ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.051.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 51

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
25 ta' Frar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2011/126/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali ( 1 )

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 177/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 li jissospendi temporanjament id-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2010/2011

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 178/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 li jemenda għall-145 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 179/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 180/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

14

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/14/UE tal-24 ta' Frar 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-profossidim bħala sustanza attiva ( 1 )

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/127/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/697/KE li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1032)

19

 

 

2011/128/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/863/KE li tagħti deroga mitluba mir-Renju Unit rigward l-Irlanda ta' Fuq skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1033)

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Frar 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(2011/126/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità Ewropea, Ftehim mal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru f’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fit-30 ta' Novembru 2009 suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ’il quddiem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/144/KE (1).

(4)

Konsegwentement għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”) huwa b'dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 9(1) tal-Ftehim u jagħmel in-notifika li ġejja:

“Konsegwentement għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi magħmula għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn ikun il-każ, jinqraw bħala referenzi għall-‘Unjoni Ewropea’.”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 56, 6.3.2010, p. 15.


REGOLAMENTI

25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 176/2011

tal-24 ta’ Frar 2011

dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizzi) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9a(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-blokok ta' spazju tal-ajru funzjonali huma instigaturi prinċipali għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex il-prestazzjoni tkun aħjar u jinħolqu s-sinerġiji. Għal dak il-għan u sabiex tiġi ottimizzata l-interfaċċja tal-blokok ta' spazju tal-ajru funzjonali fl-Ajru Uniku Ewropew, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u fejn meħtieġ jistgħu jikkooperaw ukoll ma’ pajjiżi terzi.

(2)

L-Istati Membri jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 meta jistabbilixxu blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali.

(3)

L-Istati Membri li jistabbilixxu blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali jridu jipprovdu l-informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, Stati Membri oħrajn u partijiet interessati oħrajn, biex ikollhom l-opportunità jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom bil-għan li jiffaċilitaw l-iskambju tal-opinjonijiet. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu informazzjoni klassifikata, sigrieti tan-negozju jew informazzjoni kunfidenzjali oħra.

(4)

L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont dan ir-Regolament għandha tirrifletti konformità mal-għanijiet tal-blokok ta' spazju tal-ajru funzjonali u tassisti lill-Istati Membri fl-iżgurar ta' konsistenza ma' miżuri oħrajn tal-Ajru Uniku Ewropew.

(5)

Sabiex tiffaċilita tali skambju ta' informazzjoni u s-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet, l-informazzjoni "adegwata" biex tiġi pprovduta lill-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) u partijiet interessati oħrajn għandha tkun spjegata b'mod ċar flimkien mal-proċeduri għal dan l-iskambju ta' informazzjoni.

(6)

B'mod partikolari, l-Istati Membri konċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni flimkien u għaldaqstant jipprovdu sett wieħed ta' informazzjoni u evidenza dokumentata għal kull blokk funzjonali ta' spazju tal-ajru.

(7)

L-istabbilment ta' blokk funzjonali ta' spazju tal-ajru għandu jiġi kkunsidrat bħala l-proċess legali li permezz tiegħu l-Istati Membri jridu jtejbu l-kooperazzjoni bejn il-blokok ta' spazju tal-ajru rispettivi tagħhom. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex ikunu konformi ma' dan ir-rekwiżit sal-4 ta' Diċembru 2012 l-aktar tard, skont ir-Regolament (KE) Nru 550/2004.

(8)

Id-determinazzjoni dwar jekk blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali ġiex modifikat għandha ssir abbażi tal-istess kriterju għall-Istati Membri kollha u għandha tkun limitata għal dawk il-bidliet li għandhom impatt konsiderevoli fuq il-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali u/jew il-blokok ta' spazju tal-ajru funzjonali jew l-Istati Membri ġirien.

(9)

Skont l-Artikolu 13a tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoordinaw mal-EASA sabiex jiżguraw li l-aspetti kollha tas-sikurezza qed jiġu indirizzati kif suppost waqt l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.

(10)

Dan ir-Regolament ma jaffettwax is-sigurtà jew l-interessi tal-politika tad-diviża tal-Istati Membri u l-ħtiġijiet kunfidenzjali relatati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

(11)

Skont l-Artikolu 83 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, l-Istati Membri li jistabbilixxu blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali jkunu jridu jirreġistraw ftehimiet jew arranġamenti mal-ICAO fir-rigward tal-blokok ta' spazju tal-ajru funzjonali u kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.

(12)

L-istabbilment ta' blokok ta' spazju tal-ajru funzjonali li jkunu jirriżultaw f'bidliet fil-konfini tar-Reġjun ta' Informazzjoni dwar it-Titjir (FIR) tal-ICAO jew fil-faċilitajiet u servizzi pprovduti fi ħdan dawk il-konfini għandhom ikomplu jkunu suġġetti għall-proċess tal-ippjanar tan-navigazzjoni tal-ajru ICAO u l-proċedura għall-emenda tal-Pjanijiet tan-Navigazzjoni tal-Ajru tal-ICAO.

(13)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tas-sikurezza tagħhom b'mod effettiv meta jistabbilixxu blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali. Għandhom juru u jiżguraw kif xieraq li l-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali se jiġi stabbilit u amministrat b'mod sikur, filwaqt li jindirizzaw lill-Istati Membri u lill-elementi amministrattivi tal-forniment tas-sikurezza tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru assoċjati mal-istabbilment tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali, filwaqt li jiffukaw fuq ir-rwolijiet tas-sikurezza u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.

(14)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għal:

1)

l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”), Stati Membri u partijiet interessati oħrajn qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali;

2)

il-proċeduri għall-forniment tal-informazzjoni lil u s-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet mill-partijiet msemmija fil-punt 1), qabel ma ssir in-notifika dwar il-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1)

“Stati Membri kkonċernati” tfisser l-Istati Membri li flimkien qablu li jistabbilixxu blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 550/2004;

2)

“Partijiet interessati” tfisser il-pajjiżi terzi ġirien ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali, l-utenti rilevanti tal-ispazju tal-ajru jew gruppi ta' utenti tal-ispazju tal-ajru u l-korpi rappreżentanti tal-persunal kif ukoll fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru li huma maġenb dawk fi blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali.

Artikolu 3

Dimostrazzjoni ta’ konformità

L-Istati Membri kkonċernati għandhom flimkien jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament biex juru li ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

Artikolu 4

Proċedura għall-iskambju tal-informazzjoni għal blokok ġodda ta' spazju tal-ajru funzjonali

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-24 ta' Ġunju 2012. Il-Kummissjoni għandha tagħmilha disponibbli lill-EASA għall-osservazzjonijiet, Stati Membri oħrajn u l-partijiet interessati sa mhux aktar tard minn ġimgħa wara li tasal l-informazzjoni.

2.   L-osservazzjonijiet tal-EASA, Stati Membri u partijiet interessati oħrajn għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li tasal l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika mingħajr dewmien l-osservazzjonijiet li waslulha u l-osservazzjonijiet tagħha lill-Istati Membri kkonċernati.

3.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom bl-istess mod jikkunsidraw l-osservazzjonijiet li waslulhom qabel l-istabbilment tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali tagħhom.

Artikolu 5

Modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali stabbilit

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali stabbilit għandu jiġi kkunsidrat bħala modifikat meta modifikazzjoni proposta tirriżulta f'bidliet fid-dimensjonijiet definiti tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali.

2.   Tal-anqas sitt xhur qabel ma tiġi implimentata l-modifikazzjoni, l-Istati Membri kkonċernati għandhom flimkien jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-bidliet proposti u jipprovdu l-informazzjoni li tappoġġa l-bidliet, filwaqt li jaġġornaw kif jixraq l-informazzjoni pprovduta għall-istabbilment tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali. Il-Kummissjoni għandha tagħmilha disponibbli lill-EASA, Stati Membri oħrajn u l-partijiet interessati għall-osservazzjonijiet sa mhux aktar tard minn ġimgħa wara li tasal l-informazzjoni.

3.   L-osservazzjonijiet tal-EASA, Stati Membri u partijiet interessati oħrajn għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li tasal l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tikkomunika l-osservazzjonijiet li waslulha u l-osservazzjonijiet tagħha lill-Istati Membri kkonċernati.

4.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom bl-istess mod jikkunsidraw l-osservazzjonijiet li waslulhom qabel il-modifikazzjoni tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali tagħhom.

Artikolu 6

Blokok ta' spazju tal-ajru funzjonali stabbiliti diġà

L-Istati Membri kkonċernati li diġà stabbilixxew blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa stabbilita fl-Anness, li ma tkunx ġiet sottomessa diġà bħala parti min-notifika tagħhom, hija pprovduta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-24 ta' Ġunju 2012.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.


ANNESS

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA

PARTI I

Informazzjoni ġenerali

1.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jispeċifikaw:

(a)

Il-punt ta' kuntatt għall-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali;

(b)

Id-dimensjonijiet definiti tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali;

(c)

Il-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru nnominati flimkien u l-fornituri tas-servizz meteoroloġiku, jekk applikabbli, u l-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tagħhom;

(d)

Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jipprovdu s-servizzi mingħajr ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 u l-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tagħhom.

2.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar l-arranġamenti konklużi fir-rigward tal-istabbilment jew modifikazzjoni tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali, inkluż:

(a)

Kopja tad-dokumenti li jirriflettu l-ftehim reċiproku tal-Istati Membri kkonċernati biex jistabbilixxu l-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali;

(b)

Informazzjoni dwar l-arranġamenti bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fil-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali;

(c)

Informazzjoni dwar l-arranġamenti bejn il-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru fil-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali;

(d)

Informazzjoni dwar l-arranġamenti bejn l-awtoritajiet ċivili u militari kompetenti fir-rigward tal-involviment tagħhom fl-istrutturi ta' governanza tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali.

3.

Stati Membri kkonċernati jistgħu jirreferu għall-informazzjoni pprovduta diġà lill-Kummissjoni bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.

PARTI II

Rekwiżiti tal-Artikolu 9a(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni, inkluż dokumentazzjoni ta' appoġġ, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9a(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

1.   Il-każ dwar is-sikurezza tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali

Fir-rigward tal-każ dwar is-sikurezza tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Il-politika jew pjanijiet komuni tas-sikurezza biex tiġi stabbilita politika komuni tas-sikurezza;

(b)

Deskrizzjoni tal-arranġamenti li jindirizzaw l-investigazzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti u l-pjanijiet dwar kif għandu jiġi indirizzat il-ġbir tad-dejta marbut mas-sikurezza, l-analiżi u l-iskambju;

(c)

Deskrizzjoni tal-mod kif is-sikurezza qed tiġi amministrata biex tiġi evitata degradazzjoni fil-prestazzjoni tas-sikurezza fi ħdan il-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali;

(d)

Deskrizzjoni tal-arranġamenti li b'mod ċar jidentifikaw u jallokaw ir-responsabbiltajiet u l-interfaċċji fir-rigward tal-istabbilment tal-miri tas-sikurezza, is-sorveljanza tas-sikurezza u l-miżuri ta' infurzar li jakkumpanjawhom fir-rigward tal-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fi ħdan il-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali;

(e)

Dokumentazzjoni u/jew dikjarazzjonijiet dwar il-fatt li l-valutazzjoni tas-sikurezza inkluż l-identifikazzjoni tal-periklu, il-valutazzjoni tar-riskju u t-taffija saru qabel l-introduzzjoni tal-bidliet operattivi li jirriżultaw mill-istabbilment jew il-modifikazzjoni tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali.

2.   L-aħjar użu tal-ispazju tal-ajru, filwaqt li jitqiesu il-flussi tat-traffiku tal-ajru

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Deskrizzjoni tar-relazzjonijiet mal-funzjonijiet tan-netwerk rilevanti li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u l-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), inkluż il-koordinazzjoni, l-arranġamenti u l-proċeduri sabiex l-ispazju tal-ajru jkun użat bl-aħjar mod.

(b)

Fir-rigward tal-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru fi ħdan il-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali li mhux kopert mill-funzjonijiet tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004, informazzjoni dwar:

L-arranġamenti għal ġestjoni integrata tal-ispazju tal-ajru;

Id-dispożizzjonijiet għall-kondiviżjoni tad-dejta dwar il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru;

L-arranġamenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet kooperattiv u li hu effettiv.

(c)

Fir-rigward tal-koordinazzjoni fil-ħin reali fi ħdan il-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali:

Deskrizzjoni dwar kif l-attivitajiet transkonfinali jiġu ġestiti jekk jinħolqu żoni ġodda li jirriżultaw mill-istabbilment jew modifikazzjoni tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali.

3.   Konsistenza man-netwerk Ewropew tar-rotot

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni biex juru li t-tfassil u l-implimentazzjoni tar-rotta għall-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali huma konsistenti mal-'proċess stabbilit għall-koordinazzjoni kumplessiva, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tan-netwerk Ewropew tar-rotot imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 u li jitlestew ukoll fiż-żmien.

Stati Membri kkonċernati jistgħu jirreferu għall-informazzjoni pprovduta diġà lill-Kummissjoni bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.

4.   Valur miżjud kumplessiv ibbażat fuq analiżi tal-benefiċċju u tal-kost

L-Istati Membru kkonċernati għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet li bihom jikkonfermaw li:

(a)

L-analiżi tal-benefiċċju u tal-kost saret skont il-prattika normali tal-industrija, bl-użu fost l-oħrajn ta' analiżi ta' flussi ta' flus skontati;

(b)

L-analiżi tal-benefiċċju u tal-kost tipprovdi perspettiva kkonsolidata tal-impatt tal-istabbilment jew modifikazzjoni tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali fuq l-utenti tal-ispazju tal-ajru ċivili jew militari;

(c)

L-analiżi tal-benefiċċju u tal-kost turi riżultat finanzjarju kumplessivament pożittiv (Valur Nett tal-Preżent u/jew Rata Interna ta' Redditu) għall-istabbilment jew modifikazzjoni tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali;

(d)

Il-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali jikkontribwixxi għal nuqqas fl-impatt ambjentali tal-avjazzjoni;

(e)

Ġew dokumentati l-valuri għall-kostijiet u l-benefiċċji, is-sorsi tagħhom u s-suppożizzjonijiet li saru biex tiġi żviluppata l-analiżi tal-benefiċċju u tal-kost;

(f)

Il-partijiet interessati ewlenin ġew ikkonsultati u ingħataw informazzjoni dwar l-istimi tal-kostijiet u l-benefiċċji li huma applikabbli għall-operazzjonijiet tagħhom.

5.   Żgurar ta' trasferiment flessibbli u mingħajr problemi tar-responsabbiltà għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru bejn l-unitajiet tas-servizz tat-traffiku tal-ajru

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni biex juru li t-trasferiment tar-responsabbiltà għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru huwa mingħajr problemi u flessibbli fi ħdan il-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali. Dan għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar il-bidliet introdotti mill-istabbilment jew modifikazzjoni tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali:

(a)

Deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-forniment transkonfinali tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;

(b)

L-arranġamenti konklużi għat-titjib tal-proċeduri ta' koordinazzjoni bejn il-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru kkonċernati fi ħdan il-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali u inizjattivi oħra ppjanati biex titjieb il-koordinazzjoni;

(c)

Deskrizzjoni tal-arranġamenti konklużi għat-titjib tal-proċeduri tal-koordinazzjoni bejn il-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru ċivili u militari kkonċernati u inizjattivi oħra ppjanati biex titjieb il-koordinazzjoni f'konformità mal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru;

(d)

Deskrizzjoni tal-arranġamenti konklużi għat-titjib tal-proċeduri ta' koordinazzjoni mal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru maġenb dawk ikkonċernati, u ppjanar ta' inizjattivi oħra biex titjieb il-koordinazzjoni.

6.   Żgurar tal-kompatibbiltà bejn il-konfigurazzjonijiet differenti tal-ispazju tal-ajru; filwaqt li jiġu ottimizzati, inter alia, ir-reġjuni attwali tal-informazzjoni dwar it-titjiriet

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-pjanijiet disponibbli ta' kif għandha tinkiseb l-organizzazzjoni armonizzata u l-klassifikazzjoni tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-ispazju tal-ajru fi ħdan il-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali. Il-pjanijiet għandhom jinkludu:

(a)

Il-prinċipji għall-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-organizzazzjoni tal-ispazju tal-ajru għall-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali;

(b)

Il-bidliet tal-konfigurazzjoni tal-ispazju tal-ajru li jirriżultaw mill-armonizzazzjoni fi ħdan il-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali.

7.   Ftehimiet reġjonali konklużi fi ħdan l-ICAO

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu l-lista tal-ftehimiet reġjonali eżistenti konklużi f'konformità mal-qafas stabbilit permezz tal-Anness 11 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li huma ta' rilevanza fir-rigward tal-istabbilment u l-operazzjonijiet tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali.

8.   Ftehimiet reġjonali eżistenti

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu lista tal-ftehimiet eżistenti konklużi minn Stat Membru kkonċernat wieħed jew aktar, inkluż dawk ma' pajjiżi terzi, li huma ta' rilevanza fir-rigward tal-istabbilment u l-operazzjonijiet tal-blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali.

9.   Miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni Ewropea kollha

9.1.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-arranġamenti konklużi sabiex jiffaċilitaw il-konsistenza mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni Ewropea kollha msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

9.2.

Stati Membri konċernati jistgħu jirreferu għall-informazzjoni pprovduta diġà lill-Kummissjoni skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 (2).


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20

(2)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 1.


25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 177/2011

tal-24 ta’ Frar 2011

li jissospendi temporanjament id-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2010/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Mill-bidu tas-sena tas-suq 2010/2011, iż-żieda fil-prezz dinji taċ-ċereali kienet verament mgħaġġla, iktar miż-żieda fil-prezz ta’ qabel fis-sena tas-suq 2007/2008. Il-prezz dinji tal-qamħ komuni għola wkoll b’65 % minn Lulju tal-2010. Wara dik id-data, l-iżviluppi fil-prezzijiet taċ-ċereali fis-suq tal-Unjoni kellhom l-istess xejra. Il-prezz tal-qamħ komuni fis-suq tal-Unjoni żdied b’iktar minn 90 % sakemm ġie stabbilit għal madwar EUR 280/tunnellata. Il-prezz taċ-ċereali l-oħra fis-suq tal-Unjoni kellhom l-istess xejra, il-qamħ ta’ Rouen u l-qamħirrun ta’ Bordeaux kienu iżjed minn EUR 215/tunnellata. L-iżviluppi fil-prezz fis-suq dinji taċ-ċereali ġeneralment ġejjin mill-fatt li l-produzzjoni ma tlaħħaqx mad-domanda.

(2)

Huwa mistenni li s-suq dinji taċ-ċereali għal tmiem is-sena tas-suq 2010/2011 jibqa’ bl-istess prezzijiet għoljin, huwa stmat li l-ħażniet mondjali se jkunu 342 miljun tunnellata fi tmiem is-sena tas-suq 2010/2011, jiġifieri 62 miljun tunnellata anqas mit-tmiem tas-sena tas-suq 2009/2010.

(3)

Il-kwota ta’ importazzjoni bid-dazju mnaqqas għall-qamħ komuni ta’ kwalità baxxa u medja miftuħa permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (2), u l-kwota ta’ importazzjoni bid-dazju mnaqqas għax-xgħir għall-għalf miftuħa permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2305/2003 (3) ma ntużawx wisq fl-2010, b’perċentwali ta’ 13 % u ta’ 5 % rispettivament. Dan in-nuqqas ta’ użu huwa mistenni li jkompli fl-2011, speċjalment minħabba li l-fornituri tradizzjonali tal-Unjoni, ir-Russja u l-Ukraina, ħadu passi biex inaqqsu l-esportazzjoni.

(4)

Iż-żamma ta’ prezz dinji għoli sal-aħħar tas-sena tas-suq 2010/2011 flimkien man-nuqqas previst fl-użu ta’ kwoti tal-importazzjoni bid-dazju mnaqqas fl-2011, qegħdin jheddu li jfixxklu l-provvista fis-suq tal-Unjoni matul l-aħħar xhur tas-sena tas-suq 2010/2011. F’dan il-kuntest, sabiex tiġi ffaċilitata l-importazzjoni meħtieġa biex iżżomm il-bilanċ fis-suq tal-Unjoni, huwa xieraq li jkun hemm sospensjoni temporanja tad-dazji għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-qamħ komuni ta’ kwalità baxxa u medja u tax-xgħir għall-għalf miftuħin permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 2305/2003 rispettivament, sat-30 ta’ Ġunju 2011, tmiem is-sena tas-suq 2010/2011.

(5)

Madankollu, m’għandhomx jiġu ppenalizzati l-operaturi f’każijiet fejn diġà tkun intbagħtet il-kunsinna taċ-ċereali għall-importazzjoni fl-Unjoni. F’dan ir-rigward, għandu jitqies il-ħin meħtieġ għat-trasport u l-operaturi għandhom jitħallew iqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa ċ-ċereali skont l-iskema ta’ sospensjoni tad-dazji doganali previsti f’dan ir-Regolament għall-prodotti kollha fejn it-trasport dirett lejn id-destinazzjoni fl-Unjoni jkun inbeda talanqas sat-30 ta’ Ġunju 2011. Għandha tiġi stabbilita wkoll l-evidenza li trid tingħata biex tiġġustifika t-trasport dirett lejn l-Unjoni u d-data ta’ meta t-trasport ikun inbeda.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjoni tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni għall-prodotti rilevanti tal-kodiċi tan-NM 1001 90 99, ta’ kwalunkwe kwalità barra l-kwalità għolja skont id-definizzjoni fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (4), u n-NM 1003 00 hija sospiża għas-sena tas-suq 2010/2011, għall-importazzjonijiet kollha li jsiru skont il-kwoti tariffarji bid-dazju mnaqqas miftuħa permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 2305/2003.

2.   Fejn it-trasport taċ-ċereali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jsir direttament għal destinazzjoni fl-Unjoni, u dan it-trasport ikun inbeda tal-anqas sat-30 ta’ Ġunju 2011, is-sospensjoni tad-dazji doganali skont dan ir-Regolament għandha tibqa’ tgħodd għall-finijiet tar-rilaxx tal-prodotti kkonċernati fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa.

Għandha tiġi pprovduta evidenza tat-trasport dirett lejn l-Unjoni u tad-data meta t-trasport ikun inbeda, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, permezz tad-dokument oriġinali tat-trasport.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7.

(4)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 178/2011

tal-24 ta’ Frar 2011

li jemenda għall-145 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-8 ta’ Frar 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni naturali mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Direttur – Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’:

(a)

‘Khalil Ahmed Haqqani (magħruf ukoll bħala(a) Khalil Al-Rahman Haqqani, (b) Khalil ur Rahman Haqqani, (c) Khaleel Haqqani). Titolu: Haji. Indirizz: (a) Peshawar, il-Pakistan. (b) Ħdejn Dergey Manday Madrasa fil-Villaġġ ta’ Dergey Manday, ħdejn Miram Shah, l-Aġenzija tal-Waziristan tat-Tramuntana (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan, (c) Il-villaġġ ta’ Kayla ħdejn Miram Shah, l-Aġenzija tal-Waziristan tat-Tramuntana (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan; (d) Il-villaġġ ta’ Sarana Zadran, il-Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) 1.1.1966, (b) bejn l-1958 u l-1964. Nazzjonalità: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Membru anzjan tal-Haqqani Network, li jopera ’l barra mill-Waziristan tat-Tramuntana fiż-Żoni Tribali tal-Pakistan Amministrati Federalment. (b) Qabel kien ivvajaġġa lejn, u ġabar fondi f’Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda; (c) Jiġi ħu Jalaluddin Haqqani u z-ziju ta’ Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.2.2011.’

(b)

‘Said Jan ‘Abd Al-Salam (magħruf ukoll bħala (a) Sa’id Jan ‘Abd-al-Salam, (b) Dilawar Khan Zain Khan, (c) Qazi ‘Abdallah, (d) Qazi Abdullah, (e) Ibrahim Walid, (f) Qasi Sa’id Jan, (g) Said Jhan, (h) Farhan Khan, (i) Aziz Cairo, (j) Nangiali). Data tat-twelid: (a) 5.2.1981, (b) 1.1.1972. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-Passaport: (a) OR801168 (Passaport Afgan taħt l-isem ta’ Said Jan ‘Abd al-Salam maħruġ fit-28.2.2006, jiskadi fis-27.2.2011), (b) 4117921 (Passaport Pakistan taħt l-isem ta’ Dilawar Khan Zain Khan maħruġ fid-9.9.2008, jiskadi fid-9.9.2013). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 281020505755 (Numru tal-Identifikazzjoni Ċivili tal-Kuwajt taħt l-isem Said Jan ‘Abd al-Salam). Tagħrif ieħor: Madwar l-2005, mexxa kamp tat-‘taħriġ bażiku’ għall-Al-Qaida fil-Pakistan. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.2.2011.’


25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 179/2011

tal-24 ta’ Frar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

122,2

MA

66,9

TN

115,9

TR

111,8

ZZ

104,2

0707 00 05

MK

140,7

TR

180,1

ZZ

160,4

0709 90 70

MA

42,6

TR

120,1

ZZ

81,4

0805 10 20

EG

57,8

IL

78,3

MA

55,5

TN

45,5

TR

62,1

ZZ

59,8

0805 20 10

IL

152,4

MA

100,8

US

107,8

ZZ

120,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

70,2

EG

51,1

IL

130,4

JM

74,2

MA

107,1

PK

34,8

TR

68,3

ZZ

76,6

0805 50 10

EG

68,7

MA

57,3

TR

51,0

ZZ

59,0

0808 10 80

CA

91,7

CN

84,1

MK

50,2

US

140,1

ZZ

91,5

0808 20 50

AR

120,7

CL

125,8

CN

49,6

US

115,8

ZA

107,7

ZZ

103,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 180/2011

tal-24 ta’ Frar 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 164/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 47, 22.2.2011, p. 16.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-25 ta’ Frar 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

54,96

0,00

1701 11 90  (1)

54,96

0,00

1701 12 10  (1)

54,96

0,00

1701 12 90  (1)

54,96

0,00

1701 91 00  (2)

51,19

2,11

1701 99 10  (2)

51,19

0,00

1701 99 90  (2)

51,19

0,00

1702 90 95  (3)

0,51

0,21


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/16


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/14/UE

tal-24 ta' Frar 2011

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-profossidim bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fit-2 ta' April 1998, Spanja rċeviet applikazzjoni minn BASF SE għall-inklużjoni tas-sustanza attiva profossidim fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/43/KE (2) kkonfermat li l-fajl kien “komplut” fis-sens li seta' jitqies li, fil-prinċipju, jissodisfa r-rekwiżiti ta' dejta u tagħrif tal-Annessi II u III mad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa umana u tal-annimali u fuq l-ambjent ġew ivvalutati, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ressaq abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni nhar it-28 ta' Marzu 2001.

(3)

Għall-profossidim l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. Ir-reviżjoni ġiet iffinalizzata nhar it-23 ta' Novembru 2010 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-profossidim

(4)

Minn bosta eżaminazzjonijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-profossidim jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-profossidim jiġi inkluż fl-Anness I ta' dik id-Direttiva, sabiex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva jkunu jistgħu jingħataw b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(5)

Bla ħsara għall-obbligi definiti bid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni bex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-profossidim sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti bid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jittrasformaw l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti f'awtorizzazzjonijiet sħaħ, jemendawhom jew jirtirawhom b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mid-data tal-għeluq imsemmija hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta' kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2012. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Frar 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom b'konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-profossidim bħala sustanza attiva sal-31 ta' Jannar 2012. Sa dakinhar, huma għandhom jivverifikaw b'mod partikolari li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta' dik id-Direttiva relatati mal-profossidim jintlaħqu, bl-eċċezzjoni ta' dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna s-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu, jew għandu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' dik id-Direttiva skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) ta' dik id-Direttiva.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat li fih il-profissidim bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li lkoll kienu elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2011, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi tal-fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ma' dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ma' dik id-Direttiva li tikkonċerna l-profossidim. Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li ssir din l-aċċertazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' prodott li jkun fih il-profossidim bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2013; jew

(b)

fil-każ ta' prodott li fih il-profossidim bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-31 ta' Jannar 2013 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta' din ix-xorta fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2011.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 14, 19.1.1999, p. 30.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-annotazzjoni li ġejja tiżdied fi tmiem it-tabella:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“330

Profossidim

Nru tal-CAS 139001-49-3

Nru tas-CIPAC 621

2 - [(1 E/Z) - [(2 R S) – 2 - (4 – klorofenossi) propossimino] butil] – 3 – idrossi – 5 - [(3 R S; 3 S R) – tetraidro – 2 H – tijopiran – 3 – yl] ċikluheks – 2 - enone

> 940 g/kg

L-1 ta’ Awwissu 2011

Il-31 ta’ Lulju 2021

PARTI A

L-użi bħala erbiċida fir-ross biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-profossidim, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Jannar 2011.

F’din il-valutazzjoni kumplessiva, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

għall-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata f’reġjuni b’ħamrijau/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

għar-riskju lill-organiżmi li mhumiex fil-mira.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju fejn ikun xieraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta' Frar 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2007/697/KE li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1032)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(2011/127/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Jekk l-ammont ta' demel li Stat Membru bi ħsiebu japplika għal kull ettaru fis-sena huwa differenti minn dawk speċifikati fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu, dak l-ammont għandu jiġi ffissat sabiex ma jippreġudikax l-ilħuq tal-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1 ta' dik id-Direttiva u għandu jkun iġġustifikat fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, bħalma huma, fil-każ attwali, l-istaġuni twal ta' kultivazzjoni u l-uċuħ b'rata għolja ta' assorbiment tan-nitroġenu.

(2)

Fit-22 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/697/KE li tagħti deroga mitluba mill-Irlanda skont id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (2), li tippermetti lill-Irlanda li tapplika 250 kg ta' nitroġenu għal kull ettaru fis-sena minn demel tal-bhejjem fl-azjendi agrikoli b'mill-inqas 80 % mergħat.

(3)

Id-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni 2007/697/KE kienet tikkonċerna madwar 5 000 azjenda agrikola fl-Irlanda li jfisser madwar 2,7 % tat-total tan-numru ta' azjendi tal-baqar jew tan-nagħaġ, 10 % tat-total tan-numri tal-bhejjem li jirgħu u 4,2 % tat-total nett taż-żona agrikola. Id-Deċiżjoni 2007/697/KE tiskadi fis-17 ta' Lulju 2010.

(4)

Fit-12 ta' Mejju 2010 l-Irlanda ppreżentat lill-Kummissjoni talba għal estensjoni tad-deroga. It-talba kienet tinkludi ġustifikazzjoni abbażi tal-għan tal-kriterji speċifikati fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE.

(5)

L-Irlanda adottat programm ta' azzjoni ġdid għal perjodu bejn Lulju 2010 u Diċembru 2013, li prinċipalment iżomm il-miżuri tal-programm ta' azzjoni għall-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2010 u japplika fit-territorju kollu tal-Irlanda.

(6)

Ir-raba' rapport ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 91/676/KEE fl-Irlanda għal perjodu 2004-2007 juri li b'mod ġenerali, il-kwalità tal-ilma, hija stabbli jew tjiebet. Għall-ilma ta' taħt l-art, 2 % tas-siti wrew valuri medji tan-nitrat ta' aktar minn 50 mg/l u 74 % tal-valuri tas-siti inqas minn 25 mg/l. Għall-ilmijiet tal-wiċċ tax-xmajjar, 97 % tas-siti ta' monitoraġġ wrew valuri medji tan-nitrat inqas minn 25 mg/l, u l-ebda sit ma wera valur medju ta' aktar minn 50 mg/l. 93 % tal-lagi ġew ikklassifikati bħala jew oligotrofiċi jew mesotrofiċi u 7 % tal-lagi ġew ikklassifikati bħala jew ewtrofiċi jew ipertrofiċi.

(7)

L-għadd tal-bhejjem naqas iktar matul il-perjodu 2004-2007, b'madwar 4 % għall-baqar, 19 % għan-nagħaġ, 4 % għall-ħnieżer u 7 % għat-tjur. (3) L-użu annwali tan-nitroġenu organiku mid-demel tal-bhejjem u minn nitroġenu minerali naqas b'5 % u bi 17 % rispettivament. It-total taż-żona tal-azjedni agrikoli naqas bi 3 % għal 4,28 miljun ettaru u l-mergħat għadhom jirrapreżentaw iktar minn 90 % taż-żona agrikola.

(8)

Fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku msemmi fit-talba għall-estensjoni tad-deroga u l-miżuri li għalihom l-Irlanda kkomettiet ruħha fil-programm ta' azzjoni għall-perjodu bejn Lulju 2010 u Diċembru 2013, jista' jiġi konkluż li l-kundizzjonijiet għall-kisba tad-deroga kif speċifikati fid-Direttiva 91/676/KEE, bħal pereżempju staġuni twal ta' kultivazzjoni u l-uċuħ b'rata għolja ta' assorbiment tan-nitroġenu, għadhom qed jiġu ssodisfati, u li d-deroga ma tippreġudikax l-ilħuq tal-għanijiet ta' dik id-Direttiva.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-azjendi agrikoli fil-mergħat ikkonċernati jistgħu jibqgħu jibbenefikaw minn deroga, huwa xieraq li l-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/697/KE jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2013.

(10)

Madankollu, l-iskadenzi għar-rappurtar lill-Kummissjoni ffissati fid-Deċiżjoni 2007/697/KE, għandhom jiġu adattati sabiex ikun issimplifikat il-piż amministrattiv billi jingħata permess lill-Irlanda sabiex tistabbillixxi skadenza waħda għall-obbligi kollha ta' rappurtar.

(11)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/697/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

“Artikolu 1

Tingħata d-deroga mitluba mill-Irlanda permezz ta' ittra tat-18 ta' Ottubru 2006, u l-estensjoni mitluba permezz ta' ittra tat-12 ta' Mejjju 2010, bil-għan li jiġi permess ammont ogħla ta' demel tal-bhejjem minn dak previst fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III għad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tiegħu, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni”.

2.

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1), jitbiddel b' li ġej:

“Dawk il-mapep għandhom jitressqu lill-Kummisjoni sa mhux iktar tard minn Ġunju ta' kull sena.”

3.

L-Artikolu 11 jitbiddel b'li ġej:

“Artikolu 11

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fil-kuntest tal-Programm ta' Azzjoni Irlandiż hekk kif implimentat f'Ir-Regolamenti tal-Komunitajiet Ewropej (Metodi ta' Biedja Għaqlija għall-Ħarsien tal-Ilmijiet) 2010 (Strument statutorju nru 610 ta' 2010).

Tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2007, p. 27.

(3)  Perjodu ta' referenza għat-tjur: 2003-2005


25.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta' Frar 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2007/863/KE li tagħti deroga mitluba mir-Renju Unit rigward l-Irlanda ta' Fuq skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1033)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(2011/128/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Jekk l-ammont ta' demel li Stat Membru bi ħsiebu japplika għal kull ettaru fis-sena huwa differenti minn dak speċifikat fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III għad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu, dak l-ammont għandu jiġi ffissat sabiex ma jippreġudikax l-ilħuq tal-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1 ta' dik id-Direttiva u għandu jkun iġġustifikat abbażi ta' kriterji oġġettivi, bħal staġuni twal ta' kultivazzjoni u uċuħ b'rata għolja ta' assorbiment tan-nitroġenu.

(2)

Fl-14 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/863/KE li tagħti deroga mitluba mir-Renju Unit rigward l-Irlanda ta' Fuq skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (2), li tippermetti lill-Irlanda ta' Fuq tapplika 250 kg ta' nitroġenu għal kull ettaru fis-sena minn demel tal-bhejjem fl-azjendi agrikoli b'mill-inqas 80 % mergħat.

(3)

Id-deroga mogħtija bid-Deċiżjoni 2007/863/KE, fl-2009 kkonċernat madwar 150 azjenda agrikola fl-Irlanda ta' Fuq li jikkorrispondu għal madwar 0,6 % tal-għadd totali ta' intrapriżi u 1 % tat-total nett taż-żona agrikola. Id-Deċiżjoni 2007/863/KE tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2010.

