ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.070.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 70

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
17 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2011 tas-16 ta' Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 258/2011 tas-16 ta’ Marzu 2011 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 259/2011 tas-16 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 642/2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 260/2011 tas-16 ta’ Marzu 2011 li jemenda għall-146 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

33

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 261/2011 tas-16 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

35

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 262/2011 tas-16 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

37

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/162/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2011 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-ħames laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam fir-rigward tal-emendi fl-Anness III għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat Minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidji perikolużi fil-kummerċ internazzjonali

39

 

 

2011/163/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1630)  ( 1 )

40

 

 

2011/164/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2011 li tistipula għat-tqegħid fis-suq temporanju ta’ ċertu żerriegħa tal-ispeċi Triticum aestivum li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1634)  ( 1 )

47

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 329/09/COL tal-15 ta’ Lulju 2009 dwar l-iskema Norveġiża rigward sostenn għal tisħin alternattiv u li jiġġedded u għall-iffrankar tal-elettriku fid-djar privati (in-Norveġja)

49

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 257/2011

tas-16 ta' Marzu 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 144(1) u 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/360/KE tad-29 ta' Mejju 2007 dwar il-konklużjoni ta' Ftehimiet fil-forma ta' Minuti Maqbula rigward l-emenda tal-konċessjonijiet previsti għal-laħam tat-tjur (2), bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja, skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi Doganali u l-Kummerċ tal-1994 (GATT 1994), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 130(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-importazzjonijiet fl-Unjoni għandhom ikunu amministrati permezz tal-liċenzji tal-importazzjoni. Madanakollu, sabiex jiġu evitati azzjonijiet spekulattivi li jxekklu l-fluss ta' importazzjoni, huwa xieraq li tkun amministrata l-kwota permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) skont in-numru tal-ordni 09.4215 u l-Grupp Nru 5 allokati lit-Tajlandja, billi jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni bħala l-ewwel pass u li jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni bħala t-tieni pass, kif inhu pprovdut fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli amministrati b'sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (4) [Traduzzjoni mhux uffiċjali].

(2)

Il-kundizzjonijiet ġodda biex jiġu attribwiti d-drittijiet tal-importazzjoni u biex jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni sussegwenti għall-kwota inkwistjoni għandhom jiġu stabbiliti, fir-rigward tal-eleġibbiltà tal-applikanti u t-tqassim tal-volumi importati għall-perjodu ta' kwota kif stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 616/2007.

(3)

Sabiex tkun evitata attività spekulattiva u jiġi żgurat li d-drittijiet tal-importazzjoni jingħataw lill-importaturi ġenwini, hu essenzjali li tiġi stabbilita l-kwantità ta' referenza storika tal-laħam tat-tjur importat stabbilita bħala kundizzjoni għall-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni f'livell xieraq.

(4)

Minħabba l-kundizzjonijiet ġodda applikabbli għall-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw mit-Tajlandja, l-ammont tal-garanzija relatat mad-drittijiet tal-importazzjoni u l-liċenzji għandhu jiġi stabbilit f'livell xieraq biex tkun żgurata ġestjoni xierqa għall-kwoti tariffarji u biex l-operaturi jkollhom aċċess sodisfaċenti għalihom.

(5)

Sabiex l-operaturi jiġu obbligati li japplikaw għal-liċenzi tal-importazzjoni għad-drittijiet kollha tal-importazzjoni allokati, għandu jiġi stabbilit li din l-obbligazzjoni tikkostitwixxi rekwiżit primarju fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta' Lulju 1985 li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (5).

(6)

Il-perjodu ta' notifika stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għall-awtoritajiet nazzjonali biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet koperti mil-liċenzji maħruġa hu skedat għal stadju tard meta mqabbel mal-mument tal-ħruġ ta' liċenzji. Għall-ġestjoni tajba tal-kwota, għaldaqstant, ikun aħjar li dan il-perjodu ta' żmien għan-notifika jitressaq ’il quddiem.

(7)

Biex l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jidraw is-sistema l-ġdida tal-Grupp Nru 5, ikun xieraq li dan il-perjodu ta' żmien jiġi pospost għal sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għall-ewwel subperjodu li jibda mill-1 ta' Lulju 2011, minn April 2011 sa Mejju 2011.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Peress li l-perjodu ta' kwota li jmiss jibda mill-1 ta' Lulju 2011, dan ir-Regolament għandu japplika minn dak il-perjodu.

(10)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fiż-żmien tal-iskadenza stipulata mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Il-kwantitajiet annwali stabbiliti għall-Grupp Nru 5 għandhom ikunu amministrati billi d-drittijiet tal-importazzjoni jiġu attribwiti bħala l-ewwel pass u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni bħala t-tieni pass.”

(2)

L-Artikoli 4, 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, fir-rigward tal-gruppi għajr dawk tal-Grupp Nru 5, l-applikanti għal-liċenzja tal-importazzjoni, x'ħin iressqu l-ewwel applikazzjoni tagħhom rigward perjodu tal-kwota partikolari, għandhom jagħtu l-prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) 1301/2006 jkunu importaw mill-anqas 50 tunnellata ta' prodotti li jkunu jaqgħu taħt l-Anness I, il-Parti XX tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*) jew il-preparazzjoni tal-kodiċi tan-NM 0210 99 39.

Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, fir-rigward tal-Grupp Nru 5, l-applikanti għad-drittijiet tal-importazzjoni, x'ħin iressqu l-ewwel applikazzjoni tagħhom rigward perjodu tal-kwota partikolari, għandhom jagħtu l-prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jkunu importaw mill-anqas 250 tunnellata ta' prodotti li jkunu jaqgħu taħt l-Anness I, il-Parti XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew il-preparazzjoni tal-kodiċi tan-NM 0210 99 39.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom ssemmu biss numru wieħed tas-serje tal-ordni indikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.   B'deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kif ukoll mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-applikanti għal-liċenzji tal-importazzjoni, x'ħin iressqu l-ewwel applikazzjoni tagħhom rigward perjodu ta' kwota partikolari, jistgħu wkoll jagħtu l-prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ikunu ipproċessaw mill-anqas 1 000 tunnellata ta' laħam tat-tjur li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 0207 jew 0210, għal preparazzjonijiet ta' laħam tat-tjur koperti bil-kodiċi tan-NM 1602 li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew għal preparazzjonijiet omoġenizzati koperti bil-kodiċi tan-NM 1602 10 00 li ma jkun fihom l-ebda laħam ieħor ħlief dak tat-tjur.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ‘proċessur’ tfisser kull persuna mniżżla fir-reġistru nazzonali tal-VAT tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit, li jagħti l-prova tal-attività tal-ipproċessar permezz ta' kwalunkwe dokument kummerċjali għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   Kumpanija ffurmata permezz ta' amalgamazzjoni ta' kumpaniji li kull waħda minnhom impurtat kwantitajiet ta' referenza, tista' tuża dawk il-kwantitajiet ta' referenza bħala l-bażi għall-applikazzjonijiet tagħha.

4.   B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, għall-Gruppi Nri 3, 6 u 8, kull applikant jista' jressaq aktar minn applikazzjoni waħda għal-liċenzji tal-importazzjoni għal prodotti li jaqgħu fi grupp wieħed, jekk il-prodotti jkunu joriġinaw minn aktar minn pajjiż wieħed. Applikazzjonijiet separati, għal kull pajjiż tal-oriġini, għandhom jitressqu fl-istess waqt lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. Għall-fini tal-kwantità massima msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda.

5.   Għall-gruppi għajr dak tal-Grupp Nru 5, l-applikazzjonijiet għandhom ikopru minimu ta' 100 tunnellata u massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul il-perjodu jew is-subperjodu kkonċernat.

Madanakollu:

(a)

għall-Gruppi Nri 2 u 3, il-kwantità massima għal applikazzjonijiet għal-liċenzja jew drittijiet tal-importazzjoni għandha tkun ta' 5 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul il-perjodu jew is-subperjodu kkonċernat;

(b)

għall-Gruppi Nri 3, 6 u 8, il-kwantità minima għall-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandha titnaqqas għal 10 tunnellati.

Għall-Grupp Nru 5, l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għandu jkollhom minimu ta' 100 tunnellata u massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul is-subperjodu kkonċernat.

6.   Il-liċenzji jobbligaw li l-importazzjoni ssir mill-pajjiż speċifikat, ħlief għall-Gruppi Nri 3, 6 u 8. Għall-gruppi kkonċernati minn dan l-obbligu, fil-kaxxa 8 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja nnfisha, għandu jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini u l-kelma ‘iva’ għandha tiġi mmarkata b'salib.

7.   Fil-kaxxa 20 tal-applikazzjoni għal-liċenzja u l-liċenzja għandha titniżżel waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness II, il-Parti A.

Fil-kaxxa 24 tal-liċenzji għandha titniżżel waħda mill-entrati elenkati fl-Anness II, il-Parti B.

Fil-kaxxa 24 tal-liċenzji għall-Gruppi Nri 3 u 6, għandha titniżżel waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness II, il-Parti C.

Fil-kaxxa 24 tal-liċenzji għall-Grupp Nru 8, għandha titniżżel waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness II, il-Parti D.

Artikolu 5

1.   L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għall-Grupp Nru 5 u għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-gruppi l-oħra jistgħu jitressqu biss fl-ewwel sebat ijiem tat-tielet xahar qabel kull subperjodu, jew għall-Grupp Nru 3 fl-ewwel sebat ijiem tat-tielet xahar qabel il-perjodu tal-kwota.

Madanakollu, l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għall-Grupp Nru 5 għas-subperjodu li jibda mill-1 ta' Lulju 2011 jistgħu jitressqu biss fl-ewwel sebat ijiem ta' Mejju 2011.

2.   Mat-tressiq ta' applikazzjoni għal liċenzja, għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 50 għal kull 100 kilogramma għal gruppi minbarra l-Grupp Nru 5. Madanakollu, għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji li jikkonċernaw il-Gruppi Nri 1, 4 u 7, il-garanzija għandha tiġi stabbilita għal EUR 10 kull 100 kilogramma u għall-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għall-Grupp Nru 5, il-garanzija għandha tkun stabbilita għal EUR 6 kull 100 kilogramma.

3.   Sa mhux aktar tard mill-14 tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet totali li għalihom ikunu saru applikazzjoniiet f'kull grupp, analizzati skont l-oriġini u espressi f'kilogrammi.

4.   Għandhom jingħataw id-drittijiet tal-importazzjoni u l-liċenzji għandhom jinħarġu mit-23 jum tax-xahar li fihom l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi u mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' dak ix-xahar. Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mill-ewwel jum tas-subperjodu li fih tkun tressqet l-applikazzjoni, u sat-30 ta' Ġunju tal-istess perjodu ta' importazzjoni u dawn mhumiex trasferibbli.

5.   Għall-Grupp Nru 5, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja jistgħu jitressqu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun applika u kiseb id-drittijiet tal-importazzjoni. Għal dan il-grupp, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mal-applikazzjoni minn u f'isem l-operatur li kiseb id-drittijiet tal-importazzjoni.

Għall-Grupp Nru 5 l-operatur għandu jiddepożita garanzija ta' EUR 75 kull 100 kilogramma malli tinħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni. Kull ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni għandha tirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni miksuba u l-garanzija għad-drittijiet tal-importazzjoni skont il-paragrafu 2 għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.

6.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali tad-drittijiet tal-importazzjoni allokati. Dan l-obbligu għandu jikkostitwixxi rekwiżit primarju skont it-tifsira tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (**)

Artikolu 6

1.   B‘deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

għall-Gruppi għajr dak tan-Nru 5 u mhux aktar tard mill-għaxar jum tax-xahar wara x-xahar li fih jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, tal-kwantitajiet koperti mil-liċenzji li jkunu ħarġu;

(b)

għall-Gruppi Nru 5 u mhux aktar tard mill-għaxar jum tax-xahar wara kull subperjodu, bil-kwantitajiet koperti mil-liċenzji li jkunu ħarġu matul dak is-subperjodu.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali, bil-kwantitajiet effettivament imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat.

3.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet koperti minn liċenzji tal-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet mdaħħla fuq wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

(a)

l-ewwel darba flimkien man-notifiki msemmija fl-Artikolu 5(3) ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet ippreżentati għall-aħħar subperjodu tal-perjodu annwali tal-kwota;

(b)

it-tieni u l-aħħar darba sa tmiem ir-raba' xahar ta' wara t-tmiem ta' kull perjodu annwali għal kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew innotifikati fiż-żmien tal-ewwel notifika pprovdut fil-punt (a).

Għall-Grupp Nru 3, ma għandhiex tapplika n-notifika msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

4.   Il-kwantitajiet koperti mill-paragrafi 1 u 3 għandhom jiġu espressi f'kilogrammi u disaggregati skont il-grupp Il-kwantitajiet koperti mill-paragrafu 2 għandhom jiġu espressi f'kilogrammi u disaggregati skont il-grupp u l-oriġini.

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1."

(**)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.”"

(3)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(b)

is-subparagrafu li ġej hu miżjud:

“Madanakollu, għall-Grupp Nru 5 l-liċenzji għandhom ikunu validi għal 15-il jum ta' xogħol mid-data proprja tal-ħruġ tal-liċenzji, skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (***). Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih tkun tressqet l-applikazzjoni, u sat-30 ta' Ġunju tal-istess perjodu ta' kwota.

(***)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika għall-perjodu ta' kwota li jibda fl-1 ta' Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 138, 30.5.2007, p. 10.

(3)  OJ L 142, 5.6.2007, p. 3.

(4)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(5)  OJ L 205, 3.8.1985, p. 5.


17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 258/2011

tas-16 ta’ Marzu 2011

li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-‘Unjoni’),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Tnedija

(1)

Fid-19 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’) ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (‘Avviż ta' tnedija’), it-tnedija ta’ proċediment ta’ antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘iċ-Ċina’ jew ‘il-pajjiż konċernat’).

(2)

Il-proċediment ta’ antidumping ingħata bidu wara lment li tressaq mill-Federazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Madum taċ-Ċeramika (CET) (‘il-kwerelanti’) f’isem 69 produttur li jirrappreżentaw aktar minn 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-madum taċ-ċeramika. L-ilment fih evidenza prima facie ta’ dumping tat-tali prodott u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset suffiċjenti biex tiġġustifika t-tnedija ta’ proċediment.

2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(3)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelanti, lil produtturi oħra tal-Unjoni magħrufa, lill-produtturi esportaturi magħrufa fiċ-Ċina, u lir-rappreżentanti taċ-Ċina, l-importaturi u l-utenti magħrufa, dwar it-tnedija tal-proċediment. Il-Kummissjoni avżat ukoll lill-produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika (‘USA’), fin-Niġerija, fil-Brażil, fit-Turkija, fl-Indoneżja u fit-Tajlandja, peress li dawn il-pajjiżi kienu meqjusin bħala pajjiż analogu potenzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-avviż ta’ tnedija. Il-partijiet kollha interessati li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari biex jinstemgħu ngħataw smigħ.

(4)

Minħabba n-numru pjuttost għoli ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina, importaturi mhux relatati u produtturi tal-Unjoni, fl-Avviż ta’ tnedija kien previst teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tad-dumping u l-ħsara skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx neċessarju u jekk iva, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa fiċ-Ċina, l-importaturi u l-produtturi tal-Unjoni, intalbu jidentifikaw lilhom infushom mal-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-Avviż ta’ tnedija, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-1 ta’ Marzu 2010. L-awtoritajiet taċ-Ċina ġew ikkonsultati wkoll.

2.1.   Teħid ta’ kampjuni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi

(5)

Mija u ħames tweġiba valida ġew irċevuti għall-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni mill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina, li jkopru 47 % tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif definit fil-premessa (24) hawn taħt. Għalhekk, il-kooperazzjoni hija meqjusa bħala baxxa.

(6)

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat raġonevolment fil-perjodu ta’ żmien disponibbli. Il-kampjun magħżul ikkonsista minn tliet gruppi, li jirrappreżentaw 10 produtturi individwali, li ammontaw għal 14,4 % tal-volum totali tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni u 31,3 % tal-volum totali tal-esportaturi li kkoperaw matul il-PI. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati u l-awtoritajiet Ċiniżi ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Numru ta’ kummenti ġew irċevuti fir-rigward tal-kampjun propost. Il-kummenti meqjusin xierqa ngħataw kunsiderazzjoni fl-għażla tal-kampjun finali.

2.2.   Teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(7)

Il-Federazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Madum taċ-Ċeramika (CET) ikkonfermat permezz ta’ ittra mibgħuta lill-Kummissjoni li l-kumpaniji kollha kwerelanti qablu li jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fil-kampjun. Inkluż kumpaniji oħra li resqu, il-Kummissjoni b’hekk kienet ipprovduta b’tagħrif minn 73 produttur tal-Unjoni.

(8)

Fl-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni ġiet ikkunsidrata l-frammentazzjoni għolja tas-settur tal-madum taċ-ċeramika. Sabiex jiġi żgurat li r-riżultati tal-kumpaniji kbar ma jiddominawx l-analiżi tal-ħsara iżda li s-sitwazzjoni tal-kumpaniji ż-żgħar, li kollettivament jifformaw l-ikbar sehem tal-produzzjoni tal-Unjoni, tkun ġiet riflessa sew, ġie deċiż li s-segmenti kollha, jiġifieri l-kumpaniji żgħar, ta’ daqs medju u kbar għandhom jiġu rappreżentati fil-kampjun.

(9)

Tliet segmenti ġew distinti abbażi tal-volum tal-produzzjoni annwali:

—   Segment 1: kumpaniji kbar – produzzjoni li taqbeż 10 miljun m2,

—   Segment 2: kumpaniji ta’ daqs medju – produzzjoni bejn 5 u 10 miljun m2,

—   Segment 3: kumpaniji żgħar – produzzjoni taħt 5 miljun m2.

(10)

Fl-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi, ir-riżultati tal-kumpaniji fil-kampjun fis-segment speċifiku ġew peżati skont is-sehem ta’ dak is-segment fil-produzzjoni totali tal-Unjoni (bl-użu tal-piż speċifiku ta’ kull segment fis-settur totali tal-madum taċ-ċeramika). Skont it-tagħrif miġbur matul l-investigazzjoni, il-produtturi fis-segment 1 u 2 jammontaw kull wieħed minnhom għal madwar kwart tal-produzzjoni totali tal-Unjoni filwaqt li fis-segment 3, il-produtturi jammontaw għal madwar nofs il-produzzjoni totali tal-Unjoni. Aktar minn 350 kumpanija jappartjenu mas-segment tal-kumpaniji żgħar. Aktar minn 40 kumpanija jappartjenu mas-segment ta’ daqs medju u aktar minn 20 mas-segment ta’ kumpaniji kbar.

(11)

Għaxar kumpaniji ġew ikkunsidrati fil-kampjun. Dawn huma l-akbar ta’ kull wieħed mit-tliet segmenti, b’kunsiderazzjoni tal-bejgħ, tal-produzzjoni u tal-pożizzjoni ġeografika. Kumpanija waħda fil-kampjun tappartjeni mas-segment tal-kumpaniji kbar, erbgħa mas-segment ta’ kumpaniji ta’ daqs medju u ħamsa mas-segment ta’ kumpaniji żgħar. Il-kumpaniji magħżula huma bbażati f’sitt Stati Membri (l-Italja, Spanja, il-Polonja, il-Portugall, il-Ġermanja u Franza) li flimkien jammontaw għal iżjed minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Dan il-kampjun irrappreżenta 24 % tal-produzzjoni totali mill-produtturi li kkoperaw u 7 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

(12)

Matul l-investigazzjoni, kumpanija waħda fil-kampjun mill-Polonja ddeċidiet li ma tkomplix il-kooperazzjoni tagħha fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni ma setgħetx tikseb kooperazzjoni minn ebda produttur ieħor ibbażat fil-Polonja.

(13)

Minkejja l-irtirar tal-produttur Pollakk, ir-rappreżentanza tal-kampjun baqa’ għoli skont il-kriterji kollha msemmija fil-premessi 8 u (10). Għalhekk ġie deċiż li l-proċediment setgħa jkompli b’kampjun ta’ disa’ produtturi minn ħames Stati Membri.

(14)

Il-kwerelanti talbu li isimhom jibqa’ kunfidenzjali. Il-Kummissjoni aċċettat din it-talba.

2.3.   Teħid ta’ kampjuni għall-importaturi

(15)

Il-Kummissjoni rċeviet 24 tweġiba mill-importaturi. Tliet importaturi kbar ġew esklużi mill-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni: tnejn relatati mal-esportaturi Ċiniżi u wieħed relatat ma’ produttur tal-Unjoni (l-importazzjonijiet huma marġinali paragunati mal-bejgħ totali ta’ dak il-produttur).

(16)

L-importaturi li kkoperaw mhux relatati jirrappreżentaw madwar 6 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina.

(17)

Seba’ kumpaniji ġew ikkunsidrati fil-kampjun, li jirrappreżentaw 95 % tal-importazzjonijiet li jsiru mill-kumpaniji li kkoperaw mhux relatati. Waħda minn dawn il-kumpaniji kienet ukoll utent tal-prodott ikkonċernat. Il-kampjun kien rappreżentattiv ukoll f’termini tal-firxa ġeografika. Il-kampjun għalhekk ikopri Stati Membri li jammontaw għal iżjed minn 49 % tal-importazzjonijiet fl-Unjoni, li kkorrobora r-rappreżentanza tiegħu.

