ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.077.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 77

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
23 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011 tat-22 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 633/2007 fir-rigward tal-arranġamenti tranżizzjonali msemmija fl-Artikolu 7 ( 1 )

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2011 tat-22 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi u proċeduri ddettaljati għall-importazzjoni ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Ħong Kong, iċ-Ċina

25

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2011 tat-22 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

30

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/177/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2008/458/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu 2008 sa 2013 bħala parti mill-programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibbiltà ta’ nefqiet fuq il-proġetti kofinanzjati mill-Fond (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1159)

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 282/2011

tal-15 ta' Marzu 2011

li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(tfassil mill-ġdid)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 397 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Numru ta' tibdiliet sostanzjali għandhom isiru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1777/2005 tas-17 ta' Ottubru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għad-Direttiva 77/388/KEE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (2). Huwa mixtieq, li għal raġunjiet ta' ċarezza, dak ir-Regolament jiġi riformulat.

(2)

Id-Direttiva 2006/112/KEE fiha regoli dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li, f'ċerti każijiet, huma soġġetti għall-interpretazzjoni tal-Istati Membri. L-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet komuni għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tiżgura li l-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT tikkonforma aktar bis-sħiħ mal-għan tas-suq intern, f'każijiet fejn irriżultaw jew jistgħu jirriżultaw diverġenzi fl-applikazzjoni li mhumiex kompatibbli mal-funzjonament tajjeb ta' tali tas-suq intern. Dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni huma legalment vinkolanti biss mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u huma mingħajr preġudizzju għall-validità tal-leġislazzjoni u tal-interpretazzjoni adottati qabel mill-Istati Membri.

(3)

Tibdil li jirriżulta mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta' Frar 2008 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-post tal-forniment ta' servizzi (3) għandu jkun rifless f'dan ir-Regolament.

(4)

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jassigura applikazzjoni uniformi tas-sistema attwali tal-VAT billi jiġu stipulati regoli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KEE, b'mod partikolari fir-rigward ta' persuni taxxabbli, il-forniment ta' prodotti u servizzi, kif ukoll il-post tat-transazzjonijiet taxxabbli. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit Artikolu 5(4) tat-Trattat, tal-Unjoni Ewropea dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. Peress li jorbot u japplika direttament fl-Istati Membri kollha, l-uniformità fl-applikazzjoni tintlaħaq bl-aħjar mod permezz ta' Regolament.

(5)

Dawn id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni fihom dispożizzjonijiet speċifiċi li jwieġbu għal ċerti kwistjonijiet ta' applikazzjoni u huma mfassla biex iwasslu, fl-Unjoni kollha, trattament uniformi f'dawk iċ-ċirkostanzi partikolari biss. Għalhekk mhumiex konklużivi għal każijiet oħra u, għandhom ikunu applikati b'mod restrittiv b'kont meħud tal-formulazzjoni tagħhom.

(6)

Jekk persuna mhux taxxabbli tidbel ir-residenza tagħha u tittrasferixxi mezz ġdid ta' trasport, jew mezz ġdid ta' trasport jerġa lura fl-Istat Membru li fih kien oriġinarjament fornut mingħajr VAT, lil persuna mhux taxxabbli li tibagħtu lura, għandu jiġi kkjarifikat li dan ma jitqiesx bħala akkwist intrakomunitarju ta' mezz ta' trasport ġdid.

(7)

Għal ċerti fornimenti ta' servizzi jkun biżżejjed li l-fornitur juri li l-klijent ta' dawn is- servizzi taxxabbli jew mhux taxxabbli jkun stabbilit barra mill-Komunità biex il-forniment ta' dawk is-servizzi ma jkunux soġġetti għall-VAT.

(8)

Għandu jiġi ppreċiżat li l-allokazzjoni ta' numru ta' identifikazzjoni tal-VAT lil persuna taxxabbli li tforni jew tirċievi xi provvista ta' servizzi lil jew minn Stat Membru ieħor, u li għalihom il-VAT għandha titħallas biss mill-klijent ma għandhiex taffettwa d-dritt ta' dik il-persuna taxxabbli li tibbenefika minn eżenzjoni tat-taxxa fuq l-akkwisti intra-Komunitarja ta' prodotti. Madankollu, meta l-persuna taxxabbli tikkomunika n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tagħha lill-fornitur fil-qafas ta' akkwist intrakomunitarju ta' prodotti, huwa għandu jitqies li fi kwalunkwe għażel li dawn it-transazzjonijiet ikunu soġġetti għat-taxxa.

(9)

L-integrazzjoni ulterjuri tas-suq intern wasslet għall-ħtieġa akbar ta' kooperazzjoni transkonfinali bejn operaturi ekonomiċi stabbiliti fi Stati Membri differenti minn pajjiż għal ieħor, kif ukoll l-iżvilupp ta' ragruppamenti ta' interess ekonomiku Ewropej (RIEE), kostitwiti b'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2137/85 tal-25 ta' Lulju 1985 dwar ir-Ragruppamenti ta' Interess Ekonomiku Ewropej (RIEE) (4). Għaldaqstant għandu jiġi ikkjarifikat li dawn ir-RIEE jikkonsistu f'persuni taxxabbli meta jfornu prodotti jew jipprovdu servizzi bi ħlas.

(10)

Jaqbel li wieħed jiddefinixxi b'mod ċar is-servizzi fir-ristoranti u dawk tal-catering, id-differenza bejniethom, u kif għandhom jiġu ttrattati dawn is-servizzi.

(11)

Sabiex ikun hemm aktar ċarezza, transazzjonijiet identifikati bħala servizzi mogħtija b'mezzi elettroniċi għandhom ikunu elenkati mingħajr ma' dawn il-listi jkunu definittivi jew eżawrjenti.

(12)

Min-naħa l-waħda, għandu jiġi stabbilit li transazzjoni li tikkonsisti biss mill-immuntar tal-partijiet differenti ta' magna forniti mill-klijent, għandha tiġi kkunsidrata bħala provvista ta' servizz u, min-naħa l-oħra, jiġi stabbilit il-post fejn issir tali provvista meta s-servizz jingħata lil persuna mhux taxxabbli.

(13)

Il-bejgħ ta' opzjoni bħala strument finanzjarju għandu jkun ittrattat bħala provvista ta' servizz separat mit-transazzjonijiet sottostanti li magħhom hija relatata l-għażla.

(14)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli ta' lokalizzazzjoni ta' transazzjonijiet taxxabli, jeħtieġ li jkunu ċċarati ċerti kunċetti bħas-sede tan-negozju, l-indirizz permanenti, id-domiċilju jew il-post fejn persuna tirrisjedi. B'kont meħud tal-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-użu ta' kriterji ċari u objettivi kemm jista' jkun għandu jiffaċilita l-implimentazzjoni prattika ta' dawn il-kunċetti.

(15)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli biex jiżguraw it-trattament uniformi ta' fornimenti ta' merkanzija ladarba fornitur ikun qabeż il-limitu ta' distanza li taħtu jista' jbiegħ fi Stat Membru ieħor.

(16)

Għandu jiġi kkjarifikat li l-vjaġġ li jsir mill-mezz tat-trasport jiddetermina s-sezzjoni tat-trasport tal-passiġġier li ġiet affettwata fi ħdan il-Komunità, u mhux il-vjaġġ tal-passiġġieri fi ħdanha.

(17)

Fil-każ tal-akkwist intra-komunitarju ta' oġġetti, id-dritt tal-Istat Membru fejn sar l-akkwist li jintaxxa l-akkwist ma għandux jiġi affettwat mit-trattament applikat fuq il-pjan tal-VAT għat-transazzjoni fl-Istat Membru tat-tluq.

(18)

L-applikazzjoni korretta tar-regoli rigward il-post fejn sar il-forniment tas-servizzi jiddependi prinċipalment fuq l-istatus tal-klijent, jekk huwiex persuna taxxabbli jew le, u l-kapaċità li biha qiegħed jaġixxi. Sabiex jiġi determinat l-istatus tal-klijent bħala persuna taxxabbli huwa meħtieġ li jiġi stabbilit x'għandu jikseb il-fornitur bħala evidenza mill-klijent.

(19)

Għandu jiġi ċċarat li meta s-servizzi fornuti lil persuna taxxabbli jkunu intenzjonati għal bżonnijiet privati, inkluż użu mill-persunal tal-klijent, dik il-persuna taxxabbli m'għandiex titqies li qed taġixxi fil-kapaċità tagħha ta' persuna taxxabbli. Sabiex jiġi determinat jekk il-klijent hux jaġixxi bħala persuna taxxabbli jew le, l-għoti tan-numru ta' identifikazzjoni għall-VAT lill-fornitur għandu jkun biżżejjed biex tiġi determinata din il-kwalità jekk il-fornitur ikollu informazzjoni differenti. Għandu jiġi żgurat ukoll li servizz uniku akkwistat kemm għan-negozju kif ukoll għal raġunijiet personali wkoll jiġi ntaxxat biss f'post wieħed.

(20)

Sabiex jiġi determinat bi preċiżjoni il-lok tal-istabbiliment ta' klijent, il-fornitur tas-servizzi huwa meħtieġ li jivverifika l-informazzjoni mogħtija minn dan il-klijent.

(21)

Bla preġudizzju għar-regola ġenerali dwar il-lok tal-forniment ta' servizzi lil persuna taxxabbli, meta servizzi jkunu ġew fornuti lil klijent stabbilit f'iżjed minn post wieħed, għandu jkun hemm regoli li jgħinu lill-fornitur biex jiddetermina l-istabbiliment fiss tal-klijent li lilu qed jingħatalu s-servizz, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi. Jekk il-fornitur tas-servizzi ma jkunx jista' jiddetermina dan il-post, għandu jkun hemm regoli li jiċċaraw l-obbligi tal-fornitur. Dawk ir-regoli m'għandhomx jinterferixxu ma' jew ibiddlu l-obbligi tal-klijent.

(22)

Għandu jkun ippreċiżat ukoll f'liema mument il-fornitur irid jiddetermina l-istatus, il-kwalità u l-lokalità ta' klijent, kemm jekk taxxabbli kif ukoll jekk le.

(23)

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ġenerali tal-prinċipju fir-rigward ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, huwa xieraq li l-applikazzjoni tiegħu titfakkar speċifikament fil-qafas ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(24)

Ċerti servizzi speċifiċi bħall-għoti tad-drittijiet ta' xandir fuq it-televiżjoni ta' partiti tal-futbol, it-traduzzjoni ta' testi, is-servizzi relatati mat-talba għal rifużjoni tal-VAT, u s-servizzi bħala intermedjarju forniti lil persuna mhux taxxabbli jinvolvu transazzjonijiet transkonfinali jew saħansitra l-parteċipazzjoni ta' operaturi ekonomiċi stabbiliti barra mill-Komunità. Il-post fejn sar il-forniment ta' dawn is-servizzi għandu jkun determinat b'mod ċar biex jikkontribwixxi għal sigurtà legali akbar.

(25)

Għandu jiġi speċifikat li s-servizzi ta' intermedjarju li jaġixxi f'isem ħaddieħor li jidħol f'servizz ta' akkomodazzjoni fis-settur tal-lukandi m'humiex soġġetti għar-regola speċifika dwar l-għoti ta' servizzi relatati ma' beni mmobbli.

(26)

Fejn d-diversi servizzi fornuti fil-qafas tal-organizzazzjoni ta' funerali jkunu jiffurmaw parti mill-istess servizz waħdieni, ir-regola dwar il-post fejn sar il-forniment għandha tiġi determinata wkoll.

(27)

Biex ikun żgurat li jkun hemm trattament uniformi tas-servizzi kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi u ta' divertiment u attivitajiet oħrajn simili, id-dħul għal tali attivitajiet u servizzi anċillari għandu jkun iddefinit f'rabta ma' dan id-dħul.

(28)

Huwa neċessarju li jkun ikkjarifikat kif għandhom jiġu ttrattati servizzi fir-ristoranti u servizzi tal-catering fornuti abbord mezz ta' trasport meta t-trasport tal-passiġġieri jsir fit-territorju ta' diversi pajjiżi.

(29)

Peress li r-regoli partikolari dwar il-kiri ta' mezz ta' trasport jiddependu fuq id-dewmien tal-possessjoni jew l-użu tiegħu, mhux talli huwa neċessarju li jkun stabbilit liema vetturi għandhom ikunu kkunsidrati bħala “mezz ta' trasport”, iżda għandu jiġi kkjarifikat ukoll kif għandu jiġi ttrattat dan il-forniment fejn kuntratt suċċessiv isegwi ieħor. Huwa neċessarju wkoll li jkun stabbilit il-post fil-pratttika fejn mezz ta' trasport sar disponibbli għall-klijent.

(30)

F’ċerti ċirkustanzi speċifiċi, miżata marbuta mal-amministrazzjoni tal-ħlasijiet ta' karta ta' kreditu jew ta' debitu li għandha titħallas b'konnessjoni ma' transazzjoni m'għandhiex tnaqqas l-ammont taxxabbli ta' dik it-transazzjoni.

(31)

Huwa neċessarju li jkun ikkjarifikat li r-rata mnaqqsa tista' tapplika għall-kiri ta' tined, karavannijiet u djar mobbli stabbiliti f'siti għall-kampijiet u użati bħala akkomodazzjoni.

(32)

Taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid għandhom jinkludu tagħlim marbut direttament ma' sengħa jew professjoni, kif ukoll ma' kwalunkwe tagħlim immirat biex jinkiseb jew jiġi aġġornat l-għarfien għal finijiet professjonali, irrispettivament mit-tul tal-kors tat-tagħlim.

(33)

Id-dukati tal-platinu għandhom ikunu trattati bħala esklużi mill-eżenzjonijiet applikabbli għall-valuta, il-karti tal-flus u l-muniti.

(34)

Għandu jiġi ppreċiżat li l-eżenzjoni dwar il-forniment ta' servizzi relatati mal-importazzjoni ta' prodotti li l-valur tagħhom huwa inkluż fl-ammont taxxabbli ta' dawk il-prodotti għandha tkopri s-servizzi ta' trasport matul tibdil fir-residenza.

(35)

Prodotti trasportati 'l barra mill-Komunità mix-xerrej tagħhom u użati għat-tgħammir, il-mili bil-fjuwil jew il-provvista ta' mezzi ta' trasport użati għal finijiet mhux kummerċjali minn persuni oħra barra minn persuni fiżiċi, bħal per eżempju korpi regolati mil-liġi pubblika u assoċjazzjonijiet, għandhom jiġu esklużi minn eżenzjoni għal transazzjonijiet ta' esportazzjoni.

(36)

Sabiex tiġi garantita prattika amministrattiva uniformi għall-kalkolu tal-valur minimu għall-eżenzjonijiet applikabbli fuq l-esportazzjoni ta' prodotti li jinġarru fil-bagalji personali ta' min jivvjaġġa, għandhom jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet dwar tali kalkoli.

(37)

Għandu jiġi speċifikat li l-eżenzjoni dwar ċerti transazzjonijiet assimilati ma' esportazzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għal servizzi koperti minn skema speċjali dwar servizzi fornuti b'mod elettroniku.

(38)

Korp stabbilit taħt il-qafas legali għall-Konsorzju Ewropew dwar l-Infrastruttura għar-Riċerka (ERIC) għandu jikkwalifika biss bħala organizzazzjoni internazzjonali għall-finijiet tal-eżenzjoni mill-VAT fejn jissodisfa ċertu kundizzjonijiet. Il-karatteristiċi neċessarji biex ikun jista' jibbenefika minn eżenzjoni għalhekk għandhom ikunu identifikati.

(39)

Il-forniment ta' prodotti u servizzi taħt arranġamenti diplomatiċi u konsolari, jew lil korpi internazzjonali magħrufin, jew lil ċerti forżi armati huma eżenti mill-VAT soġġetti għal ċerti limiti u kundizzjonijiet. Sabiex persuna taxxabbli li qiegħda tagħmel xi forniment minn Stat Membru ieħor tkun tista' tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet u l-limiti għal eżenzjoni jiġu sodisfatti, għandu jiġi stabbilit ċertifikat ta' eżenzjoni.

(40)

Dokumenti elettroniċi ta' importazzjoni għandhom ukoll jitħallew jintużaw għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis ladarba dawn jissodisfaw l-istess ħtiġiet bħad-dokumenti stampati.

(41)

Meta fornitur ta' prodotti jew servizzi jkollu stabbiliment fiss fit-territorju tal-Istat Membru fejn it-taxxa hija dovuta, għandu jiġi speċifikat f'liema ċirkostanzi dan l-istabbiliment għandu jkun soġġett għall-ħlas tal-VAT.

(42)

Għandu jiġi kkjarifikat li persuna taxxabbli li tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Istat Membru li fih hija dovuta l-VAT, għandha titqies bħala persuna taxxabbli f'dan l-Istat Membru għall-ħlas tat-taxxa anke jekk din is-sede ma tkunx involuta fil-forniment ta' prodotti jew servizzi.

(43)

Għandu jiġi ċċarat li kull persuna taxxabbli hija meħtieġa tikkomunika n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT, hekk kif dan ikun fil-pussess tagħha, għal ċerti transazzjonijiet taxxabbli sabiex it-taxxa tkun tista' tinġabar b'mod aktar ekwu.

