ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.049.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 49

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
24 ta' Frar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 167/2011 tal-21 ta’ Frar 2011 li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċertu tereflatat tal-politilene li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 168/2011 tat-23 ta' Frar 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 107/2010 fir-rigward tal-użu tal-addittiv Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 fl-għalf li fih l-ammonju tal-maduramiċina, is-sodju tal-monensina, in-narasina, jew l-idroklorur tar-robenidina ( 1 )

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 169/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-diklażuril bħala addittiv fl-għalf għall-farawni (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) ( 1 )

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2011 tat-23 ta' Frar 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 171/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase (EC 3.1.3.26) prodott mill-Aspergillus oryzae DSM 14223 bħala addittiv fl-għalf tat-tjur u tal-ispeċi porċina u li temenda r-Regolament (EC) Nru 255/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. z o.o) ( 1 )

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 172/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna minn qabel għall-ħżin privat tal-butir għall-2011

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2095/2005, (KE) Nru 1557/2006, (KE) Nru 1741/2006, (KE) Nru 1850/2006, (KE) Nru 1359/2007, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 436/2009, (KE) Nru 612/2009, (KE) Nru 1122/2009, (KE) Nru 1187/2009 u (UE) Nru 479/2010 fir-rigward tal-obbligi ta’ notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u l-iskemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 174/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri fir-rigward taż-Żimbabwe

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2011 tat-23 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

31

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2011/15/UE tat-23 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità ( 1 )

33

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/122/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Frar 2011 li tidderoga mir-regoli dwar l-oriġini stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti prodotti tas-sajd importati minn Saint Pierre u Miquelon (notifikata bid-dokument numru C(2011) 986)

37

 

 

2011/123/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 2011 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tas-sedaxane u l-Bacillus firmus I-1582 fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 989)  ( 1 )

40

 

 

2011/124/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 2011 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-etamezulfuronju fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 991)  ( 1 )

42

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-awtorità ta'Sorveljanza tal-EFTA Nru 305/09/COL tat-8 ta' Lulju 2009 dwar il-ftehim tal-bejgħ tal-elettriku li sar bejn il-muniċipalità ta' Notodden u Becromal Norway AS (In-Norveġja)

44

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2011 tas-17 ta’ Frar 2011 li jemenda l-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) ( ĠU L 44, 18.2.2011 )

52

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 144/2011 tas-17 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja ( ĠU L 44, 18.2.2011 )

53

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 167/2011

tal-21 ta’ Frar 2011

li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċertu tereflatat tal-politilene li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) u (6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Il-miżuri li hemm fis-seħħ huma dazju definittiv antidumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007 (2) fuq importazzjonijiet ta’ tereftalat tal-politilene li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea. Għall-kumpaniji b’rati ta’ dazju individwali, id-dazju fis-seħħ huwa żero. Id-dazju reżidwu huwa ta’ EUR 148,3 kull tunnellata.

2.   Talba għal reviżjoni

(2)

Tressqet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku mill-Kumitat tal-Plastiki Tereftalat tal-Politilene Ewropew (“ir-rikorrent”), li jirrappreżenta seba’ produtturi tal-Unjoni.

(3)

It-talba kienet limitata fl-ambitu tagħha għall-stħarriġ dwar id-dumping li kien jikkonċerna biss il-produttur esportatur KP Chemical Group, magħmul minn Honam Petrochemicals Corp. u KP Chemical Corp., (“KP Chemical Group”), u ċerti aspetti ta’ ħsara.

(4)

Ir-rikorrent ipprovda evidenza prima facie li turi li, safejn għandu x’jaqsam il-KP Chemical Group, it-tkomplija tal-impożizzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma għadhiex biżżejjed biex tagħmel tajjeb għall-ħsara attwali tad-dumping.

3.   Ftuħ ta’ reviżjoni interim parzjali

(5)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnedija ta’ reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), it-tnedija ta’ reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitata għall-eżami tad-dumping sa fejn jikkonċerna lill-KP Chemical Group.

4.   Prodott ikkonċernat u l-prodott simili

(6)

Il-prodott rivedut huwa t-terftalat tal-politilene bin-numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew aktar, skont l-Istandard ISO 1628-5, ikklassifikat taħt il-kodiċi NM 3907 60 20 u li joriġina fil-Korea t’Isfel (“il-prodott ikkonċernat”).

(7)

Il-prodott ikkonċernat, li huwa prodott u mibjugħ fis-suq domestiku Korean u dak esportat lejn l-Unjoni, għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi u għalhekk meqjus li hu simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

5.   Partijiet ikkonċernati

(8)

Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-produttur esportatur, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, lill-produtturi tal-Unjoni u lir-rikorrent bil-bidu tar-reviżjoni interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż tal-inizjazzjoni. Il-partijiet kollha interessati li talbu smigħ u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, ingħataw possibbiltà ta’ smigħ.

(9)

Il-Kummissjoni bagħtet il-kwestjonarji lill-produttur esportatur u lill-industrija tal-Unjoni u rċeviet it-tweġibiet qabel l-iskadenza stabbilita għal dak il-għan. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li hi meħtieġa. Il-Kummissjoni wettqet żjarat ta’ verifika fil-proprjetà tal-KP Chemical Corp., fil-Korea t’Isfel; ta’ Honam Petrochemicals Corp, fil-Korea t’Isfel; ta’ Novapet SA, fi Spanja; ta’ Equipolymers Srl, fl-Italja; ta’ UAB Orion Global PET (Indorama), fil-Litwanja; ta’ UAB Indorama Polymers Europe, fil-Litwanja; ta’ UAB Neo Group, fil-Litwanja; ta’ La Seda de Barcelona, S.A., fi Spanja u ta’ M&G Polimeri Italia SpA, fl-Italja.

6.   Perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni

(10)

L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni”).

