ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.058.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 58

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
3 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2010 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

1

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 205/2011 tat-28 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2007 li jimponi dazju definittiv ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw fl-Indja

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 206/2011 tat-28 ta' Frar 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġinaw fl-Indja

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 207/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Ossidu ta’ difenil, derivat tal-pentabromo u PFOS)

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 dwar listi u ismijiet tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE ( 1 )

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 209/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 li jtemm il-proċedimenti antidumping u kontra s-sussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ modems bla wajer ta’ netwerk ta’ żona wiesgħa (WWAN) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jtemm ir-reġistrazzjoni ta’ tali importazzjonijiet imposta mir-Regolamenti (UE) Nru 570/2010 u (UE) Nru 811/2010

36

 

 

Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 210/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

39

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/19/UE tat-2 ta' Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż it-tau-fluvalinat bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE ( 1 )

41

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/20/UE tat-2 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-fenossikarb bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE ( 1 )

45

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/21/UE tat-2 ta' Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-kletodim bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE ( 1 )

49

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

53

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

63

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

69

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

73

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

74

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

75

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

76

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

77

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 121/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

79

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

80

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

81

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

82

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

83

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

84

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 127/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 li temeda l-Anness XXII (Il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

85

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 167/09/COL tas-27 ta' Marzu 2009 dwar il-kera u l-bejgħ tal-bażi tal-ajru Lista (in-Norveġja)

86

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 204/2010

tat-2 ta' Marzu 2011

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), adottata b’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

B’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1970 (2011) tas-26 ta' Frar 2011, id-Deċiżjoni 2011/137/PESK tipprovdi għal embargo fuq l-armi, projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet ta' tagħmir ta' repressjoni interna, kif ukoll restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni u entitajiet involuti f'abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż l-involviment f'attakki li jiksru d-dritt internazzjonali, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili. Dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u entitajiet huma elenkati fl-Annessi għad-Deċiżjoni.

(2)

Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(3)

Dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u notevolment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b’konformità ma’ dawk id-drittijiet.

(4)

Dan ir-Regolament jirrispetta wkoll bis-sħiħ l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(5)

Is-setgħa biex jiġu emendati l-listi fl-Annessi II u III għal dan ir-Regolament għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali ppreżentata mil-Libja, u sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-proċess għall-emendament u r-reviżjoni tal-Annessi III u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

(6)

Il-proċedura għall-emendament tal-listi fl-Annessi II u III għal dan ir-Regolament għandha tinkludi l-għoti tar-raġunijiet għall-elenkar lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi nominati, sabiex jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat kif ikun meħtieġ.

(7)

Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fi ħdan l-Unjoni, l-ismijiet u data oħra rilevanti li tikkonċerna persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom jeħtieġ li jiġu ffriżati b’konformità ma’ dan ir-Regolament, iridu jiġu ppubblikati. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (2) u mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3).

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull tip, li jinkludi iżda li mhumiex limitati għal:

(i)

flus, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' pagament;

(ii)

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;

(iii)

titoli nnegozjati pubblikament u privatament u strumenti ta' dejn, inklużi ishma u azzjonijiet, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, nota, garanziji, ċedoli ta’ obbligazzjoni u kuntratti tad-derivati;

(iv)

imgħax, dividends jew introjtu ieħor fuq jew valur dovut minn jew iġġenerat minn assi;

(v)

kreditu, dritt għal kalkolazzjoni tal-valur nett, garanziji, garanziji fuq xogħol b'kuntratt jew impenji finanzjarji oħra;

(vi)

ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz ta' bejgħ;

(vii)

dokumenti ta' prova ta' interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji;

(b)

“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', jew negozjar ta' fondi fi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura, id-destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż l-immaniġġjar ta' portafolli;

(c)

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm dawk tanġibbli kemm dawk intanġibbli, mobbli u immobbli, li mhumiex fondi iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti u servizzi;

(d)

“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, li jinkludi, iżda li mhux limitat għal, il-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar;

(e)

“għajnuna teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista’ tkun f'forma ta' struzzjoni, parir, taħriġ, it-trażmissjoni ta’ għarfien operazzjonali jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza, inklużi forom verbali ta’ għajnuna;

(f)

“Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit b’konformità mal-paragrafu 24 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“RKSNU”) 1970 (2011);

(g)

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

Artikolu 2

1.   Huma pprojbiti:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja, jew għall-użu fil-Libja;

(b)

il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).

2.   Huma pprojbiti x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta’ tagħmir mil-Libja li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk it-tagħmir joriġina mil-Libja kif ukoll jekk le.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-ħwejjeġ protettivi, inklużi sdieri rinfurzati bil-metall u elmi, esportati b'mod temporanju fil-Libja mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u ta' żvilupp u persunal assoċjat għall-użu tagħhom personali biss.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif elenkati fl-Anness IV jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, taħt tali kundizzjonijiet li jqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv.

Artikolu 3

1.   Huma pprojbiti:

(a)

il-provvediment, b'mod dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (4) (Lista Militari Komuni), jew relatata mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ oġġetti inklużi f’dik il-lista, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(b)

il-provvediment, b'mod dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(c)

il-provvediment, b'mod dirett jew indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatat(a) mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jew fl-Anness I, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għal kwalunkwe provvediment ta’ għajnuna teknika relatata lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(d)

il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c).

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet imsemmija fih ma għandhomx japplikaw għall-provvediment ta' għajnuna teknika, finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati ma' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal finijiet umanitarji jew użu protettiv, jew għal bejgħ jew forniment ieħor ta' armi u materjal relatat, kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw il-forniment ta’ għajnuna teknika, finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati mat-tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, taħt tali kondizzjonijiet li jqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv.

Artikolu 4

Sabiex jiġi evitat it-trasferiment ta' oġġetti u teknoloġija li huma koperti mil-Lista Militari Komuni jew il-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment, l-esportazzjoni jew l-importazzjoni tagħhom li huwa pprojbit b'dan ir-Regolament, għall-oġġetti kollha li jiddaħħlu jew joħorġu mit-territorju doganali tal-Unjoni mil-Libja jew lejha, flimkien mar-regoli li jirregolaw l-obbligu li jiġi pprovdut tagħrif ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq kif iddeterminati fid-dispożizzjonijiet rilevanti rigward id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ kif ukoll id-dikjarazzjonijiet doganali fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (5) u fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tiegħu (6), il-persuna li tipprovdi dak it-tagħrif għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Militari Komuni jew minn dan ir-Regolament u, fejn l-esportazzjoni tagħhom tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni, tispeċifika l-partikolaritajiet tal-liċenzja ta' esportazzjoni mogħtija. Dawn l-elementi addizzjonali għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jew bil-miktub jew bl-użu ta' dikjarazzjoni doganali skont il-każ.

Artikolu 5

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, li huma l-proprjetà ta’, li huma miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Annessi II u III għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandhom isiru disponibbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi II u III.

3.   Il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom tkun, b’mod dirett jew indirett, l-evażjoni mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 hija pprojbita.

Artikolu 6

1.   L-Anness II għandu jinkludi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi nnominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b’konformità mal-paragrafu 22 tal-RKSNU 1970 (2011).

2.   Anness III għandu jikkonsisti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi mhux koperti mill-Anness II li, f'konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK ġew identifikati mill-Kunsill bħala persuni u entitajiet involuti jew kompliċi fil-kmand, il-kontroll, jew inkella d-direzzjoni, il-kummissjoni ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż billi huma involuti fi jew kompliċi fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-tmexxija ta' attakki, bi ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż il-bombardamenti mill-ajru, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili, jew individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom.

3.   L-Annessi II u III għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuni, entitajiet u korpi elenkati, kif previst mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness II.

4.   L-Annessi II u III għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati, kif previst mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness II. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness II għandu jinkludi wkoll id-data tan-nomina mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 7

1.   B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt il-kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu:

(a)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni elenkati fl-Anness II jew III, u l-membri tal-familja dipendenti tagħhom, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' imposti professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma assoċjati mal-provvediment ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

bil-kundizzjoni li, fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II, l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona għal dak il-perkors ta’ azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol min-notifika.

2.   B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ffriżati jkunu meħtieġa għal spejjeż straordinarji sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat dwar dik id-determinazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat; u

(b)

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness III, l-awtorità kompetenti nnotifikat ir-raġunijiet għala tikkunsidra li awtorizzazzjoni speċifika għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 8

B'deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni huma s-suġġett ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmi(ja) fl-Artikolu 5 jkun/tkun ġie/ġiet inkluż(a) fl-Anness II jew III, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni se jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw it-talbiet assigurati b'tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fi żmien il-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c)

il-garanzija jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness II jew III;

(d)

ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma tmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat;

(e)

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru dwar il-garanzija jew is-sentenza, u

(f)

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness III, l-Istat Membru rilevanti għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija.

Artikolu 9

1.   L-Artikolu 5(2) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li okkorrew qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi(ja) fl-Artikolu 5 jkun/tkun ġie/ġiet innominat(a) mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kunsill,

bil-kundizzjoni li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagamenti oħra jkunu ffriżati b’konformità mal-Artikolu 5(1).

2.   L-Artikolu 5(2) ma għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati fejn jirċievu fondi ttrasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat(a), bil-kundizzjoni li kwalunkwe żieda għal tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar kwalunkwe tali tranżazzjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 10

B'deroga mill-Artikolu 5, u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness II jew III jkun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li okkorra għall-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat(a), qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp kien/kienet innominat/innominata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fuq il-websajts elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li:

(i)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness II jew III;

(ii)

il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 5(2);

(b)

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru dwar l-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni għaxart ijiem qabel;

(c)

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness III, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-anqas ġimgħatejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.

Artikolu 11

1.   L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq bona fede abbażi li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta' kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkun/tkun qed jimplimentah/timplimentah, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza.

2.   Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(2) ma għandhiex tagħti lok għal responsabbiltà ta' kwalunkwe tip min-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li għamlu disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.

Artikolu 12

L-ebda pretensjoni, inklużi dawk għal kumpens, jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni ta' tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, f'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kienet affettwata, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi b’konformità mal-UNSCR 1970 (2011), inklużi miżuri tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe Stat Membru f'konformità, kif rekwiżit mill-implimentazzjoni jew b'konnessjoni mal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti b'dan ir-Regolament, ma għandhom jiġu sodisfatti favur il-Gvern tal-Libja, jew favur kwalunkwe persuna jew entità li tressaqhom permezz tiegħu jew għall-benefiċċju tiegħu.

Artikolu 13

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a)

jipprovdu minnufih kwalunkwe tagħrif li jista’ jiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati b’konformità mal-Artikolu 4, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, kif indikat fuq il-websajts elenkati fl-Anness IV, u għandhom jittrażmettu dan it-tagħrif, b’mod dirett jew permezz tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni; u

(b)

jikkooperaw ma' dik l-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta' dan it-tagħrif.

2.   Kwalunkwe tagħrif li jingħata jew li jiġi riċevut b’konformità ma’ dan l-Artikolu għandu jintuża biss għall-finijiet li għalihom ikun ġie pprovdut jew riċevut.

Artikolu 14

L-Istati Membri ul-Kummissjoni għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar il-miżuri meħuda b’konformità ma’ dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe tagħrif ieħor rilevanti, b'rabta ma' dan ir-Regolament, li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, b'mod partikolari tagħrif dwar problemi ta' ksur u ta' infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 15

Il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li temenda l-Anness IV abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 16

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness II.

2.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissuġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1), huwa għandu jemenda l-Anness III kif meħtieġ.

3.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

4.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat kif meħtieġ.

5.   F'każ li n-Nazzjonjiet Uniti jiddeċiedu li jneħħu persuna fiżika jew ġuridika, entità, jew korp, mil-lista jew li temenda d-data ta' indentifikazzjoni ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ.

6.   Il-lista fl-Anness III għandha tiġi eżaminata mill-ġdid f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.

Artikolu 17

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet ipprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 18

F'dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li jsir xi tip ieħor ta' komunikazzjoni magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra ta' kuntatt li għandhom jintużaw għal tali komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness IV.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(c)

għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;

(d)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe negozju mwettaq, b'mod sħiħ jew parzjali, fi ħdan l-Unjoni.

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  Ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.

(5)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS I

Lista ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna kif imsemmi fl-Artikoli 2, 3 u 4

1.

Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:

1.1

Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (1) (il-Lista Militari Komuni);

1.2

Munizzjon iddisinjat speċifikament għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

1.3

Miri tal-armi mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

2.

Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

3.

Vetturi kif ġej:

3.1

Vetturi mgħammra b'kanun tal-ilma, speċifikament iddisinjati jew immodifikati għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;

3.2

Vetturi ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lill-attakkanti;

3.3

Vetturi ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir ta' kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;

3.4

Vetturi ddisinjati speċifikament għat-trasport jew it-trasferiment ta' priġunieri u/jew detenuti;

3.5

Vetturi ddisinjati speċifikament għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;

3.6

Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 ddisinjati speċifikament għall-finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet.

Nota 1

Dan l-oġġett ma jikkontrollax il-vetturi speċifikament iddisinjati għall-finijiet ta' tifi tan-nar.

Nota 2

Għall-finijiet tal-oġġett 3.5 t-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.

4.

Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:

4.1

Tagħmir u apparat iddisinjat speċifikament biex iqabbad splużjonijiet b'mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inklużi settijiet tat-tqabbid, detonaturi, apparati li jqabbdu, busters u fil detonatur, u komponenti ddisinjati speċifikament għalihom; minbarra dawk iddisinjati speċifikament għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operar b'mezzi splussivi ta' tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom mhijiex il-ħolqien ta' splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-airbags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f'daqqa tal-elettriku ta' attwaturi ta' bexxiexa għat-tifi tan-nar);

4.2

Kargi splussivi ta' qtugħ lineari mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni;

4.3

Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni u sustanzi relatati kif ġej:

a.

amatol;

b.

nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);

c.

nitroglikol;

d.

tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN);

e.

klorur tal-pikril;

f.

2,4,6-trinitrotoluwen (TNT).

5.

Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:

5.1

Korazzi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti b'arma bil-ponta jew sikkina;

5.2

Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew mill-frammenti, elmi għal kontra l-irvellijiet, tarki għal kontra l-irvellijiet u tarki ballistiċi.

Nota:

Dan il-punt ma jikkontrollax:

tagħmir iddisinjat speċifikament għal attivitajiet sportivi;

tagħmir iddisinjat speċifikament sabiex jissodisfa rekwiżiti ta' sikurezza okkupazzjonali.

6.

Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta' armi tan-nar, u softwer imfassal speċifikament għalihom.

7.

Tagħmir ta' viżjoni fid-dlam, termografiku u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

8.

Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta'.

9.

Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm.

10.

Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat speċifikament għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista.

11.

Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.


(1)  ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.


ANNESS II

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(1)

1.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Data tan-nomina min-NU: 26.2.2011.

2.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20/09/1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Data tan-nomina min-NU: 26.2.2011.

3.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tan-nomina min-NU: 26.2.2011.

4.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbilità għall-ordni tar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Data tan-nomina min-NU: 26.2.2011.

5.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Data tan-nomina min-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAFI, Saif al-Islam

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. B014995. 25/06/1972.

Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jinkoraġġixxu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tan-nomina min-NU: 26.2.2011.


ANNESS III

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

1.

ABDULHAFIZ, Kurunell Mas'ud

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati

it-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl- Intelligence Militari.

28.2.2011

2.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb qrib ta' Muammar QADHAFI.

28.2.2011

3.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Membru prominenti tar-reġim. Ħaten Muammar QADHAFI.

28.2.2011

4.

ASHKAL, Al-Barrani

Pożizzjoni: Viċi Direttur, Intelligence Militari

Membru anzjan tar-reġim.

28.2.2011

5.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

6.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Pożizzjoni: Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

B010574

Data tat-twelid: 01/07/1950

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

7.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar QADHAFI.

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Houn, il-Libja

Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Storja ta' vjolenza kontra dissidenti.

28.2.2011

8.

DORDA, Abu Zayd Umar

Pożizzjoni: Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

28.2.2011

9.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Pożizzjoni: Ministru tad-Difiża.

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Jalo, il-Libja

Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

28.2.2011

10.

MATUQ, Matuq Mohammed

Pożizzjoni: Segretarju għall-Utilitajiet

Data tat-twelid: 1956

Post tat-twelid: Khoms

Membru anzjan tar-reġim. Involvement with Revolutionay Committees. Past history of involvement in suppression of dissent and violence.

28.2.2011

11.

QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: L-Eġittu

Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Qadhafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi.

28.2.2011

12.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Fit-tmeninijiet, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. ta' armi.

28.2.2011

13.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Pożizzjoni: Chairman tal-Kumpannija Ġenerali tal-Posta u t-Telekomunikazzjoni

Data tat-twelid: 1970

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar- reġim.

28.2.2011

14.

QADHAFI, Saadi

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Speċjali

Nru tal-passaport 014797

Data tat-twelid: 25/05/1973

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar- reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni ta' dimostrazzjonijiet.

28.2.2011

15.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar- reġim.

28.2.2011

16.

AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah (Al-Megrahi)

Pożizzjoni: Direttur tal-Intelligence Militari

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Sudan

Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni ta' dimostrazzjonijiet. Fil-passat, issuspettat bl-involviment fil-massakru tal-ħabs Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

28.2.2011

17.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja

Mart Muammar QADHAFI.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

18.

SALEH, Bachir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett tal-Mexxej.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

19.

Il-Ġeneral TOHAMI, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

20.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011


ANNESS IV

Lista ta' awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri msemmija fl-Artikoli 7(1), 8(1), 10 u 13(1) u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

A.   Awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru:

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

B.   Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew għal xi komunikazzjoni oħra magħha:

European Commission

Foreign Policy Instruments Service

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel

Belgium

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel.: (32 2) 295 55 85

Fax: (32 2) 299 08 73


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 205/2011

tat-28 ta’ Frar 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2007 li jimponi dazju definittiv ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw fl-Indja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku tal-anti-dumping”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4), u l-Artikolu 11(3), (5) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li ġie kkonsultat il-Kumitat ta’ Konsulenza,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Investigazzjoni preċedenti u miżuri anti-dumping eżistenti

(1)

F’Awwissu 2001, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1676/2001 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw, inter alia, fl-Indja. Il-miżuri kienu jikkonsistu f’dazju anti-dumping ad valorem li jvarja bejn 0 % u 62,6 % impost fuq importazzjonijiet mingħand produtturi esportaturi msemmija individwalment, b’rata ta’ dazju residwa ta’ 53,3 % fuq importazzjonijiet mingħand il-kumpaniji l-oħrajn kollha.

(2)

F’Marzu 2006, permezz tar-Regolament (KE) Nru 366/2006 (3), il-Kunsill emenda l-miżuri imposti bir-Regolament (KE) Nru 1676/2001. Id-dazju anti-dumping impost varja bejn 0 % u 18 %, wara li tqiesu s-sejbiet tar-reviżjoni ta’ skadenza tad-dazji kumpensatorji definittivi li huma dettaljati fir-Regolament (KE) Nru 367/2006 (4).

(3)

F’Awwissu 2006, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1288/2006 (5), wara reviżjoni interim li tikkonċerna s-sussidju ta’ produttur Indjan tat-tertuqa PET, il-Kunsill emenda d-dazju anti-dumping definittiv impost fuq dak il-produttur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1676/2001.

(4)

F’Settembru 2006, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1424/2006 (6), fuq talba ta’ produttur esportatur ġdid, il-Kunsill emenda r-Regolament (KE) Nru 1676/2001 fir-rigward ta’ produttur Indjan tat-tertuqa PET. Ir-Regolament emendat stabbilixxa marġini ta’ dumping ta’ 15,5 % u rata ta’ dazju anti-dumping ta’ 3,5 % għall-kumpanija kkonċernata wara li tqies il-marġini ta’ sussidju fuq l-esportazzjoni tal-kumpanija kif ġie aċċertat fl-investigazzjoni kontra s-sussidji li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 367/2006. Billi l-kumpanija ma kellhiex dazju kumpensatorju individwali, ġiet applikata r-rata stabbilita għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

(5)

F’Novembru 2007, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007 (7), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa PET li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku tal-anti-dumping. Bl-istess Regolament intemmet reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku tal-anti-dumping, limitata għal produttur esportatur Indjan wieħed.

(6)

F’Jannar 2009, permezz tar-Regolament (KE) Nru 15/2009 (8), wara reviżjoni interim parzjali mnedija mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva tagħha fir-rigward tas-sussidju lil ħames produtturi Indjani tat-tertuqa PET, il-Kunsill emenda d-dazju anti-dumping definittiv impost fuq dawn il-kumpaniji permezz tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007 u d-dazji kumpensatorji definittivi imposti permezz tar-Regolament (KE) Nru 367/2006.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1292/2007 żamm ukoll l-estensjoni tal-miżuri għall-Brażil u l-Iżrael waqt li ċerti kumpaniji ġew eżentati. L-aħħar emenda għar-Regolament (KE) Nru 1292/2007 f’dan ir-rigward saret permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 367/2006 fir-rigward tal-għoti ta’ eżenzjoni mill-miżuri imposti skont dawk ir-Regolamenti lil esportatur Iżraeljan wieħed ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li toriġina fl-Indja u t-tmeim tar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet minn dak l-esportatur (9).

(8)

Għandu jiġu nnutat li Vacmet India Limited hija soġġetta għal dazju residwu tal-anti-dumping ta’ 17,3 % fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007.

2.   Miżuri kumpensatorji eżistenti

(9)

Għandu jiġu nnutat ukoll li Vacmet India Limited hija soġġetta għal dazju kumpensatorju ta’ 19,1 % fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 367/2006.

3.   Talba għal reviżjoni interim parzjali

(10)

Fis-7 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. It-talba, li l-ambitu tagħha kien limitat għall-eżami tad-dumping, tressqet minn Vacmet India Limited, produttur esportatur mill-Indja (“l-applikant”). Fit-talba tiegħu, l-applikant qal li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom ġew imposti l-miżuri nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema. L-applikant ipprovda evidenza prima facie li l-impożizzjoni ssuktata tal-miżura fil-livell attwali tagħha m’għadhiex meħtieġa biex tagħmel tajjeb għad-dumping.

4.   Il-bidu ta’ reviżjoni

(11)

Wara li ġie determinat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika fl-14 ta’ Jannar 2010 ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (10) (“in-notifika tal-bidu”), il-bidu ta’ reviżjoni parzjali interim, skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, li l-ambitu tagħha huwa limitat għall-eżami tad-dumping fir-rigward tal-applikant.

(12)

L-investigazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali kienet ukoll biex tivvaluta l-ħtieġa, skont is-sejbiet tar-reviżjoni, li tiġi emendata r-rata ta’ dazju li bħalissa hija applikata fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma ssemmewx individwalment fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007, jiġifieri r-rata tad-dazju anti-dumping li tapplika għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Indja.

(13)

Fl-14 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni ħabbret ukoll, permezz ta’ notifika tal-bidu ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (11), il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali tal-miżuri kumpensatorji li huma limitati għall-eżami tas-sussidju sa fejn hu kkonċernat l-applikant.

5.   L-investigazzjoni

(14)

L-investigazzjoni tal-livell ta’ dumping kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 (“perijodu tal-investigazzjoni għar-reviżjoni” jew “PIR”).

(15)

Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-applikant, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur u lill-industrija tal-Unjoni, dwar il-bidu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jinstemgħu.

(16)

Biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant u rċeviet tweġiba fiż-żmien ta’ skadenza stipulat għal dak l-għan.

(17)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għad-determinazzjoni tad-dumping. Saret żjara ta’ verifika fil-bini tal-applikant.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(18)

Il-prodott ikkonċernat f’din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak definit fir-Regolament li jimponi l-miżuri fis-seħħ (ir-Regolament (KE) Nru 1292/2007), jiġifieri t-tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET), li toriġina fl-Indja, li attwalment taqa’ fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90.

2.   Il-prodott simili

(19)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti, din l-investigazzjoni wriet li t-tertuqa PET prodotta fl-Indja u esportata lejn l-Unjoni u t-tertuqa PET prodotta u mibjugħa lokalment fis-suq Indjan, kif ukoll it-tertuqa PET prodotta u mibjugħa fl-UE mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi.

