protokoll u d-dikjarazzjonijiet tiegħu, u l-Iskambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Interim dwar kummerċ u affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u t-Turkmenistan, minn naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi, huwa b’dan approvat.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Ara paġna 21 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ara paġna 40 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


REGOLAMENTI

26.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 296/2011

tal-25 ta’ Marzu 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2011/178/PESK tat-23 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2011/178/PESK tipprevedi, inter alia, miżuri restrittivi ulterjuri fil-konfront tal-Libja, inkluż projbizzjoni ta' titjiriet fl-ispazju tal-ajru Libjan, projbizzjoni fuq inġenji tal-ajru Libjani fl-ispazju tal-ajru tal-Unjoni, u dispożizzjonijiet ulterjuri fir-rigward tal-miżuri introdotti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (2), inkluż dispożizzjoni biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri ma jaffettwawx il-ħidmiet umanitarji fil-Libja.

(2)

Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa biex jiġu implimentati, b'mod partikolari bl-għan li jiġi żgurat li jiġu applikati b'mod uniformi mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (3) għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

il-provvediment, b'mod dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (*) (Lista Militari Komuni) jew relatata mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ oġġetti inklużi f’dik il-lista, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja jew għall-użu fil-Libja;

(b)

il-provvediment, b'mod dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja jew għall-użu fil-Libja;

(c)

il-provvediment, b'mod dirett jew indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatat(a) mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jew fl-Anness I, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għal kwalunkwe provvediment ta’ għajnuna teknika relatata lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja jew għall-użu fil-Libja;

(d)

il-provvediment, b'mod dirett jew indirett, ta’ għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, servizzi ta’ senserija jew servizzi ta’ trasport marbuta mal-provvista ta’ persunal merċenarju armat fil-Libja jew għall-użu fil-Libja;

(e)

il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet imsemmija fih ma għandhomx japplikaw għall-provvediment ta' għajnuna teknika, finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati ma' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal finijiet umanitarji jew użu protettiv, jew għal bejgħ jew forniment ieħor ta' armi u materjal relatat, kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw il-forniment ta' għajnuna teknika, finanzjament u għajnuna finazjarja relatati mat-tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, taħt tali kondizzjonijiet li jqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv.

4.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw il-provvediment lil persuni, entitajiet jew korpi fil-Libja ta’ għajnuna teknika, finanzjament u għajnuna finanzjarja relatat mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, jew relatat ma' tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, meta l-awtorità kompetenti tkun tqis li din l-awtorizzazzjoni tkun meħtieġa għall-protezzjoni ta' nies ċivili u ta' żoni b'popolazzjoni ċivili fil-Libja li jkunu taħt theddida ta’ attakk, bil-kondizzjoni li, fil-każ tal-provvediment ta' għajnuna relatata ma' oġġetti jew teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, l-Istat Membru kkonċernat ikun ta notifika minn qabel lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

5.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-ħwejjeġ protettivi, inklużi sdieri rinfurzati bil-metall u elmi, esportati b'mod temporanju fil-Libja mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u ta' żvilupp u persunal assoċjat għall-użu tagħhom personali biss.

(*)  ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.”."

(2)

L-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla:

“Artikolu 4a

1.   Għandu jkun ipprojbit li inġenji tal-ajru jew trasportaturi tal-ajru reġistrati fil-Libja, jew li jkunu l-proprjetà ta' jew operati minn ċittadini jew entitajiet Libjani:

(a)

itiru fuq it-territorju tal-Unjoni;

(b)

jagħmlu waqfiet fit-territorju tal-Unjoni għal kwalunkwe skop; jew,

(c)

joperaw xi servizz tal-ajru minn jew lejn l-Unjoni,

ħlief fil-każ meta t-titjira partikolari tkun ġiet approvata minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, jew fil-każ ta’ nżul ta’ emerġenza.

2.   Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 4b

1.   Għandu jkun ipprojbit li inġenji tal-ajru jew trasportaturi tal-ajru fl-Unjoni, jew li jkunu l-proprjetà ta' jew operati minn ċittadini jew entitajiet tal-Unjoni, jew ta’ entitajiet inkorporati jew ikkostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru:

(a)

itiru fuq it-territorju tal-Libja;

(b)

jagħmlu waqfiet fit-territorju tal-Libja għal kwalunkwe skop; jew,

(c)

joperaw xi servizz tal-ajru minn jew lejn il-Libja.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika f’każ ta' titjiriet:

(i)

li l-uniku skop tagħhom ikun umanitarju, bħall-forniment jew l-iffaċilitar tat-forniment ta' għajnuna, inklużi provvisti mediċi, ikel, ħaddiema umanitarji u għajnuna relatata;

(ii)

għal evakwazzjonijiet mil-Libja;

(iii)

awtorizzati permezz tal-paragrafu 4 jew 8 tal-UNSCR 1973 (2011); jew,

(iv)

meqjusin mill-Istati Membri, li jaġixxu taħt l-awtorizzazzjoni mogħtija fil-paragrafu 8 tal-UNSCR 1973 (2011), bħala meħtieġa għall-benefiċċju tal-poplu Libjan.

3.   Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1.”.

(3)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-Anness II għandu jinkludi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi nnominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011) jew il-paragrafu 19, 22 jew 23 tal-UNSCR 1973 (2011).

2.   L-Anness III għandu jikkonsisti f'persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi mhux koperti mill-Anness II, li, f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK ġew identifikati mill-Kunsill bħala persuni u entitajiet involuti jew kompliċi fil-kmand, il-kontroll, jew inkella d-direzzjoni, il-kummissjoni ta’ abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż billi jkunu involuti jew kompliċi fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-tmexxija ta’ attakki, bi ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż il-bumbardamenti mill-ajru, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili, jew bħala persuni, entitajiet jew korpi li jkunu awtoritajiet Libjani, jew bħala persuni, entitajiet jew korpi li kisru jew għenu fil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1970 (2011) jew UNSCR 1973 (2011) jew ta' dan ir-Regolament, jew bħala persuni, entitajiet jew korpi li jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta’ kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn ta' hawn fuq, jew entitajiet jew korpi li jkunu l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew minn persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II.”.

(4)

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 6a

Fir-rigward ta’ persuni, entitajiet u korpi mhux innominati fl-Annessi II jew III, li fihom ikollhom sehem persuna, entità jew korp innominati f'dawk l-Annessi, l-obbligu li jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-persuna, l-entità jew il-korp innominati ma għandux jipprevjeni tali persuni, entitajiet jew korpi mhux innominati milli jwettqu negozju leġittimu sakemm dan in-negozju ma jinvolvix li jsiru disponibbli xi fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuna, entità jew korp innominati.”.

(5)

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 8a

Bħala deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jkunu l-proprjetà ta' persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jkunu jqisu xierqa, meta huma jqisu li jkun meħtieġ għal skopijiet umanitarji, bħall-forniment ta’ għajnuna, inklużi provvisti mediċi, ikel, il-forniment tal-elettriku, ħaddiema umanitarji u għajnuna relatata, jew evakwazzjonijiet mil-Libja. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt dan l-Artikolu.”.

(6)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

L-ebda pretensjoni, inklużi dawk għal kumpens jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kienet affettwata, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi b'konformità mal-UNSCR 1970 (2011) jew UNSCR 1973 (2011), inklużi miżuri tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe Stat Membru f’konformità ma’, kif rikjest bi, jew b’konnessjoni ma’, l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jew miżuri koperti b'dan ir-Regolament, ma għandhom jiġu sodisfatti favur l-awtoritajiet Libjani, jew favur kwalunkwe persuna, entità jew korp li tressaqhom f’isimhom jew għall-benefiċċju tagħhom.

M'għandha tinħoloq l-ebda responsabbiltà min-naħa ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fir-rigward ta' azzjonijiet imwettqa minnhom f'bona fede fl-implimentazzjoni tal-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament.”.

(7)

Fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1), ir-referenza għall-Artikolu 4 hija sostitwita b'referenza għall-Artikolu 5.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 78, 24.3.2011, p. 24.

(2)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

(3)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.


26.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 297/2011

tal-25 ta’ Marzu 2011

li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa għal ikel u għalf importati minn pajjiż terz biex tkun imħarsa s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwali.

(2)

Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw fil-Ġappun bħal ħalib u spinaċi jaqbżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Din il-kontaminazzjoni tista’ tkun ta’ theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk huwa xieraq li bħala miżura ta’ prekawzjoni jittieħdu miżuri fil-livell tal-Unjoni biex tkun żgurata s-sigurtà tal-għalf u l-ikel, inklużi ħut u prodotti tal-ħut, li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun. Peress li l-aċċident għadu mhux ikkontrollat, f’dan l-istadju huwa xieraq li l-ittestjar meħtieġ qabel l-esportazzjoni japplika għal għalf u ikel li joriġina mill-prefetturi affettwati b’żona ta' lqugħ u ttestjar każwali tal-għalf u l-ikel tal-importazzjonijiet li joriġinaw mit-territorju kollu tal-Ġappun.

(3)

Il-livelli massimi ġew stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (2), ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 tat-12 ta’ April 1989 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’oġġetti tal-ikel ta’ importanza minuri wara inċident nukleari jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (3) u Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta’ Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (4).

(4)

Dawn il-livelli massimi jistgħu jidħlu fis-seħħ wara li l-Kummissjoni tkun infurmata b’aċċident nukleari u jkun ippruvat li hemm ċans li jintlaħqu jew ikunu ntlaħqu l-livelli massimi permessi ta' kontaminazzjoni radjoattiva f’oġġetti tal-ikel u f’għalf skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta’ Diċembru 1987 dwar arranġamenti tal-Komunita għal skambju kmieni ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika (5) jew skont il-Konvenzjoni tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tas-26 ta’ Settembru 1986 dwar notifikazzjoni ta’ aċċident nukleari kmieni. Sadanittant huwa xieraq li jintużaw dawn il-livelli massimi stabbiliti minn qabel bħala valuri ta’ referenza biex tkun iġġudikata l-aċċettabilità tat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf.