B.   RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

Valur normali

(11)

Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet jekk il-bejgħ domestiku totali tal-prodott ikkonċernat magħmul minn KP Chemical Group kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-esportazzjoni totali tiegħu lejn l-Unjoni. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku hu kkunsidrat li jkun rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ikun mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni sabet li l-prodott ikkonċernat, li kien ikkunsidrat bħala prodott omoġenju u mhux maqsum f’tipi differenti ta’ prodotti, kien qed jinbiegħ fis-suq domestiku minn KP Chemical Group f’volumi ġeneralment rappreżentattivi.

(12)

Sar ukoll eżami dwar jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat fi kwantitajiet rappreżentattivi setax jitqies li sar waqt il-proċess normali tal-kummerċ, billi jkun stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ bi qligħ lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku. Minħabba li nstab li kien sar biżżejjed bejgħ waqt il-proċess kummerċjali normali, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali tal-bejgħ bi qligħ.

Prezz tal-esportazzjoni

(13)

Billi l-prodott ikkonċernat ġie esportat direttament lil klijent indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni effettivament imħallas jew dovut.

Paragun

(14)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(15)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fejn dehru raġonevoli, preċiżi u sostnuti b’evidenza, ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, tal-ġarr u tal-assigurazzjoni, għall-ispejjeż bankarji u għall-ispejjeż tal-imballaġġ u tal-kreditu.

Il-marġni tad-dumping

(16)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping ġie stabbilit abbażi tal-paragun tal-valur medju normali skont il-piż differenzjat mal-prezz medju differenzjat tal-esportazzjoni, kif imsemmi iktar ‘il fuq.

(17)

Il-marġni tad-dumping li jirriżulta huwa inqas minn 2 %, imfisser bħala perċentwali tal-prezz nett ħieles fil-fruntieri tal-Unjoni, mingħajr dazju mħallas, u għaldaqstant għandu jitqies bħala l-minimu konformi mal-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku.

C.   NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKOSTANZI

(18)

Bħar-reviżjoni interim ta’ qabilha, li r-riżultat tagħha kien ir-Regolament (KE) Nru 192/2007, din ir-reviżjoni interim uriet marġni ta’ dumping f’livell minimu għall-KP Chemical Group.

(19)

Ma kien hemm ebda indikazzjoni li dan il-marġni minimu ma kienx se jibqa’ kif inhu għal tul ta’ żmien, billi il-KP Chemical Group instab li jopera b’rata għolja ħafna tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità (kważi 100 %). Barra minn hekk, il-KP Chemical Group ma għandux pjanijiet li jżid il-kapaċità tal-produzzjoni fil-Korea t’Isfel. Tabilħaqq, il-KP Chemical Group akkwista pjanta ta’ produzzjoni fl-Unjoni u iżjed probabbli li jnaqqas l-esportazzjoni mil-Korea t’Isfel.

(20)

Għalhekk iċ-ċirkostanzi li taħthom ġie kkalkulat il-marġni tad-dumping f’dan l-istħarriġ jistgħu jitqiesu li se jibqgħu fit-tul.

D.   TMIEM IR-REVIŻJONI

(21)

Fid-dawl ta’ dawn is-sejbiet, ir-reviżjoni attwali għandha tintemm mingħajr ma jiġi emendat il-livell ta’ dazju applikabbli għall-KP Chemical Group. F’din is-sitwazzjoni, l-aspetti ta’ ħsara ma hemmx għalfejn jiġu indirizzati.

E.   ŻVELAR

(22)

Il-partijiet interessati tgħarrfu bil-fatti essenzjali u bil-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li tkun mitmuma r-reviżjoni interim attwali. Il-partijiet kollha ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Il-kummenti waslu għand l-industrija tal-Unjoni li, madankollu, ma kinux tali li jwasslu għal tibdil fil-konklużjonijiet ta’ hawn fuq.

F.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(23)

Din ir-reviżjoni għandha għalhekk tintemm mingħajr ebda emenda għar-Regolament (KE) Nru 192/2007,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċertu tereflatat tal-politilene li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, hija b’dan mitmuma mingħajr emendi għall-miżuri fis-seħħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 59, 27.2.2007 p. 1.

(3)  ĠU C 47, 25.2.2010, p. 24.


24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 168/2011

tat-23 ta' Frar 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 107/2010 fir-rigward tal-użu tal-addittiv Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 fl-għalf li fih l-ammonju tal-maduramiċina, is-sodju tal-monensina, in-narasina, jew l-idroklorur tar-robenidina

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' awtorizzazzjoni bħal din.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-possibbiltà ta' modifika fl-awtorizzazzjoni ta' addittiv tal-għalf fuq talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u skont opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità).

(3)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 kien awtorizzat għal 10 snin għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2010 (2).

(4)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni applika għal modifika tal-awtorizzazzjoni għall-Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 biex jiġi permess l-użu tiegħu f’għalf li jkun fih il-kokkidijostati li ġejjin, l-ammonju tal-maduramiċina, is-sodju tal-monesina, in-narasina, jew l-idroklorur tar-robenidina li jingħata lit-tiġieġ għat-tismin. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ressaq id-dejta rilevanti biex isostni t-talba tiegħu.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet, fl-opinjoni tagħha tas-7 ta' Ottubru 2010, li l-addittiv Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 hu kompatibbli mal-ammonju tal-maduramiċina, is-sodju tal-monesina, in-narasina, jew l-idroklorur tar-robenidina (3).

(6)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ntlaħqu.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 107/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Peramanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 107/2010 għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 36, 9.2.2010, p. 1.

(3)  Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(10):1863.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' prodott tal-għalf komplet b’kontenut ta' umdità ta' 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonarju: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4b1823

Kemin Europa N.V.

