ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.079.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 79

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
25 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/181/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, minn naħa l-oħra

1

 

 

2011/182/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 291/2011 tal-24 ta' Marzu 2011 dwar l-użi essenzjali ta’ sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi fil-laboratorju u għall-skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 292/2011 tat-23 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' isoglukożju 'l fuq mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2011 tat-23 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor 'il fuq mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed

8

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 294/2011 tal-24 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 295/2011 tal-24 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/183/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Marzu 2011 li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

13

 

 

2011/184/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar l-allokazzjoni ta’ kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li għandhom permess li jiġu impurtati jew prodotti għal użi tal-laboratorju u dawk analitiċi fl-Unjoni fl-2011 skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1819)

14

 

 

2011/185/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għal sustanzi kkontrollati, u l-kwantitajiet li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1820)

18

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL

tal-15 ta’ Ottubru 2010

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, minn naħa l-oħra

(2011/181/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA MLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218, il-paragrafi (5) u (7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218 (8) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri, Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni mar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (minn hawn ’il quddiem, il-‘Ftehim’) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tibda n-negozjati;

(2)

Il-Ftehim ġie inizjalat fis-17 ta’ Marzu 2010;

(3)

Il-Ftehim għandu jkun iffirmat u applikat proviżorjament mill-Unjoni u l-Istati Membri, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard;

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali għat-teħid tad-deċiżjoni, jekk ikun adatt, dwar kif tintemm l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali adatti għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf skont l-Artikolu 21 tal-Ftehim u fil-proċeduri għas-soluzzjoni ta’ tilwim previsti fl-Artikolu 22 tal-Ftehim, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw is-sigurtà u s-sikurezza,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Firma

1.   L-iffirmar tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, minn naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem, il-‘Ftehim’), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, suġġett għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim (1).

2.   Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 2

Applikazzjoni proviżorja

Sad-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Ftehim għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mill-ewwel jum tax-xahar wara dak li jiġi l-iktar kmieni minn: (i) id-data tal-aħħar nota li biha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa biex il-Ftehim jiġi applikat proviżorjament, jew (ii) suġġett għall-proċeduri interni u/jew il-leġislazzjoni domestika, kif applikabbli, tal-Partijiet Kontraenti, id-data li tiġi 12-il xahar mid-data tal-firma tal-Ftehim.

Artikolu 3

Kumitat Konġunt

1.   L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom ikunu rappreżentati fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 21 tal-Ftehim minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

2.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emendi għall-Anness III u l-Anness IV tal-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 26(2) tal-Ftehim u ta’ kwistjonijiet ta’ kompetenza esklussiva tal-UE li ma jeħtiġux l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li għandha effett legali għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni u għandha tkun notifikata bil-quddiem lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

3.   Għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha għandha tkun adottata mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, sakemm il-proċeduri applikabbli ta’ votazzjoni stabbiliti fit-Trattati tal-UE ma jipprevedux mod ieħor.

4.   Għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri għandha tkun adottata mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’unanimità, fuq proposta mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri, sakemm Stat Membru ma jkunx informa lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fi żmien xahar mill-adozzjoni ta’ dik il-pożizzjoni li huwa jista’ jagħti l-kunsens biss għad-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Kumitat Konġunt bil-qbil tal-korpijiet leġiżlattivi tiegħu.

5.   Il-pożizzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni, ħlief f’materji li jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, f’liema każ hija għandha tiġi ppreżentata mill-Presidenza tal-Kunsill jew, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Soluzzjoni ta’ Tilwim

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni u lill-Istati Membri fil-proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim skont l-Artikolu 22 tal-Ftehim.

2.   Id-deċiżjoni li tkun sospiża l-applikazzjoni ta’ benefiċċji skont l-Artikolu 22(7) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kunsill abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata.

3.   Kwalunkwe azzjoni xierqa oħra li tkun trid tittieħed taħt l-Artikolu 22 tal-Ftehim dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-UE għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni, bl-assistenza ta’ Kumitat Speċjali ta’ rappreżentanti tal-Istati Membri maħtura mill-Kunsill.

Artikolu 5

Informazzjoni lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi rifjutata, revokata, sospiża jew limitata l-awtorizzazzjoni ta’ trasportatur tal-ajru li huma jkunu beħsiebhom jadottaw skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe talba jew notifika magħmula minnhom jew li tasal għandhom skont l-Artikolu 13 (Sikurezza tal-avjazzjoni) tal-Ftehim.