(5)

L-awtoritajiet Ġappuniżi infurmaw lis-servizzi tal-Kummissjoni li qed isir l-ittestjar xieraq fuq prodotti tal-ikel mir-reġjun affettwat esportati mill-Ġappun

(6)

Flimkien mal-ittestjar magħmul mill-awtoritajiet Ġappuniżi, huwa xieraq li jsiru kontrolli każwali fuq it-tali importazzjonijiet.

(7)

Huwa xieraq li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati analitiċi kollha permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) u s-sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni Radjoloġika Urġenti tal-Unjoni Ewropea (ECURIE). Il-miżuri se jkunu vvalutati mill-ġdid abbażi ta’ dawn ir-riżultati analitiċi.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti tal-għalf u tal-ikel skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 3954/87 li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, għajr għal prodotti li telqu mill-Ġappun qabel it-28 ta’ Marzu 2011 u għal prodotti li nħasdu u/jew ġew ipproċessati qabel il-11 ta' Marzu 2011.

Artikolu 2

Attestazzjoni

1.   Il-kunsinni kollha tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.   Il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li jaqgħu barra l-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (6) għandhom jiġu introdotti fl-UE permezz ta' punt ta' dħul magħżul (minn hawn 'il quddiem “PDM”) fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3 (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (7).

3.   Kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun akkumpanjata b'dikjarazzjoni, li tafferma li

il-prodott ġie maħsud u/jew ipproċessat qabel il-11 ta' Marzu 2011, jew

il-prodott joriġina minn prefettura għajr Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamagata, Niigata, Nagano, Yamanashi, Saitama, Tokyo u Chiba, jew

f'każ li l-prodott joriġina mill-prefetturi Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Yamagata, Niigata, Nagano, Yamanashi, Saitama, Tokyo u Chiba, il-prodott ma fihx livelli ta' radjonuklidi jodju-131, ċeżju-134 and ċeżju-137 aktar mil-livelli massimi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta' Diċembru 1987, ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 tat-12 ta' April 1989 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta' Marzu 1990.

4.   Il-mudell tad-dikjarazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 huwa stipulat fl-Anness. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant awtorizzat tal-awtoritajiet Ġappuniżi kompetenti u għandha għall-prodotti li jaqgħu taħt it-tielet inċiż tal-paragrafu 3, tkun akkumpanjata minn rapport analitiku.

Artikolu 3

Identifikazzjoni

Kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun identifikata permezz ta' kodiċi li għandu jkun indikat fuq id-dikjarazzjoni, jew fuq ir-rapport analitiku li jinkludi r-riżultati tat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi, ċertifikat tas-saħħa u fuq dokumenti kummerċjali oħra li jakkumpanjaw il-kunsinna.

Artikolu 4

Notifika minn qabel

Operaturi tan-negozji tal-ikel u l-għalf jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jagħtu notifika minn qabel tal-wasla ta' kull kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, minn tal-inqas jumejn tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna, lill-awtoritajiet kompetenti fuq il-Post tal-Ispezzjoni fuq il-Fruntiera (minn hawn 'il quddiem “PIF”) jew fil-PDM.

Artikolu 5

Kontrolli Uffiċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-PIF jew tal-PDM għandhom iwettqu verifiki tad-dokumenti u tal-identità fuq il-kunsinni kollha ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1, u verifiki fiżiċi, inkluża analiżi laboratorja, fuq il-preżenza ta' jodju-131, ċeżju-134 u ċeżju-137, fuq minn tal-inqas 10 % ta' kunsinni bħal dawn tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2 (3), it-tielet inċiż u fuq minn tal-inqas 20 % ta' kunsinni bħal dawn tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2 (3) it-tieni inċiż.

2.   Il-kunsinni għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali, għal massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol, sakemm ikunu disponibbli r-riżultati tal-analiżi laboratorja.

3.   Ir-rilaxx tal-kunsinni għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel u l-għalf jew mir-rappreżentant tagħhom lill-awtoritajiet doganali tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Anness, li tkun ġiet approvata kif xieraq mill-awtorità kompetenti fil-PIF jew fil-PDM, li tagħti prova li l-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 twettqu u li r-riżultati mill-verifiki fiżiċi, fejn saru tali verifiki, kienu favorevoli.

Artikolu 6

Kostijiet

Il-kostijiet kollha li jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 5(1) u 5(2) u kwalunkwe miżura li tittieħed wara li jkun hemm nuqqas ta' konformità, għandhom ikunu responsabbiltà tal-operatur tan-negozju tal-ikel u l-għalf.

Artikolu 7

Prodotti li ma jkunux konformi

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 l-affarijiet tal-ikel u tal-għalf li ma jkunux konformi mal-livelli massimi permessi msemmija fl-Anness mar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87, ir-Regolament (Euratom) Nru 944/89 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 ma għandhomx jitqiegħdu fuq is-suq u għandhom jintremew b'mod sikur jew jintbagħtu lura fil-pajjiż tal-oriġini.

Artikolu 8

Rapporti

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'mod regolari permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) u s-sistema tal-Iskambju ta' Informazzjoni Radjoloġika Urġenti tal-Unjoni Ewropea (ECURIE) bir-riżultati analitiċi kollha miksuba.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u l-perjodu ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ sat-30 ta' Ġunju 2011. Ir-Regolament għandu jiġi rivedut kull xahar abbażi tar-riżultati analitiċi miksuba.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u jkun applikabbli b'mod dirett fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11.

(3)  ĠU L 101, 13.4.1989, p. 17.

(4)  ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78.

(5)  ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76.

(6)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(7)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


ANNESS

Image

Test ta 'immaġni

26.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 298/2011

tal-25 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

ET

73,9

IL

82,8

JO

71,2

MA

57,2

TN

115,9

TR

81,4

ZZ

80,4

0707 00 05

EG

170,1

TR

144,5

ZZ

157,3

0709 90 70

MA

33,7

TR

129,5

ZA

49,8

ZZ

71,0

0805 10 20

EG

52,6

IL

77,9

MA

53,5

TN

58,7

TR

74,0

ZZ

63,3

0805 50 10

EG

66,4

TR

51,7

ZZ

59,1

0808 10 80

AR

86,0

BR

79,5

CA

106,9

CL

89,4

CN

89,7

MK

47,7

US

140,9

UY

64,5

ZA

94,2

ZZ

88,8

0808 20 50

AR

92,9

CL

82,7

CN

55,6

US

79,9

ZA

92,6

ZZ

80,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


26.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 299/2011

tal-25 ta’ Marzu 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 295/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 79, 25.3.2011, p. 11.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-26 ta’ Marzu 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

51,49

0,00

1701 11 90  (1)

51,49

0,00

1701 12 10  (1)

51,49

0,00

1701 12 90  (1)

51,49

0,00

1701 91 00  (2)

49,96

2,48

1701 99 10  (2)

49,96

0,00

1701 99 90  (2)

49,96

0,00

1702 90 95  (3)

0,50

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


26.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 300/2011

tal-25 ta’ Marzu 2011

dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għad-disa’ stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2010 (2) fetaħ il-bejgħ taċ-ċereali permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fid-dawl tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu bi tweġiba għal stediniet individwali għal sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa għal kull ċereali u għal kull Stat Membru prezz minimu tal-bejgħ jew tiddeċiedi li ma tiffissahx.

(3)

Fuq il-bażi tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu għad-disa’ stedina individwali għal sejħa għall-offerti, ġie deċiż li għandu jkun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għal ċertu ċereali u għal ċerti Stati Membri u ma għandux ikun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għal ċereali oħra u għal Stati Membri oħra.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għad-disa’ stedina individwali għal sejħa għall-offerti għall-bejgħ taċ-ċereali fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fir-rigward ta’ liema, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ sejħiet għall-offerti skada fit-23 ta’ Marzu 2011, id-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull ċereali u għal kull Stat Membru huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 41.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


ANNESS

Deċiżjonijiet dwar bejgħ

(EUR/tunnellata)

Stat Membru

Il-prezz minimu tal-bejgħ

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrun

Kodiċi tan-NM 1001 90

Kodiċi tan-NM 1003 00

Kodiċi tan-NM 1005 90 00

Il-Belġju

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

X

Id-Danimarka

X

X

X

Il-Ġermanja

X

172,51

X

L-Estonja

X

X

X

L-Irlanda

X

X

X

Il-Ġreċja

X

X

X

Spanja

X

X

X

Franza

X

°

X

L-Italja

X

X

X

Ċipru

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

Il-Litwanja

X

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

L-Ungerija

X

X

X

Malta

X

X

X

Il-Pajjiżi l-Baxxi

X

X

X

L-Awstrija

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

Is-Slovakkja

X

X

X

Il-Finlandja

X

°

X

L-Isvezja

X

X

Ir-Renju Unit

X

X

L-ebda prezz minimu tal-bejgħ iffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

°

L-ebda offerta

X

L-ebda ċereali ma huma disponibbli għall-bejgħ

#

Mhux applikabbli


DEĊIŻJONIJIET

26.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta' Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-approvazzjoni ta' miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f'ċerti żoni fl-Irlanda u r-Renju Unit

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1825)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/187/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta' April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b'konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (2), tippermetti li ċerti Stati Membri japplikaw restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' kunsinni ta' dawk l-annimali sabiex jevitaw l-introduzzjoni ta' ċertu mard fit-territorju tagħhom, sakemm l-Istati Membri jkunu wrew li t-territorju tagħhom, jew ċerti żoni demarkati tat-territorju tagħhom, huma ħielsa minn mard bħal dan jew li jkunu stabbilixxew programm ta' qerda biex ikun hemm ħelsien minn dan il-mard.

