ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.056.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 56

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
1 ta' Marzu 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 193/2011 tat-28 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-sistema tal-kontroll tal-kwalità użata għall-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 194/2011 tat-28 ta’ Frar 2011 li jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Höllen Sprudel (DPO)]

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 195/2011 tat-28 ta' Frar 2011 li jħassar ir-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Gögginger Bier (IĠP)]

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 196/2011 tat-28 ta’ Frar 2011 li jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Rieser Weizenbier (IĠP)]

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 197/2011 tat-28 ta' Frar 2011 dwar l-iffissar ta’ data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal stipulata bir-Regolament (UE) Nru 68/2011

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 198/2011 tat-28 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 199/2011 tat-28 ta’ Frar 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2011 tat-28 ta’ Frar 2011 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2011

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/132/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Frar 2011 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programm għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti għall-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż għall-2011 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1100)

17

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 193/2011

tat-28 ta’ Frar 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-sistema tal-kontroll tal-kwalità użata għall-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta’ informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq (PPPs) u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom (1), b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista ta’ informazzjoni bażika dwar il-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq u għall-kalkolu u d-disseminazzjoni tagħhom.

(2)

L-istandards minimi ta’ kwalità għall-informazzjoni bażika li trid tkun ipprovduta mill-Istati Membri, l-istandards minimi ta’ kwalità għall-validazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġ tal-prezzijiet u l-ħtiġijiet tar-rappurtar u tal-evalwazzjoni huma speċifikati fit-taqsima 5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1445/2007.

(3)

Hemm il-ħtieġa li jkunu definiti aħjar il-kriterji ta’ kwalità komuni u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kriterji ta’ kwalità komuni u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità li jikkonċernaw il-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq previsti fir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 għandhom ikunu ffissati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 336, 20.12.2007, p. 1.


ANNESS

Il-kriterji ta’ kwalità komuni u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità

1.   Inventarju tas-sorsi u l-metodi użati fl-eżerċizzju tal-PPP tal-Eurostat (“l-inventarju tal-PPP”)

Biex ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-paragrafu 5.3.1. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1445/2007, kull Stat Membru għandu jipprovdi inventarju tas-sorsi u l-metodi użati fl-eżerċizzju tal-PPP tal-Eurostat (minn hawn ’il quddiem imsemmi bħala “l-inventarju tal-PPP”).

L-istruttura tal-inventarju tal-PPP għandha tkun ibbażata fuq it-temi varji ta’ informazzjoni bażika previsti fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1445/2007, kif ġej:

1.   Organizzazzjoni tal-eżerċizzju nazzjonali tal-PPP u informazzjoni tal-isfond

2.   Oġġetti u servizzi tal-konsumatur

2.1.   Stħarriġ tal-prezzijiet tal-oġġetti tal-konsumatur

Tinkludi informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-istħarriġ, it-teħid tal-kampjuni, ir-rappreżentattività, il-validazzjoni, fatturi ta’ aġġustament temporali u spazjali

2.2.   Servizzi tad-djar

Tinkludi informazzjoni dwar sorsi ta’ dejta u l-kwalità tagħhom, konformità mad-definizzjonijiet, kwalunkwe aġġustamenti li saru

3.   Servizzi tal-gvern (stħarriġ tas-salarji biss),

Tinkludi informazzjoni dwar sorsi ta’ dejta u l-kwalità tagħhom, konformità mad-definizzjonijiet, kwalunkwe aġġustamenti li saru

4.   Oġġetti u servizzi kapitali

4.1.   Oġġetti ta’ tagħmir

Tinkludi informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-istħarriġ, it-teħid tal-kampjuni, ir-rappreżentattività, il-validazzjoni

4.2.   Il-kostruzzjoni

Tinkludi informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-istħarriġ, sorsi tad-dejta u l-kwalità tagħhom, ir-rappreżentattività, il-validazzjoni

5.   Nefqa finali fil-PGD

Tinkludi informazzjoni dwar sorsi ta’ dejta u l-kwalità tagħhom, konformità mad-definizzjonijiet, kwalunkwe aġġustamenti li jsiru

Kull Stat Membru għandu jipprovdi aġġornament tal-inventarju tal-PPP f’Jannar ta’ kull sena, kull darba li jkun hemm tibdiliet fis-sorsi u l-metodi użati matul is-sena preċedenti.