2.4.   Tweġibiet u verifiki tal-kwestjonarji

(18)

Sabiex il-produtturi esportaturi fil-kampjun fiċ-Ċina jkunu jistgħu jissottomettu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (‘TES’) jew trattament individwali (‘TI’), jekk xtaqu hemm, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi talab TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jew TI jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal TES. Il-gruppi l-oħra ta’ produtturi esportaturi talbu biss TI.

(19)

It-talbiet għal eżaminazzjoni individwali ġew sottomessi minn tmien kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji relatati mhux fil-kampjun. L-eżaminazzjoni ta’ dawn it-talbiet fl-istadju provviżorju kienet tkun ta’ piż wisq kbir biex titwettaq. Deċiżjoni dwar jekk tingħatax eżaminazzjoni individwali lil kwalunkwe minn dawn il-kumpaniji għandha tittieħed fi stadju definittiv.

(20)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi fil-kampjun, kif ukoll lill-produtturi esportaturi mhux fil-kampjun li kienu ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jitolbu eżaminazzjoni individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament Bażiku, lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lill-importaturi mhux relatati li kkoperaw u lill-utenti kollha magħrufa fl-Unjoni.

(21)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju ġew irċevuti minn tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun, minn tmien produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi mhux fil-kampjun, minn disa’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u minn ħames importaturi mhux relatati ma’ produttur esportatur. Ġew irċevuti wkoll sottomissjonijiet mill-assoċjazzjoni Ewropea tal-produtturi (Cerame-Unie), mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-produtturi, importaturi, assoċjazzjonijiet ta’ importaturi u utenti.

(22)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu meqjus neċessarju għall-analiżi tat-TES/TI u għad-determinazzoni provviżorja tad-dumping, tal-ħsara li rriżultat u tal-interess tal-Unjoni u wettqet verifiki fil-postijiet ta’ disa’ produtturi fil-kampjun tal-Unjoni u l-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi esportaturi fiċ-Ċina

Becarry Group, kompost minn:

Foshan Becarry Ceramics Co., Ltd

Heyuan Becarry Ceramics Co., Ltd

Heyuan Hairi Ceramic Co., Ltd

Shandong Yadi Ceramics Co., Ltd

Xinruncheng Group, kompost minn:

Guangdong Xinruncheng Ceramics Co. Ltd

Foshan City Nanhai Chongfa Ceramics Co. Ltd

Wonderful Group, kompost minn:

Dongguan City Wonderful Ceramics Industrial Park Co., Ltd

Guangdong Jiamei Ceramics Co., Ltd

Qingyuan Gani Ceramics Co. Ltd

Foshan Gani Ceramics Co. Ltd

Giavelli S.r.l., importatur Taljan relatat

(b)

Kummerċjanti fiċ-Ċina

Foshan Changwei Enterprise Co., Ltd

(ċ)

Kummerċjanti f’Ħong Kong

Cayenne Trading International Ltd

Great Prosperity Development Ltd

Good East Development Ltd

(d)

Importaturi mhux relatati

Enmon GmbH, il-Ġermanja

(e)

Assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-produtturi

Confindustria Ceramica (l-Italja)

L-Assoċjazzjoni Spanjola tal-Manifatturi tal-Madum taċ-Ċeramika (ASCER).

APICER (il-Portugall)

(23)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fiċ-Ċina li għalihom jista’ ma jingħatax TES, twettqet verifika fil-postijiet ta’ żewġ produtturi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali abbażi tad-dejta mill-USA bħala pajjiż analogu. Dawn il-produtturi talbu l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-identità tagħhom.

3.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(24)

L-investigazzjoni tad-dumping u tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 (‘il-perjodu ta' investigazzjoni’ jew ‘PI’). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (‘il-perjodu kkunsidrat’).

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(25)

Il-prodott ikkonċernat huwa ċangaturi u ċangar, madum għall-qigħan tal-fuklari jew għall-ħitan, taċ-ċeramika glejżjata jew mhix igglejżjata; kubi tal-mużajk taċ-ċeramika glejżjata jew mhix igglejżjata u affarijiet simili, sew jekk impoġġija fuq dahar jew le (‘madum taċ-ċeramika’ jew il-‘prodott ikkonċernat’) li fil-preżent jaqgħu fil-kodiċi NM 6907 10 00, 6907 90 20, 6907 90 80, 6908 10 00, 6908 90 11, 6908 90 20, 6908 90 31, 6908 90 51, 6908 90 91, 6908 90 93 u 6908 90 99.

(26)

Il-madum taċ-ċeramika jintuża l-aktar fl-industrija tal-kostruzzjoni għall-kisi ta’ ħitan u pavimenti.

2.   Prodott simili

(27)

Parti waħda stqarret li l-prodott importat miċ-Ċina u dak prodott mill-industrija tal-Unjoni mhumiex paragunabbli.

(28)

Huma mfakkar li l-Kummissjoni bbażat it-tqabbil tal-prezzijiet fuq it-tipi ta’ prodott distinti abbażi tan-numri ta’ kontroll tal-prodott (‘NKP’) ibbażati fuq tmien karatteristiċi.

(29)

Il-parti kkonċernata ppreżentat l-argumenti tagħha matul is-smigħ quddiem l-Uffiċjal tas-Smigħ. Skont l-argumenti n-nuqqas ta’ paragunabilità kien minħabba t-teknoloġija, il-materjal, l-illostrar u d-disinn differenti użati għall-produzzjoni tal-madum tal-Unjoni u Ċiniżi. Linji teknoloġikament avvanzati pproduċew madum ta’ kwalità għolja b’serigrafiji u diversi kuluri. Il-kumpanija spjegat li kien hemm teknoloġiji tal-istampar differenti għas-serigrafija, ir-roto-printing u l-istampar bl-inkjet.

(30)

Minkejja t-talbiet għal sottomissjonijiet dettaljati li jelaboraw fuq dawn l-aspetti kollha tal-paragunabilità tal-prodotti, il-parti naqqset milli tissostanzja l-istqarrijiet tagħha. Barra minn hekk, l-argument fuq it-titjib tal-paragunabilità ma kienx appoġġjat bi kwalunkwe evidenza. Il-parti stess ukoll irrikonoxxiet li t-tipi ta’ prodott li jkunu koperti biż-żieda tal-erba’ kriterji ssuġġeriti, jirrappreżentaw biss 0,5 % tas-suq tal-madum. Kif dikjarat fir-rapport ippreparat mill-Uffiċjal tas-Smigħ, li ġabar fih il-pożizzjoni tal-kumpanija kkonċernata, id-99,5 % tal-prodotti li jifdal li jaqgħu taħt l-istess NKP kienu simili.

(31)

Kif imsemmi hawn fuq, il-parti ma ssostanzjatx il-ħtieġa li jiġu introdotti kriterji addizzjonali u lanqas l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-prezzijiet. Għaldaqstant, minħabba s-sehem tas-suq negliġibbli tat-tipi ta’ prodott ikkonċernati u r-rikonoxximent espliċitu mill-parti li 99,5 % tal-madum kien paragunabbli taħt in-NKP ikkonċernat, it-talba biex jiġu miżjuda kriterji addizzjonali mal-istruttura tan-NKP kellha tiġi miċħuda provviżorjament.

(32)

Ġie konkluż li l-prodott ikkonċernat, il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku taċ-Ċina u fis-suq domestiku tal-USA, li serva provviżorjament bħala l-pajjiż analogu, kif ukoll il-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni nstabu li kellhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. Għalhekk dawn huma meqjusin provviżorjament bħala simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

1.   Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (‘TES’)

(33)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet fuq l-antidumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina, il-valur normali għandu jiġi determinat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tat-tali Artikolu għal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti fil-forma mqassra hawn taħt:

1)

Id-deċiżjonijiet tan-negozju jittieħdu bħala reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq;

2)

Id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords tal-kontabilità bażika, li jiġu verifikati b’mod indipendenti skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u huma applikati għall-finijiet kollha;

3)

Ma hemm ebda tfixkil sinifikanti trasferit mis-sistema tal-ekonomija mhux tas-suq preċedenti;

4)

Il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà jiggarantixxu stabbiltà u ċertezza legali; u

5)

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu bir-rati tas-suq.

(34)

Żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina talbu TES skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(35)

Instab li l-partijiet (iż-żewġ produtturi; operatur tas-suq wieħed Ċiniż u operatur tas-suq wieħed f’Ħong Kong) li allegatament jifformaw wieħed minn dawn il-gruppi ma kienux fil-fatt relatati. F’dawn iċ-ċirkostanzi, it-talbiet għal TES ta’ dawn iż-żewġ produtturi Ċiniżi (Becarry Group u Shandong Yadi Ceramics Co. Ltd) ġew ittrattati separatament.

(36)

Fir-rigward tal-grupp l-ieħor ta’ kumpaniji, jiġifieri l-Wonderful Group, li jikkonsisti minn żewġ gruppi ta’ produtturi relatati ma’ xulxin permezz tas-sjieda mill-istess kumpanija possedenti, wieħed biss mill-gruppi relatati talab TES, filwaqt li t-tieni wieħed talab biss trattament individwali (TI). Minħabba li l-kriterji tat-TES, madankollu, jridu jintalbu u jiġu sodisfatti għall-kumpaniji kollha fl-istess grupp, din it-talba għal TES ma kinitx kompluta u għalhekk ma ngħatatx kunsiderazzjoni. It-TES għalhekk ma setax jingħata lill-grupp.

(37)

Fir-rigward tal-Becarry Group, safejn hu konċernat il-kriterju 1 l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-produttur kellu restrizzjoni fuq il-bejgħ tal-esportazzjoni fil-liċenzja tan-negozju tiegħu li ġiet applikata fil-prattika. Għalhekk tqies li d-deċiżjonijiet dwar il-bejgħ ma ttieħdux liberalment iżda kienu soġġetti għal interferenza sinifikanti mill-Istat. Barra minn hekk, għal bosta kumpaniji fil-grupp, ma setgħatx tistabbilixxi jekk tħallasx il-kapital inizjali fil-kumpanija u min ħallsu. Fir-rigward tal-kriterju 2, il-kontabilità wriet bosta nuqqasijiet serji li ma kinux imsemmija fir-rapport tal-verifika. Fl-aħħarnett, fir-rigward tal-kriterju 3 nstab ukoll li kien hemm ħafna tfixkil li ġie trasferit mis-sistema tal-ekonomija mhux tas-suq peress li l-assi ewlenin ma ġewx irreġistrati jew deprezzati korrettament fil-kontijiet u l-ebda prova tal-ħlas ma setgħet tingħata li l-kumpanija kienet ħallset għad-dritt tagħha li tuża l-art.

(38)

Fil-każ ta’ Shandong Yadi Ceramics Co Ltd, fir-rigward tal-kriterju 1 l-investigazzjoni sabet li l-kumpanija ma setgħetx turi jekk ħallsitx il-kapital inizjali fil-kumpanija meta ġiet stabbilita u min ħallas dan. Għalhekk ma setax jiġi eskluż li ċertu fondi ngħataw mill-Istat. Safejn hu konċernat il-kriterju 2, ir-rekords tal-kontabilità wrew nuqqasijiet serji mhux imsemmija fir-rapport ta’ verifika u għalhekk il-kontijiet ma ġewx ikkunsidrati bħala verifikati b’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Fl-aħħarnett, fir-rigward tal-kriterju 3 kien hemm ukoll ħafna tfixkil ittrasferit mis-sistema tal-ekonomija mhux tas-suq peress li l-ebda prova tal-ħlas ma setgħet tingħata li l-kumpanija kienet ħallset għad-drittijiet tagħha li tuża l-art jew prova tal-ħlas għal ċertu assi.

(39)

Il-Kummissjoni żvelat ir-riżultati tas-sejbiet tat-TES lill-produtturi esportaturi konċernati, lill-awtoritajiet Ċiniżi u lill-kwerelanti, u stidnithom jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(40)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet tat-TES, ġew irċevuti kummenti miż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun li ma ngħatawx TES. Madankollu, dawn il-kummenti ma kinux tali biex ibiddlu s-sejbiet f’dan ir-rigward għaliex dawn ipprovaw biss jirribattu parti mis-sejbiet, u ma sottomettew ebda evidenza addizzjonali biex jappoġġjaw dawn il-kummenti.

2.   Trattament Individwali (‘TI’)

(41)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku dazju nazzjonali, jekk hemm, huwa stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, minbarra f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji ma jistgħux juru li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

Fil-każ ta’ ditti jew impriżi konġunti posseduti bi sħiħ jew parzjalment minn barranin, l-esportaturi huma ħielsa biex jirripatrijaw il-kapital u l-qligħ,

Il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma determinati liberalment,

Il-maġġoranza tal-ishma huma ta’ persuni privati. L-uffiċjali tal-istat li jidhru fuq il-Bordijiet tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet prinċipali tal-maniġment jew se jkunu f’minoranza jew irid jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-interferenza tal-Istat,

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu bir-rata tas-suq, u

L-interferenza tal-istat mhix tali li tippermetti l-evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju.

(42)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun li talbu TES – Becarry Group u Shandong Yadi Ceramics Co. Ltd., talbu wkoll TI fil-każ li ma jingħatawx TES. Wonderful Group u Xinruncheng Group talbu wkoll TI.

(43)

Fir-rigward ta’ Becarry Group, instab li l-bejgħ ma kienx determinat liberalment minħabba r-restrizzjoni fuq il-bejgħ tal-esportazzjoni msemmija fil-premessa 37 hawn fuq, u t-talba tiegħu għal TI għalhekk ġiet miċħuda.

(44)

Il-produtturi esportaturi l-oħra nstabu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk setgħu jingħataw TI. Għalhekk, abbażi tat-tagħrif disponibbli, ġie stabbilit provviżorjament li l-produtturi esportaturi Ċiniżi li ġejjin li kienu inklużi fil-kampjun jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għal TI kif stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku:

Shandong Yadi Ceramics Co., Ltd

Xinruncheng Group

Wonderful Group

3.   Valur normali

a)   Għażla tal-pajjiż analogu

(45)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES għandu jkun stabbilit abbażi tal-prezzijiet domestiċi jew il-valur normali maħdum f’pajjiż analogu.

(46)

Fl-Avviż ta’ tnedija, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-USA bħala pajjiż analogu xieraq biex jiġi stabbilit il-valur normali għaċ-Ċina, u stiednet lill-partijiet interessati jikkumentaw dwar dan.

(47)

Numru ta’ kummenti ġew irċevuti u bosta pajjiżi oħra ġew proposti biex iservu bħala alternattiva, b’mod partikolari l-Brażil, it-Turkija, in-Niġerja, it-Tajlandja u fl-aħħar l-Indoneżja.

(48)

Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tfittex kooperazzjoni minn produtturi magħrufa f’dawn il-pajjiżi inkluż l-USA. Madankollu, huma biss żewġ produtturi tal-prodott ikkonċernat fl-USA li wieġbu għall-kwestjonarji. Produttur Tajlandiż issottometta wkoll tweġiba mhux kompluta għall-kwestjonarju; u fi kwalunkwe każ il-firxa tal-prodotti tiegħu ma kinitx kompletament paragunabbli mal-produtturi Ċiniżi li kkoperaw.

(49)

L-investigazzjoni żvelat li l-USA kien suq kompetittiv għall-prodott ikkonċernat. Ħafna produtturi kienu attivi fis-suq domestiku Amerikan u l-volumi tal-importazzjoni kienu għoljin. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-madum taċ-ċeramika li joriġina fiċ-Ċina u fl-Amerika għandu bażikament l-istess karatteristiċi fiżiċi u użi u li l-proċessi tal-produzzjoni huma simili.

(50)

Kien argumentat li peress li s-suq tal-USA kien l-aktar karatterizzat minn importazzjonijiet, il-madum taċ-ċeramika manifatturat fl-USA u dak manifatturat fiċ-Ċina jkopru segmenti differenti tas-suq. Għalhekk, it-tipi ta’ prodotti manifatturati domestikament li jservu bħala bażi biex jiġi stabbilit il-valur normali ma jkunux paragunabbli mat-tipi ta’ prodotti esportati miċ-Ċina lejn l-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni tal-USA tkopri firxa vasta ta’ tipi ta’ prodotti paragunabbli ma’ dawk immanifatturati fiċ-Ċina u esportati minnha, kif imsemmi fil-premessa (49).

(51)

Kien argumentat ukoll li l-USA jkun attur relattivament żgħir fis-suq dinji tal-madum taċ-ċeramika. Madankollu, madwar 600 miljun m2 ġew immanifatturati domestikament fl-2009 li hu meqjus sinifikanti. Bħala paragun, iċ-Ċina, l-ikbar produttur dinji, immanifatturat 2 biljun m2 fl-istess perjodu.

(52)

Parti waħda argumentat li l-USA kellha standards tal-kwalità stretti u effettivament ħolqot barrieri bla tariffi għall-importazzjonijiet Ċiniżi. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li kif imsemmi hawn fuq il-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina fl-USA kienu għoljin u kkostitwixxew is-sehem ewlieni tal-konsum domestiku Amerikan. Għalhekk, l-argument li l-barrieri bla tariffi fil-USA jaffettwaw l-importazzjonijiet u b’hekk il-kompetizzjoni ġie miċħud.

(53)

Id-dejta sottomessa fit-tweġiba tagħhom miż-żewġ produtturi Amerikani li kkoperaw ġiet verifikata fuq il-post. Hija biss id-dejta minn produttur wieħed li saritlu żjara li fl-aħħar ġiet ikkunsidrata, peress li nstab li kien tagħrif affidabbli li fuqu seta’ jiġi bbażat il-valur normali. Id-dejta mit-tieni prodottur li saritlu żjara nstabet li mhix affidabbli u kellha tiġi mwarrba, peress li dan il-produttur irrapporta biss parti mill-bejgħ domestiku tiegħu u l-ispejjeż ma setgħux jiġu rikonċiljati sew mal-kontijiet.

(54)

Għalhekk ġie konkluż provviżorjament li l-USA huwa pajjiż analogu xieraq u raġonevoli skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

b)   Determinazzjoni tal-valur normali

(55)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tat-tagħrif verifikat irċevut mill-produttur fil-pajjiż analogu kif stabbilit hawn taħt.

(56)

Il-bejgħ domestiku tal-produttur tal-USA tal-prodott simili nstab li hu rappreżentattiv f’termini ta’ volum paragunat mal-volum tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi li kkoperaw.

(57)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-bejgħ fis-suq domestiku lil klijenti mhux relatati nstab li jsir fil-kors ordinarju tal-kummerċ għat-tipi kollha tal-prodott simili mmanifatturati mill-produttur tal-USA. Madankollu, minħabba d-differenzi fil-kwalità bejn il-prodott simili manifatturat u mibjugħ fl-USA u l-prodott ikkonċernat esportat miċ-Ċina lejn l-Unjoni, għal ċertu tipi ta’ prodotti ġie kkunsidrat aktar xieraq li jinħadem il-valur normal sabiex ikunu jistgħu jitqiesu dawn id-differenzi u jiġi żgurat paragun ġust kif deskritt fil-premessa 61.

(58)

Il-valur normali ġie maħdum biż-żieda mal-ispejjeż tal-manifattura tal-produttur tal-USA, tal-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (SG&A) u l-qligħ tiegħu. Skont l-Artikolu 2(6) tar-regolament bażiku, l-ammonti għall-SG&A u l-qligħ ġew stabbiliti abbażi tad-dejta attwali dwar il-produzzjoni u l-bejgħ fil-kors ordinarju tal-kummerċ tal-prodott simili tal-produttur tal-USA.

c)   Prezzijiet tal-esportazzjoni għall-produtturi esportaturi

(59)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi fil-kampjun kienu bbażati fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni mħallsa attwalment jew pagabbli, lill-ewwel klijent indipendenti. Fejn il-bejgħ sar permezz ta’ importatur relatat fl-Unjoni, il-prezzijiet ġew maħduma skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Twettqu aġġustamenti għall-ispejjeż kollha minfuqa bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid inkluż il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-qligħ. Fir-rigward tal-marġini tal-qligħ, intuża l-qligħ realizzat minn importatur mhux relatat tal-prodott ikkonċernat peress li l-qligħ attwali tal-importatur relatat ma kienx meqjus affidabbli minħabba r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur relatat.

d)   Paragun

(60)

Il-marġini ta’ dumping ġew stabbiliti permezz tal-paragun tal-prezzijiet tal-esportazzjoni ex-works individwali tal-esportaturi fil-kampjun mal-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi jew mal-valur normali maħdum (VNM) kif xieraq.

(61)

Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, sar provvediment xieraq fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali kien aġġustat għad-differenzi fil-karatteristiċi – l-aktar minħabba markar OEM u għad-differenzi fil-kwalità għal ċertu tipi mhux immanifatturati mill-produttur tal-pajjiż analogu - għall-ispejjeż aktar baxxi ta’ madum mhux tal-porċellana. Twettqu iżjed aġġustamenti, fejn xieraq, fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar, tal-assigurazzjoni, tal-ispejjeż tal-ġestjoni u anċillari, tal-ippakkjar, tal-kreditu, u tat-tariffi u l-kummissjonijiet bankarji fil-każijiet kollha fejn instab li huwa raġonevoli, preċiż u appoġġjat minn evidenza verifikata.