(2)

Mill-2008 'l hawn, kien hemm żieda fl-imwiet ta' gajdri tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) f'diversi żoni fl-Irlanda, fi Franza u fir-Renju Unit. L-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi li saru fl-2009, issuġġerew li razza li kienet ġiet skoperta reċentement ta' ostreid herpesvirus-1 (OsHV-1), jiġifieri l-OsHV-1 μνar, kellha rwol prinċipali fiż-żieda fl-imwiet.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2010 tat-2 ta' Marzu 2010 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta' miżuri għall-kontroll taż-żieda fl-imwiet fost il-gajdri tal-ispeċi Crassostrea gigas b'rabta mas-sejbien tal-Ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) (3), kien adottat bil-għan li jitwaqqaf it-tixrid tal-OsHV-1 μνar Dan introduċa miżuri għall-kontroll tat-tixrid tal-marda u japplika sat-30 ta' April 2011.

(4)

Fis-27 ta' Ottubru 2010, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni xjentifika dwar l-avvenimenti ta' żieda fl-imwiet fost il-gajdri tal-Paċifiku, Crassostrea gigas  (4) (l-opinjoni tal-EFSA). F'dik l-opinjoni, l-EFSA tikkonkludi li l-OsHV-1, kemm ir-razza ta' referenza u kemm il-varjant il-ġdid μ (μνar) tal-herpesvirus tal-gajdri, kienu ġew assoċjati ma' livelli għolja ta' mwiet ta' larvi tal-gajdri tal-Paċifiku u ta' gajdri tal-Paċifiku li jkun għadhom jikbru u li l-evidenza disponibbli tissuġġerixxi li infezzjoni bl-OsHV-1 hija kawża neċessarja iżda tista' ma tkunx l-unika kawża, billi jidher li fatturi oħra huma importanti. L-opinjoni tal-EFSA tikkonkludi wkoll li l-OsHV-1 tidher li hi r-razza virali dominanti fit-tfaqqigħ tal-imwiet miżjuda bejn l-2008 u l-2010, għalkemm mhuwiex ċar jekk dan huwiex riżultat ta' virulenza miżjuda jew fatturi epidemjoloġiċi oħra.

(5)

Fl-2010, l-Irlanda, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit stabbilixxew programmi għas-sejbien minn kmieni tal-OsHV-1 μνar u applikaw ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq iċ-ċaqliq li huma stipulati f'dan ir-Regolament (UE) Nru 175/2010. Ir-riżultat tas-sorveljanza li twettqet minn dawk l-Istati Membri fil-qafas ta' dawk il-programmi, jissuġġerixxi li xi partijiet mill-Unjoni huma ħielsa mill-OsHV-1 μνar.

(6)

L-Irlanda u r-Renju Unit ssottomettew programmi ta' sorveljanza lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont id-Direttiva 2006/88/KE (il-programmi ta' sorveljanza). Il-programmi ta' sorveljanza huma maħsuba biex juru li ż-żoni fejn ma nstabx l-OsHV-1 μνar huma ħielsa minn dan il-virus u biex jipprevjenu l-introduzzjoni tiegħu f'dawn iż-żoni.

(7)

Skont il-programmi ta' sorveljanza, l-Irlanda u r-Renju Unit se japplikaw il-miżuri bażiċi ta' bijosigurtà kontra l-OsHV-1 μνar, li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2006/88/KE u sorveljanza mmirata. Barra minn hekk, dawn se japplikaw restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq tal-gajdri tal-Paċifiku fiż-żoni kollha koperti mill-programmi ta' sorveljanza.

(8)

Ir-restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq stabbiliti fil-programmi ta' sorveljanza se jkunu limitati għall-gajdri tal-Paċifiku maħsuba għal żoni fejn jitrabbew u jinżammu l-gajdri, u għal ċentri ta' dispaċċ, ċentri ta' purifikazzjoni jew negozji simili li mhumiex mgħammra b'sistemi ta' trattament tal-effluwent li jnaqqsu r-riskju tat-trażmissjoni tal-mard fl-ilmijiet naturali għal-livell aċċettabbli.

(9)

Il-konklużjonijiet tal-opinjoni tal-EFSA u d-dejta epidemjoloġika tal-2010 jissuġġerixxu li t-tixrid tal-OsHV-1 μνar f'żoni li huma ħielsa mill-virus huwa probabbli li jikkawża mwiet miżjuda u telf sussegwenti kbir lill-industrija tal-gajdri tal-Paċifiku.

(10)

Konsegwentement, huwa xieraq li jiġu applikati restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq tal-gajdri tal-Paċifiku f'żoni li huma koperti mill-programmi ta' sorveljanza, sabiex tiġi pprevenuta l-introduzzjoni tal-OsHV-1 μνar f'dawk iż-żoni. Għal raġunijiet ta' ċarezza u simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ir-rekwiżiti rispettivi dwar it-tqegħid fis-suq għandhom jiġu inklużi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta' speċi li jgħaddu l-mard (5).

(11)

Il-programmi ta' sorveljanza għandhom għalhekk jiġu approvati.

(12)

Billi l-OsHV-1 μνar hija marda emerġenti, li fir-rigward tagħha għad hemm ħafna inċertezzi, ir-restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq stabbiliti fil-programmi ta' sorveljanza approvati b'din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu evalwati mill-ġdid u l-adegwatezza u n-neċessità tagħhom għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid meta jkun xieraq. Għalhekk, ir-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw biss għal perjodu limitat ta' żmien. Barra minn hekk, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom jibagħtu rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tar-restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq u s-sorveljanza li tkun qed issir.

(13)

Kull suspett dwar il-preżenza tal-OsHV-1 μνar f'żoni koperti mill-programmi ta' sorveljanza għandu jiġi investigat u waqt l-investigazzjoni għandhom jiġu applikati ċerti restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq kif stabbilit fid-Direttiva 2006/88/KE biex jiġu protetti Stati Membri oħra b'miżuri approvati nazzjonali fir-rigward tal-OsHV-1 μνar. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni mill-ġdid tal-miżuri nazzjonali approvati, kull konferma sussegwenti ta' mard għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

(14)

Id-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(15)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/221/UE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-kontenut u l-ambitu

Din id-Deċiżjoni tapprova l-miżuri nazzjonali tal-Istati Membri elenkati fl-Annessi I, II u III tagħha għal-limitazzjoni tal-impatt u t-tixrid ta' ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u fl-annimali akkwatiċi selvaġġi skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE.”

(2)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Approvazzjoni tal-programmi ta' sorveljanza nazzjonali fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar)

1.   Il-programmi ta' sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpes virus 1 μνar (OsHV-1 μνar) adottat mill-Istati Membri elenkati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness III fir-rigward taż-żoni elenkati fir-raba’ kolonna tiegħu (il-programmi ta' sorveljanza), huma approvati.

2.   Għal perjodu li jdum sat-30 ta' April 2013, l-Istati Membri elenkati fit-tabella fl-Anness III jistgħu jitolbu li l-kunsinni li jiġu introdotti f'żona elenkata fir-raba’ kolonna ta' dak l-Anness ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

kunsinni ta' gajdri tal-Paċifiku maħsuba għal żoni fejn jitrabbew u jinżammu l-gajdri, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar it-tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(b)

kunsinni ta' gajdri tal-Paċifiku għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar it-tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, meta tali kunsinni jkunu maħsuba għal ċentri tad-dispaċċ, tal-purifikazzjoni jew negozji simili qabel il-konsum mill-bniedem li mhumiex mgħammra b'sistema ta' trattament tal-effluwent ivvalidata mill-awtorità kompetenti li:

(i)

tirrendi inattivi l-virusijiet b'involukru; jew

(ii)

tnaqqas ir-riskju li l-mard jiġi trażmess fl-ilma naturali għal-livell aċċettabbli.”

(3)

L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Rappurtar

1.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri elenkati fl-Annessi I u II għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali approvati msemmija fl-Artikoli 2 u 3.

2.   Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri elenkati fl-Anness III għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali approvati msemmija fl-Artikolu 3a.

3.   Ir-rapporti previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu mill-inqas informazzjoni aġġornata dwar:

(a)

ir-riskji sinifikanti għas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura, jew tal-annimali akkwatiċi selvaġġi ppreżentati mill-mard, li għalih japplikaw il-miżuri nazzjonali, u n-neċessità u l-adegwatezza ta' dawk il-miżuri;

(b)

il-miżuri nazzjonali li ttieħdu sabiex jinżamm l-istatus ta' ħelsien mill-mard, inkluż kwalunkwe ttestjar li twettaq; l-informazzjoni li tikkonċerna dan l-ittestjar trid tiġi pprovduta bl-użu tal-formola li sservi ta' mudell stabbilita fl-Anness VI mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE (*);

(c)

l-evoluzzjoni tal-programm ta' qerda jew ta' sorveljanza, inkluż kull test li jkun twettaq; l-informazzjoni li tikkonċerna dan l-ittestjar trid tiġi pprovduta bl-użu tal-formula li sservi ta' mudell stabbilita fl-Anness VI mad-Deċiżjoni 2009/177/KE.

(*)  ĠU L 63, 7.3.2009, p. 15.”"

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Suspett u sejbien tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f'żoni bi programmi ta' sorveljanza

1.   Fejn Stat Membru li hu elenkat fl-Anness III ikollu suspett dwar il-preżenza tal-OsHV-1 μνar f'żona li hija elenkata fir-raba’ kolonna ta' dak l-Anness, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri li tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 28, l-Artikolu 29(2),(3) u (4) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/88/KE.

2.   Fejn l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma l-iskoperta tal-OsHV-1 μνar fiż-żoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan, u bi kwalunkwe miżuri li jittieħdu għat-trażżin u l-kontroll ta' dik il-marda.”

(5)

Jiżdied l-Anness III il-ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Mejju 2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7.

(3)  ĠU L 52, 3.3.2010, p. 1.

(4)  EFSA Journal 2010;8(11):1894.

(5)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.


ANNESS

“ANNESS III

L-Istati Membri u żoni bi programmi ta' sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar), u li huma approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali biex jikkontrollaw din il-marda skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

Marda

Stat Membru

Kodiċi

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni b’miżuri nazzjonali approvati (Stati Membri, żoni u kompartamenti)

L-Ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar)

l-Irlanda

IE

Kompartament 1: Il-bajjiet ta' Sheephaven uGweedore.