(44)

Il-piżijiet għad-deheb għal investiment li huma definittivament aċċettati fis-suq tad-deheb għandhom jiġu indikati u għandha tiġi determinata data komuni għall-istabbiliment tal-valur tal-muniti tad-deheb sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi.

(45)

L-iskema speċjali applikabbli għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fil-Komunità li jipprovdu servizzi b'mezzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli stabbiliti jew residenti fil-Komunità hija soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet. Fil-każ fejn dawn il-kondizzjonijiet ma jibqgħux jiġu ssodisfati, il-konsegwenzi, b'mod partikolari, għandhom jkunu espressi b'mod ċar.

(46)

Ċerti emendi jirriżultaw mid-Direttiva 2008/8/KE. Ladarba dawk l-emendi jikkonċernaw, min-naħa waħda, l-obbligu tal-kiri fuq perijodu twil tal-mezzi tat-trasport li għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2013 u, min-naħa l-oħra, l-obbligu ta' servizzi pprovduti b'mezzi elettroniċi mill-1 ta' Jannar 2015, għandu jiġi ppreċiżat li d-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament japplikaw biss minn dawk id-dati.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SOĠĠETT MATERJALI

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tat-Titoli I sa V, u VII sa XII tad-Direttiva 2006/112/KE.

KAPITOLU II

AMBITU

(TITOLU I TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE,

Artikolu 2

Dawn li ġejjin m'għandhomx jirriżultaw f'akkwisti intra-Komunitarji fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1), punt (b), tad-Direttiva 2006/112/KE:

(a)

it-trasferiment ta' mezz ġdid ta' trasport minn persuna mhux taxxabbli fuq tibdil tar-residenza sakemm l-eżenzjoni prevista f'punt (a) tal-Artikolu 138(2) tad-Direttiva 2006/112/KE ma setgħetx tapplika fil-ħin tal-forniment;

(b)

ir-redditu fuq mezz ġdid ta' trasport minn persuna mhux taxxabbli lil Stat Membru li fih ġie fornut lilha inizjalment taħt l-eżenzjoni prevista f'punt (a) tal-Artikolu 138(2) tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 3

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-punt (b) tal-Artikolu 59a tad-Direttiva 2006/112/KE, il-forniment tas-servizzi li ġejjin m'huwiex soġġett għall-VAT jekk il-fornitur jiddikjara li l-lok tal-forniment speċifikat f'konformità mas-Sottotaqsimiet 3 u 4 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu V ta' dan ir-Regolament jinsab barra mill-Komunità:

(a)

mill-1 ta' Jannar 2013, is-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(b)

mill-1 ta' Jannar 2015 is-servizzi elenkati fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(c)

is-servizzi elenkati fl-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 4

Persuna taxxabbli li hija intitolata għal eżenzjoni tat-taxxa fuq l-akkwisti tal-prodotti intra-Komunitarji tagħha, b'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandha tibqa hekk fejn, skont l-Artikolu 214 (1)(d) jew (e) ta' din id-Direttiva, numru ta' identifikazzjoni tal-VAT ikun ingħata lil dik il-persuna taxxabbli għas-servizzi li ħadet u li għalihom hija obbligata li tħallas il-VAT jew għal servizzi li forniet fi ħdan it-territorju ta' Stat Membru ieħor li għalihom il-VAT huwa dovut biss mir-reċipjent.

Madankollu, jekk dik il-persuna taxxabbli tikkomunika dan in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT lil fornitur fir-rigward ta' akkwist intrakomunitarju ta' merkanzija, hija għandha titqies li eżerċitat l-għażla prevista fl-Artikolu 3(3) ta' dik id-Direttiva.

KAPITOLU III

PERSUNI TAXXABBLI

(TITOLU III TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE)

Artikolu 5

Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku (GEIE) kostitwit b'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2137/85 li jforni prodotti jew servizzi bi ħlas għall-membri tiegħu jew lil partijiet terzi għandu jkun persuna taxxabbli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE.

KAPITOLU IV

TRANSAZZJONIJIET TAXXABBLI

(ARTIKOLI 24 SA 29 TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE)

Artikolu 6

1.   Servizzi fir-ristoranti u tal-catering tfisser servizzi li jikkonsistu mill-forniment ta' ikel jew xorb ippreparat jew mhux ippreparat jew it-tnejn li huma, għall-konsum tal-bniedem, akkumpanjat minn servizzi ta' sostenn suffiċjenti għall-konsum immedjat tagħhom. Id-dispożizzjoni ta' ikel u xorb jew it-tnejn li huma hija element uniku fost għaqda sħiħa ta' elementi li fiha s-servizzi se jippredominaw. Is-servizzi fir-ristoranti huma l-forniment ta' tali servizzi fil-bini tal-fornitur, u s-servizzi tal-catering huma l-forniment ta' tali servizzi 'l barra mill-kwartieri tal-fornitur.

2.   Il-forniment ta' ikel jew xorb jew it-tnejn, ippreparat jew mhux ippreparat, kemm jekk jinkludi jew ma jinkludix it-trasport tiegħu iżda mingħajr ebda servizz ta' appoġġ ieħor, ma għandux jitqies bħala servizz ta' ristorant jew tal-catering fis-sens tal-paragrafu 1.

Artikolu 7

1.   “Servizzi fornuti b'mod elettroniku” kif imsemmijin fid-Direttiva 2006/112/KE għandha tinkludi servizzi li huma provduti minn fuq l-Internet jew netwerk elettroniku u li n-natura tagħhom trendi l-forniment tagħhom awtomatizzat u li jinvolvi intervent uman minimu, u impossibbli li jiġu assigurati fin-nuqqas tat-teknoloġija tal-informatika

2.   Il-paragrafu 1 għandu jkopri, b'mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a)

il-forniment ta' prodotti diġitali b'mod ġenerali, li jinkludu softwer u tibdiliet fih jew l-aġġornamenti tiegħu;

(b)

servizzi li jipprovdu jew li jsostnu negozju jew preżenza personali fuq netwerk elettroniku bħal websajt jew webpage;

(c)

servizzi ġġenerati awtomatikament minn kompjuter peremezz tal-Internet jew netwerk elettroniku ieħor, bħala risposta għal dejta ta' dħul speċifika mir-reċipjent;

(d)

it-trasferiment bi ħlas tad-dritt biex jitpoġġew prodotti jew servizzi għall-bejgħ fuq sit tal-Internet li qiegħed jopera bħala suq onlajn li fuqu xerrejja potenzjali jpoġġu l-offerti tagħhom peremezz ta' proċedura awtomatizzata u li fuqu l-partijiet huma notifikati dwar bejgħ permezz ta' posta elettronika ġġenerata awtomatikament minn kompjuter;

(e)

Pakketti ta' informazzjoni li joffru Servizz fuq l-Internet (PSI) u li minnhom il-komponent tat-telekomunijkazzjoni jagħmel parti anċillarja u subordinata (jiġifieri pakketti li joffru aktar mis-sempliċi aċċess għall-Internet u li jinkludu elementi oħra bħal pagni b'kontenut li jagħtu aċċess għall-aħbarijiet, rapporti tat-temp jew dwar l-ivvjaġġjar; playgrounds; websajt hosting; aċċess għal dibattiti onlajn eċċ.);

(f)

is-servizzi elenkati fl-Anness I.

3.   Il-paragrafu 1 m'għandux, b'mod partikolari, ikopri dawn li ġejjin:

(a)

servizzi ta' xandir fuq ir-radju u t-televiżjoni;

(b)

servizzi tat-telekomunikazzjoni;

(c)

oġġetti, fejn l-ordni u l-ipproċessar isiru b'mod elettroniku;

(d)

CD-ROMs, floppy disks u midja tanġibbli simili;

(e)

materjal stampat, bħal kotba, revisti, gazzetti u ġurnali;

(f)

CDs u kassetti awdjo;

(g)

kassetti vidjo u DVDs;

(h)

logħob tal-kompjuter fuq CD-ROM;

(i)

Servizzi għal professjonisti bħal avukati u konsulenti finanzjarji, li jagħtu konsulenza lill-klijenti tagħhom permezz ta' e-mail;

(j)

servizzi ta' tagħlim, fejn il-kontenut tal-kors huwa mwassal minn għalliem permezz tal-Internet jew netwerk elettroniku, (jiġifieri permezz ta' konnessjoni remota);

(k)

servizzi fiżiċi ta' tiswija offlajn għal tagħmir tal-kompjuter;

(l)

servizzi offlajn ta' ħżin tad-dejta;

(m)

servizzi ta' riklamar, b'mod partikolari kif issib fil-gazzetti, fuq tabelli jew fuq it-televiżjoni;

(n)

servizzi ta' għajnuna fuq it-telefon;

(o)

servizzi ta' tagħlim li jinvolvu biss korisjiet ta' korrispondenza, bħal korsijiet li jsiru b'korrispondenza bil-posta;

(p)

servizzi ta' rkantaturi konvenzjonali li jiddependu fuq intervent uman dirett, irrispettivament minn kif isiru s-sejħiet għall-offerti;

(q)

servizzi tat-telefon b'komponent tal-vidjo, magħrufin bħala servizzi vidjofon;

(r)

aċċess għall-Internet u l-World Wide Web;

(s)

servizzi tat-telefon ipprovduti permezz tal-Internet.

Artikolu 8

Jekk persuna taxxabbli timmonta biss il-partijiet varji ta' makkinarju li kollha kemm huma ġew ipprovduti mill-klijent tagħha, dik it-transazzjoni għandha tikkostitwixxi forniment ta' servizzi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 9

Il-bejgħ ta' opzjoni, fejn tali bejgħ huwa transazzjoni li taqa’ fi ħdan l-ambitu tal-punt (f) tal-Artikolu 135(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jikkostitwixxi forniment ta' sevizzi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 24 (1) ta' dik id-Direttiva. Dak il-forniment ta' servizzi għandu jkun distint mit-transazzjonijiet sottostanti li magħhom jirrelataw is-servizzi.

KAPITOLU V

IL-POST TAT-TRANSAZZJONIJIET TAXXABBLI

TAQSIMA 1

Kunċetti

Artikolu 10

1.   Għall-applikazzjoni tal-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-lok fejn in-negozju ta' persuna taxxabbli huwa stabbilit għandu jkun il-lok fejn jitwettqu l-funzjonijiet tal-amministrazzjoni ċentrali tan-negozju.

2.   Sabiex jiġi determinat il-post imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tal-post fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet essenzjali dwar il-ġestjoni ġenerali tan-negozju, il-post fejn tinsab is-sede tan-negozju, u l-post fejn tiltaqa’ l-amministrazzjoni.

Fejn dawn il-kriterji ma jippermettux li jiġi determinat b'ċertezza l-post tas-sede tal-attività ekonomika, il-post fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet essenzjali dwar it-tmexxija ġenerali tan-negozju għandu jkun il-kriterju prinċipali.

3.   Is-sempliċi preżenza ta' indirizz postali ma tistax tittieħed bħala li huwa l-post ta' fejn negozju ta' persuna taxxabbli ġie stabbilit.

Artikolu 11

1.   Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE “l-istabbiliment fiss” għandu jkun kwalunkwe stabbiliment, minbarra s-sede tal-attività ekonomika msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament li huwa karatterizzat minn grad ta' permanenza suffiċjenti u struttura adatta f'termini ta' riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu li jirċievi u juża s-servizzi li huma fornuti lilu għall-bżonnijiet tiegħu stess.

2.   Fl-applikazzjoni tal-Artikoli li ġejjin, “stabbiliment fiss” għandu jkun kwalunkwe stabbiliment, minbarra s-sede tal-attività ekonomika msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, li huwa karatterizzat minn livell ta' permanenza suffiċjenti u struttura adatta f'termini ta' riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu jipprovdi s-servizzi li huwa jforni.

(a)

l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(b)

mill-1 ta' Jannar 2013, it-tieni subparagrafu, tal-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(c)

mill-1 ta' Jannar 2014 l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(d)

l-Artikolu 192a tad-Direttiva 2006/112/KE.

3.   Il-fatt li jkollu numru ta' identifikazzjoni għall-VAT m'huwiex suffiċjenti fih innifsu biex jitqies li persuna taxxabbi għandha stabbiliment fiss.

Artikolu 12

Għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE, l-“indirizz permanenti” ta' persuna fiżika, kemm jekk hija persuna taxxabbli kif ukoll jekk mhijiex, għandu jkun l-indirizz li ddaħħal fir-reġistru tal-popolazzjoni jew reġistru simili, jew l-indirizz indikat minn dik il-persuna lill-awtoritajiet tat-taxxa rilevanti, sakemm ma jkunx hemm provi li dan l-indirizz ma jirreflettix ir-realtà.

Artikolu 13

Il-post fejn persuna fiżika “normalment tirrisjedi”, kemm jekk hija persuna taxxabbli jew le, imsemmija fid-Direttiva 2006/112/KE għandha tkun il-post fejn, din il-persuna fiżika normalment tgħix bħala riżultat ta' rabtiet personali u ta' impjieg.

Meta r-rabtiet ta' impjieg jinsabu f'pajjiż differenti minn dak tar-rabtiet personali jew fejn ma teżisti ebda rabta ta' impjieg, il-post ta' residenza abitwali għandu jiġi ddeterminat minn rabtiet personali li juru konnessjonijiet mill-qrib bejn il-persuna fiżika u post fejn hija tgħix.

TAQSIMA 2

Il-lok tal-forniment tal-oġġetti

(Artikoli 31 sa 39 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 14

Fejn matul sena kalendarja il-limitu applikat minn Stat Membru b'konformità mal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2006/112/KE jinqabeż, Artikolu 33 ta' dik id-Direttiva ma jimmodifikax il-lok tal-fornituri tal-prodotti minn barra l-prodotti li huma soġġetti għal dazju tas-sisa li jkunu saru fl-istess sena kalendarja u qabel ma l-limitu li ġie applikat mill-Istat Membru għas-sena kalendarja attwali jinqabeż, sakemm jintlaħqu l-kundizzjoni kollha li ġejjin:

(a)

il-fornitur għadu ma eżerċitax l-għażla prevista taħt l-Artikolu 34(4) ta' dik id-Direttiva;

(b)

il-valur tal-fornimenti tal-prodotti tiegħu ma qabżux il-limitu matul is-sena kalendarja preċedenti.

Madankollu, l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jimmodifika l-lok tal-fornimenti li ġejjin lill-Istat Membru li fih il-kunsinna jew it-trasport jispiċċa:

(a)

il-forniment ta' prodotti li bihom il-limitu applikat mill-Istat Membru għas-sena kalendarja attwali nqabeż matul l-istess sena kalendarja;

(b)

kwalunkwe forniment sussegwenti ta' prodotti fi ħdan l-Istat Membru f'dik is-sena kalendarja;

(c)

fornimenti ta' prodotti fi ħdan dak l-Istat Membru fis-sena kalendarja wara s-sena kalendarja li fiha ġrat il-ġrajja msemmija f'punt (a).

Artikolu 15

Is-settur tal-operazzjoni tat-trasport tal-passeġġieri affetwat fi ħdan il-Komunità msemmi fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jkun determinat mill-vjaġġ li jkun ħa l-mezz tat-trasport u mhux mill-vjaġġ komplut minn kull wieħed mill-passiġġieri.

TAQSIMA 3

Post ta' akkwisti intra-Komunitarji

(Artikoli 40,41 u 42 tad-Direttiva 2006/112/KE)

L-Artikolu 16

Meta jsir akkwist ta' prodotti intra-Komunitarju fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 20 tad-Direttiva2006/112/KE, l-Istat Membru li fih it-tluq jew it-trasport jintemm għandu jeżerċita s-setgħa ta' tassazzjoni tiegħu irrispettivament mit-trattament tal-VAT applikat għat-transazzjoni fl-Istat Membru li fih il-kunsinna jew it-trasport beda.

Kwalunkwe talba minn fornitur ta' oġġetti għal korrezzjoni fil-VAT li għaliha ħareġ fattura u li ġiet irrappurtata minnu lil Stat Membru fejn beda t-tluq jew it-trasport għandu jkun ittrattat minn dak l-Istat Membru b'konformità mar-regoli domestiċi proprji tiegħu.

TAQSIMA 4

Il-lok tal-forniment tas-servizzi

(Artikoli 43 sa 59 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Subtaqsima 1

Status tal-klijent

Artikolu 17

1.   Jekk il-lok tal-forniment tas-servizzi jiddependi fuq jekk il-klijent huwiex persuna taxxabbli jew mhux taxxabbli, l-istatus tal-klijent għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-Artikoli 9 sa 13 u 43 tad-Direttiva 2006/112/KE.