2.   Rapporti tal-istħarriġ tal-prezzijiet tal-oġġetti tal-konsumatur

Biex ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-paragrafu 5.3.3. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1445/2007, kull Stat Membru għandu jissottometti rapport għal kull stħarriġ tal-prezzijiet tal-oġġetti tal-konsumatur. L-istruttura tar-rapport għandha tkun kif ġej:

1.

Prestħarriġ

2.

Ġbir tal-prezzijiet

3.

Validazzjoni fil-pajjiż innifsu

4.

Validazzjoni bejn il-pajjiżi

Ir-rapporti tal-istħarriġ għandu jkun fihom informazzjoni kumplimentari għall-inventarji tal-PPP.

3.   Il-kriterji ta’ kwalità

Il-kriterji użati fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-informazzjoni bażika provduta għandhom ikun dawk stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (1) flimkien mal-istandards minimi stabbiliti fit-taqsima 5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1445/2007.


(1)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.


1.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 194/2011

tat-28 ta’ Frar 2011

li jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Höllen Sprudel (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmi Regolament, it-talba tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Höllen Sprudel” titħassar mir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ir-reġistrazzjoni ta’ din id-denominazzjoni għandha titħassar.

(3)

Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, id-denominazzjoni għalhekk għandha titneħħa mir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni mogħtija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha titħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 299, 9.12.2009, p. 23.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Il-kategorija 2.2.   Ilmijiet minerali naturali u ilmijiet mill-għejun

IL-ĠERMANJA

Höllen Sprudel (DPO)


1.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 195/2011

tat-28 ta' Frar 2011

li jħassar ir-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Gögginger Bier (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmi Regolament, it-talba tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Gögginger Bier” titħassar mir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ir-reġistrazzjoni ta' din id-denominazzjoni għandha titħassar.

(3)

Fid-dawl ta' dawn il-fatturi, id-denominazzjoni għalhekk għandha titneħħa mir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni mogħtija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha titħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 315, 23.12.2009, p. 26.


ANNESS

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Il-kategorija 2.1.   Il-birer

IL-ĠERMANJA

Gögginger Bier (IĠP)


1.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 196/2011

tat-28 ta’ Frar 2011

li jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Rieser Weizenbier (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmi Regolament, it-talba tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Rieser Weizenbier” titħassar mir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ir-reġistrazzjoni ta’ din id-denominazzjoni għandha titħassar.

(3)

Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, id-denominazzjoni għalhekk għandha titneħħa mir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u għad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni mogħtija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha titħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 300, 10.12.2009, p. 22.


ANNESS

2. Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 510/2006

Il-kategorija 2.1.   Il-birer

IL-ĠERMANJA

Rieser Weizenbier (IĠP)


1.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 197/2011

tat-28 ta' Frar 2011

dwar l-iffissar ta’ data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal stipulata bir-Regolament (UE) Nru 68/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(a) u (d), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-għajnuna għall-ħżin privat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2011 tat-28 ta' Jannar 2011 dwar l-iffissar bil-quddiem tal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal (2) kellha effett favorevoli fuq is-suq tal-majjal. Huwa mistenni li l-prezzijiet jistabilizzaw temporanjament.

(2)

L-għoti ta’ għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal għalhekk għandu jintemm u d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 68/2011.

(3)

Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, ir-Regolament (UE) Nru 68/2011 għandu jiġi mħassar.

(4)

Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas- Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal ipprovduta fir-Regolament (UE) Nru 68/2011 għandha tkun l-4 ta’ Marzu 2011.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 68/2011 huwa mħassar mill-4 ta' Marzu 2011. Madanakollu, għandu jibqa' japplika għall-kuntratti konklużi skont dak ir-Regolament imħassar qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 26, 29.1.2011, p. 2.