Kompartament 2: Il-bajja ta' Gweebara.

Kompartament 3: Il-bajjiet ta' Drumcliff, Killala, Broadhaven u Blacksod.

Kompartament 4: Il-bajjiet ta' Ballinakill u Streamstown.

Kompartament 5: Il-bajjiet ta' Bertraghboy u Galway.

Kompartament 6: L-estwarju tax-Shannon u l-bajjiet ta' Poulnasharry, Askeaton u Ballylongford.

Kompartament 7: Il-bajja ta' Kenmare.

Kompartament 8: Il-bajja ta' Dunmanus.

Kompartament 9: Il-bajjiet ta' Kinsale u Oysterhaven.

ir-Renju Unit

UK

It-terrotorju kollu tar-Renju Unit barra il-bajja ta' Whitestable, Kent.

It-territorju kollu tal-Irlanda ta' Fuq, barra il-bajja ta' Killough, Lough Foyle u Carlington Lough.”


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

26.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Lulju 2009

dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ

(2011/188/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagarfu tal-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Sa meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-25 ta’ Mejju 1998, huwa meħtieġ li jkun approvat f’isem il-Komunità Ewropea, il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fl-10 ta’ Novembru 1999.

(2)

L-Artikolu 31 ta’ dak il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ għandu jiġi emendat biex jikkunsidra l-lingwi uffiċjali l-ġodda tal-Komunità mill-iffirmar tal-Ftehim, permezz tal-Iskambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, flimkien mal-Annessi tiegħu, il-Protokoll u d-dikjarazzjonijiet, u l-Iskambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi, li jemenda l-Arikolu 31 ta’ dak il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ, huma b’dan approvati f’isem il-Komunità Ewropea.

Dawn it-testi huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw l-Iskambju ta’ Ittri f’isem il-Komunità Ewropea.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 32 tal-Ftehim Temporanju f’isem il-Komunità Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


TRADUZZJONI

FTEHIM PROVIŻORJU

dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan min-naħa l-oħra

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, minn issa ‘il quddiem imsejħin “il-Komunità”,

minn naħa waħda, u

T-TURKMENISTAN,

min-naħa l-oħra,

BILLI ġie inizjalat Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan min-naħa l-oħra fl-24 ta’ Mejju 1997;

BILLI l-għan tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni huwa li jsaħħaħ u jkabbar ir-relazzjonijiet stabbiliti preċedentement, b’mod partikolari bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika ffirmat fit-18 ta’ Diċembru 1989;

BILLI jeħtieġ li jiġi żgurat żvilupp rapidu tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-Partijiet;

BILLI għal dan l-għan jeħtieġ li jiġu implimentati malajr kemm jista’ jkun, permezz ta’ Ftehim Proviżorju, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ;

BILLI d-dispożizzjonijiet imsemmijin għandhom, kif meħtieġ, jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika;

BILLI jeħtieġ li jiġi żgurat illi sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni u l-istabbiliment tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika jista’ jeżerċita l-poteri assenjati mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Proviżorju;

IDDEĊIDEW li jikkonkludu dan il-Ftehim u għal dan l-għan ħatru bħala l-plenipotenzjarji tagħhom:

Il-KOMUNITÀ EWROPEA:

IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR:

IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA:

IT-TURKMENISTAN:

LI, wara li skambjaw il-Pjeni Poteri tagħhom, li nstabu li kienu f’forma tajba u korretta,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TITOLU I

PRINĊIPJI ĠENERALI

[FSK Turkmenistan: Titolu I]

Artikolu 1

[FSK Turkmenistan: Artikolu 2]

Ir-rispett għad-demokrazija u għad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem, kif definiti fil-Dikjarazzjoni universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, fl-Att Finali ta’ Ħelsinki u fil-Karta ta’ Pariġi għal Ewropa Ġdida, kif ukoll il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq, inklużi dawk imniżżla fid-dokumenti tal-Konferenza ta’ Bonn dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (CSCE), isejsu l-politika interna u esterna tal-Partijiet u jikkostitwixxu element essenzjali ta’ dan il-Ftehim.

TITOLU II

KUMMERĊ F’MERKANZIJA

[FSK Turkmenistan: Titolu III]

Artikolu 2

[FSK Turkmenistan: Artikolu 7]

1.   Il-Partijiet għandhom jikkonċedu lil xulxin it-trattament ta’ nazzjon l-aktar favorit fl-oqsma kollha rigward:

dazji doganali u imposti applikati fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, inkluż il-metodu ta’ ġbir ta’ tali dazji u imposti;

dispożizzjonijiet relatati mal-approvazzjoni doganali, it-transitu, l-imħażen u t-trasbord;

taxxi u imposti interni oħra ta’ kull tip applikati direttament jew indirettament għal merkanzija importata;

metodi ta’ ħlas u t-trasferiment ta’ tali ħlasijiet relatati ma’ kummerċ f’merkanzija;

ir-regoli relatati mal-bejgħ, ix-xiri, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu ta’ merkanzija fis-suq domestiku.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw għal:

(a)

il-vantaġġi mogħtijin bl-għan li tinħoloq unjoni doganali jew żona ta’ kummerċ ħieles jew għall-ħolqien ta’ tali unjoni jew żona;

(b)

il-vantaġġi mogħtija lil pajjiżi partikolari skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u skont arranġamenti internazzjonali oħra favur pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

(ċ)

il-vantaġġi konċessi lil pajjiżi li jmissu magħhom sabiex jiffaċilitaw it-traffiku fil-fruntieri.

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw, matul perijodu transitorju li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1998, għall-vantaġġi definiti fl-Anness I mogħtija mit-Turkmenistan lil stati oħra li rriżultaw mix-xoljiment tal-URSS.

Artikolu 3

[FSK Turkmenistan: Artikolu 8]

1.   Il-Partijiet jaqblu li l-prinċipju ta’ transitu liberu huwa kondizzjoni essenzjali għall-ilħuq tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim.

F’konnessjoni ma’ dan kull Parti għandha tiżgura transitu mingħajr restrizzjoni permezz ta’ jew minn ġot-territorju tagħha ta’ merkanzija li toriġina fit-territorju doganali tal-parti l-oħra jew destinata għat-territorju doganali tal-Parti l-oħra.

2.   Ir-regoli deskritti fl-Artikolu V, il-paragrafi 2, 3, 4 u 5 tal-GATT huma applikabbli bejn il-Partijiet.

3.   Ir-regoli li jinsabu f’dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal kull regola speċjali relatata ma’ setturi speċifiċi, b’mod partikolari bħalma hu t-trasport, jew prodotti miftiehma bejn il-Partijiet.

Artikolu 4

[FSK Turkmenistan: Artikolu 9]

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-ammissjoni temporanja ta’ merkanzija, li jorbtu ż-żewġ Partijiet, kull Parti għandha wkoll tagħti lill-Parti l-oħra eżenzjoni mill-imposti u d-dazji fuq merkanzija ammessa temporanjament fil-każijiet u skont il-proċeduri stipulati minn kwalunkwe konvenzjoni internazzjonali oħra dwar din il-materja li torbotha, f’konformità mal-leġislazzjoni tagħha. Għandhom jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet taħt liema l-obbligi li jirriżultaw minn din il-konvenzjoni jkunu ġew aċċettati mill-Parti in kwestjoni.

Artikolu 5

[FSK Turkmenistan: Artikolu 10]

1.   Merkanzija li toriġina fit-Turkmenistan għandha tiġi importata fil-Komunità libera mir-restrizzjonijiet kwantitattivi u minn miżuri ta’ effett ekwivalenti, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 10 u 11 ta’ dan il-Ftehim.

2.   Merkanzija li toriġina fil-Komunità għandha tiġi importata fit-Turkmenistan libera mir-restrizzjonijiet kwantitattivi kollha u minn miżuri ta’ effett ekwivalenti, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 10 u 11 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 6

[FSK Turkmenistan: Artikolu 11]

Il-merkanzija għandha tiġi nnegozjata bejn il-Partijiet bi prezzijiet relatati mas-suq.

Artikolu 7

[FSK Turkmenistan: Artikolu 12]

1.   Fejn xi prodott ikun qed jiġi importat fit-territorju ta’ xi wieħed mill-Partijiet fi kwantitajiet hekk miżjuda jew taħt kondizzjonijiet li joħolqu jew jheddu li joħolqu ħsara lill-produtturi domestiċi ta’ prodotti simili jew ta’ prodotti direttament kompetittivi, il-Komunità jew it-Turkmenistan, skont min ikun konċernat, jista’ jieħu l-miżuri addattati skont il-proċeduri u l-kondizzjonijiet li ġejjin.

2.   Qabel jittieħdu xi miżuri, jew fil-każi li għalihom japplika l-paragrafu 4, kemm jista’ jkun malajr wara, il-Komunità jew it-Turkmenistan, skont il-każ, għandhom jipprovdu lill-Kumitat Konġunt l-informazzjoni rilevanti kollha bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet kif previst fit-Titolu IV.

3.   Jekk, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ma jilħqux ftehim fi żmien 30 jum mir-riferiment lill-Kumitat Konġunt dwar azzjonijiet sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni, il-Parti li tkun talbet għall-konsultazzjonijiet għandha tkun libera li tirrestrinġi l-importazzjoni tal-prodotti involuti safejn u sakemm u għat-tul taż-żmien li jkun meħtieġ għall-prevenzjoni jew ir-rimedju tal-ħsara, jew li tadotta miżuri xierqa oħra.

4.   F’ċirkostanzi kritiċi fejn id-dewmien x’aktarx li jikkawża ħsara li tkun diffiċli tissewwa, il-Partijiet jistgħu jieħdu l-miżuri qabel il-konsultazzjonijiet, bil-kondizzjoni li għandhom jiġu offruti konsultazzjonijiet immedjatament wara li tittieħed din l-azzjoni.