3.   L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe talba jew notifika magħmula minnhom jew li tasal għandhom skont l-Artikolu 14 (Sigurtà tal-avjazzjoni) tal-Ftehim.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHOUPPE


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Marzu 2011

li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina

(2011/182/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2003/96/KE tas-6 ta’ Frar 2003 (1), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina.

(2)

L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim ippreveda li l-Ftehim ser jiġi konkluż għal perijodu inizjali li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2002 u jkun jista’ jiġġedded bi qbil komuni bejn il-Partijiet għal perijodi addizzjonali ta’ ħames snin.

(3)

B’Deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2003 (2) li daħlet fis-seħħ fit-8 ta’ Novembru 2004, il-Kunsill approva t-tiġdid tal-Ftehim għal perijodu ulterjuri ta’ ħames snin.

(4)

Fit-tielet laqgħa tas-Sottokumitat UE-Ukraina Nru 7, li saret fi Kjev fis-26 u s-27 ta’ Novembru 2008, iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw l-interess tagħhom fit-tiġdid tal-Ftehim imsemmi hawn fuq għal ħames snin aktar.

(5)

Il-kontenut konkret tal-Ftehim imġedded huwa identiku għall-kontenut konkret tal-Ftehim li skada fis-7 ta’ Novembru 2009.

(6)

B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet il-Komunità Ewropea.

(7)

It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina, għal perijodu addizzjonali ta’ ħames snin, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi f’isem l-Unjoni u b’konformità mal-Artikolu 12 tal-Ftehim, jagħti n-notifika lill-Gvern tal-Ukraina li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim imġedded (3) u jagħmel in-notifika li ġejja lill-Ukraina:

“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi għal “il-Komunità Ewropea” fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn adatt, jinqraw bħala “l-Unjoni Ewropea”.”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CSÉFALVAY Z.


(1)  ĠU L 36, 12.2.2003, p. 31.

(2)  ĠU L 267, 17.10.2003, p. 24.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


REGOLAMENTI

25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 291/2011

tal-24 ta' Marzu 2011

dwar l-użi essenzjali ta’ sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi fil-laboratorju u għall-skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni diġà waqqfet b'mod gradwali l-produzzjoni u l-konsum tas-sustanzi kkontrollati fil-biċċa l-kbira tal-użi. Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina l-użi essenzjali fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi għal sustanzi kkontrollati oħra minbarra l-idroklorofluworokarburi.

(2)

Id-Deċiżjoni XXI/6 tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal tikkonsolida d-deċiżjonijiet eżistenti u testendi l-eżenzjoni globali għall-użi fil-laboratorju u għal skopijiet ta' analiżi mill-31 ta' Deċembru 2010 sal-31 ta' Diċembru 2014 għas-sustanzi kkontrollati kollha għajr l-idroklorofluworokarburi u b'hekk tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum meħtieġa biex jissodisfaw l-użi fil-laboratorju u għal skopijiet ta' analiżi tas-sustanzi kkontrollati, soġġett għall-kundizzjonijet stabbiliti fil-Protokoll ta' Montreal.

(3)

Id-Deċiżjoni VI/25 tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal tispeċifika li użu jista' jitqies bħala essenzjali biss jekk ma jkun hemm disponibbli l-ebda alternattiva jew sostitut teknikament u ekonomikament fattibbli jew sostituti li huma aċċettabbli mil-lat ambjentali u tas-saħħa. Fir-Rapport tiegħu tal-2010 dwar il-Progress, il-Bord tal-Valutazzjoni Teknika u Ekonomika (BVTE) identifika għadd sinifikanti ta' proċeduri li għalihom issa hemm alternattivi għall-użu tas-sustanzi kkontrollati. Abbażi ta' dik l-informazzjoni u d-Deċiżjoni XXI/6, għandha tiġi stipulata lista ta' dawk l-użi li għalihom hemm alternattivi tekniċi u ekonomikament fattibbli li huma aċċettabbli mil-lat ambjentali u tas-saħħa.

(4)

Għandha tiġi stipulata lista pożittiva ta' użi essenzjali permessi tal-bromur tal-metil, kif miftiehem mill-Partijiet fid-Deċiżjoni XVIII/15, kif ukoll tal-użi li ġew identifikati mill-BVTE bħala li ma għandhomx alternattivi.