1.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 198/2011

tat-28 ta’ Frar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

122,2

MA

51,2

TN

113,1

TR

108,9

ZZ

98,9

0707 00 05

TR

171,1

ZZ

171,1

0709 90 70

MA

35,0

TR

82,0

ZZ

58,5

0805 10 20

EG

63,5

IL

79,0

MA

57,4

TN

42,1

TR

69,1

ZA

37,9

ZZ

58,2

0805 50 10

EG

68,7

MA

53,4

TR

57,6

ZZ

59,9

0808 10 80

BR

55,2

CA

126,3

CN

85,7

MK

54,8

US

146,4

ZZ

93,7

0808 20 50

AR

88,7

CL

190,4

CN

66,1

US

153,3

ZA

118,0

ZZ

123,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 199/2011

tat-28 ta’ Frar 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 180/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 51, 25.2.2011, p. 14.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

56,25

0,00

1701 11 90  (1)

56,25

0,00

1701 12 10  (1)

56,25

0,00

1701 12 90  (1)

56,25

0,00

1701 91 00  (2)

52,82

1,62

1701 99 10  (2)

52,82

0,00

1701 99 90  (2)

52,82

0,00

1702 90 95  (3)

0,53

0,20


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


1.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 200/2011

tat-28 ta’ Frar 2011

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2011, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Marzu 2011, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2011

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.2.2011-25.2.2011

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

266,30

201,02

Prezz FOB USA

328,26

318,26

298,26

175,98

Tariffa fuq il-Golf

95,60

14,91

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

18,49  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].


DEĊIŻJONIJIET

1.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Frar 2011

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programm għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti għall-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż għall-2011

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1100)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2011/132/UE)

IL-KUMMSSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta' Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni (1) u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 17(3),

Billi:

(1)

L-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw programm lill-Kummissjoni għall-2011 li jistipula miżuri għas-saħħa tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż. Dan il-programm jispeċifika l-għanijiet li jridu jinkisbu, ir-riżultati mistennija, il-miżuri li jridu jittieħdu, kemm idumu u l-ispiża fuqhom bil-ħsieb tal-possibbiltà ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Il-miżuri stipulati f’dak il-programm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/609/KE tal-10 ta' Settembru 2007 dwar it-tifsira tal-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità fil-programmi għall-kontroll ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u prodotti tal-pjanti f’dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż, fl-Azores u Madeira (2).

(2)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-programm jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006.

(3)

Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, għandu jiġi stabbilit massimu adegwat għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, u l-ħlas ghandu jsir abbażi tad-dokumenti li tippreżenta Franza.

(4)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (3), il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għall-miżuri tas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija. Għall-fini tal-kontroll finanzjarju ta' dawk il-miżuri, l-Artikoli 9, 36 u 37 ta' dak ir- Regolament għandhom japplikaw.

(5)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit generali tal-Komunitajiet Ewropej (4) u l-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jsegwi deċiżjoni ta' finanzjament adottata mill-istituzzjoni jew l-awtorità li lilha jkunu ngħataw il-poteri, filwaqt li jiġu stabbiliti l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa.

(6)

Il-programm ippreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi u l-miżuri stipulati jirrigwardaw l-2011. Din id-deċiżjoni għalhekk għandha tibda tapplika mill-bidu ta' dik is-sena kalendarja, biex tippermetti finanzjament u eżekuzzjoni xierqa ta' dawn il-miżuri.

(7)

Din id-deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni għall-għoti tal-finanzi għan-nefqa mniżżla fit-talba għal kofinanzjament, kif inhu stabbilit fil-programm imressaq minn Franza.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lil Franza għall-programm uffiċjali għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u l-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż għall-2011, kif speċifikat fil-Parti A tal-Anness, hija approvata.

Din għandha tkun limitata għal 60 % tan-nefqa eliġibbli totali, kif speċifikat fil-Parti B tal-Anness, b’massimu ta' EUR 165 000 (mingħajr VAT).