5.   Fil-għażla tal-miżuri skont dan l-Artikolu, il-Partijiet għandhom jagħtu prijorità lil dawk li joħolqu l-inqas tfixkil għall-ksib tal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.

6.   Xejn f’dan l-Artikolu m’għandu jippreġudika jew b’xi mod jaffettwa t-teħid minn kwalunkwe Parti, ta’ miżuri anti-dumping jew miżuri korrettivi skont l-Artikolu VI tal-GATT 1994, il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994, il-Ftehim dwar Sussidji u Miżuri Korrettivi jew il-leġislazzjoni interna relatata ma’ dan.

Artikolu 8

[FSK Turkmenistan: Artikolu 13]

Il-Partijiet jimpenjaw lilhom infushom li jikkunsidraw l-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet f’dan il-Ftehim dwar il-kummerċ f’merkanzija bejniethom, skont kif jippermettu ċ-ċirkostanzi, inkluża s-sitwazzjoni li tinħoloq mill-adeżjoni futura tat-Turkmenistan għall-WTO. Il-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 17 jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar dawn l-iżviluppi tal-Partijiet li jistgħu jidħlu fis-seħħ, meta aċċettati, bis-saħħa ta’ ftehim bejn il-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.

Artikolu 9

[FSK Turkmenistan: Artikolu 14]

Il-Ftehim m’għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew merkanzija fi transitu ġġustifikati abbażi ta’ moralità pubblika, ordni pubbliku jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti; il-protezzjoni tar-riżorsi naturali; il-protezzjoni ta’ teżori nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali jew kummerċjali jew ir-regoli relatati mad-deheb u l-fidda. Tali projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet m’għandhomx, madankollu, jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija dwar il-kummerċ bejn il-Partijiet.

Artikolu 10

[FSK Turkmenistan: Artikolu 15]

Dan it-Titolu m’għandux japplika għall-kummerċ fi prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63 tan-Nomenklatura Kombinata. Il-kummerċ f’dawn il-prodotti għandu jkun regolat bi ftehim separat, inizjalat fit-30 ta’ Diċembru 1995 u applikat proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 1996.

Artikolu 11

[FSK Turkmenistan: Artikolu 16]

1.   Il-kummerċ fil-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandu jiġi regolat mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5.

2.   Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ kuntatt dwar materji dwar il-faħam u l-azzar, li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità minn naħa waħda, u rappreżentanti tat-Turkmenistan min-naħa l-oħra.

Il-grupp ta’ kuntatt għandu jiskambja informazzjoni, fuq bażi regolari, dwar il-materji kollha tal-faħam u l-azzar li huma ta’ interess għall-Partijiet.

Artikolu 12

[FSK Turkmenistan: Artikolu 17]

Il-kummerċ f’materjali nukleari ser isir skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Jekk meħtieġ, il-kummerċ f’materjali nuklejari għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ Ftehim speċifiku li għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u t-Turkmenistan.

TITOLU III

ĦLASIJIET, KOMPETIZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET EKONOMIĊI OĦRA

[FSK Turkmenistan: Titolu IV]

Artikolu 13

[FSK Turkmenistan: Artikolu 39(1)]

Il-Partijiet jimpenjaw lilhom infushom li jawtorizzaw, f’munita faċilment konvertibbli, kull ħlas kurrenti bejn residenti tal-Komunità u tat-Turkmenistan konnessi mal-moviment ta’ merkanzija, magħmula skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 14

[FSK Turkmenistan: Artikolu 41(4)]

Il-Partijiet jaqblu li jeżaminaw metodi sabiex japplikaw il-liġijiet rispettivi tagħhom dwar il-kompetizzjoni fuq bażi miftiehma f’dawk il-każijiet li jolqtu l-kummerċ ta’ bejniethom.

Artikolu 15

[FSK Turkmenistan: Artikolu 40(1)]

Skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Anness II, it-Turkmenistan għandu jkompli jtejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali sabiex tipprovdi, sal-aħħar tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, livell ta’ protezzjoni simili għal dak previst fil-Komunità b’atti Komunitarji, b’ mod partikolari dawk imsemmija fl-Anness II, inklużi mezzi effettivi għall-infurzar ta’ tali drittijiet.

Artikolu 16

L-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali bejn l-awtoritajiet tal-Partijiet għandha ssir skont il-Protokoll anness ma’ dan il-Ftehim.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U FINALI

[FSK Turkmenistan: Titolu XI]

Artikolu 17

Il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika ffirmat fit-18 ta’ Diċembru 1989 għandu jwettaq il-kompiti assenjati lilu b’dan il-Ftehim sakemm jiġi stabbilit il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni previst fl-Artikolu 77 tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni.

Artikolu 18

Il-Kumitat Konġunt jista’, għall-finijiet tal-ilħuq tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim, jagħmel rakkomandazzjonijiet fil-każijiet previsti fih.

Huwa għandu jfassal ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet.

Artikolu 19

[FSK Turkmenistan: Artikolu 81]

Meta jeżamina kwalunkwe kwistjoni fi ħdan il-qafas ta’ dan il-Ftehim fir-rigward ta’ dispożizzjoni li tirreferi għal Artikolu ta’ wieħed mill-Ftehimiet li jistabbilixxu d-WTO, il-Kumitat Konġunt għandu jieħu kont sakemm ikun possibbli tal-interpretazzjoni li ġeneralment tingħata lill-Artikolu in kwistjoni mill-Membri tad-WTO.

Artikolu 20

[FSK Turkmenistan: Artikolu 85]

1.   Fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim, kull Parti timpenja lilha nfisha li tiżgura li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess liberu minn kull diskriminazzjoni fir-rigward taċ-ċittadini nazzjonali tagħha għall-qrati kompetenti u l-organi amministrattivi tal-Partijiet sabiex jiddefendu d-drittijiet individwali tagħhom u d-drittijiet tal-proprjetà tagħhom, inklużi dawk relatati mal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali.

2.   Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Partijiet:

għandhom jinkoraġġixxu l-adozzjoni tal-arbitraġġ biex jissolva tilwim li jirriżulta minn transazzjonijiet kummerċjali u ta’ kooperazzjoni konklużi minn operaturi ekonomiċi tal-Komunità u dawk tat-Turkmenistan;

jiftiehmu li fejn jiġi sottomess tilwim għall-arbitraġġ, kull parti fit-tilwim tista’, għajr fejn ir-regoli taċ-ċentru magħżul tal-arbitraġġ magħżul mill-partijiet jipprevedi mod ieħor, tagħżel l-arbitratur tagħha, irrispettivament miċ-ċittadinanza tiegħu, u li t-tielet arbitratur li jippresjiedi jew l-arbitratur waħdieni jista’ jkun ċittadin ta’ Stat terz;

għandhom jirrakkomandaw li l-operaturi ekonomiċi tagħhom jagħżlu b’kunsens reċiproku l-liġi applikabbli għall-kuntratti tagħhom;

għandhom jinkoraġġixxu li jintużaw ir-regoli tal-arbitraġġ elaborati mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Internazzjonali tal-Kummerċ (Uncitral) u arbitraġġ minn kwalunkwe ċentru ta’ stat firmatarju għall-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta’ Sentenzi tal-Arbitraġġ Esteri li saret fi New York fl-10 ta’ Ġunju 1958.

Artikolu 21

[FSK Turkmenistan: Artikolu 86]

Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jtellef Parti milli tieħu kwalunkwe miżura:

(a)

li tqis neċessarja għall-prevenzjoni tal-iżvelar ta’ informazzjoni kontra l-interessi essenzjali tagħha ta’ sigurtà;

(b)

li huma relatati mal-produzzjoni ta’, jew il-kummerċ f’armi, munizzjon jew materjal tal-gwerra jew riċerka, żvilupp jew produzzjoni meħtieġa għal finijiet ta’ difiża, dment li l-miżuri ma jolqtux ħażin il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni rigward prodotti li mhumiex intenzjonati għal finijiet speċifikament militari;

(ċ)

li tikkunsidra essenzali għas-sigurtà tagħha nfisha fil-każ ta’ disturbi serji interni li jaffettwaw iż-żamma tal-liġi u tal-ordni, fi żmien ta’ gwerra jew ta’ tensjoni internazzjonali serja li tikkostwixxi theddida ta’ gwerra jew sabiex twettaq l-obbligi li tkun aċċettat bil-għan li tinżamm il-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

(d)

li tikkunsidra meħtieġa sabiex tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha u l-impenji fil-kontroll ta’ merkanzija u tekonoloġija industrijali ta’ użu doppju.

Artikolu 22

[FSK Turkmenistan: Artikolu 87]

1.   Fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċjali inkluża fihom:

l-arranġamenti applikati mit-Turkmenistan fir-rigward tal-Komunità m’għandhomx jirriżultaw fi kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, iċ-ċittadini tagħhom jew il-kumpanniji u d-ditti tagħhom;

l-arranġamenti applikati mill-Komunità fir-rigward tat-Turkmenistan m’għandhomx jirriżultaw fi kwalunkwe diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini Turkmeni jew il-kumpanniji jew id-ditti Turkmeni.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-leġislazzjoni fiskali tagħhom għal persuni li jħallsu t-taxxa u li ma jkunux f’sitwazzjonijiet identiċi rigward il-post ta’ residenza tagħhom.

Artikolu 23

[FSK Turkmenistan: Artikolu 88]

1.   Kull Parti tista’ tirreferi lill-Kumitat Konġunt kull tilwim rigward l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jsolvi t-tilwim permezz ta’ rakkommandazzjoni.

3.   Fil-każ li ma jkunx possibbli li jiġi solvut it-tilwim skont il-paragrafu 2, kull waħda mill-Partijiet tista’ tinnotifika lill-oħra bil-ħatra ta’ konċiljatur; il-Parti l-oħra għandha mbagħad taħtar it-tieni konċiljatur fi żmien xahrejn.

Il-Kumitat Konġunt għandu jaħtar it-tielet konċiljatur.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konċiljaturi għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx jorbtu lill-Partijiet.