2.   Persuna legali mhux taxxabbli li tiġi identifikata jew li jeħtieġ tkun identifikata għal raġunijiet ta' VAT taħt il-punt (b) tal-Artikolu 214(1) tad-Direttiva 2006/112/KE minħabba li l-akkwisti intra-Komunitarji tagħha huma soġġetti għall-VAT jew minħabba li hija tkun għażlet li tissottometti dawn it-transazzjonijiet għall-VAT għandha tkun persuna taxxabbli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 43 ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 18

1.   Ħlief jekk ikollu informazzjoni kuntrarja, il-fornitur jista' jikkunsidra l-klijent stabbilit fil-Komunità bħala persuna taxxabbli:

(a)

meta l-klijent ikun ikkomunikalu n-numru ta' identifikazzjoni individwali tiegħu tal-VAT, u l-fornitur jikseb il-konferma tal-validità ta' dan in-numru ta' identifikazzjoni kif ukoll l-isem u l-indirizz relatati f'konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 (5);

(b)

meta l-klijient ma jkunx għadu rċieva numru individwali ta' identifikazzjoni tal-VAT iżda jinforma lill-fornitur li huwa jkun applika għalih u l-fornitur jikseb kwalunkwe prova oħra li turi li dan huwa persuna taxxabbli jew persuna legali mhux taxxabbli meħtieġa tiġi identifikata għal raġunijiet ta' VAT u jwettaq livell raġjonevoli ta' verifikazzjoni dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent, permezz ta' miżuri ta' sigurtà kummerċjali normali bħal ma huma dawk dwar l-identità jew il-ħlas.

2.   Ħlief jekk ikollu informazzjoni kuntrarja, il-fornitur jista' jqis li klijent stabbilit fil-Komunità bħala persuna mhux taxxabbli jekk huwajista' juri li dan il-klijent ma jkunx tah in-numru individwali ta' identifikazzjoni tiegħu tal-VAT.

3.   Sakemm ma jkollux informazzjoni kuntrarja, il-fornitur jista' jqis li klijent stabbilit barra mill-Komunità titqies bħala persuna taxxabbli:

(a)

jekk huwa jikseb mingħand il-klijent ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tat-taxxa tal-klijent bħala konferma li l-klijent qiegħed iwettaq attivitajiet ekonomiċi sabiex ikun jista' jieħu lura rifużjoni tal-VAT taħt id-Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE tas-17 ta' Novembru 1986 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli mhux stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (6);

(b)

meta l-klient ma jkollux dak iċ-ċertifikat, jekk ikollu numru tal-VAT, jew numru simili mogħti lill-klijent mill-pajjiż ta' stabbiliment u użat biex jidentifika n-negozji jew kwalunkwe prova oħra li turi li l-klijent huwa persuna taxxabbli u jekk il-fornitur iwettaq livell raġonevoli ta' verifika fir-rigward tal-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent, permezz ta' miżuri ta' sigurtà kummerċjali normali bħalma huma dawk dwar il-kontrolli tal-identità jew tal-ħlas.

Subtaqsima 2

Il-kapaċità tal-klijent

Artikolu 19

Għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-lok tal-forniment tas-servizzi previsti fl-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva 2006/112/KE, persuna taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli li titqies bħala persuna taxxabbli, li tirċievi servizzi esklużivament għall-użu personali tagħha inkluż għal dak tal-persunal tagħha, hija kkunsidrata bħala persuna mhux taxxabbli.

Ħlief jekk ikollu informazzjoni kuntrarja, bħal informazzjoni dwar in-natura tas-servizzi pprovduti, il-fornitur jista' jikkunsidra s-servizzi huma ddestinati għall-attività ekonomika tal-klijent jekk, għal dik it-transazzjoni, il-klijent ikun infurmah bin-numru individwali tiegħu ta' identifikazzjoni għall-VAT.

Meta l-istess servizz ikun maħsub kemm għal użu privat, inkluż użu mill-persunal tal-klijent, kif ukoll għal użu tan-negozju, il-forniment ta' dan is-servizz jiddependi esklużivament mill-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE, dment li ma tkun teżisti ebda prattika abbużiva.

Subtaqsima 3

Lokalità tal-klijent

Artikolu 20

Meta forniment ta' servizzi mwettqa għal persuna taxxabbli jew persuna ġuridika mhux taxxabbli meqjusa bħala persuna taxxabbli jaqa’ taħt l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE u din il-persuna taxxabbli tkun stabbilita f'pajjiż wieħed biss, jew, fin-nuqqas ta' lok ta' attività ekonomika jew stabbiliment fiss, ikollu l-indirizz permanenti jirrisjedi normalment f'pajjiż wieħed biss, dan il-forniment ta' servizzi għandu jkun taxxabbli f'dak il-pajjiż.

Il-fornitur għandu jistabbilixxi dak il-lok skont l-informazzjoni pprovduta mill-klijent, u jivverifika dik l-informazzjoni permezz ta' proċeduri ta' sigurtà bħal ma huma dawk rigward kontrolli ta' identità jew ta' ħlas.

L-informazzjoni tista' tinkludi numru ta' identifikazzjoni tal-VAT mogħti mill-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-klijent.

Artikolu 21

Meta forniment ta' servizzi lil persuna taxxabbli, jew persuna mhux taxxabbli meqjusa bħala persuna taxxabbli, jaqa’ fi ħdan l-ambitu tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE, u l-persuna taxxabbli hija stabbilita f'iżjed minn pajjiż wieħed, dak il-forniment għandu jkun taxxabbli fil-pajjiż fejn dik il-persuna taxxabbli stabbiliet in-negozju tagħha.

Madanakollu, fejn is-servizz huwa pprovdut għal stabbiliment fiss ta' persuna taxxabbli li jinsab f'post minbarra dak fejn il-klijent stabilixxa n-negozju tiegħu, dak il-forniment għandu jkun taxxabbli fil-lok tal-istabbiliment fiss li jirċievi dak is-servizz u li jużah għall-ħtiġijiet proprji tiegħu.

Fejn il-persuna taxxabbli ma jkollhiex sede ta' attività ekonomika ta' negozju jew ta' stabbiliment fiss, is-servizz għandu jkun taxxabbli fl-indirizz permanenti jew ir-residenza tas-soltu tal-persuna taxxabbli.

Artikolu 22

1.   Biex jidentifika l-istabbiliment fiss tal-klijent li lilu jingħatalu s-servizz, il-fornitur għandu jeżamina n-natura u l-użu tas-servizz provdut.

Meta n-natura u l-użu tas-servizz provdut ma jippermettulux jidentifika l-istabbiliment fiss li lilu jingħatalu s-servizz, il-fornitur, fl-identifikazzjoni ta' dak l-istabbiliment fiss, għandu jeżamina b'mod partikolari jekk il-kuntratt, id-dokument tal-ordni u n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT mogħti mill-Istat Membru tal-klijent u kkomunikat lilu mill-klijent jidentifikax l-istabbiliment fiss bħala klijent tas-servizz u jekk l-istabbiliment fiss hux l-entità li tħallas għas-servizz.

Fejn l-istabbiliment fiss tal-klijent li jingħatalu s-servizz ma jistax ikun determinat skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu jew meta servizzi koperti mill-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE jkunu ġew fornuti lil persuna taxxabbli taħt kuntratt li jkopri servizz wieħed jew aktar li ntużaw b'mod mhux identifikabbli jew li ma jistax jiġi kkwantifikat, il-fornitur jista' jikkunsidra b'mod validu li s-servizzi jkunu ġew ipprovduti fil-post fejn il-klijent stabilixxa n-negozju tiegħu.

2.   L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-klijent.

Artikolu 23

1.   Mill-1 ta' Jannar 2013, fejn, f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, forniment ta' servizzi huwa taxxabbli fil-lok fejn ikun stabbilit il-klijent, jew fin-nuqqas ta' stabbiliment, fil-post fejn huwa jkollu l-indirizz permanenti tiegħu jew ir-residenza tas-soltu tiegħu, il-fornitur għandu jistabbilixxi dak il-lok abbażi tal-informazzjoni fattwali pprovduta mill-klijent, u jivverifika dik l-informazzjoni permezz ta' miżuri ta' sigurtà kummerċjali normali bħal ma huma dawk rigward kontrolli ta' identità jew ta' ħlas.

2.   Fejn, f'konformità mal-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2006/112/KE, forniment ta' servizzi huwa taxxabbli fil-post fejn ikun stabbilit il-klijent, jew fin-nuqqas ta' stabbiliment, fil-lok fejn huwa jkollu l-indirizz permanenti tiegħu jew ir-residenza tas-soltu tiegħu, il-fornitur għandu jistabbilixxi dak il-lok abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent, u jivverifika dik l-informazzjoni permezz ta' miżuri ta' sigurtà kummerċjali normali bħal ma huma dawk rigward kontrolli ta' identità jew ta' ħlas.

Artikolu 24

1.   Mill-1 ta' Jannar 2013, fejn servizzi koperti mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2006/112/KE huma fornuti lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita f'aktar minn pajjiż wieħed jew, li għandha l-indirizz permanenti f'pajjiż wieħed u r-residenza tas-soltu tagħha f'ieħor, għandha tingħata prijorità lill-post li jiżgura bl-aħjar mod it-tassazzjoni fil-post tal-konsum reali meta jkun determinat il-lok fejn sar il-forniment ta' dawk is-servizzi.

2.   Fejn is-servizzi koperti mill-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2006/112/KE huma fornuti lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita f'aktar minn pajjiż wieħed jew, li għandha l-indirizz permanenti f'pajjiż wieħed u r-residenza tas-soltu tagħha f'ieħor, għandha tingħata prijorità lill-lok li jiżgura bl-aħjar mod it-tassazzjoni fil-post fir-realtà tal-konsum meta jkun qiegħed jiġi determinat il-lok fejn sar il-forniment ta' dawk is-servizzi.

Subtaqsima 4

Dispożizzjoni komuni rigward id-determinazzjoni tal-istatus, il-kapaċità u l-lok tal-klijent

Artikolu 25

Għall-applikazzjoni tar-regoli relatati mal-lok fejn jiġu pprovduti s-servizzi, għandhom jitqiesu biss iċ-ċirkustanzi eżistenti meta jseħħ il-fatt taxxabbli. Kwalunkwe tibdil sussegwenti fl-użu tas-servizz li ngħata m'għandux jaffettwa kif wieħed jista' jiddetermina l-lok fejn sar il-forniment, dment li ma tkun teżisti l-ebda prattika abbużiva.

Subtaqsima 5

Il-forniment tas-servizzi rregolat mir-regoli ġenerali

Artikolu 26

Transazzjoni fejn korp jagħti drittijiet tax-xandir tat-televiżjoni fir-rigward tal-partiti tal-futbol lil persuni taxxabbligħandha tkun koperta bl-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 27

Il-forniment tas-servizzi li tikkonsisti fl-applikazzjoni jew l-akkwist ta' fondi taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat- 12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta' rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (7) għandu jkun kopert mill-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 28

Sakemm jikkostitwixxu servizz uniku, il-forniment ta' servizzi li ngħataw fil-qafas li fih ġie organizzat funeral għandu jkun kopert mill-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva 2006/112/KE.

L-Artikolu 29

Bla ħsara għall-Artikolu 41 ta' dan ir-Regolament, il-forniment ta' servizzi ta' traduzzjoni tat-testi għandu jaqa’ taħt l-ambitu tal-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Subtaqsima 6

Il-forniment ta' servizzi minn intermedjarji

Artikolu 30

Is-forniment ta' servizzi ta' intermedjarji kif imsemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jkopri s-servizzi ta' intermedjarji li jaġixxu f'isem u għan-nom tar-reċipjent tas-servizz akkwistat u s-servizzi mwettqa minn intermedjarji li jaġixxu f'isem u għan-nom ta' fornitur tas-servizzi akkwistatiL-Artikolu 31

Artikolu 31

Il-forniment ta' servizzi minn intermedjarji li jaġixxu f'isem u għan-nom ta' persuna oħra li jikkonsistu fl-intermedjazzjoni fil-forniment ta' akkommodazzjoni fis-settur tal-lukandi jew f'setturi li għandhom funzjoni simili għandhom jaqgħu fl-ambiru ta':

(a)

l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE jekk fornut lil persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali jew lil persuna ġuridika mhux taxxabbli meqjusa bħala persuna taxxabbli;

(b)

l-Artikolu 46 ta' dik id-Direttiva, jekk fornut lil persuna mhux taxxabbli.

Subtaqsima 7

Forniment ta' servizzi kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta' divertiment u servizzi simili

Artikolu 32

1.   Servizzi fir-rigward tal-aċċess għal avvenimenti kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta' divertiment jew avvenimenti simili msemmijin fl-Artikolu 53 tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom jikludu l-forniment ta' servizzi li tagħhom il-karatteristiċi essenzjali huma l-għoti tad-dritt ta' aċċess għal avveniment bi skambju għal biljett jew ħlas, inkluż ħlas fil-forma ta' sottoskrizzjoni, biljett għal staġun jew miżata perjodika jikkonsistu fil-forniment.

2.   Il-Paragrafu 1 għandu japplika, b'mod partikolari għal:

(a)

id-dritt ta' dħul għal spettakli, preżentazzjonijiet teatrali, spettakli taċ-ċirku, fieri, parks ta' divertiment, kunċerti, wirjiet, kif ukoll avvenimenti kulturali oħra simili;

(b)

id-dritt ta' dħul għal avvenimenti sportivi bħal ma huma partiti u kompetizzjonijiet;

(c)

id-dritt ta' dħul għal avvenimenti edukattivi u xjentifiċi bħal ma huma konferenzi u seminars.

3.   Il-paragrafu 1 ma jkoprix l-użu ta' faċilitajiet bħal ma huma swali tal-ġinnastika jew affarijiet simili, bi skambju għall-ħlas ta' miżata.

Artikolu 33

Is-servizzi anċillari msemmija fl-Artikolu 53 tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom jinkludu servizzi li huma direttament marbuta mal-aċċess għal avvenimenti kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta' divertiment jew avvenimenti simili li jiġu pprovduti separatament lill-persuna li tattendi għal avveniment, b'korrispettiv.

Dawn is-servizzi anċillari għandhom jinkludu b'mod partikolari l-użu ta' kmamar tal-ilbies jew ta' faċilitajiet sanitarji iżda ma jinkludux sempliċi servizzi intermedjarji relatati mal-bejgħ ta' biljetti.

Subtaqsima 8

Forniment ta' servizzi anċiallari ta' trasport, valutazzjonijiet ta' u xogħol fuq proprjetà mobbli

Artikolu 34

Ħlief meta l-prodotti li qegħdin jiġu mmuntati jsiru parti minn proprjetà immobbli, il-lok tal-forniment ta' servizzi lil persuna mhux taxxabbli li jikkonsisiti biss mill-immuntar ta' partijiet varji ta' magna minn persuna taxxabbli, li kollha kemm huma ġew ipprovduti lilha mill-klijent tagħha għandu jkun stabbilit b'konformità mal-Artikolu 54 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Subtaqsima 9

Il-forniment ta' servizzi fir-ristoranti u tal-catering abbord mezz ta' trasport

Artikolu 35

Il-parti tal-operazzjoni tat-trasport tal-passeġġieri affetwat fi ħdan il-Kominità msemmi fl-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jkun determinat mill-vjaġġ li jkun ħa l-mezz tat-trasport u mhux mill-vjaġġ komplut minn kull wieħed mill-passiġġieri.

Artikolu 36

Meta servizzi tar-ristoranti u tal-catering huma fornuti matul il-parti ta' operazzjoni tat-trasport tal-passeġġieri li effetwata fi ħdan il-Komunità, dak il-forniment ikun kopert mill-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Fejn servizzi tar-ristoranti u tal-catering huma fornuti 'l barra minn tali parti iżda fuq it-territorju tal-Istat Membru jew ta' pajjiż terz jew ta' territorju terz, dak il-forniment ikun kopert mill-Artikolu 55 ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 37

Il-post tal-forniment ta' servizz fir-ristoranti jew tal-catering li twettaq fil-Komunità parzjalment matul sezzjoni ta' operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri affetwata fi ħdan il-Komunità, u parzjalment ’il barra tali sezzjoni iżda fuq it-territorju ta' stat membru, għandu jkun determinat fl-intier tiegħu skont ir-regoli għad-determinazzjoni tal-lok tal-forniment applikabbli fil-bidu tal-forniment tas-servizz fir-ristoranti jew tal-catering.

Subtaqsima 10

Kiri tal-mezz tat-trasport

Artikolu 38

1.   “Mezz tat-trasport”, kif imsemmi fl-Artikolu 56 u punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jinkludi vetturi, kemm jekk bil-mutur kif ukoll jekk le, u tagħmir ieħor u apparat iddisinjat biex jittrasporta persuni jew oġġetti minn post għal ieħor, li jista' jinġibed, jiġi rmunkat jew imbuttat minn vetturi li huma normalment iddisinjati u jistgħu fil-prattika jintużaw għat-trasport.

2.   Il-mezzi ta' trasport imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, b'mod partikolari il-vetturi li ġejjin:

(a)

vetturi tal-art, bħal karozzi, muturi, biċikletti, triċikletti u karavanni;

(b)

karrijiet u semikarrijiet;

(c)

vaguni ferrovjarji;

(d)

bastimenti;

(e)

ajruplani;

(f)

vetturi ddiainjati speċifikament għat-trasport ta' persuni morda jew feruti;

(g)

tratturi agrikoli u vetturi agrikoli oħra;

(h)

vetturi għal persuni invalidi li jjaħdmu b'mod mekkaniku jew elettroniku.