(20)

Għalhekk dawn il-prodotti jitqiesu bħala simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

(a)   Il-valur normali

(21)

Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, l-ewwel ġie determinat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili kienx rappreżentattiv skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk dan il-bejgħ domestiku rrappreżentax 5 % tal-volum tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat esportat fl-UE. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-prodott simili kien inbiegħ domestikament mill-applikant f’volumi ġeneralment rappreżentattivi. Dan it-test ta’ rappreżentazzjoni mbagħad sar fuq bażi ta’ tip b’tip. Instab li żewġ tipi ma nbiegħux domestikament.

(22)

Sussegwentament, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala li qiegħed jinbiegħ fil-kors ordinarju tan-negozju skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għal dan il-prodott simili mibjugħ fis-suq Indjan, ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PIR. Instab li aktar minn 90 % tal-bejgħ domestiku kien bi profitt.

(23)

Għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa domestikament u li għaddew mit-test ta’ rappreżentazzjoni msemmi fil-premessa (21) ta’ hawn fuq, ġie stabbilit li għal tip ta’ prodott wieħed, it-tranżazzjonijiet domestiċi kollha ma kinux profitabbli u għaldaqstant ma sarux fil-perkors normali tan-negozju skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(24)

Għat-tipi ta’ prodotti li nbiegħu fi kwantitajiet insuffiċjenti u mibjugħa fil-perkors normali tan-negozju fl-Indja, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli minn klijenti mhux relatati skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Għat-tipi l-oħra, jiġifieri t-tip imsemmi fil-premessa (23) hawn fuq u t-tipi mhux mibjugħa domestikament, il-valur normali ġie mibni fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-manifattura mġarrba mill-applikant għall-mudell esportat inkwistjoni biż-żieda ta’ ammont raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi (SG&A) u għal profitt skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(25)

Meta wieħed jikkunsidra l-livell għoli ta’ bejgħ domestiku profitabbli li sar fil-perkors normali tan-negozju, l-ispejjeż tal-SG&A u l-profitt kollha kienu bbażati fuq il-bejgħ domestiku kollu tal-prodott simili fis-suq domestiku.

(b)   Il-prezz tal-esportazzjoni

(26)

Fil-każijiet kollha fejn it-tertuqa tal-PET kienet esportata direttament lejn klijenti indipendenti fl-UE, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu stabbiliti skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli.

(27)

Għall-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-UE li sar permezz ta’ kumpanija relatata, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet li fuqhom kienu mibjugħa mill-ġdid il-prodotti impurtati lil xerrej indipendenti skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(28)

Għal dan l-iskop, saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni. Marġini raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u profitt kien ukoll imnaqqas għal dan il-bejgħ. Il-perċentwali użati biex jiġi kkalkulat il-profitt u l-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi kienu konformi ma’ dawk rappurtati fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-kumpanija relatata.

(c)   Tqabbil

(29)

It-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u l-prezz medju peżat tal-esportazzjoni sar fuq il-bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika u fl-istess livell ta’ kummerċ. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tqiesu differenzi fil-fatturi li kienu ppruvati li jaffetwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet. Għan dan il-għan, ingħatat konċessjoni xierqa f’forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, il-kummissjonijiet, l-ispejjeż finanzjarji u l-ispejjeż tal-ippakkjar imħallsa mill-applikant fejn applikabbli u ġġustifikat.

(d)   Il-marġini tad-dumping

(30)

Kif previst fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju peżat skont it-tip ġie mqabbel mal-prezz medju peżat tal-esportazzjonijiet tat-tip korrispondenti mal-prodott ikkonċernat. Dan it-tqabbil ma weriex l-eżistenza ta’ dumping.

D.   IN-NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKOSTANZI MIBDULA

(31)

Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat ukoll jekk iċ-ċirkostanzi mibdula allegati mill-applikant jisgħux jiġu kkunsidrati b’mod raġonevoli li huma ta’ natura dejjiema.

(32)

L-investigazzjoni wriet li l-marġini indikattiva ta’ dumping ikkalukulata għall-bejgħ tal-esportazzjoni tal-applikant lill-pajjiżi terzi fil-PIR kienet negattiva wkoll. F’termini ta’ volum, dan il-bejgħ kien ħafna ogħla mill-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-UE.

(33)

Instab ukoll li l-applikant għamel investimenti sinifikanti mill-2007 “l quddiem biex itejjeb il-proċess ta” produzzjoni tiegħu u biex jipproduċi l-materja prima bażika li hija meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Dawn il-bidliet irriżultaw, b’mod partikolari, fi tnaqqis ta’spejjeż u għaldaqstant spjegaw l-impatt dirett fuq il-marġini tad-dumping tal-Kumpanija. Din il-bidla fiċ-ċirkostanzi tista’ titqies bħala waħda ta’ natura dejjiema.

(34)

Għalhekk tqies li ċ-ċirkostanzi li wasslu għat-tnedija ta’ din ir-reviżjoni interim mhumiex probabbli li jinbidlu fil-futur qrib b’mod li jaffettwaw is-sejbiet tar-reviżjoni interim preżenti. Għalhekk, ġie konkluż li ċ-ċirkostanzi mibdula huma ta’ natura dejjiema u li l-applikazzjoni tal-miżura anti-dumping fil-livell attwali tagħha m’għadhiex aktar ġustifikata.

E.   IL-MIŻURI ANTI-DUMPING

(35)

Fid-dawl tar-riżultati ta’ din l-investigazzjoni għal reviżjoni, huwa kkunsidrat xieraq li d-dazju anti-dumping applikabbli fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-applikant jiġi emendat għal 0 %.

(36)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 24(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (12), l-ebda prodott m’għandu jkun soġġett kemm għal dazju anti-dumping kif ukoll għal dazji kumpensatorji għall-fini li tiġi indirizzata l-istess sitwazzjoni li tirriżulta minn dumping jew mill-issussidjar għall-esportazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa (9) hawn fuq, l-applikant huwa soġġett għal dazju kumpensatorju. Billi d-dazju anti-dumping stabbilit għall-applikant huwa ta’ 0 % fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, din is-sitwazzjoni ma tirriżultax f’dan il-każ.

(37)

Il-partijiet interessati kienu infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tiġi proposta emenda għar-rata tad-dazju applikabbli għall-applikant u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(38)

Il-kummenti verbali u bil-miktub imressqa mill-partijiet ġew ikkunsidrati u, fejn xieraq, is-sejbiet definittivi ġew immodifikati kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007 hija b’dan emendata billi jiżdied dan li ġej:

“Vacmet India Limited, Anant Plaza, IInd Floor, 4/117-2 A, Civil Lines, Church Road, Agra-282002, Uttar Pradesh, India

0,0

A992 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FELLEGI T.


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 227, 23.8.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 68, 8.3.2006, p. 6.

(4)  ĠU L 68, 8.3.2006, p. 15

(5)  ĠU L 236, 31.8.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 270, 29.9.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 288, 6.11.2007, p. 1.

(8)  ĠU L 6, 10.1.2009, p. 1.

(9)  ĠU L 242,15.9.2010, p. 6

(10)  ĠU C 8, 14.1.2010, p. 27.

(11)  ĠU C 8, 14.1.2010, p. 29.

(12)  ĠU L 188, 18.7.2009 p. 93.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 206/2011

tat-28 ta' Frar 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġinaw fl-Indja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(1), 19(1) u 22(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li ġie kkonsultat il-Kumitat ta' Konsulenza,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri kumpensatorji eżistenti

(1)

F'Diċembru 1999, permezz tar-Regolament (KE) Nru 2597/1999 (2), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) (“il-prodott ikkonċernat”) li attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90, li joriġinaw fl-Indja. Il-miżuri kellhom l-għamla ta' dazju kumpensatorju ad valorem, li jvarja bejn 3,8 % u 19,1 % impost fuq importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment, b'rata ta' dazju residwali ta' 19,1 % imposta fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji l-oħra kollha. Il-perijodu tal-investigazzjoni oriġinali kien mill-1 ta' Ottubru 1997 sat-30 ta' Settembru 1998.

(2)

F'Marzu 2006, permezz tar-Regolament (KE) Nru 367/2006 (3) (“ir-Regolament (KE) Nru 367/2006”), il-Kunsill, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, żamm id-dazju kumpensatorju definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 2597/1999 dwar importazzjonijiet ta' film PET li joriġinaw fl-Indja. Il-perijodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni kien mill-1 ta' Ottubru 2003 sat-30 ta' Settembru 2004.

(3)

F'Awwissu 2006, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1288/2006 (4), wara reviżjoni interim li tikkonċerna s-sussidji lil produttur Indjan tat-tertuqa tal-PET, il-Kunsill emenda d-dazju kumpensatorju definittiv impost fuq din il-kumpanija bir-Regolament (KE) Nru 367/2006.

(4)

F'Settembru 2007, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1124/2007 (5), wara reviżjoni interim parzjali li tikkonċerna s-sussidjar ta' produttur Indjan ieħor tat-tertuqa tal-PET, il-Kunsill emenda d-dazju kumpensatorju definittiv impost fuq din il-kumpanija bir-Regolament (KE) Nru 367/2006.

(5)

F'Jannar 2009, permezz tar-Regolament (KE) Nru 15/2009 (6), il-Kunsill, wara reviżjoni interim parzjali mnedija mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva tagħha fir-rigward tas-sussidjar ta' ħames produtturi Indjani tal-folja tal-PET, emenda d-dazju kumpensatorju definittiv impost fuq dawn il-kumpaniji bir-Regolament (KE) Nru 367/2006 u d-dazji anti-dumping definittivi imposti mir-Regolament (KE) Nru 1292/2007 (7).

(6)

F'Ġunju 2010, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 579/2010 (8), wara reviżjoni interim parzjali li tikkonċerna s-sussidjar ta' produttur Indjan tat-tertuqa tal-PET, il-Kunsill emenda d-dazju kumpensatorju definittiv impost fuq din il-kumpanija bir-Regolament (KE) Nru 367/2006.

(7)

Għandu jiġi nnutat li Vacmet India Limited bħalissa hija soġġetta għal dazju kumpensatorju ta' 19,1 % fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 367/2006.

2.   Miżuri anti-dumping eżistenti

(8)

Għandu jiġi nnutat li Vacmet India Limited hija soġġetta għal dazju anti-dumping ta' 17,3 % fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007.

3.   Il-bidu ta' reviżjoni interim parzjali

(9)

Fis-7 ta' Awwissu 2009, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. It-talba, li l-ambitu tagħha kien limitat għall-eżami tas-sussidjar, tressqet minn Vacmet India Limited, produttur esportatur mill-Indja (“l-applikant”). Fit-talba tiegħu, l-applikant qal li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom ġew imposti l-miżuri nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura dejjiema. L-applikant ipprovda evidenza prima facie li m'għadx hemm bżonn li l-miżura tiġi imposta fil-livell attwali tagħha biex tagħmel tajjeb għas-sussidjar.

(10)

Meta ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni ħabbret fl-14 ta' Jannar 2010, permezz ta' notifika ppubblikata F'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (9) (“in-notifika tal-bidu”), il-bidu ta' reviżjoni parzjali interim skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, li l-ambitu tagħha huwa limitat għall-eżami tas-sussidjar fir-rigward tal-applikant.

(11)

L-investigazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali kellha tivvaluta wkoll il-bżonn, skont ir-riżultati tar-reviżjoni, li tiġi emendata r-rata tad-dazju li bħalissa hija applikata lill-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat u li ma ssemmewx individwalment fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 367/2006, jiġifieri r-rata tad-dazju li tapplika għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Indja.

(12)

Il-Kummissjoni ħabbret ukoll fl-14 ta' Jannar 2010, permezz ta' notifika tal-bidu ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (10), il-bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping limitata fl-ambitu għall-eżami tad-dumping sa fejn hu kkonċernat l-applikant.

4.   L-investigazzjoni

(13)

L-investigazzjoni tal-livell ta' sussidjar kopriet il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni għar-reviżjoni” jew “PIR”).

(14)

Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-applikant, lill-Gvern tal-Indja u lill-industrija tal-Unjoni, dwar il-bidu tal-investigazzjoni ta' reviżjoni interim parzjali Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jinstemgħu.

(15)

Biex tkun tista' tikseb it-tagħrif meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant. Barra minn hekk, kien mibgħut kwestjonarju lill-Gvern tal-Indja.

(16)

Filwaqt li l-applikant ikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni, l-awtoritajiet rilevanti tal-Gvern tal-Indja ma bagħtux lura l-kwestjonarju qabel l-iskadenza. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidjar. Saret żjara ta' verifika fil-bini tal-applikant.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(17)

Il-prodott ikkonċernat f’din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak definit fir-Regolament li jimponi l-miżuri fis-seħħ (ir-Regolament (KE) Nru 367/2006), jiġifieri tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET), li toriġina fl-Indja, u li attwalment taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90.

2.   Il-prodott simili

(18)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti, din l-investigazzjoni wriet li lt-tertuqa tal-PET prodotta fl-Indja u esportata lejn l-Unjoni u t-tertuqa tal-PET prodotta u mibjugħa lokalment fis-suq Indjan, kif ukoll it-tertuqa tal-PET prodotta u mibjugħa fl-UE mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi.

(19)

Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

C.   SUSSIDJAR

1.   Introduzzjoni

Skemi Nazzjonali

(20)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa mill-applikant u l-industrija tal-Unjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta' sussidji, ġew investigati:

(a)

L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji;

(b)

L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni;

(c)

L-Iskema ta' Awtorizzazzjoni bil-quddiem (qabel magħrufa bħala l-Iskema tal-Liċenzja bil-Quddiem);

(d)

Sussidji Kapitali.

(21)

L-iskemi (a) sa (c) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq l-Att tal-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-Gvern tal-Indja biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn huma mogħtija fil-qosor fid-dokumenti tal-“Politika tal-Kummerċ Barrani”, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati regolarment. Żewġ dokumenti tal-Politika tal-Kummerċ Barrani huma rilevanti għall-PIR ta' dan il-każ, jiġifieri, FT-policy 04-09 u FT-policy 09-14. Barra minn hekk, il-Gvern tal-Indja stabbilixxa wkoll il-proċeduri li jirregolaw l-FT-policy 04-09 u l-FT-policy 09-14 f'“Manwal tal-Proċeduri, Volum I” (“HOP I 04-09” u “HOP I 09-14” rispettivament). Il-Manwal tal-Proċeduri jiġi aġġornat ukoll fuq bażi regolari.

(22)

L-iskema speċifikata hawn fuq fil-punt (d) hija amministrata mill-awtoritajiet tal-Istat ta' Uttar Pradesh.

2.   L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji (“DEPBS”)

(a)   Bażi Legali

(23)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-DEPBS tinsab fil-paragrafi 4.3 tal-FT-policy 04-09 u l-FT-policy 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 4 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14.

(b)   Eliġibbiltà

(24)

Kull produttur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika tad-DEPBS

(25)

Esportatur jista' japplika għall-krediti tad-DEPBS li jiġu kkalkulati bħala perċentwali tal-valur ta' prodotti esportati skont din l-iskema. Dawn ir-rati DEPBS kienu stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għal ħafna mill-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Huma jkunu ddeterminati fuq il-bażi tan-Normi Standard ta' Input-Output (standard input-output norms, “SIONs”), billi jkun ikkunsidrat il-kontenut preżunt importat ta' inputs fil-prodott esportat u l-inċidenza tad-dazju doganali tal-importazzjoni fuq dawn l-importazzjonijiet preżunti, mingħajr ma jingħata każ jekk id-dazji tal-importazzjoni effettivament tħallsux jew le.

(26)

Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fiż-żmien tat-transazzjoni ta' esportazzjoni, għandha ssir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika li l-esportazzjoni qed isseħħ skont id-DEPBS. Sabiex il-merkanzija tkun esportata, l-awtoritajiet Indjani tad-dwana joħorġu polza tal-esportazzjoni waqt il-proċedura li matulha l-merkanzija tintbagħat. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont ta' kreditu DEPBS li għandu jkun mogħti għal dik it-transazzjoni ta' esportazzjoni. F'dan il-punt, l-esportatur ikun jaf il-benefiċċju li ser jirċievi. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-Gvern tal-Indja ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-kreditu tad-DEPBS.

(27)

Instab li skont l-istandards tal-kontabilità Indjani, il-krediti tad-DEPBS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet tal-kummerċ, malli jiġi sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti ta' kwalunkwe prodott – ħlief prodotti kapitali u prodotti fejn ikun hemm restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni. Prodotti importati b'dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (soġġetti għal taxxa tal-bejgħ) jew użati mod ieħor. Il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli mingħajr l-ebda ostakolu u validi għal perijodu ta' 12-il xahar mid-data tal-ħruġ.

(28)

L-applikazzjoni għal krediti DEPBS tiġi ffajljata elettronikament u tista' tkopri ammont mingħajr limitu ta' transazzjonijiet tal-esportazzjoni. De facto ma japplikawx skadenzi stretti għal krediti DEPBS. Is-sistema elettronika użata għall-immaniġġjar tad-DEPBS ma teskludix awtomatikament it-transazzjonijiet tal-esportazzjoni li jaqbżu l-iskadenza għas-sottomissjoni msemmija fil-Kapitolu 4.47 tal-HOP I 04-09 u 09-14. Barra minn hekk, kif stipulat b'mod ċar fil-Kapitolu 9.3 tal-HOP I 04-09 u 09-14, l-applikazzjonijiet li jaslu wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni dejjem jistgħu jiġu kkunsidrati soġġetti għall-impożizzjoni ta' penali minuri (jiġifieri 10 % tal-intitolament).

(29)

Instab li l-applikant uża din l-iskema matul il-PIR.

(d)   Konklużjonijiet dwar id-DEPBS

(30)

Id-DEPBS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta' DEPBS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Indja peress li l-kreditu eventwalment ikun użat sabiex ipatti għad-dazji ta' importazzjoni, għalhekk inaqqas id-dħul tal-Gvern tal-Indja mid-dazji li kieku jkunu dovuti. Barra minn hekk, il-kreditu DEPBS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għax iżid il-likwidità tal-kumpanija.

(31)

Barra dan, id-DEPBS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(32)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' ħlas lura tad-dazju jew sistema li tissostitwixxi l-ħlas lura tad-dazju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, il-partita (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura tad-dazju) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għas-sostituzzjoni tal-ħlas lura tad-dazju) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, esportatur m'għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-prodotti importati bla ħlas ta' dazju u l-ammont ta' kreditu mhuwiex ikkalkulat b'konnessjoni mal-inputs li fil-fatt jintużaw fil-produzzjoni. Barra minn hekk, m'hemm l-ebda sistema jew proċedura stabbilita għall-konferma ta' liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk ħlas żejjed tad-dazji tal-importazzjoni seħħx skont it-tifsira tal-partita (i) tal-Anness I, u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji DEPBS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta prodotti mingħajr ma juri li kwalunkwe materjal ta' input kien importat. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw ebda prodott li jista' jkun użat bħala input, jibqgħu intitolati għall-benefiċċji mid-DEPBS.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(33)

Skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku u l-metodoloġija tal-kalkolu użata għal din l-iskema fir-Regolament (KE) Nru 367/2006, l-ammont ta' sussidji kumpensabbli kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċipjent u li nstab li jeżisti matul il-PIR. F'dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li l-benefiċċju huwa mogħti lir-reċipjent fil-waqt meta ssir transazzjoni ta' esportazzjoni skont din l-iskema. F'dak il-mument, il-Gvern tal-Indja huwa obbligat li jċedi d-dazji doganali, u dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, fost oħrajn, l-ammont ta' kreditu DEPBS li għandu jingħata għal dik it-transazzjoni tal-esportazzjoni, il-Gvern tal-Indja m'għandu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta' dan, huwa kkunsidrat xieraq li jiġi valutat il-benefiċċju taħt id-DEPBS bħala s-somma tal-krediti gwadanjati fuq it-transazzjonijiet kollha ta' esportazzjoni li saru taħt din l-iskema matul il-PIR.

(34)

Meta saru talbiet iġġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammont tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq il-fatturat kollu tal-esportazzjoni matul il-perijodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa kontinġenti mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(35)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-applikant matul il-PIR jammonta għal 7,9 %.

3.   L-Iskema tal-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni (“EPCGS”)

(a)   Bażi legali

(36)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-Kapitolu 5 tal–FT-policy 04-09 u tal-FT-policy 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14

(b)   Eliġibbiltà

(37)

Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta” ma' manifatturi sekondarji u dawk li jipprovdu servizz huma eliġibli għal din l-iskema.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(38)

Skont il-kondizzjoni ta' obbligu ta' esportazzjoni, kumpanija hija awtorizzata li timporta prodotti kapitali (prodotti kapitali ġodda u –minn April 2003 – prodotti użati sa massimu ta' 10 snin) b'rata mnaqqas ta' dazju tad-dwana. Għal dan l-għan, il-Gvern tal-Indja joħroġ liċenzja EPCGS fuq applikazzjoni u pagament ta' ħlas. Minn April 2000, l-iskema tipprovdi għal rata tad-dazju tal-importazzjoni mnaqqsa ta' 5 % applikabbli għall-prodotti kapitali kollha importati skont l-iskema.

(39)

Id-detentur ta' liċenzja EPCGS jista' wkoll ifittex il-prodotti kapitali minn pajjiżu stess. F'dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta' prodotti kapitali jista' japprofitta ruħu mill-benefiċċju ta' importazzjoni ħielsa mid-dazju ta' komponenti meħtieġa għall-manifattura ta' dawn il-beni kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista' jitlob il-benefiċċju ta' esportazzjoni meqjus fir-rigward tal-provvista ta' prodotti kapitali lid-detentur ta' liċenzja EPCGS.

(40)

Instab li l-applikant uża din l-iskema matul il-PIR.

(d)   Konklużjoni dwar l-iskema tal-EPCG

(41)

L-EPCGS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-Gvern tal-Indja billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju, li kieku kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, għax id-dazji ffrankati mill-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija.

(42)

Barra minn hekk, l-EPCGS hija soġġetta fil-liġi għall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, għaliex liċenzji bħal dawn ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta' esportazzjoni. Għalhekk, hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(43)

Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta' ħlas lura ta' dazju jew sistema li tissostitwixxu l-ħlas lura ta' dazju permissibbli fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-prodotti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta' dawn is-sistemi permissibbli, kif stabbilit fl-Anness I, partita (i), tar-Regolament bażiku, għax mhumiex ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(44)

L-ammont ta' sussidju kien ikkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq prodotti kapitali importati mifruxa fuq perijodu li jirrifletti l-perijodu ta' deprezzament normali ta' dawn il-prodotti kapitali fl-industrija kkonċernata. Skont il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b'dan il-mod, li huwa attribwibbli għall-PIR, kien aġġustat permezz taż-żieda ta' interessi matul dan il-perijodu sabiex ikun rifless il-valur totali tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata ta' interessi kummerċjali matul il-perijodu tal-investigazzjoni għar-reviżjoni fl-Indja kien ikkunsidrat xieraq għal dan l-iskop. Meta saru t-talbiet ġustifikati, tariffi mħallsa ħlas neċessarjament biex jinkiseb sussidju kienu mnaqqsa skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku.

(45)

Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq il-fatturat ta' esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju jiddependi mill-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

(46)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet li saru taħt din l-iskema, l-investigazzjoni wriet li hemm għadd ta' prodotti li jistgħu jintużaw kemm għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat kif ukoll għall-produzzjoni ta' prodotti oħra. Madankollu, ġie nnutat li xi prodotti ntużaw f’unità ta' fabbrika li tintuża unikament għall-produzzjoni tat-tertuqa tal-PET. Għadaqstant, f’termini tal-kalkolu tal-benefiċċju lill-applikant, id-denominatur li għandu jintużaw għal dawn il-prodotti jkun il-fatturat tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat u mhux il-fatturat tal-esportazzjoni totali.

(47)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-applikant matul il-PIR jammonta għal 2,4 %.