Bacillus subtilis ATCC PTA 6737

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv:

Preparazzjoni ta' Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 b’minimu ta' 1 × 1010 CFU/g ta' addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Spori tal-Bacillus subtilis ATCC PTA 6737

 

Metodi analitiċi  (1)

 

Enumerazzjoni: il-metodu spread plate bl-użu tat-tryptone soya agar bi trattament minn qabel ta' sħana tal-kampjuni tal-ikel.

 

Identifikazzjoni: metodu ta' elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE).

Tiġieġ għat-tismin

1 × 107

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, it-tul tal-ħżin u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Jista’ jintuża f’għalf li fih il-kokkidijostati permessi: diklażuril, dekokwinat, sodju tas-salinomaċina, narasina/nikarbażina, sodju tal-lasaloċid A, ammonju tal-maduramiċina, sodju tal-monesina, narasina, jew idroklorur tar-robenidina.

1.3.2020


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 169/2011

tat-23 ta’ Frar 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-diklażuril bħala addittiv fl-għalf għall-farawni (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tad-diklażuril. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għad-diklażuril bħala addittiv fl-għalf tal-farawni, li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “koċċidijostati u istomonostati”.

(4)

L-użu tad-diklażuril kien awtorizzat għal għaxar snin skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2) bħala addittiv fl-għalf għall-użu għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd sa 16-il ġimgħa u d-dundjani sa 12-il ġimgħa permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999 (3). L-użu għat-tiġieġ għat-tismin kien awtorizzat għal għaxar snin mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1118/2010 (4).

(5)

Ġiet ippreżentata dejta ġdida bħala sostenn għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tad-diklażuril għall-farawni. L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2010 (5) li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, id-diklażuril ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew l-ambjent u li l-użu tiegħu jikkontrolla l-koċċidijosi fil-farawni. Hija tqis li hemm ħtieġa għal rekwiżiti speċfiċi tal-monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq biex jiġi kkontrollat l-iżvilupp possibbli tar-reżistenzi batterjoloġiċi u/jew ir-reżistenzi tal-Eimeria spp. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tad-diklażuril turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jkun awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “koċċidjostatiċi u istomonostatiċi” hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 296, 17.11.1999, p. 3.

(4)  ĠU L 317, 3.12.2010, p. 5.

(5)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(10):1866.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Limiti Massimi ta’ Residwu (LMRs) fl-għalf rilevanti li joriġina mill-annimali

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Koċċidjostatiċi u istomonostatiċi

5 1 771

Janssen Pharmaceutica N.V.

Diklażuril 0,5 g/100 g

(Klinakoss 0,5 %)

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Diklażuril: 0,50 g/100 g.

Ikel magħmul minn estratt tas-soja nieqes mill-proteini:

99,25 g/100 g

Polividon K 30: 0,20 g/100 g

Idrossidu tas-sodju: 0,05 g/100 g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Diklażuril, C17H9Cl3N4O2,

(±)-4-klorofenil[2,6-dikloro4-

(2,3,4,5-tetraidro-3,5-diosso-1,2,4-triażin-2-il)fenil]aċetonitril,

Numru CAS: 101831-37-2

Impuritajiet relatati:

Kompost ta’ degradazzjoni (R064318): ≤ 0,1 %

Impuritajiet relatati oħra (T001434, R066891, R068610, R070156, R070016):

≤ 0.5 % individwalment

Impuritajiet totali: ≤ 1,5 %

 

Metodu analitiku 1  (1)

 

Għad-determinazzjoni ta’ diklażuril fl-għalf: kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja ta’ fażi invertita (HPLC) b’użu ta’ Detezzjoni ultravjola b’280 nm (ir-Regolament (KE) Nru 152/2009)

 

Għad-determinazzjoni ta’ diklażuril fit-tessuti tat-tjur tal-irziezet: L-HPLC flimkien ma’ spettrometru tal-massa (MS/MS) kwadrupolu triplu b’użu ta’ jone prekursur wieħed u żewġ joni ffurmati bħala prodott ta’ reazzjoni.

Farawni

1

1

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost f’forma ta’ taħlita minn qabel.

2.

Id-diklażuril ma għandux jitħallat ma’ koċċidijostati oħrajn.

3.

Għas-sigurtà: għandhom jintlibsu xi ħaġa għall-protezzjoni tan-nifs, nuċċali u ingwanti waqt l-immaniġġjar

4.

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jwettaq programm ta’ monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq dwar ir-reżistenza għall-batterji u l-Eimeria spp.

Is-16 ta’ Marzu 2021

1 500 μg ta’ diklażuril/kg ta’ fwied imxarrab

1 000 μg ta’ diklażuril/kg ta’ kilwa mxarrba

500 μg ta’ diklażuril/kg ta’ muskolu mxarrab

500 μg ta’ diklażuril/kg ta’ ġilda/xaħam imxarrab


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 170/2011

tat-23 ta' Frar 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes (miftuma) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 (detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid tal-additivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2)

(2)

Il-preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 kienet awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf mingħajr limitu ta' żmien għall-użu fuq il-ħnienes (miftuma) bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1200/2005 (3) għall-baqar u l-barrin għat-tismin [frat] bir-Regolament tal-Kummissjoni KE Nru 492/2006 (4). Wara, dan l-addittiv iddaħħal fir-Reġistru Komunitrju tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Il-preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 kienet awtorizzata wkoll skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 bħala addittiv tal-għalf għal 10 snin għall-użu fil-ħnieżer femminili, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 896/2009 (5) u għall-baqar tal-ħalib u ż-żwiemel bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2010 (6).

(4)

B’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, kienet ippreżentata applikazzjoni għall-valutazzoni mill-ġdid ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għal ħnienes (miftuma) li talbet li l-addittiv ikun ikklassifikat fil-kategorija tal-addittivi ‘addittiv żootekniku’. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-6 ta' Ottubru 2010 (7) li skont il-kondizzjonijiet tal-użu proposti, Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 mhux se jkollu effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li għandu l-potenzjal li jtejjeb il-prestazzjoni żooteknika tal-speċi fil-mira. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq m’hemmx bżonn ta' ħtiġijiet speċifiċi ta' monitoraġġ. Din ivverifikat rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat.