3.   Il-vetturi li huma immobbilizzati b'mod permanenti u l-kontejners mhumiex mezzi ta' trasport previsti fil-paragrafu 1.

Artikolu 39

1.   Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2006/112/KE, it-tul tal-pussess kontinwu jew l-użu ta' mezz ta' trasport li huwa soġġett għal kirja għandu jkun determinat abbażi ta' kuntratt bejn il-partijiet involuti.

Il-kuntratt għandu jservi bħala preżunzjoni li tista' tiġi ribattuta permezz ta' kwalunkwe mezz fil-fatt jew bil-liġi sabiex jiġi stabbilit it-tul ta' żmien eżatt tal-pussess kontinwu jew l-użu.

Jekk minħabba raġuni ta' force majeur jinqabeż it-tul ta' żmien kuntrattwali tal-kiri fuq perijodu qasir fit-tifsira tal-Artikolu 56 tad-Direttiva 2006/112/KE, dan ma jkollux impatt fuq id-determinazzjoni tat-tul taż-żmien tal-pussess jew l-użu kontinwu tal-mezz ta' trasport.

2.   Meta l-kiri tal-istess mezz ta' trasport ikun kopert minn kuntratti suċċessivi konklużi bejn l-istess partijiet, it-tul ta' kull wieħed minn dawk il-kuntratti għall-għanijiet tal-Artikolu 56(1) għandu jkun it-tul tal-pussess jew tal-użu kontinwu tal-mezz tat-trasport provdut taħt il-kuntratti u l-kuntratti konsekuttivi li jsegwuh.

Għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, kuntratt u l-prorogi tiegħu huma kuntratti suċċessivi.

Madanakollu, it-tul tal-kuntratt jew tal-kuntratti ta' kiri għal żmien qasir li jippreċedu kuntratt li hu meqjus bħala fit-tul, m'għandux jiġi kkuntestat dment li ma jkun hemm l-ebda prattika abbużiva.

3.   Sakemm ma jkunx hemm prattiċi abużivi, kuntratti konsekuttivi bejn l-istess partijiet għal mezzi ta' trasport differenti m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala kuntratti konsekuttivi għall-finijiet tal-paragrafu 2.

Artikolu 40

Il-lok fejn il-mezz ta' trasport jitpoġġa fil-prattika għad-dispożizzjoni tal-klijent kif imsemmi fl-Artikolu 56(1) tad-direttiva 2006/112/KE, għandu jkun il-lok fejn il-klijent jew terza parti li taġixxi f'ismu jieħu l-pussess fiżiku tiegħu.

Subtaqsima 11

Forniment ta' servizzi lil persuni mhux taxxabbli 'l barra mill-komunità

Artikolu 41

Il-forniment tas-servizzi ta' traduzzjoni tat-testi pprovdut lil persuna mhux taxxabbli stabbilita barra l-Komunità għandu jkun kopert mill-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 59(c) tad-Direttiva 2006/112/KE.

KAPITOLU VI

AMMONT TAXXABBLI

(TITOLU VII TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE)

Artikolu 42

Meta fornitur ta' prodotti jew servizzi, bħala kundizzjoni biex jaċċetta ħlas b'karta ta' kreditu jew ta' debitu, jesiġi li l-klijent iħallas ammont lilu jew lil impriża oħra, u meta it-total tal-prezz li għandu jitħallas minn dak il-klijent mhuwix affettwat irrispettivament minn kif ġie aċċettat il-ħlas, dak l-ammont għandu jikkostitwixxi parti integrali tal-ammont taxxabbli għall-forniment tal-prodotti jew servizzi, taħt Artikoli 73 sa 80 tad-Direttiva 2006/112/KE.

KAPITOLU VII

RATI

Artikolu 43

“Il-provvista ta' akkomodazzjoni għal vaganza” kif imsemmija f'punt (12) ta' Anness III tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tinkludi l-kiri ta' tined, ta' karavannijiet jew ta' djar mobbli installati fuq siti biex tikkampja fihom u użati bħala akkomodazzjoni.

KAPITOLU VIII

EŻENZJONIJIET

TAQSIMA 1

Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku

(Artikoli 132, 133 u 134 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 44

Taħriġ vokazzjonali jew servizzi ta' taħriġ mill-ġdid previsti taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-punt (i) tal-Artikolu 132(1) tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom jinkludu istruzzjoni relatata direttament ma' sengħa jew professjoni kif ukoll kwalunkwe istruzzjoni mmirata mal-akkwist jew l-aġġornament tat-tagħlim għal finijiet ta' vokazzjoni. Id-tul ta' taħriġ ta' vokazzjoni jew kors ta' taħriġ mill-ġdid huwa irrilevanti għal dan il-fini.

TAQSIMA 2

Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħra

(Artikoli 135, 136 u 137 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 45

L-eżenzjoni provduta fil-punt (e) tal-Artikolu 135(1) tad-Direttiva 2006/112/KE ma tapplikax għal dukati tal-platinu.

TAQSIMA 3

Eżenzjonijiet fuq l-importazzjoni

(Artikoli 143, 144 u 145 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 46

L-eżenzjoni provduta fl-Artikolu 144 tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tapplika għas-servizzi tat-trasport marbutin mal-importazzjoni ta' proprjetà mobbli li ngħataw bħala parti minn tibdil ta' residenza.

TAQSIMA 4

Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni

(Artikoli 146 u 147 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 47

“Mezz ta' trasport għal użu privat” kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 146(1) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jinkludi mezzi ta' trasport użati għal finijiet mhux tan-negozju minn persuni li mhumiex persuni naturali, bħal korpi rregolati mill-liġi pubblika fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva u assoċjazzjonijiet.

Artikolu 48

Sabiex ikun determinat jekk, bħala kundizzjoni għall-eżenzjoni tal-forniment ta' oġġetti li jinġarru fil-bagalja personali tal-vjaġġjatur, il-limitu mfassal minn Stat Membru b'konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 147(1) tad-Direttiva 2006/112/KE jkunx inqabeż, il-kalkolazzjoni għandha tiġi bbażata fuq iil-valur tal-fattura. Il-valur totali ta' diversi prodotti jista' jintuża biss jekk dawk il-prodotti kollha huma inklużi fuq l-istess fattura li nħarġet mill-istess persuna taxxabbli li tforni l-prodotti lill-istess klijen.

TAQSIMA 5

Eżenzjonijiet relatati ma' ċerti transazzjonijiet ittrattati bħala esportazzjonijiet

(Artikoli 151 u 152 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 49

L-eżenzjoni pprovduta fl-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tapplika wkoll għal servizzi elettroniċi meta dawn huma fornuti minn persuna taxxabbli li għaliha tapplika l-iskema speċjali għal servizzi fornuti b'mod elettroniku provduta fl-Artikoli 357 sa 369 ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 50

1.   Biex jikkwalifika għal rikonoxximent bħala korp internazzjonali għall-applikazzjoni tal-punt (g) tal-Artikolu 143(1) u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 151(1) tad-Direttiva 2006/112/KE korp li jiġi stabbilit bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC), kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC) (8), għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

għandu jkollu personalità legali distinta u kapaċità legali sħiħa;

(b)

għandu jiġi stabbilit skont u għandu jkun soġġett għall-liġi tal-Unjoni Ewropea;

(c)

l-isħubija tiegħu għandha tinkludi l-Istati Membri u, fejn inhu xieraq, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet inter-governamentali, iżda teskludi korpi privati;

(d)

għandu jkollu għanijiet speċifiċi u leġittimi segwiti b'mod konġunt u essenzjalment mhux ekonomiċi fin-natura tagħhom.

2.   L-eżenzjoni prevista f'punt (g) tal-Artikolu 143 (1) u punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 151(1) tad-Direttiva 2006/112/KE tapplika għal ERIC, imsemmija fil-paragrafu 1 fejn dan ikun rikonoxxut bħala korp internazzjonali mill-Istat Membru li qiegħed jospitah.

Il-limiti u l-kundizzjonijiet ta' tali eżenzjoni għandhom jiġu stipulati minn ftehim bejn il-membri tal-ERIC konformement mal-Artikolu 5(1) punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009. Fejn l-oġġetti ma telqux jew ma ġewx trasportati 'l barra mill-Istat Membru li fih sar il-forniment, u fil-każ ta' servizzi, l-eżenzjoni tista' tingħata permezz ta' rifużjoni tal-VAT b'konformità mal-Artikolu 151(2) tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 51

1.   Fejn dak li jirċievi kunsinna ta' oġġetti jew servizzi jkun stabbilit fi ħdan il-Komunità iżda mhux fl-Istat Membru li fih sar il-forniment, iċ-ċertifikat tal-VAT u/jew id- dazju tas-sisa previst fl-Anness II għal dan ir-Regolament, għandu iservi biex jiġi kkonfermat li l-operazzjoni tista' tibbenefika, skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fl -Anness għal dak iċ-ċertifikat, minn tali eżenzjoni taħt l-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Meta juża dan iċ-ċertifikat, l-Istat Membru fejn ikun stabbilit dak li jirċievi l-kunsinna ta' oġġetti jew servizzi jista' jiddeċiedi jekk jużax ċertifikat komuni tal-VAT u d-dazju jew jekk jużax żewġ ċertifikati differenti.

2.   Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ittimbrat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Madanakollu, jekk l-oġġetti u s-servizzi ġew intiżi għall-użu uffiċjali, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lir-reċipjent mir-rekwiżit li ċ-ċertifikat għandu jiġi stampat, taħt tali kundizzjonijiet li jistgħu jistipulaw. Din l-eżenzjoni tista' tiġi rtirata fil-każ ta' abbuż.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-punt ta' kuntatt magħżul biex jidentifika s-servizzi responsabbli għall-istampar taċ-ċertifikat u sa liema punt jistgħu jwarrbu r-rekwiżit li ċ-ċertifikat għandu jiġi stampat. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bl-informazzjoni li tressqet mill-Istati Membri.

3.   Fejn eżenzjoni diretta hija applikata fl-Istat Membru li fih sar il-forniment, il-fornitur għandu jakkwista ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, mir-reċipjent tal-prodotti jew servizzi u jżommu bħala parti mir-reġistri tiegħu. Jekk l-eżenzjoni tingħata permezz ta' rifużjoni tal-VA, skont l-Artikolu 151(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, iċ-ċertifikat għandu jiġi mehmuż mat-talba għar-rifużjoni mibgħuta lill-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLU IX

TNAQQIS

(TITOLU X TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE)

Artikolu 52

Meta l-Istat Membru ta' importazzjoni jkun daħħal sistema elettronika għat-tlestija ta' formalitajiet doganali, it-terminu “dokument ta' importazzjoni” fil-punt (e) tal-Artikolu 178 tad-Direttiva għandu jkopri l-verżjonijiet elettroniċi ta' tali dokumenti, sakemm dawn jippermettu l-eżerċizzju tal-verifika tad-dritt ta' tnaqqis.

KAPITOLU X

L-OBBLIGI TA' PERSUNI TAXXABBLI U ĊERTI PERSUNI MHUX TAXXABBLI

(TITOLU XI TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE)

TAQSIMA I

Persuni obbligati li jħallsu l-vat

(Artikoli 192a sa 205 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 53

1.   Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 192a tad-Direttiva 2006/112/KE, stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli jiġi kkunsidrat biss jekk dan ikollu grad suffiċjenti ta' permanenza u struttura adegwata f'termini ta' mezzi umani u tekniċi, li jippermettulu jwassal il-prodotti jew is-servizzi li jipparteċipa fihom.

2.   Meta persuna taxxabbli jkollha stabbiliment fiss li jinsab fit-territorju tal-Istat Membru fejn hija dovuta l-VAT, dan l-istabbiliment jiġi meqjus li ma jipparteċipax fil-forniment ta' oġġetti jew fil-forniment ta' servizzi fi ħdan it-tifsira ta' punt (b) tal-Artikolu 192a tad-Direttiva 2006/112/KE, sakemm ir-riżorsi tekniċi u umani ta' dak l-istabbiliment fiss ma jintużawx minnu għat-transazzjonijiet relatati mal- forniment taxxabbli ta' dawk l-oġġetti jew servizzi magħmula f'dak l-Istat Membru, qabel jew waqt dan it-twettiq.

Meta r-riżorsi tal-istabbiliment fiss jintużaw biss għal ħidmiet ta' sostenn amministrattiv bħal kontabilità, fatturizzazzjoni u l-ġbir ta' pretenzjonijiet ta' dejn, dawn ma għandhomx jitqiesu li ntużaw għall-forniment tal-prodotti jew servizzi.

Madankollu, jekk tinħareġ fattura taħt in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT mill-Istat Membru tal-istabbiliment fiss, dak l-istabbiliment fiss se jitqies bħalli kieku għamel intervent fil-forniment tal-prodotti jew s-servizzi li sar f'dak l-Istat Membru sakemm ma hemmx prova tal-kuntrarju.

Artikolu 54

Meta persuna taxxabbli tkun stabilixxiet il-lok tan-negozju tagħha fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru fejn il-VAT huwa dovut, l-Artikolu 192a tad-Direttiva 2006/112/KE m'għandux japplika irrispettivament minn jekk dak il-post ta' negozju jintervjenix fil-forniment tal-ioġġetti u s-servizzi li tkun għamlet fi ħdan dak l-Istat Membru.

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet differenti

(Artikoli 272 u 273 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 55

Għat-transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 262 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-persuni taxxabbli li jkun ingħatalhom numru individwali ta' identifikazzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 214 ta' dik id-Direttiva u l-persuni legali mhux taxxabbli identifikati għall-fini tal-VAT għandhom ikunu meħtieġa, meta jaġixxu bħala tali, jikkomunikaw in-numru ta' identifikazzjoni tagħhom tal-VAT lill-fornituri tagħhom ta' oġġetti jew servizzi.

Il-persuni taxxabbli msemmijin fl-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/112/KE, li huma intitolati għal eżoneru tat-taxxa fuq l-akkwisti intra-Komunitarji ta' oġġetti skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, ma għandhomx l-obbligu li jikkomunikaw in-numru individwali tagħhom ta' identifikazzjoni tal-VAT lill-fornituri tal-oġġetti tagħhom meta jkunu ingħataw numru ta' identifikatzzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 214(1)(d) jew (e) ta' dik id-Direttiva.

KAPITOLU XI

SKEMI SPEĊJALI

TAQSIMA 1

Skema speċjali għall-investiment fid-deheb

(Artikoli 344 sa 356 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 56

“Piżijiet aċċettati mis-swieq tal-bullion tad-deheb” kif imsemmija fil-punt (l) tal-Artikolu 344(1) tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tal-inqas tkopri l-unitajiet u l-piżijiet negozjati kif stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 57

Għal finijiet tat-twaqqif tal-lista ta' muniti tad-deheb imsemmja fl-Artikolu 345 tad-Direttiva 2006/112/KE, “prezz” u “valur fis-suq miftuħ” kif imsemmija f'punt (2) tal-Artikolu 344 (1) ta' dik id-Direttiva għandhom ikunu l-prezz u l-valur fis-suq miftuħ fl-1 ta' April ta' kull sena. Jekk l-ewwel ta' April ma jaħbatx f'jum li fih dawk il-valuri jiġu ffissati, għandhom jintużaw il-valuri tal-jum li jmiss.

TAQSIMA 2

Skema speċjali għall-persuni mhux taxxabbli li qegħdin ifornu servizzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli

(Artikoli 357 sa 369 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 58

Meta, matul tliet xhur kalendarji, persuna taxxabbli mhux stabbilita li qiegħda tuża skema speċjali għal servizzi fornuti b'mod elettroniku previsti fl-Artikoli 357 sa 369 tad-Direttiva 2006/112/KE tissodisfa minn tal-inqas waħda mill-kriterji għal esklużjoni stipulati fl-Artikolu 363 ta' dik id-Direttiva, l-Istat Membru ta' identifikazzjoni għandu jeskludi dik il-persuna taxxabbli mhux stabbilita mill-iskema speċjali. F'tali każijiet il-persuna taxxabbli mhux stabbilita tista' sussegwentament tkun eskluża mill-iskema speċjali f'kwalunkwe ħin matul dawk it-tliet xhur.

Fir-rigward ta' servizzi fornuti b'mezzi elettroniċi qabel l-esklużjoni iżda matul it-tliet xhur kalendarji li fihom seħħet l-esklużjoni, il-persuna taxxabbli mhux stabbilita għandha tissottometti rendikont għat-tliet xhur b'konformità mal-Artikolu 364 tad-Direttiva 2006/112/KE. Ir-rekwiżit tas-sottomissjoni ta' dan ir-rendikont m'għandu jkollu l-ebda effett fuq ir-rekwiżit, jekk hemm, li l-persuna tkun identifikata għal raġunijiet tal-VAT taħt ir-regoli normali f'Stat Membru.

Artikolu 59

Kwalunkwe perjodu ta' rendikont (tliet xhur kalendarji) fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 364 tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jkun perjodu ta' rendikont separat.