4.   Skema ta' Awtorizzazzjoni Bil-Quddiem (Advance Authorisation Scheme, “AAS”)

(a)   Bażi legali

(48)

Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-FT-policy 04-09 u FT-policy 09-14 kif ukoll fil-Kapitolu 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 04-09 u tal-HOP I 09-14. Din l-iskema kienet imsemmija Skema tal-Liċenzja bil-Quddiem matul l-investigazzjoni preċedenti li wasslet għall-impożizzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 367/2006, tad-dazju kumpensatorju definittiv preżentament fis-seħħ.

(b)   Eliġibbiltà

(49)

L-AAS tikkonsisti f’sitt sottoskemi, kif deskritt f’iktar dettall fil-premessa (50). Dawk is-sottoskemi huma differenti inter alia fl-ambitu tal-eliġibbiltà. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta” ma' manifatturi ta' sostenn huma eliġibbli għall-esportazzjonijiet fiżiċi AAS u għall-AAS għal sottoskemi ta' rekwiżit annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu l-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jipprovdu lill-kategoriji ta' “esportazzjoni meqjusa” msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-FT-policy 04-09, bħal fornituri ta' unità orjentata lejn l-esportazzjoni (“EOU”), huma eliġibbli għas-sottoskema tal-esportazzjoni meqjusa tal-AAS. Eventwalment, fornituri intermedji għall-manifatturi esportaturi huma eliġibbi għal benefiċċji ta' “esportazzjoni meqjusa” skont is-sottoskemi tal-Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”) u ħruġ ta' ittra ta' kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta' qabel.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(50)

Awtorizzazzjonijiet bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:

(i)   Esportazzjonijiet fiżiċi: Din hi s-sottoskema ewlenija. Tippermetti importazzjoni bla dazju ta' materjali ta' input għall-produzzjoni li tirriżulta fi prodott ta' esportazzjoni speċifiku. “Fiżiku” F'dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Konċessjoni ta' importazzjoni u obbligu ta' esportazzjoni inkluż it-tip ta' prodott ta' esportazzjoni huma speċifikati fil-liċenzja;

(ii)   Rekwiżit annwali: Din l-awtorizzazzjoni mhix konnessa ma' prodott ta' esportazzjoni speċifiku, iżda ma' grupp ta' prodotti aktar wiesa' (eż. prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur ta' liċenzja jista'- sa ċertu limitu fil-valur iffissat skont kif tkun marret l-esportazzjoni fil-passat - jimporta bla ħlas ta' dazju kull input li jkun ser jintuża fil-manifattura ta' kull oġġett li jaqa' f’dan il-grupp ta' prodotti. Jista' jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta u li huwa fil-grupp ta' produzzjoni li juża dan il-materjal eżenti mid-dazju;

(iii)   Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkun beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess ta' produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista' jimporta materjali ta' input mingħajr dazju u jista' jikseb għal dan l-għan AAS għal provvisti intermedji. L-esportatur finali jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest;

(iv)   Meqjusa bħala esportati: Din is-sottoskema tippermetti lil kuntrattur prinċipali li jimporta bla ħlas ta' dazju l-inputs meħtieġa fil-produzzjoni ta' prodotti li se jinbiegħu bħala “meqjusa bħala esportati” lill-kategoriji ta' klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2(b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-FT-policy 04-09. Meqjusa bħala esportati tirreferi għal dawk it-transazzjonijiet li fihom l-oġġetti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Numru ta' kategoriji ta' provvista huma kkunsidrati bħala oġġetti meqjusa esportati sakemm il-prodotti jkunu manifatturati fl-Indja, eż. provvista ta' prodotti lejn EOU jew lejn kumpanija lokalizzata f’żona ekonomika speċjali (“SEZ”);

(v)   Advance Release Order (“ARO”): Id-detentur tal-AAS li għandu l-intenzjoni li jġib l-inputs minn sorsi indiġeni, minflok ma jimporta direttament, għandu l-għażla li jġibhom permezz tal-AROs. F'dawn il-każijiet l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem huma validati bħala AROs u huma endorsjati lill-fornitur indiġenu wara kunsinna tal-oġġetti speċifikati fiha. L-endorsjar tal-ARO tintitola lill-fornitur indiġenu għall-benefiċċji fuq oġġetti meqjusa esportati kif speċifikat fil-paragrafu 8.3 tal-FT-policy 04-09 (fi kliem ieħor AAS għal provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, ħlas lura ta' dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa esportati u r-rifużjoni ta' dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta' ħlas lura/rifużjoni tad-dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/dazji hija disponibbli għal inputs indiġeni kif ukoll inputs importati;

(vi)   Ittra ta' kreditu interna wara l-oħra: Din is-sottoskema tkopri għal darb'oħra provvisti indiġeni lil detentur tal-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista' javviċina bank biex jiftaħ ittra ta' kreditu interna favur fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni tiġi vvalidata mill-bank għall-importazzjoni diretta, b'konnessjoni biss mal-valur u l-volum ta' oġġetti miġjuba minn sorsi indiġeni minflok ma jkunu importati. Il-fornitur indiġenu għandu jkun intitolat għal benefiċċji fuq oġġetti meqjusa esportati kif stabbiliti fil-paragrafu 8.3 tal-FT-policy 04-09 (fi kliem ieħor, AAS għal provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, ħlas lura ta' oġġetti meqjusa esportati u rifużjoni tad-dazju tas-sisa finali).

(51)

L-applikant irċieva konċessjonijiet skont l-AAS konnessi mal-prodott ikkonċernat matul il-PIR. L-applikant għamel użu minn waħda mis-sottoskemi, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi AAS. Għalhekk mhux neċessarju li jkun stabbilit l-ammont ta' kumpens tas-sottoskemi mhux użati li jibqa'.

(52)

Għal skopijiet ta' verifika mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta' Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa legalment obbligat li jżomm “kont veru u propju tal-konsum u utilizzazzjoni ta' prodotti bla dazju importati/akkwistati domestikament” f’format speċifikat (il-kapitoli 4.26, 4.30 u l-Appendiċi 23 HOP I 04-09 u HOP I 09-14), jiġifieri reġistru tal-konsum attwali. Dan ir-reġistru għandu jkun ivverifikat minn kontabilista estern irreġistrat/kontabilista tal-ispejjeż u x-xogħol li joħroġ ċertifikat li jiddikjara li r-reġistri preskritti u r-rekords relevanti ġew eżaminati u li l-informazzjoni mogħtija skont l-Appendiċi 23 hija vera u korretta F'kull rigward.

(53)

Fir-rigward tas-sottoskema użata matul il-PIR mill-applikant, jiġifieri dik tal-esportazzjonijiet b'mod fiżiku, il-konċessjoni ta' importazzjoni kif ukoll l-obbligu ta' esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-Gvern tal-Indja u jiġu dokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-waqt tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-transazzjonijiet korrispondenti għandhom jiġu dokumentati minn uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonjiet permessi skont l-AAS huwa determinat mill-Gvern tal-Indja fuq il-bażi ta' regoli standard ta' input-output (“SIONs”) li jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-materjal importat biex jintuża bħala input ma jkunx transferibbli u jrid jintuża biex ikun maħdum il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligu ta' esportazzjoni għandu jiġi sodisfatt fil-limitu ta' żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24 xahar b'żewġ estensjonijiet possibbli ta' 6 xhur kull wieħed).

(54)

L-investigazzjoni tar-reviżjoni interim attwali stabbilixxiet li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani ma kinux onorati u ma ġewx ittestjati fil-prattika. L-applikant ma żammx sistema li biha wieħed ikun jista' jivverifika liema inputs ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f’liema ammonti, kif stipulat mill-Politika tal-Kummerċ Barrani (l-Appendiċi 23) u skont l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, ma kienx hemm rekords ta' konsum effettiv.

(55)

Il-bidliet fl-amministrazzjoni tal-FT-policy 04-09, li saru effettivi fil-ħarifa tal-2005 (it-trasmissjoni mandatorja tar-reġistru tal-konsum lill-awtoritajiet Indjani fil-kuntest tal-proċedura ta' redenzjoni) għadhom ma ġewx applikati fil-każ tal-applikant. Għalhekk, l-implimentazzjoni de facto ta' din id-dispożizzjoni ma setgħetx tiġi vverifikata, f’dan l-istadju.

(d)   Konklużjoni dwar l-AAS

(56)

L-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribut finanzjarju tal-Gvern tal-Indja li jagħti benefiċċju lill-esportatur investigat.

(57)

Barra dan, l-AAS għall-esportazzjonijiet b'mod fiżiku hija b'mod ċar kontinġenti fil-liġi fuq kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr obbligu li tesporta, kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji minn din l-iskema.

(58)

Is-sottoskema użata fil-każ preżenti ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' ħlas lura tad-dazju jew sistema ta' sostituzzjoni ta' ħlas lura tad-dazju fil-kuntest tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dan ma jikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-Anness I il-partita (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għal ħlas lura tad-dazju) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal sostituzzjoni tal-ħlas lura tad-dazju) tar-Regolament bażiku. Il-Gvern tal-Indja ma applikax effettivament is-sistema jew il-proċedura ta' verifika l-ġdida jew l-antika tiegħu sabiex jikkonferma jekk kinux ikkunsmati inputs, u F'liema ammonti, fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta' skemi li jissostitwixxu l-ħlas lura tad-dazju, l-Anness III(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-SIONs għall-prodott ikkonċernat ma kinux preċiżi biżżejjed. Is-SIONs infushom ma jistgħux jitqiesu bħala sistema ta' verifika tal-konsum attwali, għaliex l-għamla ta' dawk in-normi standard ma tippermettix lill-Gvern tal-Indja li jivverifika b'biżżejjed preċiżjoni liema ammonti ta' inputs ġew ikkunsmati fil-produzzjoni għall-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-Gvern tal-Indja m'għamilx eżami addizzjonali bbażat fuq l-inputs effettivament użati fil-produzzjoni, għalkemm dan normalment jeħtieġ li jsir fin-nuqqas ta' sistema ta' verifika applikata b'mod effettiv (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku).

(59)

Is-sottoskema hija għalhekk kumpensabbli.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(60)

Fin-nuqqas ta' sistemi permessi ta' ħlas lura tad-dazju jew sistemi ta' sostituzzoni ta' ħlas lura, il-benefiċċju kumpensabbli huwa r-remissjoni tad-dazji tal-importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tal-inputs. F'dan ir-rigward, huwa osservat li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-ammont kumpensatorju tar-remissjoni “żejda” mid-dazji. Skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, huwa biss meta l-kondizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu milħuqa li r-remissjoni żejda mid-dazji tkun kumpensata. Madankollu, dawn il-kondizzjonijiet ma kinux sodisfatti fil-każ preżenti. Għalhekk, jekk ma jkunx muri proċess ta' sorveljanza adegwat, l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq għal skemi ta' ħlas lura tad-dazju mhix applikabbli u tapplika r-regola normali tal-ammont kumpensatorju fuq l-ammont ta' dazji mhux imħallsa (dħul ċedut), pjuttost milli kwalunkwe remissjoni żejda intenzjonata. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, mhijiex ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-investigazzjoni li tikkalkula din ir-remissjoni żejda. Bil-maqlub ta' dan, skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi biss evidenza suffiċjenti sabiex tirrifjuta l-adegwatezza tas-sistema ta' verifika allegata.

(61)

L-ammont ta' sussidju għall-applikant li uża l-AAS kien ikkalkolat abbażi ta' dazji tal-importazzjoni ċeduti (dazju doganali bażiku u dazju doganali addizzjonali speċjali) fuq il-materjal impurtat skont is-sottoskema matul il-PIR (numeratur). Skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, il-ħlas imġarrab neċessarjament sabiex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont tas-sussidju meta saru talbiet ġustifikati. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta' sussidju kien allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju huwa marbut mal-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma kienx moghti b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(62)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema għall-applikant matul il-PIR jammonta għal 0,2 %.

5.   Sussidji Kapitali

(a)   Bażi legali

(63)

F'investigazzjonijiet preċedenti rigward it-tertuqa tal-PET, inkluż l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni, bir-Regolament (KE) Nru 367/2006 tad-dazju kumpensatorju definittiv attwalment fis-seħħ, ġew investigati diversi skemi tal-Istati Indjani li jinvolvu inċentivi mogħtija lil kumpaniji lokali. L-Iskemi tal-Istat jaqgħu taħt it-titlu “Pakkett ta' Skemi ta' Inċentivi” billi jista' jkun hemm tipi differenti ta' inċentivi involuti. L-investigazzjoni preċedenti stabbiliet li l-intitolament ta' kumpanija għal benefiċċji tista' tiġi stipulata fiċ-“Ċertifikat ta' Eliġibbiltà” jew “iċ-Ċertifikat ta' Intitolament”. Madankollu, bħal fl-investigazzjoni preżenti, jista' jkun hemm sussidji ad hoc bħal sussidji kapitali.

(b)   Eliġibilità

(64)

Sabiex ikunu eliġibbli, il-kumpaniji għandhom, bħala regola ġenerali, jinvestu f’żoni inqas żviluppati ta' stat jew permezz tat-twaqqif ta' stabbiliment industrijali ġdid jew permezz tal-ħolqien ta' investiment kapitali fuq skala kbira jew diversifikazzjoni ta' stabbiliment industrijali eżistenti.

(c)   Implimentazzjoni prattika

(65)

Skont ir-rispons għall-kwestjonarju, fl-2009 l-applikant irċieva ammont sinifikanti bħala sussidju kapitali għat-twaqqif ta' faċilitajiet tal-produzzjoni ġodda mill-Gvern ta' Uttar Pradesh (“GUP”). Ġie spjegat li dan is-sussidju kapitali mogħti huwa marbut mat-twaqqif ta' faċilitajiet tal-produzzjoni ġodda, jiġifieri biex jitkopru l-ispejjeż għall-investimenti li saru mill-applikant. Skont l-applikant, kien sussidju pur fl-għamla ta' għotja biex tittejjeb l-ekwità.

(66)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-applikant huwa eliġibbli għal rifużjonijiet tal-VAT u t-Taxxa Ċentrali fuq il-Bejgħ (CST) mid-Dipartiment tat-Taxxa Kummerċjali ta' Uttar Pradesh minħabba l-investimenti li saru qabel. Fiċ-“Ċertifikat tal-Eliġibilità” hemm limitu li l-kumpanija tista' tikklejmja. L-iskema ntużat mill-kumpanija fuq erba' snin. Kull xahar, intalbu rifużjonijiet tal-VAT u s-CST imħallsa fuq bejgħ intrastatali u interstatali rispettivament, inkluż matul il-PIR.

(d)   Konklużjoni

(67)

Is-sussidju kapitali huwa trasferiment dirett ta' fondi, jiġifieri għotja lill-applikant. Huwa sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Huwa kontribut finanzjarju mill-Gvern Statali ta' Uttar Pradesh li jagħti benefiċċju dirett lill-applikant.

(68)

Ir-rifużjoni tal-VAT u s-CST tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Ir-rifużjoni tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Istat ta' Uttar Pradesh billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul fiskali tal-Gvern tal-Istat li kieku kienet tkun dovuta. Barra minn hekk, ir-rifużjoni tat-taxxa tagħti benefiċċju lill-applikant billi t-taxxa ffrankata żżid il-likwidità tal-kumpanija.

(69)

Is-sussidji fil-liġi ma jiddependux mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-awtoritajiet tal-Gvern tal-Istat ta' Uttar Pradesh, il-Kummissjoni ma setgħetx tagħmel konklużjoni soda dwar din l-iskema fir-rigward tal-ispeċifiċità u l-applikazzjoni prattika ta' din il-liġi u l-livell ta' diskrezzjoni li l-awtorità tal-għoti għandha meta tiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet. Tabilħaqq, ma jistax jiġi determinat b'ċertezza jekk l-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b) huwiex sodisfatt, minħabba li ma jistax jiġi stabbilit li l-Gvern tal-Istat ta' Uttar Pradesh applika kriterji jew kondizzjonijiet oġġettivi għall-għoti tas-sussidju. Għalhekk, anki jekk l-iskema tidher li mhijiex speċifika fil-liġi, għadu mhux ċar li mhijiex speċifika de facto. Konsegwentement, hija meqjusa speċifika u kompensabbli skont l-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c) u l-Artikolu 4(2), ir-raba' subparagrafu tar-Regolament bażiku.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(70)

Fir-rigward tas-sussidju kapitali mogħti għat-twaqqif ta' faċilitajiet tal-produzzjoni ġodda, l-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tas-sussidju kapitali mifrux fuq perijodu li jirrifletti l-perijodu normali ta' deprezzament/ħajja utli tal-prodotti kapitali f’din l-industrija billi s-sussidju jista' jiġi marbut mal-akkwist ta' assi fissi. L-interessi għandhom jiġu miżjuda mal-ammont sħiħ sabiex jirriflettu l-valur sħiħ tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata ta' interessi kummerċjali matul il-perijodu tal-investigazzjoni għar-reviżjoni fl-Indja kien ikkunsidrat xieraq għal dan l-iskop. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidju kien imbagħad allokat fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju mhux assoċjat mal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(71)

Fir-rigward tar-rifużjonijiet tal-VAT u s-CST, l-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat abbażi tal-ammont tar-rifużjonijiet matul il-PIR. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidju (numeratur) kien imbagħad allokat fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni u l-bejgħ domestiku matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq billi s-sussidju mhux assoċjat mal-esportazzjoni u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(72)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rata tas-sussidju stabbilita għall-applikant fir-rigward ta' dawn is-sussidji kapitali matul il-PIR jammonta għal 0,5 %.

6.   Ammont ta' sussidji kumpensabbli

(73)

L-applikant bħalissa huwa soġġett għal dazju kumpensatorju ta' 19,1 %.

(74)

Matul ir-reviżjoni interim parzjali preżenti, l-ammont ta' sussidji kumpensabbli għall-applikant, espressi ad valorem, instab li kien ta' 11,0 %, kif imniżżel hawn taħt:

SKEMA→

DEPBS (*)

EPCGS (*)

AAS (*)

CS

Total

KUMPANIJA ↓

%

%

%

%

%

Vacmet India Limited

7,9

2,4

0,2

0,5

11,0

(75)

Wara li tqies dan ta' hawn fuq, il-konklużjoni kienet li l-livell tas-sussidjar fir-rigward tal-produttur esportatur ikkonċernat naqas.

7.   Miżuri kompensatorji

(76)

Ġie eżaminat ukoll jekk iċ-ċirkostanzi mibdula fir-rigward tal-iskemi eżaminati jistgħux jiġu kkunsidrati li huma ta' natura dejjiema.

(77)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-ammont tas-sussidju għall-applikant naqas ferm taħt ir-rata tad-dazju li bħalissa hija applikabbli lilu. Dan it-tnaqqis fil-livell globali tas-sussidju huwa dovut primarjament għal tnaqqis sinifikanti fil-benefiċċji li huma disponibbli bid-DEPBS. Abbażi ta' dak li jidher hawn fuq, jidher li hemm indikazzjonijiet li l-applikant ser ikompli jirċievi s-sussidji fil-futur, f’ammont li jkun inqas minn dak li bħalissa huwa soġġett għalih.

(78)

Ladarba ġie determinat li l-applikant qed jiġi ssussidjat f’livell ħafna iktar baxx minn qabel u li x'aktarx ikompli jirċievi sussidji f’ammont li jkun aktar baxx minn dak determinat fl-investigazzjoni oriġinali, il-livell tal-miżura għandu għalhekk ikun emendat biex jirrifletti s-sejbiet ġodda.

(79)

Fid-dawl ta' dak li jidher hawn fuq, ir-rata emendata tad-dazju kumpensatorju għandha tiġi stabbilita bir-rata l-ġdida ta' sussidjar misjuba matul ir-reviżjoni interim parzjali preżenti, billi l-marġni ta' ħsara kkalkulat fl-investigazzjoni oriġinali kontra s-sussidji għadu ogħla.

(80)

Skont l-Artikolu 24(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, l-ebda prodott m'għandu jkun suġġett għal dazju anti-dumping u dazji kompensatorji flimkien għall-fini li tiġi ttrattata l-istess sitwazzjoni li ġejja minn dumping jew sussidjar tal-esportazzjoni. Madankollu, billi d-dazju anti-dumping stabbilit għall-applikant b'riżultat tar-reviżjoni interim dwar l-anti-dumping għaddejja b'mod parallel huwa 0 % fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, din is-sitwazzjoni mhix rilevanti għal dan il-każ.

(81)

Fir-rigward tar-rata tad-dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi mhux imsemmija individwalment fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 367/2006, jiġifieri d-dazju speċifikat bħala applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Indja, qed jiġi nnutat li l-modalitajiet attwali tal-iskemi investigati u l-kumpensabbiltà tagħhom ma nbidlux fir-rigward tal-investigazzjoni preċedenti. Għalhekk, m'hemmx raġuni biex ikun ikkalkulat mill-ġdid is-sussidju u r-rati tad-dazju ta' dawn il-kumpaniji. Konsegwentement, ir-rati tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji kollha minbarra l-applikant ma jinbidlux.

(82)

Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet ser tiġi proposta emenda għar-rata tad-dazju li tapplika għall-applikant u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(83)

Il-kummenti verbali u bil-miktub sottomessi mill-partijiet ġew ikkunsidrati u, fejn xieraq, is-sejbiet definittivi ġew modifikati kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 367/2006 hija b'dan emendata billi jiżdied dan li ġej:

“Vacmet India Limited, Anant Plaza, IInd Floor, 4/117-2 A, Civil Lines, Church Road, Agra-282002, Uttar Pradesh, India

11,0

A992 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu F'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FELLEGI T.


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU L 316, 10.12.1999, p. 1.

(3)  ĠU L 68, 8.3.2006, p. 15.

(4)  ĠU L 236, 31.8.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 255, 29.9.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 6, 10.1.2009, p. 1.

(7)  ĠU L 288, 6.11.2007, p. 1.

(8)  ĠU L 168, 2.7.2010, p. 1.

(9)  ĠU C 8, 14.1.2010, p. 29.

(10)  ĠU C 8, 14.1.2010, p. 27.

(*)  Sussidji mmarkati bi stilla huma sussidji tal-esportazzjoni


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 207/2011

tat-2 ta’ Marzu 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Ossidu ta’ difenil, derivat tal-pentabromo u PFOS)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Dicembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 131 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVII mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jintroduċi restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ossidu ta’ difenil, derivat tal-pentabromo u sulfonati tal-perflworoottan (PFOS) skont l-annotazzjonijiet 44 u 53.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (2) jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-impenji stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar il-Pollutanti Organiċi Persistenti, minn hawn ’il quddiem ‘il-Konvenzjoni’, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (3) u fil-Protokoll tal-1998 mal-Konvenzjoni tal-1979 dwar Tniġġis Transkonfinali fl-Arja li Jwassal fil-Bogħod dwar Pollutanti Organiċi Persistenti, minn hawn ’il quddiem ‘il-Protokoll’, approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE (4).

(3)

Wara li ntlaqgħu n-nomini tas-sustanzi mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-Norveġja u mill-Messiku, il-Kumitat għall-Analiżi tal-Pollutanti Organiċi Persistenti stabbilit skont il-Konvenzjoni kkonkluda ħidmietu fuq grupp ta’ sustanzi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji tal-Konvenzjoni. Fir-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet fil-Konvenzjoni mill-4 sat-8 ta’ Mejju 2009 (minn hawn ’il quddiem ‘il-COP4’) kien hemm ftehim li jiżdiedu disa’ sustanzi mal-Annessi mal-Konvenzjoni inkluż l-ossidu tal-pentabromodifenil u PFOS.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 757/2010 tal-24 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi I u III (5) jimplimenta d-Deċiżjonijiet tal-COP 4, billi jinkludi s-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll jew fit-tnejn li huma fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Dawk is-sustanzi jinkludu l-ossidu tal-pentabromodifenil u l-PFOS Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 jipprojbixxi l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tas-sustanzi elenkati fl-Anness I u jirregola l-ġestjoni tal-iskart li fih dawn is-sustanzi. Fil-każ ta’ PFOS, id-derogi applikabbli skont ir-REACH fl-Anness XVII reġgħu qegħdin elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 b’xi emendi biex jirriflettu d-Deċiżjoni COP 4.