(7)

Bħala konsegwenza ta' awtorizzazzjoni ġdida li qiegħda tingħata permezz ta' dan ir-Regolament, l-entrata għal Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 fir-Regolament (KE) Nru 1200/2005 għandha titħassar.

(8)

Peress li l-modifiki fil-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mhumiex relatati ma' raġunijiet ta' sigurtà, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju biex jitneħħew il-ħażniet eżistenti tal-pretaħlitiet u l-għalf kompost li fihom din il-preparazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi ‘addittivi żootekniċi’ u mill-grupp funzjonali ‘stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana’, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1200/2005, l-entrata E 1710, addittiv: Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885, titħassar.

Artikolu 3

Pretaħlitiet u għalf kompost li fihom Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ittikkettjat skont id-Direttiva 70/524/KEE jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.

(4)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 6.

(5)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 6.

(6)  ĠU L 317, 3.12.2010, p. 9.

(7)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(10):1864.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet b'kontenut ta' meraq ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

4b1710

Prosol S.p.A

Saccharomyces cerevisiae

MUCL 39885

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preprazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 li fiha minimu ta' 1 × 109 CFU/g

 

Il-karatterizzazzjoni ta' sustanza attiva

Celloli vijabbli ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885

 

Metodi analitiċi (1)

 

L-enumerazzjoni: Il-metodu tat-tferrigħ li juża l-astratt agar tal-ħmira tal-glukożu klorafenikol

 

Identifikazzjoni Il-metodu tar-reazzjoni katina bil-polymerase (RKP)

Ħnienes (miftuma)

 

3 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista'jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għas-sikureza fit-trattament jintużaw ħġieġ u ingwanti.

3.

Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg

Is-16 ta' Marzu 2021


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 171/2011

tat-23 ta’ Frar 2011

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase (EC 3.1.3.26) prodott mill-Aspergillus oryzae DSM 14223 bħala addittiv fl-għalf tat-tjur u tal-ispeċi porċina u li temenda r-Regolament (EC) Nru 255/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. z o.o)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

6-phytase (EC 3.1.3.26) prodott mill-Aspergillus oryzae DSM 14223 kien awtorizzat skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf mingħajr limitu taż-żmien għat-tiġieġ tas-simna, tiġieġ tal-bajd, dundjani tas-simna, ħnienes, qżieqeż tas-simna u qżieqeż nisa, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005 (3). Dak l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dak l-addittiv għall-għalf kien awtorizzat ukoll skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għal għaxar snin għall-papri permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-użu ġdid għas-6-phytase EC 3.1.3.26 (Ronozyme) bħala addittiv fl-għalf (4).

(4)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tas-6-phytase (EC 3.1.3.26) prodott mill-Aspergillus oryzae DSM 14223 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, tiġieġ tal-bajd, dundjani tas-simna, ħnienes żgħar, qżieqeż tas-simna u qżieqeż nisa skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, għall-użu ġdid li ma kienx kopert qabel, fuq speċi tat-tjur u fuq speċi porċina, li titlob li dak l-addittiv ikun klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Tressqet dejta ġdida biex issostni l-applikazzjoni. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-6 ta’ Ottubru 2010 (5), li s-6-phytase (EC 3.1.3.26), prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 14223), ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tiegħu jista’ jtejjeb id-diġestibilità tal-fosforu. L-Awtorità tikkunsidra li ma hemmx bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tas-6-phytase (EC 3.1.3.26) prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 14223) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentament, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(7)

B’konsegwenza għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni ġdida permezz ta’ dan ir-Regolament, l-entrata tas-6-phytase (EC 3.1.3.26) prodott mill-Aspergillus oryzae DSM 14223 fir-Regolament (KE) Nru 255/2005 għandha titħassar.

(8)

Fl-interessi taċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 1500/2007 għandu jitħassar.

(9)

Billi l-modifikazzjonijiet fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mhumiex relatati ma’ raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju għar-rimi ta’ ħażniet eżistenti tat-taħlitiet ta’ qabel u tal-għalf kompost.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 255/2005, l-entrata EC No: 1614(i), addittiv: 6-phytase EC 3.1.3.26, għandha titħassar.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1500/2007 għandu jitħassar.

Artikolu 4

It-taħlitiet ta’ qabel u l-għalf kompost li fih is-6-phytase (EC 3.1.3.26) prodott mill-Aspergillus oryzae DSM 14223 li jkunu ittikkettjati skont id-Direttiva 70/524/KEE u r-Regolament (KE) Nru 255/2005 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm il-ħażniet eżistenti tagħhom jispiċċaw.

It-taħlitiet ta’ qabel u l-għalf kompost li fih is-6-phytase (EC 3.1.3.26) prodott mill-Aspergillus oryzae DSM 14223 li jkunu ittikkettjati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1831/2003 u (KE) Nru 1500/2007 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm il-ħażniet eżistenti tagħhom jispiċċaw.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 45, 16.2.2005, p. 3.

(4)  ĠU L 333, 19.12.2007, p. 54.

(5)  The EFSA Journal 2010; 8(10):1862.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, l-formula kemikali, deskrizzjoni, l-metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Il-kategorija tal-additivi żootekniċi. Grupp funzjonarju: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità

4a1641(i)

DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o.

6-phytase

EC 3.1.3.26

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tas-6-phytase prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 14223) li fiha attività minima ta’:

 

Għamla solida: 5 000  FYT/g (1)

 

Għamla likwida: 20 000  FYT/g

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

6-phytase prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 14223)

 

Metodu analitiku  (2)

Metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni tal-vanadomolybdate fuq il-fosfat inorganiku prodott bl-azzjoni tas-6-phytase fuq phytate li fih substrat (phytate tas-sodju) b’pH 5,5 u 37 °C, ikkwantifikat skont kurva standard minn fosfat inorganiku.

Tjur għat-tnissil u għall-bajd.

300 FYT

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet ta’ qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm tista’ ddum il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting

2.

Għall-użu f’g ħalf li fih aktar minn 0,23 % ta’ fosforu magħqud mal-phytin.

3.

Għas-sigurtà: Għandu jintlibes tagħmir għall-protezzjoni tan-nifs, nuċċali u ingwanti waqt l-immaniġjar.

Is-16 ta’ Marzu 2021

Tjur oħrajn

250 FYT

Qżieqeż għat-tnissil u speċi ta’ porċini żgħar għat-tnissil

750 FYT

Qżieqeż oħrajn u speċi ta’ porċini żgħar oħra

500 FYT


(1)  1 FYT huwa l-ammont ta’ enzima li jillibera 1 mikromol ta’ fosfat inorganiku kull minuta minn phytate tas-sodju f’pH 5,5 u temperatura ta’ 37 °C.

(2)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives.


24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 172/2011

tat-23 ta’ Frar 2011

li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna minn qabel għall-ħżin privat tal-butir għall-2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 43(a) u (d) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħżin privat tal-butir.

(2)

Żviluppi fil-prezzijiet u l-ħażniet tal-butir jindikaw żbilanċ fis-suq li jista' jiġi eliminat jew imnaqqas mill-ħżin staġjonali. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti tas-suq, huwa xieraq li tingħata għajnuna għall-ħżin privat tal-butir sa mill-1 ta’ Marzu 2011.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (2) stabbilixxa regoli komuni għall-implimentazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna għall-ħżin privat.

(4)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, se tingħata għajnuna stabbilita minn qabel skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet dettaljati kif ipprovduti fil-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 l-għajnuna għandha tiġi stabbilita fid-dawl tal-ispejjeż tal-ħżin u x-xejra mistennija fil-prezzijiet għall-butir frisk u l-butir mill-ħażniet.

(6)

Huwa xieraq li tkun stabbilita għajnuna għall-ispejjeż tad-dħul u l-ħruġ tal-prodotti kkonċernati u għall-ispejjeż ta’ kuljum għall-ħżin fil-friża u l-iffinanzjament.

(7)

Biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżura preżenti waqt li tkun ikkunsidrata l-prattika eżistenti fl-Istati Membri, l-għajnuna għandha tirrigwarda biss prodotti li tpoġġew kompletament fil-ħżin. Konsegwentement, għandha tiġi pprovduta deroga mill-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008.

(8)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u simplifikazzjoni amministrattivi, meta t-tagħrif meħtieġ dwar id-dettalji tal-ħżin ikun diġà inkluż fl-applikazzjoni għall-għajnuna, huwa xieraq li ma ssirx it-talba biex l-istess tagħrif ikun innotifikat wara li l-kuntratt ikun konkluż, kif ipprovdut fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008.

(9)

Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u effiċjenza loġistika, l-Istati Membri għandhom jitħallew ineħħu l-ħtieġa li kull unità maħżuna tkun immarkata bin-numru tal-kuntratt meta n-numru tal-kuntratti jkun iddaħħal fir-reġistru tal-ħażniet.

(10)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u simplifikazzjoni amministrattivi, u b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni partikolari tal-ħżin tal-butir, il-kontrolli kif ipprovduti fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandhom jitwettqu minn tal-anqas fuq nofs il-kuntratti. Konsegwentament, għandha tkun ipprovduta deroga minn dak l-Artikolu.

(11)

L-ammont ta’ għajnuna applikabbli għall-ħżin privat tal-butir għall-2010 ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 158/2010 (3) Peress li għandu jiġi stabbilit ammont ġdid għall-2011, dak ir-Regolament għandu jiġi mħassar għal raġunijiet ta’ ċarezza. Għall-istess raġunijiet, dan ir-Regolament għandu jiskadi fl-aħħar data stabbilita għat-tmiem tal-perjodu kontrattwali tal-ħażna.

(12)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jipprovdi għal għajnuna għall-ħżin privat tal-butir, kemm jekk mielaħ jew mingħajr melħ, kif imsemmi fl-Artikolu 28(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għal kuntratti konklużi mill-1 ta’ Marzu 2011 'l quddiem.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu japplika, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-unità tal-miżura tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 16(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 hija l-“lott tal-ħżin’ li tikkorrispondi mal-kwantità tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, li jiżnu tal-lanqas tunnellata u huma ta’ kompożizzjoni u kwalità omoġena, prodotti f'fabbrika waħda, maħżunin f'maħżen wieħed f'ġurnata waħda.

Artikolu 3

1.   B'deroga mill-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 l-applikazzjonijiet għandhom isiru biss għall-prodotti li tqiegħdu kompletament fil-ħżin.

2.   Ma għandux japplika l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008.

3.   L-Istati Membri jistgħu jneħħu r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 22(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 li jimmarkaw in-numru tal-kuntratt sakemm il-maniġer tal-maħżen ikun responsabbli li jiddaħħal in-numru tal-kuntratt fir-reġistru msemmi fil-punt III tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

4.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 36(6) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, fit-tmiem tal-perjodu tal-ħżin kuntrattwali, l-awtorità responsabbli għall-kontroll għandha, tul il-perjodu kollu tat-tneħħija mill-ħżin bejn Awwissu 2011 u Frar 2012, fir-rigward ta’ mill-anqas nofs l-għadd tal-kuntratti, tivverifika permezz ta’ kampjuni, il-piż u l-identifikazzjoni tal-butir maħżun.