Artikolu 60

La darba denunzja tal-VAT tiġi sottomessa kif provdut taħt l-Artikolu 364 tad-Direttiva 2006/112/KE, kwalunkwe tibdiliet sussegwenti fiċ-ċifri li jinsabu fih jistgħu jsiru biss permezz ta' emenda għal dik id-denunzja u mhux biss permezz ta' aġġustament għal kwalunkwe denunzja sussegwenti.

Artikolu 61

Ammonti fuq id-denunzja tal-VAT skont l-iskema speċjali għal servizzi fornuti b'mod elettroniku skont l-Artikoli 357 sa 369 tad-Direttiva 2006/112/KE m'għandhomx jinġiebu fis-sħiħ ’il fuq jew l-isfel sal-eqreb ċifra monitarja sħiħa. L-ammont eżatt tat-taxxa VAT għandu jkun rapportat u mnaqqas.

Artikolu 62

Stat Membru ta' identifikazzjoni li jirċievi ħlas li jaqbeż dak li jirriżulta id-denunzja tal-VAT sottomess għal servizzi fornuti b'mod elettroniku skont l-Artikolu 364 tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jrodd lura l-ammont żejjed li tħallas direttament lill-persuna taxxabbli kkonċernata.

Meta l-Istat Membru ta' identifikazzjoni jkun irċieva ammont skont denunzja t tal-VAT li sussegwentament jinstab li ma kinitx korretta, u dak l-Istat Membru jkun diġà qassam dak l-ammont fost l-Istati Membri tal-konsum, dawk l-Istati Membri għandhom iħallsu lura b'mod dirett il-ħlas żejjed lill-persuna taxxabbli mhux stabbilita u jgħarrafu lill-Istat Membru ta' identifikazzjoni bl-aġġustament li għandu jsir.

Artikolu 63

Ammonti ta' VAT imħallsa taħt l-Artikolu 367 tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom ikunu speċifiċi għad-denunzja tal-VAT sottomessa skont l-Artikolu 364 ta' dik id-Direttiva. Kwalunkwe emendi sussegwenti għall-ammonti mħallsa jistgħu jsiru biss permezz ta' referenza għal dik id-denunzja u ma jistgħux jiġu allokati lil denunzja oħra, jew aġġustati f'denunzja sussegwenti.

KAPITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 64

Regolament (KE) Nru 1777/2005 huwa b'dan imħassar.

Referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 65

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2011.

Madanakollu:

il-punt (a) tal-Artikolu 3, il-punt (b) tal-Artikolu 11(2), l-Artikolu 23(1) u l-Artikolu 24(1) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013;

il-punt (b) ta-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015;

il-punt (c) tal-Artikolu 11(2) għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MATOLCSY Gy.


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 288, 29.10.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 44, 20.2.2008, p. 11.

(4)  ĠU L 199, 31.7.1985, p. 1.

(5)  ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 326, 21.11.1986, p. 40.

(7)  ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23.

(8)  ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1.


ANNESS I

Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament

(1)

Punt 1 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/112/KE:

(a)

L-ospitizzazzjoni tal-websajt u tal-webpage;

(b)

il-manutenzjoni awtonomizzata, onlajn u fuq distanza ta' programmi;

(c)

sistemi ta' amministrazzjoni kkontrollati mill-bogħod;

(d)

ħżin onlajn tad-dejta fejn dejta speċifika tinħażen u tinqara b’mod elettroniku;

(e)

forniment onlajn ta' spażju fuq diska meta dan jiġi mitlub.

(2)

Punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/112/KE:

(a)

L-aċċess jew downloading ta' softwer (li jinkludi programmi ta' akkwist/kontabilità u softwer kontra il-viruses tal-kompjuter) kif ukoll aġġornamenti;

(b)

softwer li jintuża biex jimblokka riklami li qegħdin jintwerew, imsejħin ukoll Bannerblockers;

(c)

muturi għad-downloading tad-dejta, bħal softwer li jservi bħala punt ta' interazzjoni bejn kompjuters u tgħamir perifirali (bħal apparat li jistampa);

(d)

l-installazjoni awtomizzata onlajn ta' filtri fuq websajts;

(e)

l-installazzjoni awtomizzata onlajn ta' firewalls.

(3)

Punt 3 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/112/KE:

(a)

L-aċċess għal jew id-downloading ta' temi għad-desktop;

(b)

l-aċċess jew id-downloading ta' immaġni fotografiċi jew bi stampi jew skrinsavers;

(c)

l-kontenut diġitizzat ta' kotba u publikazzjonijiet elettroniċi oħra;

(d)

abbonament ma' gazzetti u ġurnali onlajn;

(e)

statistiċi tal-websajt u tal-weblogs;

(f)

aħbarijiet onlajn, informazzjoni dwar it-traffiku u rapporti tat-temp;

(g)

Informazzjoni onlajn iġġenerata awtomatikament b’softwer minn dejta speċifika mill-klijent, bħal per eżempju data legali u finanzjarja, (b’mod partikolari data bħal data dwar is-suq tal-ishma li tiġi kontinwament aġġornata, fil-pront);

(h)

il-provvista ta' spazju għal rikalmar li jinkludi riklami fuq il-banner ads jew fuq websajt/webpage;

(i)

l-użu ta' programmi għat-tfittix fuq l-Internet u direttorji tal-Internet.

(4)

Punt 4 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/112/KE:

(a)

L-aċċess jew id-downloading ta' mużika fuq kompjuters jew telefowns ċellulari;

(b)

l-aċċess jew id-downloading ta' jingles, siltiet, ringtones, jew ħsejjes oħra;

(c)

l-aċċess jew id-downloading tal-films;

(d)

id-downloading ta' logħob fuq kompjuters jew telefowns ċellulari;

(e)

l-aċċess awtomizzat ta' logħob li jiddependu fuq l-Internet, jew netwerks elettroniċi oħra, fejn il-parteċipanti huma mbegħdin ġeografikament minn xulxin.

(5)

Punt 5 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/112/KE:

(a)

Tagħlim awtomatizzat imbiegħed li jiddependi fuq l-Internet jew netwerk elettroniku ieħor simili għat-tħaddim u l-forniment li ma jirrikjedi l-ebda intervent uman jew intervent limitat, li jinkludi klassijiet tal-iskola, minn barra meta l-Internet jew netwerk elettroniku simili jintuża bħala għodda sempliċiment għall-komunikazzjoni bejn l-għalliem u l-istudent;

(b)

workbooks li tlestew onlajn minn studenti u li ġew immarkati awtomatikament, mingħajr intervent uman.


ANNESS II

Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Noti ta’ spjegazzjoni

1.

Għall-fornitur u/jew il-persuna responsabbli għall-maħżen awtorizzata, dan iċ-ċertifikat iservi bħala dokument ta’ sostenn għal eżenzjoni mit-taxxa tal-forniment ta’ prodotti u servizzi jew konsenji ta’ prodotti lill-korpi/individwi eliġibbli msemmija fl-Artikolu 151 tad-Direttiva 2006/112/KE u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/118/KE. B’konformità ma’ dan, ċertifikat wieħed se jsir għal kull fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen. Barra minn hekk, il-fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen huwa meħtieġ li jżomm iċ-ċertifikat fil-fajls tiegħu b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali li japplikaw fl-Istat Membru tiegħu.

2.

(a)

L-ispeċifikazzjoni ġenerali tal-karta li għandha tintuża hija stipulata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew C 164 tal-1.7.1989, p. 3.

Il-karta għandha tkun bajda għal kull kopja u għandha tkun 210 millimetri b’297 millimetri b’tolleranza massima ta’ 5 millimetri inqas jew 8 millimeti iktar fir-rigward tat-tul tagħhom.

Għal eżenzjoni mid-dazju tas-sisa iċ-ċertifikat se jsir doppju:

kopja waħda biex tinżamm mill-kunsinnatarju;

kopja oħra biex takkumpanja l-moviment tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

(b)

Kwalunkwe spazju mhux użat f’kaxxa 5.B. għandu jiġi maqtugħ b’sink ħalli xejn ma jista’ jiġi miżjud.

(c)

id-dokument għandu jiġi komplut b’mod leġibbli u b’mod li l-entrati jkunu indelibbli. L-edba tħassir jew kitba mill-ġdid mhu permess. Għandha tiġi kompluta fil-lingwa rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti.

(d)

Jekk id-deskrizzjoni tal-prodotti u/jew is-servizzi (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) tirriferi għal formola tal-ordnijiet tax-xiri li saret fl-lingwa minn barra dik lingwa rikonoxxuta mill-Membru tal-Istat ospitanti, traduzzjoni għandha tiġi mehmuża mill-korp/individwu eliġibbli.

(e)

Minn banda l-oħra, jekk iċ-ċertifikat ikun sar fl-lingwa minn barra dik rikonoxxuta mill-Istat Membru tal-fornitur/persuna responsabbli għall-maħżen, traduzzjoni tal-informazzjoni li tikkonċerna l-prodotti u s-servizzi f’kaxxa 5.B għandha tiġi mehmuża mill-korp/individwu eliġibbli.

(f)

Lingwa rikonoxxuta tfisser waħda mill-lingwi uffiċjali li qiegħda tintuża f’Stat Membru jew kwalunkwe lingwa oħra uffiċjali tal-Unjoni li skont l-Istat Membru tista’ tintuża għal dan il-fini.

3.

Permezz tad-dikjarazzjoni tagħha fil-kaxxa 3 taċ-ċertifikat, l-korp/individwu eliġibbli jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fl-Istat Membru ospitanti.

4.

Permezz tad-dikjarazzjoni tagħha fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat, l-korp jikkonferma d-dettalji fil-kaxxa 1 u 3(a) tad-dokument u tiċċertifika li l-individwu eliġibbli huwa membru tal-persunal tal-korp.

5.

(a)

Ir-referenza għal formola tal-ordnijiet tax-xiri (kaxxa 5.B taċ-ċertifikat) għandha jkollha fiha minn tal-inqas id-data u n-numru tal-ordni. Il-formola tal-ordni għandha jkollha fiha l-elementi kollha li jidhru fil-kaxxa 5 taċ-ċertifikat. Jekk iċ-ċertifikat għandu jkun ittimbrat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, il-formola tal-ordni għandha tiġi stampata wkoll.

(b)

L-indikazzjoni tan-numru tas-sisa kif iddefinit fl-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2073/2004 tas-16 ta’ Novembru 2004 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa hija fakoltativa; in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew ta’ referenza tat-taxxa għandu jiġi indikat.

(c)

Il-muniti għandhom jkunu indikati permezz ta’ kodiċi bi tliet ittri b’konformità mal-istandard kodiċi ISO 4217 li ġie stabbilit mill-Organizzazzjoni tal-Istandards Internazzjonali. (1)

6.

Id-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq mill-korp/individwu eliġibbli; se tkun awtentikata fil-kaxxa 6 permezz ta’ timbru kompetenti mill-awtorià tal-Istat Membru ospitanti. Dik l-awtorità tista’ tagħżel li l-approvazzjoni tagħha tkun tiddependi fuq ftehim ma’ awtorità oħra fl-Istat Membru tagħha. Hija f’idejn l-awtorità tat-taxxa kompetenti biex jakkwista tali ftehim.

7.

Sabiex il-proċedura tiġi ssimplifikata, l-awtorità kompetenti tista’ tgħaddi mingħajr l-obbligu dwar l-korp eliġibbli sabiex isaqsi għat-timbru fil-każ ta’ eżenzjoni għall-użu uffiċjali. Il-korp eliġibbli għandu jsemmi din id-dispensjoni fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat.


(1)  Bħala indikazzjoni, xi kodiċijiet relatati mal-muniti attwalment użati: EUR(euro), BGN (leva), CZK (Czech koruny), DKK (Danisk kroner), GBP (Pound sterling), HUF (forint), LTL (litai), PLN (zloty), RON (Romanian lei), SEK(Svedish kronor), USD (United States dollar).


ANNESS III

Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament

Unità

Piżijiet negozjati

Kg

12,5/1

Gramma

500/250/100/50/20/10/5/2,5/2

Uqija (1 uq. = 31,1035 g)

100/10/5/1/1/2/1/4

Tael (1 tael = 1,193 uq.) (1)

10/5/1

Tola (10 tolas = 3,75 uq.) (2)

10


(1)  Tael = unità ta' piż tradizzjonali Ciniża. Ir-raffinar nominali ta' ingott tael tal-Hong Kong huwa 990 iżda fit-Taiwan, ingotti 5 u 10 tael jista'jkollhom raffinar ta' 999,9.

(2)  Tola = unita'tradizzjoniali Indjana tal-piż tad-deheb. L-aktar daqs ta' ingott popolari huwa 10 tola, b'raffinarta' 999


ANNESS IV

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1777/2005

Dan ir-Regolament

Kapitolu I

Kapitolu I

Artikolu 1

Artikolu 1

Kapitolu II

Kapitoli III u IV

Taqsima 1 tal-Kapitolu 2

Kapitolu III

Artikolu 2

Artikolu 5

Taqsima 2

Kapitolu IV

Artikolu 3(1)

Artikolu 9

Artikolu 3(2)

Artikolu 8

Kapitolu III

Kapitolu V

Taqsima 1 tal-Kapitolu III

Taqsima 4 tal-Kapitolu V

Artikolu 4

Artikolu 28

Taqsima 2 tal-Kapitolu III

Taqsima 4 tal-Kapitolu V

Artikolu 5

Artikolu 34

Artikolu 6

Artikoli 29 u 41

Artikolu 7

Artikolu 26

Artikolu 8

Artikolu 27

Artikolu 9

Artikolu 30

Artikolu 10

Artikolu 38(2)(b) u (c)

Artikolu 11(1)-(2)

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 12

Artikolu 7(3)

Kapitolu IV

Kapitolu VI

Artikolu 13

Artikolu 42

Kapitolu V

Kapitolu VIII

Taqsima 1 tal-Kapitolu V

Taqsima 1 tal-Kapitolu VIII

Artikolu 14

Artikolu 44

Artikolu 15

Artikolu 45

Taqsima 2 tal-Kapitolu V

Taqsima 2 tal-Kapitolu VIII

Artikolu 16

Artikolu 47

Artikolu 17

Artikolu 48

Kapitolu VI

Kapitolu IX

Artikolu 18

Artikolu 52

Kapitolu VII

Kapitolu XI

Artikolu 19(1)

Artikolu 56

Artikolu 19(2)

Artikolu 57

Artikolu 20(1)

Artikolu 58

Artikolu 20(2)

Artikolu 62

Artikolu 20(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 59

Artikolu 20(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 60

Artikolu 20(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 63

Artikolu 20(4)

Artikolu 61

Kapitolu VIII

Taqsima 3 tal-Kapitolu V

Artikolu 21

Artikolu 16

Artikolu 22

Artikolu 14

Kapitolu IX

Kapitolu XII

Artikolu 23

Artikolu 65

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III


23.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 283/2011

tat-22 ta’ Marzu 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 633/2007 fir-rigward tal-arranġamenti tranżizzjonali msemmija fl-Artikolu 7

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabilità) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-implimentazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira hu intiż li jiġi użat għall-iskambju tad-dejta tat-titjira skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2011 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet (3).

(2)

Sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti tal-punt 6 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (4), uħud mill-Istati Membri jew fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru jridu jaġġornaw mhux biss in-netwerk tal-Protokoll tal-Internet (PI) iżda anke ħafna mis-sistemi tad-dejta tat-titjiriet u l-infrastruttura tan-netwerk. L-aġġornament ta’ dawn is-sistemi qabel l-20 ta’ April 2011 jista’ jkollu impatt finanzjaru sinifikanti fuq l-Istati Membri kkonċernati jew il-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, u għal din ir-raġuni, arranġamenti tranżizzjonali xierqa għandhom jikkontribwixxu biex tkun minimizzata l-ispiża.

(3)

Matul il-perjodu ta’ validità tal-arranġamenti tranżizzjonali, l-Istati Membri jew il-fornituri tas-servizz bl-ajru konċernati għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-interoperabilità fin-netwerk ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru Ewropew (minn hawn ’il quddiem (EATMN).

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 633/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 633/2007, fl-Artikolu 7, l-ewwel żewġ paragrafi huma nnumerati u qed jiżdiedu l-paragrafi 3, 4 u 5 li ġejjin:

“3.   Meta Stat Membru jew fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru jkun qed jiżviluppa protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira flimkien mal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1032/2006 bejn is-sistemi tiegħu, is-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Anness I sal-31 ta’ Diċembru 2012.

4.   Meta Stat Membru jew fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru jkun ordna jew iffirma kuntratt li jorbot jew ikun żviluppa protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira għas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex ma jkunux jistgħu jiġu garantiti r-rekwiżiti tal-punt 6 tal-Anness, il-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru jew it-taqsima militari ta’ kontroll jista’ juża verżjonijiet oħra tal-protokoll tal-Internet għall-komunikazzjonijiet ‘peer to peer’ bejn is-sistemi tagħhom sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Dawk l-Istati Membri jew il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ‘peer to peer’ mis-sistemi tagħhom għal dawk ta’ Stati Membri jew fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru oħra jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fl-Anness I sakemm ftehim bilaterali magħmul qabel l-20 ta’ April 2011 jkun jippermetti l-użu ta’ verżjonijiet oħra tal-protokoll tal-Internet għal perjodu tranżizzjonali li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

5.   L-Istati Membri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jikkomunikaw informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri applikati mill-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru jew mit-taqsimiet militari ta’ kontroll lill-Kummissjoni qabel l-20 ta’ April 2011 sabiex tkun żgurata l-interoperabilità tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) tal-EATMN.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27.