Artikolu 24

[FSK Turkmenistan: Artikolu 89]

Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw mill-ewwel skont il-mezzi xierqa fuq talba ta’ wieħed mill-Partijiet biex jiddiskutu kwalunkwe materja li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew aspetti rilevanti oħra tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhom bl-ebda mod jaffettwaw u huma mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7, 23 u 28.

Artikolu 25

[FSK Turkmenistan: Artikolu 90]

It-trattament mogħti lit-Turkmenistan hawnhekk m’għandu fl-ebda każ ikun aktar favorevoli minn dak mogħti mill-Istati Membri lil xulxin.

Artikolu 26

[FSK Turkmenistan: Artikolu 92]

Sakemm il-materji koperti b’dan il-Ftehim ikunu koperti bit-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija u bil-Protokolli tiegħu, dan it-Trattat u dawn il-Protokolli għandhom japplikaw mad-dħul fis-seħħ tagħhom għal dawn il-materji iżda biss safejn din l-applikazzjoni tkun prevista fihom.

Artikolu 27

1.   Dan il-Ftehim għandu jkun applikabbli sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li ġie inizjalat fl-24 ta’ Mejju 1997.

2.   Kull Parti tista’ tirrinunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim ma jibqax japplika sitt xhur wara d-data ta’ tali notifika.

Artikolu 28

[FSK Turkmenistan: Artikolu 94]

1.   Il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim. Huma għandhom jaraw li l-objettivi stabbiliti fil-Ftehim jintlaħqu.

2.   Jekk waħda mill-Partijiet taħseb li l-parti l-oħra naqset milli tissodisfa obbligu taħt il-Ftehim, tistà tieħu l-miżuri xierqa. Qabel ma tagħmel hekk, ħlief f’każi ta’ urġenza speċjali, trid tipprovdi lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni rilevanti kollha għal eżami sħiħ tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.

Fil-għażla ta’ dawn il-miżuri, għandha tingħata prijorità lil dawk illi jfixklu l-inqas il-funzjonament tal-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati immedjatament lill-Kumitat Konġunt jekk il-Parti l-oħra titlob hekk.

Artikolu 29

[FSK Turkmenistan: Artikolu 95]

L-Annessi I u II u l-Protokoll dwar assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali għandhom ikunu parti integrali ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 30

[FSK Turkmenistan: Artikolu 97]

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom jiġu applikati t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dawk it-Trattati u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tat-Turkmenistan.

Artikolu 31

Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikatament b’dawn il-lingwi: Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Taljan, Spanjol, Svediż, Grieg, Portugiż u Turkmen, u kull test huwa ugwalment awtentiku.

Artikolu 32

Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu tlestew.

Mad-dħul fis-seħħ tiegħu, u safejn ir-relazzjonijiet bejn it-Turkmenistan u l-Komunità huma kkonċernati, dan il-Ftehim għandu jissostitwixxi l-Artikolu 2, l-Artikolu 3, għajr għar-raba’ inċiż tiegħu, u l-Artikoli 4 sa 16 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ffirmat fi Brussell fit-18 ta’ Diċembru 1989.

LISTA TA’ DOKUMENTI MEHMUŻA

ANNESS I

:

Lista indikattiva ta’ vantaġġi mogħtija mit-Turkmenistan lill- Istati Indipendenti skont l-Artikolu 2(3).

ANNESS II

:

L-atti tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali msemmijin fl-Artikolu 15.

Protokoll dwar assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali.

ANNESS I

Lista indikattiva ta’ vantaġġi mogħtija mit-Turkmenistan lill-Istati Indipendenti skont l-Artikolu 2(3)

1.   Tassazzjoni fuq l-importazzjoni/esportazzjoni

Ma jinġabar l-ebda dazju fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

Is-servizzi bħall-approvazzjoni doganali, id-dazji tal-kummissjonijiet u oħrajn li jinġabru mid-Dwana ta’ Stat, l-Iskambju tal-Materja Prima ta’ Stat u l-Ispezzjoni Fiskali ta’ Stat mhumiex pagabbli fil-każ tal-merkanzija li ġejja:

importazzjoni ta’ żrieragħ, ikel tat-trabi, oġġetti tal-ikel li jinbiegħu lill-popolazzjoni bi prezzijiet ikkontrollati mill-istat;

merkanzija importata abbażi ta’ kuntratt u ffinanzjata mill-baġit statali tat-Turkmenistan.

2.   Kondizzjonijiet tat-trasport u t-transitu

Rigward il-pajjiżi tal-KSI li huma Partijiet għall-Ftehim Multilaterali “dwar il-prinċipji u l-kondizzjonijiet ta’ relazzjonijiet fil-qasam tat-trasport” u/jew abbażi ta’ ftehimiet bilaterali dwar it-trasportazzjoni u t-transitu, ma jiġu applikati l-ebda taxxi jew miżati fuq bażi reċiproka għat-trasportazzjoni u l-approvazzjoni doganali ta’ merkanzija (inkluża merkanzija fi transitu) u għat-transitu ta’ vetturi.

Vetturi mill-Istati tal-KSI huma eżentati milli jħallsu kwalunkwe dazju meta jkunu fi transitu fit-territorju tat-Turkmentistan.

ANNESS II

Atti tal-proprjetà Intellettwali, Industrijali u Kummerċjali msemmijin fl-Artikolu 15

1.

Atti Komunitarji msemmijin fl-Artikolu 15.

L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks.

Direttiva tal-Kunsill 87/54/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1986 dwar il-protezzjoni legali tat-topografiji ta’ prodotti semi-kondutturi.

Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE tal-14 ta’ Mejju 1991 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter.

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92 tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali.

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel.

Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta’ Settembru 1993 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable.

Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE tad-29 Ottubru 1993 li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ċerti liġijiet relatati.

Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE tad-19 ta’ Novembru 1992 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali.

Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3295/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi miżuri li jipprojbixxu r-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid jew dħul għal proċedura sospensiva ta’ merkanzija falsifikata jew pirata.

2.

Jekk jinqalgħu problemi fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali kif indirizzati fl-Atti Komunitarji ta’ hawn fuq u li jaffettwaw il-kondizzjonijiet tan-negozju, għandhom isiru konsultazzjonijiet urġenti, fuq it-talba tal-Komunità jew tat-Turkmenistan, bil-ħsieb li jinstabu soluzzjonijiet reċiprokament sodisfaċenti.

PROTOKOLL

dwar assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll:

(a)

“leġislazzjoni doganali” għandha tfisser kwalunkwe dispożizzjoni legali jew regolatorja applikabbli fit-territorju tal-Partijiet li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-transitu ta’ merkanzija u t-tqegħid tagħha taħt kwalunkwe proċedura doganali, inkluż il-miżuri ta’ projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll adottati mill-Partijiet imsemmija;

(b)

“awtorità applikanti” tfisser awtorità amministrattiva kompetenti maħtura minn Parti għal dan il-fini u li tagħmel talba għal assistenza f’materji doganali;

(ċ)

“l-awtorità rikjesta” tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun inħatret minn Parti għal dan il- fini u li tirċievi talba għal assistenza f’materji doganali;

(d)

“data personali” tfisser l-informazzjoni kollha marbuta ma’ individwu indentifikat jew identifikabbli;

(e)

“operazzjoni fi ksur tal-leġislazzjoni doganali” għandha tfisser kwalunkwe ksur jew tentattiv ta’ ksur tal-leġislazzjoni doganali.

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin, fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom, bil-mod u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Protokoll, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali, b’mod partikolari permezz tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ operazzjonijiet fi ksur ta’ dik il-leġislazzjoni.

2.   L-assistenza f’materji doganali, kif imsemmija f’dan il-Protokoll, għandha tapplika għal kull awtorità amministrattiva tal-Partijiet li hija kompetenti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Hija m’għandhiex tippreġudika r-regoli li jirregolaw assistenza reċiproka f’materji kriminali. Lanqas m’għandha tkopri informazzjoni miksuba taħt poteri eżerċitati fuq talba tal-awtoritajiet ġudizzjarji, ħlief fejn il-komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni tkun awtorizzata mill-awtoritajiet imsemmija.

Artikolu 3

Assistenza fuq talba

1.   Fuq it-talba tal-awtorita applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tgħaddilha l-informazzjoni kollha rilevanti li tista’ tgħinha tiżgura l-konformità mal-leġislazzjoni doganali, inkluża informazzjoni dwar operazzjonijiet annotati jew ippjanati li jistgħu jkunu fi ksur ta’ tali leġislazzjoni.

2.   Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tinformaha jekk il-merkanzija esportata mit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet kinitx importata kif suppost mit-territorju tal-Parti l-oħra, u tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura doganali applikata għall-merkanzija.

3.   Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha, fil-qafas tal-liġijiet tagħha, tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura sorveljanza speċjali ta’:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma suspettati fuq raġunijiet validi li huma involuti jew li kienu involuti f’operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali;

(b)

postijiet fejn il-merkanzija tkun maħżuna b’mod li tagħti lok għal suspetti li hija maħsuba biex tintuża f’operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali;

(ċ)

movimenti ta’ merkanzija notifikati bħala li huma possibbilment iwasslu għal operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali;

(d)

mezzi ta’ trasport li huma suspettati fuq bażi raġonevoli li intużaw jew li jistgħu jintużaw f’operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali.

Artikolu 4

Assistenza spontanja

Il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin, fuq inizjattiva tagħhom stess u skont il-liġijiet tagħhom, regoli u strumenti legali oħrajn, b’assistenza jekk iqisu li jkun hemm bżonnha għall-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni doganali, partikolarment meta jiksbu informazzjoni marbuta ma’:

operazzjonijiet li huma jew jidhru li huma fi ksur ta’ leġislazzjoni bħal din u li jistgħu jkunu ta’ interess għall-Parti l-oħra;

modi jew metodi ġodda użati biex jitwettqu tali operazzjonijiet;

merkanzija magħrufa bħala li hija soġġetta għal operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma suspettati fuq raġunijiet validi li huma involuti jew li kienu involuti f’operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali;

mezzi ta’ trasport li huma suspettati fuq raġunijiet validi li ntużaw, li jintużaw jew li jistgħu jintużaw f’operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali.