4.   Marġini ta’ dumping

(a)   Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkoperaw mogħtija TI

(62)

Skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini ta’ dumping għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkoperaw mogħtija TI ġew stabbiliti abbażi ta’ paragun tal-valur normali medju maħdum stabbilit għall-pajjiż analogu mal-prezz medju peżat tal-esportazzjonijiet ta’ kull kumpanija tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni kif stabbilit hawn fuq.

(63)

Abbażi ta’ dan, il-marġini ta’ dumping provviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz fuq il-fruntiera tal-Unjoni CIF, mingħajr il-ħlas tad-dazju, huma:

 

Marġini ta’ dumping provviżorju

Group Xinruncheng

35,5  %

Shandong Yadi Ceramics Co., Ltd

36,6  %

Wonderful Group

26,2  %

(b)   Għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha li kkoperaw

(64)

Il-marġini ta’ dumping għall-produtturi esportaturi l-oħra li kkoperaw fiċ-Ċina, mhux inklużi fil-kampjun, ġie kkalkulat bħala medja differenzjata tal-marġini tad-dumping tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

(65)

Il-marġini ta’ dumping għall-produttur esportatur li kkopera fiċ-Ċina, inkluż fil-kampjun iżda mhux mogħti TI (Heyuan Becarry Ceramics Co. Ltd.), ġie kkalkulat ukoll kif deskritt hawn fuq fil- premessa (64).

(c)   Il-produtturi esportaturi l-oħra kollha (li ma kkoperawx)

(66)

Il-marġini ta’ dumping nazzjonali applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha li ma kkoperawx fiċ-Ċina ġie stabbilit bl-użu tal-ogħla tal-marġini ta’ dumping misjub għal tip ta’ prodott rappreżentattiv minn produttur esportatur li kkopera.

(67)

Abbażi ta’ dan il-marġini ta’ dumping medju peżat tal-kampjun provviżorju u l-livell nazzjonali ta’ dumping bħala perċentwal tal-prezz fil-fruntiera tal-Unjoni CIF, mingħajr il-ħlas tad-dazju huma:

Medja Peżata tal-Kampjun għall-produtturi esportaturi li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun jew mhux mogħtija TI (Ara l-Anness I)

32,3  %

Residwu għal produtturi esportaturi li ma kkoperawx.

73,0  %

D.   ĦSARA

1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(68)

Kif imsemmi fil-premessa (8), l-industrija tal-madum taċ-ċeramika tal-Unjoni hija frammentata ħafna. Il-madum taċ-ċeramika jiġi manifatturat minn aktar minn 500 produttur.

(69)

Kif imsemmi hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni kienet maqsuma fi tliet segmenti: kumpaniji żgħar, ta’ daqs medju u kbar. Il-kumpaniji żgħar jammontaw għal nofs il-produzzjoni totali tal-Unjoni.

(70)

Id-dejta provduta mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej hija stmata li tkopri madwar 75 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Din id-dejta ġiet kontraverifikata mad-dejta provduta minn produtturi individwali u assoċjazzjonijiet nazzjonali, iżda wkoll ma’ sorsi ta’ statistika, bħal Prodcom. Il-volum u l-valur tal-bqija tal-produzzjoni ġiet estrapolata abbażi tal-istess sorsi ta’ tagħrif. Fuq il-bażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni nstabet li tammonta għal 895 miljun m2 fil-PI. Il-produtturi kollha tal-Unjoni (li jammontaw għall-produzzjoni totali tal-Unjoni) jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem se jissejħu l-‘industrija tal-Unjoni’.

2.   Il-konsum tal-Unjoni

(71)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit biż-żieda tal-importazzjonijiet abbażi tad-dejta tal-Eurostat mal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Id-dejta li tikkonċerna l-bejgħ totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat kienet ibbażata fuq dejta verifikata kemm mill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi nazzjonali kif ukoll dawk Ewropej. L-estrapolazzjonijiet saru abbażi tad-dejta tal-assoċjazzjonijiet u ta’ Prodcom sabiex waslu għall-bejgħ totali tal-Unjoni.

(72)

Matul il-perjodu meqjus, jiġifieri bejn l-2007 u l-PI, il-konsum tal-Unjoni naqas b’29 %, bit-tnaqqis ewlieni ta’ 13 % bejn l-2007 u l-2008. Fil-PI, il-konsum naqas b’8 % paragunat mal-2009.

Tabella 1

Konsum

Volum (000 sq m)

2007

2008

2009

PI

+ Importazzjonijiet totali

157 232

140 715

115 676

119 689

+ Produzzjoni tal-Unjoni mibjugħa fis-suq tal-Unjoni

1 275 486

1 099 092

992 204

895 140

Indiċi (2007 = 100)

100

86

78

70

= Konsum

1 432 718

1 239 807

1 107 880

1 014 829

Indiċi (2007 = 100)

100

87

77

71

tnaqqis sena wara sena

 

– 13 %

– 11 %

– 8 %

3.   Importazzjonijiet miċ-Ċina

3.1.   Volum, sehem tas-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat

(73)

Il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żviluppaw kif stabbilit hawn taħt. It-tendenzi tal-kwantità u tal-prezzijiet li ġejjin huma bbażati fuq id-dejta tal-Eurostat.

Tabella 2

Importazzjonijiet miċ-Ċina

Volum (000 m2)

2007

2008

2009

PI

Volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

68 081

65 122

62 120

66 023

Indiċi (2007 = 100)

100

96

91

97

Bażi ta’ sena wara sena

 

– 4 %

– 5 %

+ 6 %

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4,8  %

5,3  %

5,6  %

6,5  %

Prezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (EUR/ m2)

4,7

4,9

4,4

4,5

Indiċi (2007 = 100)

100

105

95

97

Bażi ta’ sena wara sena

 

+ 4 %

– 10 %

+ 2 %

(74)

Il-volum tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina naqas bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat u ammonta għal madwar 66 miljun m2 matul il-PI. It-tendenza ta’ tnaqqis hija sa ċertu punt konformi mat-tendenza ta’ tnaqqis fil-konsum, iżda hija ferm anqas evidenti u seħħet bejn l-2007 u l-2009. Bejn l-2009 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b’6 %. Barra minn hekk, meta analizzat mill-perspettiva tal-perjodu sħiħ ikkunsidrat, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b’35 %, minn 4,8 % fl-2007 għal 6,5 % fil-PI.

(75)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 4,7 EUR/ m2 għal 4,5 EUR/ m2.

3.2.   Twaqqigħ tal-prezzijiet

(76)

Għall-finijiet tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-prezzijiet tal-bejgħ medji peżati tal-produtturi tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works, ġew paragunati għal kull tip ta’ prodott mal-prezzijiet medji peżati korrispondenti tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF bl-aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali eżistenti, l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni u l-livell tal-kummerċ.

(77)

Il-paragun wera li matul il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat inbiegħu fl-Unjoni għal prezzijiet li waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni. Meta espress bħala perċentwal ta’ dan tal-aħħar, il-livell ta’ twaqqigħ kien ivarja minn 44 % sa 57 %. Il-kalkulazzjonijiet kienu bbażati fuq id-dejta sottomessa mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u l-produtturi esportaturi fil-kampjun miċ-Ċina.

4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina

(78)

Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu kunsidrat huwa muri fit-tabella hawn taħt. It-tendenzi tal-kwantità u tal-prezzijiet huma bbażati fuq Eurostat.

Tabella 3

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

 

2007

2008

2009

PI

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (000 metri kwadri)

89 151

75 593

53 557

53 665

Indiċi (2007 = 100)

100

85

60

60

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

6,2  %

6,1  %

4,8  %

5,3  %

Prezz medju (EUR/metru kwadru)

4,38

4,94

5,35

5,35

Indiċi (2007 = 100)

100

113

122

122

Importazzjonijiet mit-Turkija (000 metri kwadri)

50 210

44 590

30 930

31 343

Sehem tas-Suq tat-Turkija

3,5  %

3,6  %

2,8  %

3,1  %

Prezz medju (EUR/metru kwadru)

4,35

4,75

5,25

5,32

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra minbarra ċ-Ċina u t-Turkija

38 941

31 002

22 627

22 322

Indiċi (2007 = 100)

100

80

58

57

Prezz medju (EUR/metru kwadru)

4,43

5,21

5,49

5,38

(79)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqsu b’40 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, is-sehem tas-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas b’14 %, minn 6,2 % għal 5,3 %.

(80)

Għandu jiġi nnutat li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra żdiedu bi 22 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li baqgħu konsistentement ogħla mill-prezz tal-bejgħ medju tal-bejgħ tal-esportazzjoni Ċiniż (b’19 % matul il-PI).

5.   Sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

5.1.   Ġenerali

(81)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha rilevanti li għandhom piż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(82)

L-indikaturi makroekonomiċi (produzzjoni, kapaċità, użu tal-kapaċità, volum ta’ bejgħ, sehem tas-suq, tkabbir u daqs tal-marġini ta’ dumping) ġew valutati fil-livell tal-industrija kollha tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq it-tagħrif mogħti mill-assoċjazzjonijiet Ewropej u nazzjonali, kontraverifikat mad-dejta mogħtija mill-produtturi u l-istatistika uffiċjali disponibbli.

(83)

L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (prezzijiet medji ta’ unità, impjieg, pagi, produttività, ħażniet, profitabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti, kapaċità għaż-żieda tal-kapital) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq it-tagħrif tagħhom, verifikat kif xieraq.

5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(84)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset sostanzjalment bi 32 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis f’termini ġenerali (matul il-perjodu kkunsidrat) irrifletta t-tnaqqis sostanzjali fil-konsum (b’29 % matul il-perjodu kkunsidrat, ara l-premessa 72 hawn fuq). Madankollu, dan segwa tendenza differenti. Dan naqas bejn l-2007 u l-2009 bi 32 %, bl-ikbar tnaqqis ta’ 23 % bejn l-2008 u l-2009. Imbagħad stabbilizza ruħu bejn l-2009 u l-PI.

Tabella 4

Produzzjoni totali tal-Unjoni

 

2007

2008

2009

PI

Volum (000 metri kwadri)

 

 

 

 

Produzzjoni

1 614 668

1 434 844

1 100 052

1 094 660

Indiċi (2007 = 100)

100

89

68

68

(85)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’5 % bejn l-2007 u l-2008, u bi 2 % bejn l-2008 u l-PI. L-użu tal-kapaċità li rriżulta wera tnaqqis ġenerali ta’ 27 % bejn l-2007 u l-PI.

Tabella 5

Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-produzzjoni

 

2007

2008

2009

PI

Volum (000 metri kwadri)

 

 

 

 

Kapaċità tal-produzzjoni

1 849 252

1 760 720

1 720 180

1 718 023

Indiċi (2007 = 100)

100

95

93

93

Użu tal-kapaċità

87  %

81  %

64  %

64  %

Indiċi (2007 = 100)

100

93

73

73

5.2.2.   Volumi tal-bejgħ u sehem tas-suq

(86)

B’konformità mal-iżvilupp tal-volumi tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati waqa’ b’rata paragunabbli ma’ dik tat-tnaqqis fil-konsum, jiġifieri bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni segwa tendenza simili bħall-konsum f’termini ta’ tnaqqis annwali.

Tabella 6

Volum ta’ bejgħ lil klijenti mhux relatati

 

2007

2008

2009

PI

Volum (000 metri kwadri)

 

 

 

 

Bejgħ fl-Unjoni

1 275 486

1 099 092

992 204

895 140

Indiċi (2007 = 100)

100

86

78

70

(87)

Is-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni naqas b’punt wieħed perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 7

Sehem tas-Suq tal-UE

 

2007

2008

2009

PI

Sehem tas-Suq tal-Unjoni

89  %

89  %

90  %

88  %

Indiċi (2007 = 100)

100

100

101

99

5.2.3.   Impjieg u produttività

(88)

L-impjieg naqas bi 11 % bejn l-2007 u l-2008. Matul il-perjodu kkunsidrat dan waqa’ b’16 %.

Tabella 8

Impjieg

 

2007

2008

2009

PI

Perjodu medju

 

 

 

 

Impjieg totali

92 588

82 214

79 518

77 458

Indiċi (2007 = 100)

100

89

86

84

(89)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala prodott kull persuna impjegata kull sena, kienet stabbli bejn l-2007 u l-2008. Madankollu, mill-2008 sal-PI kien hemm tnaqqis ta’ 19 % fil-produttività marbut mat-tnaqqis fil-produzzjoni.

Tabella 9

Produttività

 

2007

2008

2009

PI

Produttività (metru kwadru kull sena /kull impjegat)

17 439

17 453

13 834

14 132

Indiċi (2007 = 100)

100

100

79

81

5.2.4.   Daqs tal-marġini ta’ dumping

(90)

Il-marġini ta’ dumping huma speċifikati hawn fuq fit-taqsima dwar id-dumping. Il-marġini kollha stabbiliti huma ferm ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġini attwali ta’ dumping ma jistax jitqies negliġibbli.

5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

(91)

L-analiżi tal-elementi mikroekonomiċi (ħażniet, prezzijiet tal-bejgħ, fluss tal-flus, profitabilità, redditu fuq l-investimenti, kapaċità għaż-żieda fil-kapital, investimenti u pagi) twettqet għall-kumpaniji individwali, jiġifieri fil-livell ta’ dawk il-produtturi tal-Unjoni li ġew inklużi fil-kampjun.

5.3.1.   Kumment ġenerali

(92)

Għal ċertu indikaturi mikroekonomiċi (prezz tal-bejgħ, spejjeż tal-produzzjoni, profitabilità u redditu fuq l-investimenti, jiġifieri indikaturi espressi f’valuri oħra minbarra dawk assoluti, jiġifieri valuri espressi biss bħala perċentwali) ir-riżultati tal-kumpaniji fil-kampjun fis-segment speċifiku ġew peżati skont is-sehem ta’ dak is-segment fil-produzzjoni totali tal-Unjoni (bl-użu tal-piż speċifiku ta’ kull segment fis-settur totali tal-madum taċ-ċeramika - 52 % għal kumpaniji żgħar, 24 % kull wieħed għall-kumpaniji ta’ daqs medju u kbar). Bħala konsegwenza ġie assigurat li r-riżultati tal-kumpaniji kbar ma jiddominawx l-analiżi tal-ħsara iżda li s-sitwazzjoni tal-kumpaniji ż-żgħar, li kollettivament jammontaw għall-ikbar sehem tal-produzzjoni tal-Unjoni, ġiet riflessa sew.

5.3.2.   Ħażniet

(93)

Għalkemm il-livell tal-ħażniet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqsu f’termini assoluti b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat, meta espress bħala perċentwal tal-produzzjoni dan żdied b’mod sostanzjali (b’37 %).

Tabella 10

 

2007

2008

2009

PI

Ħażniet (000 metri kwadri)

48 554

50 871

39 689

41 887

Indiċi (2007 = 100)

100

105

82

86

Ħażniet bħala perċentwal tal-produzzjoni

43  %

49  %

55  %

59  %

Indiċi (2007 = 100)

100

114

128

137

(94)

Iż-żieda fil-ħażniet hija fattur evidenti ta’ ħsara. Il-kumpaniji fis-settur normalment iżommu l-ħażniet ta’ tliet xhur ta’ produzzjoni, iżda l-pressjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping sfurzawhom iżidu l-ħażniet tagħhom sa sitt xhur ta’ produzzjoni. Fil-fatt kienet osservata żieda annwali bilanċjata u kostanti tal-ħażniet minn 43 % fl-2007 għal 59 % fil-PI.

(95)

Din iż-żieda fil-ħażniet hija spjegata bil-fatt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ffukaw fuq il-bejgħ ta’ lottijiet kbar ta’ prodott omoġenju, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni offriet varjetà ħafna ikbar ta’ prodotti f’termini ta’ tipi, kuluri, daqsijiet. Sabiex tirreaġġixxi f’perjodu ta’ żmien qasir ħafna għal ordnijiet speċifiċi ħafna, l-industrija tal-Unjoni kellha żżid il-ħażniet.

5.3.3.   Prezzijiet tal-bejgħ

(96)

Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 11

Prezz ta’ unità fis-suq tal-UE

 

2007

2008

2009

PI

Prezzijiet ta’ unità tal-bejgħ tal-Unjoni (EUR/metru kwadru)

8,0

8,4

8,7

8,8

Indiċi (2007 = 100)

100

104

108

110

(97)

Iż-żieda fil-prezz kienet minħabba varjetà ta’ fatturi. L-ewwel kien il-bżonn li jiġu rkuprati ż-żidiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni li matul l-istess perjodu żdiedu b’14 % (ara l-premessa 106). Iż-żieda fil-prezz kienet ukoll minħabba ż-żieda fil-ħażniet (ara l-premessa hawn fuq 95) u l-bidla fit-taħlita ta’ prodotti offruti mill-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet miċ-Ċina kkonċentraw fuq lottijiet kbar ta’ prodott omoġenju. L-industrija tal-Unjoni għalhekk kellha tiffoka fuq lottijiet żgħar tal-prodott ikkonċernat fejn id-domanda kienet aktar frammentata bi kwantitajiet iżjed baxxi u varjetà ikbar f’termini ta’ tipi, kuluri, u daqsijiet.

(98)

Madankollu, minkejja ż-żieda fil-prezzijiet ta’ unità, l-industrija tal-Unjoni ħadmet taħt il-qligħ ta’ mira. Fil-fatt, is-segment tal-kumpaniji żgħar għamel it-telf.

(99)

L-iżvilupp tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina ġie deskritt fil-premessa 75. Kif jista’ jidher, dawn il-prezzijiet segwew tendenza differenti minn dik tal-industrija tal-Unjoni u kienu konsistentement iżjed baxxi. Matul il-PI, il-prezzijiet miċ-Ċina kienu nofs il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

5.3.4.   Profitabilità, fluss tal-flus, redditu fuq l-investiment, kapaċità għaż-żieda fil-kapital, investimenti u pagi

(100)

Kif imsemmi hawn fuq, iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni kienet ogħla miż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ. Biż-żieda fl-ispejjeż ta’ 14 % li seħħet matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni rnexxilha iżżid il-prezzijiet tagħha b’9 % biss. Il-profitabilità mbagħad naqset minn 3,9 % fl-2007 għal 0,4 % fil-PI. L-industrija kisbet il-qligħ l-aktar baxx fl-2009, meta ma setgħetx tkopri l-ispejjeż tagħha b’telf ta’ 1,2 %. Mit-tliet segmenti, is-segment l-aktar affettwat kien dak tal-kumpaniji ż-żgħar li ilu jirreġistra telf mill-2008. Il-kumpaniji kbar u ta’ daqs medju, minkejja t-tnaqqis sostanzjali fil-profitabilità, rnexxilhom ibiegħu għal qligħ modest għalkemm mhux sostenibbli.

(101)

Il-qligħ miksub mill-kumpaniji kbar u ta’ daqs medju ma jistax jiġi żvelat minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Fis-segment tal-kumpaniji l-kbar il-kalkulazzjoni tal-qligħ ġiet ibbażata fuq id-dejta ta’ kumpanija waħda, filwaqt li l-iżvelar tar-riżultati tal-kumpaniji ta’ daqs medju għandha tippermetti kumpaniji oħra jikkalkulaw il-qligħ tas-segmenti l-oħra peress li l-qligħ totali peżat huwa magħruf.

Tabella 12

Profitabilità, fluss tal-flus, redditu fuq l-investiment, investimenti u pagi

 

2007

2008

2009

PI

Qligħ nett tal-bejgħ tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% ta’ bejgħ nett)

3,9  %

0,6  %

– 1,2 %

0,4  %

Fluss tal-flus ("000 EUR)

86 663

55 131

41 599

40 256

Indiċi (2007 = 100)

100

64

48

46

Redditu fuq l-investimenti (ROI)(qligħ nett f’% tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti)

8,3  %

4,0  %

– 0,5 %

1,1  %

Investimenti netti ("000 EUR)

15 733

15 673

11 005

11 283

Indiċi (2007 = 100)

100

100

70

72

Spejjeż annwali tax-xogħol għal kull impjegat

38 910

39 714

37 366

37 242

Indiċi (2007 = 100)

100

102

96

96

(102)

It-tendenza tal-fluss tal-flus, li hija l-kapaċità ta' industrija li tiffinanzja l-attivitajiet tagħha stess, baqgħet pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, bejn l-2007 u l-PI, din naqset b’madwar 54 %.

(103)

Ir-redditu fuq l-investimenti (‘ROI’) segwa b’mod ġenerali t-tendenza tal-profitabilità matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat.

(104)

Bejn l-2007 u l-PI, il-fluss annwali tal-investimenti fil-prodott ikkonċernat li għamlet l-industrija tal-Unjoni naqas bi 28 %.

(105)

Bejn l-2007 u l-PI, il-paga medja għal kull impjegat naqset b’4 %.

5.3.5.   Spejjeż tal-produzzjoni

Tabella 13

Spejjeż tal-produzzjoni

 

2007

2008

2009

PI

Spejjeż tal-produzzjoni Eur/ m2

7,7

8,3

8,8

8,8

Indiċi

100

108

114

114

(106)

Kif indikat hawn fuq, l-ispejjeż tal-produzzjoni żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat b’14 %. Din iż-żieda kienet minħabba ż-żieda fil-ħażniet (ara l-premessa hawn fuq (95)) u l-bidla fit-taħlita ta’ prodotti offruti mill-industrija tal-Unjoni (iżjed varjetà ta’ prodotti f’termini ta’ tipi, kuluri, u daqsijiet), filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi kkonċentraw fuq lottijiet kbar ta’ prodotti omoġenji. L-industrija tal-Unjoni kellha żżid il-ħażniet tagħha sabiex tirreaġġixxi fi żmien qasir għal ordnijiet speċifiċi ħafna u wkoll għandha tipprovdi varjetà ikbar ta’ prodotti.