(5)

Minħabba f’hekk, ir-restrizzjonijiet dwar l-Ossidu ta’ difenil, id-derivat tal-pentabromo u l-PFOS fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma superfluwi u l-annotazzjonijiet 44 u 53 għandhom jitħassru.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jitħassru l-annotazzjonijiet 44 u 53.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(3)  ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 81, 19.3.2004, p. 35.

(5)  ĠU L 223, 25.8.2010, p. 29.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 208/2011

tat-2 ta’ Marzu 2011

li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 dwar listi u ismijiet tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae  (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(iv) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare (2) tal-annimali, u b’mod partikolari l-Artikolu 32(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-ħidmiet, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa tal-annimali u l-annimali ħajjin. Il-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-ikel u l-għalf huma mniżżla fil-Parti I u dawk għas-saħħa tal-annimali u l-annimali ħajjin huma mniżżla fil-Parti II tal-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) l-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments(AFSSA) bil-laboratorji ta’ riċerka tagħha għall-patoloġija u ż-żoonożi tal-annimali u għall-patoloġija u l-mard tal-ekwini, fi Franza, hija b’dan innominata bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel.

(3)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments(AFSSA) hija b’dan innominata bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal mard tar-rabja.

(4)

Franza u d-Danimarka infurmaw uffiċjalment lill-Kummissjoni bit-tibdiliet relatati mal-isem tal-laboratorji msemmija f’dawk ir-Regolamenti. Barra minn hekk, wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, il-laboratorji msemmija fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, dawk li qabel kienu msejħa bħala ‘laboratorji ta’ referenza tal-Komunità’ għandhom issa jiġu msejħa bħala ‘laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea (UE)’.

(5)

Huwa importanti li l-lista ta’ laboratorji ta’ referenza stabbilita fir-Regolamenti (KE) Nru 882/2004, (KE) Nru 180/2008 u (KE) Nru 737/2008 tinżamm aġġornata. Għalhekk dawk ir-Regolamenti għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fir-Regolament (KE) Nru 180/2008, l-Artikolu 1 jinbidel b’li ġej:

‘Artikolu 1

1.   L-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES) bil-laboratorji tagħha għas-saħħa tal-annimali u għall-mard tal-ekwini, fi Franza hija b’dan innominata bħala l-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel mill-1 ta Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

2.   Il-funzjonijiet, ħidmiet u l-proċeduri rigward il-kollaborazzjoni mal-laboratorji responsabbli għad-dijanjosi ta’ mard li jittieħed tal-equidae fl-Istati Membri tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.’

Artikolu 3

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 737/2008, huwa mibdul b’dan li ġej:

“Il-Laboratoire de la rage et de la faune sauvage de Nancy tal-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), fi Franza huwa b’dan innominat bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-mard tar-rabja mill-1 ta Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2013.”

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(4)  ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4.

(5)  ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29.


ANNESS

L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej:

“ANNESS VII

LABORATORJI TA’ REFERENZA TAL-UNJONI EWROPEA (UE)

(Qabel imsejħa bħala ‘LABORATORJI TA’ REFERENZA TAL-KOMUNITÀ’)

I.   LABORATORJI TA’ REFERENZA TAL-UE GĦALL-GĦALF U L-IKEL

1.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

ANSES — Laboratoire de sécurité des aliments

Maisons-Alfort

France

2.   Laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-analiżi u l-ittestjar taż-żoonożi (salmonella)

Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM)

Bilthoven

The Netherlands

3.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-monitoraġġ tal-biotossini marini

Agencia Española de Seguridad Alimentaria (AESA)

Vigo

Spain

4.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi

The laboratory of the Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (Cefas)

Weymouth

United Kingdom

5.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għal-Listeria monocytogenes

ANSES - Laboratoire de sécurité des aliments

Maisons-Alfort

France

6.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-iStaphylococci Koagulażi-pożittivi, inkluż l-iStaphylococccus aureus

ANSES - Laboratoire de sécurité des aliments

Maisons-Alfort

France

7.   Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-Escherichia coli, inkluż il-Verotoxigenic E. coli(VTEC)

Istituto Superiore di Sanità (ISS)

Roma

Italy

8.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-Campylobacter

Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA)

Uppsala

Sweden

9.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-parassiti (partikolarment it-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis)

Istituto Superiore di Sanità (ISS)

Roma

Italy

10.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għar-reżistenza antimikrobika

Fødevareinstituttet

Danmarks Tekniske Universitet

København

Denmark

11.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-proteini tal-annimali fl-għalf

Centre wallon de recherches agronomiques (CRA-W)

Gembloux

Belgium

12.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għar-residwi mill-mediċini veterinarji u kontaminanti fl-ikel li joriġina mill-annimali

(a)

Għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp A(1), (2), (3) u (4), il-Grupp B 2(d) u l-Grupp B 3(d) tad-Direttiva 96/23/KE:

Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM)

Bilthoven

The Netherlands

(b)

Għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp B (1) u B (3)(e) tad-Direttiva 96/23/KE u l-carbadox u l-olaquindox:

ANSES – Laboratoire de Fougères

France

(c)

Għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp A (5) u il-Grupp B (2)(a), (b), (e) tad-Direttiva 96/23/KE:

Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL)

Berlin

Germany

(d)

Għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp B (3)(c) tad-Direttiva 96/23/KE:

Istituto Superiore di Sanità

Roma

Italy

13.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs)

Il-laboratorju msemmi fl-Anness X, il-Kapitolu B tar-Regolament (KE) Nru 999/2001:

The Veterinary Laboratories Agency

Addlestone

United Kingdom

14.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għal addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali

Il-laboratorju msemmi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu f’nutriment għall-annimali (1):

The Joint Research Centre of the European Commission

Geel

Belgium

15.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs)

Il-laboratorju msemmi fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (2):

The Joint Research Centre of the European Commission

Ispra

Italy

16.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-materjal maħsub biex jiġi f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel

The Joint Research Centre of the European Commission

Ispra

Italy

17.   Laboratorji ta’ referenza tal-UE għar-residwi mill-pestiċidi

(a)

Ċereali u għalf:

Fødevareinstituttet

Danmarks Tekniske Universitet

København

Denmark

(b)

Ikel li joriġina mill-annimali u prodotti b’kontenut ta’ xaħam għoli:

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg

Freiburg

Germany

(c)

Frott u ħaxix, inklużi l-prodotti għall-użu fid-dar b’kontenut għoli ta’ ilma u kontenut għoli ta’ aċdu:

Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)

Burjassot-Valencia

Spain

Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG)

Almería

Spain

(d)

Metodi għal residwi singoli:

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg

Fellbach

Germany

18.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-metalli tqal fl-għalf u fl-ikel

The Joint Research Centre of the European Commission

Geel

Belgium

19.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-Mycotoxins

The Joint Research Centre of the European Commission

Geel

Belgium

20.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-Idrokarbonji Poliċikliċi Aromatiċi (PAH)

The Joint Research Centre of the European Commission

Geel

Belgium

21.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għad-dijossini u l-PCBs fl-għalf u fl-ikel

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg

Freiburg

Germany

II.   LABORATORJI TA’ REFERENZA TAL-UE GĦAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI U ANNIMALI ĦAJJIN

1.   Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għad-deni klassiku tal-ħnieżer

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (3).

2.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda Afrikana taż-żwiemel

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (4).

3.   Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-influwenza tat-tjur

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (5).

4.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda Newcastle

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (6).

5.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda vesikulari tal-ħnieżer

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali tal-Komunità għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi relatati mal-marda vesikulari tal-ħnieżer (7).

6.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-mard tal-ħut

Veterinærinstituttet

Afdeling for Fjerkræ, Fisk og Pelsdyr

Danmarks Tekniske Universitet

Aarhus

Denmark

7.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-mard tal-molluski

Ifremer – Institut français de recherche pour l’exploitation de la mer

La Tremblade

France

8.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqima kontra r-rabja

Il-laboratorju msemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KEE tal-20 ta’ Marzu 2000 li tinnomina istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqima kontra r-rabja (8).

9.   Laboratorju ta’ referenza għall-UE għall-bluetongue

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (9).

10.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għad-deni Afrikan tal-ħnieżer

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u temenda d-Direttiva 92/119/KEE dwar il-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-ħnieżer (10).

11.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għaż-żooteknika

Il-laboratorju msemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 li taħtar il-korp ta’ referenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali ta’ razza pura [għat-tnissil] tal-ispeċi tal-bovini (11).

12.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer

Il-laboratorju msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (12).

13.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-bruċellożi

ANSES – Laboratoire de santé animale

Maisons-Alfort

France

14.   Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għal mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel

ANSES – Laboratoire de santé animale/Laboratoire de pathologie équine

Maisons-Alfort

France

15.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-mard tal-krustaċji

Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas)

Weymouth

United Kingdom

16.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għar-rabja

ANSES – Laboratoire de la rage et de la faune sauvage de Nancy

Malzeville

France

17.   Laboratorju ta’ referenza tal-UE għat-tuberkolożi tal-ifrat

VISAVET - Laboratorio de vigilancia veterinaria, Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid

Madrid

Spain”


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(4)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.

(5)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(6)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.

(7)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(8)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

(9)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

(10)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.

(11)  ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19.

(12)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 209/2011

tat-2 ta’ Marzu 2011

li jtemm il-proċedimenti antidumping u kontra s-sussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ modems bla wajer ta’ netwerk ta’ żona wiesgħa (WWAN) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jtemm ir-reġistrazzjoni ta’ tali importazzjonijiet imposta mir-Regolamenti (UE) Nru 570/2010 u (UE) Nru 811/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (‘Regolament bażiku’) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 14 u 24 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-proċediment antidumping u r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet

(1)

Fit-3 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni rċeviet ilment dwar l-allegazzjoni ta’ dumping li jikkawża ħsara fl-Unjoni b’importazzjonijiet ta’ modems bla wajer ta’ netwerk ta’ żona wiesgħa (WWAN) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“l-RPĊ”). L-ilment imsemmi kien fih ukoll talba għar-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

(2)

L-ilment tressaq minn Option NV (“il-kwerelant”), l-uniku produttur magħruf tal-modems tat-tip WWAN fl-Unjoni, li jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

(3)

L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment antidumping.

(4)

Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, b’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), tat bidu kif xieraq għal proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ modems tat-tip WWAN fl-Unjoni li joriġinaw mir-RPĊ u li attwalment għandhom il-kodiċijiet NM ex 8471 80 00 u ex 8517 62 00.

(5)

Fl-1 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni għamlet importazzjoni tal-istess prodott li joriġina mir-RPĊ soġġetti għal reġistrazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 570/2010 (4).

(6)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, lill-assoċjazzjonijiet tal-importaturi jew tal-utenti magħrufa li huma kkonċernati, lill-fornituri ta’ materja prima u dawk li jipprovdu servizzi, u lir-rappreżentanti tar-RPĊ dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fiż-żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

(7)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni wettqet ftit miż-żjarat ta’ verifika li normalment huma rikjesti. Fir-rigward tad-dumping u b’mod partikolari għall-iskopijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni iffokat fuq il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(7)(c) u b’mod partikolari fuq id-distorsjonijiet relatati mat-teħid ta’ deċiżjonijiet, mal-governanza korporattiva, mas-self, mal-finazjament tal-kumpaniji u mal-krediti għall-esportazzjoni. Għalkemm ġew żvelati l-ewwel ftit indikazzjonijiet li jagħtu xi indizji ta’ distorsjoni, it-tmiem ta’ dan il-proċediment antidumping fisser li din il-kwistjoni ma komplietx tiġi analizzata.

2.   Il-proċediment kontra s-sussidji u r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet

(8)

Fit-2 ta’ Awwissu 2010, il-Kummissjoni rċeviet ilment rigward l-allegazzjoni ta’ sussidju li jikkawża ħsara fl-Unjoni ta’ importazzjonijiet ta’ modems tat-tip WWAN li joriġinaw mir-RPĊ. L-ilment imsemmi kien fih ukoll talba għar-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009.

(9)

L-ilment tressaq minn Option NV (“il-kwerelant”), l-uniku produttur magħruf tal-modems tat-tip WWAN fl-Unjoni, li jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

(10)

L-ilment kien fih evidenza prima facie tal-eżistenza ta’ sussidji u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnhom, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidji.

(11)

Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, b’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (5), tat bidu kif xieraq għal proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ modems tat-tip WWAN fl-Unjoni li joriġinaw mir-RPĊ u li attwalment għandhom il-kodiċijiet NM ex 8471 80 00 u ex 8517 62 00.

(12)

Fis-17 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni ssuġġettat l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina mir-RPĊ għal reġistrazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 811/2010 (6).

(13)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, lill-assoċjazzjonijiet tal-importaturi jew tal-utenti magħrufa li huma kkonċernati, lill-fornituri ta’ materja prima u dawk li jipprovdu servizzi, u lir-rappreżentanti tar-RPĊ dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fiż-żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

B.   L-IRTIRAR TAL-ILMENTI U T-TMIEM TAL-PROĊEDIMENTI

(14)

Permezz ta’ żewġ ittri tas-26 ta’ Ottubru 2010 lill-Kummissjoni, Option NV irtira l-ilmenti tiegħu ta’ antidumping u kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ modems tat-tip WWAN li joriġinaw fir-RPĊ. Ir-raġuni għall-irtirar tal-ilmenti kienet li Option NV kien daħal fi ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ produttur esportatur fir-RPĊ.

(15)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, meta l-kwerelant jirtira l-ilment tiegħu, il-proċediment jista’ jintemm sakemm tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(16)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċedimenti attwali għandhom jintemmu peress li l-investigazzjonijiet rispettivi tal-antidumping u kontra s-sussidji ma sabu l-ebda fatt li juri li tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b’dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw.

(17)

Wara l-irtirar tal-ilmenti, kumpanija waħda kkuntattjat lill-Kummissjoni filwaqt li ddikjarat li hija produttur tal-Unjoni ta’ modems tat-tip WWAN. Wara dan, il-kumpanija argumentat li l-proċedimenti għandhom jitkomplew minkejja l-irtirar tal-ilmenti. Għandu jiġi nnotat li l-kumpanija ppreżentat ruħha għall-ewwel darba wara ż-żminijiet ta’ skadenza proċedurali fiż-żewġ proċedimenti li ġew ipprovduti lill-partijiet interessati biex jippreżentaw irwieħhom u biex jagħtu l-fehmiet tagħhom bħala produtturi tal-Unjoni u, bħala konsegwenza, ma sostnietx l-ilmenti mressqa minn Option qabel dawn ma ġew irtirati.

(18)

Għandu jiġi nnotat ukoll li l-allegazzjonijiet u l-informazzjoni mressqa minn din il-kumpanija ma kinux tali li jwasslu lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li jkun fl-interess tal-Unjoni li jitkomplew il-proċedimenti attwali li nbdew wara l-ilmenti ta’ Option, wara l-irtirar ta’ dawn tal-aħħar. F’dan il-kuntest, kieku jiġu imposti xi miżuri, għandha titqies - fir-rigward tal-operazzjonijiet iddikjarati tal-kumpanija b’rabta mal-modems tat-tip WWAN fl-Unjoni - l-abbiltà tal-kumpanija fil-prattika li i) jkollha rwol fis-suq tal-Unjoni għal modems tat-tip WWAN u wkoll ii) tipprovdi għal nuqqas possibbli fil-provvista. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta f’dan ir-rigward fi ħdan il-kuntest ta’ dawn il-proċedimenti, ġie konkluż li jkun disproporzjonat li kieku l-investigazzjoni titkompla u jiġu imposti miżuri wara l-irtirar tal-ilmenti.

(19)

Ma tressaq l-ebda kumment ieħor li jindika li t-tmiem ta’ dawn il-proċedimenti ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(20)

Fiċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċedimenti antidumping u kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ modems tat-tip WWAN li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jintemmu mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri.

(21)

Ir-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ modems tat-tip WWAN li joriġinaw mir-RPĊ u ddikjarati taħt il-kodiċijiet NM ex 8471 80 00 u ex 8517 62 00 b’applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 570/2010 u (UE) Nru 811/2010 għalhekk għandha titwaqqaf u r-Regolamenti msemmija għandhom jiġu rrevokati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-proċediment antidumping u kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ modems bla wajer ta’ netwerk ta’ żona wiesgħa (WWAN) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li attwalment għandhom il-kodiċijiet NM ex 8471 80 00 u ex 8517 62 00 b’dan għandhom jintemmu.

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali huma b’dan mitluba biex iwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita b’applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolamenti (UE) Nru 570/2010 u (UE) Nru 811/2010.

Artikolu 3

Ir-Regolamenti (UE) Nru 570/2010 u (UE) Nru 811/2010 b’dan għandhom jiġu rrevokati.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(3)  ĠU C 171, 30.6.2010, p. 9.

(4)  ĠU L 163, 30.6.2010, p. 34.

(5)  ĠU C 249, 16.9.2010, p. 7.

(6)  ĠU L 243, 16.9.2010, p. 37.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/39


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 210/2011

tat-2 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

122,2

MA

43,9

TN

113,1

TR

107,4

ZZ

96,7

0707 00 05

TR

171,7

ZZ

171,7

0709 90 70

MA

32,3

TR

127,5

ZZ

79,9

0805 10 20

EG

54,7

IL

78,1

MA

53,8

TN

48,8

TR

66,6

ZA

37,9

ZZ

56,7

0805 50 10

MA

45,9

TR

54,7

ZZ

50,3

0808 10 80

BR

55,2

CA

126,3

CL

90,0

CN

91,2

MK

54,8

US

106,6

ZZ

87,4

0808 20 50

AR

89,7

CL

110,5

CN

40,4

US

96,8

ZA

105,2

ZZ

88,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/41


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/19/UE

tat-2 ta' Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż it-tau-fluvalinat bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi t-tau-fluvalinat.

(2)

Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta' din is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta' Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) kienet adottata għan-noninklużjoni tat-tau-fluvalinat.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn ’il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċelerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta' Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lid-Danimarka, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Il-perjodu ta' żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostanzjali li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Id-Danimarka vvalutat id-dejta addizzjonali mibgħuta mill-applikant u ħejjiet rapport addizzjonali. Hija bagħtet dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-1 ta' Ottubru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant għall-kummenti u bagħtet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regoalment (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, fis-17 ta' Ġunju 2010 l-Awtorità ressqet il-konklużjoni tagħha dwar it-tau-fluvalinat lill-Kummissjoni (6). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fit-28 ta' Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għat-tau-fluavalinat.

(6)

Ħareġ ċar minn diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-tau-fluvalinat huma mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li t-tau-fluvalinat jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi assigurat li, fl-Istati Membri kollha, ikunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta' sustanza fl-Anness I tista' tiġi soġġetta għal kundizzjonijiet. Għalhekk jixraq li l-applikant jintalab jippreżenta aktar tagħrif li jikkonferma r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju abbażi tal-iżjed tagħrif xjentifiku reċenti dwar ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi, ir-riskju għall-artropodi mhux fil-mira u għall-impatt possibbli fuq l-ambjent tad-degradazzjoni potenzjali antiselettiva f' matriċijiet ambjentali.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Mingħajr ħsara għall-obbligazzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-tau-fluvalinat biex jaċċertaw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, ikunu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, skont kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretar tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b'rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jivverifikaw li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligu ġdid fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-Direttivi li jemendaw l-Anness I li ġew adottati sa issa.

(11)

Għalhekk jixraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tipprevedi li t-tau-fluvalinat ma jkunx inkluż u li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza jkunu rtirati sal-31 ta' Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar l-linja dwar it-tau-fluvalinat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja li tikkonċerna t-tau-fluvalinat fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE qiegħda titħassar.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom, b'konformità mad-Direttiva 91/414/KEE u fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-tau-fluvalinat bħala sustanza attiva sat-30 ta' Novembru 2011.

Sa dik id-data huma għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li l-kondizzjonijiet fl-Anness I mad-Direttiva li tikkonċerna t-tau-fluvalinat ikunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta' dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li jikkonċernaw dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu jew ikollu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma' dik id-Direttiva skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih it-tau-fluvalinat bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma' dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ma' dik id-Direttiva li tikkonċerna t-tau-fluvalinat. Fuq il-bażi ta' dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li dan jiġi ddeterminat, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih it-tau-fluvalinat bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li jkun fih it-tau-fluvalinat bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, fejn meħtieġ, sal-31 ta' Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance tau-fluvalinate. EFSA Journal 2010; 8(7):1645. [70 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1645. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu

(7)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“335

Tau fluvalinat

Nru CAS: 102851-06-9

Nru CIPAC: 786

(RS)-α-ċjano-3-fenossibenżil N-(2-kloro- α,α α- trifluoro-p-tolil)-D-valinat

(Proporzjon Isomer 1:1)

≥ 920 g/kg

(proporzjon 1:1 ta' R-α-ċjano u S-α-ċjano isomeri)

Impuritajiet:

Toluwen: mhux iktar minn 5 g/kg

l-1 ta' Ġunju 2011

il-31 ta' Mejju 2021

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala insettiċidi u akariċidi.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar it-tau-fluvalinat, u b'modpartikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta' Jannar 2011.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

(a)

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u jiżguraw li l-kondizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' miżuri xierqa ta' taffija tar-riskju;

(b)

ir-riskju għall-artropodi mhux fil-mira u jiżguraw li l-kondizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' miżuri xierqa ta' taffija tar-riskju;

(c)

li l-materjal tat-test użat fil-fajls tat-tossiċità għandu jiġi mqabbel u vverifikat ma' din l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku mmanifatturat b'mod kummerċjali.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jitressaq tagħrif ta' konferma rigward:

Ir-riskju ta' bijoakkumulazzjoni/bijotkabbir fl-ambjent akkwatiku;

lir-riskju għall-antropodi mhux fil-mira;

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jipprovdi dan it-tagħrif konfermatorju lill-Kummissjoni sal-31 ta' Mejju 2013.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jippreżenta lill-Kummissjoni tagħrif konfermatorju, sentejn wara l-adozzjoni ta' gwida speċifika, fir-rigward:

tal-impatt possibbli fuq l-ambjent tad-degradazzjoni potenzjali antiselettiva fil-matriċijiet ambjentali.”


(1)  Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport ta' reviżjoni.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/45


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/20/UE

tat-2 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-fenossikarb bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) 1490/2002 (3) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi l-fenossikarb.

(2)

Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ din is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) kienet adottata għan-noninklużjoni tal-fenossikarb.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I (5) tagħha.

(4)

L-applikazzjoni intbagħtet lill-Pajjiżi l-Baxxi, li kienu nħatru bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rrispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Il-Pajjiżi l-Baxxi vvalutaw id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparaw rapport addizzjonali. Huma kkomunikaw dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Diċembru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali għall-kummenti lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-fenossikarb lill-Kummissjoni fit-13 ta’ Settembru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fit-28 ta’ Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fenossikarb.

(6)

Ħareġ ċar mill-bosta eżamijiet li saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenossikarb huma mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-fenossikarb jiġi inkluż fl-Anness I biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista' tiġi suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għalhekk, huwa xieraq li jinħtieġ li l-applikant jibgħat tagħrif li jikkonferma l-valutazzjoni tar-risju għal antropodi mhux fil-mira u għad-duqqajs tan-naħal.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Bla ħsara għall-obbligi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE b'konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenossikarb biex ikun żgurat li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, skont kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għat-tressiq u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b'rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-Direttivi li jemendaw l-Anness I li ġew adottati sa issa.

(11)

Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tipprevedi li l-fenossikarb ma jiġix inkluż u li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza jiġu rtirati sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja dwar il-fenossikarb fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja li tikkonċerna l-fenossikarb fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

Artikolu 3

Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   B'konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fenossikarb bħala sustanza attiva sat-30 ta’ Novembru 2011.

Sa dakinhar huma għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li l-kondizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li tikkonċerna l-fenossikarb jkunu sodisfatti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li jikkonċernaw dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu jew ikollu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-fenossikarb bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-fenossikarb. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-fenossikarb bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-fenossikarb bħala wieħed minn diversi sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta’ dan it-tip fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom hi l-aktar reċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19. 8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva fenossikarb. Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(12):1779. [75 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1779. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu

(7)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fi tmiem it-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“339

Fenossikarb

Nru tal-CAS:

79127-80-3

Nru tas-CIPAC: 425

Etil 2-(4-fenossifenossi)etil]karbamat

≥ 970 g/kg

Impuritajiet:

Toluwen: massimu ta' 1 g/kg

l-1 ta' Ġunju 2011

il-31 ta' Mejju 2021

PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala insettiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-fonessikarb, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta' Jannar 2011.