(5)

Barra minn dan, għandu jiġi ċċarat li l-użu tas-sustanzi kkontrollati għal skopijiet ta' edukazzjoni primarja u sekondarja ma jistax jitqies bħala essenzjali u għandu jiġi limitat għall-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali. Iżjed minn hekk, l-użu tas-sustanzi kkontrollati fis-settijiet tal-kimika sperimentali disponibbli għall-pubbliku ġenerali ma għandux jitqies bħala essenzjali.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-produzzjoni, l-importazzjoni u l-użu ta' sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi jistgħu jiġi awtorizzati għal kwalunkwe użu essenzjali fil-laboratorju jew skop ta' analiżi speċifikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.


ANNESS

Użi essenzjali ta’ sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi fil-laboratorju u għal skopijiet ta' analiżi

1.

L-użi li ġejjin tas-sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi jitqiesu bħala essenzjali għall-użi fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi:

(a)

L-użu ta' sustanzi kkontrollati bħala referenza jew standard

sabiex jiġi kkalibrat it-tagħmir li juża sustanzi kkontrollati,

sabiex jiġu mmonitorjati l-livelli ta' sustanzi kkontrollati,

sabiex jiġu ddeterminati l-livelli tar-residwi ta' sustanzi kkontrollati fl-oġġetti, il-pjanti u l-komoditajiet;

(b)

L-użu ta' sustanzi kkontrollati fl-istudji tossikoloġiċi fil-laboratorju;

(c)

Użi fil-laboratorji fejn is-sustanza kkontrollata tiġi ttrasformata f'reazzjoni kimika, pereżempju sustanzi kkontrollati użati bħala għalf;

(d)

L-użu tal-bromur tal-metil f'laboratorju sabiex tiġi pparagunata l-effikaċja tal-bromur tal-metil u l-alternattivi tiegħu;

(e)

L-użu tat-tetraklorur tal-karbonju bħala solvent għar-reazzjonijiet tal-bromurazzjoni li jinvovlu l-N-bromosuċċinimmid;

(f)

L-użu tat-tetraklorur tal-karbonju bħala aġent tat-trasferiment tul katina f'reazzjonijiet tal-polimerizzazzjoni b'radikali liberi;

(g)

Kwalunkwe użu ieħor fil-laboratorju u ta' analiżi li għalih mhix disponibbli alternattiva teknikament u ekonomikament fattibbli.

2.

L-użi li ġejjin tas-sustanzi kkontrollati għajr l-idroklorofluworokarburi ma jitqisux bħala essenzjali għall-użi fil-laboratorji u ta' analiżi:

(a)

Tagħmir tar-refriġerazzjoni u l-arja kkondizzjonata użati fil-laboratorji, inkluż it-tagħmir refriġerat tal-laboratorju bħall-ultraċentrifugi;

(b)

Tindif, tħaddim mill-ġdid, tiswija jew bini mill-ġdid ta' komponenti jew settijiet elettroniċi;

(c)

Preżervazzjoni ta' pubblikazzjonijiet u arkivji;

(d)

Sterilizzazzjoni tal-materjali f'laboratorju;

(e)

Kwalunkwe użu fl-edukazzjoni primarja u sekondarja;

(f)

Bħala komponenti f'settijiet tal-kimika sperimentali disponibbli għall-pubbliku ġenerali u mhux intenzjonati għall-użu fl-edukazzjoni għolja;

(g)

Għal skopijiet ta' tindif jew tnixxif, fosthom it-tneħħija ta' grass minn mal-ħġieġ u tagħmir ieħor;

(h)

Għad-determinazzjoni tal-idrokarburi, żjut u grass fl-ilma, il-ħamrija, l-arja jew l-iskart;

(i)

Għall-ittestjar tal-qatran fil-materjali tal-kisi tat-toroq;

(j)

Għall-immarkar forensiku tal-marki tas-swaba;

(k)

Għall-ittestjar tal-materja organika fil-faħam;

(l)

Bħala solvent fid-determinazzjoni tal-indiċi taċ-ċjanokobalamina (il-Vitamina B12) u tal-bromu;

(m)

Fil-metodi li jużaw is-solubbiltà selettiva tas-sustanzi kkontrollati, inklużi d-determinazzjoni tal-kaskarosidi, estratti mit-tirojde u l-formazzjoni ta' pikrati;

(n)

Sabiex jiġu pprekonċentrati l-analiti fil-metodi kromotografiċi (eż. kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli (HPLC), kromatografija b'fażi gassuża (GC), kromotografija adsorbenti, spettroskopija tal-assorbiment atomiku (AAS), spettroskopija bi plażma akkoppjata induttivament (ICP), analiżi tal-fluworexxenza bir-raġġi-X;

(o)

Għad-determinazzjoni tal-indiċi tal-jodju fix-xaħmijiet u ż-żjut;

(p)

Kwalunkwe użu ieħor fil-laboratorju u għal skopijiet ta' analiżi li għalih hija disponibbli alternattiva teknikament u ekonomikament fattibbli.