6.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(107)

L-investigazzjoni wriet li l-indikaturi tal-ħsara bħall-volum tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ lil klijenti mhux relatati u l-impjieg iddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm ma jistax jiġi injorat il-fatt li l-evoluzzjoni negattiva tal-konsum kellha effett negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni, huwa notevoli li l-importazzjonijiet Ċiniżi rnexxilhom iżidu s-sehem tas-suq tagħhom,permezz tal-pressjonijiet fuq il-prezzijiet.

(108)

Barra minn hekk, l-indikaturi tal-ħsara relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni – bħall-profitabilità, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus ġew affettwati sew negattivament matul il-perjodu kkunsidrat. Fattur evidenti ta’ ħsara hija ż-żieda sostanzjali fil-ħażniet (b’37 %) matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda hija spjegata bil-fatt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ffukaw fuq il-bejgħ ta’ lottijiet kbar ta’ prodott omoġenju filwaqt li l-industrija tal-Unjoni offriet varjetà ferm ikbar ta’ prodotti f’termini ta’ tipi, kuluri, daqsijiet. L-industrija tal-Unjoni kellha żżid il-ħażniet tagħha sabiex tkun tista’ tirreaġġixxi fi żmien qasir għal ordnijiet speċifiċi ħafna u tipprovdi varjetà ikbar ta’ prodotti.

(109)

Għalkemm il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, dan kien l-aktar minħabba ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni. B’mod ġenerali, il-profitabilità ddeterjorat matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-fatt, is-segment tal-kumpaniji ż-żgħar li kkostitwixxa nofs l-industrija tal-Unjoni għamel it-telf mill-2008. Għaldaqstant, ukoll minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ, l-industrija ma setgħetx tagħmel qligħ biżżejjed. L-industrija ma kinitx f’pożizzjoni li żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha sa livell fejn kien ikollha r-rati ta’ profitabilità neċessarji għal vijabilità fit-tul.

(110)

L-analiżi tat-tendenzi tal-prezzijiet ibbażata fuq iċ-ċifri tal-Eurostat uriet li d-differenzjali fil-prezzijiet bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedet minn madwar 40 % fl-2007 u fl-2008 għal madwar 50 % fl-2009 u fil-PI.

(111)

B’kunsiderazzjoni ta’ dak imsemmi hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li l-industrija tal-Unjoni soffriet ħsara materjal skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(112)

Skont l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku ġie eżaminat jekk il-ħsara materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni kinitx ikkaużata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. Barra minn hemm, il-fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu kkawżaw il-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex jiġi żgurat li kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawk il-fatturi ma tiġix attribwita lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

2.   Impatt tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

(113)

Iż-żieda fis-sehem tas-suq tal-produtturi esportaturi Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat ikkoinċidiet maż-żmien tat-tnaqqis fil-qligħ tal-industrija tal-Unjoni u żieda sostanzjali tal-ħażniet tagħha.

(114)

Din ikkoinċidiet ukoll ma’ tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. Madankollu, filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi naqqsu fil-volum b’9 punti perċentwali bejn l-2007 u l-2009, konformi mat-tnaqqis fil-konsum (għalkemm mhux bl-istess pass – il-konsum naqas bi 23 punti perċentwali matul l-istess perjodu), mill-2007 s-sehem tas-suq Ċiniż kiber b’mod stabbli. Barra minn hekk, bejn l-2009 u l-PI, minkejja aktar tnaqqis fil-konsum b’6 punti perċentwali, l-importazzjonijiet Ċiniż żdiedu b’6 punti perċentwali.

(115)

Id-differenzjali tal-prezzijiet (ibbażata fuq iċ-ċifri medji ta’ Eurostat) bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienet sinifikanti ħafna matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat. Il-fatt li diġà fl-2007 din kienet tammonta għal iżjed minn 40 % jissuġġerixxi li l-istrateġija tal-prezz tal-produtturi esportaturi Ċiniżi bdiet minn qabel il-kriżi ekonomika. Barra minn hekk, din id-differenzjali żdiedet wara l-kriżi u laħqet 50 % fil-PI.

(116)

Iż-żieda fis-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi flimkien mat-tnaqqis fil-prezzijiet u ż-żieda fid-differenzjali tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet tal-Unjoni u dawk Ċiniżi kkoinċidiet fiż-żmien mad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

3.   Effetti ta’ fatturi oħra

3.1.   Impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina

(117)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina naqas b’40 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem tas-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet naqas ukoll ftit matul l-istess perjodu (madwar 1 %). Filwaqt li l-prezzijiet ta’ dawk l-importazzjonijiet kienu paragunabbli mal-prezzijiet Ċiniżi fl-2007, id-differenzjali tal-prezzijiet żdiedet għal 18 % fl-2009 u 16 % fil-PI.

(118)

It-Turkija hija t-tieni l-ikbar esportatur lejn l-Unjoni b’sehem tas-suq ta’ 3 % fil-PI. Dan is-sehem tas-suq baqa’ stabbli (naqas ftit b’0,4 %) matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-importazzjonijiet mit-Turkija naqas b’37 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Torok kienu taħt dawk tal-industrija tal-Unjoni (b’madwar 40 % matul il-perjodu kkunsidrat), id-differenzjali tal-prezzijiet bejn l-importazzjonijiet Torok u dawk Ċiniżi żdiedet b’16 % fl-2009 u fil-PI wara żieda ta’ 22 % fil-prezzijiet Torok. Għal dawn ir-raġunijiet ma jistax jiġi eskluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina setgħu kkontribwixxew b’mod limitat ħafna għall-ħsara materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni. Madankollu, dawn ma kisrux il-kawżalità stabbilita mal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina.

4.   Impatt tal-frammentazzjoni għolja tal-industrija tal-Unjoni

(119)

L-industrija tal-madum tal-Unjoni hija frammentata ħafna. Madankollu, in-numru totali ta’ kumpaniji naqas matul il-perjodu kkunsidrat minħabba proċess ta’ konsolidazzjoni li ilu għaddej għal dawn l-aħħar żewġ deċennji. Aktar importanti, madankollu, f’dawk l-Istati Membri bl-aktar sehem ta’ produzzjoni, fejn fl-istess ħin il-frammentazzjoni hija aktar pronunzjata, l-investigazzjoni wriet li l-kumpaniji joperaw fi gruppi. Din l-istruttura tiggarantixxi allokazzjoni effiċjenti ta’ riżorsi. Fil-fatt, il-frammentazzjoni tippermetti li kumpaniji kbar jissottokuntrattaw lil kumpaniji iżgħar il-produzzjoni ta’ ċertu tipi ta’ prodotti (f’termini ta’ kuluri, daqsijiet, eċċ). Bl-għajnuna tal-kumpaniji ż-żgħar l-industrija tista’ tipprovdi ħafna tipi ta’ prodotti f’qasir żmien. Dan sar partikolarment importanti fid-dawl tal-kompetizzjoni Ċiniża li tbigħ lottijiet kbar tal-prodott omoġenju fejn ma hemmx spazju għall-flessibbiltà fid-disinn, fil-kulur, eċċ. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-kawżalità bejn il-frammentazzjoni u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu kkunsidrat ma tistax tiġi stabbilita.

4.1.   Impatt tal-kriżi ekonomika

(120)

L-investigazzjoni wriet li l-kriżi ekonomika mingħajr dubju kellha impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(121)

L-impatt kien l-aktar relatat mat-tnaqqis fir-ritmu tal-industrija tal-kostruzzjoni, li ġie rifless fit-tnaqqis tal-konsum tal-madum taċ-ċeramika. Ġeneralment, fl-2009 it-tnaqqis fl-attività totali tal-kostruzzjoni tal-UE ammonta għal 7,5 % (3). L-impatt aktar preċiż tal-klima ekonomika ġenerali fuq l-industrija tal-kostruzzjoni jvarja skont is-segment speċifiku f’dik l-industrija (4). Fl-2009 t-tnaqqis fl-attività tal-kostruzzjoni kien l-aktar ikkonċentrat fis-segmenti tal-bini ta’ djar ġodda u ta’ bini privat mhux residenzjali. B’kuntrast, l-inġinerija ċivili ġiet affettwata anqas u s-segment pubbliku mhux residenzjali anzi kiber b’1,1 % fl-2009. Skont il-Federazzjoni Ewropea tal-Industrija tal-Kostruzzjoni dawn it-tendenzi jirriflettu l-azzjonijiet tal-gvern biex tinżamm jew anki tiżdied in-nefqa fuq bini u infrastruttura pubblika, bħala parti mill-pakketti ta’ stimulu nazzjonali. Bl-istess mod l-inċentivi fiskali għal soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija mmitigaw l-impatt tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-attivitajiet ta’ rinnovament u manutenzjoni.

(122)

L-iżviluppi msemmija kellhom effett pożittiv fuq is-segmenti tar-rinnovamenti u tal-manutenzjoni (l-implikazzjonijiet pożittivi għall-produzzjoni, il-bejgħ u l-profitabilità tal-industrija downstream bħala marġini ta’ profitt huma ogħla fis-segment tal-bejgħ bl-imnut). Fi kwalunkwe każ dawn is-segmenti ġew affettwati anqas bit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

(123)

L-analiżi li ġejja turi li, għalkemm it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku seta’ kellu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-ħsara materjal li sofriet l-industrija tal-Unjoni kienet tabilħaqq ikkaużata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina.

(124)

L-ewwel nett, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-kostruzzjoni bdiet tirkupra mill-effetti tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fil-PI, filwaqt li l-indikaturi tal-industrija tal-Unjoni komplew juru tendenza ta’ tnaqqis.

(125)

It-tieni nett, element importanti huwa l-iżvilupp tal-ħażniet, li f’dan il-każ iservi bħala indikatur evidenti ta’ ħsara (ara l-premessa hawn fuq 93). Żieda annwali pjuttost stabbli fil-ħażniet ġiet osservata. Din it-tip ta’ żieda bilanċjata u stabbli tissuġġerixxi li l-industrija tal-Unjoni kienet fil-fatt l-aktar taħt pressjoni kostanti mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Kieku ż-żieda fil-ħażniet kellha tiġi attribwita lit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, probabbli kienet tiġi osservata żieda sostanzjali fis-snin tal-kriżi aktar milli tendenza stabbli matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat.

(126)

Finalment, l-analiżi taċ-ċifri tal-profitabilità, speċjalment tal-kumpaniji ż-żgħar, li ammontaw għal kważi 50 % tal-produzzjoni tal-Unjoni matul il-PI, turi li dawk il-kumpaniji kisbu biss qligħ pjuttost modest ta’ 0,3 % diġà fl-2007 u kellhom telf minn dak iż-żmien ’l hawn. Dan jissuġġerixxi li s-sitwazzjoni tagħhom bdiet tiddeterjora diġà qabel il-kriżi.

(127)

Fid-dawl ta’ dan, huwa kkunsidrat li d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet ikkaużata l-aktar mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Anki jekk il-kriżi ekonomika, u t-tnaqqis fid-domanda li rriżulta, setgħu kkontribwew għall-ħsara li sofriet l-industrija tal-Unjoni, l-impatt tagħha ma kienx tali li jikser il-kawżalità stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u l-ħsara materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

4.2.   Pretensjonijiet fir-rigward ta’ ħsara kkaġunata mill-industrija stess

(128)

Importatur wieħed stqarr li l-kawża ewlenija tal-ħsara kien il-bejgħ għal prezzijiet baxxi mill-produtturi tal-madum Pollakki. F’dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li l-analiżi tal-ħsara għandha titmexxa fil-livell tal-industrija tal-Unjoni kollha u mhux ta’ parti minnha. Il-Kummissjoni madankollu analizzat is-sitwazzjoni tas-suq Pollakk abbażi tat-tagħrif disponibbli (huwa mfakkar li l-kumpanija Pollakka fil-kampjun iddeċidiet li ma tkomplix tikkopera u l-ebda kumpanija Pollakka oħra ma qablet li tikkopera).

(129)

L-ewwel instab li, f’termini ta’ volumi, il-bejgħ Pollakk fuq il-bqija tas-suq tal-Unjoni kien jirrappreżenta sehem tas-suq ta’ anqas minn 3 % matul il-PI.

(130)

It-tieni, kieku l-kumpaniji Pollakki kkoperaw fl-investigazzjoni u l-prezzijiet tagħhom ingħataw konsiderazzjoni fl-analiżi dwar it-twaqqigħ tal-prezzijiet, dan kien ikollu piż limitat ħafna fuq il-kalkulazzjoni totali tat-twaqqigħ fil-prezzijiet. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-kumpanija Pollakka, tagħrif dettaljat tal-prezzijiet kull PCN ma kienx disponibbli. Iżda anki taħt approċċ ta’ ‘impatt massimu’, jekk wieħed jassumi li l-bejgħ kollu Pollakk ikun ġie inkluż fil-kalkulazzjoni, l-impatt kien ikun marġinali u ma kienx ibiddel l-istampa kollha minħabba l-volumi tal-bejgħ relattivament baxxi (5).

(131)

Abbażi ta’ dan l-impatt tal-bejgħ Pollakk fuq il-ħsara li sofriet l-industrija tal-Unjoni, jekk hemm, kien limitat.

(132)

Stqarrija oħra li allegat ħsara kkaġunata mill-industrija stess kienet li ċertu produtturi tal-Unjoni kkompletaw il-katalgi tagħhom b’importazzjonijiet ta’ madum Ċiniżi u li dawn biegħawhom taħt il-marka uffiċjali tagħhom. Din l-istqarrija, madankollu, ma ġietx sostanzjata u barra minn hekk evidenza miġbura matul l-investigazzjoni wriet li dawk l-importazzjonijiet kienu marġinali. Għaldaqstant, ma jistax jiġi konkluż li dawk l-importazzjonijiet mill-produtturi tal-UE, ikkontribwew għall-ħsara li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

5.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni għall-industrija tal-Unjoni

(133)

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni ġiet eżaminata wkoll bħala waħda mill-fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li seta’ għamel ħsara lill-industrija tal-Unjoni, biex jiġi żgurat li l-ħsara potenzjali kkaużata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-analiżi tad-dejta ta’ Eurostat uriet li tabilħaqq l-esportazzjonijiet mill-Unjoni naqsu b’44 %. Madankollu, il-prezzijiet ta’ dawk l-esportazzjonijiet żdiedu bi 32 %. Għall-produtturi fil-kampjun li kkoperaw it-tnaqqis kien anqas pronunzjat (– 24 %). L-investigazzjoni wriet ukoll li s-sehem tal-esportazzjonijiet espress bħala perċentwal tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni żdied minn 17 % fl-2007 għal 19 % fl-2009. Barra minn hekk, anki jekk il-volumi tal-esportazzjonijiet għall-produtturi tal-Unjoni li kkoperaw naqsu, dak it-tnaqqis kien anqas pronunzjat mit-twaqqigħ fil-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (– 24 % għall-esportazzjonijiet paragunat ma’ – 30 % għall-bejgħ tal-Unjoni). Għalhekk, huwa kkunsidrat li t-tnaqqis fil-volum tal-esportazzjoni ma jistax jispjega l-livell ta’ ħsara li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

(134)

Abbażi ta’ dan, huwa konkluż provviżorjament li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kkontribwitx għall-ħsara materjali soffruta minnha.

6.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(135)

Għalhekk ġie konkluż li hemm kawżalità bejn il-ħsara li sofriet l-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Il-kriżi ekonomika u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ċ-Ċina kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, iżda mhux tali li jiksru l-kawżalità stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u l-ħsara materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

(136)

Abbażi tal-analiżi msemmija hawn fuq tal-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ġie konkluż provviżorjament li hemm kawżalità bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u l-ħsara materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

F.   INTERESS TAL-UNJONI

1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(137)

Kien hemm livell għoli ta’ kooperazzjoni u appoġġ mill-Assoċjazzjoni Ewropea (Cerame-Unie) u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali ewlenin tal-produtturi. Barra minn hekk, l-ebda produttur tal-Unjoni ma stqarr l-oppożizzjoni tiegħu għat-tnedija tal-investigazzjoni jew l-impożizzjoni tal-miżuri. Dan jissuġġerixxi li l-impożizzjoni tal-miżuri hija biċ-ċar fl-interess tal-produtturi tal-Unjoni.

(138)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni qed issofri ħsara materjali minħabba l-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li waqqgħu l-prezzijiet tagħha, kif elaborat fil-premessa 76 et seq.

(139)

Huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni tibbenefika mill-miżuri li probabbilment jipprevjenu żieda oħra ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi.

(140)

Jekk ma jiġux imposti miżuri, huwa mistenni li ż-żieda fl-importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi tkompli, jekk mhux tiżdied. L-effett tat-tnaqqis tal-prezzijiet tal-bejgħ eżerċitat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina għandu jkompli jnaqqas il-prezzijiet u l-qligħ tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni

(141)

Peress li s-sitwazzjoni finanzjarja u l-profitabilità tal-industrija tal-Unjoni mhumiex b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu aktar pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li waqqgħu konsiderevolment il-prezzijiet tagħhom, dan għandu jwassal probabbilment għall-falliment progressiv ta’ numru kbir ta’ produtturi tal-Unjoni.

2.   L-interess tal-importaturi

(142)

Il-kooperazzjoni tal-importaturi mhux relatati u tal-utenti ammonta għal madwar 6 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Fl-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni (ara l-premessa 15), intgħażlu seba’ importaturi mhux relatati (wieħed minnhom utent). Dawn ammontaw għal madwar 5 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina. L-importaturi li kkoperaw kienu l-aktar qed jikkumerċjalizzaw madum, minbarra importatur wieħed li għalih il-kummerċ tal-madum jirrappreżenta frazzjoni żgħira tan-negozju totali tiegħu. Għal dawk l-importaturi li kkoperaw, is-sehem tal-importazzjonijiet miċ-Ċina tax-xiri totali tagħhom kien sinifikanti ħafna (aktar minn 3/4). Għalkemm jidher li hemm marġini biex tiġi assorbita ż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, peress li ż-żieda fil-prezzijiet tal-importaturi fuq dawk l-importazzjonijiet hija ta’ madwar 50 %, dawn normalment jirrapportaw qligħ ta’ madwar 5 %.

(143)

Bħala konsegwenza, minn perspettiva sempliċi tal-ispejjeż, jekk il-miżuri jiġu imposti dawn probabbli jkollhom impatt fuq in-negozju tal-importaturi.

(144)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li huwa possibbli għall-importaturi u għall-utenti li jdiddlu għal prodotti miksuba minn pajjiżi terzi jew mill-Unjoni. Din il-bidla tista’ sseħħ faċilment peress li l-prodott li qed jiġi investigat huwa manifatturat f’ħafna pajjiżi, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha (fit-Turkija, fl-Emirati Għarab Magħquda, fl-Eġittu, fix-Xlokk tal-Asja, fil-Brażil u oħrajn).

(145)

Importatur wieħed iddikjara li pprova jbiddel il-fornituri, bħala konsegwenza tat-tnedija tal-investigazzjoni, iżda l-isforzi tiegħu ma kellhomx suċċess. Mill-banda l-oħra, importatur ieħor iddikjara li dan il-proċess diġà kien għaddej fiż-żmien tal-investigazzjoni u li kellu suċċess. Ieħor stqarr li se jespandi l-portafoll tiegħu għal produtturi mhux Ċiniżi u li dan seta’ jsir faċilment.

(146)

Għalhekk ġie konkluż provviżorjament li l-impożizzjoni ta’ miżuri m’għandhiex tfixkel lill-importaturi tal-Unjoni milli jixtru prodotti simili minn sorsi oħra. Barra minn hekk, l-għan tad-dazji antidumping mhuwiex li jitwaqqfu kanali tal-kummerċ speċifiċi iżda li jiġu restawrati kundizzjonijiet indaqs u kontrobattuti prattiki tal-kummerċ inġusti.

(147)

Finalment, il-livell pjuttost baxx ta’ kooperazzjoni tal-importaturi mhux relatati jista’ jissuġġerixxi li l-impożizzjoni tal-miżuri ma jkolliex impatt sinifikanti fuq l-attività tagħhom.

3.   Interess tal-utenti

(148)

Il-Kummissjoni kkuntattjat żewġ assoċjazzjonijiet tal-utenti ewlenin fl-Unjoni.

(149)

Is-settur tal-kostruzzjoni (rappreżentat mill-Federazzjoni Ewropea tal-Industrija tal-Kostruzzjoni) ddeċieda li ma jikkoperax attivament fl-investigazzjoni. Dan wieġeb għall-inkjesta inizjali tal-Kummissjoni, iżda wara waqaf jikkopera minħabba n-nuqqas ta’ interess tal-membri tiegħu.