F’din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti dwar dan li ġej:

Il-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi. Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

ir-riskju għan-naħal u l-antropodi mhux fil-mira. Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta' tagħrif li jikkonferma il-valutazzjoni tar-riskju għal antropodi mhux fil-mira u għad-duqqajs tan-naħal.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jipprovdi dan it-tagħrif ta' konferma lill-Kummissjoni sal-31 ta' Mejju 2013.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/49


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/21/UE

tat-2 ta' Marzu 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-kletodim bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi il-kletodim.

(2)

Skont l-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, in-notifikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta' din is-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta' Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) kienet adottata għan-noninklużjoni tal-kletodim.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta' Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta' dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I (5) tagħha.

(4)

L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Pajjiżi l-Baxxi, li kienu nħatru bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta' żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rrispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. Dik l-applikazzjoni hija konformi wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li jifdal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Il-Pajjiżi l-Baxxi vvalutaw id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparaw rapport addizzjonali. Huma bagħtu dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-1 ta' Diċmebru 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport addizzjonali għall-kummenti lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant u għaddiet il-kummenti li kienu waslulha lill-Kummissjoni. B'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-kletodim lill-Kummissjoni fl-10 ta' Settembru 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fit-28 ta' Jannar 2011 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-kletodim.

(6)

Ħareġ ċar mid-diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-kletodim huma mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-kletodim jiġi inkluż fl-Anness I, sabiex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb aktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta' sustanza fl-Anness I tista' tiġi soġġetta għal kundizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li jintalab li l-applikant jibgħat informazzjoni ulterjuri biex jikkonferma r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, fuq il-bażi tal-iktar għarfien xjentifiku reċenti, fir-rigward tal-valutazzjonijiet tal-espożizzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art u d-definizzjoni tar-residwu għall-valutazzjoni tar-riskju.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Bla ħsara għall-obbligi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE b'konsegwenza tal-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-kletodim biex ikun żgurat li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha, u l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw, skont kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mill-iskadenza msemmija hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III ta' kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta' xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) wriet li jistgħu jinħolqu diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b'rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma' dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta' awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-Direttivi li jemendaw l-Anness I li ġew adottati sa issa.

(11)

Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tipprevedi li l-kletodim ma jiġix inkluż u li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza jiġu rtirati sal-31 ta' Diċembru 2011. Jeħtieġ li titħassar il-linja dwar il-kletodim fl-Anness ma' dik id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk xieraq li d-Deċiżjoni 2008/934/KE tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja li tikkonċerna l-kletodim fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/934/KE għandha titħassar.

Artikolu 3

Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2011 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Diċembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom b'konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-kletodim bħala sustanza attiva sat-30 ta' Novembru 2011.

Sa dakinhar huma għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li l-kondizzjonijiet fl-Anness I mad-Direttiva li tikkonċerna l-kletodim jkunu sodisfatti, bl-eċċezzjoni ta' dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li jikkonċernaw dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu jew ikollu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma' dik id-Direttiva skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-kletodim bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2011, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma' dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ma' dik id-Direttiva li tikkonċerna l-kletodim. Fuq il-bażi ta' dik il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-kletodim bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2015; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih il-kletodim bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta' Mejju 2015 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta' dan it-tip fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19. 8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva kletodim. Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(9):1771. [93 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1771. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu

(7)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fi tmiem it-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE.

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“336

Kletodim

Nru tal-CAS: 99129-21-2

Nru tas-CIPAC: 508

(5RS)-2-{(1EZ)-1-[(2E)-3-kloroallilossiimino]propil}-5-[(2RS)-2-(etiltijo)propil]-3-idrossiċikloheks-2-en-1-one

≥ 930 g/kg

Impuritajiet:

toluene massimu ta’ 4 g/kg

l-1 ta’ Ġunju 2011

il-31 ta’ Mejju 2021

PARTI A

L-użi bħala erbiċida fuq pitravi taz-zokkor biss jista’ jiġi awtorizzat

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-kletodim, u b’modpartikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Jannar 2011.

F’din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi, għasafar u mammiferi, u għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet għall-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ miżuri adegwati ta’ mitigazzjoni tar-riskju.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jitressaq tagħrif ta’ konferma, fuq il-bażi tal-iktar tagħrif xjentifiku reċenti, rigward:

il-valutazzjonijiet tal-espożizzjoni tal-ħamrija u l-ilma ta’ taħt l-art,

id-definizzjoni tar-residwu għall-valutazzjoni tar-riskju.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jipprovdi dan it-tagħrif ta’ konferma lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju 2013.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta’ reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/137/PESK

tat-28 ta' Frar 2011

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Frar 2011, l-Unjoni Ewropea esprimiet it-tħassib serju tagħha fir-rigward tas-sitwazzjoni li qiegħda tiżviluppa fil-Libja. L-UE kkundannat bil-qawwa l-vjolenza u l-użu tal-forza kontra l-popolazzjoni ċivili u ddeplorat ir-ripressjoni kontra d-dimostranti paċifiċi.

(2)

L-UE tenniet l-appell tagħha għat-tmiem immedjat tal-użu tal-forza u għal passi biex jiġu indirizzati t-talbiet leġittimi tal-popolazzjoni.

(3)

Fis-26 ta' Frar 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Kunsill tas-Sigurtà”) adotta r-Riżoluzzjoni 1970 (“UNSCR 1970 (2011)”) li introduċiet miżuri restrittivi kontra l-Libja u kontra persuni u entitajiet involuti f'abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b'involviment f'attakki, li jiksru l-liġi internazzjonali, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili.

(4)

Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni fil-Libja, l-UE tqis li huwa meħtieġ li jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali.

(5)

Barra minn hekk, hija meħtieġa aktar azzjoni tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-provvista diretta jew indiretta, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawn imsemmija qabel, kif ukoll tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, lil-Libja minn ċittadini tal-Istati Membri jew li tibda jew tgħaddi mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u kemm jekk le.

2.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-forniment ta' persunal merċenarju armat, relatat ma' attivitajiet militari jew mal-forniment, il-manteniment u l-użu ta' oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Libja;

(b)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari jew mal-forniment, il-manteniment u l-użu ta' oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Libja;

(c)

il-parteċipazzjoni, konxjentement u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-objettiv jew l-effett tagħhom hu li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ tagħmir militari li ma joqtolx, jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv;

(b)

forniment, bejgħ jew trasferiment ieħor ta' armi u materjal relatat;

(c)

il-forniment ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-persunal, relatat ma' tali tagħmir;

(d)

il-forniment ta’ assistenza finanzjarja relatata ma’ tali tagħmir;

kif approvat bil-quddiem, fejn adatt, mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 1970 (2011) (“il-Kumitat”):

2.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Libja minn persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 3

L-akkwist minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 1(1) mil-Libja għandu jiġi pprojbit, kemm jekk joriġina kif ukoll jekk ma joriġinax fit-territorju tal-Libja.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f’konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u b'konsistenza mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari l-liġi tal-baħar u ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, il-merkanzija kollha lejn u mil-Libja, fit-territorju tagħhom, inklużi portijiet u ajruporti, jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom, malli jiskopruhom, jissekwestraw u jiddisponu minn (bħal billi jinqerdu, isiru inoperabbli, jinħażnu jew jiġu ttrasferiti għal qirda lejn Stat għajr dawk l-Istati ta' oriġini jew destinazzjoni ) oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita taħt din id-Deċiżjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, mal-ispezzjonijiet u d-disponimenti li jsiru skont il-paragrafi 1 u 2.

4.   L-inġenji tal-ajru u l-bastimenti li jittrasportaw merkanzija lejn u mil-Libja għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' informazzjoni addizzjonali ta' qabel il-wasla jew it-tluq tal-merkanzija kollha li tiddaħħal fi Stat Membru jew toħroġ minnu.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu minn, it-territorji tagħhom ta':

(a)

persuni elenkati fl-Anness I tal-UNSCR 1970 (2011), u persuni addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), kif elenkat fl-Anness I;

(b)

persuni mhux koperti mill-Anness I involuti fi jew kompliċi fl-ordni, fil-kontroll jew fid-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b'involviment fi jew b'kompliċità fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tal-liġi internazzjonali, inkluż il-bombardament mill-ajru, fuq popolazzjonijiet jew faċilitajiet ċivili, jew b'aġir għal jew f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif elenkat fl-Anness II.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru jiċħad liċ-ċittadini tiegħu stess dħul fit-territorju tiegħu.

3.   Il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika jekk il-Kumitat jiddetermina li:

(a)

l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuż; jew

(b)

eżenzjoni tkun tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Libja u l-istabbiltà fir-reġjun.

4.   Il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika meta:

(a)

id-dħul jew it-transitu huwa meħtieġ biex jitwettaq proċess ġudizzjarju; jew

(b)

Stat Membru jiddetermina fuq bażi ta' każ b'każ li tali dħul jew transitu huwa meħtieġ biex jiffaċilita l-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-Istat Membru jinnotifika sussegwentement lill-Kumitat fi żmien tmienja u erbgħin siegħa wara li tkun saret tali determinazzjoni.

5.   Il-paragrafu 1(b) għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha;

(c)

taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d)

taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

6.   Il-paragrafu 5 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika anki f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

7.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 5 jew 6.

8.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1(b) fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Libja.

9.   Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 8 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mogħtija bil-kondizzjoni li ma ssir l-ebda oġġezzjoni bil-miktub minn wieħed, jew iżjed, mill-Membri tal-Kunsill, fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

10.   F’każijiet fejn, skont il-paragrafi 5, 6, u 8, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 6

1.   Il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

(a)

persuni jew entitajiet elenkati fl-Anness II għall-UNSCR 1970 (2011), u persuni u entitajiet addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), jew minn individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, kif elenkat fl-Anness III;

(b)

persuni jew entitajiet mhux koperti mill-Anness III involuti fi jew kompliċi fl-ordni, fil-kontroll, jew fid-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b'involviment fi jew b'kompliċità fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tal-liġi internazzjonali, inkluż il-bombardament mill-ajru, fuq popolazzjonijiet jew faċilitajiet ċivili, jew minn individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, kif elenkat fl-Anness IV;

għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta', persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1.

3.   Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a)

meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta’ assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li jkunu konnessi mal-provvediment ta' servizzi legali f'konformità mal-liġijiet nazzjonali; jew

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta' rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta' fondi ffriżati, assistenza finanzjarja oħra u riżorsi ekonomiċi;

wara n-notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn adatt, dwar l-intenzjoni li jawtorizza l-aċċess għal tali fondi, assi jew riżorsi ekonomiċi oħra u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

4.   Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn adatt, u approvazzjoni mill-Kumitat; jew

(b)

is-suġġett ta' garanzija jew sentenza ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, li f'dak il-każ il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew dik is-sentenza bil-kondizzjoni li l-garanzija jew is-sentenza kienet imdaħħla qabel id-data tal-adozzjoni tal-UNSCR 1970 (2011), u mhix għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn adatt;

5.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna jew entità indikata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li tkun daħlet fih qabel l-elenkar ta' tali persuna jew entità, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jkunx riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 u wara notifika mill-Istat Membri rilevanti lill-Kumitat, fejn adatt, dwar l-intenzjoni li jsiru jew jiġu riċevuti tali ħlasijiet jew biex tiġi awtorizzata t-tneħħija tal-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra jew ir-riżorsi ekonomiċi għal dan il-għan, 10 ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.

6.   Il-Paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

(a)

interessi jew qligħ ieħor dovut fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi;

bil-kondizzjoni li kwalunkwe imgħax, qligħ ieħor u ħlasijiet bħal dawn jibqgħu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 7

L-ebda pretensjoni, inkluż għal kumpens jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont il-UNSCR 1970 (2011), inklużi miżuri tal-Unjoni jew kwalunkwe Stat Membru f’konformità ma’, kif rikjest minn jew bi kwalunkwe konnessjoni mal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandhom jingħataw lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Annessi I, II, III jew IV, jew lil kwalunkwe persuna jew entità fil-Libja, inkluż il-Gvern tal-Libja, jew kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità.

Artikolu 8

1.   Il-Kunsill għandu jimplimenta modifiki għall-Annessi I u III abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.

2.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Istati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-listi fl-Annessi II u IV u jadotta modifiki għalihom.

Artikolu 9

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Annessi I jew III.

2.   Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 5(1)(b) u 6(1)(b), huwa għandu jemenda l-Annessi II u IV kif meħtieġ.

3.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, u jipprovdi lil tali persuna jew entità opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

4.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità kif meħtieġ.

Artikolu 10

1.   L-Annessi I, II, III u IV għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati kkonċernati, kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Annessi I u III.

2.   L-Annessi I, II, III u IV għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati, kif ipprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Annessi I u III. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta’ twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Annessi I u III għandhom jinkludu wkoll id-data tal-indikazzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.

Artikolu 11

Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili.

Artikolu 12

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra kif adatt, b'mod partikolari fid-dawl tad-deċiżjonijiet rilevanti mill-Kunsill tas-Sigurtà.

2.   Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 5(1)(b) u 6(1)(b) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u minn tal-inqas kull 12-il xahar. Huma ma għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma għadhomx sodisfatti.

Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a)

1.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Numru tal-passaport: B010574. Data tat-twelid: 01/07/1950.

Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

2.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Data tat-twelid: 1946. Post tat-twelid: Houn, il-Libja.

Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar QADHAFI. Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Passat ta' ordnijiet ta' vjolenza kontra d-dissidenti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

3.

DORDA, Abu Zayd Umar

Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

4.

JABIR, Maġġur Ġeneral Abu Bakr Yunis

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.

Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

MATUQ, Matuq Mohammed

Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms.

Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'suppressjoni tad-dissens u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid:1948. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Fis-snin 80, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-assassinju tad-dissidenti u allegatament responsabbli minn diversi mwiet fl-Ewropa. Huwa suspettat ukoll li kien involut fl-akkwist tal-armi.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

7.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

8.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20/09/1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

9.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

10.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

11.

QADHAFI Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà għall-ordni tar-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

12.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

13.

QADHAFI, Saadi

Numru tal-passaport: 014797. Data tat-twelid: 25/05/1973. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

14.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

15.

QADHAFI, Saif al-Islam

Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25/06/1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

16.

AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah

Data tat-twelid: 1949. Post tat-twelid: is-Sudan.

Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-suppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.


ANNESS II

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 5(1)(b)

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

1.

ABDULHAFIZ, Kurunell Mas’ud

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati

it-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl- Intelligence Militari.

28.2.2011

2.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb qrib ta' Muammar QADHAFI.

28.2.2011

3.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Membru prominenti tar-reġim. Ħaten Muammar QADHAFI.

28.2.2011

4.

ASHKAL, Al-Barrani

 

Membru anzjan tar-reġim.

28.2.2011

5.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

6.

QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: L-Eġittu

Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Qadhafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi.

28.2.2011

7.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja

Mart Muammar QADHAFI.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

8.

SALEH, Bachir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett tal-Mexxej.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

9.

Il-Ġeneral TOHAMI, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

10.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011


ANNESS III

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 6(1)(a)

1.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

2.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20/09/1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

3.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

4.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà li ordna r-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAFI, Saif al-Islam

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25/06/1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.


ANNESS IV

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 6(1)(b)

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

1.

ABDULHAFIZ, Kurunell Mas’ud

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati

it-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl- Intelligence Militari.

28.2.2011

2.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb qrib ta' Muammar QADHAFI.

28.2.2011

3.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Membru prominenti tar-reġim. Ħaten Muammar QADHAFI.

28.2.2011

4.

ASHKAL, Al-Barrani

Pożizzjoni: Viċi Direttur, Intelligence Militari

Membru anzjan tar-reġim.

28.2.2011

5.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

6.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Pożizzjoni: Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji,

Nru tal-passaport: B010574

Data tat-twelid: 01/07/1950

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

7.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar QADHAFI.

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Houn, il-Libja

Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Storja ta' vjolenza kontra dissidenti.

28.2.2011

8.

DORDA, Abu Zayd Umar

Pożizzjoni: Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

28.2.2011

9.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Pożizzjoni: Ministru tad-Difiża.

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Jalo, il-Libja

Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

28.2.2011

10.

MATUQ, Matuq Mohammed

Pożizzjoni: Segretarju għall-Utilitajiet

Data tat-twelid: 1956

Post tat-twelid: Khoms

Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat, storja ta' involviment fis-soppressjoni tad-dissidenti u vjolenza.

28.2.2011

11.

QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: L-Eġittu

Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Qadhafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi.

28.2.2011

12.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Fit-tmeninijiet, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. tal-armi.

28.2.2011

13.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Pożizzjoni: Chairman tal-Kumpannija Ġenerali tal-Posta u t-Telekomunikazzjoni

Data tat-twelid: 1970

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar- reġim.

28.2.2011

14.

QADHAFI, Saadi

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Speċjali

Nru tal-passaport 014797

Data tat-twelid: 25/05/1973

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostranti.

28.2.2011

15.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

16.

AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah (Al-Megrahi)

Pożizzjoni: Direttur tal-Intelligence Militari

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Sudan

Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjoni. Fil-passat, issuspettat bl-involviment fil-massakru tal-ħabs Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

28.2.2011

17.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja

Mart Muammar QADHAFI.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

18.

SALEH, Bachir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett tal-Mexxej.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

19.

Il-Ġeneral TOHAMI, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

20.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà

Esterna. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 114/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 357/2008 tat-22 ta’ April 2008 li jemenda l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 571/2008 tad-19 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji għal reviżjoni tal-programmi ta’ monitoraġġ annwali dwar il-BSE (3) b’relevanza għaż-ŻEE għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 584/2008 tal-20 ta’ Ġunju 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium fid-dundjani (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008 taż-17 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2008 tat-23 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-annimali u l-kontenut tad-dokumenti ta’ moviment (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 956/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2009 tat-3 ta’ Frar 2009 li jemenda l-Annessi VII u IX għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 129/2009 tat-13 ta’ Frar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 197/2006 dwar il-validità tal-miżuri tranżitorji li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk li kienu oġġetti tal-ikel (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 162/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 li jemenda l-Annessi III u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 163/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 li jemenda l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(13)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 199/2009 tat-13 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi miżura tranżitorja li tidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-provvista diretta ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam frisk li ġej minn qatgħat ta’ brojlers u dundjani (13) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(14)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 213/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1003/2005 fir-rigward tal-kontroll u l-ittestjar tas-Salmonella fil-qatgħat għat-tgħammir tal-Gallus gallus u tad-dundjani (14) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(15)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 759/2009 tad-19 ta’ Awwissu 2009 li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini (15) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(16)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/53/KE tat-30 ta’ April 2008 li temenda l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta’ viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC) (16) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-ħnieżer (17) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(18)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/392/KE tat-30 ta’ April 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta’ paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet biex tagħmel disponibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi, informazzjoni dwar in-negozji tal-produzzjoni tal-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati tal-ipproċessar (18) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(19)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/650/KE tat-30 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika tal-mard tal-annimali fil-Komunità biex tinkludi fil-lista ta’ mard li għandu jkun nnotifikat u biex titħassar l-enċefalomjelite enterovirali tal-ħnieżer minn dik il-lista (19) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(20)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/815/KE tal-20 ta’ Ottubru 2008 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-Salmonella f’qatgħat ta’ brojlers tal-Gallus gallus  (20) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(21)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/896/KE tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar linji-gwida għall-għan tal-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskji stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (21) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(22)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/908/KE tat-28 ta’ Novembru 2008 li tawtorizza lil ċerti Stati Membri biex jirrevedu l-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE (22) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(23)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/946/KE tat-12 ta’ Diċembru 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE rigward ir-rekwiżiti għall-kwarantina tal-annimali tal-akkwakultura (23) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(24)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE tal-31 ta’ Ottubru 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar programmi ta’ sorveljanza u qerda u status ta’ ħelsien minn mard ta’ Stati Membri, żoni u kompartimenti (24) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(25)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/247/KE tas-16 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/322/KE rigward l-għoti tal-ikel lil ċerti għasafar tal-ispeċi nekrofaġi fil-Bulgarija b’ċertu materjal ta’ kategorija 1 (25) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(26)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/722/KE tad-29 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/324/KE rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intraspeċje għall-għoti tal-ikel lil ċerti annimali bil-pil fil-Latvja (26) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(27)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/771/KE tal-20 ta’ Ottubru 2009 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-salmonella fid-dundjani (27) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(28)

Ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 iħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 1999/567/KE (28) u 2003/390/KE (29) li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk għandhom jitħassru skont il-Ftehim.

(29)

Id-Direttiva 2008/71/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE (30) li hi inkorporata fil-Ftehim u għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim.

(30)

Ir-Regolament 2009/177/KE iħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/300/KE (31) u 2002/308/KE (32) li huma inkorporati fil-Ftehim u għalhekk għandhom jitħassru skont il-Ftehim.

(31)

Il-Paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I jispeċifika li d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-annimali ħajjin, għajr il-ħut u l-annimali tal-akwakultura, ma għandhomx japplikaw għall-Islanda, u li għandu jingħad dan f’relazzjoni mal-att speċifiku meta dan ma jkunx se japplika jew ikun se japplika parzjalment għall-Islanda. Għalhekk, għandu jingħad f’relazzjoni mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (33), li hi diġà inkorporata fil-Ftehim, li din ma tapplikax għall-Islanda.

(32)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Islanda b’perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Islanda qabel ir-reviżjoni ta’ dan il-Kapitolu b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (34).

(33)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 357/2008, (KE) Nru 571/2008, (KE) Nru 584/2008, (KE) Nru 746/2008, (KE) Nru 933/2008, (KE) Nru 956/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 103/2009, (KE) Nru 129/2009, (KE) Nru 162/2009, (KE) Nru 163/2009, (KE) Nru 199/2009, (KE) Nru 213/2009 u (KE) Nru 759/2009, id-Direttivi 2008/53/KE u 2008/71/KE u d-Deċiżjonijiet 2008/392/KE, 2008/650/KE, 2008/815/KE, 2008/896/KE, 2008/908/KE, 2008/946/KE, 2009/177/KE, 2009/247/KE, 2009/722/KE u 2009/771/KE, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 244, 16.9.2010, p. 3.

(2)  ĠU L 111, 23.4.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 161, 20.6.2008, p. 4.

(4)  ĠU L 162, 21.6.2008, p. 3.

(5)  ĠU L 202, 31.7.2008, p. 11.

(6)  ĠU L 256, 24.9.2008, p. 5.

(7)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 8.

(8)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.

(9)  ĠU L 34, 4.2.2009, p. 11.

(10)  ĠU L 44, 14.2.2009, p. 3.

(11)  ĠU L 55, 27.2.2009, p. 11.

(12)  ĠU L 55, 27.2.2009, p. 17.

(13)  ĠU L 70, 14.3.2009, p. 9.

(14)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 5.

(15)  ĠU L 215, 20.8.2009, p. 3.

(16)  ĠU L 117, 1.5.2008, p. 27.

(17)  ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31.

(18)  ĠU L 138, 28.5.2008, p. 12.

(19)  ĠU L 213, 8.8.2008, p. 42.

(20)  ĠU L 283, 28.10.2008, p. 43.

(21)  ĠU L 322, 2.12.2008, p. 30.

(22)  ĠU L 327, 5.12.2008, p. 24.

(23)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 94.

(24)  ĠU L 63, 7.3.2009, p. 15.

(25)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 20.

(26)  ĠU L 257, 30.9.2009, p. 38.

(27)  ĠU L 275, 21.10.2009, p. 28.

(28)  ĠU L 216, 14.8.1999, p. 13.

(29)  ĠU L 135, 3.6.2003, p. 19.

(30)  ĠU L 355, 5.12.1992, p. 32.

(31)  ĠU L 103, 19.4.2002, p. 24.

(32)  ĠU L 106, 23.4.2002, p. 28.