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 292/2011

tat-23 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' isoglukożju 'l fuq mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2011 tat-3 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta' zokkor u isoglukożju 'l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2010/2011 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għall-isoglukożju 'l fuq mill-kwota mressqin mill-14 ta' Marzu 2011 sat-18 ta' Marzu 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 222/2011.

(2)

Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 222/2011, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni nnotifikata għaċ-ċertifikat, biex jiġu rrifjutati l-applikazzjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx innotifikati u biex jingħalaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

(3)

Sabiex tittieħed azzjoni qabel il-ħruġ taċ-ċertifikati li tkun saret applikazzjoni għalihom, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għall-isoglukożju 'l fuq mill-kwota skont ir-Regolament (UE) Nru 222/2011 mill-14 ta' Marzu 2011 sat-18 ta' Marzu 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 51,126352 %. L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati mressqin mill-21 ta' Marzu 2011 sal-25 ta' Marzu 2011 qed jiġu hawnhekk irrifjutati u l-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati jingħalaq mit-28 ta' Marzu 2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 60, 5.3.2011, p. 6.


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 293/2011

tat-23 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor 'il fuq mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2011 tat-3 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta' zokkor u isoglukożju 'l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2010/2011 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu.

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet taċ-ċertifikati għaz-zokkor 'il fuq mill-kwota mressqin mill-14 ta' Marzu 2011 sat-18 ta' Marzu 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 222/2011.

(2)

Għalhekk, b'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 222/2011 huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni nnotifikata għaċ-ċertifikat, biex jiġu rrifjutati l-applikazzjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx innotifikati u biex jingħalaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

(3)

Sabiex issir azzjoni qabel il-ħruġ taċ-ċertifikati li tkun saret applikazzjoni għalihom, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor 'il fuq mill-kwota skont ir-Regolament (UE) Nru 222/2011 mill-14 ta' Marzu 2011 sat-18 ta' Marzu 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 67,106224 %. Applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati mressqin mill-21 ta' Marzu 2011 sal-25 ta' Marzu 2011 qed jiġu hawnhekk irrifjutati u l-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati jingħalaq mit-28 ta' Marzu 2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 60, 5.3.2011, p. 6.


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 294/2011

tal-24 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

ET

73,9

IL

82,8

JO

71,2

MA

53,9

TN

115,9

TR

76,5

ZZ

79,0

0707 00 05

EG

170,1

TR

146,1

ZZ

158,1

0709 90 70

MA

34,1

TR

119,3

ZA

49,8

ZZ

67,7

0805 10 20

EG

54,1

IL

72,6

MA

52,2

TN

48,6

TR

73,9

ZZ

60,3

0805 50 10

EG

66,4

MA

45,2

TR

50,5

ZZ

54,0

0808 10 80

AR

85,5

BR

87,7

CA

88,7

CL

88,3

CN

107,6

MK

50,2

US

141,6

UY

66,1

ZA

94,2

ZZ

90,0

0808 20 50

AR

90,1

CL

71,6

CN

56,3

US

142,1

ZA

96,7

ZZ

91,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 295/2011

tal-24 ta’ Marzu 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 276/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 42.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-25 ta’ Marzu 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

51,49

0,00

1701 11 90  (1)

51,49

0,00

1701 12 10  (1)

51,49

0,00

1701 12 90  (1)

51,49

0,00

1701 91 00  (2)

48,63

2,88

1701 99 10  (2)

48,63

0,00

1701 99 90  (2)

48,63

0,00

1702 90 95  (3)

0,49

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Marzu 2011

li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

(2011/183/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Is-Sur Hubert WEBER, membru tal-Qorti tal-Awdituri, irriżenja b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

(2)