Artikolu 5

Kunsinna/Notifika

Fuq it-talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha, skont il-leġislazzjoni tagħha, tieħu l-passi meħtieġa kollha sabiex:

tikkunsinna d-dokumenti kollha;

tinnotifika d-deċiżjonijiet kollha,

li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan il-Protokoll lill-indirizzat, li joqgħod jew li huwa stabbilit fit-territorju tagħha. F’każ bħal dan, l-Artikolu 6(3) għandu japplika għat-talbiet għal komunikazzjoni jew notifika.

Artikolu 6

Forma u sustanza ta’ talbiet għal assistenza

1.   It-talbiet skont dan il-Protokoll għandhom isiru bil-miktub. Huma għandhom ikunu akkompanjati mid-dokumenti meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-konformità mat-talba. Meta meħtieġ minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, talbiet orali jistgħu jiġu aċċettati, iżda għandhom jiġu kkonfermati immedjatament bil-miktub.

2.   Talbiet skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-awtorità applikanti li tagħmel it-talba;

(b)

il-miżura rikjesta;

(ċ)

l-objettiv u r-raġuni tat-talba;

(d)

il-liġijiet, ir-regoli u l-elementi legali l-oħrajn involuti;

(e)

indikazzjonijiet kemm jista’ jkun preċiżi u komprensivi dwar il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu l-mira tal-investigazzjonijiet;

(f)

sommarju tal-fatti rilevanti u tal-istħarriġ diġa’ mwettaq, ħlief fil-każijiet previsti fl-Artikolu 5.

3.   It-talbiet għandhom jiġu sottomessi f’lingwa uffiċjali tal-awtorità rikjesta jew f’lingwa aċċettabbli għal dik l-awtorità.

4.   Jekk talba ma tkunx skont ir-rekwiżiti formali, tista’ tintalab li tiġi korretta jew kompluta; iżda jistgħu jiġu ordnati miżuri ta’ prekawzjoni.

Artikolu 7

Eżekuzzjoni ta’ talbiet

1.   Sabiex tikkonforma ma’ talba għal assistenza, l-awtorità rikjesta għandha tipproċedi, fil-limiti tal-kompetenza tagħha u tar-riżorsi disponibbli, daqs li kieku kienet qed taġixxi f’isimha proprju jew fuq talba ta’ awtoritajiet oħrajn ta’ dik l-istess Parti, billi tgħaddi l-informazzjoni li diġà jkollha, billi tagħmel l-investigazzjonijiet xierqa jew billi tirranġa sabiex dawn isiru. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għad-dipartiment amministrattiv li lilu tkun indirizzata t-talba mill-awtorità rikjesta meta din tal-aħħar ma tkunx tista’ taġixxi minn rajha.

2.   It-talbiet għal assistenza għandhom isiru skont il-liġijiet, ir-regoli u l-istrumenti legali l-oħrajn tal-Parti rikjesta.

3.   Uffiċjali awtorizzati kif xieraq ta’ Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra involuta u soġġetti għall-kondizzjonijiet imniżżla minn din tal-aħħar, jiksbu mill-uffiċċji tal-awtorità rikjesta jew awtorità oħra għal liema l-awtorità rikjesta hija responsabbli, informazzjoni dwar operazzjonijiet li huma jew li jistgħu jkunu fi ksur tal-leġislazzjoni doganali li l-awtorità applikanti teħtieġ għall-fini ta’ dan il-Protokoll.

4.   L-uffiċjali ta’ xi Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra involuta u soġġetti għall-kondizzjonijiet preskritti minn din tal-aħħar, ikunu preżenti fl-investigazzjonijiet imwettqa fit-territorju ta’ din il-Parti tal-aħħar.

Artikolu 8

Forma li fiha għandha tiġi kkomunikata l-informazzjoni

1.   L-awtorità rikjesta għandha tikkomunika r-riżultati tal-investigazzjonijiet lill-awtorità applikanti fil-forma ta’ dokumenti, kopji ċċertifikati ta’ dokumenti, rapporti u oħrajn bħal dawn.

2.   Id-dokumenti previsti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu sostitwiti b’informazzjoni kompjuterizzata prodotta fi kwalunkwe forma għall-istess fini.

3.   Il-fajls u d-dokumenti oriġinali għandhom jintalbu biss f’każijiet fejn il-kopji ċċertifikati ma jkunux biżżejjed. L-oriġinali li jintbagħtu għandhom jiġu ritornati mal-ewwel opportunità.

Artikolu 9

Eċċezzjonijiet mill-obbligu li tingħata assistenza

1.   Il-Partijiet jistgħu jirrifjutaw li jagħtu assistenza kif prevista f’dan il-Protokoll, fejn jekk jagħmlu dan:

(a)

aktarx tiġi ppreġudikata s-sovranità tat-Turkmenistan jew dik ta’ Stat Membru li jkun intalab jipprovdi assistenza taħt dan il-Protokoll; jew

(b)

aktarx li jkunu ppreġudikati l-ordni pubbliku, is-sigurtà jew interessi essenzjali oħra, b’mod partikolari fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2); jew

(ċ)

jiġu involuti regolamenti dwar il-valuta jew it-taxxa minbarra l-leġislazzjoni doganali; jew

(d)

jinkiser sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali.

2.   Fejn l-awtorità applikanti titlob assistenza li hi nnifisha ma tkunx tista’ tagħti kieku tintalab tagħmel dan, tiġbed l-attenzjoni ta’ dan il-fatt fit-talba tagħha. Hija għandha mbagħad titħalla għall-awtorità rikjesta li tiddeċiedi kif twieġeb għal talba bħal din.

3.   Jekk tiġi rrifjutata l-assistenza, id-deċiżjoni u r-raġunijiet għandhom jiġu notifikati lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien.

Artikolu 10

Skambju ta’ informazzjoni u kunfidenzjalità

1.   Kull informazzjoni kkomunikata fi kwalunkwe forma skont dan il-Protokoll għandha tkun kunfidenzjali u ristretta, skont ir-regoli applikabbli f’kull waħda mill-Partijiet. Hija għandha tkun koperta mill-obbligu ta’ segretezza uffiċjali u għandha tgawdi mill-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili skont il-liġijiet rilevanti tal-Parti li tkun rċevietha u d-dispożizzjonijiet korrispondenti li japplikaw għall-istituzzjonijiet Komunitarji.

2.   Data personali tista’ tiġi mibdula biss fejn il-Parti li tirċievi timpenja ruħha li tipproteġi din id-data b’tali mod li jkun mill-inqas ekwivalenti għall-mod applikabbli għal dak il-każ partikolari mill-Parti li tissupplixxi.

3.   L-informazzjoni li tinkiseb għandha tintuża biss għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll. Fejn wieħed mill-Partijiet jitlob l-użu ta’ tali informazzjoni għal finijiet oħra, huwa għandu jitlob il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità li pprovdiet l-informazzjoni. Tali użu mbagħad għandu jkun soġġett għar-restrizzjonijiet kollha stabbiliti minn dik l-awtortià.

4.   Il-paragrafu 3 m’għandux jimpedixxi l-użu ta’ informazzjoni fi kwalunkwe proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi sussegwentement stabbiliti minħabba nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni doganali. L-awtorità kompetenti li tkun tat dik l-informazzjoni għandha tiġi notifikata b’tali użu.

5.   Il-Partijiet jistgħu, fir-reġistrazzjonijiet tagħhom tal-evidenza, ir-rapporti u t-testimonjanzi u fil-proċedimenti u l-akkużi miġjuba quddiem il-qrati, jużaw bħala evidenza informazzjoni miksuba u dokumenti konsultati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 11

Esperti u xiehda

Uffiċjal ta’ awtorità rikjesta jista’ jiġi awtorizzat sabiex jidher, fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija, bħala espert jew xhud fi proċedimenti ġudizzjarji jew aministrattivi dwar materji koperti minn dan il-Protokoll fil-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra, u biex jipproduċi oġġetti, dokumenti jew kopji ċertifikati tagħhom, skont kif jista’ jkun meħtieġ għall-proċedimenti. It-talba għad-dehra għandha tindika speċifikament dwar liema materji u bis-saħħa ta’ liema titolu jew kwalifika l-uffiċjal ser jiġi mistoqsi.

Artikolu 12

Spejjeż ta’ assistenza

Il-Partijiet għandhom jirrinunzjaw il-pretensjonijiet kollha ta’ bejn xulxin dwar ir-rimborż tal-ispejjeż imġarrba skont dan il-Protokoll, ħlief, kif xieraq, għall-ispejjeż għal esperti u xiehda u għal interpreti u tradutturi li ma jkunux impjegati tas-servizz pubbliku.

Artikolu 13

Applikazzjoni

1.   L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi fdata lill-awtoritajiet doganali ċentrali tat-Turkmenistan minn naħa waħda u lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u, fejn xieraq, lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri min-naħa l-oħra. Huma għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri prattiċi u l-arranġamenti meħtieġa kollha għall-applikazzjoni tiegħu, b’kont meħud tar-regoli fis-seħħ fil-qasam tal-protezzjoni ta’ data. Huma jistgħu jirrakkomandaw lill-korpi kompetenti l-emendi li jqisu li għandhom isiru għal dan il-Protokoll.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin u sussegwentement iżommu lil xulxin informati bir-regoli dettaljati ta’ implementazzjoni li jiġu adottati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 14

Ftehimiet oħrajn

1.   Wara li jittieħdu in konsiderazzjoni l-kompetenzi tal-Komunità Ewropea u tal-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll:

m’għandhomx jaffettwaw l-obbligi tal-Partijiet taħt xi ftehim jew konvenzjoni internazzjonali oħra;

għandhom jitqiesu komplementari għal ftehimiet dwar assistenza reċiproka li jkunu ġew jew li jistgħu jiġu konklużi bejn Stati Membri individwali u t-Turkmenistan; u

m’għandhomx jaffetwaw id-dispożizzjoniet li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar xi informazzjoni miksuba taħt dan il-ftehim li tista’ tkun ta’ interes għall-Komunità.