(150)

Dan il-livell baxx ta’ kooperazzjoni mill-utenti jissuġġerixxi li s-settur ma jiddependix ħafna fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi jew li, fil-każ tal-miżuri, ma jsoffrix ħsara sinifikanti. Dan jidher partikolarment veru fis-settur tal-kostruzzjoni, fejn, kif dikjarat mill-produtturi matul iż-żjarat tal-verifika, il-madum taċ-ċeramika għandu piż marġinali fuq l-ispejjeż finali. Dan jidher li hu raġonevoli meta jitqiesu l-ispejjeż ta’ materjali oħra fil-kostruzzjonijiet il-ġodda jew fir-rinnovamenti. Barra minn hekk, kif imsemmi hawn fuq, is-sorsi ta’ provvista jistgħu jinbidlu b’mod relattivament faċli.

(151)

L-Assoċjazzjoni Ewropea tad-Do-It-Yourself (EDRA) ikkuntattjat lill-Kummissjoni f’isem il-membri tagħha. Din l-assoċjazzjoni ppreżentat il-kummenti tagħha fil-bidu tal-investigazzjoni, u stqarret li d-dazji se jwasslu għal żieda fil-prezzijiet tal-konsumatur u li bidla għal sorsi oħra ta’ provvista se twassal għal spejjeż għoljin, kemm għad-distributuri kif ukoll għall-klijenti. Dawn l-istqarrijiet, madankollu, ma ġewx sostanzjati.

4.   Interess tal-konsumaturi finali

(152)

Il-Kummissjoni kkuntattjat assoċjazzjoni waħda tal-konsumaturi li wieġbet li ma kinitx interessata tikkopera. L-ebda assoċjazzjoni oħra tal-konsumaturi ma resqet.

(153)

L-impatt ta’ dazji antidumping fuq il-konsumaturi probabbli jkun limitat, peress li ż-żieda applikata mill-bejjiegħa mill-ġdid normalment tkun għolja ħafna. Anki fil-każ ta’ żidiet fil-prezzijiet, dawn se jkollhom impatt pjuttost limitat fuq il-konsumaturi minħabba li ż-żieda fil-prezzijiet se tvarja minn EUR 1,5 u EUR 3 kull m2 (abbażi tal-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ EUR 4,5 fil-PI). Il-konsumaturi individwali jixtru kwantitajiet limitati ta’ madum u mhux frekwentement. Barra minn hekk, iż-żieda fil-prezzijiet fuq perjodu qasir jista’ jkollha effetti fit-tul ta’ benefiċċju għall-konsumturi billi tiżgura l-kompetizzjoni fis-suq. In-nuqqas ta’ kompetizzjoni maż-żmien jista’ jwassal għal żieda anki ogħla fil-prezzijiet u l-għajbien tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi.

5.   Interess tal-fornituri

(154)

La fornituri u lanqas assoċjazzjonijiet tal-fornituri ma resqu matul l-investigazzjoni.

(155)

L-investigazzjoni wriet li l-fornituri li jistgħu jkunu l-aktar interessati mill-proċediment li għaddej kienu l-fabbrikanti tat-tagħmir għall-produzzjoni tal-madum. L-investigazzjoni wriet li ċertu produtturi Ċiniżi xtraw it-tali tagħmir mill-fornituri bbażati fl-Unjoni. Madankollu, jidher mid-dejta uffiċjali li l-bejgħ mill-Unjoni liċ-Ċina segwa tendenza stabbli, ta’ ftit tnaqqis matul l-aħħar għaxar snin, u li ċ-Ċina rrappreżentat parti kbira, għalkemm mhux dominanti tal-bejgħ tagħhom (madwar 10 %). Tabilħaqq il-klijenti ewlenin tal-fornituri kienu l-produtturi tal-Unjoni, għaldaqstant il-fornituri huma interessati b’mod vitali fi u jiddependu fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(156)

Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn dan is-settur jissuġġerixxi li l-fornituri ma jħossux li l-miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat se jagħmlu ħsara sinifikanti lis-sitwazzjoni tagħhom.

6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(157)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li b’mod ġenerali ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġinaw miċ-Ċina.

G.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING

1.   Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(158)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq fir-rigward tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina sabiex tiġi evitata iktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

2.   Miżuri provviżorji

(159)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi, huwa meqjus li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina fil-livell tal-marġini l-aktar baxx ta’ dumping u ħsara, skont ir-regola tal-anqas dazju.

(160)

Ir-rati tad-dazju antidumping individwali tal-kumpaniji speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (b’kuntrast mad-dazju nazzjonali applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha’) għalhekk huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u manifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u se jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha’.

(161)

Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali (pereżempju wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni (6) minnufih bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjati ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk xieraq, ir-Regolament għandu jiġi emendat għal dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali.

(162)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta’ dazju residwali mhux biss għandu japplika għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

(163)

Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ evażjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa kkunsidrat li huma meħtieġa miżuri speċjali f’dan il-każ biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji antidumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu dan li ġej: Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet Doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn tali fattura se jkunu soġġetti għad-dazju antidumping residwali applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha.

(164)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li tibbenefika minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, [jista’ jiġi introdott perċentwal, skont il-każ] tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali ċirkostanzi u sakemm il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti tista’ tibda investigazzjoni kontra l-evażjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost affarijiet oħra, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju nazzjonali.

(165)

Ir-rati tad-dazju proposti li ġejjin huma bbażati fuq marġini ta’ dumping stabbiliti mill-investigazzjoni peress li kienu iżjed baxxi mill-marġini ta’ ħsara. Id-dazji provviżorji antidumping ġew stabbiliti kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ dumping

Dazju provviżorju

Guangdong Xinruncheng Ceramics Co. Ltd

35,5  %

35,5  %

Shandong Yadi Ceramics Co., Ltd

36,6  %

36,6  %

Dongguan City Wonderful Ceramics Industrial Park Co., Ltd;

Guangdong Jiamei Ceramics Co., Ltd;

Qingyuan Gani Ceramics Co. Ltd;

Foshan Gani Ceramics Co. Ltd

26,2  %

26,2  %

Il-produtturi l-oħra kollha li kkoperaw

32,3  %

32,3  %

L-oħrajn kollha

73,0  %

73,0  %

H.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(166)

Is-sejbiet provviżorji msemmija hawn fuq ġew żvelati lill-partijiet interessati kollha li ġew mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Il-kummenti tagħhom se jiġu analizzati u kkunsidrati fejn xieraq qabel ma jsiru kwalunkwe determinazzjonijiet definittivi. Barra minn hekk, għandu jingħad li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-finijiet ta’ kwalunkwe sejbiet definittivi.

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju provviżorju antidumping għalhekk qed jiġi impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċangaturi u ċangar taċ-ċeramika mhux igglejżjati, madum għall-qigħan tal-fuklari jew għall-ħitan, taċ-ċeramika glejżjata jew mhix igglejżjata; kubi tal-mużajk taċ-ċeramika glejżjata jew mhix igglejżjata u oġġetti simili, sew jekk impoġġija fuq dahar jew le li fil-preżent jaqgħu fil-kodiċi NM 6907 10 00, 6907 90 20, 6907 90 80, 6908 10 00, 6908 90 11, 6908 90 20, 6908 90 31, 6908 90 51, 6908 90 91, 6908 90 93 u 6908 90 99, u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju provviżorju antidumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji hawn taħt se tkun:

Kumpanija

Dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Guangdong Xinruncheng Ceramics Co. Ltd.

35,5  %

B009

Shandong Yadi Ceramics Co. Ltd.

36,6  %

B010

Dongguan City Wonderful Ceramics Industrial Park Co. Ltd.;

Guangdong Jiamei Ceramics Co. Ltd.;

Qingyuan Gani Ceramics Co. Ltd.;

Foshan Gani Ceramics Co. Ltd.

26,2  %

B011

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness I

32,3  %

B012

Il-kumpaniji l-oħra kollha

73,0  %

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 se jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk l-ebda fattura bħal din ma tiġi preżentata, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.

Artikolu 2

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u tal-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie addottat dan ir-Regolament, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għal smigħ mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 160, 19.6.2010, p. 20.

(3)  Sors: www.fiec.org

(4)  Ibid.

(5)  Sabiex tivverifika l-volumi u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE Pollakk, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Pollakki, il-Kummissjoni wżat taħlita ta’ sorsi disponibbli (jiġifieri Eurostat, Prodcom, dokumenti permanenti u tat-teħid ta’ kampjuni minn tliet kumpaniji Pollakki).

(6)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, 1049 Brussell, Belġju.


ANNESS I

Il-produtturi Ċiniżi li kkoperaw mhux fil-kampjun u mhux mogħtija Trattament Individwali (kodiċi addizzjonali TARIC B012):

1

Dongguan He Mei Ceramics Co. Ltd.

2

Dongpeng Ceramic (Qingyuan) Co. Ltd.

3

Eagle Brand Ceramics Industrial (Heyuan) Co. Ltd.

4

Enping City Huachang Ceramic Co. Ltd.

5

Enping Huiying Ceramics Industry Co. Ltd.

6

Enping Yungo Ceramic Co. Ltd.

7

Foshan Aoling Jinggong Ceramics Co. Ltd.

8

Foshan ASGF Ceramics Co. Ltd.

9

Foshan Bailifeng Building Materials Co. Ltd.

10

Foshan Boli Import& Export Co. Ltd.

11

Foshan Bragi Ceramic Co. Ltd.

12

Foshan City Fangyuan Ceramic Co. Ltd.

13

Foshan Dunhuang Building Materials Co. Ltd.

14

Foshan Eminent Industry Development Co. Ltd.

15

Foshan Everlasting Enterprise Co. Ltd.

16

Foshan Gaoming Shuncheng Ceramic Co. Ltd.

17

Foshan Gaoming Yaju Ceramics Co. Ltd.

18

Foshan Guanzhu Ceramics Co. Ltd.

19

Foshan Huashengchang Ceramic Co. Ltd.

20

Foshan Huitao Economic & Trading Co. Ltd.

21

Foshan Jiajun Ceramics Co. Ltd.

22

Foshan Mingzhao Technology Development Co. Ltd.

23

Foshan Nanhai Jingye Ceramics Co. Ltd.

24

Foshan Nanhai Shengdige Decoration Material Co. Ltd.

25

Foshan Nanhai Xiaotang Jinzun Border Factory Co. Ltd.

26

Foshan Nanhai Yonghong Ceramic Co. Ltd.

27

Foshan Oceanland Ceramics Co. Ltd.

28

Foshan Oceano Ceramics Co. Ltd.

29

Foshan Sanshui Hongyuan Ceramics Enterprise Co. Ltd.

30

Foshan Sanshui Huiwanjia Ceramics Co. Ltd.

31

Foshan Sanshui New Pearl Construction Ceramics Industrial Co. Ltd.

32

Foshan Sheng Tao Fang Ceramics Co. Ltd.

33

Foshan Shiwan Eagle Brand Ceramic Group Co. Ltd.

34

Foshan Shiwan Yulong Ceramics Co. Ltd.

35

Foshan Summit Ceramics Co. Ltd.

36

Foshan Tidiy Ceramics Co. Ltd.

37

Foshan VIGORBOOM Ceramic Co. Ltd.

38

Foshan Xingtai Ceramics Co. Ltd.

39

Foshan Yueyang Alumina Products Co. Ltd.

40

Foshan Zhuyangyang Ceramics Co. Ltd.

41

Fujian Fuzhou Zhongxin Ceramics Co. Ltd.

42

Fujian Jinjiang Lianxing Building Material Co. Ltd.

43

Fujian Minqing Jiali Ceramics Co. Ltd.

44

Fujian Minqing Ruimei Ceramics Co. Ltd.

45

Fujian Minqing Shuangxing Ceramics Co. Ltd.

46

Gaoyao Yushan Ceramics Industry Co. Ltd.

47

Guangdong Bode Fine Building Materials Co. Ltd.

48

Guangdong Foshan Redpearl Building Material Co. Ltd.

49

Guangdong Gold Medal Ceramics Co. Ltd.

50

Guangdong Grifine Ceramics Co. Ltd.

51

Guangdong Homeway Ceramics Industry Co. Ltd.

52

Guangdong Huiya Ceramics Co. Ltd.

53

Guangdong Juimsi Ceramics Co. Ltd.

54

Guangdong Kaiping Tilee’s Building Materials Co. Ltd.

55

Guangdong Kingdom Ceramics Co. Ltd.

56

Guangdong Kito Ceramics Co. Ltd.

57

Guangdong Monalisa Ceramics Co. Ltd.

58

Guangdong New Zhong Yuan Ceramics Co. Ltd. Shunde Yuezhong Branch

59

Guangdong Ouyai Ceramic Factory Co. Ltd.

60

Guangdong Overland Ceramics Co. Ltd.

61

Guangdong Qianghui (QHTC) Ceramics Co. Ltd.

62

Guangdong Sihui Kedi Ceramics Co. Ltd.

63

Guangdong Summit Ceramics Co. Ltd.

64

Guangdong Tianbi Ceramics Co. Ltd.

65

Guangdong Winto Ceramics Co. Ltd.

66

Guangdong Xinghui Ceramics Group Co. Ltd.

67

Guangning County Oudian Art Ceramic Co. Ltd.

68

Guangzhou Cowin Ceramics Co. Ltd.

69

Hangzhou Nabel Ceramics Co. Ltd.

70

Hangzhou Nabel Group Co. Ltd.

71

Hangzhou Venice Ceramics Co. Ltd.

72

Heyuan Wanfeng Ceramics Co. Ltd.

73

Hitom Ceramics Co. Ltd.

74

Heyuan Becarry Ceramics Co. Ltd.

75

Huiyang Kingtile Ceramics Co. Ltd.

76

Jiangxi Ouya Ceramics Co. Ltd.

77

Jingdezhen Kito Ceramics Co. Ltd.

78

Jingdezhen Lehua Ceramic Sanitary Ware Co. Ltd.

79

Jingdezhen Tidiy Ceramics Co. Ltd.

80

Kim Hin Ceramics (Shanghai) Co. Ltd.

81

Lixian Xinpeng Ceramic Co. Ltd.

82

Louis Valentino Ceramic Co. Ltd.

83

Louverenike (Foshan) Ceramics Co. Ltd.

84

Nabel Ceramics Co. Ltd.

85

Ordos Xinghui Ceramics Co. Ltd.

86

Qingdao Diya Ceramics Co. Ltd.

87

Qingyuan Guanxingwang Ceramics Co. Ltd.

88

Qingyuan Oudian Art Ceramic Co. Ltd.

89

Qingyuan Ouya Ceramics Co. Ltd.

90

RAK (Gaoyao) Ceramics Co. Ltd.

91

Shandong ASA Ceramic Co. Ltd.

92

Shandong Dongpeng Ceramic Co. Ltd.

93

Shandong Jialiya Ceramic Co. Ltd.

94

Shanghai Cimic Tile Co. Ltd.

95

Shaoguan City Lehua Ceramic Sanitary Ware Co. Ltd.

96

Shunde Area Foshan Lehua Ceramic Sanitary Ware Co. Ltd.

97

Sinyih Ceramic (China) Co. Ltd.

98

Sinyih Ceramics (Penglai) Co. Ltd.

99

Southern building materials and Sanitary Co. Ltd. of Qingyuan

100

Tangshan Huida Ceramic group Co. Ltd.

101

Tangshan Huida Ceramic Group Huiquin Co. Ltd.

102

Tegaote Ceramics Co. Ltd

103

Tianjin (TEDA) Honghui Industry & Trade Co. Ltd.

104

Topbro Ceramics Co. Ltd.

105

Xingning Christ Craftworks Co. Ltd.

106

Zhao Qing City Shenghui Ceramics Co. Ltd.

107

Zhaoqing Jin Ouya Ceramics Co. Ltd.

108

Zhaoqing Lehua Ceramic Sanitary Ware Co. Ltd.

109

ZhaoQing Zhongcheng Ceramics Co. Ltd.

110

Zibo Hualiansheng Ceramics Co. Ltd.

111

Zibo Huaruinuo Ceramics Co. Ltd.

112

Zibo Tongyi Ceramics Co. Ltd.


ANNESS II

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-forma li ġejja, għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

1.

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, is-sottofirmatarju, niċċertifika li l-(volum) tal-madum taċ-ċeramika mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem tal-kumpanija u uffiċċju rreġistrat) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa komplut u korrett.

Data u firma”


17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 259/2011

tas-16 ta’ Marzu 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 642/2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 143 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kumissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta’ Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali, jistabilixxi l-komponenti li jiddeterminaw il-prezzijiet ta’ importazzjoni cif rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għaċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.

(2)

Għalkemm l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jirreferu għal qamħ komuni ta’ kwalità għolja, l-Anness III għal dak ir-Regolament jinkludi ukoll boroż ta’ kwotazzjoni u varjetajiet ta’ referenza għal qamħ komuni ta’ kwalità medja u baxxa. Għal raġunijiet ta’ konsistenza, huwa xieraq li jitneħħew minn dak l-Anness kwotazzjonijiet u varjetajiet għal qamħ komuni ta’ kwalità medja u baxxa.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni ta’ Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 642/2010 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS

“ANNESS III

Boroż ta’ kwotazzjoni u varjetajiet ta’ referenza

Prodott

Qamħ komuni

Qamħ durum

Qamħirrun

Ċereali oħra għall-għalf

Kwalità standard

Għolja

 

 

 

Varjetà ta’ referenza (tip/grad) għall-kwotazzjoni fil-borża

Hard Red Spring Nru 2

Hard Amber Durum Nru 2

Yellow Corn Nru 3

US Barley Nru 2

Borża ta’ kwotazzjoni

Minneapolis Grain Exchange

Minneapolis Grain Exchange (1)

Chicago Board of Trade

Minneapolis Grain Exchange (2)


(1)  Fejn l-ebda kwotazzjoni ma tkun disponibbli li tista’tintuża għall-kalkolu ta’ prezz ta’ importazzjoni cif rappreżentattiv, għandhom jintużaw kwotazzjonijiet fob disponibbli pubblikament fl-Istati Uniti tal-Amerika.

(2)  Fejn l-ebda kwotazzjoni ma tkun disponibbli li tista’tintuża għall-kalkolu ta’ prezz ta’ importazzjoni cif rappreżentattiv, għandhom jintużaw il-kwotazzjonijiet fob l-aktar rappreżentattivi li huma disponibbli pubblikament fl-Istati Uniti tal-Amerika.”


17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 260/2011

tas-16 ta’ Marzu 2011

li jemenda għall-146 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta’ Marzu 2011 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta’ min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji.

(3)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Estera


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej: L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

„Doku Khamatovich Umarov (alias Умаров Доку Хаматович). Data tat-twelid: 12.5.1964. Post tat-twelid: Il-villaġġ ta’ Kharsenoy, Distrett ta’ Shatoyskiy (Sovetskiy), Chechenskaya Respublika, Nazzjonalità tal-Federazzjoni Russa: (a) Russa, (b) URSS (sal-1991). Tagħrif ieħor: (a) Kien joqgħod fil-Federazzjoni Russa f’Nov. 2010; (b) Mandat internazzjonali ta’ arrest maħruġ fis-sena 2000. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.3.2011.“


17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/35


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 261/2011

tas-16 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

71,2

MA

53,4

TN

109,4

TR

78,5

ZZ

78,1

0707 00 05

JO

110,6

TR

151,7

ZZ

131,2

0709 90 70

MA

41,7

TR

115,7

ZZ

78,7

0805 10 20

EG

54,4

IL

76,3

JM

51,6

MA

51,9

TN

56,7

TR

73,2

ZZ

60,7

0805 50 10

EG

67,3

TR

48,2

ZZ

57,8

0808 10 80

AR

96,2

BR

85,1

CA

91,4

CL

93,6

CN

84,8

MK

50,2

US

120,8

ZZ

88,9

0808 20 50

AR

109,9

CL

62,8

CN

53,6

US

79,9

ZA

89,8

ZZ

79,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/37


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 262/2011

tas-16 ta’ Marzu 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 255/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 69, 16.3.2011, p. 15.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mis-17 ta’ Marzu 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

51,49

0,00

1701 11 90  (1)

51,49

0,00

1701 12 10  (1)

51,49

0,00

1701 12 90  (1)

51,49

0,00

1701 91 00  (2)

48,04

3,06

1701 99 10  (2)

48,04

0,00

1701 99 90  (2)

48,04

0,00

1702 90 95  (3)

0,48

0,23


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Marzu 2011

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-ħames laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam fir-rigward tal-emendi fl-Anness III għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat Minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidji perikolużi fil-kummerċ internazzjonali

(2011/162/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 192 u 207, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea approvat il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat Minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidji perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (il-‘Konvenzjoni ta’ Rotterdam’) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/730/KE (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (2) jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam fl-Unjoni.

(3)

Sabiex ikun żgurat li pajjiżi importaturi jibbenefikaw mill-protezzjoni offruta mill-Konvenzjoni ta’ Rotterdam, huwa meħtieġ u kunsiljabbli li r-rakkomandazzjoni mill-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kimika tiġi appoġġata fir-rigward tal-inklużjoni fl-Anness III għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam tal-asbestos krisotilu, l-endosulfan, l-alaklor u l-aldikarb. Dawn l-erba’ sustanzi huma diġà pprojbiti jew ristretti ħafna fl-Unjoni u għalhekk huma suġġetti għal rekwiżiti ta’ esportazzjoni li jeċċedu dak li hu meħtieġ taħt il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam.