Artikolu 2

1.   Għandhom jiġu mħallsa EUR 100 000 bil-quddiem fi żmien 60 jum mill-wasla ta' talba għal ħlas minn Franza.

2.   Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandu jitħallas sakemm ikun intbagħat rapport finali ta' implimentazzjoni dwar il-programm lill-Kummissjoni f’forma elettronika sa mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu 2012.

Dak ir-rapport għandu jkun fih mill-inqas:

(a)

valutazzjoni teknika konċiża tal-programm sħiħ, inkluż il-grad ta' kisba tal-għanijiet fiżiċi u kwalitattivi u l-progress miksub, u stima tal-impatt immedjat fitosanitarju u ekonomiku; kif ukoll

(b)

dikjarazzjoni tal-ispiża finanzjarja li tindika n-nefqa proprja mqassma skont is-sottoprogramm u l-miżura.

3.   Fir-rigward tat-tqassim indikattiv tal-baġit speċifikat fil-Parti B tal-Anness, Franza tista’ taġġusta l-finanzjament bejn il-miżuri differenti fl-istess sottoprogramm f’limitu ta' 15 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal dan is-sottoprogramm, sakemm l-ammont totali tal-ispejjeż eliġibbli skedati fil-programm ma jinqabiżx u l-għanijiet ewlenin tal-programm ma jiġux kompromessi b’dan.

Hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe aġġustament li jsir.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2011.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 20.

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


ANNESS

PROGRAMM U TQASSIM INDIKATTIV TAL-BAĠIT GĦALL-2011

PARTI A

Programm

Il-programm għandu jikkonsisti minn tliet sottoprogrammi:

(1)

sottoprogramm interdipartimentali:

(a)   Miżura 1.1: żvilupp ta’ metodi ta’ detezzjoni għall-organiżmi li jagħmlu l-ħsara bbażati fuq ir-reazzjoni katina tal-polimerase (PCR)

(b)   Miżura 1.2: riċerka fitosanitarja u osservazzjoni tal-produzzjoni taċ-Ċitru

(2)

sottoprogramm għad-dipartiment ta’ Martinique:

Miżura 2: stħarriġiet fitosanitarji u taħriġ ta’ bdiewa li għandhom is-serer (produzzjoni tal-fjuri)

(3)

sottoprogramm għad-dipartiment ta’ Guadeloupe:

(a)   Miżura 3.1: tmexxija ta’ netwerk ta’ stħarriġ għall-ferminelli

(b)   Miżura 3.2: ġestjoni tar-riskju tal-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara mill-attività turistika

PARTI B

Tqassim indikattiv tal-baġit, b’indikazzjoni tar-riżultati varji mistennija

(f’EUR)

Sottoprogrammi

Riżultati

(S: forniment ta’ servizzi, R: riċerka jew xogħol ta’ studju)

In-nefqa eliġibbli

Kontribuzzjoni finanzjarja nazzjonali

Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni

Is-sottoprogramm inter-DOM

Miżura 1.1

Metodu ta’ PCR kwantitattiv (R)

120 000

48 000

72 000

Miżura 1.2

Riċerka dwar il-mard taċ-ċitru (R) u stħarriġ dwar l-istatus fitosanitarju tal-produzzjoni taċ-Ċitru (S)

35 000

14 000

21 000

Subtotal

155 000

62 000

93 000

Martinique

Miżura 2

Stħarriġiet fitosanitarji u taħriġ tal-bdiewa li għandhom is-serer (S)

93 300

37 320

55 980

Subtotal

93 300

37 320

55 980

Guadeloupe

Miżura 3.1

Tmexxija ta’ netwerk ta’ stħarriġ għall-ferminelli (S)

14 200

5 680

8 520

Miżura 3.2

Azzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-pubbliku dwar ir-riskji tal-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara (S)

12 500

5 000

7 500

Subtotal

26 700

10 680

16 020

Total

275 000

110 000

165 000