(4)  ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7.


23.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 284/2011

tat-22 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi u proċeduri ddettaljati għall-importazzjoni ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Ħong Kong, iċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE (2) tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi marbuta ma’ materjali u oġġetti tal-plastika li huma maħsubin għall-kuntatt mal-oġġetti tal-ikel, dawn jinkludu r-rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, u r-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet dwar is-sustanzi li jistgħu jintużaw fihom.

(2)

Is-Sistema ta’ Twissija Rapida dwar l-Għalf u l-Ikel irċeviet bosta notifiki u twissijiet skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel importati fl-Unjoni mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (minn hawn 'il quddiem – iċ-Ċina) u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta' Ħong Kong, tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (minn hawn ’il quddiem – Ħong Kong), li jnixxu ammonti ta’ kimiċi fl-ikel jew f’simulant tal-ikel li mhumiex konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(3)

Dawn in-notifiki u t-twissijiet jikkonċernaw primarjament l-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti dwar it-tnixxija ta’ ammini aromatiċi primarji u l-formaldeid għal ġol-ikel kif stipulat fil-Parti A tal-Anness V u t-Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2002/72/KE rispettivament.

(4)

L-ammini aromatiċi primarji (minn hawn 'il quddiem – AAP) huma familja ta' komposti li xi wħud minnhom huma karċinoġeni filwaqt li dwar oħrajn hemm is-suspett li huma karċinoġeni. L-APP jistgħu jinstabu f’materjali li jkunu maħsubin għall-kuntatt mal-ikel minħabba li dawn ikun fihom xi impuritajiet jew prodotti ta’ skompożizzjoni.

(5)

L-oġġetti tal-kċina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong ġew irrappurtati li jnixxu livell għoli ta’ AAP għal ġol-ikel.

(6)

Id-Direttiva 2002/72/KE tawtorizza l-użu tal-formaldeid fil-manifattura tal-plastiċi sakemm dawn il-plastiċi ma jnixxux aktar minn 15 mg/kg ta’ formaldeid ġol-ikel (limitu speċifiku ta’ migrazzjoni (LSM) espress bħala total ta’ formaldeid u eżametilinatetramina).

(7)

L-oġġetti tal-kċina tal-melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong ġew irrappurtati li jnixxu livelli ogħla minn dawk awtorizzati għal ġol-ikel.

(8)

F’dawn l-aħħar snin il-Kummissjoni ħadet għadd ta’ inizjattivi biex iżżid it-tagħrif dwar ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni li jikkonċernaw dawk il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel importati fl-Unjoni, fost l-inizjattivi kien hemm laqgħat ta’ taħriġ għall-awtoritajiet tal-kontroll Ċiniżi u għall-industrija kkonċernata.

(9)

Minkejja dawn l-inizjattivi, il-missjonijiet fl-2009 tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju fiċ-Ċina u f’Ħong Kong identifikaw għadd ta’ defiċjenzi serji fis-sistema uffiċjali ta’ kontroll fir-rigward tal-materjali tal-plastika li jiġu f’kuntatt mal-ikel maħsubin għall-importazzjoni fl-Unjoni; u għadd kbir ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong, għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-liġijiet tal-Unjoni.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-materjali u l-oġġetti li jkunu maħsubin biex jiġu f’kuntatt dirett jew indirett mal-ikel, inklużi ċerti rekwiżiti ġenerali u speċifiċi li għandhom jissodisfaw dawn il-materjali u oġġetti. Skont l-Artikolu 24 tiegħu, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali biex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali fuq l-ikel u l-għalf. Dawn id-dispożizzjonijiet huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(11)

B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula li fejn il-liġijiet tal-Unjoni ma jistabbilixxux il-kundizzjonijiet u l-proċeduri fid-dettall li għandhom jiġu rispettati fl-importazzjoni ta’ oġġetti minn pajjiżi terzi, dawn jistgħu, fejn hemm bżonn, jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni.

(12)

L-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jqis ir-riskji marbutin ma’ dawn il-prodotti u jipprevedi l-possibbiltà tal-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta’ xi prodotti partikolari li jiġu minn ċerti pajjiżi terzi.

(13)

Biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji għas-saħħa mill-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina jew minn Ħong Kong, kull konsenja ta’ dawn il-prodotti għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti xierqa li jinkludu r-riżultati analitiċi li juru li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti dwar it-tnixxija ta’ AAP u formaldeid rispettivament, kif stipulat fid-Direttiva 2002/72/KE.

(14)

Biex tkun żgurata organizzazzjoni aktar effikaċi tal-kontrolli tal-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina jew minn Ħong Kong, l-importaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw minn qabel dwar il-wasla u n-natura tal-konsenji. Bl-istess mod, l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li jallokaw punti speċifiċi tal-ewwel introduzzjoni li minnhom ikunu jistgħu jidħlu fl-Unjoni l-konsenji ta’ dawn l-oġġetti. Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

(15)

Biex ikun żgurat ċertu grad ta’ uniformità fil-livell tal-Unjoni rigward il-kontrolli fuq l-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina jew minn Ħong Kong, f’dan ir-Regolament għandha tkun iddefinita l-proċedura tal-kontrolli uffiċjali ddefinita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Dawn il-kontrolli għandhom jinkludu l-iċċekkjar tad-dokumenti, tal-identità, kif ukoll eżamijiet fiżiċi.

(16)

F’każ li l-eżamijiet fiżiċi juru nuqqas ta’ konformità, l-Istati Membri għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida dwar l-Għalf u l-Ikel.

(17)

L-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità, f’każi speċifiċi, li jawtorizzaw it-tmexxija tal-konsenji tal-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina jew minn Ħong Kong 'il quddiem minn l-ewwel punt ta' introduzzjoni, sakemm ikunu saru l-arranġamenti mal-awtorità kompetenti fil-punt ta’ destinazzjoni biex tkun żgurata t-traċċabiltà tal-konsenji fil-frattemp bejn il-kontrolli fiżiċi u l-ħruġ tar-riżultati tagħhom, dan jippermetti li l-awtorità kompetenti tkun tista’ twettaq il-proċess tal-importazzjoni ta’ din it-tip ta’ konsenja b’mod effikaċi u effiċjenti.

(18)

L-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew jintbagħtu miċ-Ċina jew minn Ħong Kong għandhom jinħelsu għall-moviment liberu biss ladarba jkunu tlestew il-kontrolli kollha u jkunu magħrufin ir-riżultati.Għal dan il-għan, ir-riżultati tal-kontrolli għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tad-dwana qabel ma jkunu jistgħu jinħelsu l-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera.

(19)

Għandha tiġi stabbilita proċedura għar-reġistrazzjoni tat-tagħrif li jinkiseb minn dawn il-kontrolli. Dan it-tagħrif għandu jitressaq lill-Kummissjoni b’mod regolari.

(20)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu riveduti regolarment filwaqt li jitqies it-tagħrif li jkun intbagħat mill-Istati Membri.

(21)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi u l-proċeduri fid-dettall għall-importazzjoni ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (minn hawn ’il quddiem – iċ-Ċina) u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Ħong Kong, tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (minn hawn ’il quddiem – Ħong Kong).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘oġġetti tal-kċina tal-plastika’ tfisser materjali tal-plastika kif deskritt fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/72/KE u li jidħlu taħt il-kodiċi NM ex 3924 10 00;

(b)

‘konsenja’ tfisser għadd ta’ oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid jew melammina, inklużi fl-istess dokument(i), mibgħuta bl-istess mezz ta’ trasport u ġejjin mill-istess pajjiż terz;

(c)

‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri maħturin skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(d)

‘l-ewwel punt ta' introduzzjoni’ tfisser il-punt tad-dħul ta’ konsenja fl-Unjoni;

(e)

‘l-iċċekkjar tad-dokumenti’ tfisser l-iċċekkjar tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(f)

‘l-iċċekkjar tal-identità’ tfisser spezzjoni viżiva biex ikun żgurat li d-dokumenti mal-konsenja jkunu jaqblu mal-kontenut tal-konsenja;

(g)

‘eżami fiżiku’ tfisser it-teħid ta’ kampjun għall-analiżi u għall-ittestjar f’laboratorju u kull kontroll ieħor meħtieġ għall-verifikazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar it-tnixxija tal-AAP u l-formaldeid stipulati fid-Direttiva 2002/72/KE.

Artikolu 3

Il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni

1.   L-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong għandhom jiġu importati fl-Istati Membri biss sakemm għal-kull konsenja l-importatur iressaq formola ta’ dikjarazzjoni mimlija lill-awtorità kompetenti li tikkonferma li l-konsenja tissodisfa r-rekwiżiti dwar it-tnixxija ta’ amini aromatiċi primarji u formaldeid stipulati rispettivament fil-Parti A tal-Anness V u fit-Taqsima A tal-Anness II għad-Direttiva 2002/72/KE.

2.   Mudell tad-dikjarazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 huwa stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament. Id-dikjarazzjoni għandha tkun miktuba bil-lingwa uffiċjali, jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru li fih tkun importata l-konsenja.

3.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn rapport tal-laboratorju li jipprovdi:

(a)

għall-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-poliammid, riżultati analitiċi li juru li dawn ma jnixxux l-amini aromatiċi primarji għal ġol-ikel jew is-simulanti tal-ikel f’kwantità li tista’ tiġi osservata. Il-limitu ta’ osservazzjoni japplika għat-total tal-amini aromatiċi primarji. Għall-għan tal-analiżi, il-limitu ta’ osservazzjoni għall-amini aromatiċi primarji huwa ffissat għal 0,01 mg/kg ta’ ikel jew simulant tal-ikel;

(b)

għall-oġġetti tal-kċina magħmulin mill-melammina, riżultati analitiċi li juru li dawn ma jnixxux il-formaldeid għal ġol-ikel jew is-simulanti tal-ikel f’kwantità ogħla minn 15 mg/kg ta’ ikel.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tindika fuq id-dikjarazzjoni, stabbilita fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, il-prodotti humiex aċċettabbli għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera, skont jissodisfawx jew le l-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2002/72/KE kif stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Twissija bil-quddiem tal-wasla tal-konsenji

L-importaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw lill-awtorità kompetenti tal-ewwel punt ta’ introduzzjoni mill-inqas żewġt iġranet tax-xogħol minn qabel id-data u l-ħin imbassra għall-wasla attwali ta’ konsenji li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong.

Artikolu 5

In-notifika tal-ewwel punt ta’ introduzzjoni

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jallokaw l-ewwel punti ta’ introduzzjoni speċifiċi għal konsenji li joriġinaw jew jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong, għandhom jippubblikaw lista aġġornata fuq l-Internet ta’ dawn il-punti u jibagħtu l-indirizz tal-Internet lill-Kummissjoni.

Fis-sit elettroniku tagħha, il-Kummissjoni għandha tippubblika; għal skopijiet ta’ tagħrif, il-ħoloq għas-siti fejn jinstabu l-listi nazzjonali tal-ewwel punti ta’ introduzzjoni speċifiċi.

Artikolu 6

Il-kontrolli fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni

1.   L-awtorità kompetenti fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni għandha twettaq:

(a)

l-iċċekkjar tad-dokumenti tal-konsenji kollha fi żmien żewġt iġranet tax-xogħol mill-wasla tagħhom;

(b)

kontrolli fiżiċi u dawk tal-identità, li jinkludu l-analiżi fil-laboratorju ta’ 10 % tal-konsenji, b’mod li l-importaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jkunux jistgħu jbassru fuq liema konsenji se jitwettqu l-kontrolli; ir-riżultati tal-kontrolli fiżiċi jeħtieġ li jkunu disponibbli kemm jista’ jkun malajr teknikament.

2.   Jekk l-analiżi tal-laboratorju msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 turi nuqqas ta’ konformità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida dwar l-Ikel u l-Għalf stabbilita bl-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Artikolu 7

It-tmexxija ’l quddiem tal-konsenji

L-awtorità kompetenti fl-ewwel punt ta’ introduzzjoni tista’ tawtorizza t-tmexxija 'l quddiem tal-konsenji li joriġinaw jew jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong fil-frattemp bejn it-twettieq tal-kontrolli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-ħruġ tar-riżultati.

Jekk l-awtorità kompetenti tagħti l-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, għandha tavża lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-destinazzjoni u tipprovdi kopja tad-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness, mimlija, kif stipulat fl-Artikolu 3 u r-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1), malli dawn tal-aħħar isiru disponibbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-arranġamenti xierqa biex jaċċertaw li l-konsenji jibqgħu l-ħin kollu f’idejn l-awtoritajiet kompetenti b’mod li ħadd ma jkun jista’ b’ebda mod ibagħbashom sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1).

Artikolu 8

Rilaxx għaċ-Ċirkolazzjoni Libera

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ oġġetti tal-kċina tal-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew jintbagħtu miċ-Ċina u minn Ħong Kong huwa suġġett għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni li hi stabbilita fl-Anness, mimlija skont kif stipulat fl-Artikolu 3, lill–awtoritajiet tad-dwana.

Artikolu 9

Rapporti lill-Kummissjoni

1.   Meta jitwettqu l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 6(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu rikordju tat-tagħrif kollu li jidher hawn taħt:

(a)

id-dettalji ta’ kull konsenja eżaminata, li jinkludu:

(i)

id-daqs f’termini tan-numru ta’ oġġetti;

(ii)

il-pajjiż tal-oriġini;

(b)

in-numru ta’ konsenji li minnhom jittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

(c)

ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fl-Artikolu 6.

2.   L-Istati Membri għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni li jinkludi t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1, kull tliet xħur sal-aħħar tax-xahar wara t-tliet xhur.

Artikolu 10

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18.

(3)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.


ANNESS

Dikjarazzjoni li għandha tiġi pprovduta għal kull konsenja ta’ oġġetti tal-kċina tal-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Ħong Kong, iċ-Ċina

Image

Test ta 'immaġni

23.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 285/2011

tat-22 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

ET

73,9

IL

82,8

JO

71,2

MA

53,4

TN

115,9

TR

90,5

ZZ

81,3

0707 00 05

EG

170,1

JO

110,6

TR

149,2

ZZ

143,3

0709 90 70

MA

38,2

TR

114,2

ZZ

76,2

0805 10 20

EG

54,3

IL

76,5

MA

51,2

TN

56,9

TR

73,7

ZZ

62,5

0805 50 10

EG

66,4

MA

45,2

TR

49,2

ZZ

53,6

0808 10 80

AR

91,7

BR

92,1

CA

88,7

CL

98,0

CN

99,3

MK

50,2

US

137,9

UY

66,1

ZZ

90,5

0808 20 50

AR

91,9

CL

80,1

CN

58,3

US

79,9

ZA

97,1

ZZ

81,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

23.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2008/458/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu 2008 sa 2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibbiltà ta’ nefqiet fuq il-proġetti kofinanzjati mill-Fond

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1159)

(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

(2011/177/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali ‘Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji” (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 u l-Artikolu 35(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mit-tnedija tal-Fond Ewropew għar-Ritorn, huwa xieraq li jiġu ċċarati l-obbligi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/458/KE (2) dwar it-trasparenza, it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni fl-implimentazzjoni tal-proġetti.

(2)

L-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ċċarat liema informazzjoni għandhom jipprovdu l-Istati Membri.

(3)

Sabiex jitħaffef il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u tiġi provduta ċertezza legali akbar, ir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq ta’ azzjonijiet kofinanzjati mill-Fond Ewropew għar-Ritorn, għandhom jiġu ssimplifikati u ċċarati.

(4)

Ħafna mill-bidliet introdotti permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jidħlu fis-seħħ b’mod immedjat. Madankollu, peress li l-programmi annwali tal-2009 u l-2010 għadhom għaddejin, ir-regoli riveduti dwar l-eliġibbiltà tal-infiq ta’ azzjonijiet ikkofinanzjati mill-Fond Ewropew għar-Ritorn għandhom japplikaw mill-programm annwali tal-2011. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li japplikaw dawk ir-regoli minn qabel skont ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit hu marbut bl-att bażiku u, b’konsegwenza, b’din id-Deċiżjoni.

(6)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda hi marbuta bl-att bażiku u, b’konsegwenza, b’din id-Deċiżjoni.

(7)

Skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta b’din id-Deċiżjoni u lanqas m’hija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat komuni ‘Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji’ stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu ta’ bejn l-2007 u l-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji (3).

(9)

Id-Deċiżjoni 2008/458/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/458/KE tiġi emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 9(1), it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Kwalunkwe bidla sostanzjali fil-kontenut tas-sejħiet għall-proposti għandha tiġi wkoll ippubblikata fl-istess kundizzjonijiet.”.

2.