Is-Sur Hubert WEBER għandu għalhekk jiġi sostitwit għall-bqija tal-mandat tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Harald WÖGERBAUER huwa b’dan maħtur membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta’ April 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  Opinjoni tat-8 ta’ Marzu 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Marzu 2011

dwar l-allokazzjoni ta’ kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li għandhom permess li jiġu impurtati jew prodotti għal użi tal-laboratorju u dawk analitiċi fl-Unjoni fl-2011 skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1819)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2011/184/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Unjoni diġà temmet gradwalment il-produzzjoni u l-konsum tas-sustanzi kkontrollati għal biċċa l-kbira tal-użi. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantititajiet ta’ sustanzi kkontrollati minbarra l-idroklorofluworokarbonji li jistgħu jintużaw għal użi essenzjali tal-laboratorju u dawk analitiċi, u l-kumpaniji li jistgħu jużawhom.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat Avviż għall-impriżi li beħsiebom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2011, u l-impriżi li għall-2011, beħsiebhom jitolbu kwota għal dawn is-sustanzi maħsuba għal użi tal-laboratorju u dawk analitiċi, u rċeviet dikjarazzjonijiet dwar l-użi essenzjali tal-laboratorju u dawk analitiċi (2) ta’ sustanzi kkontrollati maħsuba għall-2011.

(3)

Id-determinazzjoni tal-kwoti allokati għandha tiżgura li jiġu rrispettati l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikoli 10(6). Minħabba li dawk il-limiti kwantitattivi jinkludu kwantitajiet ta’ idroklorofluworokarbonji li huma linċenzjati għal użi tal-laboratorju u dawk analitiċi, il-produzzjoni u l-importazzjoni tal-idroklorofluworokarbonji għal dawk l-użi għandhom ukoll jiġu koperti b’din id-Deċiżjoni.

(4)

Il-kwantità li tirriżulta mit-tnaqqis tal-kwantitajiet allokati lill-impriżi li pproduċew jew impurtaw bil-liċenzja fis-snin bejn l-2007 u l-2009, mill-kwantità massima ta’ 110 tunnellata ODP għandhom jiġu allokati lill-impriżi li għalihom ma nħarġet l-ebda liċenzja ta’ produzzjoni jew ta’ importazzjoni matul il-perjodu ta’ referenza bejn l-2007 u l-2009. Il-mekkaniżmu tal-allokazzjoni għandu jiżgura li l-impriżi kollha li jitolbu kwota ġdida jirċievu parti xierqa mill-kwantitajiet li għandhom jiġu allokati.

(5)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti għall-importazzjoni u l-produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi tal-laboratorji u dawwk analitiċi fis-sena 2011 għandhom jiġu allokati lill-impriżi elenkati fl-Anness I.

Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2011 għal użi analitiċi u tal-laboratorju allokati lil dawn l-impriżi huma stipulati fl-Anness II.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

 

ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co.

Im Schlehert 10

76187 Karlsruhe

Il-Ġermanja

 

Acros Organics bvba

Janssen Pharmaceuticalaan 3a

2440 Geel

Il-Belġju

 

Airbus Operations S.A.S.

Route de Bayonne 316

31300 Toulouse

Franza

 

Arkema France S.A.

420, rue d’Estienne D’Orves

92705 Colombes Cedex

Franza

 

Bayer CropScience AG (DEU)

Gebäude A729

41538 Dormagen

Il-Ġermanja

 

Eras Labo (FRA)

222 D1090

38330 Saint-Nazaire-les-Eymes

Franza

 

Harp International Ltd

Gellihirion Industrial Estate

Rhondda, Cynon Taff

Pontypridd CF37 5SX

Ir-Renju Unit

 

Honeywell Fluorine Products Europe BV

Laarderhoogtweg 18

1101 EA Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Honeywell Specialty Chemicals GmbH

Wunstorfer Strasse 40

Postfach 100262

30918 Seelze

Il-Ġermanja

 

LGC Standards GmbH

Mercatorstr. 51

46485 Wesel

Il-Ġermanja

 

Mallinckrod Baker BV

Teugseweg 20

7418 AM Deventer

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Mebrom NV

Assenedestraat 4

9940 Rieme Ertvelde

Il-Belġju

 

Merck KGaA

Frankfurter Strasse 250

64271 Darmstadt

Il-Ġermanja

 

Mexichem UK Ltd (ex Ineos Fluor)

PO Box 13

The Heath, Runcorn Cheshire WA7 4QX

Ir-Renju Unit

 

Ministry of Defence

Defence Fuel Lubricants and Chemicals

P.O. Box 10 000

1780 CA Den Helder

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Panreac Quimica S.A.