(33)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(34)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


ANNESS

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 7b (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004) fil-Parti 1.1:

“—

32008 R 0933: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2008 tat-23 ta’ Settembru 2008 (ĠU L 256, 24.9.2008, p. 5),

32009 R 0759: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 759/2009 tad-19 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 215, 20.8.2009, p. 3).

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom, għall-iskopijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Fit-tabella tal-kodiċi tal-pajjiżi fin-nota tal-qiegħ 1 fl-Anness, għandu jiżdied dan li ġej:

L-Islanda

IS

352

In-Norveġja

NO

578 ”

2.

It-test tal-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE) fil-Parti 1.1 għandu jitħassar.

3.

Il-punt li ġej għandu jiġi nkluż wara l-punt 7c (ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1:

“7d.

32008 L 0071: Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31).”

4.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 8a (id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE) fil-Parti 3.1, il-punt 5a (id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE) fil-Parti 4.1 u l-punt 4a (id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE) fil-Parti 8.1:

“, kif emendat permezz ta':

32008 L 0053: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/53/KE tat-30 ta' April 2008 (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 27).”

5.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 5a (id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE) fil-Parti 3.1:

“Dan l-att ma għandux japplika għall-Islanda.”

6.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE) fil-Parti 3.1:

“—

32008 D 0650: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/650/KE tat-30 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 42).”

7.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 41 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008) fil-Parti 3.2:

“42.

32008 D 0896: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/896/KE tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar linji-gwida għall-għan tal-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskji stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (ĠU L 322, 2.12.2008, p. 30).”

8.

It-test tal-punti 51 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/567/KE), 65 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE), 66 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE), u 72 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/390/KE) fil-Parti 4.2 għandu jitħassar.

9.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 85 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2008) fil-Parti 4.2:

“86.

32008 R 1251: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41),

87.

32008 D 0392: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/392/KE tat-30 ta’ April 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta’ paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet biex tagħmel disponibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi, informazzjoni dwar in-negozji tal-produzzjoni tal-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati tal-ipproċessar. (ĠU L 138, 28.5.2008, p. 12),

88.

32008 D 0946: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/946/KE tat-12 ta’ Diċembru 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE rigward ir-rekwiżiti għall-kwarantina tal-annimali tal-akkwakultura (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 94),

89.

32009 D 0177: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE tal-31 ta’ Ottubru 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar programmi ta’ sorveljanza u qerda u status ta’ ħelsien minn mard ta’ Stati Membri, żoni u kompartimenti (ĠU L 63, 7.3.2009, p. 15).”

10.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 8b (ir-Regolament (KE) 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1 u 25 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005) fil-Parti 7.2:

“—

32009 R 0213: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 213/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 73, 19.3.2009, p. 5).”

11.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“—

32008 R 0357: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 357/2008 tat-22 ta’ April 2008 (ĠU L 111, 23.4.2008, p. 3),

32008 R 0571: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 571/2008 tad-19 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 161, 20.6.2008, p. 4),

32008 R 0746: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 202, 31.7.2008, p. 11),

32008 R 0956: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 956/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 8),

32009 R 0103: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2009 tat-3 ta’ Frar 2009 (ĠU L 34, 4.2.2009, p. 11),

32009 R 0162: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 162/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 (ĠU L 55, 27.2.2009, p. 11),

32009 R 0163: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 163/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 (ĠU L 55, 27.2.2009, p. 17).”

12.

It-test tal-adattament li ġej għandu jiżdied fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“H.

Fl-Anness IX, Kapitolu D, Taqsima B, punt c), dan li ġej għandu jiżdied wara l-kliem ‘ddestinat għal Stat Membru elenkat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 546/2006,’:

‘jew iddestinat għan-Norveġja,’ ”

13.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 45 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 197/2006) fil-Parti 7.2:

“—

32009 R 0129: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 129/2009 tat-13 ta' Frar 2009 (ĠU L 44, 14.2.2009, p. 3).”

14.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 47 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2007) fil-parti 7.2:

“, kif emendat permezz ta':

32008 R 0584: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 584/2008 tal-20 ta' Ġunju 2008 (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 3).”

15.

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 50 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/486/KE) fil-Parti 7.2:

“51.

32008 R 0584: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 584/2008 tal-20 ta’ Ġunju 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium fid-dundjani (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 3),

52.

32009 R 0199: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 199/2009 tat-13 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi miżura tranżitorja li tidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-provvista diretta ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam frisk li ġej minn qatgħat ta' brojlers u dundjani (ĠU L 70, 14.3.2009, p. 9).”

16.

Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM JIKKUNSIDRAW”, il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħalu wara l-punt 4i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/874/KE) fil-Parti 7.2:

“4j.

32008 D 0815: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/815/KE tal-20 ta’ Ottubru 2008 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-Salmonella f’qatgħat ta’ brojlers tal-Gallus gallus (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 43).

4k.

32009 D 0771: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/771/KE tal-20 ta’ Ottubru 2009 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-Salmonella fid-dundjani (ĠU L 275, 21.10.2009, p. 28).”

17.

Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF DOVUT”, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 41a (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/667/KE) fil-Parti 7.2:

“41b.

32008 D 0908: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/908/KE tat-28 ta' Novembru 2008 li tawtorizza lil ċerti Stati Membri biex jirrevedu l-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 24).”

18.

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 42 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/322/KE) fil-Parti 7.2:

“—

32009 D 0247: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/247/KE tas-16 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 73, 19.3.2009, p. 20).”

19.

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ”, l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 43 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/324/KE) fil-Parti 7.2:

“—

32009 D 0722: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/722/KE tad-29 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 257, 30.9.2009, p. 38).”


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/69


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 115/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE dwar l-approvazzjoni ta’ kompartimenti għat-tjur u ta’ kompartimenti għal għasafar maqbuda oħrajn fir-rigward tal-influwenza avjarja u miżuri ta’ bijosikurezza preventivi addizzjonali f’kompartimenti (3) simili għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 789/2009 tat-28 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-ħarsien kontra attakki minn vetturi u r-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ monitoraġġ u sorveljanza tal-bluetongue (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1156/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ ċerti annimali ta’ speċijiet suxxettibbli mill-projbizzjoni tal-ħruġ stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar annimali tal-ispeċijiet bovini ta’ razza pura għat-tnissil (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/437/KE tat-8 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/268/KE dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza avjarja fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi li għandha titwettaq fl-Istati Membri (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/600/KE tal-5 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti Stati Membri u reġjuni tagħhom huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi bovina (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/601/KE tal-5 ta’ Awwissu 2009 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE fir-rigward tal-entrati għall-Ġermanja fil-lista ta’ laboratorji awtorizzati li jiċċekkjaw l-effettività tal-vaċċinazzjoni kontra l-idrofobija f’ċerti karnivori domestiċi (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/621/KE tal-20 ta’ Awwissu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Irlanda ta’ Fuq fil-lista ta’ reġjuni fejn hemm stabbilit programm approvat ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(12)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/761/KE tal-15 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Iskozja hi uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi bovina (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/779/KE tat-22 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE fir-rigward tad-daħliet għad-Danimarka fil-lista ta’ laboratorji awtorizzati biex jiċċekkjaw l-effettività tal-vaċċinazzjoni kontra l-idrofobija f’ċerti karnivori domestiċi (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/869/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 li temenda l-Annessi XI, XII, XV u XVI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista taal-laboratorji awtorizzati jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-istandards minimi ta’ sigurtà applikabbli għalihom (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(15)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/976/KE tal-15 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward ta’ testijiet dijanjostiċi għal-lewkożi enzootika bovina (15) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(16)

Id-Direttiva 2008/119/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KE (16) li hi inkorporata fil-Ftehim u għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

(17)

Id-Direttiva 2009/157/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KE (17) li hi inkorporata fil-Ftehim u għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

(18)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim.

(19)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għall-Islanda u għal-Liechtenstein.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 180/2008, (KE) Nru 616/2009, (KE) Nru 789/2009 u (KE) Nru 1156/2009, Direttivi 2008/119/KE u 2009/157/KE u d-Deċiżjonijiet 2009/437/KE, 2009/600/KE, 2009/601/KE, 2009/621/KE, 2009/761/KE, 2009/779/KE, 2009/869/KE u 2009/976/UE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 244, 16.9.2010, p. 3.

(2)  ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4.

(3)  ĠU L 181, 14.7.2009, p. 16.

(4)  ĠU L 227, 29.8.2009, p. 3.

(5)  ĠU L 313, 28.11.2009, p. 59.

(6)  ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7.

(7)  ĠU L 323, 10.12.2009, p. 1.

(8)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 45.

(9)  ĠU L 204, 6.8.2009, p. 39.

(10)  ĠU L 204, 6.8.2009, p. 43.

(11)  ĠU L 217, 21.8.2009, p. 5.

(12)  ĠU L 271, 16.10.2009, p. 34.

(13)  ĠU L 278, 23.10.2009, p. 58.

(14)  ĠU L 315, 2.12.2009, p. 8.

(15)  ĠU L 336, 18.12.2009, p. 36.

(16)  ĠU L 340, 11.12.1991, p. 28.

(17)  ĠU L 206, 12.8.1977, p. 8.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


ANNESS

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1:

“—

32008 R 0180: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4).”

2.

It-test tal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE) fil-Parti 2.1 għandu jitħassar.

3.

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE, imħassar) fil-Parti 2.1:

“1a.

32009 L 0157: Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar annimali tal-ispeċijiet bovini ta’ razza pura għat-tnissil (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 1).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Islanda.”

4.

L-inċiż li ġej għandhu jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1:

“—

32009 D 0869: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/869/KE tas-27 ta' Novembru 2009 (ĠU L 315, 2.12.2009, p. 8).”

5.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 38 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/268/KE) fil-Parti 3.2:

“, kif emendat permezz ta':

32009 D 0437: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/437/KE tat-8 ta' Ġunju 2009 (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 45).”

6.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 40 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007) fil-Parti 3.2:

“—

32009 R 0789: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 789/2009 tat-28 ta' Awwissu 2009 (ĠU L 227, 29.8.2009, p. 3),

32009 R 1156: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1156/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 59).”

7.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 42 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/896/KE) fil-Parti 3.2;

“43.

32009 R 0616: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ kompartimenti għat-tjur u ta’ kompartimenti għal għasafar maqbuda oħrajn fir-rigward tal-influwenza avjarja u miżuri ta’ bijosikurezza preventivi addizzjonali f’kompartimenti simili (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 16).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Islanda.”

8.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE) fil-Parti 4.1:

“—

32009 D 0976: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/976/UE tal-15 ta' Diċembru 2009 (ĠU L 336, 18.12.2009, p. 36).”

9.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32009 D 0600: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/600/KE tal-5 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 204, 6.8.2009, p. 39),

32009 D 0761: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/761/KE tal-15 ta' Ottubru 2009 (ĠU L 271, 16.10.2009, p. 34).”

10.

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 76 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32009 D 0601: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/601/KE tal-5 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 204, 6.8.2009, p. 43),

32009 D 0779: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/779/KE tat-22 ta' Ottubru 2009 (ĠU L 278, 23.10.2009, p. 58).”

11.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 84 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32009 D 0621: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/621/KE tal-20 ta' Awwissu 2009 (ĠU L 217, 21.8.2009, p. 5).”

12.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 89 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE) fil-Parti 4.2;

“90.

32008 R 0180: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Islanda.”

13.

It-test tal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE) fil-Parti 9.1 għandu jitħassar.

14.

Dan il-punt għandu jiddaħħal wara l-punt 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE) fil-Parti 9.1:

“12.

32008 L 0119: Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7).

Dan l-att m'għandux japplika għall-Islanda.”


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/73


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 116/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/141/KE tat-23 ta’ Novembru 2009 li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi tal-arseniku, it-teobromina, id-Datura sp., ir-Ricinus communis L., il-Croton tiglium L. u l-Abrus precatorius L (2). għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 33 (id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim:

‘—

32009 L 0141: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/141/KE tat-23 ta' Novembru 2009 (ĠU L 308, 24.11.2009, p. 20).’

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/141/KE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 34.

(2)  ĠU L 308, 24.11.2009, p. 20.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 117/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/231/KE tat-12 ta’ April 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/502/KE li titlob lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li jkunu disponibbli fis-suq biss il-lighters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lighters fantażjużi (2), trid tkun integrata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/322/KE tat-18 ta’ April 2008 li tipproroga l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li titlob lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li jkunu disponibbli fis-suq biss il-lighters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lighters fantażjużi (3), trid tkun integrata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/298/KE tas-26 ta’ Marzu 2009 li tipproroga l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li titlob lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li jkunu disponibbli fis-suq biss il-lighters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lighters fantażjużi (4), trid tkun integrata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/157/KE tat-12 ta’ Marzu 2010 li tipproroga l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li titlob lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li jkunu disponibbli fis-suq biss il-lighters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lighters fantażjużi (5), trid tkun integrata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 3k (Direttiva tal-Kummissjoni 2006/502/KE) tal-Kapitolu XIX tal-Anness II għall-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

32007 D 0231: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/231/KE tat-12 ta’ April 2007 (ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16),

32008 D 0322: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/322/KE tat-18 ta’ April 2008 (ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40),

32009 D 0298: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/298/KE tas-26 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 23),

32010 D 0157: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/157/UE tat-12 ta' Marzu 2010 (ĠU L 67, 17.3.2010, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/231/KE, 2008/322/KE, 2009/298/KE u 2010/157/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 31.

(2)  ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16.

(3)  ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40.

(4)  ĠU L 81, 27.3.2009, p. 23.

(5)  ĠU L 67, 17.3.2010, p. 9.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/75


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 118/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE tas-17 ta’ Marzu 2009 li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimethylfumarate ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/153/UE tal-11 ta’ Marzu 2010 li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimethylfumarate ma jitqegħdux jew ikunu disponibbli fis-suq (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 3 m (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/357/KE) tal-Kapitolu XIX tal-Anness II għall-Ftehim:

“3n.

32009 D 0251: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE tas-17 ta’ Marzu 2009 li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimethylfumarate ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih (ĠU L 74, 20.3.2009, p. 32), kif emendata b’:

32010 D 0153: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/153/UE tal-11 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 63, 12.3.2010, p. 21).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/251/KE u 2010/153/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 31.

(2)  ĠU L 74, 20.3.2009, p. 32.

(3)  ĠU L 63, 12.3.2010, p. 21.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/76


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 119/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2006 tas-27 ta’ Jannar 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/43/KE tal-4 ta’ April 2008 li twaqqaf, skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE, sistema għall-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-isplussivi għall-użi ċivili (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 3 (Direttiva tal-Kummissjoni 2004/57/KE) fil-Kapitolu XXIX tal-Anness II għall-Ftehim:

“4.

32007 L 0023: Id-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi (ĠU L 154, 14.6.2007, p. 1).

5.

32008 L 0043: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/43/KE tal-4 ta’ April 2008 li twaqqaf, skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE, sistema għall-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-isplussivi għall-użi ċivili (ĠU L 94, 5.4.2008, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2007/23/KE u 2008/43/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 92, 30.3.2006, p. 29.

(2)  ĠU L 154, 14.6.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 94, 5.4.2008, p. 8.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/77


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 120/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (riformulazzjoni) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/83/KE tas-27 ta’ Lulju 2009 li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummisssjoni 2009/384/KE tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva 2009/65/KE tħassar, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE (6), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha għaldaqstant titħassar taħt l-istess Ftehim b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011.

(7)

Id-Direttiva 2009/110/KE tħassar, b’effett mit-30 ta’ April 2011, id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha għaldaqstant titħassar taħt l-istess Ftehim b’effett mit-30 ta’ April 2011.

(8)

Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), li hija inkorporata fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2003 (9) tas-26 ta’ Settembru 2003, tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 77/92/KEE (10), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha għaldaqstant titħassar taħt l-istess Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti 30 (id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE) u 30a (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/16/KE) għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-punti 30a u 30b rispettivament.

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal qabel il-punt il-ġdid 30a (id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE):

“30.

32009 L 0065: Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (riformulazzjoni) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).”

3.

It-test tal-punt il-ġdid 30a (id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE) għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011.

4.

Il-punt 15 (id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għadu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 15a.

5.

Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal qabel il-punt il-ġdid 15a (id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“15.

32009 L 0110: Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).”

6.

It-test tal-punt il-ġdid 15a (id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b’seħħ mit-30 ta’ April 2011.

7.

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0083: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/83/KE tas-27 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 14),

32009 L 0110: Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).”

8.

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 23b (id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0110: Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).”

9.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 43 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/657/KE):

“44.

32009 H 0384: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22).”

10.

It-test tal-punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/92/KEE) għandu jitħassar.

11.

Il-punti 29f (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE) u 29 g (id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-punti 29c u 29d rispettivament.

12.

Il-punt 29ga (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE) għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 29da.

13.

Il-punt 29h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007) għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 29e.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet Nri 2009/65/KE, 2009/83/KE u 2009/110/KE u tar-Rakkomandazzjoni 2009/384/KE fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 39.

(2)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(3)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 14.

(4)  ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.

(5)  ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22.

(6)  ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3.

(7)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39.

(8)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.

(9)  ĠU L 331, 18.12.2003, p. 34.

(10)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 14

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/79


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 121/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/187/UE tal-25 ta’ Marzu 2010 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 13c (id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32010 D 0187: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/187/UE tal-25 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 83, 30.3.2010, p. 24).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/187/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 332, 16.12.2010, p. 58.

(2)  ĠU L 83, 30.3.2010, p. 24.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/80


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 122/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (1).

(2)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/19/UE tat-13 ta’ Jannar 2010 dwar l-iskambju sikur ta’ dejta elettronika bejn l-Istati Membri biex tkun ivverifikata l-uniċità tal-biljetti tas-sewwieqa (2) li joħorġu għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 36a (id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII tal-Ftehim:

ATTI LI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota tal-kontenut tal-atti li ġejjin:

36b.

32010 H 0019: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/19/UE tat-13 ta’ Jannar 2010 dwar l-iskambju sikur ta’ dejta elettronika bejn l-Istati Membri biex tkun ivverifikata l-uniċità tal-biljetti tas-sewwieqa li joħorġu (ĠU L 9, 14.1.2010, p. 10).”

Artikolu 2

It-testijiet tar-Rakkkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/19/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 332, 16.12.2010, p. 58.

(2)  ĠU L 9, 14.1.2010, p. 10.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/81


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 123/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010 tas- 6 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 66 l (ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta’:

32010 R 0285: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010 tat-6 ta' April 2010 (ĠU L 87, 7.4.2010, p. 19).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 285/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 332, 16.12.2010, p. 58.

(2)  ĠU L 87, 7.4.2010, p. 19.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/82


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 124/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta (2), kif korrett mill-ĠU L 328, 15.12.2009, p. 83, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/442/KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar (3), kif korretta mill-ĠU L 322, 9.12.2009, p. 40, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt lj (id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim:

“1ja.

32008 R 1205: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadejta (ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12), kif korrett mill-ĠU L 328, 15.12.2009, p. 83.

1jb.

32009 D 0442: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/442/KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar (ĠU L 148, 11.6.2009, p. 18), kif korretta mill-ĠU L 322, 9.12.2009, p. 40.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1205/2008, kif korrett mill-ĠU L 328, 15.12.2009, p. 83, u tad-Deċiżjoni 2009/442/KE, kif korretta mill-ĠU L 322, 9.12.2009, p. 40, fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2010 tat-30 ta’ April 2010 (4), skont liema minn dawn tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 47.

(2)  ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12.

(3)  ĠU L 148, 11.6.2009, p. 18.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.

(4)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 23.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/83


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 125/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-tessuti għall-kisi tal-art (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lill-kisi tal-injam tal-art (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 2z (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim:

“2za.

32009 D 0967: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-tessuti għall-kisi tal-art (ĠU L 332, 17.12.2009, p. 1).

2zb.

32010 D 0018: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-tessuti għall-kisi tal-art (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 32).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/967/KE u 2010/18/KE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 47.

(2)  ĠU L 332, 17.12.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 8, 13.1.2010, p. 32.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/84


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 126/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/915/KE tat-30 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-valuri tal-klassifikazzjonijiet tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri bħala riżultat tal-eżerċizzju tal-interkalibrar (2), trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 13caa (Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XX mal-Ftehim:

“13cab.

32008 D 0915: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/915/KE tat-30 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-valuri tal-klassifikazzjonijiet tas-sistemi ta' monitoraġġ tal-Istati Membri bħala riżultat tal-eżerċizzju tal-interkalibrar (ĠU L 332, 10.12.2008, p. 20).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/915/KE fil-lingwa Islandiża u fil-lingwa Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 47.

(2)  ĠU L 332, 10.12.2008, p. 20.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/85


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 127/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temeda l-Anness XXII (Il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII għall-Ftehim ġie emendat b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2010 tat-1 ta’ Ottubru 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/64/UE tal-5 ta’ Frar 2010 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti pajjiżi terzi skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 10fa (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/627/KE) tal-Anness XXII tal-Ftehim:

“10fb.

32010 D 0064: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/64/UE tal-5 ta' Frar 2010 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti pajjiżi terzi skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 6.2.2010, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/64/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)  ĠU L 332, 16.12.2010, p. 63.

(2)  ĠU L 35, 6.2.2010, p. 15.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deciżjoni Nru 127/2010 li tinkorpora d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/64/UE fil-Ftehim

“Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/64/UE tal-5 ta' Frar 2010 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti pajjiżi terzi skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha x’taqsam mal-għarfien tal-adekwatezza tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.”


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/86


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 167/09/COL

tas-27 ta' Marzu 2009

dwar il-kera u l-bejgħ tal-bażi tal-ajru Lista (in-Norveġja)

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), b'mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokol 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Artikolu 1(3) tal-Parti I u l-Artikolu 4(2) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u l-Qorti (4),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE (5), u b'mod partikolari l-Parti V tiegħu dwar l-elementi ta' għajnuna mill-Istat fil-bejgħ ta' art u bini minn awtoritajiet pubbliċi,

WARA LI SEJĦET lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont l-Artikolu 6(1) tal-Parti II tal-Protocol 3 (6),

WARA LI KKUNSIDRAT il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   FATTI

1.   PROĊEDURA

Id-Deċiżjoni Nru 183/07/COL biex jingħata bidu għall-proċedura ta' investigazzjoni formali ġiet ippubblikata f'll-Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment taż-ŻEE tiegħu. L-Awtorità stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom. L-Awtorità rċeviet kummenti mingħand Lista Lufthavn AS. Permezz ta' ittra bid-data tal-4 ta' Diċembru 2007 (Avveniment Nru 455712), l-Awtorità ressqet dawn il-kummenti lill-Awtoritajiet Norveġiżi li kellhom l-opprotunità li jwieġbu. B'ittra li ġġib id-data tat-12 ta' Diċembru 2007 (Avveniment Nru 457245), l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-kummenti tagħhom.

L-Awtorità ħatret espert, is-Sur Geir Saastad, biex jagħmel valutazzjoni indipendenti tal-bażi tal-ajru Lista. Il-ħatra tal-espert saret fl-14 ta' April 2008. L-ambitu tal-missjoni tal-espert kien li jiġi ddeterminat (i) il-valur tas-suq tal-bażi tal-ajru u (ii) il-valur li kellu jiġi meħmuż mal-obbligu marbut mal-art u l-bini.

Ir-rapport finali tal-espert indipendenti kien ikkomunikat lill-Awtorità f'Mejju 2008.

Permezz ta' ittra bid-data tat-18 ta' Lulju 2008 (Avveniment Nru 486089), l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-awtoritajiet Norveġiżi.

L-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu għat-talba għall-informazzjoni mitluba permezz ta' ittra bid-data tat-28 ta' Awwissu 2008 (Avveniment Nru 489312).

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI INVESTIGATI

L-Awtorità investigat żewġ miżuri differenti: il-kera u l-bejgħ tal-bażi tal-ajru Lista.