L-Artikolu 11 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Il-kuntratti ta’ implimentazzjoni

Meta jingħataw il-kuntratti għall-implimentazzjoni tal-proġetti, l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, il-korpi mmexxija mil-liġi pubblika, l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn waħda jew numru ta’ tali awtoritajiet jew numru ta’ tali korpi mmexxija mil-liġi pubblika, għandhom jimxu skont il-liġi u l-prinċipji dwar l-akkwist pubbliku tal-Unjoni u dawk nazzjonali applikabbli.

Entitajiet minbarra dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu, għandhom jagħtu kuntratti tal-għotja għall-implimentazzjoni tal-proġetti wara riklamar xieraq sabiex tkun żgurata konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali. Il-kuntratti b’valur ta’ inqas minn EUR 100 000 jistgħu jingħataw sakemm l-entità kkonċernata titlob mill-inqas tliet offerti. Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali, kuntratti b’valur inqas minn EUR 5 000 ma għandhomx jiġu suġġetti għal xi obbligu ta’ proċedura.”.

3.

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-awtorità responsabbli għandha tinforma lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra formali dwar kwalunkwe bidla sostanzjali fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u għandha tibgħat deskrizzjoni riveduta tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr u minn tal-inqas fil-ħin li ssir tali bidla.”.

4.

Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   It-tabelli finanzjarji marbuta mar-rapporti ta’ progress u mar-rapporti finali għandhom jippreżentaw tqassim tal-ammonti kemm skont il-prijorità u anki skont il-prijorità speċifika, kif ġie definit fil-linji ta’ gwida strateġiċi.”.

5.

L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:

“Kwalunkwe tibdil fl-istrateġija ta’ verifika sottomessa fir-rigward tal-Artikolu 30(1)(c) tal-att bażiku u aċċettat mill-Kummissjoni għandu jintbagħat lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr. L-istrateġija ta’ verifika riveduta għandha tkun stabbilita skont il-mudell fl-Anness VI, li timmarka r-reviżjonijiet imdaħħla.”

(b)

Il-Paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Mill-2010, l-awtorità ta’ verifika għandha tressaq pjan ta’ verifika annwali qabel il-15 ta’ Frar ta’ kull sena, ħlief meta kull wieħed mill-aħħar żewġ programmi annwali adottati mill-Kummissjoni jikkorrispondi għal kontribuzzjoni Komunitarja annwali taħt EUR 1 miljun. Il-pjan ta’ verifika għandu jitwaqqaf skont il-mudell fl-Anness VI. l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jerġgħu jissottomettu l-istrateġija ta’ verifika meta jissottomettu l-pjanijiet ta’ verifika annwali. Fil-każ ta’ strateġija ta’ verifika kombinata, kif ġie provdut fl-Artikolu 30(2) tal-att bażiku, jista’ jiġi sottomess pjan ta’ verifika annwali kombinata.”.

6.

L-Artikolu 26 hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 26

Id-dokumenti stabbiliti mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni

1.   Iċ-ċertifikazzjoni relatata mat-talba għal pagament ta’ prefinanzjament ieħor imsemmija fl-Artikolu 39(4) tal-att bażiku għandha titfassal mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u tiġi trażmessa lill-Kummissjoni mill-awtorità responsabbli fil-format tal-Anness VIII.

2.   Iċ-ċertifikazzjoni relatata mat-talba għal pagament finali msemmija fl-Artikolu 40(1)(a) tal-att bażiku għandha titfassal mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u tiġi trażmessa lill-Kummissjoni mill-awtorità responsabbli fil-format tal-Anness IX.”.

7.

L-Artikolu 37 hu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 37

L-iskambju elettroniku tad-dokumenti

Minbarra l-verżjonijiet fuq il-karti debitament iffirmati tad-dokumenti msemmija fil-Kapitolu 3, l-informazzjoni għandha tintbagħat ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi.”.

8.

L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Il-punti 1 sa 7 tal-Artikolu 1 u l-punti 1 sa 5 tal-Anness għandhom japplikaw mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Punt 6 tal-Anness għandu japplika minn tal-inqas mill-implimentazzjoni tal-programmi annwali tal-2011.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw punt 6 tal-Anness fir-rigward ta’ proġetti li għadhom għaddejin jew dawk fil-futur mill-programmi annwali tal-2009 u 2010 b’konsiderazzjoni sħiħa tal-prinċipji ta’ trattament ugwali, trasparenza u nondiskriminazzjoni. F’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-regoli ġodda fl-intier tagħhom għall-proġett ikkonċernat u, fejn ikun neċessarju, għandhom jemendaw il-ftehim tal-għotja. Fir-rigward tal-infiq għal assistenza teknika biss, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw punt 6 tal-Anness mill-programm annwali tal-2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika tal-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Isvezja, lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 45.

(2)  ĠU L 167, 27.6.2008, p. 135.

(3)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.


ANNESS

L-Annessi tad-Deċiżjoni 2008/458/KE huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

1.1.

Il-punt 2 qiegħed jitħassar.

1.2.

Il-punt 4.2 qiegħed jitħassar.

2.

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

2.1.

Fil-Parti A, il-punt 1.2 hu mibdul b’dan li ġej:

“1.2

Deskrizzjoni tal-proċess li jikkonċerna s-selezzjoni ta’ proġetti (fuq il-livell ta’ Awtorità Responsabbli/awtorità Delegata jew korpi assoċjati) u r-riżultati tagħhom”;

2.2.

F’Parti A, punt 2, tabella 1, l-aħħar kolonna, l-kelma “eliġibbli” hi mħassra;

3.

L-Anness V, Parti A hija emendata kif ġej:

3.1.

Il-punt 1.2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.2.

Aġġornament mir-rapport ta’ progress dwar id-deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tas-selezzjoni ta’ proġetti (fuq il-livell ta’ Awtorità Responsabbli/awtorità Delegata jew korpi assoċjati) u r-riżultati tagħhom, fejn hu xieraq”

3.2.

Il-punt 1.8 għandu jiżdied b’dan li ġej:

“1.8.

Konferma li l-ebda bidla sostanzjali għas-sistema ta’ Ġestjoni u kontroll ma saret mill-aħħar reviżjoni notifikata lill-Kummissjoni fil- …”

3.3.

Il-punt 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA

Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 1

Rapport finanzjarju ddettaljat

 

L-Istat Membru: […]

 

Il-programm annwali kkonċernat: […]

 

Is-sitwazzjoni: [jum/xahar/sena]


(iċ-ċifri kollha f’euro)

Ipprogrammati mill-IM (bħall-programm annwali approvat mill-Kummissjoni)

Impenjati fil-livell tal-IS

Ċifri attwali aċċettati mill-Awtorità Responsabbli

(l-ispejjeż li ġarrbu l-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni finali tal-KE)

Azzjonijiet

Proġetti

Ref. prijorità

Ref. prijorità speċifika (1)

Spejjeż totali pprogrammati

Kontribuzzjoni KE

% kontribuzzjoni KE

Spejjeż totali eliġibbli

Kontribuzzjoni KE

% Kontribuzzjoni KE

Spejjeż totali eliġibbli

Kontribuzzjoni KE

% kontribuzzjoni KE

Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

Ħlas/Rkupru li jrid isir mill- AR

(a)

(b)

(c = b/a)

(d)

(e)

(f = e/d)

(g)

(h)

(i = h/g)

(j)

(k)

(l)

Azzjoni 1: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni Totali 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni …: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni Totali …: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni N: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni Totali N

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Assistenza teknika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Operazzjonijiet oħra (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

0

0

0  %

0

0

0  %

0

0

0  %

0

 

 

3.4.

Il-punt 6 jinbidel b’dan li ġej:

“6.   ANNESSI

Infiq eliġibbli għall-proġett u konformità tad-dħul mar-regola dwar nuqqas ta’ qligħ u deskrizzjoni fil-qosor tal-proġett.

Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 6 A

L-ispejjeż eliġibbli tal-proġett u sorsi ta’ dħul. Konformità mal-prinċipju tan-nuqqas ta’ qligħ stipulat fil-punt I.3.3 tal-Anness XI

Sitwazzjoni fi: jum/xahar/sena


 

Spejjeż eliġibbli

Sorsi ta’ dħul

 

Spejjeż diretti

Spejjeż indiretti

Spiża totali eliġibbli

Kontribuzzjoni mill-UE

Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

Dħul Totali

(kif stipulat fil-punt I.3.3 tal-Anness XI)

 

(a)

(b)

(c) = (a) + (b)

(e)

(f)

(g)

(h)= (e) + (f) +(g)

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

AZZJONI TOTALI 1

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

AZZJONI TOTALI 2

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

AZZJONI TOTALI N

 

 

 

 

 

 

 

ASSISTENZA TEKNIKA

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL PROGRAMM ANNWALI

 

 

 

 

 

 

 

Image

Test ta 'immaġni

4.

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

4.1.

It-titolu jinbidel b’dan li ġej:

MUDELL TA VERIFIKA GĦAT-TIENI PREFINANZJAMENT

4.2.

Il-kelma eliġibbli’ fin-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna hi kkanċellata;

4.3.

Il-punt 2 jinbidel b’li ġej:

“2.

l-infiq iddikjarat sar fir-rigward tal-azzjonijiet magħżula għal finanzjament skont il-kriterji applikabbli għall-programm annwali;”

5.

Fl-Anness IX, it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAZZJONI GĦAL ĦLAS FINALI

6.

L-Anness XI jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS XI

REGOLI DWAR L-ELIĠIBBILTÀ TAN-NEFQA IL-FOND EWROPEW GĦAR-RITORN

I.   Il-prinċipji ġenerali

I.1.   Prinċipji Bażiċi

1.

Skont l-att bażiku, biex in-nefqa tkun eliġibbli, din trid tkun:

(a)

fl-ambitu tal-Fond u fil-limitu tal-għanijiet tiegħu, kif deskritti fl-Artikoli 1, 2 u 3 tal-att bażiku;

(b)

fil-limitu tal-azzjonijiet u l-miżuri eliġibbli elenkati fl-Artikoli 4 u 5 tal-att bażiku;

(c)

meħtieġa sabiex jitwettqu l-attivitajiet koperti mill-proġett, li jifforma parti mill-programmi multiannwali u annwali, kif approvati mill-Kummissjoni;

(d)

raġonevoli u konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda, b’mod partikolari, il-valur għall-flus u l-użu effikaċi tal-fondi;

(e)

saret mill-benefiċjarju finali u/jew l-imsieħba fil-proġett, li għandhom ikunu stabbiliti u rreġistrati fi Stat Membru, ħlief fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali imwaqqfa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Nazzjonali u s-Soċjetajiet tan-Nofs Qamar Aħmar. Dwar l-Artikolu 39(2) ta’ din id-Deċiżjoni, ir-regoli li japplikaw għall-benefiċjarju finali għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-imsieħba fil-proġett;

(f)

marbuta mal-gruppi mmirati ddefiniti fl-Artikolu 7 tal-att bażiku;

(g)

saret skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-ftehim tal-għotja.

2.

Fil-każ ta’ azzjonijiet multiannwali fis-sens tal-Artikolu 15(6) tal-att bażiku, parti biss mill-azzjoni kofinanzjata minn programm annwali hi meqjusa bħala proġett għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ta’ eliġibbiltà.

3.

Il-proġetti appoġġjati mill-Fond ma għandhomx ikunu ffinanzjati minn sorsi oħra koperti mill-baġit Komunitarju. Il-proġetti appoġġjati mill-Fond għandhom ikunu kofinanzjati minn sorsi pubbliċi jew privati.

I.2.   Il-baġit ta’ proġett

Il-baġit ta’ proġett għandu jkun ippreżentat kif ġej:

In-nefqa

Dħul

+

Spejjeż diretti (DC)

+

Spejjeż Indiretti (perċentwali fiss tad-DC, definita fil-ftehim tal-għotja)

+

Kontribuzzjoni mill-KE (definita bħala l-aktar baxxa mit-tliet ammonti indikati fl-Artikolu 12 ta’ din id-Deċiżjoni)

+

Kontribuzzjoni mill-benefiċjarju finali u l-imsieħba fil-proġett

+

Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

+

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

=

Spejjeż Totali Eliġibbli (TEC)

=

Dħul Totali (TI)

Il-baġit għandu jkun ibbilanċjat: L-Ispejjeż Totali Eliġibbli għandhom ikunu daqs id-Dħul Totali.

I.3.   Id-Dħul u l-Prinċipju tan-Nuqqas ta’ Qligħ

1.

Il-proġetti appoġġjati mill-Fond għandhom ikunu ta’ natura li ma jagħmlux qligħ. Jekk, fl-aħħar tal-proġett, is-sorsi ta’ dħul, inklużi l-irċevuti, jeċċedu l-infiq, il-kontribuzzjoni lejn il-proġett mill-Fond għandha titnaqqas f’dan is-sens. Is-sorsi kollha tad-dħul għall-proġett għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet tal-benefiċjarju finali jew fid-dokumenti tat-taxxa, u għandhom ikunu identifikabbli u kontrollabbli.

2.

Id-dħul mill-proġett għandu jiġi mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mogħtija lill-proġett mill-Fond, minn sorsi pubbliċi u privati, inkluża l-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju stess, u minn kwalunkwe rċevuta ġġenerata mill-proġett. “Irċevuti” għall-għanijiet ta’ din ir-regola jkopru dħul irċevut minn proġett matul il-perjodu tal-eliġibbiltà kif deskritt fil-punt I.4, minn bejgħ, kiri, servizzi, abbonament/tariffi jew kwalunkwe dħul ieħor ekwivalenti.

3.

Il-kontribuzzjoni Komunitarja li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipju li ma jsirx qligħ, kif imsemmi taħt l-Artikolu 12(c) ta’ din id-Deċiżjoni, tkun l-“ispejjeż totali eliġibbli” bit-tnaqqis tal-“kontribuzzjoni minn partijiet terzi” u l-“irċevuti ġġenerati mill-proġett”.

I.4.   Il-Perjodu tal-Eliġibbiltà

1.

L-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati u l-ħlasijiet rispettivi (ħlief għad-diprezzament) li saru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena għandhom ikunu msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu tal-eliġibbiltà huwa sat-30 ta’ Ġunju tas-sena N (*) +2, jiġifieri li l-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati qabel din id-data.

2.

Issir eċċezzjoni għall-perjodu ta’ eliġibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 għal assistenza teknika għall-Istati Membri (irreferi għall-punt IV.3).

I.5.   Rekord tal-infiq

1.

L-infiq għandu jikkorrispondi għall-ħlasijiet magħmula mill-benefiċjarju finali. Dawn għandhom ikunu fil-forma ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji (kontanti), ħlief għad-diprezzament.

2.

Bħala regola, l-infiq għandu jkun iġġustifikat minn fatturi uffiċjali. Fejn dan ma jistax isir, l-infiq għandu jkun appoġġjat minn dokumenti taż-żamma tal-kotba jew dokumenti ta’ sostenn ta’ valur probatorju ekwivalenti.

3.

L-infiq għandu jkun identifikabbli u verifikabbli. B’mod partikolari,

(a)

għandu jkun irreġistrat fir-rekords taż-żamma tal-kotba tal-benefiċjarju finali;

(b)

għandu jkun iddeterminat skont l-istandards applikabbli taż-żamma tal-kotba tal-pajjiż fejn huwa stabbilit il-benefiċjarju finali u bil-prattiki normali taż-żamma tal-kotba skont l-ispejjeż tal-benefiċjarju finali; u

(c)

għandu jiġi ddikjarat skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar it-taxxa u dik soċjali.

4.

Kif neċessarju, il-benefiċjarji finali huma obbligati jżommu kopji ċċertifikati tad-dokumenti taż-żamma tal-kotba li jiġġustifikaw id-dħul u l-infiq li jkun sar mill-imsieħba fir-rigward tal-proġett ikkonċernat.

5.

Il-ħażna u l-ipproċessar ta’ dawn ir-rekords mogħtija fil-paragrafi 2 sa 4 għandhom ikunu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

I.6.   Skop territorjali

1.

L-infiq għall-azzjonijiet u l-miżuri deskritti fl-Artikoli 4 u 5 tal-att bażiku għandu jkun:

(a)

magħmul mill-benefiċjarji finali definiti fil-punt I.1.1(e); u

(b)

magħmul fit-territorju tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi.

2.

Imsieħba fil-proġett irreġistrati u stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fi proġetti biss fuq bażi mingħajr nefqa, ħlief fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali mwaqqfa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Nazzjonali u s-Soċjetajiet tan-Nofs Qamar Aħmar.

II.   Il-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli (fuq il-livell tal-proġett)

II.1.   L-ispejjeż diretti eliġibbli

L-ispejjeż diretti eliġibbli tal-proġett huma spejjeż li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ġenerali dwar l-eliġibbiltà stabbiliti fil-parti I, huma identifikabbli bħala spejjeż speċifiċi direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-proġett. L-ispejjeż diretti għandhom ikunu inklużi fl-istima totali tal-baġit għall-proġett.

Dawn l-ispejjeż diretti li ġejjin huma eliġibbli:

II.1.1.   Spejjeż dwar il-persunal

1.