(4)

Il-ħames laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam hija mistennija tieħu deċiżjonijiet dwar l-emendi proposti għall-Anness III. L-Unjoni għandha tappoġġa l-adozzjoni ta’ dawn l-emendi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-ħames laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam hija li l-Kummissjoni għandha, f’isem l-Unjoni, fir-rigward ta’ materji li jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza tal-Unjoni, tappoġġa l-adozzjoni tal-emendi, fl-Anness III għall-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat Minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidji perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (3), fir-rigward tal-inklużjoni tal-asbestos krisotilu, l-endosulfan, l-alaklor u l-aldikarb.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FELLEGI T.


(1)  ĠU L 299, 28.10.2006, p. 23. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 514.

(2)  ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.


17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Marzu 2011

dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1630)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/163/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ ta’ sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Skont id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u l-permanenza fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, huma soġġetti għas-sottomissjoni ta’ pjan mill-pajjiżi terzi kkonċernati li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati fuq talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta ċerti verifiki jkunu jesiġu li jsir dan.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjani tal-monitoraġġ tal-fdalijiet [residwi] sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (2), tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”) sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali indikati f’dik il-lista.

(3)

Fid-dawl tal-pjanijiet li ġew sottomessi reċentement minn ċerti pajjiżi terzi u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni, huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li huma attwalment elenkati fl-Anness mad-Deċiżjoni 2004/432/KE (“il-lista”).

(4)

L-Emirati Għarab Magħquda ssottomettew pjan għall-ħalib tal-iġmla lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk, il-ħalib tal-iġmla għandu jiġi inkluż fl-annotazzjoni għall-Emirati Għarab Magħquda fil-lista.

(5)

Il-Brunej issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk, il-Brunej għandu jiġi inkluż fil-lista fir-rigward l-akkwakultura.

(6)

Il-Kummissjoni talbet li Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha għall-annimali tal-familja equidae għall-qatla. Fin-nuqqas ta’ tweġiba minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ma hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali tal-familja equidae għall-qatla għandha għalhekk titħassar minn dik il-lista. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ġiet infurmata b’dan.

(7)

L-annotazzjoni għall-Malasja fil-lista tinkludi t-tjur iżda l-pjan imressaq mill-Malasja u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni ma jipprovdux biżżejjed garanziji fir-rigward tat-tjur. Madankollu, l-uniku stabbiliment li jipproċessa materja prima bħal din, approvat attwalment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (3) jimporta l-materja prima kollha tiegħu minn Stat Membru. Sabiex jiġi permess li titkompla din l-attività, l-annotazzjoni għall-Malasja għandha tinkludi t-tjur iżda għandha tkun ristretta għal materja prima impurtata minn pajjiżi terzi oħra inklużi fil-lista għal materja bħal din jew mill-Istati Membri. Il-Malasja ġiet infurmata b’dan. Għandha tiġi inkluża nota f’qiegħ il-paġna, li tistabbilixxi din il-limitazzjoni, fil-lista għal dak il-pajjiż terz.

(8)

Il-Kummissjoni talbet lir-Russja tipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha għall-annimali tal-familja equidae għall-qatla. Fin-nuqqas ta’ tweġiba mir-Russja ma hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali tal-familja equidae għall-qatla għandha għalhekk titħassar mil-lista. Ir-Russja ġiet infurmata b’dan.

(9)

Il-Kummissjoni talbet lill-Ukraina tipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha għall-annimali ekwini u prodotti li joriġinaw minnhom. Fl-assenza ta’ tweġiba mill-Ukraina ma hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali ekwini u l-prodotti li joriġinaw minnhom għandha għalhekk titħassar mil-lista. L-Ukraina ġiet infurmata b’dan.

(10)

L-Istati Uniti ntalbu jipprovdu tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom għall-annimali ekwini u l-prodotti li joriġinaw minnhom. Madankollu, l-Istati Uniti ma pprovdewx il-garanziji rispettivi billi f’dak il-pajjiż terz ma għadux isir qtil tal-annimali tal-familja equidae għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali ekwini u l-prodotti li joriġinaw minnhom għandha għalhekk titħassar mil-lista. L-Istati Uniti ġew infurmati b’dan.

(11)

L-ispezzjoni tal-Kummissjoni tal-Urugwaj żvelat nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni tal-pjan għall-fniek u t-tjur tal-kaċċa li jitrabbew fl-irziezet. Fir-rigward tal-fniek, ma kienx hemm pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi implimentat u għat-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet, ma setgħux jittieħdu kampjuni jew isiru testijiet minħabba waqfa fil-produzzjoni. L-annotazzjonijiet għall-Urugwaj li jikkonċernaw il-fniek u t-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet għandhom għalhekk jitħassru mil-lista. L-Urugwaj ġie infurmat b’dan.

(12)

Ċerti pajjiżi terzi jesportaw prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jiġu minn materja prima li toriġina mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/23/KE għal materja bħal din u li għalhekk huma inklużi fil-lista. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jiġu impurtati fl-Unjoni jkunu koperti minn pjan approvat, il-pajjiżi terzi li jimpurtaw materja prima bħal din biex iktar tard jesportawha għandhom jinkludu dikjarazzjoni fil-pjan tagħhom li tindika dan.

(13)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ, għandu jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni biex ikopri l-konsenji rilevanti minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja, l-Ukraina u l-Urugwaj, li ntbagħtu lejn l-Unjoni qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(14)

Id-Deċiżjoni 2004/432/KE ġiet emendata bosta drabi. Għal iktar ċarezza fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, din għandha tiġi revokata u sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE mressqa lill-Kummissjoni minn pajjiżi terzi elenkati fit-tabelli stabbiliti fl-Anness huma approvati għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem u mmarkati b’“X” f’dik it-tabella.

Artikolu 2

1.   Il-pajjiżi terzi li jużaw materja prima impurtata minn pajjiżi terzi oħrajn, approvata għall-produzzjoni ta’ ikel ta’ oriġini mill-annimali skont din id-Deċiżjoni jew mill-Istati Membri biex tiġi esportata lejn l-Unjoni Ewropea u li ma jkunux jistgħu jipprovdu pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi ekwivalenti għal dak mitlub fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE għal materja prima bħal din, għandhom jikkumplimentaw il-pjan b’din id-dikjarazzjoni li ġejja:

“L-awtorità kompetenti ta’ [il-pajjiż terz] tiżgura li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem esportati lejn l-Unjoni Ewropea, partikolarment prodotti mmanifatturati minn materja prima impurtata f’[il-pajjiż terz], għandhom jiġu biss minn stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għandhom proċeduri affidabbli implimentati biex jiggarantixxu li l-materja prima ta’ oriġini mill-annimali użata f’ikel bħal dan toriġina biss mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi terzi elenkati għall-materja prima rispettiva fl-Anness mad-Deċiżjoni 163/2011/UE mingħajr nota f’qiegħ il-paġna restrinġenti kif inhu stipulat fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni”.

2.   L-annotazzjoni fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni ta’ pajjiż terz li jesporta l-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem prodotti biss b’materja prima ta’ oriġini mill-annimali miksuba mill-Istati Membri tal-Unjoni jew minn pajjiżi terzi li jkunu pprovdew pjan skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE, għandha tiġi kkumplimentata min-nota ta’qiegħ il-paġna restrinġenti li ġejja:

“Il-pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima li ġejja minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-importazzjonijiet ta’ materja prima bħal din lejn l-Unjoni jew mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 2”.

Artikolu 3

1.   Għal perjodu tranżizzjonali sat-30 ta’ April 2011, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw konsenji mill-Urugwaj ta’ fniek u tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u konsenji ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali ekwini mill-Ukraina, sakemm l-importatur ikun jista’ juri li konsenji bħal dawn ikunu ġew iċċertifikati u mibgħuta mill-Urugwaj jew l-Ukraina għall-Unjoni qabel il-15 ta’ Marzu 2011 skont id-Deċiżjoni 2004/432/KE.

2.   Għal perjodu tranżizzjonali sal-25 ta’ Marzu 2011, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw konsenji minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja jew mill-Ukraina ta’ annimali mill-familja equidae għall-qatla, sakemm l-importatur ikun jista’ juri li dawn ikunu ġew iċċertifikati u mibgħuta minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja u mill-Ukraina lejn l-Unjoni qabel il-15 ta’ Marzu 2011 skont id-Deċiżjoni 2004/432/KE.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2004/432/KE hija rrevokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Għndha tibda tapplika mill-15 ta’ Marzu 2011.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.


ANNESS

Kodiċi ISO2

Pajjiż

Tal-ifrat

Tan-nagħaġ/tal-mogħoż

Tal-qżieqeż

Ekwini

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Tjur tal-kaċċa

Tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet

Għasel

AD

L-Andorra

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X

X (1)

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bosnja-Ħerzegovina

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BD

Il-Bangladexx

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BN

Il-Brunej

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belarus

 

 

 

X (3)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Isvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X (4)

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CR

Il-Kosta Rika

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

CW

Curaçao

 

 

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

 

 

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Il-Groenlandja

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HK

Ħong Kong

 

 

 

 

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

 

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

X

X

X

X

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

IS

L-Islanda

X

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X (2)

 

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KG

Il-Kirgiżistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

 

X

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MK

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (5)

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

MU

Il-Mawrizju

 

 

 

 

X (2)

X

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (2)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

NC

Il-Kaledonja Ġdida

X

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

X

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

In-New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (6)

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X (7)

X

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (2)

X (2)

X (2)

 

X (2)

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

SM

San Marino

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

Is-Surinam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SX

Sint Maarten

 

 

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

 

 

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanzanija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

YT

Il-Majott

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Ħalib tal-iġmla biss.

(2)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li huma approvati għall-importazzjonijiet ta' materja prima bħal din lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

(3)  Esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' annimali tal-familja equidae għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(4)  Frat biss.

(5)  Dik li Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi stabbilita wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

(6)  Bl-esklużjoni tal-Kosovo li attwalment jinsab taħt amministrazzjoni internazzjonali skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999.

(7)  Għaċ-ċriev mir-reġjuni tal-Murmansk u Yamalo-Nenets biss.


17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Marzu 2011

li tistipula għat-tqegħid fis-suq temporanju ta’ ċertu żerriegħa tal-ispeċi Triticum aestivum li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1634)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/164/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-Pajjiżi l-Baxxi l-kwantità disponibbli ta’ żerriegħa tal-qamħ tar-rebbiegħa (Triticum aestivum) tal-kategorija “żerrieġħa ċċertifikata” li tappartjeni għall-varjetajiet Baldus, Granny, KWS Aurum, Lavett, Minaret, Pasteur, Taifun, Thasos, Trappe, Tybalt u Zirrus li hija adatta għall-kundizzjonijiet ambjentali nazzjonali u li tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 66/402/KEE li għandhom x’jaqsmu mal-ispezzjonijiet fuq il-post hija insuffiċjenti u għalhekk mhix tissodisfa l-bżonnijiet ta’ dak l-Istat Membru.

(2)

Id-domanda għal din iż-żerriegħa ma tistax tiġi sodisfatta miż-żerriegħa minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-Direttiva 66/402/KEE.

(3)

Għaldaqstant, il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ikunu awtorizzati biex jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-varjetajiet suġġetti għal rekwiżiti inqas ibsin minn dawk li japplikaw għal żerriegħa ċċertifikata, għal perjodu li jiskadi fit-30 ta’ April 2011 u sa kwantità massima ta’ 330 tunnellata.

(4)

Barra minn hekk, l-Istati Membri l-oħra, li jinsabu f’pożizzjoni li jipprovdu lill-Pajjiżi l-Baxxi b’żerriegħa ta’ dawk il-varjetajiet, irrispettivament minn jekk tkunx inħasdet fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, għandhom ikunu awtorizzati jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ din ix-xorta.

(5)

Huwa xieraq li l-Pajjiżi l-Baxxi jaġixxu bħala koordinatur sabiex jiġi żgurat li l-ammont totali ta’ żerriegħa awtorizzat skont din id-Deĺiżjoni ma jaqbiżx il-kwantità massima koperta minn din id-Deċiżjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal Propagattiv għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   It-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ żerriegħa tal-qamħ tar-rebbiegħa (Triticum aestivum) tal-kategorija “żerrieġħa ċċertifikata” li tappartjeni għall-varjetajiet Baldus, Granny, KWS Aurum, Lavett, Minaret, Pasteur, Taifun, Thasos, Trappe, Tybalt u Zirrus li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 66/402/KEE fir-rigward tal-ispezzjonijiet fuq il-post għandu jkun permess.

Dan il-permess għandu jingħata għal kwantità totali ta’ sa 330 tunnellata u għal perjodu li jagħlaq fit-30 ta’ April 2011.

2.   Minbarra li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-ittikkettjar tad-Direttiva 66/402/KEE, it-tikketta uffiċjali għandha tgħid li ż-żerriegħa ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-punt 7 tal-Anness I ma’ dik id-Direttiva fir-rigward tal-ispezzjonijiet fuq il-post.

Artikolu 2

1.   Kull fornitur li jixtieq iqiegħed fis-suq iż-żerriegħa, imsemmija fl-Artikolu 1, għandu japplika għall-awtorizzazzjoni lill-Istat Membru fejn ikun stabbilit jew li jimporta fih. L-applikazzjoni għandha tispeċifika l-kwantità ta’ żerriegħa li l-fornitur ikun jixtieq iqiegħed fis-suq.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jawtorizza lill-fornitur, b’konformità mal-Artikolu 1, biex iqiegħed iż-żerriegħa fis-suq, sakemm:

(a)

ma jkunx hemm biżżejjed evidenza biex ikun hemm dubju dwar jekk fornitur ikunx kapaċi jqiegħed fis-suq l-ammont ta’ żerriegħa li jkun applika għal awtorizzazzjoni għaliha; jew

(b)

wara li titqies l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru koordinatur, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3, l-għoti tal-awtorizzazzjoni ma twassalx biex tinqabeż il-kwantità massima totali ta’ żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1(1);

Fir-rigward tal-punt (b), fil-każ li l-kwantità massima totali tippermetti biss l-awtorizzazzjoni ta’ parti mill-kwantità speċifikata fl-applikazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jawtorizza lill-fornitur iqiegħed dik il-kwantità iżgħar fis-suq.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin amministrattivament fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jaġixxu bħala l-Istat Membru koordinatur sabiex jiżguraw li l-kwantità ta’ żerriegħa awtorizzata għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni mill-Istati Membri skont din id-Deċiżjoni, ma taqbiżx il-kwantità massima totali ta’ żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1(1).

Kull Stat Membru li jirċievi applikazzjoni skont l-Artikolu 2 għandu javża minnufih lill-Istat Membru koordinatur bl-ammont kopert mill-applikazzjoni. L-Istat Membru koordinatur għandu jgħarraf minnufih lil dak l-Istat Membru dwar jekk l-awtorizzazzjoni tistax twassal biex tinqabeż il-kwantità massima.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom javżaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-kwantitajiet li tkun ingħatatilhom l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ April 2011.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/49


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 329/09/COL

tal-15 ta’ Lulju 2009

dwar l-iskema Norveġiża rigward sostenn għal tisħin alternattiv u li jiġġedded u għall-iffrankar tal-elettriku fid-djar privati

(in-Norveġja)

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), u partikolarment l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Artikolu 1(2) tal-Parti I u l-Artikoli 4(4), 6 u 7(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 ta’ mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (4),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE (5),

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 27 tal-Parti II tal-Protokoll 3 (6),

WARA LI TALBET lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (7), u wara li tqiesu l-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   FATTI

1.   PROĊEDURA

B’ittra bid-data tat-13 ta’ Ottubru 2006 (Avveniment Nru 393383) l-Assoċjazzjoni Norveġiża tal-Produtturi tas-Sħana (Varmeprodusentenes Forening) (8), ippreżentat ilment biex tallega li kienet ingħatat għajnuna mill-Istat b’rabta mal-iskema Norveġiża għal tisħin alternattiv minn enerġija li tiġġedded u għal miżuri ta’ ffrankar tal-enerġija fid-djar privati (9). Il-Kwerelant huwa organizzazzjoni indipendenti li l-objettiv tagħha huwa li tissalvagwardja l-interessi tal-produtturi ta’ stufi li jaħdmu bil-ħruq tal-injam. Il-Kwerelant ressaq tagħrif supplimentari b’ittra bid-data tad-19 ta’ Ottubru 2006 (Avveniment Nru 395451).

Fid-19 ta’ Diċembru 2007, wara diversi skambji ta’ korrispondenza (10), l-Awtorità ddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura preskritta fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3. Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 716/07/COL li jingħata bidu għall-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu (11). L-Awtorità talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar dan.

L-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew kummenti fl-4 ta’ Frar 2008 (Avveniment Nru 463573).

L-Awtorità rċeviet ukoll kummenti mingħand partijiet interessati, li tgħaddew lill-awtoritajiet Norveġiżi fil-21 ta’ Mejju 2008, fis-26 ta’ Mejju 2008 u fl-14 ta’ Jannar 2009 (Avvenimenti Nru 477954, 477902 u 503830 rispettivament). L-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew l-osservazzjonijiet tagħhom dwar dawn il-kummenti b’ittri bid-dati tal-25 ta’ Ġunju 2008, tal-4 ta’ Lulju 2008 u tas-6 ta’ Marzu 2009 (Avvenimenti Nru 483303, 484722 u 511580 rispettivament).

B’ittra bid-data tat-2 ta’ April 2009, il-Kwerelant ipprovda tagħrif addizzjonali (Avveniment Nru 514264), li tgħadda lill-awtoritajiet Norveġiżi fit-8 ta’ April 2009 (Avveniment Nru 514886). L-awtoritajiet Norveġiżi ssottomettew aktar kummenti b’ittra bid-data tas-7 ta’ Mejju 2009 (Avveniment Nru 517749).

Fil-21 ta’ April 2009, rappreżentanti tal-Awtorità ltaqgħu ma’ rappreżentanti mill-Assoċjazzjoni Norveġiża tal-Bijoenerġija (12), assoċjazzjoni indipendenti li l-objettiv tagħha huwa li tippromwovi l-utilizzazzjoni razzjonali tal-bijoenerġija fin-Norveġja. In-NOBIO kienet ressqet osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Awtorità fil-21 ta’ Mejju 2008 (Avveniment Nru 477954).

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA PROPOSTA

2.1.   L-ISKEMA TAT-TISĦIN ALTERNATTIV

L-iskema tat-tisħin alternattiv iddaħħlet fl-2006 (13). L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li din l-iskema għandha l-għan li tagħti inċentiv lill-konsumaturi biex jinvestu f’ċerti teknoloġiji tat-tisħin li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent li għandhom firxa limitata fis-suq Norveġiż u li jistgħu jikkontribwixxu għal inqas użu ta’ elettriku fid-djar privati (14). L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li huma biss it-teknoloġiji li jistgħu jissostitwixxu b’mod xieraq lill-elettriku bħala s-sors primarju tat-tisħin li huma inklużi taħt l-iskema tat-tisħin alternattiv. L-iskema tkopri stufi u bojlers tal-gerbub, pompi tas-sħana kkumnikati ma’ sistemi ta’ tisħin li jaħdmu bl-ilma u sistemi ta’ kontroll għat-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku. Minn Awwissu 2008 (15), ġew inklużi wkoll fl-iskema l-investimenti fil-pannelli tat-tisħin bix-xemx li jkunu kkumnikati ma’ sistemi tat-tisħin bl-ilma.

Huma biss id-djar li jinvestu fit-teknoloġiji rilevanti tat-tisħin, wara li jissottomettu applikazzjoni, li huma eliġibbli għall-finanzjament. L-għotjiet jiġu żburżati ex post, wara li min ikun se jeħodhom ikun issottometta prova tax-xiri. Djar privati jistgħu japplikaw għal rimbors massimu ta’ 20 % tal-ispejjeż dokumentati u eliġibbli. L-għotjiet huma limitati għal NOK 4,000 għall-istufi tal-gerbub u għas-sistemi ta’ kontroll elettroniku. Fil-każ tal-pompi tas-sħana, tal-bojlers tal-gerbub u tal-pannelli tat-tisħin bix-xemx il-limitu huwa NOK 10,000.

L-iskema ta’ għajnuna hija amministrata mill-Enova SF, kumpanija pubblika (“statsforetak”) li hija kollha kemm hi proprjetà tal-Ministeru taż-Żejt u l-Eenerġija.

2.2.   BAŻI LEGALI NAZZJONALI GĦALL-MIŻURA TA’ GĦAJNUNA

Il-bażi legali għall-iskema hi l-baġit tal-Istat. L-iskema kienet proposta mill-Gvern Norveġiż fil-propożizzjoni Parlamentari nru 82 (2005-2006), u ġiet adottata mill-Parlament f’Settembru 2006. Il-baġit tal-iskema ġie mmodifikat mis-suġġerimenti adottati fil-propożizzjoni Parlamentari nru 22 (2006-2007), fil-propożizzjoni Parlamentari nru 59 (2007-2008) u fil-propożizzjoni Parlamentari nru 1 (2008-2009).

2.3.   BAĠIT U TUL TA’ ŻMIEN

L-iskema nbdiet fl-2006 permezz tal-propożizzjoni Parlamentari nru 82 (2005-2006). Il-proposta ġiet adottata mill-Parlament fil-15 ta’ Settembru 2006 b’baġit ta’ NOK 46 miljun. B’konformità mal-propożizzjoni Parlamentari nru 22 (2006-2007), il-baġit tal-iskema aktar tard żdied b’NOK 25 miljun għal total ta’ NOK 71 miljun fl-aħħar reviżjoni tal-baġit tal-istat għall-2006.

L-Enova ma ngħatatx finanzjament addizzjonali għall-iskema għall-2007, iżda minħabba li fl-2006 kienu ġew żburżati biss NOK 2 miljun, il-Parlament iddeċieda li jittrasferixxi d-NOK 69 miljun li kien fadal għall-baġit tal-iskema għall-2007.

Fl-2007 ġew żburżati NOK 40 milljun. Id-NOK 29 miljun li kien fadal mill-finanzjament mhux żburżat mill-baġit tal-2007 ġew trasferiti għall-baġit għall-2008. Barra minn dan, ġew allokati NOK 31 miljun fuq il-baġit tal-istat (16). B’hekk il-baġit totali tal-iskema ta’ għajnuna għall-2008 ammonta għal NOK 60 miljun.

Fl-2008 ġew żburżati NOK 30 milljun. It-NOK 30 miljun li kien fadal ġew trasferiti għall-baġit tal-2009. Flimkien mal-NOK 40 miljun ta’ allokazzjoni baġitarja ġdida (17), il-baġit totali għall-2009 jammonta għal NOK 70 miljun.

Minn mindu nbdiet l-iskema, ġew allokati għaliha total ta’ NOK 142 miljun fuq il-baġit tal-istat, li minnhom NOK 72 miljun kienu ġew żburżati sa tmiem l-2008; m’hemm l-ebda qafas ta’ żmien definit għall-iskema (18).

2.4.   RAĠUNIJIET BIEX JINGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

L-Awtorità fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fuq il-bażi li jista’ jkun li l-iskema tat-tisħin alternattiv tinvolvi għajnuna mill-istat. Għalkemm il-benefiċjarji diretti tal-iskema huma l-konsumaturi aħħarin, l-iskema għandha l-għan li tippromwovi l-użu ta’ teknoloġiji speċifiċi tat-tisħin. Għaldaqstant, l-Awtorità qajmet mistoqsijiet dwar jekk hux qed tingħata għajnuna indiretta mill-istat lill-produtturi, l-importaturi u/jew il-bejjiegħa tat-teknoloġiji tat-tisħin li huma koperti mill-iskema.

L-Awtorità kellha d-dubji dwar jekk l-iskema tistax titqies bħala kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE. B’mod aktar speċifiku, l-Awtorità għandha d-dubji dwar jekk il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali jistgħux ikunu applikabbli, minħabba li l-għajnuna indiretta ma tikkontribwixxix għat-tnaqqis tal-ammont ta’ enerġija wżata fiċ-ċiklu tal-produzzjoni tal-produtturi u/jew tal-importaturi. Barra minn hekk, l-Awtorità qajmet mistoqsijiet dwar jekk l-iskema tistax titqies bħala kumpatibbli taħt l-Artikolu 61(3)(c) ŻEE.

3.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET NORVEĠIŻI

L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li l-uniċi benefiċjarji tal-iskema tat-tisħin alternattiv huma djar privati li mhumiex impriżi skont it-tifsira tar-regoli taż-ŻEE dwar il-kompetizzjoni, u li l-miżura, għal dik ir-raġuni, ma tistax titqies bħala li tikkostitwixxi għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jġibu l-argument li l-iskema mhix selettiva għax il-vantaġġ mogħti lil min jirċievi l-għajnuna huwa ġġustifikat min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema li tagħmel parti minnha u għaldaqstant ma tistax titqies bħala għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE. Barra minn dan, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li l-iskema ma xxekkilx jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni minħabba li l-istufi li jaħdmu bil-ħruq tal-injam u t-teknoloġiji intitolati għas-sostenn ma jistgħux jitqiesu bħala prodotti sostitwibbli u għalhekk mhumiex fl-istess suq relevanti tal-prodotti. L-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li s-suq relevanti huwa “dawk it-teknoloġiji li jistgħu jissostitwixxu t-tisħin elettriku u jipprovdu l-istess livell ta’ kumdità ta’ tisħin bħat-tisħin elettriku matul il-jum u l-lejl, jew fi kliem iktar tekniku, sistemi li jsaħħnu daqslikieku bit-tagħbija permanenti tas-sistema elettrika” (19). B’kuntrast, l-istufi li jaħdmu bil-ħruq tal-injam għandhom, skont l-awtoritajiet, jiġu kklassifikati bħala sors supplimentari ta’ tisħin li jintuża flimkien mas-sors tat-tagħbija permanenti. L-istufi li jaħarqu l-injam għandhom għalhekk ikunu kkaratterizzati bħala l-hekk imsejħin sistemi tat-tisħin “tal-ogħla tagħbija”.

Finalment, f’każ li l-Awtorità ssib li l-iskema tikkostitwixxi għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li l-iskema hija ġustifikabbli kemm taħt l-Artikolu 61(2)(a) kif ukoll taħt l-Artikolu 61(3)(c) ŻEE fuq il-bażi tal-objettivi soċjali u ambjentali rispettivi tagħha.

4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

L-Awtorità rċeviet kummenti mingħand żewġ partijiet terzi: l-Assoċjazzjoni Norveġiża tal-Produtturi tas-Sħana, li hija l-Kwerelant, u n-NOBIO.

4.1.   KUMMENTI MIN-NAĦA TAL-KWERELANT

Il-Kwerelant huwa tal-fehma li l-iskema tat-tisħin alternattiv tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali skont it-tifsira tal-Artikolu 61(6) ŻEE. Huwa jallega li s-sostenn lid-djar privati jrid jitqies bħala li jikkostitwixxi vantaġġ indirett lill-produtturi u/jew l-importaturi tat-teknoloġiji tat-tisħin li huma koperti bl-iskema. B’mod aktar speċifiku, skont it-tagħrif ipprovdut mill-Kwerelant, il-bejgħ tal-istufi tal-gerbub żdied bl-introduzzjoni tal-iskema. Il-kwerelant jargumenta li l-introduzzjoni tal-iskema ta’ sostenn tat lill-produtturi, lill-importaturi u lill-bejjiegħa tal-istufi tal-gerbub l-opportunità li jkabbru l-bejgħ u l-qligħ tagħhom.

Barra minn hekk, il-Kwerelant iġib l-argument li l-miżura xxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni minħabba li l-istufi li jaħarqu l-injam, li huma simili għall-istufi tal-gerbub, mhumiex koperti bl-iskema.

Finalment, il-Kwerelant iqis li la l-Artikolu 61(2)(a) u lanqas l-Artikolu 61(3)(c) ŻEE ma jistgħu jiġġustifikaw l-iskema ta’ għajnuna kif inhi magħmula bħalissa.

4.2.   KUMMENTI MIN-NAĦA TAN-NOBIO

In-NOBIO tappoġġa l-fehmiet tal-awtoritajiet Norveġiżi u tqis li l-iskema tinvolvi biss sostenn finanzjarju dirett lil djar privati, u mhux lil impriżi, u li għaldaqstant l-iskema ma tinvolvix għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE.

Barra minn hekk, f’każ li l-Awtorità ssib li l-iskema tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE, in-NOBIO targumenta li l-iskema hija ġustifikabbli kemm taħt l-Artikolu 61(2)(a) kif ukoll taħt l-Artikolu 61(3)(c) ŻEE, fuq il-bażi tal-objettivi soċjali u ambjentali rispettivi tagħha.

II.   VALUTAZZJONI

1.   IL-PREŻENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

L-Artikolu 61(1) ŻEE huwa kif ġej:

“Għajr kif ipprovdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stati Membri tal-KE, minn Stati tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, sakemm taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, għandha tkun inkompatibbli mat-tħaddim ta’ dan il-Ftehim.”

Sabiex għajnuna titqies bħala għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE, iridu jiġu ssodisfatti l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: Il-miżura trid (i) tkun mogħtija mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-istat, (ii) tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lil dawk li jirċevuha; (iii) tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni; u (iv) tkun tista’ taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE.

1.1.   PREŻENZA TA’ RIŻORSI STATALI

L-iskema tat-tisħin alternattiv hija ffinanzjata mill-Istat Norveġiż permezz ta’ allokazzjonijiet mill-baġit tal-istat. Il-miżuri inkwistjoni huma għalhekk mogħtijin mill-Istat permezz tar-riżorsi tal-istat.

1.2.   L-GĦOTI TA’ VANTAĠĠI LIL ĊERTI IMPRIŻI JEW LILL-PRODUZZJONI TA’ ĊERTI PRODOTTI

Biex sostenn mill-Istat ikun jikkostitwixxi għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE irid ikun jagħti wkoll vantaġġ ekonomiku lil impriżi, u jkun selettiv fis-sens li jiffavorixxi “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”.

1.2.1.    L-għoti ta’ vantaġġ ekonomiku lil impriżi

L-ewwel kwistjoni li trid tiġi analizzata hija, għalhekk, jekk l-iskema inkwistjoni tagħtix vantaġġ ekonomiku lil impriżi (20).

Dawk li jirċievu direttament l-għotjiet bħala parti mill-iskema tat-tisħin alternattiv huma djar privati, li ġeneralment wieħed ma jistax jikklassifikahom bħala impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE. Madankollu, il-fatt fih innifsu li s-sussidju jkun mogħti lil individwu jew lil konsumaturi ma jeskludix l-eżistenza ta’ għajnuna (21). Anki jekk dawk li jibbenefikaw l-ewwel jew b’mod dirett minn miżura ma jkunux impriżi, xorta waħda jista’ jkun qed jingħata vantaġġ indirett lil impriżi. Il-mod kif inhu mpoġġi l-kliem tal-Artikolu 61(1) ŻEE bir-referenza tiegħu għal “għajnuna mogħtija (…) fi kwalunkwe forma” jkopri kemm l-għotjiet diretti ta’ għajnuna kif ukoll dawk indiretti, kif ikkonfermat mill-prattika tal-Kummissjoni Ewropea (22) u mill-każistika (23) tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (24). Għalhekk, il-valutazzjoni dwar jekk tkunx qed tingħata għajnuna indiretta lil impriżi trid issir każ b’każ.

L-iskema tat-tisħin alternattiv għandha l-għan li tippromwovi l-bejgħ ta’ teknoloġiji speċifiċi tat-tisħin (25). Għalhekk, f’dan il-każ, għandha tiġi vvalutata l-kwistjoni ta’ jekk impriżi li huma attivi fis-settur tat-teknoloġiji koperti mill-iskema jgawdux vantaġġ ekonomiku indirett li jista’ jaqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 61(1) ŻEE.

L-Artikolu 61(1) ŻEE ma jagħmilx distinzjoni bejn il-miżuri ta’ intervent mill-Istat b’referenza għall-kawżi jew għall-għanijiet tagħhom imma jiddefinihom sempliċiment b’relazzjoni għall-effetti tagħhom (26). Il-kwistjoni għalhekk hija jekk l-iskema tat-tisħin alternattiv għandhiex l-effett li tagħti vantaġġ ekonomiku indirett lill-impriżi li huma attivi fis-setturi tat-teknoloġiji tat-tisħin koperti mill-iskema.

L-Awtorità ma taqbilx mal-awtoritajiet Norveġiżi meta jgħidu li l-eżistenza ta’ għajnuna indiretta tiddependi fuq jekk l-għan aħħari u predominanti jkunx li tingħata għajnuna lil impriżi, b’mod li huma biss skemi mfasslin biex jaħirbu mill-projbizzjoni tal-għajnuna mill-istat li jistgħu jikkostitwixxu għajnuna indiretta.

Fil-każ li qed jiġi vvalutat, is-sussidju lil djar privati għal investimenti f’teknoloġiji alternattivi speċifiċi tat-tisħin b’enerġija li tiġġedded jipprovdihom b’inċentiv ekonomiku biex jixtru dawn il-prodotti. Il-miżura toħloq inċentiv biex il-konsumaturi jaqilbu mit-tisħin tradizzjonali bl-elettriku għal sistemi alternattivi ta’ tisħin (27). Domanda ikbar mill-konsumaturi tista’ tirriżulta fi profitti akbar għal dawn it-tipi ta’ teknoloġiji, u dan jipprovdi vantaġġ lill-impriżi li huma attivi fis-settur tat-teknoloġiji koperti mill-iskema, meta mqabblin ma’ impriżi oħrajn (28).

Il-fatt li l-konsumaturi jistgħu jagħżlu minn fost it-teknoloġiji koperti mill-iskema ma jfissirx li l-konnessjoni bejn l-għotja diretta mill-Istat lill-konsumatur u l-vantaġġ mogħti lill-impriżi inkwistjoni twarrbet (29).

Għalkemm il-vantaġġ huwa ta’ natura indiretta, l-iskema tat-tisħin alternattiv ġiet stabbilita b’tali mod li hemm rabta diretta bejn l-għoti tal-għajnuna lill-konsumatur u x-xiri tat-teknoloġija rilevanti. Sabiex wieħed jikseb l-għotja, irid jissottometti lill-Enova SF prova li jkun xtara waħda mit-teknoloġiji koperti mill-iskema tat-tisħin alternattiv.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-Awtorità tqis li l-iskema tat-tisħin alternattiv tipprovdi vantaġġ indirett lil impriżi li huma attivi fis-settur tas-sistemi alternattivi tat-tisħin b’enerġija li tiġġedded.

1.2.2.    Il-kriterju tas-selettività

Il-kwistjoni li jmiss tiġi analizzata hija jekk il-miżura hix selettiva, i.e. jekk tiffavorixxix “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”.

L-Awtorità tqis li l-iskema tat-tisħin alternattiv hija selettiva għax tiffavorixxi (indirettament) biss lil impriżi koperti li huma attivi fis-settur tat-teknoloġiji alternattivi tat-tisħin b’enerġija li tiġġedded (i.e. stufi u bojlers tal-gerbub, pompi tas-sħana u pannelli tat-tisħin bix-xemx ikkumnikati ma’ sistemi ta’ tisħin li jaħdmu bl-ilma u sistemi ta’ kontroll għat-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku). L-ebda impriżi oħrajn, inklużi dawk li huma attivi fis-setturi ta’ teknoloġiji oħrajn tat-tisħin b’enerġija li tiġġedded, ma jistgħu jibbenefikaw mill-għotjiet żburżati bħala parti mill-iskema (30).

L-awtoritajiet Norveġiżi jqisu li l-vantaġġ mogħti taħt is-sistema tat-tisħin alternattiv huwa ġġustifikat min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema li tagħmel parti minnha. L-Awtorità ma taqbilx.

Il-QEĠ u l-Qorti tal-EFTA konsistentement iddeċidew li miżuri li jagħtu vantaġġi lil ċerti riċevituri ma jkunux selettivi jekk ikunu jistgħu jiġu ġġustifikati min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema li jkunu jagħmlu parti minnha (31). Biex miżura selettiva tkun iġġustifikata mil-loġika ta’ sistema jrid ikun hemm sistema ġenerali li tirrelata magħha. Barra minn hekk, il-każistika ffukat il-valutazzjoni dwar jekk miżura hix iġġustifikata min-natura u l-loġika tas-sistema ġenerali rigward skemi li f’xi forma jikkostitwixxu deroga mit-taxxi, mill-ħlasijiet jew minn sistemi oħrajn simili ta’ applikazzjoni aktar ġenerali. L-awtoritajiet Norveġiżi ma ġabu l-ebda argument fir-rigward tas-sistema ġenerali li magħha għandha x’taqsam il-miżura ta’ għajnuna. L-iskema tat-tisħin alternattiv indirettament tagħti vantaġġi lil ċerti impriżi li huma attivi fis-settur tat-teknoloġiji koperti mill-iskema. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-Awtorità jkollha għaldaqstant tikkonkludi li l-miżura hija selettiva skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE.

1.3.   TFIXKIL TAL-KOMPETIZZJONI U L-EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ BEJN IL-PARTIJIET KONTRAENTI

Sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-istat, miżura trid tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u tkun tista’ tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE.

L-Awtorità m’għandhiex għalfejn tistabbilixxi li għajnuna jkollha effett reali fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE u li l-kompetizzjoni tkun attwalment qed titgħawweġ, iżda għandha biss teżamina jekk dik l-għajnuna tistax taffettwa tali kummerċ u thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni (32). Kwalunkwe għoti ta’ għajnuna lil impriża li twettaq l-attivitajiet tagħha fis-suq taż-ŻEE tista’ tikkaġuna tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ (33).

L-iskema tat-tisħin alternattiv (indirettament) tagħti vantaġġ lil impriżi li huma attivi fis-settur tat-teknoloġiji alternattivi tat-tisħin bl-enerġija li tiġġedded. Is-sitwazzjoni tad-domanda tal-konsumaturi għat-teknoloġiji koperti hija element intrinsiku tal-iskema tat-tisħin alternattiv.

Barra minn hekk, skont il-figuri disponibbli għall-Awtorità, biex wieħed jagħti eżempju, il-bejgħ ta’ waħda mit-teknoloġiji koperti mill-iskema, l-istufi tal-gerbub, żdied u stabbilizza ruħu wara l-introduzzjoni tal-iskema fin-Norveġja. B’kuntrast, il-bejgħ tal-istufi li jaħdmu bl-injam, teknoloġija li mhix koperta mill-iskema, ma esperjenzawx żvilupp pożittiv simili fl-istess perjodu.

Għal dawn ir-raġunijiet, wieħed jista’ jikkonkludi li l-għajnuna thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni.

Fir-rigward tal-kundizzjoni relatata mal-effett fuq il-kummerċ, meta l-għajnuna mill-istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta pparagunata ma’ impriżi oħrajn li jikkompetu fin-negozju fi ħdan iż-ŻEE, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala affettwati minn dik l-għajnuna (34).

Impriżi li huma attivi fis-settur tat-teknoloġiji tat-tisħin joperaw f’suq Ewropew, u għaldaqstant l-iskema tat-tisħin alternattiv tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE.

Għalhekk, wieħed ikollu jikkonkludi li l-għajnuna thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u li tista’ tolqot lill-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għaż-ŻEE.

1.4.   KONKLUŻJONI

L-Awtorità tqis li l-iskema Norveġiża tat-tisħin alternattiv tikkostitwixxi għajnuna statali skont it-tifsira tal-Artikolu 61(6) ŻEE.

2.   REKWIŻITI PROĊEDURALI

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3, “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjanijiet biex tingħata jew tinbidel l-għajnuna […]. L-Istat Membru konċernat ma jistax idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu qabel ma dik il-proċedura tkun wasslet għal deċiżjoni finali.”

L-awtoritajiet Norveġiżi ma nnotifikawx l-iskema tat-tisħin alternattiv lill-Awtorità qabel ma ddaħħlet fis-seħħ. Għalhekk, l-Awtorità tikkonkludi li l-awtoritajiet Norveġiżi ma rrispettawx l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

3.   KUMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

L-awtoritajiet Norveġiżi ġabu l-argument li l-għajnuna tista’ tiġi ġġustifikata taħt l-Artikolu 61(2)(a), jew inkella 61(3)(c) ŻEE meħud flimkien mal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna għall-ħarsien ambjentali.

3.1.   KUMPATIBBILTÀ TAĦT L-ARTIKOLU 61(2)(A) ŻEE

Skont l-Artikolu 61(2)(a) ŻEE, għajnuna ta’ “karattru soċjali” hija kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim jekk tkun “mogħtija lil konsumaturi individwali, dment li tali għajnuna tingħata mingħajr diskriminazzjoni relatata mal-oriġini tal-prodotti kkonċernati”.

L-Awtorità tinnota li d-derogi mill-projbizzjoni tal-għajnuna mill-istat għandhom jiġu interpretati strettament. L-iskema Norveġiża tat-tisħin alternattiv hija mmirata lejn id-djar privati Norveġiżi kollha. Fil-fehma tal-Awtorità, biex tiġi kkunsidrata bħala kumpatibbli taħt l-Artikolu 61(2)(a) ŻEE, l-iskema jrid ikollha karattru soċjali fis-sens li jrid igawdi minnha segment inqas ipprivileġġat tal-popolazzjoni (35). Minħabba li l-miżura hija miftuħa għad-djar privati kollha fuq il-bażi ta’ “min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel”, l-iskema ma tistax titqies bħala li għandha karattru soċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 61(2)(a) ŻEE.

3.2.   KUMPATIBBILTÀ TAĦT L-ARTIKOLU 61(3)(C) ŻEE

Skont l-Artikolu 61(3)(c) ŻEE, għajnuna tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE jekk “tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma tolqotx ħażin lill-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni”.

3.2.1.    Il-Linji Gwida dwar il-ħarsien ambjentali

L-Awtorità ħarġet linji gwida li jippreskrivu l-kriterji li se tapplika fil-valutazzjoni dwar jekk miżuri ta’ għajnuna mill-istat maħsubin għall-ħarsien tal-ambjent jistgħux jitqiesu bħala kumpatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) ŻEE. L-iskema tat-tisħin alternattiv inbdiet fl-2006. F’dak iż-żmien, kienu applikabbli l-Linji Gwida tal-Awtorità dwar il-ħarsien tal-ambjent kif l-aħħar li ġew riveduti fit-23 ta’ Mejju 2001 (36). L-Awtorità adottat Linji Gwida ġodda dwar il-ħarsien tal-ambjent fis-16 ta’ Lulju 2008 (37), li kienu applikabbli minn dak il-jum. Għalhekk, skema li tkopri dawn il-perjodi differenti ta’ żmien għandha tiġi vvalutata fid-dawl taż-żewġ dammiet ta’ linji gwida skont il-prinċipji preskritti fil-paragrafu 74 tal-Linji Gwida tal-2001 u tal-paragrafu 205 tal-Linji Gwida tal-2008.