2.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim għandhom jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali fuq assistenza reċiproka li ġie jew li jista’ jiġi konkluż bejn l-Istati Membri individwali u t-Turkmenistan safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar huma inkompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Protokoll.

3.   Fir-rigward ta’ mistoqsijiet marbuta mal-applikabbiltà ta’ dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex isolvu materja fil-qafas tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 17 ta’ dan il-Ftehim.

ATT FINALI

Il-Plenipotenzjarji tal-“KOMUNITÀ EWROPEA”, il-“KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR” u l-“KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA”, minn issa ’il quddiem imsejħin “il-Komunità”,

minn naħa waħda, u

l-plenipotenzjarji tat-“TURKMENISTAN”,

min-naħa l-oħra,

imlaqqgħin fi Brussell fl-10 ta’ Novembru 1999 għall-iffirmar tal-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, addottaw it-testi li ġejjin:

il-Ftehim inklużi l-Annessi tiegħu u l-Protokoll li ġej:

Protokoll dwar assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali.

Il-plenipotenzarji tal-Komunità u l-plenipotenzarji tat-Turkmenistan addottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti elenkati hawn taħt u annessi għal dan l-Att Finali:

 

Dikjarazzjoni Konġunta dwar data personali

 

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 7 tal-Ftehim

 

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 8 tal-Ftehim

 

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 15 tal-Ftehim

 

Dikjarazzjoni Konġunta rigward l-Artikolu 28 tal-Ftehim

Il-plenipotenzarji tal-Komunità ħadu nota wkoll tad-Dikjarazzjoni Unilaterali elenkata hawn taħt u annessa għal dan l-Att Finali:

Dikjarazzjoni Unilaterali mit-Turkmenistan rigward il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali.

Magħmul fi Brussell, fl-għaxar jum ta’ Novembru fis-sena elf disa’ mija disgħa u disgħin.

Għall-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

Għat-Turkmenistan

Dikjarazzjoni konġunta dwar data personali

Fl-applikazzjoni tal-ftehim, il-Partijiet huma konxji tal-ħtieġa ta’ protezzjoni adegwata tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ din id-data.

Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 7 tal-ftehim

Il-Komunità u t-Turkmenistan jiddikjaraw li t-test tal-klawsola ta’ salvagwardja ma jiggarantix it-trattament ta’ salvagwardja tal-GATT.

Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 8 tal-Ftehim

Sakemm it-Turkmenistan jaderixxi mad-WTO, il-Partijiet għandhom iwettqu konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt dwar il-linji politiċi tat-Turkmenistan dwar it-tariffi fuq importazzjoni, inklużi bidliet fil-protezzjoni tat-tariffi. B’mod partikolari, tali konsultazzjonijiet għandhom jiġu offruti qabel iż-żieda tal-protezzjoni tat-tariffi.

Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 15 tal-Ftehim

Fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet jaqblu illi għall-fini ta’ dan il-Ftehim, il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali tinkludi b’mod partikolari d-dritt tal-awtur, inkluż id-dritt tal-awtur fi programmi tal-kompjuters, u d-drittijiet qrib, id-drittijiet relatati ma’ brevetti, disinji industrijali, indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi l-ismijiet tal-oriġini, it-trademarks u l-marki ta’ servizzi, it-topografiji ta’ ċirkwiti integrati kif ukoll protezzjoni minn kompetizzjoni inġusta kif imsemmija fl-Artikolu 10a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali u l-protezzjoni ta’ informazzjoni mhux żvelata dwar kompetenzi.

Dikjarazzjoni konġunta dwar l-artikolu 28 tal-Ftehim

1.

Il-Partijiet jaqblu, għall-fini ta’ interpretazzjoni korretta tiegħu u applikazzjoni prattika tiegħu, li t-terminu “każijiet ta’ urġenza speċjali” inkluż fl-Artikolu 28 tal-Ftehim ifisser każijiet ta’ ksur materjali tal-Ftehim minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti minn:

(a)

rifjut tal-Ftehim li mhux sanzjonat mir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali

jew

(b)

il-ksur tal-elementi essenzjali tal-Ftehim stabbiliti fl-Artikolu 1.

2.

Il-Partijiet jaqblu illi l-“miżuri xierqa” msemmijin fl-Artikolu 28 huma miżuri meħudin skont id-dritt internazzjonali. Jekk parti tieħu miżuri f’każ ta’ urġenza speċjali kif previst fl-Artikolu 28, il-parti l-oħra tista’ tieħu opportunità mill-proċedura li tirrigwarda s-soluzzjoni ta’ tilwim.

Dikjarazzjoni unilaterali mit-turkmenistan dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali

It-Turkmenistan jiddikjara li:

1.

Mat-tmiem tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, it-Turkmenistan għandu jaċċedi għall-konvenzjonijiet multilaterali dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ din id-Dikjarazzjoni li tagħha l-Istati Membri tal-Komunità huma partijiet jew li huma de facto applikati mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu f’dawn il-konvenzjonijiet.

2.

Il-paragrafu 1 ta’ din id-Dikjarazzjoni jirrigwarda l-konvenzjonijiet multilaterali li ġejjin:

il-Konvenzjoni ta’ Berna dwar il-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi (Att ta’ Pariġi, 1971);

il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Artisti, Produtturi ta’ Fonogrammi u Organizzazzjonijiet ta’ Xandara (Ruma, 1961);

il-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali ta’ Marki (Att ta’ Stokkolma, 1967, u emendat fl-1979),

il-Protokoll marbut mal-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali tat-Trademarks (Madrid, 1989);

il-Ftehim ta’ Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta’ Merkanzija u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni ta’ Marki (Ġinevra 1977, emendat fl-1979);

it-Trattat ta’ Budapest dwar ir-Rikonoxximent Internazzjonali tad-Depożitu ta’ Mikro-organiżmi għall-finijiet tal-Proċeduri ta’ Brevetti (1977, modifikat fl-1980);

il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti (UPOV) (Att ta’ Ġinevra, 1991).

3.

It-Turkmenistan jikkonferma l-importanza li jagħti lill-obbligi li jirriżultaw mill-konvenzjonijet multilaterali li ġejjin:

il-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali (Att ta’ Stokkolma, 1967 u emendat fl-1979);

it-Trattat ta’ Kooperazzjoni dwar il-Brevetti (Washington 1970, emendat u modifikat fl-1979 u fl-1984).

4.

Mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, it-Turkmenistan għandu jagħti lill-kumpanniji u ċ-ċittadini Komunitarji, fir-rigward tar-rikonoxximent u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, trattament mhux inqas favorevoli minn dak li jagħti lil kwalunkwe pajjiż terz taħt ftehimiet bilaterali.

5.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 m’għandhomx japplikaw għall-vantaġġi mogħtija mit-Turkmenistan lil kwalunkwe pajjiż terz fuq bażi reċiproka effettiva jew għall-vantaġġi mogħtija mit-Turkmenistan lil pajjiż ieħor tal-eks-Unjoni Sovjetika.

Skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi

A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur,

Il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fl-10 ta’ Novembru 1999.

L-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju jindika l-verżjonijiet tal-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Żvediża u Turkmana bħala verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi ta’ dan il-ftehim.

Wara ż-żieda fin-numru ta’ lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea, b’mod partikolari wara l-adeżjoni ta’ 12-il Stat Membru mal-Unjoni Ewropea mill-iffirmar tal-Ftehim Temporanju, huwa meħtieġ li l-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka u Slovena tal-Ftehim Temporanju jiġu indikati wkoll bħala verżjonijiet awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u li l-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju jiġi emendat kif meħtieġ.

Mehmuża ma’ din l-ittra ssib dawn il-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali.

Napprezza jekk tkun tista’ tesprimi l-aċċettazzjoni tat-Turkmenistan tal-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali bħala verżjonijiet lingwistiċ awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u l-qbil tat-Turkmenistan mal-emenda korrispondenti tal-Artiklu 31 tal-Ftehim Temporanju.

Dan l-istrument se jidħol fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tiegħu.

Jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Għall-Komunità Ewropea

B.   Ittra mit-Turkmenistan

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum u l-verżjonijiet lingwistiċi annessi tal-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra,li tgħid dan li ġej:

“Il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fl-10 ta’ Novembru 1999.

L-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju jindika l-verżjonijiet tal-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Żvediża u Turkmana bħala verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi ta’ dan il-ftehim.

Wara ż-żieda fin-numru ta’ lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea, b’mod partikolari wara l-adeżjoni ta’ 12-il Stat Membru mal-Unjoni Ewropea mill-iffirmar tal-Ftehim Temporanju, huwa meħtieġ li l-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka u Slovena tal-Ftehim Temporanju jiġu indikati wkoll bħala verżjonijiet awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u li l-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju jiġi emendat kif meħtieġ.

Mehmuża ma’ din l-ittra ssib dawn il-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali.

Napprezza jekk tkun tista’ tesprimi l-aċċettazzjoni tat-Turkmenistan tal-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali bħala verżjonijiet lingwistiċ awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u l-qbil tat-Turkmenistan mal-emenda korrispondenti tal-Artiklu 31 tal-Ftehim Temporanju.

Dan l-istrument se jidħol fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tiegħu.”

Għandi l-unur li nesprimi l-aċċettazzjoni tat-Turkmenistan tal-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali annessi ma’ dik l-ittra bħala verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u l-qbil tat-Turkmenistan mal-emenda korrispondenti tal-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju.

Kif stabbilit fl-ittra tiegħek, dan l-istrument se jidħol fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tiegħu.

Jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Għat-Turkmenistan