Artikolu 4

1.   L-għajnuna għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun:

EUR 18,06 għal kull tunnellata ta’ ħżin għall-ispejjeż stabbiliti tal-ħżin,

EUR 0,35 għal kull tunnellata għal kull ġuranta ta’ ħżin kuntrattwali.

2.   Id-dħul fil-ħżin kuntrattwali għandu jsir bejn l-1 ta’ Marzu u l-15 ta’ Awwissu 2011. It-tneħħija mill-ħżin tista' ssir biss mis-16 ta’ Awwissu 2011 'l quddiem. Il-ħżin kuntrattwali għandu jispiċċa fil-jum ta’ qabel il-ġurnata li jitneħħa mill-ħżin jew mhux aktar tard mill-aħħar jum ta’ Frar tas-sena ta’ wara d-dħul fil-ħżin.

3.   L-għajnuna tista' tingħata biss meta l-perjodu kuntrattwali tal-ħżin huwa bejn 90 u 210 ġurnata.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull nhar ta’ Tlieta sa 12:00 nofsinhar (ħin ta’ Brussell) dwar il-kwantitajiet li għalihom ġew konklużi l-kuntratti kif meħtieġ skont l-Artikolu 35(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, kif ukoll il-kwantitajiet ta’ prodotti li għalihom intbagħtu applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 158/2010 huwa mħassar.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fid-29 ta’ Frar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 49, 26.2.2010, p. 14.


24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 173/2011

tat-23 ta’ Frar 2011

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2095/2005, (KE) Nru 1557/2006, (KE) Nru 1741/2006, (KE) Nru 1850/2006, (KE) Nru 1359/2007, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 436/2009, (KE) Nru 612/2009, (KE) Nru 1122/2009, (KE) Nru 1187/2009 u (UE) Nru 479/2010 fir-rigward tal-obbligi ta’ notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u l-iskemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 170, l-Artikolu 171(1) u l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(q) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (3) jistabbilixxi regoli komuni biex ikunu nnotifikati informazzjoni u dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli jkopru, b’mod partikolari, l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta’ informazzjoni li tkun għamlet disponibbli l-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess tal-awtoritajiet jew tal-individwi awtorizzati sabiex jibgħatu n-notifiki. Barra minn hekk, dak ir-Regolament jiffissa prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta’ informazzjoni sabiex jiggarantixxu l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibbiltà maż-żmien tad-dokumenti u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, l-obbligu li jintużaw is-sistemi ta’ informazzjoni skont dak ir-Regolament irid jiġi pprovdut fir-Regolamenti li jistabbilixxu obbligu ta’ notifika speċifiku.

(3)

Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta’ informazzjoni li tippermetti l-ġestjoni tad-dokumenti u tal-proċeduri b’mod elettroniku fil-proċeduri ta’ ħidma interni tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni.

(4)

Huwa kkunsidrat li diversi obbligi ta’ notifiki jistgħu jitwettqu permezz ta’ dik is-sistema skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, b’mod partikolari dawk ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2095/2005 [tal]-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-tabakk (4), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1557/2006 tat-18 ta’ Ottubru 2006 dwar il-modalitajiet tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-kuntratti u l-komunikazzjonijiet tad-data fis-settur tal-ħops (5), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 tal-24 ta’ Novembru 2006 li jistipula l-kundizzjonijiet li taħthom tingħata r-rifużjoni speċjali ta’ esportazzjoni fir-rigward ta’ laħam dissussat ta’ annimali tal-ifrat adulti maskili li jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali qabel l-esportazzjoni [traduzzjoni mhux uffiċjali] (6), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1850/2006 [tal]-14 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-ħops u l-prodotti tal-ħops (7), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali [tal]-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat [tal]-annimali bovini (8), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli [tal]-applikazzjoni għal-liċenzji [tal]-importazzjoni u [tal]-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (9), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 479/2008 f’dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (10), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (11), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 [tat-]30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (12), fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (13) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 479/2010 tal-1 ta’ Ġunju 2010 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (14).

(5)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni effiċjenti u filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza, in-notifiki għandhom jiġu simplifikati. B’mod partikolari, għandu jkun stabbilit li l-Istati Membri li jipproduċu t-tabakk u l-ħops rispettivament biss għandhom ikunu obbligati jibagħtu d-dejta mitluba taħt ir-Regolamenti (KE) Nru 2095/2005, (KE) Nru 1557/2006 u (KE) Nru 1850/2006. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-kontenut ta’ wħud min-notifiki għandu jiġi speċifikat f’dawk ir-Regolamenti.

(6)

L-informazzjoni li l-Istati Membri jridu jippreżentaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1)(b)(ii) u (iii) tar-Regolament (KE) Nru 436/2009, għandha tintbagħat lill-Eurostat. Għal raġunijiet ta’ koerenza u ta’ amministrazzjoni tajba, in-notifiki kkonċernati għandhom isiru b’mezzi elettroniċi lill-punt ta’ dħul waħdieni għad-dejta fl-Eurostat, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat).

(7)

Ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għandha tkun koerenti mal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja tal-ewro fis-settur agrikolu u jemenda ċerti regolamenti (15).

(8)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2095/2005, (KE) Nru 1557/2006, (KE) Nru 1741/2006, (KE) Nru 1850/2006, (KE) Nru 1359/2007, (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 436/2009, (KE) Nru 612/2009, (KE) Nru 1122/2009, (KE) Nru 1187/2009 u (UE) Nru 479/2010 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti u tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2095/2005 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 1

1.   Għal kull ħsad, l-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad, l-informazzjoni li ġejja mogħtija bħala total u, ħlief għall-punt (a), maqsuma skont il-gruppi tal-varjetajiet tat-tabakk mhux maħdum imsemmija fil-paragrafu 3:

(a)

in-numru tal-impriżi tal-ewwel ipproċessar;

(b)

in-numru tal-bdiewa;

(c)

l-erja f’ettari;

(d)

il-kwantità kkonsenjata f’tunnellati;

(e)

il-prezz medju, esklużi t-taxxi u imposti (levies) oħrajn, imħallas lill-bdiewa;

(f)

il-ħażniet f’tunnellati fi tmiem Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad ikkonċernata, miżmuma mill-ewwel proċessur.

Il-prezz imsemmi fil-punt (e) għandu jkun espress f’EUR għal kull kg, billi tintuża, jekk ikun meħtieġ, l-iktar rata tal-kambju reċenti ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad.

2.   Għal kull ħsad, l-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Lulju tas-sena tal-ħsad li tkun għaddejja, l-informazzjoni li ġejja mogħtija bħala total u maqsuma skont il-gruppi tal-varjetajiet tat-tabakk mhux maħdum imsemmija fil-paragrafu 3:

(a)

l-erja stmata f’ettari;

(b)

il-produzzjoni stmata f’tunnellati.

3.   Il-gruppi tal-varjetajiet tat-tabakk mhux maħdum huma:

(a)   Grupp I: Imqadded bi sħana artifiċjali (flue-cured): tabakk imnixxef fil-fran b’ċirkulazzjoni tal-arja, b’temperatura u b’umdità kkontrollati, b’mod partikolari tat-tip Virginia;

(b)   Grupp II: Ċar imqadded bl-arja (light air-cured): tabakk imnixxef fl-arja mgħotti, ma jitħallhiex jiffermenta, b’mod partikolari tat-tipi Burley u Maryland;

(c)   Grupp III: Skur imqadded bl-arja (dark air-cured): tabakk imnixxef fl-arja mgħotti, jitħalla jiffermenta b’mod naturali qabel ma jiġi kkummerċjalizzat, b’mod partikolari tat-tipi Badischer Geudertheimer, Burley Iffermentat, Havana, Mocny Skroniowski, Nostrano del Brenta u Pulawski.

(d)   Grupp IV: Imqadded bin-nar (fire-cured): tabakk imnixxef bin-nar, b’mod partikolari tat-tipi Kentucky u Salento;

(e)   Grupp V: Imqadded fix-xemx (sun-cured): tabakk imnixxef fix-xemx, imsejjaħ ukoll ‘Varjetajiet Orjentali’, b’mod partikolari tat-tipi Basmas, Katerini u Kaba-Koulak.

4.   L-Istati Membri li kabbru inqas minn 3 000 ettaru fis-sena tal-ħsad preċedenti jistgħu jinnotifikaw biss l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 u fil-punt (a) tal-paragrafu 2 u mogħtija biss bħala total mingħajr ma tkun maqsuma skont il-gruppi tal-varjetajiet tat-tabakk mhux maħdum.

5.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*).

(*)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

2.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw irwieħhom li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jipprovduhom bl-informazzjoni mitluba fil-limiti ta’ żmien rilevanti.”

3.

L-Annessi IA, IB, II u III huma mħassra.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1557/2006 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 5 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 5

1.   Għal kull ħsad, l-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ April tas-sena ta’ wara l-ħsad tal-ħops ikkonċernat, l-informazzjoni li ġejja mogħtija bħala total u, ħlief għall-punti (a) u (g), maqsuma skont żewġ gruppi ta’ varjetajiet ta’ ħops (morri u aromatiċi):

(a)

in-numru tal-bdiewa li qed ikabbru l-ħops;

(b)

l-erja maħsuda u l-erja li tkun għadha kemm inżergħet fis-sena tal-ħsad (f’ettari);

(c)

il-kwantità f’tunnellati u l-prezz medju hekk kif il-ħops jitlaq mill-azjenda agrikola tal-ħops mibjugħ skont kuntratti konklużi bil-quddiem;

(d)

il-kwantità f’tunnellati u l-prezz medju hekk kif il-ħops jitlaq mill-azjenda agrikola tal-ħops mibjugħ skont kuntratti oħrajn jew mingħajr kuntratti;

(e)

il-kwantità ta’ ħops f’tunnellati li baqgħet mhux mibjugħa;

(f)

il-produzzjoni tal-aċidu alfa f’tunnellati u l-kontenut medju ta’ aċidu alfa (f’perċentwali);

(g)

il-kwantità ta’ ħops f’tunnellati koperta minn kuntratti konklużi bil-quddiem għall-ħsad li jmiss;

Il-prezzijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) għandhom ikunu espressi f’EUR għal kull kg, billi tintuża, jekk ikun meħtieġ, l-iktar rata tal-kambju reċenti ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad.

2.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (**).

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw irwieħhom li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jipprovduhom bl-informazzjoni mitluba fil-limiti ta’ żmien rilevanti.

(**)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

2.

L-Anness huwa mħassar.

Artikolu 3

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1741/2006 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 13

Notifika lill-Kummissjoni

1.   Kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ laħam dissussat tal-annimali tal-ifrat adulti maskili li jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali qabel l-esportazzjoni skont dan ir-Regolament, fejn dawk il-kwantitajiet jiġu maqsuma skont il-kodiċi bi 12-il figura tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 3846/87.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mhux ikar tard mit-tieni xahar ta’ wara x-xahar meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni tad-dħul fil-maħżen.

2.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (***).

Artikolu 4

L-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1850/2006 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 23

Notifika lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri produtturi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena:

(a)

lista taż-żoni ta’ produzzjoni tal-ħops;

(b)

lista taċ-ċentri ta’ ċertifikazzjoni u l-kodiċi għal kull ċentru;

(c)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni kompetenti.

2.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (****).

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 1359/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għas-superviżjoni u għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni kif ikun xieraq. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex is-sostituzzjoni tal-prodotti inkwistjoni tkun impossibbli, b’mod partikolari billi tiġi identifikata kull biċċa laħam. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fil-kundizzjonijiet għas-superviżjoni.”

2.