(4)

Fit-23 ta' Settembru 2010, għar-reġjun tal-Irlanda ta' Fuq, ir-Renju Unit ressaq lill-Kummissjoni talba għal estensjoni tad-deroga. It-talba kienet tinkludi ġustifikazzjoni abbażi tal-kriterji oġġettivi speċifikati fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III għad-Direttiva 91/676/KEE.

(5)

Għar-reġjun tal-Irlanda ta' Fuq, ir-Renju Unit adotta programm ta' azzjoni ġdid għall-perjodu bejn Jannar 2011 u Diċembru 2014, li prinċipalment iżomm il-miżuri tal-programm ta' azzjoni għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2010 u japplika fit-territorju kollu tal-Irlanda ta' Fuq.

(6)

Il-konċentrazzjonijiet tan-nitrati fl-ilma ħelu tal-wiċċ tal-Irlanda ta' Fuq baqgħu relattivament baxxi, b'konċentrazzjonijiet ta' nitrati medji taħt il-25 mg NO3/l fl-2008 għal 99,7 % tal-istazzjonijiet tal-monitoraġġ. Bejn l-2005 u l-2008, is-siti tal-monitoraġġ tal-ilma ħelu tal-wiċċ inġenerali wrew konċentrazzjonijiet ta' nitrati medji stabbli jew imnaqqsa, inkluż f'postijiet bl-ogħla proporzjon ta' azjendi agrikoli tad-deroga. Għall-ilma ta' taħt l-art, il-konċentrazzjonijiet ta' nitrati medji huma taħt il-25 mg NO3/l fl-2008 għal 91,9 % tal-istazzjonijiet ta' monitoraġġ u juru xejriet simili stabbli jew ta' tnaqqis bħal tal-ilmijiet tal-wiċċ.

(7)

Fl-Irlanda ta' Fuq, l-għadd ta' bhejjem naqas matul il-perjodu mill-2006 sal-2010 b'madwar 12,5 % għan-nagħaġ, 11,5 % għat-tjur u 4,7 % għall-ifrat u żdied b'9,8 % għall-ħnieżer. Il-biedja tal-Irlanda ta' Fuq tkompli tkun sistema li fil-biċċa l-kbira tagħha hija msejsa fuq il-ħaxix.

(8)

L-ammont ta' demel N prodott fl-azjendi agrikoli fl-Irlanda ta' Fuq matul il-perjodu mill-2006 sal-2010 naqas b'6,4 % filwaqt li r-rata ta' applikazzjoni tad-demel tal-bhejjem għal kull ettaru ta' art naqset b'4,7 %. Iż-żona agrikola disponibbli għall-applikazzjoni tad-demel naqset b'1,7 %. L-ifrat jiddominaw is-sors ewlieni tad-demel N fl-Irlanda ta' Fuq, segwiti min-nagħaġ, it-tjur u l-ħnieżer. It-tnaqqis tad-demel N globali huwa l-iktar minħabba t-tnaqqis fis-settur tal-ifrat u fi ħdan dak is-settur, l-ikbar motivazzjoni għall-bidla hija l-għadd imnaqqas ta' baqar taċ-ċanga u l-frieħ tagħhom.

(9)

Fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku msemmi fit-talba għall-estensjoni tad-deroga u l-miżuri li għalihom ir-Renju Unit għar-reġjun tal-Irlanda ta' Fuq ikkometta ruħu fil-programm ta' azzjoni għall-perjodu bejn Jannar 2011 u Diċembru 2014, jista' jiġi konkluż li l-kundizzjonijiet għall-kisba tad-deroga kif speċifikati fid-Direttiva 91/676/KEE, bħal staġuni twal ta' kultivazzjoni u wċuħ b'rata għolja ta' assorbiment tan-nitroġenu, għadhom qed jiġu ssodisfati, u li d-deroga ma tippreġudikax l-ilħuq tal-għanijiet ta' dik id-Direttiva.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li l-azjendi agrikoli fil-mergħat ikkonċernati jistgħu jibqgħu jibbenefikaw minn deroga, huwa xieraq li l-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/863/KE jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2014.

(11)

Madankollu, l-iskadenzi għar-rappurtar lill-Kummissjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/863/KE, għandhom jiġu adattati sabiex ikun issimplifikat il-piż amministrattiv billi jingħata permess lir-Renju Unit għar-reġjun tal-Irlanda ta' Fuq sabiex jistabbilixxi skadenza waħda għall-obbligi kollha ta' rappurtar.

(12)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/863/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Id-deroga mitluba mir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq permezz tal-ittra tal-10 ta' Awwissu 2007, u l-estensjoni mitluba permezz tal-ittra tat-23 ta' Settembru 2010, bil-għan li jiġi permess ammont ogħla ta' demel tal-bhejjem minn dak ipprovdut fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-Anness III għad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu, tingħata soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.”

2.

L-aħħar sentenza tal-Artikolu 8(1) tinbidel b'dan li ġej:

“Dawk il-mapep għandhom jitressqu lill-Kummisjoni sa mhux iktar tard minn Ġunju ta' kull sena.”

3.

L-Artikolu 11 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fil-kuntess tar-Regolament għall-Programm ta' Azzjoni għan-Nitrati (l-Irlanda ta' Fuq) 2010.

Tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 337, 21.12.2007, p. 122.