Pol. Ind. Pla de la Bruguera, C/Garraf 2

08211 Castellar del Vallès-Barcelona

Spanja

 

Sicor Spa

Via Terazzano 77

20017 Rho

L-Italja

 

Sigma Aldrich Chimie SARL

80, rue de Luzais

L’isle d’abeau Chesnes

38297 St Quentin Fallavier

Franza

 

Sigma Aldrich Company Ltd

The Old Brickyard, New Road

Gillingham SP8 4XT

Ir-Renju Unit

 

Sigma Aldrich Laborchemikalien GmbH

Wunstorfer Strasse 40

Postfach 100262

30918 Seelze

Il-Ġermanja

 

Sigma Aldrich Logistik GmbH

Riedstrasse 2

89555 Steinheim

Il-Ġermanja

 

Solvay Fluor GmbH

Hannover Hans-Boeckler-Allee 20

30173 Hannover

Il-Ġermanja

 

Stockholm University

Department of Applied Environmental Science (ITM)

10691 Stockholm

L-Isvezja

 

Tazzetti Fluids S.r.l.

Corso Europa n. 600/a

I - Volpiano (TO)

L-Italja

 

VWR International S.A.S.

201 rue Carnot

94126 Fontenay-sous-bois

Franza

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 20.


ANNESS I

Impriżi intitolati li jipproduċu jew jimpurtaw għal użi tal-laboratorju u dawk analitiċi

Il-kwoti tas-sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw għal użi tal-laboratorju u dawk analitiċi huma allokati lil:

Kumpanija

 

ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co [DE]

 

Acros Organics bvba [BE]

 

Airbus Operations SAS [FR]

 

Arkema France S.A. [FR]

 

Bayer CropScience AG [DE]

 

Eras Labo [FR]

 

Harp International Ltd [UK]

 

Honeywell Fluorine Products Europe BV [NL]

 

Honeywell Specialty Chemicals GmbH [DE]

 

LGC Standards GmbH [DE]

 

Mallinckrod Baker BV [NLD]

 

Mebrom NV [BE]

 

Merck KGaA [DE]

 

Mexichem UK Ltd (ex Ineos Fluor) [UK]

 

Ministry of Defence [NL]

 

Panreac Quimica SAU [ES]

 

Sicor Spa [IT]

 

Sigma Aldrich Chimie SARL [FR]

 

Sigma Aldrich Company Ltd [UK]

 

Sigma Aldrich Laborchemikalien GmbH [DE]

 

Sigma Aldrich Logistik GmbH [DE]

 

Solvay Fluor GmbH [DE]

 

Stockholm University [SE]

 

Tazzetti Fluids S.r.l. [IT]

 

VWR Intern. SAS [FR]


ANNESS II

Dan l-Anness mhux ippubblikat minħabba li fih informazzjoni kummerċjali sensittiva.


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Marzu 2011

dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għal sustanzi kkontrollati, u l-kwantitajiet li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1820)

(It-testi biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2011/185/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rilaxx għal ċirkulazzjoni ħielsa fl-Unjoni ta’ sustanzi kkontrollati importati huwa suġġett għal limiti kwantitattivi kif stipulat fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat Avviż lill-impriżi li biħsiebhom jimpurtaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2011 u impriżi li biħsiebhom jitolbu kwota għall-2011 għal dawn is-sustanzi intenzjonati għal użi fil-laboratorju u użi analitiċi (2), u konsegwentement irċeviet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet intenzjonati fl-2011.

(3)

Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti għandhom ikunu determinati għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u tal-grupp II (klorofluworokarburi oħrajn kompletament aloġenati), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 11 025 000,00 kilogramm b’potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP – ozone depleting potential).

2.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp III (aloni), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 30 733 655,00 kilogramm ODP.

3.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp IV (tetraklorur tal-karbonju), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 2 752 200,00 kilogramm ODP.

4.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp V (1 1 1-trikloroetan), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 400 030,00 kilogramm ODP.

5.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati mill-grupp VI (bromur tal-metil), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 810 120,00 kilogramm ODP.

6.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp VII (idrobromoflorokarbonji), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 1 058,50 kilogramm ODP.

7.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp VIII (idroklorofluworokarburi), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 4 970 602,212 kilogramm ODP.

8.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp IX (bromoklorometan), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 246 012,00 kilogramm ODP.

Artikolu 2

1.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għal klorofluworokarburi oħrajn kompletament aloġenati matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.

2.   L-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għall-aloni matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness II.

3.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness III.

4.   L-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.

5.   L-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għall-bromur tal-metil matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.

6.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromoflorokarbonji matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.