L-ispejjeż dwar il-persunal assenjati għall-proġett, magħmula minn salarji attwali u spejjeż ta’ sigurtà soċjali, u spejjeż statutorji oħra għandhom ikunu eliġibbli, kemm-il darba dawn jikkorrispondu mal-politika normali tal-benefiċjarju dwar il-ħlas.

2.

Għal organizzazzjonijiet Internazzjonali, l-ispejjeż dwar il-persunal eliġibbli jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet biex ikopru obbligi statutorji u intitolamenti relatati mal-ħlas.

3.

L-ispejjeż tas-salarji korrispondenti tal-persunl ta’ korpi pubbliċi jkunu eliġibbli sakemm ikunu relatati mal-ispiża ta’ attivitajiet li l-korp pubbliku rilevanti ma jkunx wettaq kieku l-proġett ikkonċernat ma tteħidx; dan il-persunal għandu jiġi ssekondat jew assenjat għall-implimentazzjoni tal-proġett permezz ta’ deċiżjoni bil-miktub tal-benefiċjarju finali.

4.

L-ispejjeż dwar il-persunal għandhom ikunu dettaljati fil-baġit bil-quddiem, bl-indikazzjoni ta’ funzjonijiet u n-numru ta’ persunal.

II.1.2.   Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza

1.

Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza huma eliġibbli bħala spejjeż diretti għall-persunal jew persuni oħra li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-proġett u li l-ivvjaġġar tagħhom hu neċessarju għall-implimentazzjoni tal-proġett.

2.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom ikunu eliġibbli fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali li saru. Ir-rati tal-ħlas lura għandhom ikunu bbażati fuq l-orħos forma ta’ transport pubbliku u t-titjiriet għandhom, bħala regola, ikunu permessi biss għal vjaġġi itwal minn 800 km (vjaġġ tar-ritorn), jew fejn id-destinazzjoni ġeografika tiġġustifika l-ivvjaġġar bl-ajru. Fejn tintuża karozza privata, il-ħlas lura normalment isir jew fuq bażi tal-ispejjeż tat-trasport pubbliku, jew ir-rati tal-mili skont ir-regoli uffiċjali ppubblikati fl-Istat Membru kkonċernat jew użati mill-benefiċjarju finali.

3.

L-ispejjeż tas-sussistenza għandhom ikunu eliġibbli fuq il-bażi ta’ spejjeż reali jew gratifika għas-sussistenza għal kuljum. Fejn organizzazzjoni għandha r-rati tagħha ta’ kuljum (ħlasijiet ta’ sussistenza), dawn għandhom jiġu applikati fil-limiti stabbiliti mill-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. Il-ħlasijiet tas-sussistenza huma normalment miftiehma li jkopru transport lokali (inklużi taksis), akkomodazzjoni, ikel, telefonati lokali u spejjeż ġenerali.

II.1.3.   Tagħmir

II.1.3.1.   Regoli Ġenerali

1.

Spejjeż relatati mal-akkwist ta’ tagħmir huma eliġibbli biss jekk huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-proġett. It-tagħmir għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jħarsu r-regoli u l-istandards applikabbli.

2.

L-għażla bejn lokazzjoni, kera jew xiri dejjem għandha tkun ibbażata fuq l-għażla li hija l-inqas għalja. Madankollu, jekk il-lokazzjoni jew il-kera mhix possibbli minħabba t-terminu qasir tal-proġett jew id-diprezzament mgħaġġel fil-valur, ix-xiri huwa aċċettat.

II.1.3.2.   Il-kera u l-lokazzjoni

L-infiq relatat mal-operat tal-kera u l-lokazzjoni huwa eliġibbli għall-kofinanzjament bla ħsara għar-regoli stabbiliti fl-Istat Membru, il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali u t-terminu tal-kera jew lokazzjoni għall-għan tal-proġett.

II.1.3.3.   Ix-xiri

1.

Fejn jinxtara t-tagħmir matul il-ħajja tal-proġett, il-baġit irid jispeċifika jekk humiex inklużi l-ispejjeż kollha jew parti biss mid-diprezzament tat-tagħmir li jikkorrispondi għat-terminu tal-użu għall-proġett u r-rata ta’ użu attwali għall-proġett. Din tal-aħħar għandha tiġi kkalkulata skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

2.

It-tagħmir li nxtara qabel il-ħajja tal-proġett, iżda li jintuża għall-għan tal-proġett, huwa eliġibbli fuq il-bażi tad-diprezzament. Iżda dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli jekk it-tagħmir kien oriġinarjament inxtara permezz ta’ għotja Komunitarja.

3.

Għall-oġġetti individwali li għandhom prezz ta’ inqas minn EUR 20 000, il-prezz sħiħ tax-xiri huwa eliġibbli, kemm-il darba t-tagħmir jinxtara qabel l-aħħar tliet xhur tal-proġett. Oġġetti individwali li għandhom prezz ta’ EUR 20 000 jew aktar huma eliġibbli biss abbażi ta’ diprezzament.

II.1.4.   Il-proprjetà immobbli

II.1.4.1.   Regoli Ġenerali

Fil-każ ta’ xiri ta’ proprjetà immobbli, kostruzzjoni jew rinovazzjoni ta’ proprjetà immobbli, jew kiri ta’ proprjetà immobbli, għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jikkonforma mar-regoli u l-istandards applikabbli.

II.1.4.2.   Ix-xiri, il-kostruzzjoni jew ir-rinnovazzjoni

1.

Fejn il-kisba ta’ proprjetà immobbli hija essenzjali għall-implimentazzjoni tal-proġett u hija marbuta b’mod ċar mal-għanijiet tiegħu, ix-xiri tal-proprjetà immobbli, jiġifieri bini diġà mibni, jew il-kostruzzjoni tal-proprjetà immobbli, huma eliġibbli għall-kofinanzjament taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

(a)

għandu jinkiseb ċertifikat minn valutatur indipendenti kkwalifikat jew minn korp uffiċjali debitament awtorizzata li jistabbilixxi li l-prezz ma jeċċedix il-valur tas-suq, li jew jattesta li l-proprjetà immobbli hija skont ir-regolamenti nazzjonali jew jispeċifika l-punti li mhumiex konformi li l-benefiċjarju finali bi ħsiebu jirrettifika bħala parti minn dak il-proġett;

(b)

il-proprjetà immobbli ma nxtratx permezz ta’ għotja Komunitarja fi kwalunkwe ħin qabel l-implimentazzjoni tal-proġett;

(c)

il-proprjetà immobbli se tintuża biss għall-għan stabbilit fil-proġett għal żmien ta’ mhux inqas minn ħames snin wara d-data tat-tmiem tal-proġett;

(d)

hija biss il-porzjon tad-diprezzament tal-assi li jikkorrispondu għat-terminu tal-użu għall-proġett u r-rata tal-użu attwali għall-proġett li hija eliġibbli; id-diprezzament għandu jiġi kkalkolat skont ir-regoli nazzjonali dwar iż-żamma tal-kotba.

2.

Soġġett għall-kondizzjoni (c) fil-paragrafu 1, l-ispejjeż kollha relatati ma’ xogħlijiet ta’ arranġament mill-ġdid, immodernizzar jew rinnovazzjoni ta’ bini huma eliġibbli għal valur massimu ta’ EUR 100 000. Aktar minn dan il-limitu, japplikaw il-kundizzjonijiet (c) u (d) fil-paragrafu 1.

II.1.4.3.   Kiri

Il-kiri tal-proprjetà immobbli huwa eliġibbli għall-kofinanzjament fejn hemm rabta ċara bejn il-kera u l-għanijiet tal-proġett ikkonċernat, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

(a)

il-proprjetà immobbli ma tridx tkun inxtrat permezz ta’ għotja Komunitarja.

(b)

Il-proprjetà immobbli għanha tintuża biss għall-implimentazzjoni tal-proġett. Jekk le, huwa biss is-sehem tal-ispejjeż li jikkorrispondi għall-użu tal-proġett li huwa eliġibbli.

II.1.5.   Il-konsumabbli, il-proviżjonijiet u s-servizzi ġenerali

L-ispejjeż tal-konsumabbli, tal-proviżjonijiet u tas-servizzi ġenerali huma eliġibbli kemm-il darba huma identifikabbli u direttament meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett.

II.1.6.   Is-sottokuntrattar

1.

Bħala regola ġenerali, il-benefiċjarji finali għandu jkollhom il-kapaċità li jamministraw il-proġett huma stess. L-ammont li jikkorrispondi ma’ xogħlijiet li jkunu se jiġu sottokuntrattati taħt il-proġett għandu jiġi indikat b’mod ċar fil-ftehim tal-għotja.

2.

L-infiq relatat mas-sottokuntrattar segwenti mhux eliġibbli għall-kofinanzjament mill-Fond:

(a)

is-sottokuntrattar tal-kompiti għall-ġestjoni globali tal-proġett;

(b)

sottokuntrattar li jżid l-ispiża tal-proġett mingħajr ma jżid l-ebda valur proporzjonali miegħu;

(c)

sottokuntrattar ma’ intermedjarji jew konsulenti li fihom il-ħlas ikun imfisser bħala perċentwal tal-ispiża kollha tal-proġett, sakemm dan il-ħlas ma jkunx ġustifikat mill-benefiċjarju finali b’referenza għall-valur attwali tax-xogħol jew servizzi li jkunu provduti.

3.

Għas-sottokuntratti kollha, is-sottokuntratturi għandhom jintrabtu li jipprovdu lill-korpi ta’ awdituri u kontroll, l-informazzjoni kollha meħtieġa konnessa mal-attivitajiet sottokuntrattati.

II.1.7.   L-ispejjeż li jkunu ġejjin direttament mir-rekwiżiti marbuta mal-kofinanzjament tal-Unjoni

L-ispejjeż meħtieġa sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti marbuta mal-kofinanzjament tal-Unjoni, bħall-pubbliċità, it-trasparenza, l-evalwazzjoni tal-proġett, il-verifika esterna, il-garanziji bankarji, l-ispejjeż tat-traduzzjoni, eċċ., huma eliġibbli bħala spejjeż diretti.

II.1.8.   It-tariffi tal-esperti

L-ispejjeż tal-konsulenza legali, tariffi notarili u spejjeż tal-esperti tekniċi u finanzjarji huma eliġibbli.

II.1.9.   Spejjeż speċifiċi relatati mal-gruppi fil-mira

1.

Spejjeż speċifiċi għall-gruppi fil-mira skont il-miżuri elenkati fl-Artikolu 5 tal-att bażiku għandhom jikkonsistu f’appoġġ sħiħ jew parzjali fil-forma ta’:

(a)

Spejjeż li jsiru mill-benefiċjarju għall-gruppi fil-mira;

(b)

Spejjeż li jsiru minn dawk li jmorru lura li mbagħad jiġu rimborsati mill-benefiċjarju finali; jew

(c)

Ammonti ta’ darba mhux rimborsabbli (bħal fil-każ ta’ appoġġ limitat għal bidu ta’ attivitajiet ekonomiċi u inċentivi f’forma ta’ flus għal dawk li jmorru lura, kif deskritti fl-Artikolu 5(8) u (9) tal-att bażiku).

2.

Dawn l-ispejjeż huma eliġibbli taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-benefiċjarju finali għandu jżomm l-informazzjoni u l-evidenza neċessarja li l-persuni jikkorrispondu mal-gruppi u sitwazzjonijiet speċifiċi fil-mira definiti fl-Artikolu 5 tal-att bażiku u għalhekk huma eliġibbli li jirċievu din l-assistenza.

(b)

Il-benefiċjarju finali għandu jżomm l-informazzjoni neċessarja dwar dawk li jmorru lura li jirċievu din l-assistenza sabiex tkun possibbli l-identifikazzjoni korretta ta’ dawn il-persuni, id-data ta’ meta jmorru lura f’pajjiżhom, u provi li dawn il-persuni jkunu rċivew din l-assistenza.

(c)

Il-benefiċjarju finali għandu jżomm il-provi tal-appoġġ mogħti (bħal fatturi u rċevuti) u fil-każ ta’ ammonti ta’ darba għandhom jinżammu l-provi li l-persuni rċevew dan l-appoġġ.

Il-ħażna u l-ipproċessar tal-informazzjoni msemmija aktar 'il fuq għandha tikkonforma mal-Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

3.

Il-miżuri ta' assistenza wara l-wasla lura fil-pajjiż terz, bħall-assistenza għat-taħriġ u l-impjiegi, miżuri għal perjodu qasir neċessarji għall-proċess ta’ reintegrazzjoni u assistenza għal wara r-ritorn kif deskritt fl-Artikolu 5(5), (8) u (9) tal-att bażiku rispettivament m’għandhomx jeċċedu terminu ta’ 12-il xahar wara d-data tal-wasla lura taċ-ċittadin tal-pajjiż terz.

II.2.   Spejjeż indiretti eliġibbli

1.

L-ispejjeż indiretti eliġibbli għall-azzjoni huma dawk l-ispejjeż li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà deskritti fil-punt I.1.1., mhumiex identifikabbli bħala spejjeż speċifiċi marbuta b’mod dirett mat-twettiq tal-proġett.

2.

B’deroga mill-punt I.1.1(e) u punt 1.5, l-ispejjeż indiretti li jsiru fit-twettiq tal-azzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament b’rata fissa stabbilita għal mhux aktar minn 7 % tal-ispejjeż diretti totali eliġibbli.

3.

Organizzazzjonijiet li jirċievu għotja għall-ħidma mill-baġit tal-Unjoni ma jistgħux jinkludu spejjeż indiretti fil-baġit bil-quddiem tagħhom.

III.   Nefqa ineliġibbli

L-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli:

(a)

VAT, ħlief fejn il-benefiċjarju finali jista’ juri li ma jistax jirkupraha;

(b)

dħul fuq kapital, dejn u spejjeż tas-servizzi tad-dejn, interessi fuq id-dejn, kummissjonijiet tal-iskambju u telf fl-iskambju, provvedimenti għal telf jew responsabbiltajiet futuri potenzjali, interessi dovuti, djun dubjużi, multi, penali finanzjarji, spejjeż ta’ litigazzjoni u nfiq eċċessiv jew traskurat;

(c)

spejjeż tad-divertiment esklussivament għall-persunal tal-proġett; spejjeż raġonevoli tal-ospitalità fi ġrajjiet soċjali ġġustifikati mill-proġett, bħal avvenimenti fl-aħħar tal-proġett jew laqgħat tal-kumitat li jmexxi l-proġett, huma permessi;

(d)

spejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju finali u koperti minn proġett ieħor jew programm ta’ xogħol li jirċievi għotja Komunitarja;

(e)

xiri tal-art;

(f)

kontribuzzjonijiet mhux fi flus.

IV.   L-assistenza teknika fuq inizzjattiva tal-istati membri

1.

L-ispejjeż kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Fond mill-awtorità responsabbli, l-awtorità delegata, l-awtorità ta’ verifika, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni jew korpi oħra li jassistu l-funzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 huma eliġibbli taħt l-assistenza teknika fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 17 tal-att bażiku.

2.

Dawn jinkludu l-miżuri li ġejjin:

(a)

infiq relatat mal-preparazzjoni, l-għażla, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet;

(b)

infiq relatat mal-verifiki u l-verifiki għall-għarrieda ta’ azzjonijiet jew proġetti;

(c)

infiq relatat ma’ evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet jew proġetti;

(d)

infiq relatat ma’ informazzjoni, disseminazzjoni u trasparenza relatati mal-azzjonijiet;

(e)

infiq fuq il-kisba, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Fondi;

(f)

infiq fuq laqgħat ta’ kumitati u sottokumitati tal-monitoraġġ relatati mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet; dan l-infiq jista’ wkoll jinkludi l-ispejjeż ta’ esperti u parteċipanti oħrajn f’dawn il-kumitati, inklużi parteċipanti minn pajjiżi terzi, fejn il-preżenza tagħhom hija essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet;

(g)

infiq għar-rinforz tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Fond.

3.

L-attivitajiet marbuta mal-assistenza teknika għandhom jitwettqu u l-ħlasijiet korrispondenti isiru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena msemmija fid-deċiżjoni dwar il-finanzjament li tkun approvat il-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu tal-eliġibbiltà jdum sa mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali.

4.

Kwalunkwe akkwist għandu jsir skont ir-regoli nazzjonali dwar l-akkwisti stabbiliti fl-Istati Membri.

5.

L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw miżuri ta’ assistenza teknika għal dan il-Fond flimkien ma’ miżuri ta’ assistenza teknika għal xi ftit mill-erba’ Fondi, jew għalihom kollha. Iżda, f’dak il-każ huwa biss is-sehem tal-ispejjeż użati għall-implimentazzjoni tal-miżura komuni li tikkorrispondi għal dan il-Fond li tkun eliġibbli għall-finanzjament taħt dan il-Fond, u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

is-sehem tal-ispejjeż għall-miżuri komuni jiġi llevat fuq il-Fond korrispondenti b’mod raġonevoli u verifikabbli; u

(b)

ma hemm ebda finanzjament doppju tal-ispejjeż.”


(1)  Fejn japplika.”

(*)  Fejn ‘N’ hija s-sena msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri.