ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.057.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
2.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/133/PESK
tal-21 ta' Frar 2011
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal- Montenegro f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 218(5) u (6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“RGħ”),
Billi:
(1) |
Il-kondizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni possibbli fil-ġejjieni, pjuttost milli dawk il-kondizzjonijiet jiġu definiti abbażi ta' każ b'każ għal kull operazzjoni konċernata. |
(2) |
Wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill fis-26 ta' April 2010 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, ġie nnegozjat, mir-RGħ, ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Montenegro f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet (“il-Ftehim”). |
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Montenegro f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet (“il-Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu (1).
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill, f'isem l-Unjoni, għandu jagtħi n-notifika prevista fl-Artikolu 16(1) tal-Ftehim.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
TRADUZZJONI
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Montenegro li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tal-Montenegro f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet
L-UNJONI EWROPEA
minn naħa waħda, u
L-MONTENEGRO
min-naħa l-oħra,
minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Partijiet”,
Billi:
L-Unjoni Ewropea (UE) tista' tiddeċiedi li tieħu azzjoni fil-qasam tal-immaniġġar ta' kriżijiet.
L-UE ser tiddeċiedi jekk Stati terzi jkunux mistiedna jipparteċipaw f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżi.
Il-kondizzjonijiet rigward il-parteċipazzjoni tal-Montenegro f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim li jistabbilixxi qafas għal tali parteċipazzjoni fil-ġejjieni, pjuttost milli dawk il-kondizzjonijiet jiġu definiti abbażi ta' każ b'każ għal kull operazzjoni konċernata.
Tali ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, u ma għandux jippreġudika n-natura każ b'każ tad-deċiżjonijiet tal-Montenegro li jipparteċipa f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.
Tali ftehim għandu jindirizza biss operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet fil-futur u għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim eżistenti li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Montenegro f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, li jkunu diġà ġew skjerati,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
TAQSIMA I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Deċiżjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni
1. Wara d-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) li tistieden lill-Montenegro biex jipparteċipa f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, u ladarba l-Montenegro jkun iddeċieda li jipparteċipa, il-Montenegro għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni proposta tiegħu lill-UE.
2. Il-valutazzjoni mill-UE tal-kontribuzzjoni tal-Montenegro għandha ssir b'konsultazzjoni mal-Montenegro.
3. L-UE għandha tipprovdi lill-Montenegro b'indikazzjoni bikrija tal-kontribuzzjoni probabbli ta' dan tal-aħħar għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni mill-aktar fis possibli bil-ħsieb li tgħin lill-Montenegro fil-formulazzjoni tal-offerta tiegħu.
4. L-UE għandha tikkomunika r-riżultat ta' dik il-valutazzjoni lill-Montenegro permezz ta' ittra bil-ħsieb li tassigura l-parteċipazzjoni tal-Montenegro skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Qafas
1. Il-Montenegro għandu jassoċja ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li l-UE twettaq l-operazzjoni għall-immaniġġar ta' kriżijiet, u ma' kwalunkwe deċiżjoni oħra li biha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament implimentattiv meħtieġ.
2. Il-kontribut tal-Montenegro għal operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE.
Artikolu 3
Status ta' persunal u forzi
1. L-istatus ta' persunal issekondat għal operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet u/jew tal-forzi kkontribwiti lil operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet mill-Montenegro għandhom ikunu rregolati mill-ftehim dwar l-istatus tal-missjoni/forzi, jekk konkluż, bejn l-UE u l-Istat jew Stati li fihom titwettaq l-operazzjoni.
2. L-istatus tal-persunal ikkontribwit għall-kwartieri ġenerali jew elementi ta' kmand li jinstabu barra l-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, għandu jiġi regolat minn arranġamenti bejn il-kwartieri ġenerali u elementi ta' kmand ikkonċernati u l-Montenegro.
3. Mingħajr preġudizzju għall-ftehim dwar l-istatus tal-missjoni/forzi msemmi fil-paragrafu 1, il-Montenegro għandu jeżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal tiegħu li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.
4. Il-Montenegro għandu jkun responsabbli biex jirrispondi għal kwalunkwe talba konnessa mal-parteċipazzjoni f'operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, li tiġi minn jew tikkonċerna kwalunkwe membru tal-persunal tiegħu. Il-Montenegro għandu jkun responsabbli biex iressaq kwalunkwe azzjoni, b'mod partikolari legali jew dixxiplinarji, kontra kwalunkwe membru tal-persunal tiegħu, skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. Mudell għal tali dikjarazzjoni huwa anness għal dan il-Ftehim.
5. Il-Partijiet jaqblu li jirrinunzjaw għat-talbiet kollha, ħlief għal dawk kuntrattwali, kontra xulxin għal dannu, telf jew distruzzjoni ta' assi li jkunu proprjetà ta'/operati minn Parti jew oħra, jew korriment jew mewt ta' persunal ta' Parti jew oħra, li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom b'rabta mal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim, ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina b'mod volontarju.
6. Il-Montenegro jintrabat li jagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta' talbiet kontra kwalunkwe Stat parteċipanti f'operazzjoni ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-UE li fiha jipparteċipa l-Montenegro, u li jagħmel dan meta jiffirma dan il-Ftehim.
7. L-UE tintrabat li tiżgura li l-Istati Membri tagħha jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja ta' drittijiet, għal kwalunkwe parteċipazzjoni futura tal-Montenegro f'operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, u li tagħmel dan meta tkun qed tiffirma dan il-Ftehim.
Artikolu 4
Informazzjoni kklassifikata
Il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Montenegro u l-UE dwar is-sigurtà tal-informazzjoni kklassifikata, magħmul fi Brussell fit-13 ta' Settembru 2010, għandu japplika fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.
TAQSIMA II
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI F'OPERAZZJONIJIET ĊIVILI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET
Artikolu 5
Persunal issekondat lil operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet
1. Il-Montenegro għandu jiżgura li l-persunal tiegħu issekondat lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jidħol għall-missjoni tiegħu b'mod konformi ma':
(a) |
id-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif imsemmija fl-Artikolu 2(1), |
(b) |
il-Pjan tal-Operazzjoni, |
(c) |
il-miżuri implementattivi. |
2. Il-Montenegro għandu jinforma fi żmien debitu lill-Kap tal-Missjoni tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet (minn hawn 'il quddiem il-“Kap tal-Missjoni”) u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (minn hawn 'il quddiem ir-“RGħ”) bi kwalunkwe bidla fil-kontribut tiegħu lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.
3. Persunal issekondat lill-operazzjonijiet ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandu jagħmel eżami mediku, vaċċinazzjoni u għandu jkun ċertifikat b'mod mediku li hu b'saħħtu għax-xogħol minn awtoritá kompetenti mill-Montenegro. Il-persunal issekondat lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżi għandu jipproduċi kopja ta' dik iċ-ċertifikazzjoni.
Artikolu 6
Linja ta' kmand
1. Persunal issekondat mill-Montenegro għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu bl-interessi tal-operazzjonijiet ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet biss f'moħħu.
2. Il-persunal kollu għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.
3. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operattiv lill-UE.
4. Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet fuq il-post.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jmexxi l-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet u jieħu f'idejh l-amministrazzjoni tagħha ta' kuljum.
6. Il-Montenegro għandu jkollu l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' amministrazzjoni ta' kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri tal-UE li jkunu qed jipparteċipaw fl-operazzjoni, skont l-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1).
7. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari tal-persunal tal-operazzjonijiet ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet. Meta jkun meħtieġ, għandha tittieħed azzjoni dixxiplinarja mill-awtoritá nazzjonali konċernata.
8. Għandu jinħatar Punt ta' Kuntatt tal-Kontinġent Nazzjonali (NPC) mill-Montenegro biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tiegħu fl-operazzjoni. L-NPC għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta' kuljum tal-kontinġent.
9. Id-deċiżjoni li tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-UE, wara konsultazzjoni mal-Montenegro jekk huwa jkun għadu qed jikkontribwixxi lill-operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet fid-data tat-terminazzjoni tal-operazzjoni.
Artikolu 7
Aspetti finanzjarji
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, il-Montenegro għandu jassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni minbarra l-ispejjeż kurrenti, kif stabbilit fil-baġit operattiv tal-operazzjoni.
2. F'każ ta' mewt, korriment, telf jew ħsara lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, il-Montenegro għandu, meta r-responsabbiltá tiegħu tkun ġiet stabbilita, iħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-status tal-missjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1).
Artikolu 8
Kontribuzzjoni għall-baġit operattiv
1. Il-Montenegro għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-baġit operattiv ta' operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Montenegro lill-baġit operattiv għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-formoli li ġejjin, skont liema tipproduċi l-inqas ammont:
(a) |
is-sehem tal-ammont ta' referenza li jkun proporzjonali għall-proporzjon tad-dħul nazzjonali gross (minn hawn 'il quddiem “DNG”) tal-Montenegro fit-total tad-DNG tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-baġit operattiv tal-operazzjoni; jew |
(b) |
is-sehem tal-ammont ta' referenza għall-baġit operattiv li jkun proporzjonali għall-proporzjon tan-numru tal-persunal tal-Montenegro parteċipanti fl-operazzjoni għan-numru totali ta' persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni. |
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-Montenegro ma għandu jagħmel l-ebda kontribuzzjoni għall-finanzjament ta' għotjiet per diem mħallsa lill-persunal tal-Istati Membri tal-UE.
4. Minkejja l-paragrafu 1, l-UE għandha, fil-prinċipju, teżenta lill-Montenegro minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal operazzjoni ċivili partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet meta:
(a) |
l-UE tiddeċiedi li l-Montenegro jipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti li hija essenzjali għal din l-operazzjoni; jew |
(b) |
Il-Montenegro għandu DNG per capita li ma jeċċedix lil dak ta' kwalunkwe Stat Membru tal-UE. |
5. Għandu jiġi ffirmat arranġament dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tal-Montenegro għall-baġit operattiv ta' operazzjoni ċivili tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, bejn il-Kap tal-Missjoni u s-servizzi amministrattivi rilevanti tal-Montenegro. Dak l-arranġament għandu, inter alia, jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-ammont ikkonċernat, |
(b) |
l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribut finanzjarju, |
(c) |
il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet. |
TAQSIMA III
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI F'OPERAZZJONIJIET MILITARI GĦALL-IMMANIĠĠAR TA' KRIŻIJIET
Artikolu 9
Parteċipazzjoni f' operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet
1. Il-Montenegro għandu jiżgura li l-forzi tiegħu u l-persunal parteċipanti f' operazzjoni militari tal-UE għall-immmaniġġar ta' kriżijiet jidħlu għall-missjoni tagħhom b'mod konformi ma':
(a) |
id-Deċiżjoni tal-Kunsill u emendi sussegwenti kif imsemmija fl-Artikolu 2(1), |
(b) |
il-Pjan ta' Operazzjoni, |
(c) |
il-miżuri implementattivi. |
2. Persunal issekondat mill-Montenegro għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu billi jżomm f'moħħu biss l-interessi tal-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.
3. Il-Montenegro għandu jinforma lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fi żmien xieraq bi kwalunkwe bidla fil-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni.
Artikolu 10
Linja ta' kmand
1. Il-forzi u l-persunal kollha parteċipanti fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għandhom jibqgħu taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom.
2. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kmand Operattiv u Tattiku u/jew il-kontroll tal-forzi u tal-persunal tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE, li huwa intitolat li jiddelega l-awtorità tiegħu.
3. Il-Montenegro għandu jkollu l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' tmexxija ta' kuljum tal-operazzjoni bħal Stati Membri parteċipanti tal-UE.
4. Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE jista', wara konsultazzjonijiet mal-Montenegro, fi kwalunkwe ħin jitlob l-irtirar tal-kontribut tal-Montenegro.
5. Għandu jinħatar Rappreżentant Militari Superjuri (“SMR”) mill-Montenegro biex jirrappreżenta l-kontinġent nazzjonali tiegħu fl-operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet. L-SMR għandu jikkonsulta mal-Kmandant tal-Forza tal-UE dwar il-materji kollha li jolqtu l-operazzjoni u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina ta' kuljum tal-kontinġent tal-Montenegro.
Artikolu 11
Aspetti finanzjarji
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, il-Montenegro għandu jassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjoni sakemm l-ispejjeż ma jkunux suġġetti għal finanzjament komuni kif previst fl-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 2(1), kif ukoll fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/975/PESK tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) (1).
2. F'każ ta' mewt, korriment, telf jew dannu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Istat(i) li fih(om) titwettaq l-operazzjoni, il-Montenegro għandu, meta r-responsabbiltá tiegħu tkun ġiet stabbilita, iħallas kumpens skont il-kondizzjonijiet previsti fil-ftehim applikabbli dwar l-istatus tal-forzi, imsemmi fl-Artikolu 3(1).
Artikolu 12
Kontribut għall-ispejjeż komuni
1. Il-Montenegro għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta' operazzjoni militari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Montenegro għall-baġit operattiv għandha tiġi kkalkolata abbażi taż-żewġ formoli li ġejjin, skont liema tipproduċi l-inqas ammont:
(a) |
is-sehem tal-ispejjeż komuni li jikkorrispondi proporzjonalment għall-proporzjon tad- DNG tal-Montenegro fit-total tad-DNG tal-Istati kollha li jkunu qegħdin jikkontribwixxu għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni; jew |
(b) |
is-sehem tal-ispejjeż komuni li jikkorrispondi proporzjonalment għall-proporzjon tan-numru tal-persunal mill-Montenegro parteċipanti fl-operazzjoni għan-numru totali ta' persunal tal-Istati kollha parteċipanti fl-operazzjoni. |
Fejn tintuża l-formula taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u l-Montenegro jikkontribwixxi biss persunal għall-Operazzjoni jew għall-Kwartieri Ġenerali tal-Forza, il-proporzjon użat għandu jkun dak tal-persunal tiegħu għal dak tan-numru totali tal-persunal rispettiv tal-kwartieri ġenerali. F'każijiet oħra, il-proporzjon għandu jkun dak tal-persunal kollu kontribwit mill-Montenegro għal dak tal-persunal totali tal-operazzjoni.
3. Minkejja l-paragrafu 1, l-UE għandha, fil-prinċipju, teżenta lill-Montenegro minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ispejjeż komuni ta' operazzjoni militari partikolari tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet meta:
(a) |
l-UE tiddeċiedi li l-Montenegro jipprovdi kontribut sinifikanti għall-assi u/jew għall-kapaċitajiet li jkunu essenzjali għall-operazzjoni; jew |
(b) |
il-Montenegro għandu DNG per capita li ma jaqbiżx dak ta' kwalunkwe Stat Membru tal-UE. |
Għandu jiġi konkluż arranġament mal-Amministratur previst fid-Deċiżjoni 2008/975/PESK u l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti fil-Montenegro. Dak l-arranġament għandu jinkludi, inter alia, dispożizzjonijiet dwar:
(a) |
l-ammont ikkonċernat, |
(b) |
l-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribut finanzjarju, |
(c) |
il-proċedura tal-verifika tal-kontijiet. |
TAQSIMA IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 13
Arranġamenti biex jiġi implimentat il-Ftehim
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8(5) u 12(4), kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ għall-implementazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Montenegro.
Artikolu 14
Nonkonformità
Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim billi tibgħat avviż bil-miktub minn xahar qabel.
Artikolu 15
Riżoluzzjoni ta' disputi
Id-disputi li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu riżolti b'mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri legali interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.
2. Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b'mod proviżorju mid-data tal-firma.
3. Dan il-Ftehim għandu jkun suġġett għal reviżjoni regolari.
4. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat abbażi ta' ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet.
5. Dan il-Ftehim jista' jiġi ddenunzjat minn kwalunkwe Parti b'notifika bil-miktub ta' denunzja mogħtija lill-Parti l-oħra. Tali denunzja għandha jkollha effett sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tirċievi n-notifika.
Magħmul fi Brussell fit-tnejn u għoxrin jum ta' Frar tas-sena elfejn u ħdax, duplikatament, kull kopja bl-Ingliż.
Għall-Unjoni Ewropea
Għall-Montenegro
(1) ĠU L 345, 23.12.2008, p. 96.
TEST GĦAL DIKJARAZZJONIJIET
TEST GĦALL-ISTATI MEMBRI TAL-UE:
“L-Istati Membri tal-UE li japplikaw Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet li jipparteċipa fiha l-Montenegro, għandhom jippruvaw, safejn is-sistemi legali interni tagħhom jippermettu, jirrinunzjaw safejn possibbli talbiet kontra l-Montenegro għal korriment, mewt ta' persunal, jew dannu lil, jew telf ta', kwalunkwe assi li huma proprjetà tagħhom u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:
— |
kienu kkawżati minn persunal mill-Montenegro fit-twettiq tad-doveri tiegħu f'konnessjoni ma' operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew ta' kondotta skorretta volontarja; jew |
— |
seħħew bl-użu ta' kwalunkwe assi fil-proprjetà tal-Montenegro, sakemm l-assi ġew użati b'konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief fil-każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja tal-persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet mill-Montenegro li kien qed juża dawk l-assi.” |
TEST GĦALL-MONTENEGRO:
“Il-Montenegro waqt li japplika Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE dwar operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jagħmel dak li jista', sa fejn is-sistema legali interna tiegħu hekk tippermetti, sabiex jirrinunzja, sa fejn ikun possibbli, għal talbiet kontra kwalunkwe Stat ieħor li jipparteċipa fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet għal korriment, mewt ta' persunal tiegħu, jew dannu lil, jew telf ta', kwalunkwe assi li jkunu proprjetà tiegħu u użati mill-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet jekk tali korriment, mewt, dannu jew telf:
— |
kienu kkawżati minn persunal fl-eżekuzzjoni tad-doveri tagħhom b'konnessjoni ma' operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja; jew |
— |
irriżultaw mill-użu ta' kwalunkwe assi ta' Stati parteċipanti fl-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet, sakemm l-assi jkunu ntużaw b'konnessjoni mal-operazzjoni u ħlief f'każ ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja ta' persunal tal-operazzjoni tal-UE għall-immaniġġar ta' kriżijiet li jkun qed juża dawk l-assi.” |
REGOLAMENTI
2.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 201/2011
tal-1 ta' Marzu 2011
dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura ferrovjarja
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura kif provdut fid-Direttiva. |
(2) |
L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ħarġet ir-rakkomandazzjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 dwar il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità ma' tip awtorizzat ta' vettura. |
(3) |
L-annessi għad-dikjarazzjoni tal-konformità skont it-tip għandhom jipprovdu evidenza li l-proċeduri rilevanti ta' verifika skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbi u r-regoli nazzjonali nnotifikati tkomplew, u għandhom jindikaw ir-referenzi tad-Direttivi, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità, ir-regoli nazzjonali u dispożizzjonijiet oħrajn. L-awtorizzazzjoni tat-tip, li hija identifikata bin-Numru Ewropew tal-Identifikazzjoni, għandha tipprovdi tagħrif dwar ir-rekwiżiti legali kollha li abbażi tagħhom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni tat-tip fi Stat Membru. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità mat-tip, imsemmi fl-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 2008/57/KE jidher stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mit-2 ta' Ġunju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha, minbarra Ċipru u Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
ANNESS
MUDELL TA' DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ MA' TIP AWTORIZZAT TA' VETTURA
Aħna,
Applikant (1) [L-isem tan-negozju] [Indirizz sħiħ] |
Rappreżentant Awtorizzat: [L-isem tan-negozju] [Indirizz sħiħ] |
tal-applikant [L-isem tan-negozju] [Indirizz sħiħ] |
Niddikjaraw taħt ir-responsabbiltà assoluta tagħna, li l-vettura [Numru Ewropew tal-Vettura] (2) li għaliha tirreferi din id-dikjarazzjoni
— |
hija konformi ma' vettura ta' tip [identifikazzjoni skont ir-Reġistru Ewropew ta' Tipi Awtorizzati ta' Vettura (ERATV)] awtorizzat fl-Istati Membri li ġejjin:
|
— |
hija konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti għall-interoperabilità, u r-regoli nazzjoni applikabbli, kif indikat fl-Annessi għal din id-dikjarazzjoni, |
— |
għaddiet mill-proċeduri kollha ta' verifika meħtieġa biex jistabbilixxu din id-dikjarazzjoni. |
Lista tal-annessi (3)
[titli tal-annessi]
Iffirmat għal u f'isem [isem l-applikant]
Magħmul fi [post], [data JJ/XX/SSSS]
[isem, kariga] [firma]
Kaxxa riżervata għall-NSA: EVN allokat lill-vettura: [EVN] |
(1) L-applikant jista' jkun l-entità kontraenti jew il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom fi ħdan l-Unjoni.
(2) Jekk fil-waqt li tiġi stabbilita din id-dikjarazzjoni, il-vettura ma jkunx għadu ngħatalha Numru Ewropew tal-Vettura (EVN), il-vettura għandha tiġi identifikata skont sistema ta' identifikazzjoni oħra miftiehma bejn l-applikant u l-Awtorità Nazzjonali tas-Sigurtà (NSA) kompetenti. F'dan il-każ, meta jingħata EVN lill-vettura, l-NSA għandha timla l-parti riservata għal dan it-tagħrif.
(3) L-Annessi għandhom jinkludu kopji tad-dokumenti li juru evidenza li l-proċeduri rilevanti ta' verifika skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli (dikjarazzjonijiet ta' verifika tal-KE), u r-regoli nazzjonali tkomplew.
2.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 202/2011
tal-1 ta’ Marzu 2011
li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward tal-mudelli għan-notifika minn qabel, punti ta’ riferiment għall-ispezzjonijiet fil-port u skemi rikonoxxuti tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (1) tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u b’mod partikolari l-Artikoli 9(1), 12(5), 13(1) u 52 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 japplika għal prodotti tas-sajd kif definiti fl-Artikolu 2 tiegħu. L-Anness I għal dak ir-Regolament jelenka l-prodotti esklużi mid-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd. Il-lista tal-prodotti esklużi tista’ tiġi rriveduta kull sena u għandha tiġi emendata fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġdida miġbura fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva ma’ pajjiżi terzi, kif ipprovdut fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. |
(2) |
Il-prodotti esklużi mid-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd huma elenkati bl-istess mod fl-Anness XIII għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 (2) li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Sabiex ikunu evitati duplikazzjonijiet mhux meħtieġa, il-prodotti esklużi għandhom jiġu elenkati biss fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u għalhekk, l-Anness XIII għar-Regolament (KE) 1010/2009 għandu jitħassar. |
(3) |
It-Titolu I tar-Regolament (KE) 1010/2009 jistipula d-dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li għandhom jitwettqu fil-portijiet tal-Istati Membri. Huwa meħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu allinjati mal-Ftehim dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port biex Jipprevjeni, Jiskoraġġixxi u Jelimina Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat, konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (FAO). Allinjament bħal dan jimplika l-inklużjoni ta’ informazzjoni speċifika fil-mudell li għandu jintuża għan-notifika minn qabel tal-wasliet fil-port u ż-żieda ta’ kriterji speċifiċi għall-punti ta’ riferiment stipulati għall-ispezzjonijiet fil-port. |
(4) |
L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1010/2009 jistipula lista ta’ skemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li huma rikonuxxuti bħala konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. Dak l-Anness għandu jirreferi għall-programm tad-dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn tal-ICCAT kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(5) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1005/2008 u (KE) Nru 1010/2009 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008
Fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Anness I għandu jinbidel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 1010/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1010/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, għandu jiżdied il-punt (u) li ġej:
|
(2) |
L-Annessi IIA u IIB għandhom jinbidlu bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament. |
(3) |
Fl-Anness V, il-Parti I, it-tieni inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(4) |
L-Anness XIII għandu jitħassar. |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(2) ĠU L 280, 27.10.2009, p. 5.
ANNESS I
“ANNESS I
Lista ta' prodotti esklużi mid-definizzjoni ta' ‘prodotti tas-sajd’ stipulati fil-punt 8 tal-Artikolu 2
ex Kapitolu 3 ex 1604 ex 1605 |
Prodotti tal-akkwakultura miksubin minn ħut żgħir jew larvi |
ex Kapitolu 3 ex 1604 |
Fwied, bajd, ilsna, ħaddejn, irjus u ġwienaħ |
0301 10 (1) |
Ħut ornamentali, ħaj |
ex 0301 91 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0301 92 00 |
Sallur (Anguilla spp.), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu |
0301 93 00 |
Karpjun, ħaj |
ex 0301 99 11 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu |
0301 99 19 |
Ħut tal-ilma ħelu ieħor, ħaj |
ex 0302 11 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0302 12 00 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0302 19 00 |
Salmonidae ieħor, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0302 66 00 |
Sallur (Anguilla spp.), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
0302 69 11 |
Karpjuni, friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 |
0302 69 15 |
Tilapia (Oreochromis spp.), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 |
0302 69 18 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 |
ex 0303 11 00 |
Sockeye salmon (salamun aħmar) (Oncorhynchus nerka), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0303 19 00 |
Salamun ieħor tal-Paċifiku (Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0303 21 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbudin fl-ilma ħelu |
ex 0303 22 00 |
Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0303 29 00 |
Salmonidae oħra, minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbudin fl-ilma ħelu |
ex 0303 76 00 |
Sallur (Anguilla spp.), iffriżat minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
0303 79 11 |
Karpjuni, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 |
0303 79 19 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 |
0304 19 01 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tan-Nile perch (Lates niloticus) |
0304 19 03 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tal-pangasius (Pangasius spp.) |
ex 0304 19 13 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0304 19 15 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, tal-ispeċi Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbudin fl-ilma ħelu |
ex 0304 19 17 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, tat-troti tal-ispeċi Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta' 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbudin fl-ilma ħelu |
0304 19 18 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu |
0304 19 91 |
Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), frisk jew imkessaħ, ta' ħut tal-ilma ħelu |
0304 29 01 |
Fletti ffriżati tan-Nile perch (Lates niloticus) |
0304 29 03 |
Fletti ffriżati tal-pangasius (Pangasius spp.) |
0304 29 05 |
Fletti ffriżati tat-Tilapia (Oreochromis spp.) |
ex 0304 29 13 |
Fletti ffriżati tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0304 29 15 |
Fletti ffriżat tal-Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbudin fl-ilma ħelu |
ex 0304 29 17 |
Fletti ffriżati tat-troti tal-ispeċijiet Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta' 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbudin fl-ilma ħelu |
0304 29 18 |
Fletti ffriżati ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu |
0304 99 21 |
Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), iffriżat, ta' ħut tal-ilma ħelu |
0305 10 00 |
Dqiq, tħin u pellets tal-ħut, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
ex 0305 30 30 |
Fletti tal-ħut, immellħa jew fis-salmura, tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0305 30 90 |
Fletti tal-ħut, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura imma mhux affumikati, ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu |
ex 0305 41 00 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0305 49 45 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), affumikati, inklużi fletti, maqbudin fl-ilma ħelu |
ex 0305 49 50 |
Sallur (Anguilla spp.), affumikat, inklużi fletti, maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0305 49 80 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, affumikat, inklużi fletti |
ex 0305 59 80 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, imnixxef, immellaħ jew mhux, imma mhux affumikat |
ex 0305 69 50 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat, maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0305 69 80 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat |
0306 19 10 |
Awwist tal-ilma ħelu, iffriżat |
ex 0306 19 90 |
Dqiq, tħin u pellets ta' krustaċji, iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
ex 0306 21 00 |
Rock lobster u awwist ieħor tal-baħar (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ornamentali |
ex 0306 22 10 |
Awwist (Homarus spp.), ornamentali, ħaj |
ex 0306 23 10 |
Gambli u gambli kbar mill-familja Pandalidae, ornamentali, ħajjin |
ex 0306 23 31 |
Gambli tal-ġeneru Crangon, ornamentali, ħajjin |
ex 0306 23 90 |
Gambli u gambli kbar oħrajn, ornamentali, ħajjin |
ex 0306 24 |
Granċi, ornamentali, ħajjin |
0306 29 10 |
Awwist tal-ilma ħelu, ħaj, frisk, imkessaħ, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, fil-qoxra, imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija fl-ilma, kemm jekk imkessaħ, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, inkella le |
ex 0306 29 30 |
Ksampi (Nephrops norvegicus), ornamentali, ħajjin |
ex 0306 29 90 |
Krustaċji oħra ornamentali, ħajjin |
ex 0306 29 90 |
Dqiq, tħin u pellets ta' krustaċji, mhux iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
0307 10 |
Gajdri, kemm jekk fil-qoxra kif ukoll jekk le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura |
0307 21 00 |
Arzell, inklużi mriewaħ (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, ħajjin, friski jew imkessħin |
0307 29 |
Arzell, inklużi mriewaħ (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, li ma jkunux ħajjin, friski jew imkessħin |
0307 31 |
Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), ħajjin, friski jew imkessħin |
0307 39 |
Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), li mhumiex ħajjin, friski jew imkessħin |
ex 0307 41 |
Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma, Sepiola spp.) u klamari (Ommastrephes spp., Loligo spp., Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.), ornamentali |
ex 0307 51 |
Qarnit (Octopus spp.), ornamentali |
0307 60 00 |
Bebbux, minbarra bebbux tal-baħar, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura |
ex 0307 91 00 |
Invertebrati akkwatiċi oħrajn, minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 , minbarra Illex spp., siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, ħaj (minbarra dak ornamentali), frisk jew imkessaħ |
0307 99 13 |
Gandoffli tal-faxxi (striped venus) u speċijiet oħra tal-familja Veneridae, iffriżati |
0307 99 15 |
Bram (Rhopilema spp.), iffriżat |
ex 0307 99 18 |
Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 u 0307 99 11 sa 0307 99 15 , minbarra siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, inklużi dqiq, tħin u pellets ta' invertebrati akkwatiċi minbarra krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem, iffriżati |
ex 0307 99 90 |
Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 minbarra Illex spp., siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, inklużi dqiq, tħin u pellets ta' invertebrati akkwatiċi minbarra krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura |
ex 1604 11 00 |
Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat |
ex 1604 19 10 |
Salmonidae, minbarra salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat |
ex 1604 20 10 |
Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (li mhux sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat) |
ex 1604 20 30 |
Salmonidae, minbarra salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (li mhux sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat) |
ex 1604 19 91 |
Fletti ta' ħut tal-ilma ħelu, nejjin, miksija ħafif bil-panura jew bil-frak tal-ħobż, moqlija fiż-żejt minn qabel jew mhumiex, iffriżati |
1604 30 90 |
Sostituti tal-kavjar |
ex 1605 40 00 |
Awwist tal-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat |
1605 90 |
Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippreservati |
(1) Il-kodiċijiet NM jikkorrispondu għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009 (ĠU L 287, 31.10.2009).”
ANNESS II
ANNESS IIA
Formola għan-notifika bil-quddiem għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(1)
ANNESS IIB
Formola għan-notifika bil-quddiem għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(2)
2.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 203/2011
tal-1 ta’ Marzu 2011
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Marzu 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
122,2 |
MA |
46,8 |
|
TN |
113,1 |
|
TR |
95,7 |
|
ZZ |
94,5 |
|
0707 00 05 |
TR |
159,9 |
ZZ |
159,9 |
|
0709 90 70 |
MA |
31,5 |
TR |
100,8 |
|
ZZ |
66,2 |
|
0805 10 20 |
EG |
56,9 |
IL |
78,2 |
|
MA |
55,1 |
|
TN |
41,5 |
|
TR |
67,9 |
|
ZA |
37,9 |
|
ZZ |
56,3 |
|
0805 50 10 |
MA |
45,9 |
TR |
51,2 |
|
ZZ |
48,6 |
|
0808 10 80 |
BR |
55,2 |
CA |
126,3 |
|
CN |
90,2 |
|
MK |
54,8 |
|
US |
148,5 |
|
ZZ |
95,0 |
|
0808 20 50 |
AR |
91,1 |
CL |
188,1 |
|
CN |
52,4 |
|
US |
96,8 |
|
ZA |
109,6 |
|
ZZ |
107,6 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
DIRETTIVI
2.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/21 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/18/UE
tal-1 ta' Marzu 2011
li temenda l-Annessi II, V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE u li jikkonċernaw l-adattament tal-Annessi minn II sa IX ta' dik id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 29(4) tad-Direttiva 2008/57/KE. |
(2) |
Is-sottosistema ta' kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni tikkonsisti f'tagħmir maġenb il-linji ferrovjarji u abbord, liema sottosistema għandha tiġi kkunsidrata bħala żewġ sottosistemi separati. L-Anness II tad-Direttiva 2008/57/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(3) |
It-tagħmir tal-kejl tal-konsum elettriku huwa integrat fiżikament fil-vetturi ferrovjarji. L-Anness II tad-Direttiva 2008/57/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-korpi responsabbli biex iwettqu l-proċeduri ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali. L-Annessi V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom għalhekk jiġu emendati biex jispeċifikaw dawn il-proċeduri applikati minn dawn il-korpi. |
(5) |
Fir-rigward tat-taqsima 2 tal-Anness VI tad-Direttiva 2008/57/KE u r-rikors għad-dikjarazzjonijiet intermedji ta' verifika (minn hawn 'il quddiem “ISV”), il-korp notifikat għandu l-ewwel ifassal ċertifikat “KE” ta' dikjarazzjoni intermedja ta' verifika u mbagħad l-applikant għandu jfassal id-dikjarazzjoni “KE” relatata. L-Annessi V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilita skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE. |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi II, V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE qed jiġu sostitwiti bit-test stabbilit fl-Annessi I, II u III ta' din id-Direttiva rispettivament.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
3. L-obbligi għat-traspożizzjoni u l-implementazzjoni ta' din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw għar-Repubbika ta' Ċipru u r-Repubblika ta' Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
ANNESS I
“ANNESS II
SOTTOSISTEMI
1. Lista ta’ sottosistemi
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, is-sistema li tikkostitwixxi s-sistema ferrovjarja tista’ tinqasam fis-sottosistemi li ġejjin, jew:
(a) |
iż-żoni strutturali:
|
(b) |
iż-żoni funzjonali:
|
2. Deskrizzjoni tas-sottosistemi
Għal kull sottosistema jew parti minn sottosistema, il-lista ta’ kostitwenti u l-aspetti li għandhom x’jaqsmu mal-interoperabbiltà jiġu proposti mill-Aġenzija meta jsir l-abbozz tat-TSI rilevanti. Mingħajr preġudizzju għall-għażla tal-aspetti u l-kostitwenti li għandhom x’jaqsmu mal-interoperabbiltà jew l-ordni li biha huma jkunu se jiġu soġġetti għat-TSIs, is-sottosistemi jinkludu li ġej:
2.1. L-infrastruttura
Il-binarji, il-punti, l-istrutturi tal-inġinerija (il-pontijiet, il-mini, eċċ), l-infrastruttura assoċjata mal-istazzjon (il-pjattaformi, iż-żoni tal-aċċess, inklużi l-ħtiġijiet ta’ persuni b’mobbiltà ridotta, eċċ), is-sigurtà u t-tagħmir protettiv.
2.2. L-enerġija
Is-sistema tal-elettrifikazzjoni, inklużi l-linji fl-għoli u n-naħa tal-binarji tas-sistema tal-kejl tal-konsum tal-elettriku.
2.3. Il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni maġenb il-linji ferrovjarji
It-tagħmir kollu maġenb il-linji ferrovjarji meħtieġ biex jassigura s-sigurtà u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti ferrovjarji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.
2.4. Il-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord
It-tagħmir kollu abbord meħtieġ biex jassigura s-sigurtà u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti ferrovjarji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.
2.5. Tħaddim u mmaniġġjar tat-traffiku
Il-proċeduri u t-tagħmir relatati li jgħinu t-tħaddim koerenti tad-diversi strutturi tas-sottosistemi, kemm matul it-tħaddim normali jew imnaqqas, inklużi b’mod partikolari il-kompożizzjoni tal-ferrovija u s-sewqan tal-ferrovija, l-ippjanar u l-immaniġġjar tat-traffiku.
Il-kwalifiki professjonali li jistgħu jkunu meħtieġa biex isiru servizzi transkonfinali.
2.6. L-applikazzjonijiet telematiċi
Skont l-Anness I, din is-sottosistema tikkonsisti f’żewġ elementi:
(a) |
l-applikazzjonijiet tas-servizzi għall-passiġġieri, inklużi s-sistemi li jipprovdu l-informazzjoni lill-passiġġieri qabel u matul il-vjaġġ, is-sistemi tal-prenotazzjoni u l-ħlas, l-immaniġġjar tal-bagalji u l-immaniġġjar tal-konnessjonijiet bejn il-ferroviji u l-mezzi l-oħra tat-trasport; |
(b) |
l-applikazzjonijiet għas-servizzi tal-merkanzija, inklużi s-sistemi tal-informazzjoni (monitoraġġ tal-merkanzija u l-ferroviji fil-ħin reali), is-sistemi tat-tlaqqigħ u l-allokazzjoni, il-prenotazzjoni, is-sistemi tal-ħlas u l-fatturi, l-immaniġġjar tal-konnessjonijiet ma’ mezzi oħra ta’ trasport u l-produzzjoni ta’ dokumenti elettroniċi li jakkumpanjaw il-merkanzija. |
2.7. Il-vetturi ferrovjarji
Is-sistema tal-istruttura, tal-kmand u tal-kontroll għat-tagħmir ferrovjarju kollu, l-apparat għall-ġabra tal-kurrent elettriku, l-inġenji tal-ġbid u l-konverżjoni tal-enerġija, it-tagħmir abbord għall-kejl tal-konsum elettriku, it-tagħmir tal-ibbrejkjar, l-aġġanċjament u s-sewqan (il-bogies, il-fusien, eċċ) u s-suspension, il-bibien, l-interfaċċi bniedem/magna (is-sewwieq, il-persunal abbord u l-passiġġieri, inklużi l-bżonnijiet ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa), l-apparat tas-sigurtà passivi jew attivi u l-ħtiġijiet għas-saħħa tal-passiġġieri u tal-persunal abbord.
2.8. Il-manutenzjoni
Il-proċeduri, it-tagħmir assoċjat, iċ-ċentri tal-loġistika għal xogħol ta’ manutenzjoni u riservi li jipprovdu l-manutenzjoni mandatorja kollettiva u preventiva biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja u tiġi garantita l-kwalità meħtieġa.”
ANNESS II
“ANNESS V
DIKJARAZZJONI TAL-VERIFIKA TAS-SOTTOSISTEMI
1. Dikjarazzjoni ‘KE’ tal- verifika għas-sottosistemi
Id-dikjarazzjoni ‘KE’ tal-verifika u d-dokumenti li jakkumpanjawha għandhom ikunu datati u ffirmati.
Id-dikjarazzjoni msemmija għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li tirriżulta mill-proċedura ‘KE’ tal-verifika għas-sottosistemi kif definita fit-taqsima 2 tal-Anness VI. Għandha tinkiteb bl-istess lingwa tal-fajl tekniku u għandu jkollha fiha għall-inqas dan li ġej:
— |
ir-referenzi tad-Direttivi, |
— |
l-isem u l-indirizz tal-entità kontraenti jew tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fl-Unjoni Ewropea (speċifika l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ; fil-każ ta’ rappreżentant awtorizzat, speċifika wkoll l-isem tan-negozju tal-entità kontraenti jew tal-manifattur); |
— |
deskrizzjoni qasira tas-sottosistema; |
— |
l-isem u l-indirizz tal-korp notifikat li għamel l-ispezzjoni ‘KE’ msemmija fl-Artikolu 18; |
— |
ir-referenzi tad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tekniku; |
— |
id-dispożizzjonijiet kollha rilevanti temporanji jew definittivi li għandhom jitħarsu mis-sottosistemi u b'mod partikolari, fejn ikun xieraq, kwalunkwe restrizzjoni jew kundizzjoni fuq l-operat; |
— |
jekk tkun temporanja: id-durata tal-validità tad-dikjarazzjoni ‘KE’; |
— |
l-identità tal-firmatarju. |
Meta ssir referenza fl-Anness VI għad-dikjarazzjoni ISV ‘KE’, id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima għandhom japplikaw għal din id-dikjarazzjoni.
2. Dikjarazzjoni tal-verifika għas-sottosistemi fil-każ ta’ regoli nazzjonali
Meta ssir referenza fl-Anness VI għad-dikjarazzjoni tal-verifika għas-sottosistemi fil-każ ta’ regoli nazzjonali, id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 1 għandhom japplikaw mutatis mutandi għal dik id-dikjarazzjoni.”
ANNESS III
“ANNESS VI
PROĊEDURA TAL-VERIFIKA GĦAS-SOTTOSISTEMI
1. PRINĊIPJI ĠENERALI
Il-proċedura ta’ verifika għal sottosistema tinvolvi l-ivverifikar u ċ-ċertifikar li sottosistema:
— |
hija ddisinjata, mibnija jew installata b'tali mod li tilħaq il-ħtiġijiet li jikkonċernawha u |
— |
tista' tiġi awtorizzata biex titqiegħed fis-servizz. |
2. PROĊEDURA TA' VERIFIKA ‘KE’
2.1. Introduzzjoni
Il-verifika ‘KE’ hija l-proċedura li biha korp notifikat jivverifika u jiċċertifika li s-sottosistema:
— |
tkun konformi mat-TSI(s) rilevanti, |
— |
tkun konformi mar-regolamenti l-oħra li ġejjin mit-Trattat. |
2.2. Partijiet tas-sottosistema u stadji
2.2.1 Verifika Intermedja tad-Dikjarazzjoni (ISV)
Jekk speċifikat fit-TSIs jew, fejn ikun xieraq, fuq talba tal-applikant, is-sottosistema tista' tinqasam f'ċerti partijiet jew verifikata f'ċerti stadji tal-proċedura ta’ verifika.
Il-verifika intermedja tad-dikjarazzjoni (ISV) hija l-proċedura li biha korp notifikat jivverifika u jiċċertifika ċerti partijiet tas-sottosistema jew ċerti stadji tal-proċedura ta’ verifika.
Kull ISV twassal għall-ħruġ ta’ ċertifikat ISV ‘KE’ mill-korp notifikat magħżul mill-applikant, li min-naħa tiegħu mbagħad, fejn applikabbli, ifassal dikjarazzjoni ISV ‘KE’. Iċ-ċertifikat ISV u d-dikjarazzjoni ISV għandhom jipprovdu referenza għat-TSIs li bihom ġiet evalwata l-konformità.
2.2.2 Partijiet tas-sottosistema
L-applikant jista' japplika għal ISV għal kull parti. U kull parti għandha tiġi vverifikata f'kull stadju kif deskritt fit-taqsima 2.2.3.
2.2.3 L-istadji tal-proċedura ta’ verifika
Is-sottosistema, jew ċerti partijiet tas-sottosistema, għandhom jiġu vverifikati f'kull wieħed minn dawn l-istadji:
— |
id-disinn globali; |
— |
produzzjoni: il-kostruzzjoni, inklużi, b'mod partikolari, l-attivitajiet ta’ inġinerija ċivili, il-manifattura, l-immuntar tal-kostitwenti, l-aġġustament globali; |
— |
l-ittestjar finali. |
L-applikant jista' japplika għal ISV għall-istadju tad-disinn (inklużi t-testijiet tat-tip) u għall-istadju tal-produzzjoni.
2.3. Ċertifikat tal-verifika
2.3.1. Il-korp notifikat responsabbli għall-verifika ‘KE’ jevalwa d-disinn, il-produzzjoni u l-ittestjar finali tas-sottosistema u jfassal iċ-ċertifikat ta’ verifika ‘KE’ maħsub għall-applikant, li min-naħa tiegħu jimla d-dikjarazzjoni tal-verifika ‘KE’. Iċ-ċertifikat ta’ verifika KE għandu jipprovdi referenza għat-TSIs li bihom ġiet evalwata l-konformità.
Meta sottosistema ma tiġix evalwata għall-konformità tagħha mat-TSI(s) kollha rilevanti (pereżempju fil-każ ta’ deroga, applikazzjoni parzjali tat-TSIs għal aġġornament jew tiġdid, perjodu tranżizzjonali f'TSI jew każ speċifiku), iċ-ċertifikat ‘KE’ għandu jagħti r-referenza preċiża għat-TSI(s) jew il-partijiet tagħhom li l-konformità tagħhom ma ġietx eżaminata mill-korp notifikat matul il-proċedura tal-verifika ‘KE’.
2.3.2. Fejn inħarġu ċertifikati ISV ‘KE’, il-korp notifikat responsabbli għall-verifika ‘KE’ tas-sottosistema jqis dawn iċ-ċertifikati ISV ‘KE’ u qabel ma joħroġ iċ-ċertifikat ta’ verifika ‘KE’, hu:
— |
jivverifika li ċ-ċertifikati ISV ‘KE’ ikopru b’mod korrett ir-rekwiżiti rilevanti tat-TSI(s), |
— |
jivverifika l-aspetti kollha li mhumiex koperti miċ-ċertifikat(i) ISV ‘KE’, u |
— |
jivverifika l-ittestjar finali tas-sottosistema kollha. |
2.4. Fajl tekniku
Il-fajl tekniku li jmur mad-dikjarazzjoni tal-verifika ‘KE’ għandu jkun fih dan li ġej:
— |
karatteristiċi tekniċi marbuta mad-disinn li jinkludu disinji ġenerali u dettaljati konformi mal-eżekuzzjoni, dijagrammi elettriċi u idrawliċi, dijagrammi ta’ ċirkwiti kkontrollati, deskrizzjoni ta’ sistemi għall-ipproċessar ta’ dejta u sistemi awtomatiċi, dokumentazzjoni dwar l-operat u l-manutenzjoni, eċċ., rilevanti għas-sottosistema kkonċernata; |
— |
lista ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3)(d), inkorporati fis-sottosistema; |
— |
kopji tad-dikjarazzjonijiet ‘KE’ tal-konformità jew l-idoneità għall-użu li għandhom jingħataw lill-kostitwenti msemmija hawn fuq skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva, akkompanjati, fejn ikun xieraq, b’noti tal-kalkolazzjoni li jikkorrispondu magħhom u kopja tar-rekords tat-testijiet u l-eżamijiet li jkunu saru mill-korpi notifikati fuq il-bażi ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, |
— |
jekk disponibbli, iċ-ċertifikat(i) ISV ‘KE’ u, f’tali każ, fejn ikun rilevanti, id-dikjarazzjoni(jiet) ISV ‘KE’, li jakkompanjaw iċ-ċertifikat ta’ verifika ‘KE’, inkluż ir-riżultat ta’ verifika mill-korp notifikat tal-validità taċ-ċertifikati, |
— |
ċertifikat ta’ verifika ‘KE’, flimkien ma’ noti korrispondenti ta’ kalkolu, iffirmat mill-korp notifikat responsabbli għall-verifika ‘KE’, li jiddikjara li s-sottosistema hija konformi mar-rekwiżiti tat-TSI(s) rilevanti waqt li jsemmi kwalunkwe riservi dokumentati matul l-operat tal-attivitajiet u mhux irtirati; iċ-ċertifikat ta’ verifika ‘KE’ għandu jkollu miegħu wkoll ir-rapporti tal-ispezzjoni u l-verifika mfassla mill-istess korp b’rabta mal-ħidma tiegħu, kif speċifikata fit-taqsimiet 2.5.3 u 2.5.4, |
— |
ċertifikati ‘KE’ maħruġa skont leġiżlazzjoni oħra li ġejja mit-Trattat. |
— |
Meta tkun meħtieġa l-integrazzjoni sigura skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 (1), l-applikant għandu jinkludi fil-fajl tekniku r-rapport tal-assessur dwar il-Metodi Komuni ta’ Sikurezza (CSM) dwar il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2004/49/KE. |
2.5. Monitoraġġ
2.5.1. L-għan tal-monitoraġġ ‘KE’ huwa li jiżgura li l-obbligi li ġejjin mill-fajl tekniku ntlaħqu matul il-produzzjoni tas-sottosistema.
2.5.2. Il-korp notifikat responsabbli għall-iċċekkjar tal-produzzjoni għandu jkollu aċċess permanenti għas-siti tal-bini, għal-lantijiet tal-produzzjoni, għaż-żoni tal-ħażna u, fejn ikun xieraq, għall-faċilitajiet tal-prefabbrikazzjoni u tal-ittestjar u, b’mod aktar ġenerali, għall-fondi li huwa jikkunsidra meħtieġa għall-ħidma tagħha. Il-korp notifikat għandu jirċievi mill-applikant id-dokumenti kollha meħtieġa għal dak l-iskop u b’mod partikolari, il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika rigward is-sottosistema.
2.5.3. Il-korp notifikat responsabbli għall-iċċekkjar tal-implimentazzjoni għandu perjodikament jagħmel verifiki biex jikkonferma l-konformità mat-TSI(s) rilevanti. Dan għandu jipprovdi lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni rapport tal-verifika. Dan jista’ jkun jeħtieġ li jkun preżenti f’ċerti stadji tal-operazzjonijiet tal-bini.
2.5.4. Barra minn hekk, il-korp notifikat jista’ jżur għal għarrieda l-post tax-xogħol jew il-ħwienet tal-produzzjoni. Waqt dawn iż-żjarat l-korp notifikat jista’ jagħmel verifiki kompleti jew parzjali. Dan għandu jipprovdi rapport ta’ spezzjoni lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni u, jekk ikun xieraq, rapport tal-verifika.
2.5.5. Bil-għan li tingħata dikjarazzjoni ‘KE’ tal-adattabbiltà għall-użu msemmija fit-taqsima 2 tal-Anness IV, il-korp notifikat għandu jkun jista’ jimmoniterja sottosistema li fuqha jinbena kostitwent ta’ interoperabbiltà sabiex tkun evalwata, meta meħtieġ mit-TSI korrispondenti, l-adattabbiltà tagħha għall-użu fl-ambjent ferrovjarju li huwa maħsub li tintuża fih.
2.6. Sottomissjoni
Il-fajl komplet imsemmi fil-paragrafu 2.4 għandu jiġi depożitat għand l-applikant b’appoġġ għaċ-ċertifikat ISV ‘KE’, jekk disponibbli, maħruġ mill-korp notifikat responsabbli għal dan jew b’appoġġ għaċ-ċertifikat tal-verifika maħruġ mill-korp notifikat responsabbli għall-verifika ‘KE’ tas-sottosistema. Il-fajl għandu jiġi mehmuż mad-dikjarazzjoni ‘KE’ tal-verifika li l-applikant jibgħat lill-awtorità kompetenti li biha jiddepożita l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz.
Kopja tal-fajl għandha tinżamm mill-applikant matul iż-żmien ta’ servizz tas-sottosistema. Din għandha tintbagħat lill-Istati Membri li jitolbuha.
2.7. Pubblikazzjoni
Kull korp notifikat għandu perjodikament jippubblika l-informazzjoni rilevanti rigward:
— |
talbiet tal-verifika ‘KE’ u ISV li rċieva, |
— |
talba għal valutazzjoni tal-konformità u/jew l-adattabbiltà għall-użu tal-ICs |
— |
ċertifikati ISV ‘KE’ maħruġa jew miċħuda, |
— |
ċertifikati ‘KE’ tal-konformità, u/jew l-adattabbiltà għall-użu, maħruġa jew miċħuda. |
— |
ċertifikati ‘KE’ ta’ verifika maħruġa jew miċħuda, |
2.8. Lingwa
Il-fajl u l-korrispondenza marbuta mal-proċeduri ta’ verifika ‘KE’ għandhom jinkitbu b’xi lingwa uffiċjali tal-UE tal-Istat Membru li fih l-applikant huwa stabbilit, jew f’lingwa uffiċjali tal-UE aċċettata mill-applikant.
3. PROĊEDURA TA’ VERIFIKA FIL-KAŻ TA’ REGOLI NAZZJONALI
3.1. Introduzzjoni
Il-proċedura ta’ verifika fil-każ ta’ regoli nazzjonali hija l-proċedura li biha l-korp maħtur skont l-Artikolu 17(3) (il-korp innominat) jivverifika u jiċċertifika li s-sottosistema hija konformi mar-regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 17(3).
3.2. Ċertifikat ta’ verifika
Il-korp maħtur responsabbli għall-proċedura ta’ verifika fil-każ ta’ regoli nazzjonali jfassal iċ-ċertifikat ta’ verifika maħsub għall-applikant.
Iċ-ċertifikat għandu jkun fih referenza preċiża għar-regola/i nazzjonali li l-konformità tagħhom ġiet eżaminata mill-korp maħtur fil-proċess ta’ verifika, inklużi dawk relatati mal-partijiet soġġetti għal deroga minn TSI, aġġornament jew tiġdid.
Fil-każ ta’ regoli nazzjonali relatati mas-sottosistemi li jifformaw vettura, il-korp maħtur għandu jaqsam iċ-ċertifikat f’żewġ partijiet, parti tkun tinkludi r-referenzi għal dawk ir-regoli nazzjonali relatati b’mod strett mal-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk rilevanti, u parti oħra tkun tinkludi r-referenzi għar-regoli nazzjonali l-oħra kollha.
3.3. Fajl tekniku
Il-fajl tekniku li jmur maċ-ċertifikat ta’ verifika fil-każ ta’ regoli nazzjonali għandu jiġi inkluż fil-fajl tekniku msemmi fil-punt 2.4 u għandu jkun fih id-dejta teknika rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità tas-sottosistema mar-regoli nazzjonali.”
DEĊIŻJONIJIET
2.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Marzu 2010
C 4/03 (ex NN 102/02) dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Italja favur WAM SpA
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1711 cor.)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/134/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE (1) dwar l-għajnuna C 4/03 (ex NN 102/02) (2),
Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom skont l-artikoli msemmija hawn fuq u wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet mibgħuta,
Billi:
I. PROĊEDURA
Proċedura quddiem il-Kummissjoni
(1) |
B’ittra tas-26 ta’ Lulju 1999 il-Kummissjoni rċeviet ilment kontra WAM Engineering Ltd, fejn intqal li WAM Spa ngħatat kontribuzzjonijiet pubbliċi illeġittimi min-naħa tal-Italja. |
(2) |
Intbagħtu talbiet għal informazzjoni lill-awtoritajiet Taljani b’ittri tal-5 ta’ Awwissu 1999 u tal-10 ta’ Settembru 1999. Il-kwerelant ittrasmetta informazzjoni oħra b’ittra tat-2 ta’ Settembru 1999. B’ittra tat-13 ta’ Diċembru 1999 il-Kummissjoni kkomunikat lill-kwerelant it-tweġiba tal-awtoritajiet Taljani, li waslet b’ittra tal-11 ta’ Ottubru 1999, u ħabbret l-intenzjoni li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
(3) |
Fl-istess waqt, kien għaddej stħarriġ dwar ir-reġimi nazzjonali ta’ sostenn għall-investimenti barranin diretti ddestinati għal pajjiżi terzi, li kellu jintemm b’komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar dan. |
(4) |
B’ittra tat-18 ta’ Diċembru 2001 il-Kummissjoni talbet lill-Italja informazzjoni ulterjuri, wara l-azzjoni mġedda tal-kwerelant (intbagħtu żewġ talbiet lill-Kummissjoni b’ittri tal-31 ta’ Marzu 2000 u tal-11 ta’ Ottubru 2000), meta jitqies ukoll li l-Kummissjoni kienet ipposponiet l-istħarriġ dwar l-investimenti barranin diretti. |
(5) |
Fid-dawl tal-informazzjoni mogħtija bl-ittri tal-20 ta’ Frar 2002 u tas-27 ta’ Marzu 2002, saru mistoqsijiet ulterjuri lill-awtoritajiet Taljani b’ittra tat-12 t’April 2002. |
(6) |
L-awtoritajiet Taljani wieġbu b’ittra tal-21 ta’ Mejju 2002. B’ittra tal-5 ta’ Ġunju 2002 il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Taljani li kienet qed tqis l-informazzjoni mogħtija bħala mhux kompleta u talbithom jipprovdu l-informazzjoni nieqsa u kjarifiki ulterjuri, fi żmien għoxrin jum ta’ xogħol minn meta jirċievu l-ittra. |
(7) |
Minħabba li ma waslet l-ebda tweġiba u minkejja li l-awtoritajiet Taljani, b’ittra tal-25 ta’ Ġunju 2002, kienu talbu li l-iskadenza prevista tiġi mtawla għall-31 ta’ Lulju, fis-26 ta’ Settembru 2002 il-Kummissjoni adottat, inġunzjoni biex tingħata informazzjoni, skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (3) (minn hawn ‘il quddiem: ir-‘Regolament (KE) Nru 659/1999’). Sadanittant il-każ ġie ttrasferit fir-reġistru tal-għajnuniet mhux notifikati (NN) u ġie attribwit in-numru NN 102/2002. |
(8) |
B’ittri tas-26 ta’ Ġunju 2002 u tal-4 t’Ottubru 2002, il-kwerelant ġie mgħarraf bil-progress tal-proċedura. B’ittra tal-31 t’Ottubru 2002, huwa talab li jkun jaf bl-eżitu tal-imsemmija inġunzjoni. |
(9) |
L-awtoritajiet Taljani taw l-informazzjoni mitluba b’ittra tas-16 t’Ottubru 2002 u kkomunikaw aktar informazzjoni b’ittra tal-24 t’Ottubru 2002. |
(10) |
B’ittra tal-24 ta’ Jannar 2003 il-Kummissjoni infurmat lill-Italja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura kif stipulata fl-Artikolu 88(2), tat-trattat KE, li attwalment huwa l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni (4). |
(11) |
Il-kwerelant ġie infurmat b’ittra tad-29 ta’ Jannar 2003. |
(12) |
Minħabba li kien għadu ma rċeviex din l-ittra, il-kwerelant bagħat lill-Kummissjoni tfakkira b’ittra tal-10 ta’ Frar 2003. |
(13) |
Wara l-komunikazzjoni lill-awtoritajiet Taljani fuq il-bidu tal-proċedura, WAM SpA bagħtet immedjatament ittra lill-Kummissjoni (ittra tal-10 ta’ Frar 2003). |
(14) |
B’ittra tas-27 ta’ Frar 2003 l-Italja talbet estensjoni, sas-7 ta’ Marzu 2003, tal-perjodu ta’ 15-il jum li fih għandha tibgħat l-osservazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ riżervatezza, kif stabbilit mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
(15) |
B’ittra tal-10 ta’ Marzu 2003 l-Italja talbet lill-Kummissjoni biex ma tippubblikax id-deċiżjoni, minħabba x-xewqa tal-benefiċjarju li jirrimborża l-għajnuna, kif ġie ddikjarat mill-istess WAM SpA b’ittra tat-13 ta’ Marzu 2003, mibgħuta direttament lill-Kummissjoni. |
(16) |
B’ittra tat-18 ta’ Marzu 2003 il-Kummissjoni indikat li, sabiex tiġi evitata l-pubblikazzjoni, kienet meħtieġa deċiżjoni definittiva għall-għeluq tal-każ, bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata l-prova li ż-żewġ għajnuniet flimkien mal-imgħax, ikkalkulati skont modalità approvata mill-Kummissjoni, ġew tassew irkuprati. |
(17) |
Minħabba li ċ-ċifra proposta mill-gvern Taljan b’ittra tat-13 ta’ Mejju 2003 kienet konsiderevolment inferjuri għall-ewwel stima tal-għotja ekwivalenti għall-għajnuna kkalkulata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-elementi disponibbli fil-mument tal-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja b’ittra tat-22 ta’ Mejju 2003 li ċ-ċifra proposta għar-rimborż ma kinitx taqbel mal-kriterji tagħha, u li l-pubblikazzjoni suppost saret fi żmien qasir. |
(18) |
B’ittra tat-13 ta’ Ġunju 2003 il-kwerelant talab informazzjoni fuq il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni wieġbet b’ittra tat-18 ta’ Ġunju 2003. Dakinhar stess lill-kwerelant intbagħtet komunikazzjoni oħra b’ittra elettronika fejn ġie infurmat immedjatament li l-pubblikazzjoni kienet għadha kif saret. |
(19) |
B’ittra tal-1 ta’ Lulju 2003, ippreċeduta minn feks (mibgħut dakinhar stess), WAM SpA bagħtet talba għall-aċċess tal-fajl kollu, talba li l-Kummissjoni ċaħdet b’ittra tal-14 ta’ Lulju 2003. |
(20) |
B’ittra tal-20 ta’ Ġunju 2003 WAM SpA wieġbet direttament il-komunikazzjoni li biha l-Kummissjoni kienet qed tinforma lill-Italja bil-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni. Il-Kummissjoni wieġbet b’ittra tal-11 ta’ Lulju 2003. |
(21) |
B’ittra tas-27 ta’ Ġunju 2003 il-kwerelant esprima l-intenzjoni li jitlob kumpens minn WAM SpA għat-telf li ġarrab f’każ li d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni kienet negattiva, u talab li jkun infurmat bil-proċedura li kellha tiġi segwita. |
(22) |
B’ittra tal-4 ta’ Lulju 2003 Morton Machine Company Limited, il-kwerelant, ikkomunikat li kienet inbdiet azzjoni ġudizzjarja kontriha quddiem qorti Taljana minn WAM SpA, li min-naħa tagħha kienet qed titlob kumpens, u talbet lill-Kummissjoni jekk setgħetx tikseb l-irtirar ta’ din iċ-ċitazzjoni. |
(23) |
B’ittra tal-10 ta’ Lulju 2003 il-Kummissjoni wieġbet għaż-żewġ ittri ta’ Morton Machines Company. |
(24) |
B’ittra tas-16 ta’ Lulju 2003 il-partijiet terzi interessati kkomunikaw l-osservazzjonijiet tagħhom u talbu li dawn jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali. |
(25) |
Nhar it-23 ta’ Lulju 2003 saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Taljani. Qabel il-laqgħa, l-awtoritajiet Taljani kienu taw xi informazzjoni b’ittra tat-22 ta’ Lulju 2003, irreġistrata fil-25 ta’ Lulju 2003, data ta’ meta ġiet irċevuta. Informazzjoni addizzjonali kienet intbagħtet lill-Kummissjoni, b’ittra tat-8 t’Awwissu 2003, direttament mill-uffiċċju tal-Presidente del Consiglio (Dipartimento per il coordinamento delle politiche comunitarie). |
(26) |
B’ittra tal-21 t’Awwissu 2003 Morton Machine Company Limited staqsiet jekk kinitx ġa ġiet adottata deċiżjoni finali u talbet li tkun aġġornata dwar l-andament tas-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni wieġbet b’ittra tat-28 t’Awwissu 2003. |
(27) |
B’ittra tad-19 ta’ Settembru 2003 l-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni li tibda proċeduri ta’ stħarriġ formali. |
(28) |
B’ittra tat-3 ta’ Novembru 2003, l-Italja kkomunikat il-kummenti tagħha fuq l-osservazzjonijiet li ngħatat mill-partijiet terzi interessati. |
(29) |
Wara t-talba ta’ kumpens minn WAM SpA tat-30 ta’ Lulju 2003, is-Segretarjat ġenerali kkonferma ċ-ċaħda tal-aċċess għad-dokumenti b’ittra tas-16 ta’ Settembru 2003. |
(30) |
Il-fajls neqsin mit-tweġiba tad-19 ta’ Settembru 2003 ntbagħtu mill-Italja b’ittra tal-14 ta’ Jannar 2004. |
(31) |
Fid-19 ta’ Mejju 2004, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 7(3)(5) tar-Regolament KE Nru 659/1999 (5). |
Proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-ġustizzja
(32) |
Kemm WAM SpA u kemm l-Italja ppreżentaw rikors kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2004 quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza. Il-Qorti tal-Prim’Istanza, għaqdet iż-żewġ kawżi u fis-6 ta’ Settembru 2006 tat sentenza li biha annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, minħabba li din tal-aħħar ma kinitx ipprovdiet xierqa hekk li turi li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, l-għajnuna setgħet tinfluwenza l-iskambji u l-kompetizzjoni fis-suq tal-UE (6). |
(33) |
Il-Kummissjoni appellat is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza. Fit-30 t’April 2009 il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell tal-Kummissjoni (7). |
II. DESKRIZZJONI TAL-GĦAJNUNA
(34) |
WAM SpA hija kumpanija inkorporata taħt il-liġi Taljana bis-sede tagħha f’Cavezzo, l-Italja. Fil-perjodu eżaminat - mill-1995 sal-2000 - hija operat fis-settur tal-produzzjoni u tat-tqegħid fis-suq ta’ trasportatori elikojdali, elikojdi, filtri tat-trab u valvoli għal impjanti industrijali. Fi swieq bħal dawn, l-għadd ta’ produtturi tal-UE huwa għoli. B’mod speċjali fil-qasam tal-filtri tat-trab, WAM SpA riedet tikkompeti ma’ sensiela ta’ produtturi tal-UE kompetituri akbar, mogħnija b’teknoloġiji avvanzati u bi struttura kummerċjali żviluppata sew (8). |
(35) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-preżenza ta’ WAM SpA fis-suq Taljan, is-sehem tas-suq li kellha l-kumpanija fil-qasam tat-trasportaturi elikojdali għas-siment kien ekwivalenti għal 60 % fl-1991, 50 % fl-2000 u 55 % fl-2003. F’dak li għandu x’jaqsam mal-filtri tat-trab, is-sehem tas-suq ta’ WAM SpA f’dan il-qasam kien ta’ 40 % fl-1991, biex imbagħad laħqet 50 % fl-2000 u 60 % fl-2003 (9). |
(36) |
Mill-1997, WAM SpA firxet il-bejgħ tagħha anke fi swieq ta’ Stati Membri oħra tal-UE, b’mod partikolari fil-Ġermanja tal-Punent u Franza: fl-2000 is-sehem tas-suq li kellha l-kumpanija fil-qasam tat-trasportaturi elikojdali għas-siment kien ta’ 70 % fi Franza u fil-Ġermanja u ta’ 60 % fir-Renju Unit, filwaqt li f’dak li għandu x’jaqsam mal-filtri tat-trab is-sehem tas-suq ta’ WAM SpA kien ekwivalenti għal 50 % fi Franza, 20 % fil-Ġermanja u 10 % fir-Renju Unit (10). |
(37) |
Fl-1994 twaqqfet kumpanija sussidjarja Ġappuniża, WAM Japan, speċjalizzata fit-tqegħid fis-suq ta’ żewġ prodotti manifatturati fl-Italja u li l-ispejjeż ta’ trasport tagħhom kienu relattivament baxxi, jiġifieri l-filtri tat-trab u l-valvoli. Fl-1995 twaqqfet kumpanija sussidjarja Ċiniża, immaniġġjata għall-ewwel bħala impriża bi sħab flimkien ma’ msieħeb lokali u mbagħad mill-1998, bħala sussidjarja b’100 % propjetà ta’ Wam SpA (11). |
(38) |
Fil-perjodu eżaminat, WAM SpA kellha wkoll 84 % tal-kapital azzjonarju ta’ “WAM Engineering Ltd”, kumpanija inkorporata taħt il-liġi Ingliża bis-sede tagħha f’Tewkesbury, fir-Renju Unit. Il-qasam tas-suq li fih kienet topera WAM Engineering Ltd kien id-disinn, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ miksers industrijali li jintużaw primarjament fl-industrija alimentari, kimika, farmaċewtika u ambjentali. |
(39) |
Filwaqt li rrefera għall-politika tal-prezzijiet immaniġġjata minn WAM Engineering Ltd fir-Renju Unit, il-kwerelant sostna li l-kumpanija kienet kapaċi toffri l-istess prodotti (miksers industrijali) li anke hu kien jipproduċi u jqiegħed fis-suq, għal bejn wieħed u ieħor terz tal-prezzijiet tiegħu – ċifra li skont hu bilkemm kienet tlaħħaq mal-ispejjeż tal-materja prima meħtieġa biex jiġi prodott il-makkinarju nnifsu – u dan grazzi, skont l-opinjoni tiegħu, għal finanzjamenti tal-gvern Taljan, mogħtija skont il-liġi tad-29 ta’ Lulju 1981 n. 394 (minn hawn ‘il quddiem: il-liġi 394/81). |
(40) |
Skont il-kwerelant, fil-qafas tal-liġi 394/81, WAM Engineering Ltd ngħatat għajnuna finanzjarja għal programmi ta’ penetrazzjoni kummerċjali f’pajjiżi li mhumiex parti mill-Unjoni Ewropea. Il-liġi 394/81 għenet b’mod partikolari lill-impriżi Taljani li kellhom il-ħsieb li jwaqqfu kumpanija sussidjarja barra mill-pajjiż taħt sura ta’ uffiċċji ta’ rappreżentanza, aġenziji tal-bejgħ u mħażen. |
(41) |
L-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li fl-1995 taw lil WAM SpA għajnuna f’forma ta’ self b’rata ta’ imgħax baxxa ekwivalenti għal ITL 2 281 450 000 (bejn wieħed u ieħor EUR 1,18 miljun) għal proġetti fil-Ġappun, il-Korea t’Isfel u t-Tajwan. Skont l-awtoritajiet Taljani, il-benefiċjarju ngħata self b’rata ta’ imgħax baxxa ekwivalenti għal 1 358 505 421 ITL (bejn wieħed u ieħor EUR 0,7 miljun), minħabba li l-proġetti previsti fil-Korea u fit-Tajwan ma twettqux minħabba l-kriżi ekonomika li kienet għaddejja f’dawk il-pajjiżi. |
(42) |
Is-self b’imgħax baxx kien ikopri 85 % tal-ispejjeż eliġibbli. Id-daqs tal-għajnuna fuq ir-rati tal-imgħax seta’ jasal sa 60 % tar-rata ta’ referenza. Is-self kellu jitħallas lura fi żmien ħames snin, fuq bażi lineari u fi kwoti ugwali kull semestru, bl-imgħax jitħallas fuq id-dejn li jifdal. Kien previst ukoll perjodu ta’ grazzja ta’ sentejn. |
(43) |
L-imgħax baxx ta’ dan is-self speċifiku, ugwali għal 4,4 %, ġie kkalkulat b’riferiment għar-rata tas-suq ta’ 11 %. Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar qabel u fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-ftuħ tal-proċedura, l-intensità tal-għajnuna kienet tidher li kienet ta’ 16,38 % tal- Għotja Sħiħa Ekwivalenti, korrispondenti għal għajnuna ta’ ITL 222,523 miljun (bejn wieħed u ieħor EUR 115 000). |
(44) |
L-ispejjeż eliġibbli ta’ din l-għajnuna nqasmu f’żewġ kategoriji: spejjeż tal-impjanti permanenti barra mill-pajjiż u spejjeż għall-attivitajiet ta’ promozzjoni kummerċjali. L-ispejjeż meqjusa, espressi f’miljuni ta’ ITL, jidhru fit-tabella segwenti:
|
(45) |
Barra minn hekk, b’ittra tal-21 ta’ Mejju 2002, l-awtoritajiet Taljani, bi tweġiba għal talba min-naħa tal-Kummissjoni, iddikjaraw li fid-9 ta’ Novembru 2000 ngħata self ieħor b’imgħax baxx lil WAM SpA, taħt l-istess skema, għal total ta’ 1 940 579 808 ITL (ekwivalenti għal bejn wieħed u ieħor miljun EUR). |
(46) |
Il-Kummissjoni ma kellhiex, fil-ħin tal-ftuħ tal-proċedura, informazzjoni preċiża dwar din l-għajnuna supplementari. |
III. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
Għajnuna mogħtija lil WAM SpA fl-1995
(47) |
L-awtoritajiet Taljani saħqu, fl-ittra tagħhom tal-21 ta’ Mejju 2002, li l-għajnuna mogħtija lil WAM SpA fl-1995, skont il-liġi 394/81, kienet ferm inqas mil-limitu “de minimis” u li ma ngħatat ebda għajnuna oħra “de minimis” lill-istess benefiċjarju tul l-istess perjodu ta’ tliet snin. Barra minn hekk, huma enfasizzaw li l-għajnuna ma setgħet bl-ebda mod tiġi kkunsidrata bħala marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati. |
(48) |
Il-Kummissjoni osservat li l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż eliġibbli meqjusa għall-għajnuna speċifika mogħtija lil WAM SpA fl-1995 - jiġifieri l-ispejjeż marbuta ma’ kera, assigurazzjoni u faċilitajiet (b’mod partikolari għall-persunal, għamara u tagħmir) - fir-rigward ta’ sede kummerċjali permanenti barra mill-pajjiż, setgħu jiġu kkunsidrati bħala għajnuna għat-twaqqif u l-immaniġġjar ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni. |
(49) |
Bl-istess mod, skont il-Kummissjoni, l-ispejjeż marbuta ma’ konsulenza fir-rigward tal-istrutturi permanenti barra mill-pajjiż, reklamar u safar fuq xogħol kellhom jitqiesu bħala spejjeż kurrenti marbuta mal-attività ta’ esportazzjoni. |
(50) |
Fid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni stipulat li, f’konformità mal-aħħar paragrafu tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat mogħtija illeġittimament (12), meta, fiż-żmien tad-deċiżjoni, il-linji gwida ġew sostitwiti minn Regolament, il-Kummissjoni tqis li, jekk huma aktar favorevoli minn dawk tal-linji gwida, għandhom jiġu applikati r-regoli stabbiliti fir-Regolament. Għalhekk fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni osservat li, f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna “de minimis”, għandhom, fil-prinċipju, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-trattat KE dwar għajnuna ta’ importanza minuri (“de minimis”) (13) (minn hawn ‘il quddiem: ir-‘Regolament (KE) Nru 69/2001’). |
(51) |
Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 69/2001 ma kienx jiġi applikat għall-għajnuna favur attività marbuta mal-esportazzjoni, jiġifieri għall-għajnuna mogħtija direttament għall-kwantitajiet esportati bħal fit-twaqqif u l-immaniġġjar ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew għal spejjeż kurrenti oħra marbuta mal-attività ta’ esportazzjoni, kif previst fl-Artikolu 1(a). |
(52) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-konformità tal-għajnuna inkwistjoni mad-dispożizzjonijiet “de minimis”, għandu jiġi osservat li fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni stipulat li l-linji gwida komunitarji dwar għajnuna mill-Istat lill-SMEs tal-1992 (14) (minn hawn ‘il quddiem: il-linji gwida dwar l-SMEs tal-1992) ma kinux jeskludu espliċitament l-għajnuna għall-esportazzjoni, iżda kienu jiffissaw limitu inferjuri għall-għajnuna “de minimis”, ekwivalenti għal 50 000 ECU. |
(53) |
Fid-dawl ta’ dan kollu msemmi hawn fuq, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar jekk l-għajnuna mogħtija lil WAM SpA fl-1995 skont il-liġi 394/81 setgħetx titqies konformi ma’ kwalunkwe regola “de minimis” rilevanti. |
(54) |
Barra dan, fuq il-bażi ta’ eżami preliminari, il-Kummissjoni kellha dubji serji dwar jekk, skont kwalunkwe dispożizzjoni, l-għajnuna mogħtija lil WAM SpA setgħetx titqies kompatibbli mat-Trattat KE, illum it-Trattat TFUE. |
Għajnuna mogħtija lil WAM SpA fl-2000
(55) |
Fil-mument tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni dwar xi aspett speċifiku - bħall-kobor tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli - tal-għajnuna lill-“gruppo WAM” (kif fissruh l-awtoritajiet Taljani) mogħtija fl-2000, dejjem taħt forma ta’ self b’imgħax baxx, skont il-liġi 394/81, minħabba li l-awtoritajiet Taljani ma kinux taw l-informazzjoni dwar dan. |
(56) |
Għalhekk, f’dik il-fażi tal-proċedura, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta bi preċiżjoni l-għajnuna speċifika. Madankollu, hija esprimiet dubji dwar jekk din - billi għandha l-istess ambitu u billi ngħatat fuq l-istess bażi ġuridika tal-għajnuna mogħtija fl-1995 - setgħetx tiġi kkunsidrata konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE, illum TFUE, skont kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti. |
(57) |
L-awtoritajiet Taljani enfasizzaw ukoll fl-ittra tagħhom tal-24 t’Ottubru 2002 li l-ebda għajnuna ma ngħatat direttament lil “WAM Engineering” u li ma kienet teżisti l-ebda impriża b’dak l-isem fir-reġistru Taljan tal-kumpaniji. Il-Kummissjoni madankollu osservat li, l-ewwel nett, “WAM SpA” kellha 84 % tal-ishma ta’ “WAM Engineering Ltd”. It-tieni nett, hija kienet osservat li l-awtoritajiet Taljani kienu ħabbru, sa mill-ittra tagħhom tal-11 t’Ottubru 1999, li “WAM SpA” kienet ibbenefikat minn self b’imgħax baxx skont il-liġi 394/81, u żiedu, b’ittra tal-21 ta’ Mejju 2002, li l-“gruppo WAM” ngħata self ieħor b’imgħax baxx, skont l-istess liġi, fid-9 ta’ Novembru 2000. |
IV. OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI
(58) |
Dwar id-deċiżjoni għall-ftuħ tal-proċedura ta’ stħarriġ formali waslu osservazzjonijiet minn parti terza interessata dwar il-każ inkwistjoni li talbet li l-identità tagħha tibqa’ mistura. |
(59) |
Fl-osservazzjonijiet tagħha, il-parti terza interessata tapprezza l-isforzi tal-Kummissjoni biex terġa’ ġġib mill-ġdid kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni fis-settur inkwistjoni u tilmenta t-telf ta’ kompetenzi tekniċi u ta’ postijiet tax-xogħol minħabba l-pożizzjoni ta’ WAM SpA fis-suq. |
(60) |
B’ittra tat-3 ta’ Novembru 2003, l-Italja, infurmata bl-osservazzjonijiet tal-parti terza interessata b’ittra tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2003, indikat, li fl-opinjoni tagħha, dawn l-osservazzjonijiet ma kienu qed ifornu l-ebda kontribut ġdid, minħabba li kienu qed jikkonfermaw biss xi affarijiet li diġà kienu ntqalu dwar dan l-istess każ, saħansitra mill-kwerelant innifsu. B’mod partikolari, l-Italja tqis li ntwera biżżejjed li ma kien hemm l-ebda konnessjoni bejn il-fatti esposti fl-osservazzjonijiet imsemmija hawn fuq u l-finanzjament ta’ WAM SpA skont il-liġi 394/81. |
V. OSSERVAZZJONIJIETN TAL-ITALJA
(61) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mas-self tal-1995, l-awtoritajiet Taljani pprovdew elementi li jippruvaw li, fil-mument tal-għoti tal-ewwel għajnuna u tal-preżentazzjoni tat-talba korrispondenti, WAM SpA kienet tikkorrispondi, fuq il-bażi tal-bilanċ tagħha għall-1994, għad-definizzjoni ta’ impriża ta’ daqs medju skont il-punt 2.2 tar-regoli dwar l-SMEs tal-1992, minħabba li kienet timpjega 163 ruħ, kellha dħul mill-bejgħ annwali ta’ EUR 16,8 miljun u assi netti totali ta’ EUR 20,1 miljun u, fl-aħħar nett, kienet tirriżulta bħala propjetà ta’ żewġ impriżi li t-tnejn li huma kienu wkoll SMEs. L-istess awtoritajiet Taljani iżda qablu fuq il-fatt li mill-1998, WAM SpA ma kinitx iktar SME u li għalhekk ma kinitx SME lanqas meta ngħatat it-tieni għajnuna (fl-2000). |
(62) |
Mal-informazzjoni li diġà kellha l-Kummissjoni fil-ħin tal-ftuħ tal-proċedura ma żdied l-ebda element sostanzjali dwar l-ewwel finanzjament, ħlief il-fatt li s-self ingħata lill-benefiċjarju f’aktar minn rata waħda meta mqabbel mar-rati li għalihom il-perjodu ta’ tolleranza seta’ jvarja minn sentejn sa xejn. Fil-kuntratt tal-bidu ma kienet prevista l-ebda dispożizzjoni fir-rigward tar-rata tal-imgħax. Ir-rimborż integrali ta’ dan is-self kien previst għal April 2004. |
(63) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mas-self tal-2000, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw, wara l-ftuħ tal-proċedura, b’ittra tal-25 ta’ Lulju 2003, li ċ-ċifra effettiva komplessiva kienet ta’ 3 603 574 689 ITL (ekwivalenti għal EUR 1 861 091,01) u mhux ta’ 1 940 579 808 ITL (ekwivalenti għal bejn wieħed u ieħor miljun EUR), kif huma kienu ddikjaraw qabel b’ittra tal-21 ta’ Mejju 2002 u kif kien indikat fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, minħabba li din l-aħħar ċifra kienet tirreferi biss għal parti mis-self li kien ingħata ġa, indipendentement miċ-ċifra globali tal-għajnuna mogħtija. |
(64) |
Fir-realtà, imbagħad tħallsu żewġ rati oħra tal-għajnuna. B’mod partikolari, l-aħħar rata, ekwivalenti għal EUR 248 091,01, tħallset fit-22 ta’ Jannar 2003. Il-kundizzjonijiet tal-għoti tas-self huma l-istess bħal dawk tas-self tal-1995, minħabba li t-tnejn li huma ngħataw skont il-liġi 394/81. L-għoti taċ-ċifra totali tas-self tal-2000 ġie deċiż fid-9 ta’ Novembru 2000 u l-kuntratt ġie ffirmat fl-20 ta’ Diċembru 2000. |
(65) |
Ġabra tal-ispejjeż eliġibbli meqjusa għall-għajnuna inkwistjoni, mibgħuta mill-gvern Taljan u mehmuża mal-ittra tat-22 ta’ Lulju 2003, qed tidher fit-tabella segwenti:
|
(66) |
Mid-dokumenti mehmuża mal-ittra tal-14 ta’ Jannar 2004 jidher ċar ukoll li l-programm inkwistjoni kellu jitwettaq fiċ-Ċina bi sħab bejn WAM SpA u “WAM Bulk Handling Machinery Shangai Co Ltd”, impriża lokali b’100 % propjetà ta’ WAM SpA. |
(67) |
Ġew ikkunsidrati bħala spejjeż eliġibbli l-kera tal-postijiet għall-uffiċċji, l-imħażen, ix-showrooms u l-assistenza teknika (għal erja totali ta’ 7 500 m2), ix-xiri, il-kiri jew il-leasing ta’ 3 vetturi kif ukoll l-ispejjeż tal-persunal tal-kumpanija omm u barra mill-pajjiż (b’mod partikolari direttur tal-bejgħ u sitt tekniki). |
(68) |
Ir-rata tal-imgħax applikata għas-self speċifiku kienet ta’ 2,32 %, valur ekwivalenti għal 40 % tar-rata ta’ riferiment ta’ 5,8 % fis-seħħ fil-mument tal-għoti tal-għajnuna. Għal darba oħra, ma jirriżultax li l-kuntratt kien jipprevedi modifika fir-rata tal-imgħax matul il-perjodu tas-self. Is-self ingħata lill-benefiċjarju f’aktar minn rata waħda u b’hekk il-perjodu ta’ grazzja jvarja minn sentejn sa xejn. |
(69) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mar-rimborż, mill-informazzjoni mogħtija mill-Italja, jirriżulta li fl-20 ta’ Frar 2003 ntemm il-perjodu ta’ tolleranza ta’ sentejn, li matulu tħallsu biss l-interessi fuq ir-rati tas-self li kienu ġa ngħataw lill-benefiċjarju. Fl-20 t’Awwissu 2003 beda l-perjodu tar-rimborż ta’ 5 snin. Ir-rimborż previst kien lineari, permezz ta’ kwoti ugwali kull semestru u bil-ħlas tal-imgħax fuq il-bilanċ pendenti. Skont il-kalendarju, ir-rimborż kellu b’hekk jitħallas kollu sal-20 ta’ Frar 2008. |
(70) |
Barra minn hekk, għal dak li għandu x’jaqsam mal-modifika tar-rata tal-imgħax matul il-perjodu tar-rimborż, l-awtoritajiet Taljani sostnew li fl-ambitu tal-kwadru ġuridiku Taljan kienu jeżistu effettivament dispożizzjonijiet ġenerali li kienu jippermettu tali tnaqqis. |
(71) |
Barra minn hekk, għal dak li għandu x’jaqsam maż-żewġ selfiet, l-awtoritajiet Taljani sostnew li l-ispiża tal-garanzija bankarja obbligatorja mitluba qabel l-għoti tas-self kellha titnaqqas miċ-ċifra tal-għajnuna. |
(72) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-esportazzjonijiet ta’ WAM SpA fi u barra mill-UE, ingħataw dawn id-dettalji segwenti:
|
(73) |
L-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li ċ-ċifri relattivi għat-total tal-esportazzjonijiet murija fit-tabella preċedenti jirrappreżentaw bejn 52 % u 57,5 % tal-bilanċ annwali totali ta’ WAM SpA rreġistrat fl-1995 u fl-1999 rispettivament. |
(74) |
L-awtoritajiet Taljani jirrikonoxxu fl-aħħar nett li l-ebda waħda miż-żewġ selfiet eżaminati ma taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 69/2001 u lanqas taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 (15); huma jsostnu però li l-inċentivi lill-impriżi tal-UE ddestinati għall-finanzjament ta’ programmi li jitwettqu barra mill-UE ma jidħlux fil-kamp tal-applikazzjoni ta’ dak li kien l-Artikolu 87(3) tat-Trattat KE, illum l-Artikolu 107(3) tat-TFUE. |
VI. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
Sussistenza ta’ għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat TFUE
(75) |
Skont l-Artikolu 107(1), tat-TFUE “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat, li tfixkel jew li thedded jew tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ‘l ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, titqies bħala għajnuna li mhix kompatibbli mas-suq komuni”. |
(76) |
Mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107(1), tat-TFUE joħroġ li, biex tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, miżura għandha twieġeb għal erba’ kundizzjonijiet speċifiċi: l-ewwel nett, għandu jkun intervent tal-Istat permezz ta’ riżorsi statali; it-tieni nett, dan l-intervent irid jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tal-miżura; it-tielet nett, il-miżura għandha tkun adattata biex ikollha effett fuq l-iskambji bejn Stati Membri u, ir-raba’ nett u fl-aħħar, għandha tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni. |
Riżorsi statali u imputabbiltà lill-Istat
(77) |
Huwa kkunsidrat bħala għajnuna mill-Istat kull vantaġġ dirett jew indirett, iffinanzjat b’riżorsi pubbliċi u mogħti direttament mill-Istat jew minn organiżmi intermedji li jeżerċitaw il-kompetenzi mogħtija lilhom mill-Istat. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet b’mod ċar ħafna li m’hemmx differenza bejn għajnuna maħruġa direttament mill-Istat u għajnuna maħruġa direttament minn korpi pubbliċi jew privati mwaqqfa mill-Istat għal dan il-għan (16). |
(78) |
Il-miżuri tal-għajnuna inkwistjoni approvati mill-kumitat skont l-Artikolu 2 tal-liġi 394/81 (17) għal dak li għandu x’jaqsam mas-self tal-1995, u mill-“Comitato agevolazioni” (18) għal dak li għandu x’jaqsam mas-self tal-2000. |
(79) |
Il-Mediocredito Centrale SpA (19) stipula ma’ WAM SpA l-kuntratt ta’ finanzjament tal-1995 biex tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-kumitat skont l-Artikolu 2 tal-liġi 394/81. SIMESIT SpA (20) stipulat il-kuntratt ta’ finanzjament tal-2000 ma’ WAM SpA biex tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-“Comitato Agevolazioni”. |
(80) |
F’dan il-każ, l-għajnuna ngħatat permezz ta’ riżorsi statali minn korpi li aġixxew f’isem l-Istat Taljan bl-iskop li jiġu promossi l-attivitajiet ekonomiċi fuq il-bażi ta’ orjentazzjonijiet fformulati mill-Istat u għalhekk - f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - imputabbli lill-Istat (21). |
Vantaġġ selettiv mogħti lil impriża
(81) |
Is-self b’imgħax baxx itejjeb s-sitwazzjoni finanzjarja tal-benefiċjarju tal-għajnuna, billi jnaqqas spejjeż li kieku jkollu jagħmel għat-twettiq ta’ programmi ta’ penetrazzjoni kummerċjali mingħajr għajnuna finanzjarja min-naħa tal-Istat. Għalhekk, il-miżuri ta’ għajnuna taħt eżami jagħtu vantaġġ selettiv lil WAM SpA fir-rigward tal-kompetituri tagħha fl-UE. |
(82) |
Minħabba li topera fis-suq tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ trasportaturi elikojdali, elikojdi, filtri tat-trab u valvi għal impjanti industrijali, m’hemm ebda dubju li WAM SpA twettaq attività ekonomika f’dan is-suq u li għalhekk taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ impriża skont il-liġi tal-UE (22). |
(83) |
Għalhekk, l-għajnuna mogħtija lil WAM SpA tista’ titqies li tat vantaġġ selettiv lil impriża. |
Effetti fuq l-iskambji bejn Stati Membri u tgħawwiġ tal-kompetizzjoni
(84) |
Fis-sentenza tat-30 t’April 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza (23) li “anki jekk skont iċ-ċirkostanzi li fihom ingħatat l-għajnuna jirriżulta li dan kien fatt li seta’ jaffettwa l-iskambji bejn Stati Membri u jfixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni hija marbuta biex għall-inqas tindika dawk iċ-ċirkostanzi fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni tagħha”. Madankollu, dejjem skont il-Qorti, il-Kummissjoni mhijiex marbuta li turi li l-għajnuna kellha effett reali fuq l-iskambji bejn Stati Membri iżda biss li “teżamina jekk l-għajnuna msemmija hijiex kapaċi tħalli effett fuq tali skambji jew tfixkel il-kompetizzjoni” (24). Il-Qorti stabbiliiet ukoll li “l-Kummissjoni ma kinitx marbuta li tagħmel analiżi ekonomika tas-sitwazzjoni attwali tas-suq inkwistjoni, jew tal-iskambji inkwistjoni bejn Stati Membri, u lanqas li teżamina l-effetti konkreti tad-diversi għajnuniet” sabiex jintwera li l-kundizzjonijiet marbuta mal-effetti fuq l-iskambji u l-kompetizzjoni kienu sodisfatti. |
(85) |
WAM SpA topera fl-UE u fis-swieq internazzjonali, għandha sussidjarji f’ħafna Stati Membri u tbigħ l-prodotti tagħha fl-Unjoni Ewropea kollha u anke lil hinn minnha. Bejn l-1995 u l-1999, żewġ terzi tal-bejgħ globali tagħha ta’ EUR 10 miljun, kien rappreżentat mill-bejgħ fl-UE u terz mill-bejgħ barra mill-UE. F’dawn is-swieq, WAM SpA topera jew tista’ topera f’kompetizzjoni ma’ kumpaniji oħra fl-UE, li wkoll huma preżenti fis-suq internazzjonali. Kif diġà indikat (ara premessa 34), kien hemm mill-inqas tliet produtturi importanti oħra ta’ filtri tat-trab f’bosta Stati Membri tal-UE li kienu preżenti fis-suq internazzjonali u li minimament setgħu kienu kompetituri potenzjali ta’ WAM SpA fir-rigward tal-esportazzjoni ta’ filtri tat-trab lejn il-Ġappun u ċ-Ċina (25). Dawn l-ażjendi kienu jew setgħu potenzjalment ikunu kompetituri ta’ WAM SpA, minħabba li kieku ddeċidew li jesportaw huma wkoll il-prodotti tagħhom fil-Ġappun jew fiċ-Ċina kienu jsibu ruħhom f’pożizzjoni inizjali ta’ żvantaġġ fir-rigward ta’ WAM SpA, li – biex tkun tista’ tippenetra f’dan is-suq – kienet ibbenefikat mill-għajnuna. |
(86) |
Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi 34 u 35, fil-perjodu inkwistjoni WAM SpA kellha sehem kbir tas-suq nazzjonali u Ewropew. Kif indikat fil-premessa 38, hija kienet ukoll preżenti kummerċjalment, permezz ta’ kumpanija sussidjarja, fi Stat Membru ieħor. |
(87) |
Grazzi għall-għajnuniet mogħtija, WAM SpA saħħet jew setgħet issaħħaħ il-pożizzjoni komplessiva tagħha fis-suq meta mqabbla mal-impriżi ta’ Stati Membri oħra, li huma kompetituri tagħha mhux biss fil-fatt iżda wkoll potenzjali. Skont ġurisprudenza kostanti, fil-fatt, “l-għajnuniet diretti biex itaffu l-ispejjeż ta’ impriżi li din kellha normalment tagħmel tajjeb għalihom fl-ambitu tal-immaniġġjar kurrenti tagħha jew tal-attivitajiet normali tagħha jfixklu fil-prinċipju l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni.” (26) |
(88) |
F’dan il-każ, tliet argumentazzjonijiet oħra jsostnu din il-konklużjoni. |
(89) |
L-ewwel nett, wieħed seta’ jipprevedi li s-self għall-esportazzjoni mogħtija lil WAM SpA kien se jaltera s-sitwazzjoni normali tal-kompetizzjoni normali fis-suq billi jaġevola lil WAM SpA fl-esportazzjoni effettiva tal-prodotti tagħha lejn is-swieq barranin meta mqabbla mal-kompetituri UE effettivi jew potenzjali tagħha, minħabba li dawn tal-aħħar kien se jkollhom jiffinanzjaw b’fondi tagħhom stess il-programmi tagħhom ta’ penetrazzjoni fis-swieq barranin. |
(90) |
It-tieni nett, WAM SpA rċeviet għajnuna għat-twettiq ta’ programm ta’ penetrazzjoni, għajnuna li ppermettiet, għalhekk, li hija tiffranka r-riżorsi. Minħabba li WAM SpA investiet fil-penetrazzjoni tas-swieq barranin bil-ħsieb li tesporta lejhom il-prodotti tagħha, dan l-iffrankar ta’ flus seta’ jippermettilha li tesporta barra mill-UE prodotti manifatturati fl-UE u bi prezz inqas jew bil-possibbiltà li tagħmel marġni akbar. |
(91) |
It-tielet nett, peress li l-flus huma skambjabbli liberament, il-qligħ minn din l-attività seta’ jerġa’ jiġi investit fl-UE. Bħala alternattiva, l-għajnuna finanzjarja rċevuta setgħet teħles lil WAM SpA mit-toqol ta’ spejjeż marbuta mal-penetrazzjoni fis-swieq barranin billi tippermettilha li tuża r-riżorsi b’hekk iffrankati biex issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq tal-UE għal għanijiet oħra (27). Barra minn hekk, ladarba seħħet l-esportazzjoni lejn dawn is-swieq, il-qligħ minn din l-attività seta’ jiġi investit mill-ġdid fl-UE. |
(92) |
F’dan il-każ, l-għajnuna rċevuta mill-kumpanija seta’ għalhekk ikollha impatt fuq is-suq tal-UE u effett ta’ tagħwiġ fir-rigward tal-kompetituri ta’ WAM SpA fl-UE. |
(93) |
Bl-istess mod, skont il-ġurisprudenza kostanti, “minħabba li għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra kompetituri fl-iskambji ġewwa l-UE, dawn għandhom jitqiesu bħala influwenzati mill-għajnuna” (28). Minħabba li - kif diġà ġie spjegat – l-għajnuna mogħtija mill-Italja lil WAM SpA saħħet il-pożizzjoni ta’ tali impriża meta mqabbla mal-kompetituri tagħha kemm effettivi u kemm potenzjali tal-UE, din l-imsemmija għajnuna kellha wkoll impatt fuq l-iskambji ġewwa l-UE. |
(94) |
Rigward l-ammont tal-għajnuna, il-Qorti tal-Ġustizzja stipulat, fil-kawżi Philip Morris vs il-Kummissjoni (29) u Franza vs il-Kummissjoni (30) li l-entità relattivament żgħira ta’ għajnuna jew id-daqs relattivament modest tal-impriża benefiċjarja ma jeskludux a priori l-eventwalità li jiġu influwenzati l-iskambji bejn Stati Membri. Fuq il-bażi tal-istess raġunament, fil-kawża Het Vlaamse Gewest vs il-Kummissjoni (31) il-Qorti tal-Prim’Istanza stabbiliet li “anki għajnuna ta’ entità relattivament żgħira tista’ tħalli impatt fuq l-iskambji bejn Stati Membri jekk […] is-settur li fih topera l-impriża li tgawdi minnha jkun kompetittiv ħafna”. Barra minn hekk, fil-kawża Heiser (32) il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li ma jeżistix limitu jew persentaġġ li taħtu wieħed jista’ jqis li l-iskambji bejn Stati Membri ma ġewx preġudikati. |
(95) |
Fil-każ eżaminat, għalhekk, iċ-ċifra relattivament modesta tal-għajnuniet ma tikkontradixxix il-konklużjoni li dawn setgħu kellhom impatt fuq l-iskambji ġewwa l-UE u fuq il-kompetizzjoni. Minkejja li ċ-ċifra tal-għajnuna hija pjuttost modesta, meta wieħed iqis il-kompetizzjoni intensa, kemm reali u kemm potenzjali, preżenti fis-settur li fih topera WAM SpA, huwa għall-inqas probabbli li setgħet twassal għal periklu ta’ tagħwiġ u ta’ alterazzjoni tal-iskambji fi ħdan l-UE. |
(96) |
Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet li saru aktar ‘il fuq, wieħed jista’ jikkonkludi li jista’ jkun li l-għajnuna mogħtija lil WAM SpA mill-Italja għandha impatt fuq l-iskambji u tikkawża tagħwiġ fil-kompetizzjoni fis-suq intern. |
(97) |
Il-konklużjoni hi li l-għajnuna pubblika lil WAM SpA tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
Regoli applikabbli
(98) |
F’konformità mal-prinċipju tempus regit actum, ħlief f’każ ta’ dispożizzjoni kuntrarja espliċita, jeħtieġ li għall-għajnuniet mhux notifikati jiġu applikati r-regoli proċedurali fis-seħħ fil-mument li fih għandha tiġi adottata d-deċiżjoni (33). |
(99) |
Minħabba li r-regoli ta’ eżenzjoni (inklużi r-regoli “de minimis”) jeżentaw ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-obbligu ta’ notifika u jissostitwixxu wkoll is-sistema ċentralizzat ta’ kontroll tal-għajnuniet tal-Istat bis-sistema ta’ kontroll deċentralizzat, dawn ir-regoli huma meqjusa min-natura tagħhom stess bħala proċedurali. |
(100) |
F’dan il-każ, għalkemm fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali l-Kummissjoni esprimiet dubji rigward il-fatt li l-għajnuna setgħet ibbenefikat minn deroga skont ir-Regolament (KE) Nru 69/2001 u (KE) Nru 70/2001 tal-Kummissjoni, jeħtieġ li jiġu applikati r-regoli korrispondenti fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 1998/2006 (34). Bl-istess mod, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (35) (minn hawn ‘il quddiem: ir-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008) japplika għall-għajnuniet individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati mir-Regolament innifsu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9. |
Leġittimità tal-għajnuna
(101) |
L-awtoritajiet Taljani ddikjaraw, fl-ittra tagħhom tal-11 ta’ Ottubru 1999, li l-bażi ġuridika tal-għajnuniet mogħtija lil WAM SpA, pprovduta bil-Liġi tad-29 ta’ Lulju 1981, Nru 394, kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), skont l-Artikolu 25 tal-Ftehim dwar Sussidji u Miżuri ta’ Kumpens (WTO-GATT 1994) (36). |
(102) |
Il-Kummissjoni tosserva li b’dan, l-awtoritajiet Taljani għandhom il-ħsieb li jiddefinixxu bħala notifika l-komunikazzjoni ta’ xi informazzjoni sintetika għall-aħħar dwar ir-regolament f’tabella mibgħuta lill-Kummissjoni jew għat-trażmissjoni lill-Kumitat tas-Sussidji tad-WTO (WTO Subsidies Committee) jew fil-qafas tar-rapport annwali dwar l-għajnuniet statali fl-Unjoni Ewropea, għall-inqas mis-sitt rapport (1996). Il-Kummissjoni ġie infurmata wkoll bl-eżistenza tar-reġim regolatorju fl-ambitu tal-investigazzjoni tagħha fuq ir-reġimi nazzjonali ta’ għajnuna għall-investimenti barranin diretti barra mill-Unjoni Ewropea fis-seħħ fl-Istati Membri. |
(103) |
Dawn it-tipi ta’ komunikazzjoni, madankollu, ma jistgħux jitqiesu konformi ma’ dak li hu previst f’dak li kien l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, illum l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, li jistipula li “il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata, fil-ħin sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, dwar kull proġett sabiex tiġi mogħtija jew sabiex tiġi modifikata għajnuna”. |
(104) |
Minħabba li ma ġiex notifikat minn qabel lill-Kummissjoni għal dak li għandu x’jaqsam mal-kompatibbiltà tiegħu mar-regoli dwar għajnuna mill-Istat, ir-reġim ta’ għajnuna msemmi aktar ‘il fuq daħal fis-seħħ bi ksur ta’ dak li kien l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, illum l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u b’hekk huwa illeġittimu. Minħabba li l-għajnuna lil WAM SpA ngħatat fil-qafas ta’ dan ir-reġim, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna eventwalment eżentata fuq il-bażi dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija, anke din għandha titqies bħala illeġittima. |
Għajnuniet eżentati skont ir-regoli “de minimis” u kompatibbiltà tal-għajnuna mal-Artikolu 107 tat-TFUE
(105) |
Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk hemmx għajnuniet mogħtija lil WAM SpA li jistgħu jiġu eżentati skont ir-regoli “de minimis”. |
(106) |
Bl-istess mod, minħabba li ġie konkluż li l-miżuri taħt eżami jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, għandha tiġi vvalutata l-kompatibbiltà ta’ tali għajnuniet fid-dawl tar-regoli fis-seħħ dwar għajnuna mill-Istat. |
L-ewwel self mogħti lil WAM SpA
(107) |
Il-gvern Taljan ipprovda elementi ta’ prova li skont dawn, fil-mument tal-għoti tal-ewwel self (1995), WAM SpA kienet tissodisfa r-rekwiżiti biex tkun meqjusa SME skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE, tat-3 t’April 1996, rigward id-definizzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (37). B’mod partikolari, WAM SpA kienet intrapriża ta’ daqs medju, għaliex kienet timpjega 163 persuna, kellha dħul minn bejgħ annwali ta’ EUR 16,8 miljun u assi netti ta’ EUR 20,1 miljun. Kienet kontrollata minn żewġ soċjetajiet finanzjarji, huma wkoll SMEs skont ir-rakkomandazzjoni msemmija hawn fuq. |
(108) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-ispejjeż attwali kkunsidrati għall-għoti tas-self (ara t-tabella fil-premessa 44). |
(109) |
Jekk wieħed iqis li l-għan tal-kuntratt tal-finanzjament permezz tas-self kien appuntu s-sussidju ta’ programm ta’ penetrazzjoni kummerċjali, u b’mod partikolari s-sussidju ta’ intrapriża esportatriċi f’ambitu ta’ penetrazzjoni kummerċjali barra mill-Unjoni Ewropea, l-għajnuniet eżaminati għandhom jiġu kklassifikati bħala għajnuniet għall-esportazzjoni, fis-sens li huma direttament marbuta mat-twaqqif u t-tħaddim ta’ netwerk tad-distribuzzjoni jew ma’ spejjeż kurrenti oħra marbuta mal-attività ta’ esportazzjoni. Bl-istess mod, l-għan aħħari tal-programm ta’ penetrazzjoni fis-suq kien il-bejgħ tal-prodotti ta’ Wam SpA fis-suq Ġappuniż. Għalhekk, din hija wkoll ir-raġuni għaliex tali għajnuniet ma jistgħux jitqiesu marbuta ma’ investimenti barranin diretti. |
(110) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 jeskludi mill-kamp tal-applikazzjoni tiegħu l-għajnuniet għall-esportazzjonijiet. L-Artikolu 1(d) tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006, jistabbilixxi fil-fatt li r-Regolament innifsu ma japplikax għal “għajnuna lill-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament ma’ kwantitajiet esportati, it-twaqqif u t-tħaddim ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni”. |
(111) |
F’kull każ, l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 jistabbilixxi li l-għajnuna li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 tal-istess Regolament għandha tiġi eżaminata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-regolazzjoni, l-orjentazzjonijiet, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti. |
(112) |
Minħabba li l-għajnuna ngħatat fl-1995, meta kienu fis-seħħ ir-regoli dwar l-SMEs tal-1992, għandhom jiġu applikati tali regoli (38). L-għajnuna għall-esportazzjoni mhijiex espliċitament eskluża mill-kamp tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-SMEs tal-1992. Madankollu, minħabba li f’dan il-każ parti mill-għajnuna taqbeż il-limitu “de minimis” aċċettat (EUR 50 000), l-għajnuna kollha għandha titqies li ma tidħolx fl-eżenzjoni “de minimis” u għal din ir-raġuni meqjusa bħala għajnuna mill-Istat (39). |
(113) |
Minħabba li ġie stabbilit li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, jeħtieġ li wieħed iqis jekk din tistax tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern skont ir-regoli applikabbli fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat. |
(114) |
L-Artikolu 44(2), tar-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008 jistipula li kwalunkwe għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament, li ma tissodisfax la l-kundizzjonijiet tar-regolament u lanqas il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 (40), (KE) Nru 70/2001, (KE) Nru 2204/2002 (41) u (KE) Nru 1628/2006 (42) tiġi vvalutata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-regoli, tal-orjentazzjonijiet u tal-komunikazzjonijiet fis-seħħ fid-data ta’ meta ngħatat. |
(115) |
F’dan il-każ, ir-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008 ma japplikax, minħabba li jintroduċi element ġdid - il-verifika tal-effett tal-inċentivazzjoni ta’ proġett jew ta’ attività qabel ma jingħata bidu għalih – li l-Italja ma wettqitx. Għalhekk, skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008, il-miżura kollha tal-għajnuna mhijiex eżentata fit-tifsir tar-Regolament. Barra minn hekk, l-ispejjeż imsemmija fit-tabella tal-premessa 44 u elenkati fil-premessa 118 ma jistgħux jidħlu fl-eżenzjonijiet ta’ kategorija fuq il-bażi tar-Regolamenti (KE) Nru 68/2001, Nru 70/2001, Nru 2204/2002 jew Nru 1628/2006, minħabba li l-kundizzjonijiet previsti f’dawn ir-regolamenti ma ġewx sodisfatti. |
(116) |
Minħabba li ebda wieħed minn tali strumenti ma’ jiġġustifika l-kompatibbiltà tal-għajnuna, din għandha tiġi vvalutata fid-dawl tar-regoli dwar l-SMEs tal-1992, li kienu jinkludu r-regoli sostanzjali fis-seħħ fid-data li fiha ngħatat l-għajnuna fl-1995 (43). |
(117) |
Skont tali regoli, partijiet individwali tal-għajnuna jistgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern. B’mod partikolari, l-għajnuna għas-servizzi ta’ konsulenza (29,43 miljun ITL) u għar-riċerka tas-suq (40,95 miljun ITL) jistgħu jitqiesu kompatibbli minħabba li jirriżultaw konformi mal-punt 4.3 tar-regoli (“Għajnuna għall-konsulenza ażjendali, għall-formazzjoni u t-tixrid tal-għarfien”). L-għajnuna għall-parteċipazzjoni f’fieri u espożizzjonijiet (12,19 miljun ITL) tista’ titqies kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-regoli dwar l-SMEs tal-1992, b’mod partikolari f’konformità mal-punt 4.5 (“Għajnuna b’għanijiet oħra”), minħabba li tista’ titqies bħala għajnuna favur metodi oħra ta’ promozzjoni tal-SMEs, pereżempju miżuri ta’ inkoraġġament għall-kooperazzjoni. Il-bqija tal-għajnuna (ara tabella fil-premessa 44) ma tistax titqies kompatibbli minħabba li ma kinitx diretta biex issostni investimenti produttivi jew xi għan ieħor ammissibbli stipulat bir-regoli dwar l-SMEs tal-1992; ma kinitx fil-fatt għajnuna għall-investimenti inġenerali barra mill-oqsma megħjuna li huma oġġett ta’ programmi nazzjonali ta’ żvilupp jew fi ħdanhom, għajnuna għall-investimenti għall-ħarsien tal-ambjent jew għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp. |
(118) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż eliġibbli marbuta mat-twaqqif ta’ strutturi permanenti barra mill-pajjiż, meqjusa mill-gvern Taljan sabiex ingħata l-ewwel self b’imgħax baxx lil WAM fl-1995, ma jistgħu bl-ebda mod jitqiesu bħala maħsuba biex isostnu investimenti produttivi; għall-kuntrarju, hija tal-parir li l-għajnuna li tissussidja tali spejjeż għandha tiġi kklassifikata bħala għajnuna għall-operat. Tali spejjeż eliġibbli – jiġifieri: il-kera tal-postijiet, assigurazzjoni u faċilitajiet oħra (122,56 miljun ITL), spejjeż operattivi bħal dawk għall-persunal, l-għamara u t-tagħmir tal-postijiet (556,94 miljun ITL) – huma spejjeż li l-impriża kellha ġġorr waħedha; l-istess jgħodd għall-mudelli għall-espożizzjoni u għall-partijiet ta’ rikambju għall-assistenza lill-klijenti wara l-bejgħ (38,23 miljun ITL). Bl-istess mod, għal dak li għandu x’jaqsam mal-ispejjeż eliġibbli għas-sostenn tal-promozzjoni kummerċjali, l-ispiża għall-ħażna tal-merkanzija (456,28 miljun ITL) mhijiex konformi, skont il-Kummissjoni, mar-regoli dwar l-SMEs, għaliex mhux meqjus bħala investiment inizjali, l-istess kif ma jirriżultawx konformi l-ispejjeż għar-reklamar (94,39 miljun ITL) u s-safar fuq xogħol (7,52 miljun ITL). |
(119) |
Fuq il-bażi ta’ tali valutazzjoni, il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li:
|
It-tieni self mogħti lil WAM SpA
(120) |
Fil-mument tal-għoti tat-tieni għajnuna, fl-2000, WAM SpA kienet, kif ammettew l-istess awtoritajiet Taljani, impriża ta’ daqs kbir. Barra minn hekk, hija kienet tinsab f’reġjun mhux megħjun. |
(121) |
Anki s-self mogħti fl-2000 jista’ jitqies ukoll bħala għajnuna għall-esportazzjoni lil WAM SpA, minħabba li kellu l-istess għan tas-self tal-1995 u li barra minn hekk sar biex jiġu ppenetrati s-swieq barranin u biex issir esportazzjoni f’tali swieq (b’mod aktar preċiż fis-suq Ċiniż). Huwa evidenti li l-għajnuna għall-assistenza teknika, għall-postijiet u għall-persunal barra mill-pajjiż (direttur tal-bejgħ, direttur ġenerali, erba’ ħaddiema u sitt tekniċi) diffiċilment tista’ titqies bħala destinata għal attivitajiet differenti mill-attivitajiet kummerċjali. Għalhekk, għas-self tal-2000 jista’ jiġi applikat l-istess raġunament dwar is-self tal-1995. |
(122) |
Barra minn hekk, fit-tfassil tal-kuntratt tal-għoti tal-għajnuna fl-2000, intużat l-istess formulazzjoni li tiġġustifika s-self lil WAM SpA bħala inċentiv għall-programmi ta’ penetrazzjoni kummerċjali. Wieħed jinnota wkoll li l-programm speċifiku kellu jitwettaq b’mod konġunt minn WAM SpA u mill-impriża lokali WAM Bulk Handling Machinery Shangai Co Ltd, kumpanija sussidjarja 100 % propjetà ta’ WAM SpA, fatt li jixhed il-preżenza konsolidata tal-istess WAM SpA f’dak is-suq partikolari. |
(123) |
Minħabba li għajnuna inkwistjoni hija għajnuna għall-esportazzjoni, kif diġà sostnut, ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 ma japplikax. |
(124) |
Huwa meħtieġ għalhekk li ssir valutazzjoni tal-għajnuna fir-rigward tas-suq intern. Il-Kummissjoni tqis li r-regoli proċedurali fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni, dawk tar-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008, ma jistgħux japplikaw lanqas f’dan il-każ speċifiku. Dan ir-Regolament fil-fatt jintroduċi element ġdid - il-verifika tal-effett ta’ inċentivazzjoni ta’ proġett jew attività qabel ma din tibda – li l-Italja ma wettqitx. Għalhekk, skont l-Artikolu 8(6), ta’ dan ir-Regolament, il-miżura kollha tal-għajnuna mhijiex eżentata fit-tifsir tar-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008. B’hekk, skont l-Artikolu 44(2) tar-Regolament dwar Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-2008, għandha tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-għajnuna mar-Regolamenti (KE) Nru 68/2001, (KE) Nru 70/2001, (KE) Nru 2204/2002 u (KE) Nru 1628/2006. |
(125) |
Il-Kummissjoni tqis li l-ispejjeż tal-formazzjoni mniżżla b’mod dettaljat fl-ittra tat-22 ta’ Lulju 2003 (EUR 25 240, meta mqabbla maċ-ċifra komplessiva tas-self ta’ EUR 1,8 miljun) (ara t-tabella fil-premessa (65)) jistgħu jiġu eżentati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna ddestinata għall-formazzjoni (minn issa ’l quddiem, ir-Regolament (KE) Nru 68/2001) u li għalhekk jirriżultaw kompatibbli mas-suq intern skont dak li kien l-Artikolu 87(3) tat-Trattat tal-KE, illum l-Artikolu 107(3) tat-TFUE, indipendentement mill-fatt li l-valutazzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 4(2) (formazzjoni speċifika) jew fuq l-Artikolu 4(3) (formazzjoni ġenerali). |
(126) |
Madankollu, il-bqija tal-għajnuna inkwistjoni ma tistax titqies kompatibbli skont ir-Regolamenti (KE) Nru 70/2001, (KE) Nru 2204/2002 u Nru 1628/2006 jew skont bażi ġuridiċi oħra, minħabba li ma tippromwovix ebda għan orizzontali ieħor tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat tat-TFUE, bħar-riċerka u l-iżvilupp, ix-xogħol, l-ambjent jew il-ħarsien u r-ristrutturazzjoni fit-tifsir tad-dixxiplini, l-orjentazzjonijiet u r-regolamenti rilevanti. |
(127) |
Għalhekk jista’ jiġi konkluż li - minħabba li l-attivitajiet marbuta mal-esportazzjoni ma jidħlux fil-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 u li ebda bażi ġuridika m’għandha l-fakultà li tistabbilixxi l-kompatibbiltà tagħhom skont l-Artikolu 107(3)(c), tat-TFUE – l-għajnuna mogħtija permezz tat-tieni self mhijiex kompatibbli mas-suq intern ħlief il-parti msemmija, li hi kompatibbli mal-għajnuna għall-formazzjoni. |
Osservazzjonijiet ta’ natura ġenerali
(128) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-modifika tar-rata tal-imgħax matul il-perjodu ta’ rimborż tas-self, l-awtoritajiet Taljani jsostnu li fl-ambitu tal-qafas ġuridiku Taljan kienu jeżistu effettivament regoli ġenerali li kienu jippermettu tali tnaqqis. Madankollu, id-Digriet Ministerjali tal-31 ta’ Marzu 2000, li huwa l-uniku bażi ġuridika msemmija f’dan ir-rigward, japplika biss għall-inizjattivi finanzjati skont il-Liġijiet 394/81 u 304/1990, u għalhekk jirriżulta restrittiv ħafna. Barra minn hekk, wieħed għandu jqis li ma ngħatawx provi ulterjuri tal-fatt li r-rata tal-imgħax kienet ġiet modifikata fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni (44). |
(129) |
Għal dak li għandu x’jaqsam maż-żewġ istanzi ta’ self, l-awtoritajiet Taljani jsostnu wkoll li l-ispiża tal-garanzija bankarja obbligatorja mitluba qabel l-għoti tas-self għandha titnaqqas mill-ammont tal-għajnuna. Il-Kummissjoni tosserva, l-ewwel nett, li tali garanzija, jew l-ekwivalenti tagħha, normalment kienet tintalab anke minn istitut ta’ kreditu privat li jsellef flus skont il-prinċipju tal-investitur li jopera f’ekonomija tas-suq. It-tieni nett hija tosserva li mid-dokumenti mehmuża mal-kuntratt jidher li mhijiex permessa s-sovrappożizzjoni ta’ għajnuna dwar l-istess programm, ħlief għall-għajnuna marbuta mal-garanzija, li b’hekk titqies min-naħa tagħha bħala ammissibbli għall-għajnuna. |
VII. OSSERVAZZJONIJIET KONKLUŻIVI
(130) |
Il-Kummissjoni tosserva li d-derogi skont l-Artikolu 107(2)(a) sa (c) (45), tat-TFUE ma japplikawx għas-self inkwistjoni, minħabba li dawn ma jsegwu ebda għan minn dawk elenkati fl-imsemmi Artikolu, u lanqas il-Gvern Taljan ma sostna li kien hekk. |
(131) |
Is-self ma kienx dirett biex jiffavorixxi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni jew biex jippromwovi t-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew jew biex jipprovdi rimedju għal taqlib gravi tal-ekonomija ta’ Stat Membru, u lanqas biex jippromwovi l-kultura jew il-ħarsien tal-patrimonju. Il-Kummissjoni tqis għalhekk li għas-self taħt eżami mhumiex applikabbli la l-Artikolu 107(3)(a) (46), la l-Artikolu 107(3)(b) (47) tat-TFUE, la l-Artikolu 107(3)(d) (48), tat-TFUE. |
VIII. KONKLUŻJONIJIET
(132) |
Iż-żewġ selfiet ingħataw lil WAM SpA mingħajr ma ġew notifikati minn qabel lill-Kummissjoni. Is-self tal-1995 ngħata fl-24 ta’ Novembru 1995 u s-self tal-2000 ngħata fid-9 ta’ Novembru 2000. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li, ħlief għall-parti tal-għajnuna li tidħol fl-eżenzjoni ta’ kategorija, minħabba li l-imsemmija selfiet twettqu bi ksur ta’ dak li kien l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, illum l-Artikolu 108(3), tat-TFUE, dawn ingħataw lill-benefiċjarju b’mod illeġittimu. |
L-ewwel self mogħti lil WAM SpA
(133) |
L-għajnuna li l-Italja tat lil WAM SpA fl-24 ta’ Novembru 1995 taħt forma ta’ miżura ta’ għajnuna fuq ir-rati tal-imgħax tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-parti korrispondenti mal-ispejjeż eliġibbli marbuta ma’ servizzi ta’ konsulenza, parteċipazzjoni f’fieri u espożizzjonijiet u studji tas-suq tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern. |
(134) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mas-sussidju komplessiv ekwivalenti tal-għajnuna speċifika, ġie meqjus li s-self ingħata lill-benefiċjarju fi tliet rati (mogħtija fl-24 ta’ April 1996, fit-23 ta’ Lulju 1997 u fl-24 t’April 1998) u li l-perjodu ta’ tolleranza kien jirriżulta għalhekk varjabbli minn sentejn sa xejn. Ġiet meqjusa wkoll ir-rata tal-imgħax stabbilita fil-kuntratt tas-self (4,4 %) meta mqabbel mar-rata ta’ riferiment iffissata perjodikament mill-Kummissjoni (49) fis-seħħ fil-mument tal-għoti tas-self (11,35 %). L-element ta’ għajnuna huwa b’hekk ikkalkulat bħala d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax stabbilita fil-kuntratt u r-rata ta’ riferiment fis-seħħ fid-data li fiha ngħata s-self. Fuq il-bażi ta’ dan il-kalkolu, is-sussidju ekwivalenti, attwalizzat fl-24 t’April 1996 (data li fiha tħallset l-ewwel rata tas-self lil WAM SpA), jirriżulta ekwivalenti għal EUR 108 165,10. |
(135) |
Madankollu, dan l-ammont ta’ għajnuna jrid jiġi rettifikat fuq il-bażi tal-parti kompatibbli mal-għajnuna mill-Istat. |
(136) |
Minħabba li parti mis-self inkwistjoni tqieset kompatibbli, din għandha titnaqqas mill-komponenti tal-għajnuna mill-Istat relattiva għas-self tal-1995, li kien ekwivalenti għal EUR 108 165,10. Minħabba li hu impossibbli li tiġi stabbilita rabta diretta bejn rata tas-self determinata u spejjeż speċifiċi determinati, ġie applikat għal tali sussidju komplessiv ekwivalenti l-istess perċentwali rappreżentat mill-elementi kompatibbli meta mqabbel mas-self komplessiv (82,57 miljun ITL fuq 1 358,51 miljun ITL, jiġifieri 6 %). Minħabba li 6 % ta’ EUR 108 165,10 huma ekwivalenti għal EUR 6 489,906, wieħed iqis li din l-aħħar ċifra tikkostitwixxi l-parti kompatibbli tal-għajnuna. |
(137) |
Għalhekk, is-sussidju ekwivalenti tal-parti tal-għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern hija kwantifikabbli f’EUR 101 675,194. |
It-tieni self mogħti lil WAM SpA
(138) |
L-għajnuna mogħtija lil WAM SpA fl-2000, ħlief għall-parti kompatibbli għas-sostenn tal-attivitajiet ta’ formazzjoni, ekwivalenti għal EUR 25 240 ta’ spejjeż eliġibbli, hija inkompatibbli mas-suq intern. |
(139) |
F’dan il-każ, is-self ingħata lil WAM SpA f’ħames rati (mogħtija fit-12 ta’ Frar 2001, fit-28 ta’ Settembru 2001, fis-26 t’April 2002, fis-27 ta’ Settembru 2002 u fit-22 ta’ Jannar 2003); b’hekk, bħal fil-każ tal-ewwel għajnuna, il-perjodu ta’ tolleranza jvarja minn sentejn sa xejn. Bl-istess mod, għall-kalkolu tas-sussidju ekwivalenti, il-Kummissjoni qieset ir-rata tal-imgħax stabbilita fil-kuntratt tas-self (2,32 %) meta mqabbla mar-rata ta’ riferiment, iffissata mill-Kummissjoni perjodikament, fis-seħħ fil-mument tal-għoti tas-self inkwistjoni (5,70 %). Ir-rimborż komplessiv, li jinkludi l-kapital u l-imgħax, kellu jintemm fl-20 ta’ Frar 2008. Għalhekk, is-sussidju ekwivalenti tal-komponenti tal-għajnuna tas-self sħiħ attwalizzat fit-12 ta’ Frar 2001 (data li fiha tħallset l-ewwel rata lil WAM SpA) huwa ta’ EUR 176 329, fl-ipoteżi li r-rimborżi twettqu f’konformità mal-kalendarju tar-rimborż. |
(140) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-parti kompatibbli tas-self, f’dan il-każ għandu jitnaqqas mis-sussidju ekwivalenti tal-għajnuna l-perċentwali tal-parti tas-self kompatibbli meta mqabbla mas-self totali, li tirriżulta ekwivalenti għal 1,35 %. Jekk ir-rimborżi twettqu skont il-kalendarju tar-rimborż, is-sussidju ekwivalenti tat-tieni self jirriżulta għalhekk ekwivalenti għal EUR 173 948,56 (EUR 176 329 – EUR 2 380,44). |
(141) |
Hija prassi konsolidata tal-Kummissjoni, bis-saħħa tal-Artikolu 107 tat-TFUE, li titlob lill-benefiċjarju l-irkupru tal-għajnuna li, f’konformità mal-istess Artikolu, kien ingħata b’mod illeġittimu u jirriżulta inkompatibbli mas-suq intern, bil-kundizzjoni li għajnuna ma tidħolx fil-kamp tal-applikazzjoni tar-regoli “de minimis”. Din il-prassi ġiet ikkonfermata mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(142) |
Skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, mal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata skont deċiżjoni ta’ rkupru għandu jiżdied l-imgħax ikkalkulat fuq il-bażi ta’ rata adegwata stabbilita mill-Kummissjoni. L-imgħax jibda mid-data li fiha l-għajnuna illeġittima tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tal-irkupru, għall-perjodu li fih l-għajnuna kienet għad-dispożizzjoni tal-impriża. |
(143) |
Il-metodi ta’ applikazzjoni tar-rata tal-imgħax huma spjegati fil-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-Kummissjoni, tal-21 t’April 2004, permezz ta’ dispożizzjonijiet ta’ twettiq tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 dwar il-metodi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (50) (minn hawn ‘il quddiem: ir-Regolament (KE) Nru 794/2004) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008, tat-30 ta’ Jannar 2008, li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 794/2004 dwar dispożizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 dwar metodi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (51) (minn hawn ‘il quddiem: ir-‘Regolament (KE) Nru 271/2008’). |
(144) |
Il-Kummissjoni tippreċiża li din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-kompatibbiltà tal-qafas nazzjonali rappreżentat mil-liġi 394/81, li hija l-bażi ġuridika tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lil WAM SpA, u li għaliha l-Kummissjoni, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (52), ma qisitx meħtieġ, f’dan il-każ, li tibda proċedura. Hija ma teskludix madankollu l-possibbiltà li tibda proċedura f’fażi suċċessiva. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuniet mogħtija lil WAM SpA skont il-liġi 394/81 jidħlu fil-kamp tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.
Tali għajnuniet ma ġewx notifikati minn qabel lill-Kummissjoni, bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, illum l-Artikolu 108(3) tat-TFUE u jikkostitwixxu għalhekk għajnuniet illeġittimi, b’eċċezzjoni tal-parti tal-għajnuna eżentata fuq il-bażi ta’ eżenzjoni għall-kategorija.
Artikolu 2
1. Iċ-ċifra tal-għajnuna ekwivalenti għal EUR 108 165,10 li l-Italja tat lil WAM SpA fl- 24 ta’ Novembru 1995 taħt forma ta’ għajnuna fuq ir-rati tal-imgħax tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-parti ta’ tali għajnuna korrispondenti għall-ispejjeż eliġibbli marbuta ma’ servizzi ta’ konsulenza, parteċipazzjoni f’fieri u espożizzjonijiet u studji tas-suq, ekwivalenti għal EUR 6 489,906 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern.
L-Italja adottat id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex tirkupra mill-benefiċjarju, WAM SpA, iċ-ċifra tal-għajnuna inkompatibbli, ekwivalenti għal EUR 101 675,194.
2. L-għajnuna li tammonta għall-ekwivalenti ta’ EUR 176 329 li l-Italja tat lil WAM SpA fid-9 ta’ Novembru 2000 taħt forma ta’ miżura ta’ għajnuna fuq l-imgħax tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-parti ta’ tali għajnuna korrispondenti għall-ispejjeż eliġibbli rigward il-miżuri ta’ formazzjoni, ekwivalenti għal EUR 2 380,44, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern.
L-Italja tadotta d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex tirkupra mill-benefiċjarju, WAM SpA, iċ-ċifra tal-għajnuna inkompatibbli, ekwivalenti għal EUR 173 948,56.
3. L-imgħax fuq iċ-ċifri li jridu jiġu rkuprati fuq il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni huma kkalkulati mid-data li fiha l-għajnuna mill-Istat inkompatibbli tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, WAM SpA, sal-irkupru effettiv.
4. L-imgħax huwa kkalkulat skont ir-regola tal-imgħax kompost, f’konformità mal-Kap V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u mar-Regolament (KE) Nru 271/2008 li jemenda r-regolament (KE) Nru 794/2004.
Artikolu 3
1. L-irkupru tal-għajnuna skont l-Artikolu 2 huwa immedjat u effettiv.
2. L-Italja tiggarantixxi l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni preżenti fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha lill-awtoritajiet Taljani.
Artikolu 4
1. Fi żmien xahrejn min-notifika tad-Deċiżjoni preżenti, l-Italja tagħti lill-Kummissjoni l-informazzjoni segwenti:
(a) |
iċ-ċifra komplessiva (kapital u imgħax) li għandha tiġi rkuprata mill-benefiċjarju, WAM SpA; |
(b) |
id-deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ġew adottati jew li huma previsti sabiex ikun hemm konformità mad-Deċiżjoni preżenti; |
(ċ) |
id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju, WAM SpA, ngħata inġunzjoni biex jirrimborża l-għajnuna. |
2. L-Italja tinforma lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali adottati għall-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni preżenti sal-irkupru sħiħ tal-għajnuna skont l-Artikolu 2. Hija tittrażmetti immedjatament, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni marbuta mal-miżuri li diġà ġew adottati jew li huma previsti sabiex ikun hemm konformità mad-Deċiżjoni preżenti. Hija tagħti wkoll informazzjoni dettaljata dwar iċ-ċifra tal-għajnuna u tal-imgħax li ġa ġew irkuprati mill-benefiċjarju.
Artikolu 5
Ir-Repubblika Taljana hija destinatarja ta’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi-President
(1) Mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea; essenzjalment, iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi. Għall-għanijiet ta’ din id-deċiżjoni, kwalunkwe referenza għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE, fejn dan ikun xieraq, u r-referenza għall-Qorti tal-Prim’Istanza bħala referenza għall-Qorti.
(2) C(2003)35 finali (ĠU C 142, 18.6.2003, p. 2).
(4) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.
(6) Kawżi magħquda T-304/04 u T-316/04, Repubblika Taljana u Wam SpA vs Kummissjoni, Racc. (2006) p. II-64.
(7) 7. Sentenza tal-Qorti tat-30 t’April 2009, kawża C-494/06 P, Kummissjoni vs Repubblika Taljana u Wam SpA, li għad mhijiex ippubblikata.
(8) Pereżempju Dce u R-Master (RU), Infa-Stauband Ats (Ġermanja) u Fda (Franza); cfr. The Rise of A District Lead Firm: The Case of Wam (1968-2003), Frar 2009, Recent, Centre for Economic Research (Dipartimento di Economia politica dell’Università di Modena e Reggio Emilia).
(9) The Rise of A District Lead Firm: The Case of Wam (1968-2003), Frar 2009, Recent, Centre for Economic Research (Dipartimento di Economia politica dell’Università di Modena e Reggio Emilia).
(10) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 9.
(11) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 9.
(12) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.
(13) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30.
(14) ĠU C 213, 19.8.1992, p. 2.
(15) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 13.
(16) Ara l-kawża 78/76, Steinike & Weinlig vs ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ġabra 1977, paġ, 595, punt 21; kawża 290/83 il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Franċiża, Ġabra 1985, p. 439, punt 14; kawżi magħquda 67/85, 68/85 u 70/85, Kwekerij Gebroeders Van der Kooy BV u oħrajn vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ġabra 1988, p. 219, punt 35 u kawżi C-305/89, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ġabra 1991, p. I-1603, punt 13.
(17) F’konformità tal-Artikolu 2 tal-liġi 394/81, inħoloq fond fil-Mediocredito Centrale għall-għoti ta’ finanzjamenti b’rata tal-imgħax baxx lill-impriżi esportatriċi għal programmi ta’ penetrazzjoni kummerċjali barra mill-pajjiż. Il-fond huwa amministrat minn kumitat li jiddeċiedi l-għoti tal-finanzjamenti f’konformità mal-liġi. Il-kumitat huwa nnominat b’digriet tal-Ministru tal-kummerċ ma’ barra bi qbil mal-Ministru tat-teżor u l-Ministru tal-industrija, tal-kummerċ u tal-artiġjanat. Il-kumitat, imwaqqaf fil-Ministeru tal-kummerċ ma’ barra, huwa magħmul: a) mill-Ministru tal-kummerċ ma’ barra jew, fuq delega tiegħu, mis-Sottosegretarju tal-Istat, li jippresjedih; b) minn uffiċjal għal kull wieħed mill-Ministeri tat-teżor, tal-industrija, tal-kummerċ u l-artiġjanat, tal-kummerċ ma’ barra u minn tantieħor supplenti tal-istess kwalifika maħtura mill-Ministri rispettivi; (ċ) mid-direttur ġenerali ta’ Mediocredito centrale jew, fil-każ ta’ assenza jew impediment tiegħu, minn delegat tiegħu; (d) mid-direttur ġenerali tal-Istitut nazzjonali għall-kummerċ esteru (ICE), jew, fil-każ ta’ assenza jew impediment tiegħu, minn delegat tiegħu.
(18) L-Artikolu 1 tad-digriet ministerjali tad-19 ta’ Jannar 1999 jistipula li l-kumitat previst mid-digriet leġiżlattiv tal-31 ta’ Marzu 1998, Nru 143, b’mod partikolari l-Artikolu 25(1), ikun magħmul minn żewġ uffiċjali tal-Ministeru tal-Kummerċ ma’ barra, minn uffiċjal tal-Ministeru tat-Teżor, tal-Bilanċ u tal-Programmazzjoni ekonomika, minn uffiċjal tal-Ministeru tal-Affarijiet esteri, minn uffiċjal tal-Ministeru tal-Industrija, tal-Kummerċ u tal-Artiġjanat minn rappreżentat maħtur mill-Konferenza tal-Presidenti tar-Reġjuni u tal-Provinċji Awtonomi u minn rappreżentant maħtur mill-Associazione Bancaria Italiana.
(19) Fiż-żmien, ġie mwaqqaf fil-Mediocredito Centrale fond b’riżorsi statali, amministrat mill-kumitat skont l-Artikolu 2 tal-liġi 394/81. B’ittra tas-27 ta’ Diċembru 1995, il-Ministeru tal-Affarijiet barranin talab lil Mediocredito centrale sabiex jistipula (fi żmien tliet xhur) kuntratt ma’ WAM SpA sabiex tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-kumitat skont l-Artikolu 2 tal-liġi 394/81 adottata fis-seduta tal-24 ta’ Novembru 1995.
(20) Skont id-digriet leġiżlattiv tal-31 ta’ Marzu 1998 Nru 143 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 25(1), mill-1 ta’ Jannar 1999 l-immaniġġjar tal-interventi ta’ għajnuna finanzjarja għall-internazzjonalizzazzjoni tas-sistema ta’ produzzjoni skont il-liġi 394/81 huwa attribwit lil SIMESIT SpA. SIMESIT SpA huwa korp pubbliku istitwit fl-1990 (liġi Nru 100 tal-24 t’April 1990) mill-gvern Taljan biex jassisti lill-impriżi Taljani f’pajjiżi terzi. L-ażjenda hija kkontrollata mill-gvern Taljan, li għandu 76 % tal-ishma u li jiffissal-orjentazzjonijiet biex jingħażlu l-investimenti li ssostni SIMESIT SpA. Il-kunsill amministrattiv ta’ SIMESIT huwa magħmul minn disa’ membri li ħamsa minnhom huma nominati mill-gvern Taljan.
(21) Ara l-kawża C-482/99, ir-Repubblika Franċiża vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Stardust), Ġabra 2002, p. I-4397, punti 55 u 56.
(22) Ara l-kawża C-41/90, Höfner u Elser, Ġabra 1991, p. I-01979, punt 21.
(23) Ara l-kawża C-494/06 P, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Taljana u Wam SpA, għad mhux ippubblikata, punti 49 u wara.
(24) Ara anke l-kawżi C-372/97, l-Italja vs il-Kummissjoni, Ġabra 2004, p. I-3679, punt 52, u C-66/2002, l-Italja vs il-Kummissjoni, Ġabra 2005, p. I-10901.
(25) The Rise of A District Lead Firm: The Case of Wam (1968-2003), Frar 2009, Recent, Centre for Economic Research (Dipartimento di Economia politica dell’Università di Modena e Reggio Emilia).
(26) Ara l-kawżi T-459/93, Siemens vs il-Kummissjoni, Ġabra 1995, p. II-1675, punti 48 u 77, T-214/95, Het Vlaamse Gewest vs il-Kummissjoni, Ġabra 1998, p. II-717, punt 43, u T- 217/02, Ter Lembeek vs il-Kummissjoni, Ġabra 2006, p. II-4483, punt 177.
(27) Fil-kawża T-369/06, Holland Malt vs il-Kummissjoni, li għad mhix ippubblikata, il-Qorti tal-Prim’Istanza stipulat fil-punt 55 dan li ġej: “Mill-ġuriprudenza b’hekk joħroġ b’mod ċar li mhux biss it-tħaffif, permezz ta’ riżorsi statali, tal-ispejjeż marbuta mal-immaniġġjar kurrenti jew l-attivitajiet normali ta’ impriża qiegħed ipso facto biex ifixkel il-kompetizzjoni, iżda wkoll is-sovvenzjoni li teħles, parzjalment jew kompletament, lill-benefiċjarju minn spejjeż ta’ investiment”.
(28) Ara l-kawżi 730/79, Philip Morris Holland vs il-Kummissjoni, Ġabra 1980, p. 2671, punt 11, C-53/00, Ferring, Ġabra 2001, p. I-9067, punt 21 u C-372/97, Italja vs il-Kummissjoni, Ġabra 2004, p. I-3679, punt 52.
(29) Ara l-kawża 730/79, Philip Morris vs il-Kummissjoni, Ġabra 1980, p. 2671.
(30) Ara l-kawża 259/85, Francia vs il-Kummissjoni, Ġabra 1978, p. 4393.
(31) Ara l-kawża T-214/95, Het Vlaamse Gewest vs il-Kummissjoni, Ġabra 1998, p. II-717, punt 49.
(32) Ara l-kawża C-172/03, Heiser vs Finanzamt Innsbruck, Ġabra 1998, p. I-1627, punt 32.
(33) Ara l-kawżi magħquda minn 212/80 sa 217/80, Meridionale Industria Salumi et al., Ġabra 1981, p. 2735; il-kawżi magħquda, CT Control Rotterdam e JCT Benelux vs il-Kummissjoni, Ġabra 1981, p. I-3873, u l-kawża C-61/98, De Haan Beheer, Ġabra 2000, p. I-5003.
(34) ĠU L 379, 28.12.2006, p. 11.
(35) ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.
(36) Negozjati multilaterali tal-Uruguay Round (1986-94) - Hemża 1 - Hemża 1 A – Ftehim fuq is-sussidji u l-miżuri ta’ kumpens (WTO-GATT 1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 156).
(37) ĠU L 107, 30.4.1996, p. 4.
(38) Ara n-nota f' qiegħ il-paġna nru 12.
(39) F’konformità mal-prattika konsolidata tal-Kummissjoni. Wieħed jista’ jieħu bħala eżempju d-Deċiżjoni 2003/643/KE tat-13 Mejju 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat li għalija r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tat eżekuzzjoni favur l-impriżi Kahla Porzellan GmbH u Kahla/Thüringen Porzellan GmbH, (ĠU L 227, 11.9.2003, p. 12).
(40) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20.
(41) ĠU L 337, 13.12.2002, p. 3.
(42) ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29.
(43) Ara n-nota f' qiegħ il-paġna nru 12.
(44) Tali modifika, fi kwalunkwe każ, setgħet ġiet applikata biss għall-ewwel self b’imgħax baxx mogħti lil WAM SpA, minħabba li kienet tapplika għall-finanzjamenti eżistenti fil-mument tad-dħul fis-seħħ tagħha, filwaqt li t-tieni self ma kienx għandu ngħata lil WAM SpA.
(45) L-Artikolu 107(2) jistipula li huma kompatibbli mas-suq intern: a) it-tipi ta’ għajnuna ta’ natura soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, basta dik l-għajnuna tiġi mogħtija mingħajr diskriminazzjoni bażata fuq l-oriġini tal-prodotti konċernati; b) kull għajnuna mogħtija sabiex tirrimedja għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew avvenimenti oħra straordinarji; c) l-għajnuna mogħtija lill-ekonomiji ta’ ċerti reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja[…].
(46) “Għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg, kif ukoll tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349, b’kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom”.
(47) “Għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti fuq skala kbira ta’ interess komuni Ewropew, jew sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”.
(48) “Għajnuna sabiex tiġi promossal-kultura u l-preservazzjoni tal-patrimonju meta din l-għajnuna ma tolqotx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fl-Unjoni sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”.
(49) Ippubblikat regolarment fil-Ġurnal Uffiċjali.
(50) ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.
(51) ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1.
(52) Ara l-kawżi T-92/00 u T-103/00, Diputación Foral de Álava vs il-Kummissjoni (Ramondín), Ġabra 2002, p. II-1385.
2.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta’ Marzu 2011
li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1174)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/135/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE (2) titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat (DMF) ma jitqegħdux fis-suq u lanqas ma jkunu disponibbli. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2009/251/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jkun ta’ iktar minn sena. |
(3) |
Il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE ġiet estiża bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/153/UE (3) għal perjodu addizzjonali ta’ sena. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba s’issa u n-nuqqas ta’ miżura permanenti li tindirizza l-prodotti tal-konsumatur li fihom id-DMF, jeħtieġ li tiġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE għal 12-il xahar oħra. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2009/251/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tad-Direttiva Nru 2001/95/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/251/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Perjodu tal-applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tapplika sal-15 ta’ Marzu 2012.”
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2011 u għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 74, 20.3.2009, p. 32.
(3) ĠU L 63, 12.3.2010, p. 21.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
2.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/44 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta’ Marzu 2011
il-linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta fis-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS)
(2011/136/UE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (1) (aktar ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament CPC”) għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fi ħdan is-suq uniku, jistabbilixxi Netwerk madwar l-UE kollha ta’ awtoritajiet nazzjonali pubbliċi tal-infuzar (aktar ’il quddiem imsejjaħ “in-Netwerk CPC”) u jistipula l-qafas u l-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jipproteġu l-interess ekonomiku kollettiv tal-konsumaturi. |
(2) |
Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar hija essenzjali sabiex is-suq uniku jaħdem b’mod effettiv u taħt dan in-Netwerk CPC, kull awtorità tista’ titlob l-għajnuna ta’ awtoritajiet oħra għall-investigazzjoni ta’ ksur possibbli tal-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. |
(3) |
L-għan tas-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (aktar ’il quddiem imsejħa s-“CPCS”) huwa li jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi tal-infurzar li jiskambjaw informazzjoni dwar ksur possibbli tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur f’ambjent bla periklu u sigur. |
(4) |
L-iskambju tal-informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri għandu jikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2) (aktar ’il quddiem imsejħa “id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta”) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3) (aktar ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta”). |
(5) |
L-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrekonoxxi d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta. Is-CPCS għandha tiżgura li l-obbligi u r-responsabbiltajiet differenti kondiviżi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta huma ċari u li s-suġġetti tad-dejta jingħataw informazzjoni u mekkaniżmi li huma faċilment disponibbli biex jasserixxu d-drittijiet tagħhom. |
(6) |
Huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta fis-CPCS (aktar ’il quddiem imsejħa “il-linji gwida”) sabiex jiġi żgurat li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta jiġu rispettati meta tiġi pproċessata d-dejta permezz tas-CPCS. |
(7) |
L-uffiċjali tal-infurzar għandhom jiġu mħeġġa li jikkuntattjaw l-Awtoritajiet ta’ Sorveljanza għall-Protezzjoni tad-Dejta biex jiggwidawhom u jgħinuhom dwar l-aħajr mod kif jimplimentaw dawn il-linji gwida skont il-liġi nazzjonali u jekk meħtieġ biex jiżguraw li l-proċeduri ta’ notifika u ta’ verifika minn quddiem relatati mal-operazzjonijiet tal-ipproċessar taħt is-CPCS jitwettqu fuq livell nazzjonali. |
(8) |
Il-parteċipazzjoni fis-sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati mill-Kummissjoni biex jgħinu fl-implimentazzjoni tal-linji gwida għandha tiġi mħeġġa ħafna. |
(9) |
Għandhom jiġu pprovduti reazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. Wara dan, il-Kummissjoni għandha tagħmel verifika ulterjuri tal-livell tal-protezzjoni tad-dejta fis-CPCS u għandha tevalwa jekk ikunux meħtieġa għodod addizzjonali, inklużi miżuri regolatorji. |
(10) |
Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-linji gwida mill-atturi u l-utenti tas-CPCS. L-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jimmonitorjaw bir-reqqa l-iżviluppi u l-implimentazzjoni tas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta fir-rigward tas-CPCS. |
(11) |
Il-linji gwida jikkumplementaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/76/KE (4) u jqisu l-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar ta’ Dejta Personali stabbilit bl-Artikolu 29 (5) tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (6) stabbilit bl-Artikolu 41 tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (aktar ’il quddiem imsejjaħ il-“KEPD”). |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
L-Istati Membri għandhom isegwu l-linji gwida stabbiliti fl-Anness.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
(2) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(4) ĠU L 32, 6.2.2007, p. 192.
(5) L-opinjoni 6/2007 dwar kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta relatati mas-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS) 01910/2007/EN – WP 130 – adottata fil-21 ta’ Settembru 2007.
(6) L-Opinjoni tal-KEPD Ref: 2010-0692.
ANNESS
Il-linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta fis-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS)
1. INTRODUZZJONI
Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tal-konsumatur hija essenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern għaliex nuqqas ta’ infurzar effettiv fil-każijiet transkonfinali jimmina l-fiduċja tal-konsumaturi fit-teħid ta’ offerti transkonfinali u b’hekk tonqos il-kredibilità tas-suq intern u jwassal ukoll għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.
Is-CPCS hija għodda tal-IT stabbilita mir-Regolament CPC u tipprovdi mekkaniżmu strutturat għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tal-konsumatur li jagħmlu parti min-Netwerk CPC. Tippermetti lil awtorità pubblika titlob għall-għajnuna minn awtoritajiet pubbliċi oħra tan-Netwerk CPC fl-investigazzjoni u l-indirizzar ta’ ksur possibbli tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u fit-teħid ta’ azzjoni ta’ infurzar biex iwaqqfu l-prattiċi kummerċjali illegali għall-bejjiegħa u l-fornituri li għandhom fil-mira tagħhom il-konsumaturi li jgħixu f’pajjiżi oħra tal-UE. It-talbiet għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni kollha bejn l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti dwar l-applikazzjoni tar-Regolament CPC jitwettqu permezz tas-CPCS.
L-għan tar-Regolament CPC huwa li jissaħħaħ l-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fis-suq intern kollu permezz tat-twaqqif ta’ Netwerk madwar l-UE kollha ta’ awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin. Ir-Regolament CPC stabbilixxa li tali skambji ta’ informazzjoni u talbiet għal għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar kellhom jitwettqu permezz ta’ database maħsuba għalhekk. Is-CPCS għalhekk ġie mfassal biex jiffaċilita din il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni bl-għan li jiġu infurzati l-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.
L-ambitu tal-kooperazzjoni huwa limitat għal ksur intra-Komunitarju tal-atti legali elenkati fl-Anness tar-Regolament CPC li jipproteġi l-interessi ekonomiċi kollettivi tal-konsumaturi.
2. L-AMBITU U L-GĦAN TA’ DAWN IL-LINJI GWIDA
Dawn il-linji gwida għandhom l-għan li jindirizzaw it-tħassib ewlieni li jiġi żgurat bilanċ bejn il-kooperazzjoni effiċjenti u effettiva tal-infurzar fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali.
Id-dejta personali hija definita fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (1) bħala kwalukwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli; persuna identifikabbli hija waħda li tkun tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiku għall-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu jew tagħha;
Billi huwa possibbli li l-uffiċjali nazzjonali tal-infurzar (dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet) li huma l-utenti tas-CPCS ma jkunux esperti fil-protezzjoni tad-dejta u mhux dejjem ikunu konxji biżżejjed tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta imposti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta tagħhom stess, huwa rakkomandat li jiġu pprovduti linji gwida lill-utenti tas-CPCS li fihom jiġi spjegat it-tħaddim tas-CPCS minn perspettiva prattika tal-protezzjoni tad-dejta kif ukoll li jiġu dettaljati s-salvagwardji li huma mibnija fis-sistema u r-riskji possibbli assoċjati mal-użu tagħha.
L-għan tal-linji gwida huwa li jkopru l-kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta l-aktar sinifikanti b’rabta mas-CPCS u li jipprovdu spjegazzjoni faċli biex tintuża li l-utenti kollha tal-CPCS jistgħu jirreferu għaliha. Madankollu, ma jipprovdux analiżi sħiħa tal-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta tas-CPCS.
Huwa rakkomandat ħafna li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri jiġu kkonsultati biex jiġi żgurat li l-linji gwida jiġu kkumplimentati b’obbligi speċifiċi stipulati fil-liġijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-utenti tas-CPCS jistgħu wkoll jiksbu għajnuna u gwida ulterjuri minn dawn l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta biex jiżguraw li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta. Lista ta’ dawn l-awtoritajiet bid-dettalji tal-kuntatt u l-websajts tista’ tinsab fuq:
http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/nationalcomm/#eu
Għandu jkun ċar li l-ipproċessar tad-dejta personali għandu jitwettaq skont il-prinċipji u l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet huma intitolati fil-kuntest tar-Regolament li jiskambjaw dejta, inkluża d-dejta personali, permezz tas-CPCS, jekk l-iskop tal-ipproċessar ikun li jwaqqaf il-ksur tal-liġijiet tal-UE tal-konsumatur kif elenkat fl-Anness tar-Regolament CPC. Madankollu, qabel l-ipproċessar ta’ tali dejta, għandha ssir valutazzjoni bir-reqqa biex jiġi żgurat li l-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta jkunu ssalvagwardjati u li l-ipproċessar tad-dejta jkun strettament meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tar-Regolament CPC.
B’dan il-ħsieb, dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet li għandhom aċċess għas-CPCS għandhom iwettqu valutazzjoni ta’ kull każ qabel ma jista’ jitwettaq kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali (2). L-iskop ta’ dawn il-linji gwida huwa li jassistu lil dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet b’din il-valutazzjoni billi jipprovdu xi prinċipji ta’ gwida dwar il-protezzjoni tad-dejta li għandhom jitqiesu.
L-għan huwa wkoll li jiġu ċċarati xi wħud mill-kumplessitajiet tal-arkitettura tas-CPCS fir-rigward tal-operazzjonijiet konġunti tal-ipproċessar u l-kontroll konġunt billi jiġi stabbilit r-rwol tal-Kummissjoni u r-rwol tal-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala “kontrolluri konġunti” tal-iskambji tad-dejta tas-CPCS.
3. IS-CPCS - GĦODDA TAL-IT GĦALL-KOOPERAZZJONI TAL-INFURZAR
Is-CPCS hija għodda tal-IT imfassla u miżmuma mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. L-iskop tas-CPCS huwa li tgħin l-Istati Membri fl-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Din tintuża min-Netwerk CPC li jikkonsisti f’awtoritajiet pubbliċi maħtura mill-Istati Membri u l-pajjiżi taż-ŻEE biex jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni ma’ xulxin għall-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur kif stipulat fir-Regolament CPC.
L-Artikolu 10 tar-Regolament CPC jgħid li:
“Il-Kummissjoni għandha żżomm database elettronika li fiha għandha taħżen u tipproċessal-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikoli 7, 8 u 9. Id-database għandha tkun disponibbli għal konsultazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biss …”
L-Artikolu 12(3) tar-Regolament CPC jgħid ukoll:
“Talbiet għall-assistenza u l-komunikazzjoni kollha ta’ informazzjoni għandhom isiru bil-miktub, bl-użu ta’ formola standard u jiġu komunikati b’mezz elettroniku permezz tad-database stabbilit fl-Artikolu 10.”
Is-CPCS tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambji ta’ informazzjoni limitati għal ksur intra-Komunitarju tad-Direttivi u r-Regolamenti elenkati fl-Anness tar-Regolament CPC li jindirizzaw suġġetti varji inklużi l-prattiċi kummerċjali inġusti, il-bejgħ minn distanza, il-kreditu għall-konsumatur, il-vjaġġi b’kollox inkluż, termini inġusti fil-kuntratti, it-time-share, il-kummerċ elettroniku u oħrajn. Is-CPCS ma tistax tintuża għal skambji tal-informazzjoni f’oqsma leġiżlattivi mhux elenkati speċifikament f’dan l-Anness.
Eżempji:
I. |
Negozjant stabbilit fil-Belġju qiegħed juża termini inġusti meta jittratta mal-konsumaturi li jgħixu fi Franza bi ksur tad-Direttiva dwar it-Termini Kuntrattwali Inġusti. L-awtorità tal-konsumatur fi Franza tista’ tuża s-CPCS biex titlob lill-awtorità tal-konsumatur fil-Belġju tieħu l-miżuri tal-infurzar kollha meħtieġa disponibbli fil-Belġju kontra n-negozjant biex jitwaqqaf il-ksur intra-Komunitarju mingħajr dewmien. |
II. |
L-awtorità tal-konsumantur fid-Danimarka qiegħda tirċievi ilmenti li website partikolari qiegħda tuża prattiċi kummerċjali frawdolenti u qarrieqa għad-detriment tal-konsumaturi. Il-websajt hija ospitata fl-Isvezja. L-awtorità tal-konsumatur Daniża għandha bżonn informazzjoni dwar il-websajt. Għalhekk tista’ tuża s-CPCS biex titlob għal informazzjoni mill-awtorità tal-konsumatur Svediża li għandha l-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni. |
L-informazzjoni tiddaħħal mill-Istati Membri, tinħażen fis-CPCS, tiġi aċċessata mill-Istati Membri li għalihom tkun ġiet indirizzata l-informazzjoni u titħassar mill-Kummissjoni (3). Is-CPCS tintuża bħala repożitorju għall-informazzjoni u bħala mezz biex tiġi skambjata l-informazzjoni permezz ta’ sistema ta’ komunikazzjoni effiċjenti u sigura.
Minn perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta, l-istabbiliment ta’ tali database dejjem toħloq ċerti riskji għad-dritt fundamentali tal-protezzjoni tad-dejta personali: li tinqasam aktar dejta li hija strettament meħtieġa għall-iskopijiet ta’ kooperazzjoni effiċjenti; li tinżamm dejta li kellha titħassar u tinżamm dejta li ma għadhiex preċiża jew li hija żbaljata; u n-nuqqas li jiġi żgurat li d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-obbligi tal-kontrolluri tad-dejta jiġu rispettati. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu indirizzati tali riskji billi jiġi żgurat li l-utenti tas-CPCS ikunu infurmati u mħarrġa fuq ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta u jkunu kapaċi li jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.
4. IL-QAFAS SUPERVIŻORJU U LEGALI TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA
L-Unjoni Ewropea għandha qafas legali stabbilit dwar il-protezzjoni tad-dejta mill-1995. id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (4) li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri u r-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (5) li jirregola l-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta attwalment tiddependi fuq min ikun l-attur jew l-utent tas-CPCS.
L-atti tal-ipproċessar imwettqa mill-Kummissjoni huma regolati mir-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u l-atti tal-ipproċessar imwettqa minn dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet fl-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar huma regolati mil-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.
Billi huma ż-żewġ atturi ewlenin bi rwoli speċifiċi fis-CPCS, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti maħtura, bħala ko-kontrolluri, għandhom l-obbligu li jinnotifikaw u jressqu l-operazzjonijiet tal-ipproċessar rispettivi tagħhom għal verifika minn qabel mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza rilevanti u li jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta. Madankollu, il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta jistgħu jipprovdu eżenzjonijiet mir-rekwiżiti kemm tan-notifika kif ukoll tal-verifika minn qabel.
L-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta kienet maħsuba kemm biex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta kif ukoll biex tħares id-drittijiet fundamentali tal-individwi u filwaqt li tippermetti l-fluss ħieles tad-dejta personali bejn l-Istati Membri. Billi l-miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni jistgħu jwasslu għal regoli differenti, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, l-utenti tas-CPCS huma rakkomandati ħafna li jiddiskutu dawn il-linji gwida mal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta għaliex ir-regoli jistgħu jvarjaw, pereżempju, dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-individwi jew dwar id-dmir li jinnotifikaw ċerti operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.
Karatteristika sinifikanti tal-qafas legali tal-UE tal-protezzjoni tad-dejta hija s-superviżjoni tiegħu minn awtoritajiet indipendenti tal-protezzjoni tad-dejta. Iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jressqu lmenti quddiem dawn l-awtoritajiet u jsolvu minnufih it-tħassib tagħhom dwar il-protezzjoni tad-dejta ’l barra mill-qrati. L-ipproċessar tad-dejta personali fil-livell nazzjonali huwa sorveljat mill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta u l-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet Ewropej huwa sorveljat mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD) (6). Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija soġġetta għas-superviżjoni tal-KEPD u l-utenti l-oħra tas-CPCS għas-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta.
5. MIN HU MIN FIS-CPCS? – IL-KWISTJONI TA’ KONTROLL KONĠUNT
Is-CPCS hija eżempju ċar ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar konġunti u kontroll konġunt. Filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti biss fl-Istati Membri jiġbru, jirreġistraw, jiżvelaw u jiskambjaw id-dejta personali, il-ħżin u t-tħassir ta’ din id-dejta fuq is-servers tagħha jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ma għandhiex aċċess għal din id-dejta personali iżda titqies bħala l-amministratur u l-operatur tas-sistema.
Għalhekk, l-allokazzjoni ta’ kompiti u responabbiltajiet differenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri tista’ tinġabar fil-qosor kif ġej:
— |
Kull awtorità kompetenti hija kontrollur tad-dejta fir-rigward tal-attivitajiet tagħha stess tal-ipproċessar tad-dejta. |
— |
Il-Kummissjoni mhijiex utent iżda l-operatur tas-sistema, u hija responsabbli, primarjament, għaż-żamma u s-sigurtà tal-arkitettura tas-sistema, Madankollu, il-Kummissjoni għandha wkoll aċċess għat-twissijiet, l-informazzjoni ta’ reazzjoni u informazzjoni oħra relatata mal-każ (7). L-iskop tal-aċċess tal-Kummissjoni huwa li tiġi mmonitorjata l-applikazzjoni tar-Regolament CPC kif ukoll tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur elenkata fl-Anness tar-Regolament CPC u li tiġbor informazzjoni statistika fir-rigward tat-twettiq ta’ dawn il-kompiti. Il-Kummissjoni madankollu ma għandhiex aċċess għall-informazzjoni li tinsab fit-talbiet għall-għajnuna reċiproka u għall-infurzar billi dawn huma indirizzati biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jindirizzaw il-każ speċifiku kkonċernat. Madankollu, ir-Regolament CPC imsemmi jipprevedi l-possibbiltà li l-Kummissjoni tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta’ ċertu tilwim (8) u li tiġi mistiedna tipparteċipa f’investigazzjoni koordinata li tinvolvi aktar minn żewġ Stati Membri (9). |
— |
L-atturi tas-CPCS jaqsmu r-responsabbiltà fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar, il-provvista ta’ informazzjoni u d-drittijiet tal-aċċess, l-oġġezzjoni u r-rettifika. |
— |
Kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti fir-rwoli tagħhom ta’ kontrolluri huma responsabbli b’mod individwali li jiżguraw li r-regoli relatati mal-operazzjonijiet tagħhom tal-ipproċessar tad-dejta huma kompatibbli mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta. |
6. L-ATTURI U L-UTENTI TAS-CPCS
Hemm profili ta’ aċċess differenti fi ħdan is-CPCS: l-aċċess għad-database huwa ristrett u allokat għal uffiċjal speċifiku tal-awtorità kompetenti biss (utent awtentikat) li ma jistax jiġi trasferit. It-talbiet għall-aċċess għas-CPCS jistgħu biss jiġu milqugħa għall-uffiċjali nnotifikati lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Huwa meħtieġ login/password biex wieħed jidħol fis-sistema li jista’ jinkiseb mill-uffiċċju uniku ta’ kollegament.
L-utenti fl-awtoritajiet kompetenti mitluba u applikanti biss għandhom l-aċċess sħiħ għall-informazzjoni kompluta skambjata għal każ speċifiku li tinkludi l-annessi kollha fil-fajl tal-każ tas-CPCS. L-uffiċċji uniċi ta’ kollegament jistgħu biss jaqraw l-informazzjoni ewlenija fuq każ biex jidentifikaw l-awtorità kompetenti li lilha għandha tiġi trasferita talba. Ma jistgħux jaqraw id-dokumenti kunfidenzjali mhemuża ma’ talba jew twissija.
Fil-każijiet tal-infurzar, l-informazzjoni ġenerali titqassam bejn l-utenti fl-awtoritajiet kompetenti kollha nnotifikati bħala dawk responsabbli għall-atti legali miksura. Dan isir permezz tan-notifiki. Dawn in-notifiki għandhom jagħtu deskrizzjoni wiesgħa ta’ każ u għandhom jevitaw li jinkludu dejta personali. Jistgħu jeżistu xi eċċezzjonijiet bħal pereżempju l-isem ta’ bejjiegħ jew fornitur (jekk tkun persuna fiżika).
Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda aċċess għat-talbiet għall-informazzjoni u l-infurzar jew għad-dokumenti kunfidenzjali iżda tirċievi notifiki u twissijiet.
7. IL-PRINĊIPJI DWAR IL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA APPLIKABBLI GĦALL-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI
L-ipproċessar ta’ dejta personali mill-utenti tas-CPCS fl-Istati Membri jista’ jsir biss taħt kundizzjonijiet u skont il-prinċipji li tistabbilixxi d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Il-kontrollur tad-dejta huwa responsabbli li jiżgura li l-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta jiġu mħarsa waqt l-ipproċessar ta’ dejta personali fis-CPCS.
Għandu wkoll jiġi nnotat li kemm ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità kif ukoll dawk dwar il-protezzjoni tad-dejta japplikaw għas-CPCS. Ir-regoli tal-kunfidenzjalità u r-regoli tas-segretezza professjonali jistgħu japplikaw għad-dejta b’mod ġenerali filwaqt li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta huma limitati għad-dejta personali.
Huwa importanti li ma jintesiex li l-utenti tas-CPCS fl-Istati Membri huma responsabbli għal ħafna operazzjonijiet tal-ipproċessar oħra u li huwa possibbli li dawn ma jkunux esperti fil-protezzjoni tad-dejta. Il-konformità mal-protezzjoni tad-dejta fis-CPCS ma hemmx għalfejn tkun kumplikata bla bżonn jew li tkun ta’ piż amministrattiv eċċessiv. U lanqas ma għandha tkun l-istess għas-sistema kollha. Dawn il-linji gwida huma rakkomandazzjonijiet għat-trattament ta’ dejta personali u wieħed għandu jfakkar li mhux id-dejta kollha skambjata fi ħdan is-CPCS hija dejta personali.
Qabel kull dħul ta’ informazzjoni fis-CPCS, l-uffiċjali tal-infurzar għandhom iqisu jekk id-dejta personali li għandha tintbagħat hijiex strettament meħtieġa għall-kisba tal-iskopijiet ta’ kooperazzjoni effiċjenti u jikkunsidraw lil min qegħdin jibagħtu d-dejta personali. L-uffiċjal tal-infurzar għandu jsaqsi lilu nnifsu jekk ir-riċevitur għandux verament bżonn li jirċievi din l-informazzjoni għall-iskopijiet tat-twissija jew għat-talba ta’ għajnuna reċiproka.
Il-lista li ġejja ta’ prinċipji fundamentali dwar il-protezzjoni tad-dejta għandha l-għan li tgħin lill-uffiċjali tal-infurzar li għandhom aċċess għas-CPCS biex jagħmlu analiżi ta’ kull każ ta’ jekk ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali humiex qegħdin jiġu mħarsa kull darba li jipproċessaw dejta personali fi ħdan is-sistema. L-uffiċjali tal-infurzar għandhom ukoll jiftakru li jistgħu jeżistu eżenzjonijiet u restrizzjonijiet fuq livell nazzjonali għall-applikazzjoni tal-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta, elenkati hawn taħt, u huwa rrakkomandat li dawn jikkonsultaw l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta (10).
X’inhuma l-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta li għandhom jiġu osservati?
Il-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dejta li wieħed għandu jżomm f’moħħu qabel ma jsir l-ipproċessar ta’ kwalunkwe dejta personali ttieħdu mid-Direttiva dwar il-protezzjoni tad-dejta. Billi din id-Direttiva ġiet trasposta fil-liġi nazzjonali, dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet huma mfakkra li jikkonsultaw l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipji elenkati hawn taħt u huwa rrakkomandat li jivverifikaw jekk jeżistux xi eżenzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji.
Il-prinċipju tat-Trasparenza
Skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, is-suġġett tad-dejta għandu d-dritt li jiġi infurmat meta tkun qiegħda tiġi pproċessata d-dejta personali tiegħu. Il-kontrollur huwa meħtieġ li jipprovdi ismu u l-indirizz tiegħu, l-iskop tal-ipproċessar, ir-riċevituri tad-dejta u kull informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ipproċessar ikun ġust (11).
Id-dejta tista’ tiġi pproċessata biss fiċ-ċirkostanzi li ġejjin (12):
— |
meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu; |
— |
meta l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq jew għad-dħul f’kuntratt; |
— |
meta l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali; |
— |
meta l-ipproċessar huwa meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta; |
— |
l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jkun sar fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali li tingħata lill-kontrollur jew lil parti terza li lilha tiġi żvelata d-dejta; |
— |
l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-iskopijiet tal-interessi leġittimi tal-kontrollur jew tal-parti jew partijiet terzi li lilhom tiġi żvelata d-dejta. |
Il-prinċipju tal-legalità u l-imparzjalità
Id-dejta personali ma tistax tinġabar jew tiġi pproċessata b’modi inġusti jew illegali, u lanqas ma għandha tintuża għal finijiet li mhumiex kompatibbli mal-iskopijiet stabbiliti fir-Regolament CPC. Biex l-ipproċessar ikun legali, dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet għandhom jiżguraw li għandhom raġunijiet ċari li jiġġustifikaw il-ħtieġa tal-ipproċessar. L-ipproċessar għandu jitwettaq għal skopijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u ma jistax jiġi pproċessat aktar b’mod li mhuwiex kompatibbli ma’ dawk l-iskopijiet (13). Dan jista’ biss jiġi stipulat fir-Regolament CPC.
Sabiex l-ipproċessar ikun ġust, is-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu infurmati bl-iskopijiet li għalihom id-dejta tagħhom tkun qiegħda tiġi pproċessata u bl-eżistenza tad-dritt ta’ aċċess, rettifika u oġġezzjoni.
Il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-eżattezza u l-perjodi ta’ żamma
L-informazzjoni għandha tkun proporzjonata, adegwata, relevanti u mhux eċċessiva b’relazzjoni mal-iskopijiet li għalihom tinġabar u/jew tkun ipproċessata aktar. Id-dejta għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tkun aġġornata; kull pass raġonevoli għandu jittieħed biex jiġi żgurat li dejta li ma tkunx eżatta jew ma tkunx sħiħa, wara li jingħata kont tal-għanijiet li għalihom tkun inġabret jew li għalihom tkun ġiet pproċessata aktar, ma titħassarx jew tinbidel; id-dejta personali għandha tinżamm b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal żmien li ma jkunx iktar milli huwa meħtieġ għall-iskopijiet li għalihom id-dejta tkun inġabret jew li għalihom tkun ġiet proċessata; Għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa għal dejta personali maħżuna għal perijodi itwal għal użu storiku, ta’ statistika jew xjentifiku.
Dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet għandhom jikkunsidraw jekk l-informazzjoni li qegħdin jipproċessaw hijiex verament meħtieġa għall-iskopijiet li għandhom jinkisbu.
Il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop
Id-dejta personali għandha tinġabar għal skopijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u ma tkunx ipproċessata aktar b’mod li mhuwiex kompatibbli ma’ dawk l-iskopijiet u għandha tinġibed l-attenzjoni tas-suġġett tad-dejta fuqha. Dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet għandhom jipproċessaw dejta personali biss meta hemm skop ċar biex isir dan jiġifieri: li jeżistu raġunijiet legali fi ħdan ir-Regolament CPC li jiġġustifikaw it-trasferiment.
Il-drittijiet tal-aċċess
Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt, skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (14), li jiġu infurmati li d-dejta personali tagħhom tkun qiegħda tiġi pproċessata; l-iskopijiet tal-ipproċessar; ir-riċevituri tad-dejta u li għandhom drittijiet speċifiċi jiġifieri d-dritt għall-informazzjoni u r-rettifika. Is-suġġett tad-dejta għandu d-dritt li jkollu aċċess għad-dejta kollha pproċessata dwaru. Is-suġġett tad-dejta għandu wkoll id-dritt li jitlob għar-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar tad-dejta li mhijiex kompluta, mhijiex eżatta jew li mhux qiegħda tiġi pproċessata b’mod konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta (15).
Dejta sensittiva
L-ipproċessar ta’ dejta li tiżvela l-oriġini razjali jew etniku, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija fi trejdjunjin, tagħrif dwar is-saħħa, il-ħajja sesswali, reati u kundanni kriminali huwa pprojbit. Madankollu, id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (16) tipprevedi ċerti eżenzjonijiet għal din ir-regola fejn id-dejta sensittiva tista’ tiġi pproċessata taħt kundizzjonijiet speċifiċi (17). Billi l-utenti tas-CPCS jistgħu jsibu rwieħhom f’pożizzjoni fejn qiegħdin jimmaniġġjaw dejta sensittiva (18), huwa rakkomandat li jintuża approċċ ta’ kawtela għad-dejta sensittiva. Huwa rakkomandat li l-utenti tas-CPCS jikkonsultaw l-awtorità nazzjonali tagħhom tal-protezzjoni tad-dejta fuq jekk japplikawx derogi għall-ipproċessar ta’ dejta sensittiva.
Eżenzjonijiet
Fil-kuntest tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, huma permessi xi eżenzjonijiet mid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Huwa rakkomandat li dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet jikkonsultaw il-liġi nazzjonali biex jivvalutaw jekk tali eżenzjonijiet humiex possibbli u sa liema limitu (19). Jekk jintużaw tali eżenzjonijiet, huwa rakkomandat li jiġu indikati b’mod ċar fid-dikjarazzjonijiet ta’ privatezza ta’ kull awtorità kompetenti.
L-applikazzjoni tal-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta
L-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta għall-funzjonament tas-CPCS twassal għar-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
(1) |
L-użu tas-CPCS għandu jkun strettament limitat għall-iskopijiet stabbiliti fir-Regolament CPC. L-Artikolu 13(1) tar-Regolament CPC jiddikjara li l-informazzjoni li tiġi kkomunikata tista’ biss tintuża għall-iskopijiet tal-iżgurar tal-konformità mal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. Dawn il-liġijiet huma elenkati fl-Anness tar-Regolament CPC. |
(2) |
Huwa rakkomandat li l-uffiċjali tal-infurzar jużaw l-informazzjoni miksuba minn talba għall-għajnuna reċiproka jew twissija għall-iskopijiet relatati ma’ dak il-każ speċifiku biss, b’konformità stretta mar-rekwiżiti legali dwar il-protezzjoni tad-dejta, filwaqt li jivvalutaw ex ante l-ħtieġa tal-ipproċessar fil-kuntest tal-investigazzjonijiet imwettqa fl-interess pubbliku aktar wiesa’. |
(3) |
Meta tiġi trasferita d-dejta, l-uffiċjali tal-infurzar għandhom jagħmlu valutazzjoni għal kull każ ta’ min għandu jkunu r-riċevitur tal-informazzjoni li għandha tiġi pproċessata. |
(4) |
L-utenti tas-CPCS għandhom jagħżlu b’kawtela l-mistoqsijiet li jistaqsu fit-talba għal għajnuna reċiproka u ma jitolbux aktar dejta milli huwa meħtieġ. Din mhijiex biss kwistjoni ta’ ħarsien tal-prinċipji tal-kwalità tad-dejta, imma wkoll kwistjoni ta’ tnaqqis tal-piż amministrattiv. |
(5) |
Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (20) teħtieġ li d-dejta personali għandha tkun eżatta u aġġornata. Huwa rakkomandat li għandha tkun l-awtorità kompetenti li pprovdiet l-informazzjoni li tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-eżatezza tad-dejta maħżuna fis-CPCS. Il-messaġġi pop up ġew miżjuda bħala karatteristika fis-CPCS biex ifakkru kull tant żmien lil dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet biex jivverifikaw jekk id-dejta personali hijiex eżatta u aġġornata. |
(6) |
Mod prattiku biex is-suġġetti tad-dejta jiġu infurmati bid-drittijiet tagħhom huwa permezz ta’ nota ta’ privatezza fuq webpage komprensiva. Huwa rakkomandat li kull awtorità kompetenti għandha tipprovdi nota ta’ privatezza fuq webpage fuq il-websites tagħhom. Kull nota ta’ privatezza għandha tikkonforma mal-obbligi ta’ informazzjoni kollha kif stabbilit fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, u tinkludi link għan-nota ta’ privatezza fuq il-webpage tal-Kummissjoni u għandha tagħti aktar dettalji inklużi d-dettalji tal-kuntatt dwar l-awtorità kompetenti kkonċernata kif ukoll kwalunkwe restrizzjoni nazzjonali fuq id-dritt tal-aċċess jew informazzjoni. Il-kontrolluri tad-dejta involuti kollha huma responsabbli li jiżguraw li n-notifiki ta’ privatezza jiġu ppubblikati. |
(7) |
Is-suġġett tad-dejta jista’ jitlob għall-aċċess, ir-rettifika u t-tħassir tad-dejta personali tiegħu minn aktar minn sors wieħed. Għalkemm kull awtorità kompetenti hija responsabbli, bħala kontrollur tad-dejta, għall-operazzjonijiet tagħha stess tal-ipproċessar tad-dejta, għandha ssir tweġiba kkoordinata għat-talbiet fir-rigward ta’ każijiet transkonfinali. Huwa rakkomandat li f’tali każijiet, l-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lil awtoritajiet kompetenti kkonċernati oħra li rċevew it-talba. Meta awtorità kompetenti taħseb li l-għotja ta’ tweġiba pożittiva għal talba tista’ taffettwa l-proċedura ta’ investigazzjoni jew ta’ infurzar li tkun qiegħda titwettaq minn awtoritajiet kompetenti oħra, dik tal-ewwel għandha titlob għall-opinjoni ta’ dik tal-aħħar qabel ma tilqa’ t-talba. Is-suġġett tad-dejta jista’ wkoll jagħmel it-talba tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ biss tilqa’ talba għal dejta li għandha aċċess għaliha. Meta tirċievi talba, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-awtorità kompetenti li pprovdiet l-informazzjoni. Jekk ma jitqajmux oġġezzjonijiet jew jekk l-awtorità kompetenti tonqos milli twieġeb fi żmien raġonevoli, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jekk tilqax jew le t-talba fuq il-bażi tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Il-Kummissjoni għandha wkoll titlob għall-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti li l-attivitajiet ta’ investigazzjoni jew ta’ infurzar tagħhom jistgħu jkunu kompromessi jekk tiġi milqugħa t-talba. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-inkorporazzjoni ta’ karatteristiċi tekniċi addizzjonali fis-CPCS tistax tiffaċilita tali skambji. |
(8) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni CPC 2007/76/KE tipprevedi l-istabbiliment ta’ kaxex għad-dejta fi ħdan is-CPCS għall-ismijiet tad-diretturi tal-kumpaniji. L-uffiċjali tal-infurzar għandhom jagħmlu valutazzjoni ta’ jekk l-inklużjoni ta’ dan it-tip ta’ dejta personali hijiex meħtieġa biex jissolva l-każ. Qabel kwalunkwe dħul ta’ informazzjoni fis-CPCS u qabel ma tintbagħat twissija jew talba għal għajnuna reċiproka lil awtorità kompetenti oħra, għandha ssir valutazzjoni għal kull każ ta’ jekk huwiex meħtieġ li jiġi inkluż l-isem ta’ direttur ta’ kumpanija fil-kaxxa għad-dejta xierqa. |
(9) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni CPC 2007/76/KE titlob li l-awtorità kompetenti li tkun qiegħda daħħal informazzjoni jew talbiet għall-infurzar jew twissijiet għandha tindika jekk l-informazzjoni għandhiex tiġi mmaniġġjata b’mod kunfidenzjali. Dan għandu jsir fuq il-bażi ta’ kull każ. B’mod simili, l-awtorità mitluba, meta tipprovdi l-informazzjoni, għandha tindika jekk l-informazzjoni għandhiex tiġi mmaniġġjata b’mod kunfidenzjali. Is-CPCS tinkludi karatteristika ta’ valur awtomatiku meta l-utenti tas-CPCS ikollhom bżonn jagħtu l-aċċess għal dokumenti b’mod espliċitu billi jneħħu l-marka fuq il-bandiera ta’ kunfidenzjalità. |
8. IS-CPCS U L-PROTEZZJONI TAD-DEJTA
Ambjent favorevoli għall-protezzjoni tad-dejta
Is-CPCS ġiet imfassla bil-ħsieb tar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta:
— |
Is-CPCS tuża s-TESTA li jfisser Servizzi Trans-Ewropej sikuri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet. Dan joffri pjattaforma ta’ komunikazzjoni pan-Ewropea affidabbli u sikura għall-amministrazzjonijiet Ewropej u Nazzjonali. In-netwerk s-TESTA huwa bbażat fuq infrastruttura privata dedikata li hija kompletament separata mill-Internet. Id-disinn tas-sistema jinkludi miżuri ta’ sigurtà xierqa biex tiġi żgurata l-aħjar protezzjoni possibbli għan-Netwerk. In-Netwerk huwa s-suġġett ta’ akkreditazzjoni ta’ sigurtà biex tagħmlu xieraq għat-trasmissjoni ta’ informazzjoni li hija kklasifikata fil-livell ta’ “Ristretta għall-UE”. |
— |
Iddaħħlu għadd ta’ karatteristiċi tekniċi: passwords siguri u personalizzati għal uffiċjali kompetenti nnotifikati f’awtoritajiet magħżula, l-użu ta’ netwerk sigur (s-TESTA), messaġġi pop-up li jfakkru lil dawk li jimmaniġġjaw il-każijiet li għandhom jikkunsidraw ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta meta jipproċessaw id-dejta personali, il-ħolqien ta’ profili tal-utenti differenti li jadattaw l-aċċess għall-informazzjoni skont ir-rwol tal-utent (l-awtorità kompetenti, l-uffiċċju uniku ta’ kollegament jew il-Kummissjoni), il-possibbiltà li jiġi llimitat l-aċċess għad-dokumenti billi dawn jiġu definiti bħala kunfidenzjali u l-messaġġ fuq il-homepage tas-CPCS li jindika r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta. |
— |
Regoli ta’ implimentazzjoni (21) li jkopru aspetti ewlenin biex jiżguraw il-konformità mal-protezzjoni tad-dejta: regoli ta’ tħassir ċari (liema informazzjoni; kif u meta għandha titħassar id-dejta); prinċipji li jispeċifikaw it-tipi ta’ aċċess għall-informazzjoni (l-awtoritajiet kompetenti li huma kkonċernati direttament biss għandhom l-aċċess sħiħ u l-oħrajn għandhom informazzjoni ġenerali biss). |
— |
Linji gwida operattivi (22) li jiċċaraw aktar x’għandu jitqies meta jimtlew il-kaxex tad-dejta differenti u l-integrazzjoni ta’ dawn il-linji gwida (23). |
— |
Reviżjonijiet annwali biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw l-eżattezza tad-dejta personali (qiegħed jiġi ppjanat l-immarkar (tagging) iżda għadu ma ġiex implimentat) u wkoll li l-każijiet jingħalqu u/jew jitħassru kif previst mir-regoli biex jiġi żgurat li l-każijiet ma jintnesewx. Il-Kummissjoni regolarment torganizza mal-Istati Membri reviżjoni sistematika tal-każijiet li nfetħu għal perjodu li huwa sostanzjalment itwal mill-perjodu medju għall-immaniġġjar tal-każijiet. |
— |
It-tħassir awtomatiku tal-każijiet ta’ għajnuna reċiproka ħames snin wara li jingħalaq il-każ kif mitlub mir-Regolament CPC. |
— |
Is-CPCS hija għodda tal-IT li qiegħda tiżviluppa u li timmira li tkun favur il-protezzjoni tad-dejta. Diġà ddaħħlu bosta karatteristiċi ta’ salvagwardja fl-arkitettura tas-sistema li ġiet deskritta hawn fuq. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tkompli tiżviluppa aktar titjib kif meħtieġ. |
Xi elementi ta’ gwida oħra
Għal kemm żmien għandu jinħażen każ u meta għandu jingħalaq u jitħassar?
Il-Kummissjoni biss tista’ tħassar informazzjoni mis-CPCS (24) u dan tagħmlu normalment fuq talba ta’ awtorità kompetenti. Meta tagħmel tali talba, l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba ta’ tħassir. L-unika eċċezzjonijiet huma t-talbiet għall-infurzar. Dawn jitħassru awtomatikament mill-Kummissjoni ħames snin wara l-għeluq tal-każ mill-awtorità applikanti.
Ġew stabbiliti regoli b’limiti ta’ żmien speċifiċi biex jiżguraw it-tħassir tad-dejta li ma għadhiex meħtieġa; li mhijiex eżatta; li mhijiex ġustifikata u/jew inżammet għall-perjodi massimi ta’ ħażna.
Għaliex il-perjodu ta’ ħżin tad-dejta huwa stabbilit għal ħames snin?
L-iskop tal-perjodu ta’ żamma huwa li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi meta jittrattaw ksur intra-Komunitarju, li jikkontribwixxi għat-tħaddim bla xkiel tas-suq intern, il-kwalità u l-konsistenza tal-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, il-monitoraġġ tal-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi u li jikkontribwixxi biex jogħla l-livell u l-konsistenza tal-infurzar. Matul il-perjodu ta’ żamma l-uffiċjali tal-infurzar awtorizzati li jkunu qegħdin jaħdmu għal awtorità kompetenti li fil-bidu tkun ħadmet fuq każ, jistgħu jikkonsultaw il-fajl sabiex jistabbilixxu rabtiet ma’ ksur possibbilment ripetut bħala kontribuzzjoni għal infurzar aħjar u aktar effiċjenti.
X’informazzjoni tista’ tiġi inkluża fil-forum ta’ diskussjoni?
Il-forum ta’ diskussjoni huwa mehmuż mas-CPCS u huwa għodda maħsuba għall-iskambju ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet bħalma huma s-setgħat ta’ infurzar ġodda u l-aħjar prattika. Ġeneralment, il-forum ta’ diskussjoni, għalkemm ma jintużax ta’ spiss minn uffiċjali tal-infurzar, ma għandux jintuża għall-iskambju ta’ dejta relatata mal-każ u ma għandux jirreferi għal dejta personali.
X’tip ta’ dejta tista’ tiġi inkluża fis-sommarji qosor u fid-dokumenti mehmuża?
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni CPC 2007/76/KE tipprevedi kaxxa tad-dejta “dokumenti mehmuża” fil-każ ta’ twissijiet u informazzjoni u talbiet għall-infurzar. Is-sommarji qosor huma oqsma fejn għandha ssir deskrizzjoni tal-ksur. Huwa rakkomandat li d-dejta personali ma għandhiex tiġi inkluża fis-sommarji qosor għaliex l-iskop ta’ din il-kaxxa tad-dejta huwa li jkun hemm deskrizzjoni ġenerali tal-ksur. Id-dejta personali fid-dokumenti mehmuża li mhijiex strettament meħtieġa għandha titgħatta bl-iswed jew titneħħa.
Xi jfisser “suspett raġonevoli” li sar ksur?
Suspett raġonevoli għandu jiġi interpretat skont il-liġi nazzjonali. Madankollu, huwa rakkomandat li ksur suspett għandu biss jiġi inkluż fis-CPCS jekk ikun hemm xi evidenza li ssostni l-każ li sar ksur jew li huwa possibbli li sar ksur.
U fir-rigward ta’ trasferimenti għal pajjiżi terzi?
Ir-Regolament CPC (25) jipprevedi li l-informazzjoni kkomunikata taħt ir-Regolament CPC tista’ wkoll tiġi kkomunikata lil awtorità ta’ pajjiż terz minn Stat Membru li jkollu ftehim ta’ għajnuna bilaterali sakemm ikun inkiseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti li kkomunikat l-informazzjoni fil-bidu u jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta.
Huwa rakkomandat li fin-nuqqas ta’ ftehim internazzjonali mill-Unjoni Ewropea għal arranġamenti ta’ kooperazzjoni ta’ għajnuna reċiproka (26) ma’ pajjiż terz, kwalunkwe ftehim bilaterali għall-għajnuna ma’ pajjiż terz speċifiku għandu jipprevedi salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dejta u għandu jiġi notifikat lill-awtoritajiet rilevanti ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta sabiex tkun tista’ titwettaq verifika minn qabel, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx sabet li l-pajjiż terz jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni għad-dejta personali li tkun ġiet trasferita mill-Unjoni skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.
(1) L-Artikolu 2(a).
(2) Għandu jiġi osservat li l-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta japplikaw kemm għad-dejta li tinħażen elettronikament kif ukoll għad-dejta li tinħażen fuq il-karta.
(3) Għar-regoli speċifiċi dwar it-tħassir ara: Id-Deċiżjoni 2007/76/KE u “In-Netwerk ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur: Linji Gwida Operattivi”.
(4) Id-Direttiva 95/46/KE.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(6) http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/EDPS
(7) L-Artikoli 8, 9 u 15 tar-Regolament CPC (KE) Nru 2006/2004.
(8) L-Artikolu 8(5) tar-Regolament CPC (KE) Nru 2006/2004.
(9) L-Artikolu 9 tar-Regolament CPC (KE) Nru 2006/2004.
(10) L-Artikoli 11(2) u 13 tad-Direttiva 95/46/KE.
(11) L-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE.
(12) L-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE.
(13) L-Artikolu 6.1(b) tad-Direttiva 95/46/KE.
(14) L-Artikoli 10, 11, 12 tad-Direttiva 95/46/KE.
(15) L-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE.
(16) L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 95/46/KE.
(17) L-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE.
(18) Il-Kapitolu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2007/76/KE.
(19) L-opinjoni 6/2007 dwar kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta relatati mas-Sistema ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS) 01910/2007/EN – WP 130 – adottata fil-21 ta’ Settembru 2007, p. 24-26.
(20) L-Artikolu 6.1(d) tad-Direttiva 95/46/KE.
(21) Id-Deċiżjoni 2007/76/KE
(22) In-Netwerk ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur: Linji Gwida Operattivi - approvati mill-Kumitat CPC fit-8 ta’ Ġunju 2010.
(23) Il-kontenut ta’ dawn il-linji gwida se jiġi integrat fit-taħriġ dwar is-CPCS fil-ġejjieni.
(24) L-Artikolu 10 tar-Regolament CPC (KE) Nru 2006/2004 u l-Kapitolu 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni CPC 2007/76/KE.
(25) L-Artikolu 14(2) tar-Regolament CPC (KE) Nru 2006/2004.
(26) L-Artikolu 18 tar-Regolament CPC (KE) Nru 2006/2004.
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
2.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/54 |
It-testi oriġinali tal-UN/KEE biss għandhom effett legali fid-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu verifikati skont l-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tal-UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.
Ir-Regolament Nru 100 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rekwiżiti speċifiċi għas-sistema ta’ propulsjoni elettrika
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-sensiela 01 ta’ emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: l-4 ta’ Diċembru 2010
WERREJ
REGOLAMENT
1. |
Ambitu ta’ applikazzjoni |
2. |
Definizzjonijiet |
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Speċifikazzjonijiet u testijiet |
6. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip għal tipi ta’ vetturi |
7. |
Konformità tal-produzzjoni |
8. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
9. |
Produzzjoni mwaqqfa definitivament |
10. |
Ismijiet u indirizzi ta’ servizzi tekniċi responsabbli li jmexxu testijiet għall-approvazzjoni u ta’ dipartimenti amministrattivi |
11. |
Dispożizzjonijiet tranżitorji |
ANNESSI
Anness 1 – |
Komunikazzjoni |
Anness 2 – |
Arranġamenti għal marki ta’ approvazzjoni |
Anness 3 – |
Protezzjoni minn kuntatti diretti ta’ partijiet li minnhom għaddej vultaġġ |
Anness 4 – |
Metodu ta’ kejl tar-reżistenza tal-iżolament |
Anness 5 – |
Metodu ta’ konferma għall-funzjoni ta’ sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament fuq il-vettura |
Anness 6 – |
Karatteristiċi essenzjali ta’ vetturi jew sistemi tat-triq |
Anness 7 – |
Determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ idroġenu matul il-proċeduri ta’ ċċarġjar tal-batterija ta’ trazzjoni |
1. AMBITU
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għar-rekwiżiti ta’ sigurtà fir-rigward tas-sistema ta’ propulsjoni elettrika tal-vetturi tat-triq tal-kategoriji M u N, iddisinjati għall-veloċità massima ta’ aktar minn 25 kilometru fis-siegħa, mgħammra b’mutur wieħed jew aktar ta’ propulsjoni elettrika u li mhux/mhumiex imqabbad/imqabbda max-xibka elettrika, kif ukoll il-komponenti u s-sistemi tagħhom ta’ vultaġġ għoli konnessi galvanikament mal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli (high voltage bus) tas-sistema ta’ propulsjoni elettrika.
Dan ir-Regolament ma jkoprix rekwiżiti ta’ sigurtà ta’ wara l-ħbit tal-vetturi tat-triq.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
2.1. |
‘il-modalità li tippermetti sewqan attiv’ tfisser il-modalità ta’ vettura meta l-applikazzjoni ta’ pressjoni fuq il-pedala tal-aċċelleratur (jew l-attivazzjoni ta’ kontroll ekwivalenti) jew ir-rilaxx tas-sistema tal-brejk iġġiegħel lis-sistema ta’ propulsjoni elettrika iċċaqlaq il-vettura. |
2.2. |
‘lqugħ’ tfisser il-parti li tipprovdi protezzjoni kontra l-kuntatt dirett mal-partijiet li fihom l-elettriku minn kull direzzjoni ta’ aċċess. |
2.3. |
‘Konnessjoni konduttiva’ tfisser il-konnessjoni bl-użu ta’ konnetturi ma’ provvista tal-elettriku esterna meta s-sistema ta’ ħażna ta’ enerġija rikarikabbli (rechargeable energy storage system - RESS) tiġi ċċarġjata. |
2.4. |
‘Sistema ta’ kapling għall-iċċarġjar tas-sistema ta’ ħażna ta’ enerġija rikarikabbli (RESS)’ tfisser iċ-ċirkwit elettriku użat għall-iċċarġjar tar-RESS minn provvista tal-elettriku esterna inkluż il-punt tad-dħul tal-vettura. |
2.5. |
‘Kuntatt dirett’ tfisser il-kuntatt ta’ persuni mal-partijiet li fihom l-elettriku. |
2.6. |
‘Xażi elettriku’ tfisser sett magħmul minn partijiet konduttivi elettrikament konnessi ma’ xulxin, li l-potenzjal tagħhom jitqies bħala referenza. |
2.7. |
‘Ċirkwit elettriku’ tfisser sistema ta’ partijiet li fihom l-elettriku konnessi ma’ xulxin li hija maħsuba biex tkun elettrikament enerġizzata waqt it-tħaddim normali. |
2.8. |
‘Sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija elettrika’ tfisser sistema li tiġġenera u tipprovdi enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika. |
2.9. |
‘Sistema ta’ propulsjoni elettrika’ tfisser iċ-ċirkwit elettriku li jinkludi l-mutur (muturi) ta’ propulsjoni u li jista’ jinkludi r-RESS, is-sistema ta’ konversjoni ta’ enerġija elettrika, il-konvertituri elettroniċi, l-irbit u konnetturi ta’ wajers assoċjati magħhom, u s-sistema tal-kapling għall-iċċarġjar tar-RESS. |
2.10. |
‘Konvertitur elettroniku’ tfisser strument li jista’ jikkontrolla u/jew jikkonverti l-kurrent elettriku għall-propulsjoni elettrika. |
2.11. |
‘Sistema ta’ għeluq’ tfisser il-parti li tagħlaq l-unitajiet interni u li tipprovdi protezzjoni kontra kuntatt dirett minn kull direzzjoni ta’ aċċess. |
2.12. |
‘Parti konduttiva esposta’ tfisser il-parti konduttiva li tista’ tintmiss skont id-dispożizzjoniet tal-grad ta’ protezzjoni IPXXB, u li ssir elettrikament enerġizzata taħt kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ iżolament. |
2.13. |
‘Provvista tal-kurrent elettriku esterna’ tfisser provvista tal-kurrent elettriku ta’ kurrent li jalterna (AC) jew kurrent dirett (DC) barra mill-vettura. |
2.14. |
‘Vultaġġ għoli’ tfisser il-klassifikazzjoni ta’ komponent jew ċirkwit elettriku, jekk il-vultaġġ operattiv tiegħu huwa > 60 V u ≤ 1 500 V DC jew > 30 V u ≤ 1 000 V AC rms (root mean square). |
2.15. |
‘Assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli’ tfisser iċ-ċirkwit elettriku, inkluża s-sistema ta’ kapling għall-iċċarġjar tar-RESS li jopera fuq vultaġġ għoli. |
2.16. |
‘Kuntatt indirett’ tfisser il-kuntatt ta’ persuni ma’ partijiet konduttivi esposti. |
2.17. |
‘Partijiet li fihom il-kurrent’ tfisser il-parti(jiet) maħsuba biex tkun/ikunu enerġizzata/i elettrikament waqt l-użu normali. |
2.18. |
‘Kompartiment għall-bagalji’ tfisser l-ispazju fil-vettura fejn jitqegħdu l-bagalji, limitat minn saqaf, kappa, art, ħitan tal-ġnub, kif ukoll l-ilqugħ u s-sistema ta’ għeluq ipprovduti għall-protezzjoni tas-sistema ta’ propulsjoni minn kuntatt dirett ma’ partijiet li fihom il-kurrent, u dan huwa separat mill-kompartiment tal-passiġġieri permezz tad-diviżjoni ta’ quddiem jew id-diviżjoni ta’ wara. |
2.19. |
‘Sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament’ tfisser l-istrument li jissorvelja r-reżistenza tal-iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. |
2.20. |
‘Batterija ta’ propulsjoni tat-tip miftuħ’ tfisser tip ta’ batterija bil-likwidu li teħtieġ mili bl-ilma minn żmien għal żmien u li tiġġenera l-gass tal-idroġenu li jiġi rilaxxat fl-atmosfera. |
2.21. |
‘Kompartiment tal-passiġġieri’ tfisser l-ispazju riżervat għall-okkupanti, limitat mis-saqaf, l-art, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, il-ħġieġ, id-diviżjoni ta’ quddiem u d-diviżjoni ta’ wara, jew il-gradilja ta’ wara, kif ukoll l-ilqugħ u s-sistemi ta’ għeluq għall-protezzjoni tas-sistema ta’ propulsjoni minn kuntatt dirett mal-partijiet li fihom il-kurrent. |
2.22. |
‘Grad ta’ protezzjoni’ tfisser il-protezzjoni pprovduta minn ilqugħ/sistema ta’ għeluq fir-rigward tal-kuntatt mal-partijiet li fihom il-kurrent permezz ta’ sonda ta’ ttestjar, bħal subgħa ta’ ttestjar (IPXXB) jew wajer ta’ ttestjar (IPXXD), kif iddefinit fl-Anness 3. |
2.23. |
‘Sistema ta’ ħażna tal-enerġija rikarikabbli (RESS)’ tfisser is-sistema ta’ ħażna ta’ enerġija rikarikabbli li tipprovdi l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika. |
2.24. |
‘Skonnettur’ tfisser l-istrument għad-deattivazzjoni taċ-ċirkwit elettriku matul l-iċċekkjar u l-manutenzjoni tar-RESS, il-munzell ta’ ċelluli tal-fjuwil, eċċ. |
2.25. |
‘Iżolatur solidu’ tfisser il-kisja ta’ iżolament taċ-ċinġi tal-wajers li biha jitgħattew u jiġu protetti l-partijiet li fihom il-kurrent mill-kuntatt dirett minn kull direzzjoni ta’ aċċess; għata għall-iżolament tal-partijiet li fihom il-kurrent tal-konnetturi, u verniċ jew żeba’ għall-fini ta’ iżolament. |
2.26. |
‘Tip ta’ vettura’ tfisser vetturi li mhumiex differenti f’aspetti bħal:
|
2.27. |
‘Vultaġġ operattiv’ tfisser l-ogħla valur ta’ vultaġġ rms ta’ ċirkwit elettriku, speċifikat mill-manifattur, li jista’ jseħħ bejn kwalunkwe parti konduttiva f’kundizzjonijiet ta’ ċirkwit miftuħ jew taħt kondizzjoni normali ta’ operazzjoni. Jekk iċ-ċirkwit elettriku ikun maqsum b’iżolament galvaniku l-vultaġġ operattiv jiġi ddefinit għal kull ċirkwit maqsum, rispettivament. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti speċifiċi għas-sistema ta’ propulsjoni elettrika għandha tiġi sottomessa mill-produttur tal-vettura jew mir-Rappreżentant regolarment akkreditat minnu.
3.2. Flimkien magħha għandu jkun hemm tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u d-dettalji li ġejjin:
3.2.1. |
Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistema ta’ propulsjoni elettrika ta’ propulsjoni u l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli konness galvanikament. |
3.3. Għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet għall-approvazzjoni vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat.
3.4. L-Awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex tiżgura l-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni għat-tip ta’ vettura.
4. APPROVAZZJONI
4.1. Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5. ta’ hawn taħt u tal-Annessi 3, 4, 5 u 7 ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ din it-tip ta’ vettura għandha tingħata.
4.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (preżentament 01 għar-Regolament fil-forma tiegħu) għandhom jindikaw is-sensiela ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.
4.3. Notifika tal-approvazzjoni jew tar-rifjut jew tal-estensjoni jew tar-revoka tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni definittivament imwaqqfa tat-tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi komunikata lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
4.4. Fuq kull vettura konformi ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament għandha tiġi mwaħħla marka tal-approvazzjoni internazzjonali b’mod kospikwu u f’post fejn jintlaħaq malajr speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, liema marka hija magħmula minn:
4.4.1. |
Ċirku madwar l-Ittra ‘E’ bin-numru li jiddentifika l-pajjiż minn fejn ġiet mogħtija l-approvazzjoni warajh. (1) |
4.4.2. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, warajh l-Ittra‘R’, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku deskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
4.5. Jekk il-vettura tkun konformi mat-tip ta’ vettura approvata skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi mal-Ftehim fil-pajjiż fejn tkun ingħatat l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’dan il-każ ir-Regolament u numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont huma ngħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.
4.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.
4.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq jew qrib tal-plakka li turi d-dejta dwar il-vettura mwaħla mill-Manifattur.
4.8. L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.
5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET
5.1. Protezzjoni minn xokkijiet elettriċi
Dawn ir-rekwiżiti ta’ sigurtà mill-elettriku japplikaw għall-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli taħt kundizzjonijiet fejn mhumiex imqabbda ma’ provvisti tal-elettriku ta’ vultaġġ għoli esterni.
5.1.1. Protezzjoni minn kuntatt dirett
Il-protezzjoni minn kuntatt dirett ma’ partijiet li fihom il-kurrent għandha tkun konformi mal-paragrafi 5.1.1.1. u 5.1.1.2. Dawn il-protezzjonijiet (iżolatur solidu, ilqugħ, sistema ta’ għeluq, eċċ.) ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu miftuħa, żarmati jew imneħħija mingħajr l-użu ta’ għodda.
5.1.1.1. Għall-protezzjoni tal-partijiet li fihom il-kurrent ġewwa l-kompartiment tal-passiġġieri jew il-kompartiment tal-bagalji, għandu jiġi pprovdut grad ta’ protezzjoni IPXXD.
5.1.1.2. Għall-protezzjoni tal-partijiet li fihom il-kurrent f’żoni għajr il-kompartiment tal-passiġġieri jew il-kompartiment tal-bagalji, il-grad ta’ protezzjoni IPXXB għandu jiġi ssodisfatt.
5.1.1.3. Konnetturi
Il-konnetturi (inkluż id-dħul tal-vettura) jitqiesu li jissodisfaw dan ir-rekwiżit jekk:
(a) |
jkunu konformi ma’ 5.1.1.1. u 5.1.1.2 meta jiġu separati mingħajr l-użu ta’ għodda, jew |
(b) |
jitqegħdu taħt l-art u jiġu pprovduti b’mekkaniżmu ta’ sokor, jew |
(c) |
jiġu pprovduti b’mekkaniżmu ta’ sokor u komponenti oħra għandhom jitneħħew bl-użu tal-għodda biex jiġi sseparat il-konnettur, jew |
(d) |
il-vultaġġ tal-partijiet li fihom il-kurrent jiġi daqs jew inqas minn DC 60 V jew daqs jew inqas minn AC 30 V (rms) fi żmien sekonda wara li jiġi sseparat il-konnettur. |
5.1.1.4. Skonnettur
Għal skonnettur li jista’ jinfetaħ, jiġi żarmat jew imneħħi mingħajr għodda, huwa aċċettabbli jekk il-grad ta’ protezzjoni IPXXB huwa sodisfatt taħt kundizzjoni fejn jinfetaħ, jiġi żarmat jew imneħħi mingħajr għodda.
5.1.1.5. Immarkar
5.1.1.5.1. Is-simbolu li jidher fil-Figura 1 għandu jidher fuq jew ma’ ġenb ir-RESS. L-isfond tas-simbolu għandu jkun isfar, il-burdura u l-vleġġa għandhom ikunu suwed.
Figura 1
Immarkar ta’ tagħmir ta’ vultaġġ għoli
5.1.1.5.2. Is-simbolu għandu jkun ukoll viżibbli fuq is-sistemi ta’ għeluq u l-ilqugħ, li, mat-tneħħija tagħhom jinkixfu partijiet li fihom il-kurrent ta’ ċirkwiti ta’ vultaġġ għoli. Din id-dispożizzjoni hija fakultattiva għall-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika f’xi wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) |
fejn l-ilqugħ jew is-sistemi ta’ għeluq ma jistgħux jintlaħqu fiżikament, jinfetħu, jew jitneħħew; kemm-il darba l-komponenti l-oħra tal-vettura ma jitneħħewx bl-użu tal-għodda |
(b) |
fejn l-ilqugħ jew is-sistemi ta’ għeluq jinsabu taħt il-qiegħ tal-vettura. |
5.1.1.5.3. Il-kejbils għall-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli li ma jinsabux ġewwa s-sistemi tal-għeluq għandhom ikunu identifikati minn qoxra ta’ barra bil-kulur oranġjo.
5.1.2. Protezzjoni minn kuntatti indiretti
5.1.2.1. Għall-protezzjoni mix-xokkijiet elettriċi li jistgħu jseħħu b’kuntatt indirett, il-partijiet konduttivi mikxufa, bħall-ilqugħ konduttiva u s-sistema ta’ għeluq, għandhom ikunu mqabbda galvanikament b’mod sikur max-xażi elettriku permezz ta’ konnessjoni b’wajer tal-elettriku jew kejbil li jertja, jew bil-welding, jew b’konnessjoni bl-użu ta’ boltijiet, eċċ. biex ma jiġux prodotti elementi ta’ periklu potenzjali.
5.1.2.2. Ir-reżistenza ta’ propulsjoni bejn il-partijiet konduttivi esposti u x-xażi elettriku għandha tkun inqas minn 0,1 ohm meta jkun hemm fluss ta’ kurrent ta’ mill-inqas 0,2 amp.
Dan ir-rekwiżit jintlaħaq jekk il-konnessjoni galvanika tkun ġiet stabbilita bil-welding.
5.1.2.3. Fil-każ ta’ vetturi bil-mutur li huma maħsuba biex jiġu mqabbda mal-provvista esterna ertjata tal-elettriku permezz tal-konnessjoni konduttiva, għandu jiġi pprovdut strument li jippermetti konnessjoni galvanika tax-xażi elettriku mal-ert.
L-istrument għandu jkun b’tali mod li jippermetti li ssir konnessjoni mal-ert qabel ma jiġi applikat vultaġġ estern lill-vettura u li l-konnessjoni tibqa’ sakemm jitneħħa l-vultaġġ estern mill-vettura.
Il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit tista’ tiġi ppruvata jew billi jintuża l-konnettur speċifikat mill-manifattur tal-karozza, jew permezz ta’ analiżi.
5.1.3. Reżistenza ta’ iżolament
5.1.3.1. Sistema ta’ propulsjoni elettrika li tikkonsisti f’assemblaġġi ta’ Kurrent Dirett jew Kurrent li Jalterna
Jekk l-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli AC u l-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli DC huma galvanikament iżolati minn xulxin, ir-reżistenza ta’ iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku għandu jkollha valur minimu ta’ 100 Ω/volt tal-vultaġġ operattiv għall-assemblaġġi DC, u valur minimu ta’ 500 Ω/volt tal-vultaġġ operattiv għall-assemblaġġi AC.
Il-kejl għandu jsir skont l-Anness 4, ‘Metodu ta’ kejl tar-reżistenza ta’ iżolament’.
5.1.3.2. Sistema ta’ propulsjoni elettrika li tikkonsisti f’assemblaġġi DC u AC ikkombinati
Jekk l-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli AC u l-assemblaġġi ta’ vultaġġ għoli DC jkunu konnessi galvanikament ir-reżistenza ta’ iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku għandu jkollha valur minimu ta’ 500 Ω/volt tal-vultaġġ operattiv.
Madankollu, jekk l-assemblaġġi kollha ta’ vultaġġ għoli AC jkunu protetti b’waħda miż-żewġ miżuri li ġejjin, ir-reżistenza ta’ iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku għandu jkollha valur minimu ta’ 100 Ω/volt tal-vultaġġ operattiv:
(a) |
saffi doppji jew iktar ta’ iżolaturi solidi, ilqugħ jew sistemi ta’ għeluq li jissodisfaw ir-rekwiżit fil-paragrafu 5.1.1. b’mod indipendenti, pereżempju rbit ta’ wajers |
(b) |
protezzjonijiet mekkanikament b’saħħithom li għandhom biżżejjed durabilità tul il-perjodu ta’ servizz tal-vettura bħal housings tal-mutur, kaxxi jew konnetturi tal-konvertitur elettroniku; |
Ir-reżistenza tal-iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku tista’ tiġi ppruvata permezz ta’ kalkolu, kejl jew taħlita tat-tnejn.
Il-kejl għandu jsir skont l-Anness 4, ‘Metodu ta’ kejl tar-reżistenza ta’ iżolament’.
5.1.3.3. Vetturi taċ-ċelluli ta’ fjuwil
Jekk ir-rekwiżit minimu ta’ reżistenza ta’ iżolament ma jistax jintlaħaq tul iż-żmien, il-protezzjoni tinkiseb b’xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
saffi doppji jew iktar ta’ iżolaturi solidi, ilqugħ jew sistemi ta’ għeluq li jissodisfaw ir-rekwiżit fil-paragrafu 5.1.1 b’mod indipendenti; |
(b) |
sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament fuq il-vettura stess flimkien ma’ twissija lis-sewwieq jekk ir-reżistenza ta’ iżolament tinżel taħt il-valur minimu meħtieġ. Ir-reżistenza ta’ iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli tas-sistema tal-kapling għall-iċċarġjar tar-RESS, li ma tkunx enerġizzata għajr waqt l-iċċarġjar tar-RESS, u x-xażi elettriku ma jeħtiġux monitoraġġ. Il-funzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament fuq il-vettura stess għandha tiġi kkonfermata kif deskritt fl-Anness 5. |
5.1.3.4. Rekwiżit tar-reżistenza ta’ iżolament għas-sistema tal-kapling għall-iċċarġjar tar-RESS
Għad-dħul fuq il-vettura maħsub li jkun konness b’mod konduttiv mal-provvista ta’ elettriku esterna AC li tkun ertjata u ċ-ċirkwit elettriku konness galvanikament mad-dħul tal-vettura waqt l-iċċarġjar tar-RESS, ir-reżistenza ta’ iżolament bejn l-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku għandha tal-inqas tkun 1 ΜΩ meta l-konnettur taċ-ċarġ ikun maqlugħ. Matul il-kejl, il-batterija ta’ propulsjoni tista’ tkun maqlugħa.
5.2. Sistema ta’ ħażna ta’ enerġija rikarikabbli (RESS)
5.2.1. Protezzjoni minn kurrent eċċessiv
Ir-RESS ma għandux jisħon iż-żejjed.
Jekk ir-RESS huwa suġġett għal tisħin żejjed minħabba kurrent eċċessiv, għandu jiġi mgħammar bi strument protettiv bħal fjuż, circuit breakers jew main contactors.
Iżda, ir-rekwiżit jista’ ma jkunx applikabbli jekk il-manifattur jipprovdi dejta li tiżgura li tisħin żejjed minn kurrent eċċessiv ma jseħħx anki mingħajr l-istrument protettiv.
5.2.2. Akkumulu ta’ gass
Il-postijiet maħsuba biex iżommu batteriji ta’ propulsjoni tat-tip miftuħ li jistgħu jipproduċu gass tal-idroġenu għandu jkollhom ventilatur jew kanal ta’ ventilazzjoni biex ma jkunx hemm akkumulu ta’ gass tal-idroġenu.
5.3. Sikurezza operattiva
Għandu jingħata sinjal tal-inqas momentanju lis-sewwieq meta l-vettura tkun fil-‘modalità li tippermetti sewqan attiv’.
Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tapplikax taħt kundizzjonijiet fejn magna ta’ kombustjoni interna tipprovdi direttament jew indirettament is-saħħa ta’ propulsjoni tal-vettura.
Waqt li ħiereġ mill-vettura x-xufier għandu jiġi infurmat permezz ta’ sinjal (pereżempju sinjal ottiku jew smugħi), jekk il-vettura tkun għadha fil-modalità li tagħmel possibbli sewqan attiv.
Jekk ir-RESS fuq il-vettura jista’ jiġi ċċarġjat esternament mill-utent, il-moviment tal-vettura permezz tas-sistema tagħha stess ta’ propulsjoni għandu jkun impossibbli sakemm il-konnettur tal-provvista tal-elettriku esterna tkun fiżikament imwaħħla mad-dħul tal-vettura.
Dan ir-rekwiżit għandu jiġi ppruvat bl-użu tal-konnettur speċifikat mill-manifattur tal-karozza.
L-istat tad-direzzjoni tas-sewqan tal-unità ta’ kontroll għandu jiġi identifikat lix-xufier.
5.4. Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu
5.4.1. Dan it-test għandu jsir fuq vetturi mgħammra b’batteriji ta’ propulsjoni tat-tip miftuħ.
5.4.2. It-testijiet għandhom isiru skont il-metodu deskritt fl-Anness 7 tar-Regolament preżenti. It-teħid ta’ kampjuni ta’ idroġenu u l-analiżi għandhom ikunu dawk preskritti. Metodi oħra ta’ analiżi jistgħu jiġu approvati jew jiġi ppruvat li huma jagħtu riżultati ekwivalenti.
5.4.3. Waqt proċedura normali ta’ ċċarġjar fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness 7, emissjonijiet tal-idroġenu għandhom ikunu inqas minn 125 g tul 5 sigħat, jew inqas minn 25 × t2 g tul t2 (f’siegħa).
5.4.4. Waqt l-iċċarġjar li jsir minn tagħmir għall-iċċarġjar fuq vettura li għandu difett (kundizzjonijiet mogħtija fl-Anness 7), emissjonijiet tal-idroġenu għandhom ikunu inqas minn 42 g. Barra minn hekk dan it-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura għandu jillimita dan id-difett possibbilment għal 30 minuta.
5.4.5. L-operazzjonijiet kollha marbuta mal-iċċarġjar tal-batterija huma kkontrollati b’mod awtomatiku, inkluż il-waqfa għall-iċċarġjar.
5.4.6. Ma għandux ikun possibbli li wieħed jieħu l-kontroll manwali ta’ fażijiet tal-iċċarġjar.
5.4.7. Operazzjonijiet normali ta’ konnessjoni u qtugħ tal-konnessjoni mit-tagħmir għall-forniment ta’ kurrenti elettriċi jew qtugħ ta’ enerġija ma għandhomx jaffettwaw is-sistema tal-kontroll tal-fażijiet għall-iċċarġjar.
5.4.8. Ħsarat importanti waqt l-iċċarġjar għandhom ikunu permanentament sinjalati lix-xufier. Ħsara importanti hija ħsara li tista’ twassal biex it-tagħmir tal-iċċarġjar fuq il-vettura jaħdem ħażin waqt l-iċċarġjar aktar ’il quddiem.
5.4.9. Fil-manwali tal-użu għas-sid, il-produttur għandu jindika l-konformità tal-vettura ma’ dawn ir-rekwiżiti.
5.4.10. L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet tal-idroġenu tista’ tiġi estiża għal tipi differenti ta’ vetturi tal-istess familja, skont id-definizzjoni tal-familja mogħtija fl-Anness 7, l-Appendiċi 2.
6. MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP GĦAL TIPI TA’ VETTURI
6.1. Kull modifika fuq it-tip ta’ vettura għandha tiġi notifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura. Id-dipartiment imbagħad jista’ jew:
6.1.1. |
Jikkunsidra li l-modifiki magħmula ma jidhrux li se jkollhom effett negattiv apprezzabbli u li l-vettura xorta waħda hija konformi mar-rekwiżiti, jew |
6.1.2. |
Jitlob rapport ieħor dwar l-ittestjar mis-servizz tekniku responsabbli għat-tmexxija tat-testijiet. |
6.2. Konferma jew rifjut tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjoni għandha tiġi komunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li qed japplikaw dan ir-Regolament.
6.3. L-Awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje għal din it-tip ta’ estensjoni u tinforma dwar dan permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw ir-Regolament.
7. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
7.1. Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tiġi manifatturata b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 5 ta’ hawn fuq.
7.2. Sabiex jiġi verifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1 ġew sodisfatti, għandhom isiru kontrolli adegwati tal-produzzjoni.
7.3. Il-possessur tal-approvazzjoni għandu b’mod partikolari:
7.3.1. |
Jiggarantixxi l-eżistenza ta’ proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-vetturi; |
7.3.2. |
Jkollu aċċess għat-tagħmir tal-ittestjar meħtieġ biex tiġi ċċekkjata l-konformità ta’ kull tip approvat; |
7.3.3. |
Jiggarantixxi li d-dejta dwar riżultati ta’ testijiet tiġi reġistrata u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu determinat bi ftehim mad-dipartiment amministrattiv; |
7.3.4. |
Janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test, sabiex tiġi verifikata u garantita l-konsistenza tal-karatteristiċi tal-vetturi, waqt li jżomm f’moħħu varjazzjonijiet permessi fil-produzzjoni industrijali; |
7.3.5. |
Jiggarantixxi li tal-anqas ikunu saru t-testijiet preskritti fil-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament għal kull tip ta’ vettura; |
7.3.6. |
Jiggarantixxi li kull sett ta’ kampjuni jew biċċiet għall-ittestjar li jiġi ppruvat li mhumiex konformi mat-tip ta’ test in kwistjoni jwasslu għal aktar teħid ta’ kampjuni u testijiet. L-istadji kollha meħtieġa għandhom isiru biex tiġi stabbilita mill-ġdid l-konformità tal-produzzjoni korrispondenti. |
7.4. L-Awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ f’kull ħin tivverifika l-metodi għall-kontroll tal-konformità applikati f’kull stazzjon tal-produzzjoni.
7.4.1. Waqt kull spezzjoni, id-dokumenti dwar l-ittestjar u d-dokumenti dwar il-produzzjoni għandhom ikunu preżentati lill-ispettur li jżur.
7.4.2. L-ispettur jista’ jieħu kampjuni fortuwiti biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-Produttur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat skont ir-riżultati tal-kontrolli tal-Produttur stess.
7.4.3. Jekk il-livell tal-kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher li huwa meħtieġ li ssir verifika tal-validità tat-testijiet li saru meta ġie applikat il-paragrafu 7.4.2., l-ispettur jista’ jagħżel kampjuni biex jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun mexxa t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip.
7.4.4. L-Awtorità kompetenti tista’ tagħmel kull test preskritt f’dan ir-Regolament.
7.4.5. Il-frekwenza normali ta’ spezzjonijiet mill-Awtorità kompetenti għandha tkun waħda ta’ kull sena. Iżda jekk jiġu reġistrati riżultati mhux sodisfaċenti waqt waħda miż-żjarat, l-Awtorità kompetenti għandha tiggarantixxi li l-passi kollha meħtieġa jittieħdu biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni kemm jista’ ikun malajr.
8. PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
8.1. L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata jekk ir-rekwiżiti mniżżla fil-paragrafu 7 hawn fuq ma jiġux sodisfati, jew jekk il-vettura jew il-komponenti tagħha ma jgħaddux mit-testijiet li saru dispożizzjonijiet dwarhom fil-paragrafu 7.3.5 ta’ hawn fuq.
8.2. Jekk Parti Kontraenti fil-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirrevoka l-approvazzjoni li hija tkun tat qabel, minnufih hija għandha tinnotifika lill-Partijiet l-oħra li kkuntrattaw li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-Mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
9. PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTIVAMENT
Jekk min għandu l-approvazzjoni jwaqqaf kompletament il-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-Awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Kif tirċievi l-komunikazzjoni relevanti, l-Awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
10. ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI LI JMEXXU TESTIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli li jmexxu testijiet għall-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu approvazzjonijiet, li għalihom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew ir-revoka ta’ approvazzjonijiet jew il-produzzjoni definittivament imwaqqfa, maħruġa minn pajjiżi oħra.
11. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
11.1. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-sensiela ta’ emendi, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat bis-sensiela 01 ta’ emendi.
11.2. Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li trid tiġi approvata tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-sensiela 01 ta’ emendi.
11.3. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjoni lis-sensiela ta’ qabel ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament.
11.4. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta’ vetturi li huma konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat bis-sensiela ta’ qabel ta’ emendi matul il-perjodu ta’ 24 xahar li jiġi wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tas-sensiela 01 ta’ emendi.
11.5. Minkejja d-dispożizzjoniet tranżitorji ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom ta’ dan ir-Regolament tidħol fis-seħħ wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tal-aktar sensiela reċenti ta’ emendi mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet li jkunu ngħataw skont xi waħda mis-sensieli ta’ qabel ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament.
(1) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għall-Islovenja, 27 għall-Islovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnja u Herzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Azerbajġan, 40 għal Dik li Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha bl-użu tas-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika ta’ Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojt), 56 għal Montenegro, 57 (vojt) u 58 għat-Tuniżija. In-numri sussegwenti għandhom jingħataw lill-pajjiżi l-oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jaderixxu fil-Ftehim Dwar l-Adozzjoni tal-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kondizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri hekk mogħtija għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI GĦALL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
MUDELL A
(ara l-paragrafu 4.4 ta’ dan ir-Regolament)
MUDELL B
(ara l-paragrafu 4.5. ta’ dan ir-Regolament)
(*) In-numru tal-aħħar huwa mogħti biss bħala eżempju.
ANNESS 3
PROTEZZJONI MINN KUNTATTI DIRETTI MA’ PARTIJIET B’VULTAĠĠ
1. SONDI TA’ AĊĊESS
Is-Sondi ta’ aċċess għall-verifika tal-protezzjoni tal-persuni minn aċċess għal ma’ partijiet li għaddej l-elettriku minnhom jidhru fil-figura 1.
2. KUNDIZZJONIJIET GĦALL-ITTESTJAR
Is-sonda ta’ aċċess tiġi mbuttata f’kull fetħa tas-sistema magħluqa b’forza speċifikata fil-figura 1. Jekk hi tidħol parzjalment jew kollha kemm hi, hija titqiegħed f’kull pożizzjoni possibli, iżda fl-ebda każ il-wiċċ li jimblokka ma għandu jidħol kollu kemm hu mill-fetħa.
Ilqugħ interni huma meqjusa bħala parti mis-sistema ta’ għeluq.
Provvista ta’ vultaġġ baxx (ta’mhux inqas minn 40 V u mhux aktar minn 50 V) konnessa f’serje ma’ bozza adegwata għandha tiġi konnessa, jekk ikun meħtieġ, bejn is-sonda u l-partijiet li fihom il-kurrent ġewwa l-ilqugħ jew is-sistema ta’ għeluq.
Il-metodu ta’ ċirkwit u li jagħti sinjali għandu jiġi applikat għal partijiet li fihom il-kurrent u li jiċċaqilqu ta’ tagħmir b’vultaġġ għoli.
Partijiet interni li jiċċaqalqu jistgħu jitħaddmu bil-mod, meta dan huwa possibbli.
3. KUNDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊETTAZZJONI
Is-sonda ta’ aċċess ma għandhiex tmiss partijiet li għaddej elettriku minnhom.
Jekk dan ir-rekwiżit jiġi verifikat permezz ta’ ċirkwit tas-sinjalar bejn is-sonda u l-partijiet li fihom l-elettriku, il-bozza ma tixgħelx.
Fil-każ tat-test għall-IPXXB, is-subgħa ta’ ttestjar mgħaqqad jista’ jidħol tulu kollu sa 80 mm, iżda l-wiċċ li jimblokka (dijametru 50 mm x 20 mm) ma għandux jgħaddi mill-fetħa. Iż-żewġ ekisi tas-subgħa ta’ ttestjar, f’pożizzjoni dritta, għandhom l-ewwel jiġu mgħawġa waħda wara l-oħra sa angolu ta’ 90 grad fir-rigward tal-assi tat-taqsima li tmiss tas-subgħa u għandhom jitqiegħdu f’kull pożizzjoni possibbli.
Fil-każ ta’ testijiet għall-IPXXD, is-sonda ta’ aċċess tista’ tidħol sa tulha kollu, iżda l-wiċċ li jimblokka ma għandux jidħol kollu minn ġol-fetħa.
Tabella 1
Sondi ta’ aċċess għat-testijiet għall-protezzjoni ta’ persuni mill-aċċess għal partijiet perikolużi
Illustrazzjoni 1
Subgħa ta’ ttestjar mgħaqqad
Materjal: metall, għajr meta jkun speċifikat mod ieħor
Dimensjonijiet lineari f’millimetri
Tolleranzi fuq id-dimensjonijiet mingħajr tolleranza speċifika:
(a) |
fuq l-angoli: 0°/– 10° |
(b) |
fuq id-dimensjonijiet lineari: sa 25 mm: 0/– 0,05 mm ’il fuq minn 25 mm: ± 0,2 mm |
Iż-żewġ ekisi għandhom jippermettu moviment fuq l-istess wiċċ u fl-istess direzzjoni f’medda ta’ angolu ta’ 90° b’tolleranza ta’ 0° sa + 10°.
ANNESS 4
METODU TA’ KEJL BIR-REŻISTENZA TAL-IŻOLAMENT
1. ĠENERALI
Ir-reżistenza ta’ iżolament għal kull assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli tal-vettura għandha titkejjel jew għandha tinstab permezz ta’ kalkolu bl-użu tal-valuri tal-kejl minn kull parti jew unità komponenti ta’ assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli (minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘kejl diviż’).
2. METODU TA’ KEJL
Il-kejl tar-reżistenza ta’ iżolament għandu jsir billi jintgħażel metodu ta’ kejl xieraq minn dawk elenkati fil-paragrafi minn 2.1. sa 2.2., skont iċ-ċarġ elettriku tal-partijiet li fihom il-kurrent jew ir-reżistenza ta’ iżolament, eċċ.
Il-medda taċ-ċirkwiti elettriċi li trid titkejjel għandha tiġi ċċarata minn qabel, bl-użu ta’ dijagrammi ta’ ċirkwiti elettriċi, eċċ.
Barra minn hekk, il-modifika meħtieġa għall-kejl tar-reżistenza ta’ iżolament tista’ ssir, bħal pereżempju billi jitneħħa l-għata biex jintlaħqu l-partijiet li fihom il-kurrent, il-ħażż ta’ linji ta’ kejl, it-tibdil fis-software, eċċ.
F’każijiet fejn il-valuri mkejla mhumiex stabbli minħabba t-tħaddim tas-sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza ta’ iżolament ta’ fuq il-vettura stess, eċċ., tista’ ssir il-modifika meħtieġa għat-twettiq tal-kejl, bħal pereżempju li jitwaqqaf it-tħaddim tal-istrument ikkonċernat jew it-tneħħija tiegħu. Barra minn hekk, meta jitneħħa l-istrument, għandu jiġi ppruvat, bl-użu ta’ disinnji, eċċ., li ma tinbidilx ir-reżistenza ta’ iżolament bejn il-partijiet li fihom il-kurrent u x-xażi elettriku.
Għandha tingħata attenzjoni kbira fir-rigward ta’ xi ċirkwit qasir, xokk elettriku, eċċ., billi l-konferma ta’ dan tista’ teħtieġ tħaddim dirett taċ-ċirkwit ta’ vultaġġ għoli.
2.1. Metodu ta’ kejl bl-użu tal-vultaġġ DC minn sorsi ’l barra mill-vettura
2.1.1. Strument ta’ kejl
Għandu jintuża strument ta’ ttestjar tar-reżistenza ta’ iżolament li jista’ japplika vultaġġ DC ogħla mill-vultaġġ operattiv tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli.
2.1.2. Metodu ta’ kejl
Strument ta’ ttestjar tar-reżistenza ta’ iżolament għandu jitwaħħal bejn il-partijiet li fihom il-kurrent u x-xażi elettriku. Wara dan, ir-reżistenza ta’ iżolament għandha titkejjel bl-applikazzjoni ta’ vultaġġ DC li huwa tal-inqas nofs il-vultaġġ operattiv tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli.
Jekk is-sistema għandha aktar minn medda waħda ta’ vultaġġi (p.eż. minħabba l-konvertitur) f’ċirkwiti galvanikament konnessi u xi wħud mill-komponenti ma jifilħux il-vultaġġ operattiv taċ-ċirkwit kollu, ir-reżistenza ta’ iżolament bejn dawn il-komponenti u x-xażi elettriku tista’ titkejjel għaliha bl-applikazzjoni ta’ mill-inqas nofs il-vultaġġ operattiv tagħhom b’dawk il-komponenti mhux konnessi.
2.2. Metodu ta’ kejl bl-użu tar-RESS tal-vettura stess bħala sors ta’ vultaġġ DC
2.2.1. Kundizzjonijiet ta’ ttestjar tal-vettura
L-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli għandu jiġi enerġizzat mir-RESS tal-vettura stess u/jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija u l-vultaġġ tar-RESS u/jew tas-sistema ta’ konversjoni tal-enerġija matul it-test kollu għandu tal-inqas ikun il-vultaġġ operattiv nominali kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.
2.2.2. Strument ta’ kejl
Il-voltmeter użat f’dan it-test għandu jkejjel il-valuri DC u għandu jkollu reżistenza interna ta’ mill-inqas10 ΜΩ.
2.2.3. Metodu ta’ kejl
2.2.3.1. L-ewwel pass
Jitkejjel il-vultaġġ kif jidher fil-Figura 1 u jiġi rreġistrat il-vultaġġ tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli (Vb). Vb għandu jkun daqs jew ogħla mill-vultaġġ operattiv nominali tar-RESS u/jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija kif speċifikata mill-manifattur tal-vettura.
Figura 1
Kejl ta’ Vb, V1, V2
2.2.3.2. It-tieni pass
Jitkejjel u jiġi reġistrat il-vultaġġ (V1) bejn in-naħa negattiva tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1).
2.2.3.3. It-tielet pass
Jitkejjel u jiġi reġistrat il-vultaġġ (V2) bejn in-naħa pożittiva tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1).
2.2.3.4. Ir-raba’ pass
Jekk V1 huwa iktar jew daqs V2, tiddaħħal reżistenza standard ta’ valur magħruf (Ro) bejn in-naħa negattiva tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bl-Ro installat, jitkejjel il-vultaġġ (V1’) bejn in-naħa negattiva tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 2).
L-iżolament elettriku (Ri) jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:
Ri = Ro*(Vb/V1’ – Vb/V1) jew Ri = Ro*Vb*(1/V1’ – 1/V1)
Figura 2
Kejl ta’ V1’
Jekk V2 hija ikbar minn V1, tiddaħħal reżistenza standard ta’ valur magħruf (Ro) bejn in-naħa pożittiva tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bl-Ro installat, jitkejjel il-vultaġġ (V2’) bejn in-naħa pożittiva tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. (Ara l-Figura 3). L-iżolament elettriku (Ri) jitkejjel skont il-formula li tidher hawn. Il-valur tal-iżolament elettriku (f’Ω) jiġi diviż bil-vultaġġ nominali operattiv tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli (f’volts).
L-iżolament elettriku (Ri) jiġi kkalkolat skont il-formola li ġejja:
Ri = Ro*(Vb/V2’ – Vb/V2) jew Ri = Ro*Vb*(1/V2’ – 1/V2)
Figura 3
Kejl ta’ V2’
2.2.3.5. Il-ħames pass
Il-valur ta’ iżolament elettriku Ri (f’Ω) diviż bil-vultaġġ operattiv tal-assemblaġġ ta’ vultaġġ għoli (f’volts) jagħti r-reżistenza ta’ iżolament (f’Ω/V).
Nota 1: |
Ir-reżistenza standard ta’ valur magħruf Ro (f’Ω) għandha tkun il-valur tal-minimu meħtieġ ta’ reżistenza ta’ iżolament (f’Ω/V) multiplikat bil-vultaġġ operattiv tal-vettura plus/minus 20 fil-mija (f’volts). Il-valur ta’ Ro mhux meħtieġ li jkun eżatt dan billi l-ekwazzjonijiet huma validi għal kull Ro; iżda, valur Ro f’din il-medda għandu jipprovdi riżoluzzjoni tajba għall-valuri ta’ kejl tal-vultaġġ. |
ANNESS 5
METODU TA’ KONFERMA GĦAT-TĦADDIM TAS-SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ TAR-REŻISTENZA TA’ IŻOLAMENT FUQ IL-VETTURA STESS
It-tħaddim tas-sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza ta’ iżolament għandu jiġi kkonfermat bil-metodu li ġej:
Jiddaħħal resistor li ma jġegħelx ir-reżistenza tal-iżolament bejn it-terminal li jkun qed jiġi monitorizzat u x-xażi elettriku tinżel taħt il-valur minimu meħtieġ ta’ reżistenza ta’ iżolament. It-twissija għandha tkun attivata.
ANNESS 6
KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TA’ VETTURI JEW SISTEMI TAT-TRIQ
1. ĠENERALI
1.1. |
Għamla (isem kummerċjali tal-produttur): … |
1.2. |
Tip: … |
1.3. |
Kategorija ta' vettura: … |
1.4. |
Isem(ismijiet) kummerċjali jekk disponibbli: … |
1.5. |
L-isem u l-indirizz tal-produttur: … |
1.6. |
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-produttur: … |
1.7. |
Disinn u/jew ritratt tal-vettura: … |
2. MUTUR ELETTRIKU (MUTUR TA’ PROPULSJONI)
2.1. |
Tip (iwwajndjar, eksajtejxin): … |
2.2. |
Output massimu fis-siegħa (kW): … |
3. BATTERIJA (JEKK IR-RESS HIJA BATTERIJA)
3.1. |
Isem u marka kummerċjali tal-batterija: … |
3.2. |
Indikazzjoni tat-tipi kollha ta' ċelluli elettrokimiċi: … |
3.3. |
Vultaġġ nominali(V): … |
3.4. |
Numru ta' ċelluli tal-batterija: … |
3.5. |
Rata ta' taħlita ta' gass (f’perċentwal): … |
3.6. |
Tip(i) ta' ventilazzjoni għal modulu/sett għall-batterija: … |
3.7. |
Tip tas-sistema tat-tkessiħ (jekk ikun hemm): … |
3.8. |
Kapaċità (Ah): … |
4. ĊELLULA TAL-FJUWIL (JEKK IKUN HEMM)
4.1. |
Isem u marka kummerċjali taċ-ċellula tal-fjuwil: … |
4.2. |
Tipi ta' ċelluli tal-fjuwil: … |
4.3. |
Vultaġġ nominali (V): … |
4.4. |
Numru ta' ċelluli: … |
4.5. |
Tip ta' sistema ta' tkessiħ (jekk ikun hemm): … |
4.6. |
Saħħa massima (kW): … |
5. FJUS U/JEW CIRCUIT BREAKER
5.1. |
Tip: … |
5.2. |
Dijagramma li turi l-limiti funzjonali: … |
6. SISTEMA GĦALL-IRBIT TA’ WAJERS
6.1. |
Tip: … |
7. PROTEZZJONI KONTRA X-XOKK ELETTRIKU
7.1. |
Deskrizzjoni tal-kunċett ta' protezzjoni: … |
8. DEJTA ADDIZZJONALI
8.1. |
Deskrizzjoni fil-qosor tal-installazzjoni tal-komponenti taċ-ċirkwit elettriku jew disinji/stampi li juru fejn tinsab l-installazzjoni tal-komponenti taċ-ċirkwit elettriku: … |
8.2. |
Dijagramma skematika tal-funzjonijiet kollha elettriċi inklużi fiċ-ċirkwit elettriku: … |
8.3. |
Vultaġġ operattiv (V): … |
ANNESS 7
DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA’ IDROĠENU WAQT IL-PROĊEDURI GĦALL-IĊĊARĠJAR TAL-BATTERIJA TA’ PROPULSJONI
1. INTRODUZZJONI
Dan l-anness jiddeskrivi l-proċedura għad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt il-proċeduri għall-iċċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni tal-vetturi kollha tat-triq, skont il-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament.
2. DESKRIZZJONI TAT-TEST
It-test għall-emissjoni ta’ idroġenu (l-illustrazzjoni 7.1) isir sabiex jiġu determinati l-emissjonijiet ta’ idroġenu waqt proċeduri għall-iċċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura. It-test jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:
(a) |
preparazzjoni tal-vettura, |
(b) |
iddisċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni, |
(c) |
determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali, |
(d) |
determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura bi ħsara. |
3. VETTURA
3.1. Il-vettura għandha tkun f’kundizzjoni mekkanika tajba u tkun ġiet misjuqa għal 300 km waqt is-sebat ijiem qabel it-test. Waqt dan il-perjodu, il-vettura għandha tkum mgħammra bil-batterija ta’ propulsjoni soġġetta għat-test għal emissjonijiet ta’ idroġenu.
3.2. Jekk il-batterija tintuża b’temperatura ogħla mit-temperatura tal-arja, l-operatur għandu jsegwi l-proċeduri tal-produttur sabiex it-temperatura tal-batterija ta’ propulsjoni tinżamm fil-limitu ta’ dik waqt funzjoni normali.
Ir-rappreżentant tal-produttur għandu jkollu l-kapaċità li jiċċertifika li s-sistema għall-ikkundizzjonar tat-temperatura tal-batterija ta’ propulsjoni la għandha l-ħsara u lanqas mhi turi xi difett fil-kapaċità.
Illustrazzjoni 7.1
Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt il-proċeduri għall-iċċarġjar ta’ batterija ta’propulsjoni
4. TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR GĦAL TESTIJIET GĦAL EMISSJONIJIET TA’ IDROĠENU
4.1. Dinamometru tax-xażi
Id-dinamometru tax-xażi għandu jissodisfa r-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi tal-05 fir-Regolament Nru 83.
4.2. Sistema magħluqa għall-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu
Is-sistema magħluqa għall-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu għandha tkun kamra tal-kejl mitbuqa biex ma jgħaddix gass li fiha toqgħod il-vettura li qed tiġi ttestjata. Il-vettura għandha tkun aċċessibbli min-naħat kollha u meta s-sistema magħluqa tiġi ssiġillata din għandha tiġi mitbuqa biex ma jgħaddix gass skont l-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness. Il-wiċċ ta’ ġewwa għandu jkun impermeabbli u ma juri l-ebda reazzjoni għall-idroġenu. Is-sistema għall-ikkundizzjonar tat-temperatura għandha tkun kapaċi tikkontrolla t-temperatura tal-arja interna ġewwa s-sistema magħluqa b’tali mod li tkun issegwi t-temperatura preskritta waqt it-test, b’toleranza medja ta’ ± 2 K waqt id-dewma tat-test.
Għall-addattament ta’ tibdil fil-volum minħabba l-emissjonijiet ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa, jista’ jintuża tagħmir b’volum varjabbli jew tagħmir ieħor tal-ittestjar. Is-sistema magħluqa b’volum varjabbli tespandi u tiċkien skont l-emissjonijiet ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa. Żewġ mezzi potenzjali għall-addattament ta’ tibdiliet interni fil-volum huma pannelli li jiċċaqalqu, jew disinn fil-forma ta’ minfaħ, fejn boroż impermeabbli ġewwa s-sistema magħluqa jespandu u jiċkienu skont it-tibdil tal-pressjoni interna billi tinbidel l-arja li ġejja minn barra s-sistema magħluqa. Kull disinn għall-addattament tal-volum għandu jżomm l-integrità tas-sistema magħluqa kif speċifikat fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness.
Kull metodu għall-addattament tal-volum għandu jillimita d-divrenzjali bejn il-pressjoni interna tas-sistema magħluqa u l-pressjoni barometrika għall-valur massimu ta’ ± 5 hPa.
Is-sistema magħluqa għandha tkun kapaċi li tingħalaq b’volum fiss. Sistema magħluqa b’volum varjabbli għandha tkun kapaċi li taddatta għall-bidla mill-‘volum nominali’ tagħha (ara l-Anness 7, l-Appendiċi 1, il-paragrafu 2.1.1), biex jiġu kkunsidrati l-emissjonijiet ta’ idroġenu waqt l-ittestjar.
4.3. Sistemi analitiċi
4.3.1. Analizzatur tal-idroġenu
4.3.1.1. |
L-atmosfera fil-kamra tiġi sorveljata permezz ta’ analizzatur tal-idroġenu (tat-tip ta’ diteketer elettrokimiku) jew kromatografu li jidditektja konduttività termali. Kampjun ta’ gass għandu jittieħed min-nofs ta’ wieħed mill-ħitan tal-ġnub jew mis-saqaf tal-kamra u kull gass li ġie by-passed għandu jiġi rritornat fis-sistema magħluqa, preferibbilment lejn lok fid-direzzjoni tal-fann għat-taħlit. |
4.3.1.2. |
L-analizzatur tal-idroġenu għandu jkollu ħin tar-reazzjoni ta’ inqas minn 10 sekondi għal 90 fil-mija tal-aħħar qari. L-istabbilità tiegħu għandha tkun aktar minn 2 fil-mija tal-iskala kollha fil-punt żero u ta’ 80 fil-mija ± 20 fil-mija tal-iskala kollha, fuq perjodu ta’ 15-il minuta għal-limiti operattivi kollha. |
4.3.1.3. |
L-abilità tar-ripetizzjoni tal-analizzatur espressa bħala devjazzjoni standard waħda għandha tkun ta’ aktar minn 1 fil-mija tal-iskala kollha fil-punt żero u ta’ 80 fil-mija ± 20 fil-mija tal-iskala kollha għal-limiti kollha użati. |
4.3.1.4. |
Il-limiti operattivi tal-annalizzatur għandhom jagħtu l-aħjar l-iżgħar riżultat għall-proċeduri tal-kejl, tal-kalibrar u tal-iċċekkjar ta’ likiġis. |
4.3.2. Sistemi għar-reġistrazzjoni ta’ dejta minn analizzaturi tal-idroġenu
L-analizzatur tal-idroġenu għandu jkun mgħammar b’tagħmir li jirreġistra ħruġ ta’ sinjali elettriċi, bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta. Is-sistema tar-reġistrazzjoni għandu jkollha karatteristiċi operattivi għall-inqas ekwivalenti għas-sinjal li jkun qiegħed jiġi reġistrat u għandha tipprovdi reġistrazzjoni permanenti tar-riżultati. Ir-reġistrazzjoni għandha tindika b’mod ċar il-bidu u t-tmiem tat-test b’iċċarġjar normali u ta’ operazzjoni bi ħsara waqt l-iċċarġjar.
4.4. Reġistrazzjoni tat-temperatura
4.4.1. Il-temperatura fil-kamra tiġi reġistrata f’żewġ lokazzjonijiet permezz ta’ sensers tat-temperatura, li huma konnessi b’tali mod biex juru l-valur medju. Il-lokazzjonijiet tal-kejl fis-sistema magħluqa huma estiżi approssimattivament b’0,1 m mil-linja ċentrali vertikali ta’ kull ħajt tal-ġenb f’għoli ta’ 0,9 ± 0,2 m.
4.4.2. It-temperaturi tal-moduli tal-batterija huma reġistrati permezz ta’ sensers.
4.4.3. Waqt il-kejlijiet tal-emissjoni ta’ idroġenu, it-temperaturi għandhom jiġu reġistrati bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta.
4.4.4. Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni ta’ temperaturi għandha tkun fil-limitu ta’ ± 1,0 K u t-temperatura tkun tista’ tiġi riżoluta għal ± 0,1 K.
4.4.5. Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew is-sistema għall-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi li tirriżolvi l-ħin għal ± 15-il sekonda.
4.5. Reġistrazzjoni tal-pressjoni
4.5.1. Waqt il-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu, id-differenza Δp bejn il-pressjoni barometrika fiż-żona tal-ittestjar u l-pressjoni interna fis-sistema magħluqa għandha tkun reġistrata bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta.
4.5.2. Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni ta’ pressjoni għandha tkun fil-limitu ta’ ± 2 hPa u l-pressjoni tkun tista’ tiġi riżolvuta għal ± 0,2 hPa.
4.5.3. Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew is-sistema għall-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi li tirriżolvi l-ħin għal ± 15-il sekonda.
4.6. Reġistrazzjoni tal-vultaġġ u tal-intensità tal-kurrent
4.6.1. Waqt il-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu, l-intensità tal-vultaġġ u l-kurrent tat-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura (batterija) għandha tkun reġistrata bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta.
4.6.2. Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni tal-vultaġġ għandu tkun fil-limitu ta’ ± 1 V u l-vultaġġ ikun jista jiġi riżolut għal ± 0,1 V.
4.6.3. Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni tal-intensità tal-kurrent għandha tkun fil-limitu ta’ ± 0,5 A u l-intensità tal-kurrent tkun tista’ tiġi riżoluta għal ± 0,05 A.
4.6.4. Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew is-sistema għall-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi li tirriżolvi l-ħin għal ± 15-il sekonda.
4.7. Fannijiet
Il-kamra għandha tkun mgħammra b’fann jew blower wieħed jew aktar minn wieħed b’ċirkolazzjoni possibbli ta’ 0,1 sa 0,5 m3/sekonda sabiex l-atmosfera fis-sistema magħluqa tiġi kompletament imħallta. Waqt il-kejl għandu jkun possibbli li fil-kamra jintlaħqu temperatura u konċentrazzjoni ta’ idroġenu omoġenji. Il-vettura fis-sistema magħluqa ma għandhiex tkun soġġetta għal fluss dirett ta’ arja mill-fannijiet jew blowers.
4.8. Gassijiet
4.8.1. Il-gassijiet puri li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-kalibrar u l-operat:
(a) |
arja sintetika purifikata (purità <1 ppm C1 ekwivalenti; <1 ppm CO; <400 ppm CO2; <0,1 ppm NO); kontenut tal-ossiġnu bejn 18 u 21 fil-mija tal-volum, |
(b) |
idroġenu (H2), 99,5 fil-mija purità minima. |
4.8.2. Il-gassijiet għall-kalibrar u l-kejl għandu jkun fihom taħlitiet ta’ idroġenu (H2) u arja sintetika purifikata. Il-konċentrazzjonijiet proprji ta’ gass għall-kalibrar għandhom ikunu fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija tal-valuri nominali. Il-preċiżjoni tal-gassijiet dilwiti akkwistati meta jintuża separatur tal-gassijiet għandha tkun fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija tal-valur nominali. Il-konċentrazzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi 1 jistgħu jiġu akkwistati permezz ta’ separatur tal-gassijiet li juża arja sintetika bħala gass li jiddilwixxi.
5. PROĊEDURI GĦALL-ITTESTJAR
It-test jikkonsisti fil-ħames stadji li ġejjin:
(a) |
Preparazzjoni tal-vettura, |
(b) |
Iddisċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni, |
(c) |
Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali, |
(d) |
Iddisċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni, |
(e) |
Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt iċċarġjar b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura bi ħsara. |
Jekk jeħtieġ li l-vettura tiġi mċaqalqa bejn żewġ stadji, hi għandha tiġi mmbuttata lejn iż-żona tal-ittestjar li jmiss.
5.1. Preparazzjoni tal-vettura
Iż-żmien tal-batterija ta’ propulsjoni għandu jiġi ċċekkjat, sabiex jiġi ppruvat li l-vettura għamlet mill-inqas 300 km waqt is-sebat ijiem ta’ qabel it-test. Waqt dan il-perjodu, il-vettura għandha tiġi mgħammra b’batterija ta’ propulsjoni sottomessa għal test għall-emissjoni ta’ idroġenu. Jekk dan ma jistax jiġi muri, il-proċedura li ġejja għandha tiġi applikata.
5.1.1. Iddisċarġjar u ċċarġjar inizjali tal-batterija
Il-proċedura tibda bl-iddisċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni tal-vettura waqt li tiġi misjuqa għal 30 minuta fuq korsa tal-ittestjar jew fuq dinamometru tax-xażijiet b’veloċità stabbli ta’ 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura.
L-iddisċarġjar jitwaqqaf:
(a) |
meta l-vettura ma tkun tista’ tiġri b’veloċita ta’ 65 fil-mija tal-veloċità massima waqt it-30 minuta, jew |
(b) |
meta tingħata indikazzjoni lix-xufier permezz tal-istrumenti standard ta’ fuq il-vettura biex iwaqqaf il-vettura, jew |
(c) |
wara li tkun għamlet distanza ta’ 100 km. |
5.1.2. Iċċarġjar inizzjali tal-batterija
L-iċċarġjar isir:
(a) |
b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura, |
(b) |
f’temperatura tal-arja bejn 293 K u 303 K. |
Il-proċedura teskludi kull tip ta’ ċċarġjar estern.
It-tmiem tal-kriterji għall-iċċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni jikkorrispondi għall-waqfien awtomatiku tat-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura.
Din il-proċedura tinkludi kull tip ta’ iċċarġjar speċjali li jista’ jiġi mibdi b’mod awtomatiku jew manwali, pereżempju equalisation charges jew servicing charges.
5.1.3. Il-proċedura minn paragrafu 5.1.1. sal-paragrafu 5.1.2. għandha tiġi ripetuta darbtejn.
5.2. Iddisċarġjar tal-batterija
Il-batterija ta’ propulsjoni tiġi ddisċarġjata waqt is-sewqan fuq il-korsa għall-ittestjar jew fuq dinamometru tax-xażijiet b’veloċita standard ta’ 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura waqt it-30 minuta.
Twaqqif tal-iddisċarġjar isir:
(a) |
meta tingħata indikazzjoni lix-xufier permezz tal-istrumenti standard ta’ fuq il-vettura biex iwaqqaf il-vettura, jew |
(b) |
meta l-veloċità massima tal-vettura tkun inqas minn 20 km/h. |
5.3. Soaking
Fi żmien 15-il minuta mill-kompletar tal-operazzjoni għall-iddisċarġjar tal-batterija fil-paragrafu 5.2., il-vettura tiġi pparkjata fiż-żona għas-soaking. Il-vettura tiġi pparkjata għal minimu ta’ 12-il siegħa u għal massimu ta’ 36 siegħa, bejn it-tmiem tal-iddisċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni u l-bidu tat-test għall-emissjoni ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali. Għal dan il-perjodu l-vettura għandha tiġi soaked b’temperatura ta’ 293 K ± 2 K.
5.4. Test għall-emissjoni ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali
5.4.1. Qabel il-kompletar tal-perjodu tas-soaking, il-kamra għall-kejl għandha tiġi mnaddfa għal diversi minuti sa ma jiġi akkwistat sfond ta’idroġenu stabbli. F’dan il-ħin il-fann(ijiet) tat-taħlit fis-sistema magħluqa għandhom jiġu mqabbda.
5.4.2. L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u mkejjel qabel it-test.
5.4.3. Fl-aħħar tas-soaking, il-vettura għall-ittestjar bil-magna mitfija u bit-twieqi u l-bagoll tal-vettura għall-ittestjar miftuħa għandha tiġi mċaqilqa lejn il-kamra għall-kejl.
5.4.4. Il-vettura tiġi konnessa mas-sistema għall-forniment ta’ kurrenti elettriċi. Il-batterija tiġi ċċarġjata skont il-proċedura normali tal-iċċarġjar kif speċifikat fil-paragrafu 5.4.7. aktar ’l isfel.
5.4.5. Il-bibien tas-sistema magħluqa jiġu magħluqa u ssiġillati biex ma jgħaddix gass fi żmien żewġ minuti mill-konnessjoni elettrika fl-istadju tal-iċċarġjar normali.
5.4.6. Il-bidu ta’ iċċarġjar normali għall-perjodu tal-ittestjar għall-emissjoni ta’ idroġenu jibda meta l-kamra tiġi ssiġillata. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jingħata l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi għat-test bl-iċċarġjar normali.
Dawn il-figuri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjoni ta’ idroġenu (il-paragrafu 6.). Waqt il-perjodu ta’ ċċarġjar normali, it-temperatura tal-arja fis-sistema magħluqa T ma għandhiex tkun inqas minn 291 K u mhux aktar minn 295 K.
5.4.7. Proċedura għall-iċċarġjar normali
L-iċċarġjar normali jsir permezz ta’ tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura u jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:
(a) |
iċċarġjar b’forniment kostanti ta’ enerġija waqt t1; |
(b) |
iċċarġjar żejjed b’kurrent kostanti waqt t2. L-intensità tal-iċċarġjar żejjed tiġi speċifikata mill-produttur u tikkorrispondi għal dik użata waqt equalisation charging. |
It-tmiem tal-kriterji għall-iċċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni jikkorrispondi għall-waqfien awtomatiku tat-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura għal ħin tal-iċċarġjar ta’ t1 + t2. Dan il-ħin tal-iċċarġjar huwa limitat għal t1 + 5 s, anki jekk tingħata indikazzjoni ċara lix-xufier permezz ta’ strumenti standard li l-batterija għad mhix totalment iċċarġjata.
5.4.8. L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u mkejjel qabel it-test.
5.4.9. It-tmiem tal-perjodu għat-teħid ta’ kampjuni ta’ emissjonijiet isir t1 + t2 or t1 + 5 s wara l-bidu tat-teħid inizjali ta’ kampjuni kif speċifikat fil-paragrafu 5.4.6. Il-ħinijiet differenti li jgħaddu jiġu reġistrati. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jagħtu l-qari finali CH2f, Tf u Pf għal testijiet bl-iċċarġjar normali, użati għall-kalkulazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.
5.5. Testijiet għall-emissjoni ta’ idroġenu b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura bi ħsara
5.5.1. Fi żmien massimu ta’ sebat ijiem minn wara l-ikkompletar tat-test ta’ qabel, il-proċedura tibda bl-iddisċarġjar tal-batterija ta’ propulsjoni tal-vettura skont il-paragrafu 5.2.
5.5.2. L-istadji tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5.3. għandhom jiġu ripetuti.
5.5.3. Qabel l-ikkompletar tal-perjodu tas-soaking, il-kamra għall-kejl għandha tiġi mnaddfa għal diversi minuti sa ma jiġi akkwistat sfond ta’ idroġenu stabbli. F’dan il-ħin il-fann(ijiet) tat-taħlit fis-sistema magħluqa għandhom jiġu mqabbda.
5.5.4. L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u mkejjel qabel it-test.
5.5.5. Fl-aħħar tas-soaking, il-vettura għall-ittestjar bil-magna mitfija u bit-twieqi u l-bagoll tal-vettura għall-ittestjar miftuħa għandha tiġi mċaqilqa lejn il-kamra għall-kejl.
5.5.6. Il-vettura tiġi konnessa mas-sistema għall-forniment ta’ kurrenti elettriċi. Il-batterija tiġi ċċarġjata skont il-proċedura kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.9. aktar ’l isfel.
5.5.7. Il-bibien tas-sistema magħluqa jiġu magħluqa u ssiġillati biex ma jgħaddix gass fi żmien żewġ minuti mill-konnessjoni elettrika fl-istadju tal-iċċarġjar b’difett.
5.5.8. Il-bidu ta’ iċċarġjar b’difett għall-perjodu tal-ittestjar għall-emissjoni ta’ idroġenu jibda meta l-kamra tiġi ssiġillata. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jingħata l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi għat-test bl-iċċarġjar b’difett.
Dawn il-figuri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjoni ta’ idroġenu (il-paragrafu 6.). Waqt il-perjodu ta’ ċċarġjar b’difett, it-temperatura tal-arja fis-sistema magħluqa T ma għandhiex tkun inqas minn 291 K u mhux aktar minn 295 K.
5.5.9. Proċeduri għall-iċċarġjar b’difett
L-iċċarġjar b’difett isir b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura u jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:
(a) |
iċċarġjar b’forniment kostanti ta’ enerġija waqt t’1. |
(b) |
iċċarġjar b’kurrent massimu għal 30 minuta. Waqt din il-fażi t-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura jiġi bblukkat meta jkun għaddej il-kurrent massimu. |
5.5.10. L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u mkejjel qabel it-test.
5.5.11. It-tmiem tal-perjodu tal-ittestjar ikun t1 + 30 minuta wara l-bidu tat-teħid inizjali ta’ kampjuni, kif speċifikat fil-paragrafu 5.5.8. Il-ħinijiet differenti li jgħaddu jiġu reġistrati. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla biex jagħtu l-qari finali CH2f, Tf u Pf għal testijiet bi ħsara waqt l-iċċarġjar, użati għall-kalkulazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.
6. KALKULAZZJONI
It-testijiet għall-emissjoni ta’ idroġenu deskritti fil-paragrafu 5. jippermettu l-kalkulazzjoni tal-emissjonijiet tal-idroġenu minn iċċarġjar normali u minn fażijiet ta’ iċċarġjar b’difett. Emissjonijiet tal-idroġenu minn kull wieħed minn dawn il-fażijiet jiġu kkalkulati bl-użu tal-konċentrazzjonijiet inizjali u finali tal-idroġenu, temperaturi u pressjoni fis-sistema magħluqa flimkien mal-volum nett fis-sistema magħluqa.
Il-formula t’hawn taħt tiġi użata:
fejn:
MH2 |
= |
il-kwantità ta’ idroġenu, fi grammi |
CH2 |
= |
il-konċentrazzjoni tal-idroġenu mkejla fis-sistema magħluqa fil-volum ppm |
V |
= |
il-volum nett fis-sistema magħluqa f’metri kubi (m3) ikkoreġut għall-volum tal-vettura bit-twieqi u l-bagoll miftuħ. Jekk il-volum tal-vettura mhuwiex determinat jiġi mnaqqas volum ta’ 1,42 m3. |
Vout |
= |
volum għall-kumpens f’m3, għat-temepratura tal-ittestjar u l-pressjoni |
T |
= |
it-temperatura tal-arja fil-kamra, f’K |
P |
= |
il-pressjoni assoluta fis-sistema magħluqa, f’kPa |
k |
= |
2,42 |
|
i huwa l-qari inizjali |
|
f huwa l-qari finali |
6.1. Riżultati tat-test
Il-kwantità ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu għall-vettura huma:
MN |
= |
il-kwantità ta’ emissjoni ta’ idroġenu għat-test b’iċċarġjar normali, fi grammi |
MD |
= |
il-kwantità ta’ emissjoni ta’ idroġenu għat-test b’iċċarġjar b’difett, fi grammi. |
Appendiċi 1
KALIBRAR TA’ TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR GĦAL EMISSJONIJIET TA’ IDROĠENU
1. FREKWENZA TAL-KALIBRAR U METODI
It-tagħmir kollu għandu jiġi kalibrat qabel l-ewwel użu tiegħu u wara jiġi kalibrat kull darba li dan ikun meħtieġ u f’kull każ fix-xahar ta’ qabel l-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip. Il-metodi tal-kalibrar li għandhom jintużaw huma deskritti f’dan l-appendiċi.
2. KALIBRAR TAS-SISTEMA MAGĦLUQA
2.1. Determinazzjoni inizjali tal-volum intern tas-sistema magħluqa
2.1.1. |
Qabel l-ewwel użu tagħha, il-volum intern tal-kamra għandu jiġi determinat kif ġej. Id-dimensjonijiet interni tal-kamra għandhom jiġu mkejla b’attenzjoni, fil-waqt li jiġu kkunsidrati l-irregolaritajiet kollha bħal puntali għall-inforzar. Il-volum intern tal-kamra jiġi determinat minn dan il-kejl. Is-sistema magħluqa tinżamm b’volum fiss, meta s-sistema magħluqa jkollha temperatura tal-arja ta’ 293 K. Il-volum nominali għandu jiġi ripetut fil-limitu ta’ ± 0,5 fil-mija tal-valur irrapportat. |
2.1.2. |
Il-volum intern nett jiġi determinat billi jiġu mnaqqsa 1,42 m3 mill-volum intern tal-kamra. Alternattivament il-volum tal-vettura għall-ittestjar bil-bagoll u t-twieqi miftuħin jista’ jintuża minflok il-1,42 m3. |
2.1.3. |
Il-kamra għandha tiġi ċċekkjata kif spjegat fil-paragrafu 2.3. Jekk il-kwantità ta’ idroġenu ma taqbilx mal-kwantità injettata fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija, hija meħtieġ azzjoni korrettiva. |
2.2. Determinazzjoni ta’ emissjonijiet fl-isfond tal-kamra
Din l-operazzjoni tiddermina li l-kamra ma fihiex materjali li jħallu ammonti sinifikanti ta’ idroġenu. Din l-ispezzjoni għandha ssir waqt l-introduzzjoni tas-sistema magħluqa għall-użu fis-servizz, wara kull operazzjoni fis-sistema magħluqa li tista’ taffettwa emissjonijiet fl-isfond bi frekwenza ta’ mill-inqas darba f’sena.
2.2.1. |
Sistemi magħluqa b’volum varjabbli jistgħu jiġu mħaddma jew fil-konfigurazzjoni bil-volum miżmum jew fil-konfiugurazzjoni bil-volum mhux miżmum, kif deskritt fil-paragrafu 2.1.1. Waqt il-perjodu ta’ 4 sigħat imsemmi aktar l-isfel, it-temperatura tal-arja għandha tinżamm għal 293 K ± 2 K. |
2.2.2. |
Is-sistema magħluqa tista’ tiġi ssiġillata u l-fann tat-taħlit jiġi mħaddem għal perjodu sa 12-il siegħa qabel ma jibda’ l-perjodu ta’ erba’ sigħat ta’ teħid ta’ kampjuni mill-isfond. |
2.2.3. |
L-analizzattur (jekk meħtieġ) għandu jiġi kalibrat, wara ssettjat għaż-żero u mkejjel. |
2.2.4. |
Is-sistema magħluqa għandha tiġi mnaddfa sa ma jiġi akkwistat qari stabbli tal-idroġenu, u l-fann għat-taħlit jiġi mqabbad, jekk ma jkunx diġà mqabbad. |
2.2.5. |
Wara l-kamra tiġi ssiġillata u l-konċentrazzjoni ta’ idroġenu fl-isfond, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla. Dawn huma l-qari inizjali ta’ CH2i, Ti u Pi użati fil-kalkulazjoni għall-isfond tas-sistema magħluqa. |
2.2.6. |
Is-sistema magħluqa titħalla kif tkun bi-fann għat-taħlit mixgħul għall-perjodu ta’ erba’ sigħat. |
2.2.7. |
Fl-aħħar ta’ dan il-ħin l-istess analizzatur jintuża biex titkejjel il-konċentrazzjoni tal-idroġenu fil-kamra. It-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla wkoll. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf. |
2.2.8. |
Waqt il-ħin tat-test il-bidla tal-kwantità ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa għandha tiġi kalkulata skont il-paragrafu 2.4. u ma għandhiex taqbeż il-0,5 g. |
2.3. It-test tal-kalibrar u ż-żamma ta’ idroġenu fil-kamra
It-test tal-kalibrar u ż-żamma ta’ idroġenu fil-kamra huwa mod ta’ ċċekkjar tal-volum ikkalkulat (il-paragrafu 2.1.) u jkejjel ukoll ir-rata ta’ kull telf minħabba likiġis. Ir-rata tat-telf minħabba likiġis tas-sistema magħluqa għandha tiġi determinata waqt l-introduzzjoni tas-sistema magħluqa għall-użu fis-servizz, wara kull operazzjoni fis-sistema magħluqa li tista’ taffettwa l-integrità tas-sistema magħluqa u wara dan mill-inqas darba f’xahar. Jekk jiġu kompletati b’suċċess sitt spezzjonijiet konsekuttivi kull xahar għall-iċċekkjar taż-żamma mingħajr azzjoni korrettiva, wara dan, ir-rata ta’ telf minn likiġis tas-sistema magħluqa tista’ tiġi determinata erba’ darbiet f’sena sakemm ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni korrettiva.
2.3.1. |
Is-sistema magħluqa għandha tiġi mnaddfa sa ma tinkiseb konċentrazzjoni stabbli ta’ idroġenu. Il-fann għat-taħlit jiġi mqabbad, jekk ma jkunx diġà mqabbad. L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero, kalibrat (jekk meħtieġ) u mkejjel. |
2.3.2. |
Is-sistema magħluqa għandha tinżamm fil-pożizzjoni tal-volum nominali. |
2.3.3. |
Imbagħad is-sistema għall-kontroll tat-temperatura tal-arja tiġi mqabbda (jekk ma tkunx diġà mqabbda) u aġġustata għal temperatura inizjali ta’ 293 K. |
2.3.4. |
Meta t-temperatura tas-sistema magħluqa tistabbilizza ruħha għal 293 K ± 2 K, is-sistema magħluqa tiġi ssiġillata u l-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla. Dan huwa l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi użat għall-kalibrar tas-sistema magħluqa. |
2.3.5. |
Is-sistema magħluqa ma tinżammx bil-volum nominali. |
2.3.6. |
Kwantità ta’ bejn wieħed u ieħor 100 g ta’ idroġenu tiġi injettata fis-sistema magħluqa. Il-preċiżjoni fil-kejl tal-kwantità ta’ idroġenu għandha tkun fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija tal-valur imkejjel. |
2.3.7. |
Is-sustanzi li jinsabu fil-kamra għandhom jitħallew jitħalltu għal ħames minuti u wara l-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejla. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf għall-kalibrar tas-sistema magħluqa kif ukoll il-qari inizjali CH2i, Ti u Pi tal-ispezzjoni taż-żamma. |
2.3.8. |
Il-kwantità ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-qari meħud skont il-paragrafi 2.3.4 u 2.3.7 u l-formula fil-paragrafu 2.4. Dan għandu jkun fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija tal-kwantità ta’ idroġenu mkejjel fil-paragrafu 2.3.6. |
2.3.9. |
Is-sustanzi li jinsabu fil-kompartiment għandhom jitħallew jitħalltu għal minimu ta’ 10 sigħat. Kif jiġi kompletat dan il-perjodu l-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika finali jiġu mkejla u reġistrati. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf tal-ispezzjoni taż-żamma. |
2.3.10. |
Wara l-kwantità ta’ idroġenu tiġi kkalkulata mill-qari meħud skont il-paragrafi 2.3.7. u 2.3.9 bl-użu tal-formula fil-paragrafu 2.4. Il-kwantità ma tistax tvarja b’aktar minn 5 fil-mija mill-kwantità ta’ idroġenu kkalkulata fil-paragrafu 2.3.8. |
2.4. Kalkulazzjoni
Il-kalkulazzjoni tal-bidla netta fil-kwantità ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa tintuża biex jiġi determinat l-isfond ta’ idrokarbon tal-kompartiment u r-rata ta’ telf minn likiġis. Il-qari inizjali u finali tal-konċentrazzjoni tal-idroġenu, tat-temperatura u tal-pressjoni barometrika jintużaw fil-formula li ġejja biex tiġi kkalkulata l-bidla fil-kwantità.
fejn:
MH2 |
= |
kwantità ta’ idroġenu, fi grammi |
CH2 |
= |
il-konċentrazzjoni ta’idroġenu mkejla fis-sistema magħluqa, fi ppm fil-volum |
V |
= |
il-volum tas-sistema magħluqa f’metri kubi (m3) kif imkejla fil-paragrafu 2.1.1 |
Vout |
= |
volum għall-kumpens f’m3, għat-temperatura tal-ittestjar u l-pressjoni |
T |
= |
it-temperatura tal-arja fil-kamra, f’K |
P |
= |
il-pressjoni assoluta fis-sistema magħluqa, f’kPa |
k |
= |
2,42 |
|
i huwa l-qari inizjali |
|
f huwa l-qari finali |
3. KALIBRAR TAL-ANALIZZATUR TAL-IDROĠENU
L-analizzatur għandu jiġi kalibrat bl-użu ta’ idroġenu fl-arja u ta’ arja sintetika purifikata. Ara l-paragrafu 4.8.2 tal-Anness 7.
L-iskali kollha tal-operat normalment użati għandhom jiġu kalibrati permezz tal-proċedura li ġejja.
3.1. |
Stabbilixxi l-kurva tal-kalibrar mill-inqas permezz ta’ ħames punti tal-kalibrar bi spazji ugwali kemm jista’ jkun, fuq l-iskala tal-operat. Il-konċentrazzjoni nominali tal-gass tal-kalibrar bl-ogħla konċentrazzjonijiet ikun mill-inqas 80 fil-mija tal-iskala kollha. |
3.2. |
Ikkalkula l-kurva tal-kalibrar bil-metodu tal-least squares. Jekk il-grad polinominali li jirriżulta huwa akbar minn 3, in-numru ta’ punti tal-kalibrar għandu mill-inqas ikun in-numru tal-grad polinominali miżjud bi 2. |
3.3. |
Il-kurva tal-kalibrar ma għandhiex tvarja b’aktar minn 2 fil-mija mill-valur nominali ta’ kull gass tal-kalibrar. |
3.4. |
Tabella li turi l-qari mill-analizzatur kontra l-konċentrazzjonijiet proprji għandha tiġi fformolata bl-użu tal-koeffiċjenti tal-polinominali maħruġa mill-proċedura tal-paragrafu 3.2. ta’ hawn fuq, bi skali ta’ mhux aktar minn 1 fil-mija tal-iskala sħiħa. Dan għandu jsir għal kull serje ta’ analizzaturi kalibrati. Il-figura għandha tinkludi ukoll dejta oħra relevanti bħal:
|
3.5. |
Metodi alternattivi (pereżempju kompjuter, range switch ikkontrollat b’mod elettroniku) jistgħu jintużaw jekk jiġi ppruvat lis-servizzi tekniċi li dawn il-metodi jagħtu riżultati preċiżi ekwivalenti. |
Appendiċi 2
KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-FAMILJA TAL-VETTURA
1. Parametri li jiddefinixxu l-familja f'dak li għandu x'jaqsam mal-emissjonijiet ta' idroġenu
Il-familja tista' tiġi definita permezz ta' parametri bażiċi fid-disinn li għandhom ikunu komuni għal vetturi fl-istess familja. F'ċerti każijiet jista' jkun hemm interazzjoni tal-parametri. Dawn l-effetti għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġi żgurat li vetturi b'karatteristiċi simili għall-emissjoni ta' idroġenu biss jiġu inklużi fl-istess familja.
2. Għal dan il-għan, dawk ti-tipi ta' vetturi biss li l-parametri tagħhom deskritti hawn taħt huma identiċi huma kkunsidrati li jagħmlu parti mill-istess emissjonijiet ta' idroġenu.
Il-batterija ta' propulsjoni:
(a) |
isem jew mark kummerċjali tal-batterija, |
(b) |
indikazzjoni tat-tipi kollha ta' kapils elettro-kimiċi użati, |
(c) |
numru ta' ċelluli tal-batterija, |
(d) |
numru ta' moduli tal-batterija, |
(e) |
vultaġġ nominali tal-batterija (V), |
(f) |
enerġija tal-batterija (kWh), |
(g) |
rata ta' taħlita ta' gass (f'perċentwali) |
(h) |
tip(i) ta' ventilazzjoni għal modulu(i) jew sett għall-batterija |
(i) |
tip tas-sistema tat-tkessiħ (jekk ikun hemm), |
Tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura:
(a) |
għamla u tip ta' partijiet differenti tat-tagħmir għall-iċċarġjar |
(b) |
forniment ta' enerġija nominali maħruġa (kW) |
(c) |
vultaġġ massimu tal-iċċarġjar (V) |
(d) |
intensità massima tal-iċċarġjar (A) |
(e) |
għamla u tip tal-unità tal-kontroll (jekk ikun hemm) |
(f) |
stampa li turi l-operat, kontrolli u sigurtà |
(g) |
karatteristiċi tal-perjodi tal-iċċarġjar |