7.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.

8.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-bromoklorometan matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.

9.   Il-kwoti tal-importazzjonijiet individwali għall-impriżi se jkunu stipulati fl-Anness IX.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011 u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

 

Albemarle Europe SPRL

Parc scientifique Einstein

Rue du Bosquet 9

1348 Louvain-la-Neuve

Il-Belġju

 

ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

Im Schlehert 10

76187 Karlsruhe

Il-Ġermanja

 

Aesica Queenborough Ltd. (UK)

Queenborough

Kent ME11 5EL

Ir-Renju Unit

 

AGC Chemicals Europe Ltd

York House

Hillhouse International

Thornton Cleveleys

Lancashire FY5 4QD

Ir-Renju Unit

 

Arkema France SA

420 rue d’Estienne d’Orves

92705 Colombes Cedex

Franza

 

Arkema Química S.A.

Avenida de Burgos 12

28036 Madrid

Spanja

 

BASF Agri Production SAS

32 rue de Verdun

76410 Saint-Aubin lès Elbeuf

Franza

 

Bayer Crop Science AG

Gebäude A729

41538 Dormagen

Il-Ġermanja

 

Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH

Bützflether Sand

21683 Stade

Il-Ġermanja

 

DuPont de Nemours (Nederland) BV

Baanhoekweg 22

3313 LA Dordrecht

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Dyneon GmbH

Werk Gendorf

Industrieparkstraße 1

84508 Burgkirchen

Il-Ġermanja

 

Eras Labo

222 RN 90

38330 Saint-Nazaire-les-Eymes

Franza

 

Esto Cheb s.r.o.

Paleckého 2087/8a

35002 Cheb

Ir-Repubblika Ċeka

 

Eusebi Impianti Srl

Via Mario Natalucci 6

60131 Ancona

L-Italja

 

Eusebi Service Srl

Via Vincenzo Pirani 4

60131 Ancona

L-Italja

 

Excelsyn Molecular Development Ltd (UK)

Mostyn Road

Holywell

Flintshire CH8 9DN

Ir-Renju Unit

 

Fujifilm Electronic Materials (Europe) NV

Keetberglaan 1 A

Haven 1061

2070 Zwijndrecht

Il-Belġju

 

Halon & Refrigerants Services Ltd

J.Reid Trading Estate

Factory Road, Sandycroft

Deeside, Flintshire CH5 2QJ

Ir-Renju Unit

 

Fire Fighting Enterprises Ltd

9 Hunting Gate,

Hitchin SG4 0TJ

Ir-Renju Unit

 

Honeywell Fluorine Products Europe B.V.

Laarderhoogtweg 18,

1101 EA Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Hovione Farmaciencia SA

Sete Casas

2674-506 Loures

Il-Portugall

 

ICL-IP Europe B.V.

Fosfaatweeg 48

1013 BM Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Intergeo Ltd

Thermi Industrial Area

57001 Thessaloniki

Il-Greċja

 

Laboratorios Miret SA

Géminis 4,

08228 Terrassa, Barcelona

Spanja

 

LPG Tecnicas en Extincion de Incendios SL

C/Mestre Joan Corrales 107-109

08950 Esplugas de Llobregat, Barcelona

Spanja

 

Lufthansa CityLine GmbH

Waldstr. 247

51147 Köln

Il-Ġermanja

 

Mebrom NV

Assenedestraat 4

9940 Rieme Ertvelde

Il-Belġju

 

Meridian Technical Services Ltd

14 Hailey Road

DA18 4AP Erith, Kent

Ir-Renju Unit

 

Mexichem UK Ltd.

PO Box 13

The Heath

Runcorn Cheshire WA7 4QX

Ir-Renju Unit

 

Poż-Pliszka Sp. z o.o.

ul. Szczecińska 45

80-392 Gdańsk

Il-Polonja

 

R.P. Chem s.r.l.

Via San Michele 47

31062 Casale sul Sile (TV)

L-Italja

 

Sabena Technics DNR

Bois de Ponthual

BP 90154

35800 Saint-Lunaire

Franza

 

Safety Hi-Tech S.r.l.