2.1.   DESKRIZZJONI TAL-BAŻI TAL-AJRU LISTA

Fil-Proposta Nru 50 (1994-1995) lill-Parlament (7), lill-Ministeru tad-Difiża ppreżenta l-proposta tiegħu dwar l-għeluq tal-bazi tal-ajru. Il-Ministeru tad-Difiża ressaq dik li tissejjaħ “alternattiva ta' żvilupp”. Taħt dak il-pjan, il-Forzi Armati Norveġiżi kellhom jivvalutaw il-konglomerazzjoni tal-bini biex jiddeċiedu dwar il-bini li ma setax jew li ma kellux jintuża' għal skopijiet industrijali jew kummerċjali. Il-bini li jista' jintuża' għal skopijiet kummerċjali/industrijali għandu jinżam għal perjodu massimu ta' għaxar snin sabiex ikunu riveduti l-possibiltajiet tal-iżvilupp kummerċjali u jħejju għal aħjar użu kummerċjali possibbli tal-bażi tal-ajru.

Bħala segwitu għar-riżoluzzjoni mill-Parlament, tfasslu diversi rapporti biex issir deskrizzjoni ġenerali tal-bażi tal-arju Lista (l-awtoritajiet Norveġiżi kienu ssottomettew biss rapport bid-data tal-24 ta' Jannar 2002 dwar is-sikurezza fir-rigward tan-nirien li permezz tiegħu TekØk taw rapport dwar l-istandards kif kienu dak iż-żmien, irrakkomandaw titjib u kkalkulaw l-ispejjeż tax-xogħlijiet irrakkomandati).

Il-bażi tal-ajru Lista tkopri 5 000 000 m2 ta' artijiet. Il-konglomerazzjoni tal-bini tikonsisti fi mħażen, kwartieri, swali tal-ikel u ħangars li jirrapreżentaw madwar 28 000 m2. Il-proprjetà tinkludi wkoll airstrip u żona ta' artijiet mistagħdra.

Skont is-settur muniċipali tal-bażi tal-ajru Lista approvat mill-Kunsill Muniċipali ta' Farsund, il-proprjetà ser tkun tista' tintuża' għal attivitajiet kummerċjali inklużi servizzi ta' avjazzjoni, żvilupp pubbliku, snajja' u industrija. Iż-żona ta' madwar Slevdalsvannet, li tinkludi ż-żona tal-artijiet mistagħdra u l-maħżen għal-munizzjoni għall-Forzi Armati Norveġiżi, kienet riżervata għall-użu tal-Forzi Armati Norveġiżi, is-servizzi tal-ajruport u l-konservazzjoni tan-natura. Madwar 1 900 000 m2 jistgħu jintużaw għal skopijiet industrijali. Partijiet mill-art u ċertu bini huma protetti skont il-Pjan nazzjonali ta' Protezzjoni mill-Forzi Armati Norveġiżi, inklużi:

tliet ħangars u s-simulatur tad-difiża tal-ajru;

sala tal-ikel, u

partijiet mill-art, inklużi r-runways, it-taxiways u parti min-netwerk tat-toroq.

2.2.   IL-KERA TAL-BAŻI TAL-AJRU LISTA

Fil-kuntest tar-riorganizzazzjoni tal-proprjetà li tappartjeni għall-Forzi Armati tan-Norveġja, fl-1994-1995 ġie deċiż li l-attivitajiet tal-bażi militari fil-bażi militari Lista għandhom jieqfu sa mill-1 ta' Lulju 1996.

Fis-27 ta' Ġunju 1996, l-Aġenzija Norveġiża għall-Proprjetà ta' Diviża - (minn hawn “'il quddiem l-ANPD”) laħqet ftehim dwar il-kera għal-għaxar snin mal-Lista Airport Development AS (“LAD”) li kellu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1996 sat-30 ta' Ġunju 2006 bil-possibbiltà li l-LAD tikri l-bażi tal-ajru għal perjodu ulterjuri ta' għaxar snin. Il-kumpanija kienet proprjetà tal-Muniċipalità ta' Farsund (20 %) u ta' investituri lokali (80 %). Il-ftehim kopra disa' binjiet, li jikkorrispondu għal madwar 12 500 m2, u r-runway, li tkopri 421 610 m2.

L-għan ewlieni tal-ftehim kien biex jiġi żviluppat, bħala parti mill-implimentazzjoni ta' “alternattivi ta' żvilupp” u fil-perjodu ta' massimu ta' għaxar snin, servizzi tal-ajru kummerċjali fuq il-bażi tal-ajru.

Fl-1 ta' Lulju 1996, il-ftehim tal-kera ġie trasferit lil Lufthavn Lista Lufthavn AS (“LILAS”) li kien ġie stabbilit fit-3 ta' Mejju 1996.

Il-ftehim tal-kera kien jipprovdi li LILAS kellha tikri parti speċifika tal-bini u l-airstrip għall-prezz annwali ta' NOK 10 000 li kellu jiġi aġġustat kull ħames snin. L-ANPD ser ikun jintitola wkoll għal 15 % tad-dħul ta' LILAS mis-sottokiri tal-bini. Matul il-perjodiu mill-1 ta' Lulju 1996 sa Settembru 2002, LILAS daħlet f'diversi kuntratti ta' sottokirjiet. Id-dħul mis-sottokiri mħallas lil ANPD kien ta' NOK 245 405.

Il-ftehim tal-kera kien jipprovdi li s-sid tal-bażi tal-ajru kien responsabbli għal manutenzjoni esterna tal-bini u l-manutenzjoni tal-airstrip. Ir-responsabbiltà kienet limitata għal NOK 1 500 000 fis-sena. Bħala kunsiderazzjoni għal dan l-obbligu, is-sid kien intitolat biex jaqsam il-profitti. L-Artikolu 3 tal-ftehim tal-kera pprovda li f'każ li l-profitt iġġenerat b'riżultat tal-użu kummerċjali tal-bażi tal-ajru jkun qabeż NOK 4 500 000, is-sid tal-bażi tal-ajru kellu jkun intitolat għal 20 % tal-profitti li teċċedi dik iċ-ċifra.

Kienu operati ċerti servizzi kummerċjali għal xi żmien. Braathen Safe u Air Stord mexxew servizzi kummerċjali sal-1 ta' Novembru 1999. Matul is-sena 2000, LILAS kompliet tinvestiga l-possibiltà li tistabbilixxi mill-ġdid titjiriet skedati u li jiġi zviluppat l-ajruport bħala terminal għall-merkanzija bil-merkanzija tal-ajru li titqassam lejn l-Ewropa. LILAS amministrat it-twaqqif mill-ġdid ta' titjiriet skedati bejn Oslo u Lista amministrat minn Cost Air matul l-2001. Fl-2002 ma kien hemm l-ebda tijira skedata li operat fl-ajruport ta' Lista. Peress li LILAS ma laħqitx l-għan inizjali ta' ħolqien ta' sevizzi tal-ajru kummerċjali fil-bażi tal-ajru, id-dħul matul is-snin 1996-2002 qatt ma qabeż l-ammont ta' NOK 4 500 000 fis-sena.

Fi tmiem il-perjodu inizjali ta' għaxar snin, LILAS kellha l-possibiltà biex testendi l-kera għal għaxar snin oħra. Jekk dak id-dritt ma jkunx ġie eżerċitat, LILAS setgħet tixtri żona speċifika tal-bażi tal-ajru għal prezz ta' NOK 10 000 000. Barra minn hekk, il-kuntratt kien jipprovdi li LILAS kellha l-possibiltà li tixtri l-bażi tal-ajru għall-prezz ta' NOK 25 000 000, kieku l-ANPD kellha tiddeċiedi li tbigħ lill-bażi tal-ajru LISTA en bloc matul il-perjodu tal-kera. Permezz ta' ittra bid-data tat-13 ta' Diċembru 2002, LILAS irrinunzjat mid-dritt preventiv tagħha li tixtri l-bażi tal-ajru LISTA en bloc u l-bażi tal-ajru nbiegħet lil-Lista Flypark AS.

F'Ġunju 2006, b'konformità mat-termini tal-ftehim tal-kera, LILAS eżerċitat id-dritt preventiv tagħha li tixtri partijiet mill-bażi tal-ajru Lista għall-ammont ta' NOK 10 000 000 mingħand Lista Flypark AS.

2.3.   IL-BEJGĦ TAL-BAŻI TAL-AJRU LISTA

Fit-12 ta' Settembru 2002 l-ANPD biegħet il-bażi tal-ajru Lista lil Lista Flypark AS. Il-bejgħ wassal għal ħlas nett ta' NOK 10 875 000 mill-Istat Norveġiż lill-Lista Flypark AS. Sabiex ikunu analizzati t-termini u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ, trid issir distinzjoni bejn żewġ stadji suċċessivi: il-valutazzjoni tal-valur tas-suq tal-proprjetà min-naħa l-waħda, u l-obbligazzjonijiet marbuta mal-art u mal-bini min-naħa l-oħra

2.3.1.    Passi li ttieħdu sabiex jinstab xerrej għall-bażi tal-ajru

Fl-1997, LILAS mexxiet l-ANPD sabiex jiġi nnegozjat ix-xiri tal-bażi tal-ajru. Fil-21 ta' Ottubru 1998, il-Muniċipalità ta' Farsund u LILAS qablu dwar strateġija għax-xiri tal-proprjetà. In-negozjati bejn l-ANPD, il-Muniċipalità ta' Farsund u LILAS madanakollu kienu interrotti fit-22 ta' Frar 1999 minħabba li l-partijiet ma setgħux jiftiehmu dwar il-prezz.

Matul is-sena 2000, l-ANPD kienet għamlet diversi reklami f'ġurnali lokali (Farsund Avis) u ġurnali reġjonali (Fedrelandsvennen u Stavanger Aftenblad) għall-bejgħ tal-proprjetà. Il-bejgħ kif kien previst f'dak iż-żmien kien ta' partijiet mill-proprjetà Ir-reklami ma wasslu għall-ebda bejgħ.

Fis-16 u s-17 ta' Awwissu, l-ANPD organizzat il-Konferenza dwar Lista li għaliha kienu mistiedna 7 000- 8 000 investitur potenzjali. L-għan tal-konferenza kien li l-ANPD tippreżenta l-bażi tal-ajru Lista, u t-trasformazzjoni possibbli tal-bażi tal-ajru minn użu militari għal użu kummerċjali, lill-partijiet interessati. Wara l-konferenza, ġie maħtur konsulent is-Sur Hjort biex jassisti għall-proċess tal-bejgħ. Hu kkonkluda li “kien diffiċli li l-bażi tal-ajru tinbiegħ lil żviluppaturi tal-proprjetà peress li dawn ma kinux xerrejja vijabbli, u minħabba l-fatt li l-potenzjal tal-proprjetà għall-użu kien ferm limitat minħabba l-ftehim ma' LILAS”.

F'Awwissu 2001, l-ANPD ddeċidieit li l-proprjetà għandha tinbiegħ en bloc sabiex ma tippermettix li ċerti żoni tal-bażi tal-ajru ma jibqgħux totalment mhux attraenti għal xerrejja potenzjali.

Fil-kuntest tan-negozjati kmieni fl-2002 mal-iżviluppaturi tal-proprjetà Intervest Eiendom AS u Interconsult Prosjektutvikling AS, l-ANPD ordnat żewġ evalwazzjonijiet tal-valur mill-assessuri tal-proprjetà Verditakst u OPAK. In-negozjati fallew, iżda fit-12 ta' Settembru 2002, intlaħaq ftehim għall-bejgħ bejn l-ANPD u Lista Flypark AS.

2.3.2.    Il-prezz tal-bejgħ

Il-prezz tal-bejgħ kien ibbażat fuq tliet elementi: (i) il-prezz proprju li jrid jitħallas għall-proprjetà, (ii) pagament addizzjonali li jikkorrispondi għal 50 % tal-bejgħ nett mill-ġdid u (iii) ammont li jikkorrispondi għal 30 % tad-dħul nett mill-ftehim tal-kera.

(i)   Prezz tal-proprjetà

Ir-rapport tal-OPAK, bid-data tad-29 ta' Mejju 2002, għamel distinzjoni bejn it-tliet xenarji segwenti: il-bejgħ tal-proprjetà lil xerrej ġdid (NOK 32 000 000), il-bejgħ tal-proprjetà lill-inkwilin fuq il-bażi ta' dritt preventiv li jixtri parti mill-bini u l-art mikrija fi tmiem il-perjodu tal-kera ta' għaxar snin (NOK 34 000 000) u l-bejgħ tal-proprjetà lill-inkwilin fuq il-bażi tad-dritt preventiv tiegħu li jixtri l-proprjetà en bloc matul il-perjodu tal-kera (NOK 25 000 000).

Ir-rapport Verditakst, bid-data tas-7 ta' Ġunju 2002, ikkonkluda li l-valur tas-suq tal-proprjetà kien ta' NOK 11 000 000.

Il-prezz tal-bejgħ kien fil-fatt ġie miftiehem fuq il-bażi ta' valutazzjoni li wettqet Verditakst, jiġifieri NOK 11 000 000.

Fuq il-bażi tar-rapport dwar is-sikurezza fir-rigward tan-nirien imsemmi aktar 'il fuq, ammont ta' NOK 7 500 000 tnaqqas mill-valur tal-proprjetà bħala kunsiderazzjoni tax-xogħol li kien jeħtieġ isir sabiex tintlaħaq konformità mal-istandards tas-sikurezza fir-rigward tan-nirien. Għalhekk, il-prezz tal-bejgħ tal-proprjetà tnaqqas għal NOK 3 500 000.

(ii)   50 % qsim mill-bejgħ mill-ġdid nett.

Skont l-Artikolu 3 tal-ftehim tal-bejgħ, l-ANPD kienet intitolata għal 50 % ta' kwalunkwe dħul iġġenerat mill-bejgħ ta' biċċiet ta' art fil-proprjetà. Il-bejgħ ta' biċċtejn art irriżulta fi trasferiment ta' NOK 795 263 lill-ANPD. Barra minn hekk, hemm nuqqas ta' qbil pendenti ta' NOK 5 000 000 bħala interpretazzjoni ta' dik id-dispożizzjoni b'rabta max-xiri minn LILAS fiż-żona li fiha kellha għażla taħt il-ftehim ta' kera.

(iii)   30 % tad-dħul nett mill-ftehim tal-kera

L-ANPD kienet intitolata wkoll għal 30 % ta' kwalunkwe qligħ wara t-taxxa ġġenerat taħt il-ftehim tal-kera. Madanakollu, l-ebda dħul ma kien iġġenerat minn Lista Flypark AS fil-perjodu mill-2003 sal-2006.

2.3.3.    Il-valur marbut mal-obbligazzjonijiet relatati mal-art u l-bini

Ġie miftieħem li x-xerrej kellu jiġi kkumpensat għall-obbligazzjonijiet marbuta mal-proprjetà li ma kinux ikkunsidrati fil-valutazzjoni. Il-kumpens kien ikopri dan li ġej:

(i)

kumpens relatat ma' stallazzjonijiet tekniċi (bħal ma huma linji elettriċi ta' trażmissjoni): NOK 3 500 000

L-ANPD ħadet ir-responsabbiltà tal-kontribuzzjoni għat-trasformazzjoni tal-bażi tal-ajru minn bażi tal-ajru miltari għal negozju kummerċjali f'konformità mad-deċiżjoni tal-Parlament. “skont ir-riżoluzzjoni parlamentari, il-Forzi Armati huma obbligati li jħejju ż-żona għal użu ċivili. Din l-obbligazzjoni tinvolvi b'mod speċjali kull impenn lejn is-sidien tal-art li tmiss maż-żona fejn għandu x'jaqsam id-drenaġġ, kif ukoll fl-iffaċiltar ta' infrastruttura ġdida b'rabta mal-iżvilupp taż-żona.”

(ii)

kumpens relatat mal-iżvilupp ta' infrastruttura ġdida: NOK 5 500 000

L-ANPD kienet għal darba oħra obbligata li tħallas l-ispejjeż għat-trasformazzjoni tal-bażi tal-ajru minn użu miltari għal dak ċivili.

(iii)

kumpens relatat mal-ftehim tal-kera ta' LILAS: NOK 5 375 000

Il-ftehim tal-kera jipprovdi li s-sid tal-bażi tal-ajru hu responsabbli għall-ispejjeż tal-manutenzjoni esterna tal-bini u l-manutenzjoni tar-runway. Dawn ir-responsabbiltajiet madanakollu kienu llimitati għal NOK 1 500 000kull sena. Peress li fiż-żmien tal-bejgħ fl-2002, L-ANPD kienet obbligata li tħallas lil LILAS ammont annwali ta' NOK 1 500 000 għal madwar erba' snin oħra, l-ammont ta' NOK 5 375 000 kien akkreditat lil Lista Flypark AS sabiex jissodisfa dawn l-obbligazzjonijiet lejn LILAS.

Il-kumpens totali li kien jammonta għal NOK 14 375 000 inqata' mill-prezz tal-bejgħ ta' NOK 3 500 000. Għalhekk l-awtoritajiet Norveġiżi ħallsu l-ammont ta' NOK 10 875 000 lix-xerrej.

3.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET NORVEĠIŻI

3.1.   KUMMENTI LI JIKKONĊERNAW IL-FTEHIM TAL-KERA TA' LILAS

3.1.1.    Ebda għajnuna jew vantaġġ ma kien mogħti lil LILAS taħt il-ftehim tal-kera

L-awtoritajiet Norveġiżi indikaw li anke għalkemm il-kera kif kienet speċifikata fil-ftehim tal-kera kien verament NOK 10 000 kull sena, dan il-valur ma kienx jirrifletti b'mod preċiż l-ammonti li fil-fatt tħallsu lil ANPD Tabilħaqq l-ANPD kienet intitolata wkoll għal 15 % tad-dħul ta' LILAS mis-sottokiri tal-bini. Barra minn hekk, f'każ li d-dħul gross marbut mal-avjazzjoni kummerċjali kien jaqbez l-ammont ta' NOK 4 500 000 fis-sena, l-ANPD kienet intitolata wkoll għal 20 % tad-dħul li jeċċedi dik iċ-ċifra.

Id-dħul mis-sottokiri mħallas lill-ANPD kien ta' NOK 245 405. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, id-dħul mis-sottokiri ta' NOK 245 405 għandu jiżdied mal-kera annwali ta' NOK 10 000. Il-kera totali matul il-kera sakemm sar il-bejgħ fl-2002 kien jammonta għal NOK 310 405.

L-awtoritajiet Norveġiżi jkomplu jargumentaw li LILAS kellha tiżviluppa, topera u żżomm il-proprjetà għal servizzi tal-ajru kummerċjali fil-bażi tal-ajru, li kien jammonta għal obbligazzjoni lejn is-servizz pubbliku. F'dan il-kuntest, l-ammont ta' kera mħallsa għandu jiġi kkunsidrat bħala pjuttost immaterjali għall-valutazzjoni tal-ftehim għall-kera. F'każ li l-proġett kellu jirnexxi, il-profitti ta' LILAS skont il-ftehim tal-kera setgħu kienu sinifikanti. Min-naħa l-oħra, kieku kellha sseħħ il-previżjoni aktar moderata, allura l-kera tal-bażi tal-ajru, minħabba r-riskju finanzjarju tal-ftehim tal-kera bbażat fuq spejjeż sostanzjali li ma setgħux jiġu evitati, ma kinitx trendi qligħ lil-LILAS.

3.1.2.    Ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE

L-awtoritajiet Norveġiżi argumentaw li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-kummerċ fiż-ŻEE kien affettwat u li l-kompetizzjoni kienet imxekkla minn dik l-għajnuna. Huma għamlu referenza għal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-dwar l-għajnuna tal-bidu għal-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (8) li skont dawn il-Linji Gwida, Lista tkun ikklassifikata bħala kategorija D, jiġifieri ajruport żgħir b'volum annwali ta' passiġġieri li jammonta għal anqas minn miljun passiġġier. Il-bażi totali ta' passiġġieri ta' Lista hu ta' 32 000 persuna. Il-Linji Gwida dwar l-Ajruporti jipprovdu li “l-finanzjament mogħti lill-ajruporti reġjonali żgħar (kategorija D) m'għandux ixekkel il-kompetizzjoni jew jaffettwa l-kummerċ b'mod li jmur kontra l-interess komuni” (9).

3.1.3.    Ebda għajnuna illegali ma ġiet mogħtija

L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li l-Linji Gwida ġodda għall-ajruporti (10) għandha ssir referenza għalihom meta jiġu riveduti t-termini tal-ftehim tal-kera. Naturalment, anke jekk il-Linji Gwida ma kinux ġew adottati fiż-żmien meta daħal fis-seħħ il-ftehim tal-kera, l-awtoritajiet Norveġiżi jisħqu li l-Linji Gwida ġodda dwar l-ajruporti “huma adddizzjonali u mhux jieħdu post” il-Linji Gwida ta' qabel u għaldaqstant għandha ssir referenza għalihom.

L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li LILAS kienet inkarigata b'obbligazzjoni ta' servizz pubbliku li kien jikkonsisti fl-“operat tal-infrastruttura, li tkopri l-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-infrastruttura tal-ajruport”. Għalhekk imbagħad jirreferu għal-Linji Gwida l-ġodda li jipprovdu: “finanzjament bħal dan ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jekk ikun kumpens għal servizzi pubbliċi li jkunu allokati għall-ġestjoni tal-ajruport skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mis-sentenza Altmark. (…) għajnuna bħal din tista' titqies li hi kompatibbli mal-funzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE abbażi biss tal-Artikoli 61(3) (a) jew (c), taħt ċerti kondizzjonijiet, jew abbażi tal-Artikolu 59(2) jekk tosserva ċerti kundizzjonijiet li jassiguraw li huma neċessarji għall-operat ta' servizz ta' interess ġenerali ekonomiku u ma jaffettwax il-kummerċ li jmur kontra l-interessi tal-Partijiet Kontraenti”.

Il-Muniċipalità ta' Farsund, li fiha tinsab il-bażi tal-ajru, hija eleġibbli għal għajnuna reġjonali.

L-awtoritajiet Norveġiżi għaldaqstant jikkonkludu li kull għajnuna mogħtija lil LILAS kienet tikkonsisti f'kumpens li ma kienx jaqbeż dak li kien meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż imposti biex jitneħħew l-obbligi ta' servizz pubbliku li kienet inkarigata minnhom.

3.2.   KUMMENTI LI JIKKONĊERNAW IL-FTEHIM TA' BEJGĦ

3.2.1.    Ebda għajnuna jew vantaġġ ma ngħataw lil-Lista Flypark AS b'konnessjoni mal-bejgħ

L-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li anke jekk ma ġewx applikati b'mod riġidu l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 2.2 tal-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat fil-bejgħ tal-artijiet u l-bini minn awtoritajiet pubbliċi, “bosta xerrejja potenzjali kienu informati b'mod adegwat bl-isforzi tal-ANPD biex tbigħ il-bażi tal-ajru”. Tabilħaqq, kif inhu indikat fit-Taqsima 2.3.1, ħafna passi ttieħdu sabiex ikun jista' jinstab xerrej

Barra minn hekk l-awtoritajiet Norveġiżi saħqu li l-prezz tal-bejgħ kien jirrifletti b'mod preċiż il-valur tal-proprjetà u l-obbligazzjonijiet legali marbuta miegħu. Huma jirreferu għall-fatt li l-prezz tax-xiri proprju ma kienx jikkorrispondi biss mal-prezz tal-artijiet iżda wkoll ta' elementi oħra bħal ma huma 50 % ta'qsim tal-profitti mill-bejgħ mill-ġdid u 30 % ta' qsim tad-dħul nett possibbli ta' Lista Flypark AS (ara t-Taqsima 2.3.2 aktar 'il fuq).

3.2.2.    Ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE

L-awtoritajiet Norveġiżi reġgħu saħqu fuq il-punti msemmija aktar 'il fuq taħt it-Taqsima 3.1.2.

3.2.3.    Ebda għajnuna illegali ma ġiet mogħtija

L-awtoritajiet Norveġiżi għamlu referenza għall-ispjegazzjoni tagħhom dwar il-ftehim tal-kera li kellha ma' LILAS

4.   KUMMENTI MAGĦMULA MINN TERZI PERSUNI,

Permezz ta' itttra bid-data tal-15 ta' Novembru 2007 (Avveniment Nru 452517), id-ditta ta' avukati li jirrapreżentaw lil Lufthavn AS issottomettew il-kummenti għad-deċiżjoni tal-Awtorità biex jidba investigazzjoni formali (11).

Il-kummenti kienu llimitati għall-ftehim tal-kera u ma kinux jindirizzaw il-kwistjoni tal-bejgħ tal-art.

4.1.   EBDA GĦAJNUNA JEW VANTAĠĠ MA KIEN MOGĦTI LIL LILAS TAĦT IL-FTEHIM TAL-KERA

Il-kera annwali de facto ma kinitx ta' NOK 10 000 peress li l-ANPD irċeviet NOK 245 405 mis-sottokiri. Barra minn hekk, LILAS – permezz tal-ftehim tal-kera – kienet fdata bl-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku biex topera u tamministra l-bażi tal-ajru Lista. Din l-obbligazzjoni ta' servizz ġenerali kienet tfisser limitazzjonijiet sinifikattivi għall-possibilitajiet ta' LILAS biex tisfrutta l-bażi tal-ajru għal skopijiet oħra. Fl-2001, l-ispiża totali ta' operazzjoni bħal din kienet ta' madwar NOK 5 500 000 kull sena. Fid-dawl tal-ispejjeż sinifikattivi, kien inkluz il-limitu annwali ta' NOK 1 500 000 fil-ftehim tal-kera fid-9 ta' Mejju 2006. LILAS u l-azzjonisti tagħha ġarrbu telf sostanzjali bħala konsegwenza tal-ftehim tal-kera (12).

4.2.   EBDA EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ BEJN L-ISTATI TAŻ-ŻEE

Il-Ftehim ta' LILAS hu strettament marbut mal-kera tal-bażi tal-ajru Lista għall-obbligi dwar is-servizz pubbliku tal-ġestjoni u l-operazzjoni tal-bażi tal-ajru nnifisha u mhux għall-operazzjoni ta' titjiriet domestiċi skedati u tal-ġarr tal-merkanzija bl-ajru internazzjonali. F'dan ir-riward kwalunkwe għajnuna mogħtija taħt dan il-Ftehim ma jaffettwax il-kummerċ skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE.

4.3.   KWALUNKWE GĦAJNUNA MOGĦTIJA LIL LILAS TKUN GĦAJNUNA ILLEGALI

Jekk l-Awtorità tikkonkludi li ġiet mogħtija għajnuna lil LILAS, fi kwalunkwe ċirkostanza din kellha tkun kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE fuq il-bażi tal-Linji Gwida dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali.

4.4.   EBDA BAŻI GĦAL DEĊIŻJONI TA' RKUPRU

Fl-aħħar nett, il-ftehim tal-kera daħal fis-seħħ fis-27 ta' Ġunju 1996. L-unika talba ta' informazzjoni li ntbagħtet matul il-perjodu ta' għaxar snin wara dik id-data kienet tindirizza l-għotja potenzjali ta' għajnuna permezz tal-bejgħ iżda mhux permezz tal-ftehim tal-kera. Il-perjodu ta' għaxar snin kien għalhekk interrott b'azzjoni mill-Awtorità L-Artikolu 15 tal-Protokoll 3 jipprovdi: “il-poteri tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex jirkupraw l-għajnuna għandhom ikunu suġġetti għal perjodu ta' limitazzjoni ta' għaxar snin”.

II.   VALUTAZZJONI

1.   IL-KERA TA' PARTI MILL-BAŻI TAL-AJRU LISTA

Il-ftehim tal-kera ma' LAD kien iffirmat fis-27 ta' Ġunju 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1996.

l-Artikolu 15 tal-Protokoll 3 jipprovdi:

“1.   Il-poteri tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex jirkupraw l-għajnuna għandhom ikunu suġġetti għal perjodu ta' limitazzjoni ta' għaxar snin.

2.   Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jibda dakinhar li l-għajnuna illegali tingħata lill-benefiċjarju bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna f'forma ta' skema ta' għajnuna. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, li ssir fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, fir-rigward tal-għajnuna illegali għandha tinterrompi l-perjodu ta' limitazzjoni. Il-preskrizzjoni terġa' tibda tiddekorri mill-ġdid wara kull interruzzjoni. Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jiġi sospiż għal kemm id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-EFTA tkun soġġetta għall-proċedimenti qabel il-Qorti tal-EFTA.

3.   Kwalunkwe għajnuna li għaliha jkun skada l-perjodu ta' limitu, għandha tinftiehem li hi għajnuna eżistenti.”

L-ewwel talba għal informazzjoni li kienet tindirizza l-kwistjoni tal-miżura potenzjali għall-għajnuna fil-forma tal-ftehim tal-kera ntbagħtet fit-28 ta' Marzu 2007. L-Awtorità tikkunsidra li, f'dik id-data, il-perjodu ta' limitazzjoni ta' għaxar snin kien skada minħabba li l-kuntratt li jorbot lill-partijiet kien daħal fis-seħħ fis-27 ta' Ġunju 1996. Għalhekk, l-ebda rkupru ma kien possibbli. Barra minn hekk, il-ftehim tal-kera nnifsu kien ukoll diġà skada, minħabba li LILAS ma għamlitx użu mill-għażla biex iġġedded il-ftehim għal għaxar snin oħra. Għalhekk, fit-30 ta' Ġunju 2006 il-ftehim tal-kera ma baqax jeżisti u l-ebda effett ulterjuri ma nħoloq minħabba dak il-ftehim.

Taħt dawn iċ-ċirkustanzi, deċiżjoni mill-Awtorità dwar il-klassifikazzjoni bħala għajnuna tal-miżura kkonċernata u l-kompatibilità tagħha mal-Ftehim taż-ŻEE ma jkollha l-ebda effett prattiku (13).

2.   IL-BEJGĦ TAL-BAŻI TAL-AJRU LISTA

2.1.   IL-PREŻENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jipprovdi dan li ġej:

“Bla ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f'dan il-Ftehim, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli ma' dan il-Ftehim.”

Il-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat dwar l-elementi ta' għajnuna mill-Istat f'bejgħ ta' artijiet u bini minn awtoritajiet pubbliċi jagħtu informazzjoni ulterjuri dwar kif l-Awtorità tinterpreta u tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE li tirregola l-għajnuna mill-Istat meta din tkun tikkonċerna l-valutazzjoni tal-bejgħ u art u bini pubbliku. It-Taqsima 2.1 tiddeskrivi bejgħ permezz ta' proċedura ta' irkant mhux ikkondizzjonat, filwaqt li t-Taqsima 2.2 tiddeskrivi bejgħ mingħajr proċedura bla kundizzjoni (permezz ta' valutazzjoni indipendenti ta' espert). Dawn iż-żewġ proċeduri jippermettu lill-Istati tal-EFTA li jinnegozjaw il-bejgħ tal-artijiet u l-bini b'mod li ma jippermettux għajnuna mill-Istat.

2.2.   PREŻENZA TA' RIŻORSI STATALI

Il-miżura għandha tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi statali. Peress li l-ANPD hija entità tal-Istat, ir-riżorsi tagħha huma riżorsi tal-Istat.

Il-bejgħ ta' artijiet u bini pubbliċi li huma taħt il-valur ras-suq jimplika li huma involuti riżorsi tal-Istat. Madanakollu, il-Linji Gwida tal-Għajnuna mill-Istat dwar l-elementi tal-għajnuna mill-Istat f'bejgħ ta' artijiet u bini jipprovdu għal żewġ każi fejn, jekk il-kundizzjonijiet applikabbli jkunu ġew issodisfati, il-prezz li jitħallas għall-proprjetà jkun ifisser li jkun jikkorrispondi mal-valur ġust tal-prezz tas-suq u b'hekk jeskludi li jkun jinkludi r-riżorsi tal-Istat.

Kif issemma aktar 'il fuq, trid issir distinzjoni bejn iż-żewġ sitwazzjonijiet: każi fejn il-bejgħ ikun sar permezz ta' proċedura ta' irkant mhux ikkondizzjonata (ara (i) hawn taħt) u dawk fejn il-bejgħ ikun sar b'referenza tal-valutazzjonijiet tal-valur li jkunu saru minn espert indipendenti (ara (II) hawn taħt).

(i)   il-bejgħ magħmul permezz ta' proċedura ta' irkant mhux ikkundizzjonata

L-awtoritajiet Norveġiżi jirrikonoxxu li “il-proċess beda bħala proċedura ta' irkant mhux ikkundizzjonata fir-rigward tal-bejgħ ta' partijiet mill-bażi tal-ajru. Fis-sena 2000 ġew ippubblikati reklami li elenkaw l-użu possibbli tal-bażi tal-ajru f'diversi ġurnali bħal Farsund avis, Fedrelandsvennen u Stavanger Aftenblad.”

La r-reklami u lanqas dik li ssejħet “Konferenza dwar Lista” ma wasslet għall-ebda bejgħ. Il-proċess ma kienx ikopri l-każ ta' bejgħ tal-bażi tal-ajru en bloc. Dan jista' jiġi kkonfermat mir-Rapport tal-Awditur Ġenerali li kkonkluda li la valutazzjoni tal-proprjetà kollha u lanqas avviż pubbliku tal-bejgħ ippjanat ma kien sar qabel infetħu n-negozjati ma' Lista Flypark AS f'Marzu 2002. Għaldaqstant l-Awtorità tikkunsidra li ma kien hemm ebda proċedura ta' irkant mhux ikkundizzjonata b'konnessjoni mal-bejgħ tal-bażi tal-ajru en bloc u għalhekk, kienet eskluża kull possibiltà biex tingħata għajnuna mill-Istat fuq dik il-bażi, skont lit-Taqsima 2.1 tal-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat dwar l-elementi ta' għajnuna mill-Istat għall-bejgħ tal-artijiet u l-bini.

(ii)   il-bejgħ mingħajr proċedura ta' irkant mhux ikkundizzjonata (l-espert ta' valutazzjoni)

It-Taqsima 2.2 tal-Linji Gwida għall-elementi ta' għajnuna mill-Istat f'bejgħ ta' artijiet u bini minn awtoritajiet pubbliċi, fir-rigward ta' bejgħ mingħajr proċedura ta' irkant mhux ikkundizzjonata, tipprovdi li “jekk awtoritajiet pubbliċi jkollhom il-ħsieb li jużaw il-proċedura deskritta taħt it-Taqsima 2.1, għandha ssir evalwazzjoni indipendenti minn assessur wieħed jew aktarqabel in-negozjati għall-bejgħ sabiex jiġi stabbilit il-valur tas-suq fuq il-bażi tal-indikaturi tas-suq u l-istandards ta' valutazzjoni li jkunu ġeneralment aċċettati. II-valur tas-suq li jkun stabbilit huwa l-prezz tax-xiri minimu li jista' jkun hekk deċiż mingħajr ma tingħata għajnuna mill-Istat.” (Żieda fl-emfasi)

L-awtoritajiet Norveġiżi kienu indikaw li l-ANPD ordnat żewġ valutazzjonijiet tal-valur, mid-ditti ta' assessuri tal-proprjetà OPAK u Verditakst AS. Dawn il-valutazzjonijiet saru f'Mejju u f'Ġunju 2002 rispettivament. Filwaqt li kien jidher li n-negozjati kienu diġà bdew f'Marzu 2002, ma hemm l-ebda indikazzjoni li kien hemm xi ftehim dwar il-prezz qabel ma kienu konklużi ż-żewġ rapporti. Iż-żewġ rapporti stmaw li l-valur tas-suq tal-proprjetà mingħajr l-obbligazzjonijiet marbuta mal-istandards għas-sikurezza fir-rigward tan-nirien, it-titjib tekniku u tal-infrastruttura jew il-ftehim tal-kera.

Il-prezz li tħallas mix-xerrejja kien iddeterminat permezz ta' referenza tar-rapport ta' valutazzjoni li kien sar minn Verditakst, jiġifieri NOK 11 000 000.

Madanakollu, OPAK kienet ikkonkludiet li l-valur tal-proprjetà fid-data tal-bejgħ kien ta' NOK 32 000 000 u l-prezz tal-bejgħ iddikjarat fil-ftehim tal-kera kien ta' NOK 25 000 000 għall-ajruport kollu.

Iffaċjata b'din il-firxa ta' valutazzjonijiet, l-Awtorità fetħet investigazzjoni formali u ħatret espert indipendenti, is-Sur Geir Saastad, li kellu l-inkarigu li:

jqabbel il-valutazzjonijiet kollha tal-valur pprovduti lill-Awtorità;

jiddetermina (i) il-valur tas-suq tal-bażzi tal-ajru u (ii) il-valur tal-obbligazzjonijiet marbuta mal-art u l-bini.

L-espert eżamina wkoll jekk l-aġir tal-Istat waqt il-bejgħ tal-proprjetà kienx jikkorrispondi ma' dak ta' investitur privat tas-suq jew jekk, għal kuntrarju, investitur privat tas-suq kienx jaġixxi b'mod differenti. B'dan l-aġir, l-espert ikkunsidra n-natura partikolari tal-proprjetà u d-diffikultà li l-awtoritajiet Norveġiżi qed jargumentaw li jridu jħabbtu wiċċhom magħhom minħabba l-ftehim eżistenti tal-kera li sar ma' LILAS u l-possibiltà għal dan tal-aħħar li jixtri l-proprjetà fi tmiem il-perjodu ta' għaxar snin.

L-espert indirizza l-metodi użati fiż-żewġ valutazzjonijiet eżistenti u kkonkluda li r-rapport OPAK, filwaqt li japplika prezzijiet orħos ta' kera li probabbilment kienu jirriflettu r-rati preżenti, ma jikkunsidrax il-fatt li parti mill-proprjetà hi mikrija lil LILAS għal prezz fiss ta' (NOK 10 000 per year) li hu konsiderevolment orħos minn dak li kien preżunt li hu l-kera tas-suq. L-allokazzjoni għal vakanzi u l-manutenzjoni tkun tidher li hija “ferm baxxa”. F'dan ir-rigward l-espert indika li l-spejjeż marbuta mal-vakanza annwali ta' 20 % ma jkunux eċċessivi minħabba n-natura tal-proprjetà. Barra minn hekk, l-espert indika li għandhom jingħaddu l-ispejjeż sinifikattivi għall-operazzjoni u l-manutenzjoni. Flimkien dawn l-ispejjeż kellhom jnaqqsu l-valur tal-fluss tal-flus kontanti minn NOK 26 miljun (kif kienu stmati minn OPAK) għal NOK 10 miljun. Fl-aħħar nett, il-valur tal-art innifisha kellha tiġi mnaqqsa biex titqies id-diffikultà ta' bejgħ ta' biċċiet ta' art fuq dak is-sit. L-espert innota wkoll, fil-kuntest tal-kummenti tiegħu dwar ir-rapport OPAK, li l-prezz tal-bejgħ iddikjarat fil-ftehim tal-kera ta' NOK 25 000 000 kien assulutament ipotetiku.

Ir-rapport Verditakst naqas ukoll milli jqis il-fatt li parti mill-proprjetà hi mikrija lil LILAS b'rata li tirrapreżenta tnaqqis konsiderevoli fid-dħul komparat mal-assunzjoni li l-proprjetà għandha tinkera bir-rata tas-suq. Madanakolli, ir-rati tas-suq użati kienu jikkorrispondu għal dak li l-espert stess kien assuma (ara t-Taqsima 4 tar-rapport). Barra min hekk, l-espert jinnota li Verditakst kien applika ċifri għall-ispejjeż tal-operat u tal-manutenzjoni li kienu jikkorrispondu mal-valur standard li huwa applikat mill-industrija. Fl-aħħar nett, l-espert jinnota li l-istima tal-valur tal-art innifisha hija aktar konservattiva minn dik ta' OPAK u tesprimi l-opinjoni li din tidher aktar xierqa minn valutazzjoni ogħla.

Meta qabbel iż-żewġ rapporti l-espert sab li: “Id-differenza prinċipali bejn il-valutazzjonijiet qiegħda fil-kalkoli tal-ispejjeż għall-operat u l-manutenzjoni. Il-valutazzjoni ta' Verditakst tirrifletti ċ-ċifri standard applikati mill-industrija tal-proprjetà, filwaqt li l-valutazzjoni ta' OPAK ma tirriflettix dan.”

L-espert ikkonkluda li: “il-prezz tal-bejgħ applikat fit-tranżazzjoni fl-2002 jkun jidher daqs il-valur stmat tas-suq. Il-bażi tal-ajru Lista nbiegħet fi żmien meta kien hemm interess limitat f'din it-tip ta' proprjetà. Is-suq tal-proprjetà u s-swieq finanzjarji kien ħadu daqqa 'l isfel, fl-istess waqt li fih il-proprjetà setgħet tkun deskritta bħala kkumplikata u mbiegħda. Il-kriteji li kienu applikati minn Verditakst fil-valutazzjoni tagħhom kienu aktar korretti minn dawk applikati fil-valutazzjoni ta' OPAK. L-oġġezzjoni prinċipali tal-valutazzjoni ta' OPAK kienet li naqas li japplika l-ispejjeż operattivi normali meta kkalkula l-valur tal-proprjetà. Il-kumpens għall-obbligazzjonijiet li kienu ttrasferiti mill-ANPD għal-Lista Flypark AS b'rabta mal-bejgħ ma tidhirx li hi waħda mhux raġonevoli minħabba għadd ta' bini fuq is-sit u minħabba d-daqs taż-żona tal-art involuta.” (Żieda fl-enfasi)

L-espert insista fuq il-fatt li kwalunkwe valutazzjoni ta' żona bħall-bażi tal-ajru Lista ġġib magħha inċertezza konsiderevoli. Din tista' tiġi spjegata mill-fatturi li ġejjin:

is-sit hu mbiegħed meta jitqabbel ma' żona mibnija f'suq tal-proprjetà li jista' jiġi mkejjel. Dan jaffettwa mhux biss il-prezzijiet tal-artijietiżda wkoll il-prezzijiet tal-kera;

iż-żona tinkludi bażi tal-ajru li fiha fl-imgħoddi kienu jsiru attivitajiet militari. Jeżistu ftit li xejn proprjetajiet ta' referenza li jistgħu jitqabblu, u

l-artijiet u l-bini jeħtieġu tiswija u manutenzjoni konsiderevoli.

Fid-dawl tar-rapport tal-espert indipendenti, l-Awtorità tikkunsidra li l-bażi tal-ajru nbiegħet għall-valur tas-suq.

L-ewwel nett, il-prezz tal-bejgħ proprju kien jitqabbel mal-valutazzjoni tal-valur tas-suq fir-rapport Verditakst. Il-fatt li l-valutazzjoni tal-valur tas-suq ta' OPAK kien konsiderevolment ogħla ma jfissirx li wieħed jista' jikkonkludi li kien hemm għajnuna mill-Istat (14).

Hu minnu li l-espert maħtur mill-Awtorità jindika, kif issemma aktar 'il fuq, għal diversi fatturi li jindikaw li l-valutazzjoni tal-valur tas-suq ta' OPAK kien ferm ogħli u li l-kriterji applikati minn Verditakst kienu aktat preċiżi minn dawk applikati minn OPAK. L-Awtorità hi tal-istess fehma li s-suq tal-proprjetà f'Lista mhux wieħed tipiku u hu diffiċli li jiġi vvalutat, kif innota s-Sur Saastad, li kwalunkwe valutazzjoni ta' żona bħal ma hi l-bażi tal-ajru Lista ġġib magħha inċertezza konsiderevoli. Huwa minnu li d-differenza fiż-żewġ valutazzjonijiet li kienu saru fl-2002 jkunu jidhru li jsostnu l-inċertezza li hi marbuta ma' dak is-suq. Huwa minnu wkoll li mhux biss l-ANPD ma' kinitx kapaċi tbigħ il-biċċiet ta' art, iżda ukoll, minn meta xtrat il-proprjetà fl-2002, Lista Flypark AS kellha suċċess limitat fil-bejgħ ta' biċċiet ta' art għal negozji ġodda. Il-valur baxx tas-suq tal-bażi tal-ajru jkompli jiġi kkonfermat mit-tul taż-żmien u mid-diffikultà tal-proċess innifsu tal-bejgħ, li dam mill-1997 sal-2002.

L-element finali tal-prezz li tħallas hu l-valur li kien attribwit għal ċerti spejjeż, li kienu mnaqqsa mill-valur tal-proprjetà biex jiġi miksub l-aħjar prezz. It-Taqsima 2.2 tal-Linji Gwida għall-Għajnuna mill-Istat dwar elementi ta' għajnuna mill-Istat fil-bejgħ tal-artijiet u l-bini minn awtoritajiet pubbliċi tipprevedi b'mod speċifiku li “obbligazzjonijiet speċjali li huma konnessi mal-art u l-bini u mhux max-xerrej jew l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu jistgħu jintrabtu mal-bejgħ”. L-iżvantaġġ ekonomiku ta' obbligazzjonijiet bħal dawn jista' jiġi kkumpensat fil-prezz tax-xiri

F'rabta ma' dawn l-obbligazzjonijiet, l-espert jinnota li l-ammonti mhumiex ferm għolja, meta titqies iż-żona li fiha huma jinsabu, u li hu rari li l-valur ta' dawn l-obbligazzjonijiet jaqbżu l-valur tal-proprjetà innifisha. Filwaqt li l-proċedura għat-trasferiment tal-fondi hija kkaratterizzata bħala “ferm rari”, l-Awtorità tikkunsidra li din ma taffettwax il-valutazzjoni tal-valur tal-obbligazzjonijiet infushom.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li ssemmew, u flimkien mal-fatt li proprjetà li ġġorr il-piż ta' drittijiet preventivi jew għażliet għal xiri, tkun diffiċli li tinbiegħ, l-Awtorità hi tal-fehma li, fir-rigward tal-bejgħ tal-bażi tal-ajru, mhux stabbilit li kienu involuti riżorsi tal-Istat u li kien hemm għajnuna mill-Istat.

3.   KONKLUŻJONI

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni kontinwa, l-Awtorità tikkunsidra li l-bejgħ tal-bażi tal-ajru Lista ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) taż-ŻEE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċedura mibdija skont l-Artikolu 4(4), moqrija flimkien mal-Artikolu 13, tal-Parti II tal-Protokoll 3 dwar il-kera tal-bażi tal-ajru Lista hi b'hekk magħluqa.

Artikolu 2

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li l-bejgħ tal-bażi tal-ajru Lista ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61 taż-ŻEE.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 4

Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2009.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kurt JÄGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Protokoll 3.

(5)  Il-Linji Gwida għall-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta' Jannar 1994, ippubblikati f'll- il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ĠU”) L 231 3.9.1994 p. 1 u s-Supplimenti ŻEE Nru 32 3.9.1994 p. 1. Il-Linji Gwida ġew emendati l-aħħar fis-16 ta' Diċembru 2008. Minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat hija ppubblikata fil-websajt tal-Awtorità:

http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/state_aid_guidelines/

(6)  Ippubblikata fil-ĠU L 250, 25.10.2007, p. 28 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 50, 25.10.2007 p. 13.

(7)  St.prp. nru 50 (1994-1995) tat-12 ta' Ġunju 1995 kien segwitu għal riżoluzzjoni li biha l-Parlament ddeċieda dwar ir-riorganizzazzjoni tal-forzi Armati Norveġiżi. Bħala parti mir-riorganizzazzjoni, il-bażi tal-ajru Lista kellha tingħalaq mill-1 ta' Jannar 1996.

(8)  Ara http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/state_aid_guidelines/

(9)  Ara l-paragrafu 29 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali.

(10)  Il-“Linji Gwida ġodda” jirreferu għal-Linji Gwida adottati fl-20 ta' Diċembru 2005, jiġifieri wara li l-ftehim ta' kera ma' LILAS kien daħal fis-seħħ.

(11)  Id-Deċiżjoni Nru 183/07/COL, imsemmija bħala nota ta' qiegħ il-paġna 6.

(12)  Il-kontijiet ta' LILAS għall-perjodu 1997-2006 juru telf akkumulat ta' madwar NOK 10 500 000.

(13)  Ara, permezz ta' analoġija, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-miżuri ta' għajnuna implimentati minn Spanja għall-każ IZAR, Każ C-47/2003, li għadha mhix ippubblikata, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/238/KE tad-9 ta' Novembru 2005 dwar il-miżuri implimentati minn Franza għall-Mines de potasse d'Alsace, (ĠU L 86, 24.3.2006, p. 20).

(14)  Ara permezz ta' analoġija, il-Każi konġunti T-127/99, T-129/99 u T-148/99 Diputación Foral de Álava [2002] ECR II-1275, paragrafu 85.