Madankollu, is-sitwazzjoni fejn l-għajnuna indiretta jgawdu minnha xi produtturi, importaturi u/jew bejjiegħa ta’ ċerti teknoloġiji tat-tisħin għad-djar privati, la hija koperta mil-Linji Gwida tal-2001 u lanqas mil-Linji Gwida tal-2008.

3.2.2.    Kumpatibbiltà direttament taħt l-Artikolu 61(3)(c) ŻEE

Minħabba li l-Linji Gwida tal-2001 u tal-2008 mhumiex direttament applikabbli għall-iskema alternattiva Norveġiża tat-tisħin, l-Awtorità se tivvaluta l-kumpatibbiltà tal-iskema direttament taħt l-Artikolu 61(3)(c)ŻEE (38). Derogi skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) ŻEE jridu jiġu interpretati b’mod ristrett (39) u jistgħu jingħataw biss meta jkun jista’ jiġi stabbilit li l-għajnuna tkun se tikkontribwixxi għall-ksib ta’ objettiv ta’ interess komuni, li ma jkunx jista’ jinkiseb fil-kundizzjonijiet normali tas-suq waħedhom. Il-QEĠ qablet mal-hekk imsejjaħ “prinċipju tal-ġustifikazzjoni kumpensatorja” fil-kawża Philip Morris  (40).

L-apprezzament tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna mill-istat fundamentalment huwa l-ibbilanċjar tal-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni mal-effetti pożittivi f’termini tal-interess komuni (41). Sabiex tiġi ddikjarata bħala kumpatibbli taħt l-Artikolu 61(3)(c) ŻEE, l-iskema ta’ għajnuna mill-istat trid:

tkun mmirata lejn objettiv definit sewwa ta’ interess komuni,

tkun imfassla tajjeb biex tilħaq l-objettiv ta’ interess komuni u, f’dak ir-rigward, tkun strument xieraq, ikollha effett li tinċentiva, u tkun proporzjonata,

ma tgħawwiġx il-kompetizzjoni u l-kummerċ fiż-ŻEE sal-punt li ssir kontra l-interess komuni (42).

L-Awtorità għandha tivvaluta jekk l-objettiv li jrid jintlaħaq permezz tal-miżura jkunx meħtieġ, konformi mal-objettivi ta’ interess komuni u, jekk iva, jekk dan ikunx l-inqas metodu li jgħawweġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

Objettiv iddefinit tajjeb ta’ interess komuni

L-iskema tat-tisħin alternattiv għandha l-iskop li tilħaq objettiv ambjentali billi tinċentiva l-investimenti tal-konsumaturi f’teknoloġiji li ma jgħarrqux lill-ambjent li mhumiex mifruxin ħafna fis-suq Norveġiż. L-awtoritajiet Norveġiżi jġibu l-argument li firxa usa’ tat-teknoloġiji alternattivi tat-tisħin koperti mill-iskema se tnaqqas il-konsum tal-elettriku fid-djar Norveġiżi. It-tnaqqis tal-ammont ta’ elettriku użat biex jissaħħnu d-djar privati u l-imbuttatura għall-użu ta’ sistemi alternattivi tat-tisħin imsejsin fuq enerġiji li jiġġeddu jistgħu jitqiesu bħala objettiv sensibbli fir-rigward tal-ambjent.

Il-premessa disgħa tal-preambolu għall-Ftehim taż-ŻEE jiffissa t-tir komuni tal-preservazzjoni, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u li tiġi żgurata utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali fuq il-bażi tal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli. Fil-fehma tal-Awtorità, skema ta’ għajnuna bil-għan li tmexxi l-konsum tal-enerġija lejn sorsi li jiġġeddu hija konformi mal-objettivi ta’ interess komuni.

Skema mfassla tajjeb

Il-kriterji biex teknoloġija tiġi inkluża taħt l-iskema huma msawrin fuq il-bażi ta’ kemm it-teknoloġija tkun konvenjenti biex tieħu post it-tisħin bl-elettriku. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-iskema tkopri biss teknoloġiji li jistgħu jiġu kkategorizzati bħala l-hekk imsejħin “sistemi li jsaħħnu daqslikieku bit-tagħbija permanenti tas-sistema elettrika”. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi “sistemi li jsaħħnu daqslikieku bit-tagħbija permanenti tas-sistema elettrika” huma “dawk it-teknoloġiji li jistgħu jissostitwixxu t-tisħin elettriku u jipprovdu l-istess livell ta’ kumdità ta’ tisħin bħat-tisħin elettriku matul il-jum u l-lejl” (43).

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li t-teknoloġiji alternattivi tat-tisħin b’enerġija li tiġġedded li huma koperti mill-iskema għandhom tliet karatteristiċi komuni: irid ikollhom firxa limitata fis-suq Norveġiż, ikunu kapaċi jissostitwixxu t-tisħin elettriku u jkunu jeħtieġu ċertu ammont minimu ta’ intervent min-naħa ta’ min jagħmel użu minnhom. L-Awtorità tinnota li mhux it-teknoloġiji kollha li huma koperti mill-iskema tat-tisħin alternattiv huma adattati biżżejjed biex jissostitwixxu għal kollox it-tisħin elettriku (44). Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi rraġunaw li teknoloġiji koperti mill-iskema huma mfasslin aħjar biex inaqqsu b’mod sistematiku l-ammont ta’ elettriku utilizzat għall-fini tat-tisħin ta’ dar normali.

Il-ħlas ta’ għotjiet lill-konsumaturi sabiex tiġi mħeġġa ċaqliqa tad-domanda mit-tisħin elettriku lejn sistemi alternattivi tat-tisħin b’enerġija li tiġġedded fid-djar, jidher li hu strument xieraq biex wieħed jinfluwenza direttament l-imġiba tal-konsumatur. Mingħajr is-sostenn mogħti mill-istat taħt l-iskema tat-tisħin alternattiv, id-domanda tal-konsumaturi x’aktarx ma kinitx timxi lejn teknoloġiji tat-tisħin b’enerġija li tiġġedded fl-istess qafas ta’ żmien.

Fejn ma jkunux fis-seħħ ċerti miżuri favur l-ambjent, l-għajnuna mill-istat tista’, fil-prinċipju, titqies bħala kumpatibbli (45). L-iskema tat-tisħin alternattiv għandha l-għan li tipprovdi inċentiv lill-konsumaturi biex jinvestu f’teknoloġiji li jirrispettaw lill-ambjent li huma adattati biex inaqqsu l-konsum tal-elettriku u li għandhom firxa limitata fis-suq Norveġiż għat-tisħin fid-djar.

Barra minn hekk, l-Awtorita tqis li l-ammonti ta’ għajnuna huma limitati għall-minimu li hu meħtieġ biex il-konsumaturi jingħataw inċentiv biex jaqilbu minn sistemi tat-tisħin bl-elettriku għas-sorsi alternattivi ta’ tisħin b’enerġija li tiġġedded li huma koperti mill-iskema. L-iskema tat-tisħin alternattiv tinvolvi rimbors ta’ mhux aktar minn 20 % tal-ispejjeż eliġibbli dokumentati b’massimu ta’ NOK 4,000 jew ta’ NOK 10,000 skont it-tip ta’ teknoloġija. Is-somma massima mogħtija għall-akkwist ta’ teknoloġija ta’ tisħin alternattiv hija proporzjonata ma’ kemm tiswa t-teknoloġija rilevanti.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità ssib li l-iskema hija mfassla tajjeb biex tasal għall-objettiv ambjentali ta’ interess komuni.

L-ebda tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ fiż-ŻEE sal-punt li jkun kontra l-interess komuni.

Fl-aħħar nett, għandu jiġi vvalutat jekk il-potenzjal li jitgħawġu l-kompetizzjoni u l-kummerċ fiż-Żona Ekonomika Ewropea hux ta’ natura kuntrarja għall-interess komuni.

L-għotjiet jitħallsu direttament lill-konsumaturi, li jistgħu jagħżlu b’mod ħieles minn fost il-prodotti li jissodisfaw il-kriterji oġġettivi tal-iskema, tkun liema tkun l-impriża li tkun qed toffri t-teknoloġija tat-tisħin alternattiv. Għalhekk, l-iskema tevita tgħawwiġ mhux meħtieġ tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ fiż-ŻEE fis-settur tat-teknoloġiji li hu kopert mill-iskema.

Il-Kwerelant iġib l-argument li l-iskema tgħawweġ il-kompetizzjoni minħabba li tkopri l-istufi tal-gerbub iżda mhux l-istufi li jaħarqu l-injam. Skont il-kwerelant, l-istufi li jaħarqu l-injam jirrappreżentaw teknoloġija li tixbaħ mill-qrib lill-istufi tal-gerbub u għandhom ikunu koperti mill-iskema. Kuntrarju għal dan, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li l-istufi li jaħarqu l-injam ma jissodisfawx il-kriterji oġġettivi stabbiliti taħt l-iskema tat-tisħin alternattiv. L-Awtorità hija tal-fehma li, għalkemm il-kwerelant jista’ jkollu raġun meta jasserixxi li hemm relazzjoni kompetittiva bejn l-istufi li jaħarqu l-injam u t-teknoloġiji kollha li huma koperti mill-iskema ta’ għajnuna, jew għall-inqas xi wħud minnhom, jidher li l-istufi li jaħarqu l-injam ma jissodisfawx ir-rekwiżiti biex jikkwalifikaw għal għotjiet taħt l-iskema. F’dak ir-rigward, l-Awtorità ma toġġezzjonax għall-kriterji oġġettivi taħt l-iskema u għall-valutazzjoni tal-awtoritajiet Norveġiżi dwar liema teknoloġiji tat-tisħin huma aktar maqtugħin biex jissodisfaw il-miri ambjentali li din l-iskema tfittex li tilħaq. L-iskema tat-tisħin alternattiv hija msejsa fuq tliet kriterji oġġettivi għall-eliġibbilta (i.e. il-firxa limitata fis-suq, il-kapaċità li jissostitwixxi l-elettriku bħala sors primarju tat-tisħin u l-intervent minimu min-naħa ta’ min jużah), u l-istufi li jaħarqu l-injam jidher li jew ma jissodisfawhomx kollha jew inkella ma jissodisfawx xi wħud minnhom. Barra minn hekk, l-Awtorita tirrikonoxxi li l-istufi li jaħarqu l-injam diġà jirrappreżentaw teknoloġija mifruxa sew fin-Norveġja. L-Awtorità għalhekk tqis li l-kriterji għall-eliġibbiltà taħt l-iskema ta’ għajnuna huma oġġettivament iġġustifikati u li l-iskema ma tiksirx dispożizzjonijiet oħrajn tal-Ftehim taż-ŻEE, inklużi r-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ ċittadinanza jew ta’ trattament ugwali. Barra minn hekk, l-Awtorità tqis li l-awtoritajiet Norveġiżi komplew jillimitaw l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni billi stabbilixxew intensità ta’ għajnuna relattivament baxxa. Għaldaqstant, l-Awtorita tqis li t-tgħawwiġ possibbli tal-kompetizzjoni maħluq fir-rigward tal-istufi li jaħarqu l-injam u ta’ teknoloġiji oħrajn li huma potenzjalment kompetituri ma jmurx kontra l-interess komuni u jidher ġustifikabbli fuq il-bażi tat-test tal-ibbilanċjar li sar hawn fuq.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità tqis li l-iskema hija mmirata lejn objettiv definit tajjeb ta’ interess komuni; hija mfassla tajjeb biex tilħaq l-objettiv ta’ interess komuni u, f’dak ir-rigward, hija strument xieraq, li għandu effett li jinċentiva u huwa proporzjonat; u, fl-aħħar nett, ma tgħawwiġx il-kompetizzjoni u l-kummerċ fiż-ŻEE sal-punt li jmur kontra l-interess komuni. Hekk, l-Awtorità ssib li l-iskema hija ġġustifikata taħt l-Artikolu 61(3)(c) ŻEE.

4.   KONKLUŻJONI

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ qabel, l-Awtorita tikkonkludi li l-iskema Norveġiża dwar sostenn għal tisħin alternattiv b’enerġija li tiġġedded u dwar iffrankar tal-elettriku fi djar privati tikkostitwixxi għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE li hi kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(c) ŻEE

L-awtoritajiet Norveġiżi huma mfakkrin dwar l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 21 tal-Parti II tal-Protokoll 3, meħudin flimkien mal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 195/04/COL, biex jipprovdu rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-iskema.

L-awtoritajiet Norveġiżi huma mfakkrin ukoll li l-pjani kollha għal tibdil f’din l-iskema jridu jiġi nnotifikati lill-Awtorità.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema Norveġiża dwar sostenn għal tisħin alternattiv b’enerġija li tiġġedded u dwar l-iffrankar tal-elettriku fi djar privati tikkostitwixxi għajnuna skont it-tifsira tal-artikolu 61(1) ŻEE. L-iskema ta’ għajnuna hija kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(c) ŻEE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 3

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

Magħmula fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2009.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kristján A. STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Protokoll 3.

(5)  Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġin mill-Awtorità fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ĠU) L 231 tat-3 ta’ Settembru 1994 p. 1 u fis-Supplimenti taż-ŻEE Nru 32 tat-3 ta’ Settembru 1994 p. 1. Minn hawn ‘il quddiem imsejħin il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tinsab fuq il-websajt tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/guidelines/

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 ppubblikata fil-ĠU L 139 tal-25.5.2006 p. 37 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 26 tal-25.5.2006 p. 1 kif emendata. Il-verżjoni kkonsolidata ta’ din id-Deċiżjoni hija ppubblikata fil-websajt tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/legaltext/.

(7)  Ippubblikata fil-ĠU C 96 tas-17.4.2008, p. 14, u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 20 tas-17.4.2008, p. 58.

(8)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Kwerelant.

(9)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-iskema tat-tisħin alternattiv..

(10)  Għal informazzjoni aktar dettaljata dwar id-diversi ittri li għaddew bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet Norveġiżi, qed issir referenza għad-Deċiżjoni tal-Awtorità li jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali, Deċiżjoni Nru 716/07/COL.

(11)  Ippubblikata fil-ĠU C 96 tas-17.4.2008 p. 14 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 20 tas-17.4.2008 p. 58.

(12)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħa n-NOBIO.

(13)  Iktar informazzjoni dwar l-iskema tinstab fuq is-sit tal-Enova SF fuq l-Internet: http://www.minenergi.no/ u http://www.minenergi.no/sitepageview.aspx?sitePageID = 1062

(14)  Propożizzjoni parlamentari nru 82 (2005-2006), stqarrija għall-istampa mill-Ministeru taż-Żejt u tal-Enerġija tal-25 ta’ Awwissu 2006 nru 98/06 u dik tal-14 ta’ Settembru 2006 nru 107/06.

(15)  Ara l-propożizzjoni Parlamentari nru 1 (2008-2009) p. 56.

(16)  Ara l-propożizzjoni Parlamentari nru 59 (2007-2008) p. 123.

(17)  Ara l-propożizzjoni Parlamentari nru 1 (2008-2009) p. 56.

(18)  Fil-propożizzjoni Parlamentari nru 59 (2007-2008), l-awtoritajiet Norveġiżi jagħmlu nota li l-iskema se tiġi eżaminata mill-ġdid fid-dawl tad-deċiżjoni finali tal-Awtorità.

(19)  L-ittra mingħand il-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt u l-Eenerġija, bid-data tal-15 ta’ Jannar 2007 (Avveniment nru: 406849), p. 5.

(20)  Għall-fini tal-liġi Komunitarja dwar il-kompetizzjoni, l-impriżi huma ddefiniti bħala entitajiet imdaħħlin f’attività ekonomika, hu x’inhu l-istat legali tagħhom, ara ngħidu aħna s-sentenza fil-Kawża C-41/90 Höfner u Elser [1991] Ġabra I-1979, il-paragrafu 21.

(21)  Kawża C-156/98, il-Ġermanja v il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857.

(22)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Kummissjoni.

(23)  Kawża C-156/98, il-Ġermanja v il-Kummissjoni [2000] Ġabra I-6857; C-382/99, il-Pajjiżi l-Baxxi v il-Kummissjoni [2002] Ġabra I-5163; Kawża C-457/00 il-Belġju v il-Kummissjoni [2003] ECR I-6931, paragrafu 57; ara wkoll l-Opinjoni tal-AĠ Jacobs fil-Kawża C-457/00, paragrafu 59.

(24)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-QEĠ.

(25)  Il-propożizzjoni Parlamentari nru 82 (2005-2006) paġna 1.

(26)  Kawża C-382/99 il-Pajjiżi l-Baxxi v il-Kummissjoni, paragrafu 61; C-487/06 P, British Aggregates Association v il-Kummissjoni, sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2008, paragrafu 87.

(27)  Għal raġunar simili, ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2007 C (2006) 6630, fil-każ N 270/2006, paragrafu 40.

(28)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2006 C (2006) 1519, fil-każ N 142/2005, punt 3.1.

(29)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2007 C (2006) 6630, fil-każ N 270/2006, paragrafu 43.

(30)  Ibid. paragrafu 46-47.

(31)  Kawża C-143/99 Adria-Wien pipeline GmbH u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke GmbH [2001] Ġabra I-8365, paragrafu 42 u s-sentenza tal-Qorti tal-EFTA fil-kawżi magħqudin E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord u oħrajn v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, [2005] Rapport tal-Qorti tal-EFTA, paġna 117, paragrafu 77.

(32)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-EFTA fil-kawżi magħqudin E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil u Finnfjord u oħrajn v l-Awtorita ta’ Sorveljanza tal-EFTA, [2005] Rapport tal-Qorti tal-EFTA, paġna 117, paragrafu 93, Kawża C-372/97 l-Italja v il-Kummissjoni [2004] Ġabra I-3679, paragrafu 44, u Kawża C-66/02 l-Italja v il-Kummissjoni [2005] Ġabra I-10901, paragrafu 112.

(33)  Kawżi magħqudin T-92/00 u T-103/00 Diputación Foral de Álava u Oħrajn v il-Kummissjoni [2002] Ġabra II-1385, paragrafu 72.

(34)  Kawża E-6/98 il-Gvern tan-Norveġja v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Rec. 1999 p. 74, paragrafu 58, u Kawża 730/79 Philip Morris v il-Kummissjoni [1980] Ġabra I-2671 paragrafu 11. ara wkoll Kawża C-75/97 il-Belġju v il-Kummissjoni [1999] Ġabra I-3671, paragrafu 47 u Kawża T-217/02 Ter Lembeek v il-Kummissjoni, [2006] Ġabra II-4483, paragrafu 181.

(35)  Ara, ngħidu aħna, il-Linji Gwida dwar l-Applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għall-għajnuniet mill-istat fil-qasam tal-avjazzjoni, ĠU C 350 10 ta’ Diċembru 1994 p. 7, taqsima III.3.

(36)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħin il-Linji Gwida tal-2001.

(37)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħin il-Linji Gwida tal-2008.

(38)  Ara Kawża T-288/97 Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia v il-Kummissjoni [2001] Ġabra II-1169, paragrafu 72.

(39)  Ara Kawża C-301/96 il-Ġermanja v il-Kummissjoni [2003] Ġabra I-9919, paragrafi 66 u 105.

(40)  Kawża 730/79 Philip Morris v il-Kummissjoni [1980] Ġabra I-2671.

(41)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat tas-7 ta’ Ġunju 2005, COM(2005) 107, paragrafu 11.

(42)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2007 C (2006) 6630, fil-każ N 270/2006, paragrafu 67.

(43)  L-ittra mingħand il-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt u l-Eenerġija, bid-data tal-15 ta’ Jannar 2007 (Avveniment nru: 406849), p. 5

(44)  Ngħidu aħna, skont il-gwida tal-Enova SF għal min ikun se jixtri pannelli tat-tisħin bix-xemx ikkumnikati ma’ sistemi tat-tisħin li jaħdmu bl-ilma (teknoloġija koperta mill-iskema), dawn is-sistemi kapaċi jissodisfaw biss sa 50 % tar-rekwiżiti totali tat-tisħin ta’ dar. Meta jkollhom ammonti biżżejjed ta’ enerġija tax-xemx, il-pannelli tat-tisħin bix-xemx kapaċi jaħdmu mingħajr waqfien mingħajr superviżjoni regolari, u meta jkunu qed jaħdmu jipprovdu lill-konsumatur b’sors konvenjenti, avolja parzjali, ta’ tisħin alternattiv. Il-gwida għall-bejjiegħa tinsab fis-sit tal-Enova SF fuq l-Internet:

http://www.minenergi.no/sitepageview.aspx?sitePageID = 1083.

(45)  Kemm il-Linji Gwida tal-2001 kif ukoll dawk tal-2008 jindirizzaw l-għajnuna għal sorsi li jiġġeddu ta’ enerġija fejn l-għajnuna tkun forma ta’ kumpens għall-iżvantaġġ ekonomiku li s-sorsi li jiġġeddu tal-enerġija jaffrontaw meta jikkompetu ma’ sorsi ta’ enerġija li jagħmlu iktar ħsara lill-ambjent, ara l-Linji Gwida tal-2001, paragrafi 49-59 u l-Linji Gwida tal-2008, paragrafi 48-50.