Via Cavour 96

67051 Avezzano (AQ)

L-Italja

 

Savi Technologie Sp. z o.o.

ul. Wolności 20

Psary

51-180 Wrocław

Il-Polonja

 

Sigma Aldrich Company Ltd

The Old Brickyard, New Road

Gillingham SP8 4XT

Ir-Renju Unit

 

Sigma Aldrich Logistik GmbH

Riedstraße 2

89555 Steinheim

Il-Ġermanja

 

SJB Energy Trading BV (NL)

Slagveld 15

3230 AG Brielle

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Solvay Fluor GmbH

Hans-Böckler-Allee 20

30173 Hannover

Il-Ġermanja

 

Solvay Fluores France

25 rue de Clichy

75442 Paris

Franza

 

Solvay Solexis SAS

Avenue de la République

39501 Tavaux Cedex

Franza

 

Solvay Solexis S.p.A.

Viale Lombardia 20

20021 Bollate (MI)

L-Italja

 

Sterling S.r.l.

Via della Carboneria 30

06073 Solomeo di Corciano (PG)

L-Italja

 

Syngenta Crop Protection

Surrey Research Park

30 Priestly Road

Guildford Surrey GU2 7YH

Ir-Renju Unit

 

Tazzetti S.p.A.

Corso Europa n. 600/a

10070 Volpiano (TO)

L-Italja

 

TEGA Technische Gase und Gastechnik GmbH

Werner-von-Siemens-Straße 18

97076 Würzburg

Il-Ġermanja

 

Thomas Swan & Co Ltd.

Rotary Way

Consett

County Durham DH8 7ND

Ir-Renju Unit

 

Total Feuerschutz GmbH

Industriestr. 13

68526 Ladenburg

Il-Ġermanja

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 20.


ANNESS I

GRUPPI I U II

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u l-klorofluworokarburi aloġenati kompletament l-oħrajn allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf u għall-produzzjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

Honeywell Fluorine Products Europe (NL)

 

Mexichem UK (UK)

 

Solvay Solexis (IT)

 

Syngenta Crop Protection (UK)

 

Tazzetti Fluids (IT)

 

TEGA Technische Gase und Gastechnik (DE)


ANNESS II

GRUPP III

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf u għal użi kritiċi matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

BASF Agri Product (FR)

 

ERAS Labo (FR)

 

ESTO Cheb (CZ)

 

Eusebi Impianti (IT)

 

Eusebi Service (IT)

 

Fire Fighting Enterprises Ltd (UK)

 

Halon & Refrigerant Services (UK)

 

Intergeo (EL)

 

LPG Tecnicas en Extincion de Incendios (ES)

 

Lufthansa CityLine (DE)

 

Meridian Technical Services (UK)

 

Poż-Pliszka (PL)

 

Sabena Technics (FR)

 

Safety Hi-Tech (IT)

 

Savi Technologie (PL)

 

Total Feuerschutz (DE)


ANNESS III

GRUPP IV

Il-kwoti tal-importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

Dow Deutschland (DE)

 

Mexichem UK (UK)


ANNESS IV

GRUPP V

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

Arkema (FR)

 

Fujifilm Electronic Materials Europe (BE)


ANNESS V

GRUPP VI

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati għall-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

Albemarle Europe (BE)

 

ICL-IP Europe (NL)

 

Mebrom (BE)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)


ANNESS VI

GRUPP VII

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromoflorokarbonji allokati għall-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

ABCR Dr. Braunagel (DE)

 

Excelsyn Molecular Development (UK)

 

Hovione Farmaciencia (PT)

 

R.P. Chem (IT)

 

Sterling (IT)


ANNESS VII

GRUPP VIII

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati għall-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf u għall-produzzjoni kif ukoll għall-użi fil-laboratorju u użi analitiċi matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

Aesica Queenborough (UK)

 

AGC Chemicals Europe (UK)

 

Arkema France (FR)

 

Arkema Química (ES)

 

Bayer CropScience (DE)

 

DuPont de Nemours (NL)

 

Dyneon (DE)

 

Honeywell Fluorine Products Europe (NL)

 

Mexichem UK (UK)

 

Sigma Aldrich Company (UK)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

 

SJB Energy Trading (NL)

 

Solvay Fluor (DE)

 

Solvay Fluores France (FR)

 

Solvay Solexis (FR)

 

Solvay Solexis (IT)

 

Tazzetti Fluids (IT)


ANNESS VIII

GRUPP IX

Il-kwoti tal-importazzjoni tal-bromoklorometan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

Albemarle Europe (BE)

 

ICL-IP Europe (NL)

 

Laboratorios Miret (ES)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

 

Thomas Swan & Co (UK)


ANNESS IX

Dan l-Anness mhuwiex ippubblikat minħabba li fih informazzjoni kummerċjali sensittiva.