Fl-Artikolu 10, il-frażi tal-bidu hija sostitwita mit-test li ġej:

“Għal ċertifikati,kif inhu pprovdut fl-Artikolu 5(1), approvati mill-awtoritajiet kompetenti kull tliet xhur u li jkopru qatgħat dissussati prodotti minn irbiegħ ta’ wara, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dan li ġej mhux iktar tard minn tmiem it-tieni xahar ta’ wara kull tliet xhur:”

3.

L-Artikolu 10a li ġej huwa inserit:

“Artikolu 10a

In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*****).

(*****)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 382/2008 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 6 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sas-6 p.m. (ħin ta’ Brussell) f’kull jum tax-xogħol, il-kwantità totali tal-prodotti li għalihom ikunu tressqu applikazzjonijiet;

(b)

mhux iktar tard minn tmiem ix-xahar ta’ wara x-xahar li fih tressqu l-applikazzjonijiet, lista tal-applikanti.”

2.

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 6 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sas-6 p.m. (ħin ta’ Brussell) f’kull jum tax-xogħol, il-kwantità totali tal-prodotti li għalihom ikunu tressqu applikazzjonijiet;

(b)

mhux iktar tard minn tmiem ix-xahar ta’ wara x-xahar li fih tressqu l-applikazzjonijiet, lista tal-applikanti.”

3.

L-Artikolu 16 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 16

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan li ġej:

(a)

sal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa:

(i)

l-applikazzjonijiet għal-liċenzji bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni mressqa skont l-Artikolu 10(1) jew il-fatt li mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ dik il-ġimgħa ma tressqet l-ebda applikazzjoni;

(ii)

l-applikazzjonijiet għal-liċenzji mressqa skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 jew il-fatt li mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ dik il-ġimgħa ma tressqet l-ebda applikazzjoni;

(iii)

il-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-liċenżji skont l-Artikolu 12(6) ta’ dan ir-Regolament jew il-fatt li mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ dik il-ġimgħa ma nħarġet l-ebda liċenzja;

(iv)

il-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-liċenżji fir-rigward tal-applikazzjonijiet imressqa skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, fejn tiġi indikata d-data meta tressqet l-applikazzjoni u l-pajjiż tad-destinazzjoni, mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta’ dik il-ġimgħa;

(v)

il-kwantitajiet li għalihom ġew irtirati l-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 12(5) ta’ dan ir-Regolament, matul dik il-ġimgħa, fejn tiġi indikata d-data meta tressqet l-applikazzjoni;

(b)

sal-14-il jum ta’ kull xahar għax-xahar preċedenti:

(i)

l-applikazzjonijiet għal-liċenzji kif imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008;

(ii)

il-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-liċenzji skont l-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 u li ma ntużawx.

2.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw:

(a)

il-kwantità skont il-piż tal-prodott jew skont in-numru ta’ rjus għal kull kategorija msemmija fl-Artikolu 10(5);

(b)

it-tqassim tal-kwantitajiet skont id-destinazzjoni għal kull kategorija.”

4.

L-Artikolu 16a li ġej huwa inserit:

“Artikolu 16a

In-notifiki msemmija f’dan il-Kapitolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (******).

(******)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

5.

L-Anness VIII huwa mħassar.

Artikolu 7

Ir-Regolament (KE) Nru 436/2009 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“1.   Biex il-kwantitajiet ta’ prodotti oħrajn għajr l-inbid jiġu kkonvertiti f’ettolitri ta’ nbid, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw koeffiċjenti li jistgħu jvarjaw skont kriterji oġġettivi differenti li jinfluwenzaw il-konverżjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-koeffiċjenti lill-Kummissjoni flimkien mas-sommarju pprovdut fl-Artikolu 19(1).”

2.

L-intestatura tal-Kapitolu III tat-Titolu II hija sostitwita mit-test li ġej:

“KAPITOLU III

In-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri

3.

Fl-Artikolu 19(3), il-frażi tal-bidu tal-ewwel subparagrafu hija sostitwita mit-test li ġej:

“Sabiex ikunu stabbiliti t-tendenzi fil-prezzijiet, l-Istati Membri li l-produzzjoni tal-inbid tagħhom matul l-aħħar ħames snin kienet medjament ta’ iktar minn 5 % tal-produzzjoni totali tal-inbid tal-Unjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dan li ġej fir-rigward tal-inbejjed imsemmija fil-punt 1 tal-Anness XIb għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*******):

(*******)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.”"

4.

L-Artikolu 49 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 49

Notifika

1.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità jew tal-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan it-titolu;

(b)

fejn ikun xieraq, l-isem u l-indirizz ta’ kwalunkwe korp li ngħata s-setgħa minn awtorità kompetenti għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan it-titolu.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika wkoll lill-Kummissjoni:

(a)

kwalunkwe bidla sussegwenti li tikkonċerna l-awtoritajiet u l-korpi kompetenti msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-miżuri li jkunu ħadu sabiex jimplimentaw dan it-titolu, fejn dawk il-miżuri jkunu ta’ valur speċifiku għall-finijiet tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, kif jissemma fir-Regolament (KE) Nru 555/2008.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkompila u żżomm aġġornata lista li jkun fiha l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi u tal-awtoritajiet kompetenti bbażata fuq l-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista fuq l-Internet.”

5.

L-Artikolu 50 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 50

Notifika

1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw irwieħhom li se jkunu jistgħu josservaw l-iskadenzi għan-notifiki stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni rreġistrata skont dan ir-Regolament għal mill-inqas il-ħames snin tal-inbid ta’ wara s-sena tal-inbid li matulha tkun ġiet irreġistrata.

3.   In-notifiki mitluba f’dan ir-Regolament ma għandhomx jippreġudikaw l-obbligi tal-Istati Membri stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 357/79 dwar stħarriġ statistiku ta’ inħawi tad-dwieli.

4.   In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (********).

Madankollu, in-notifiki msemmija fl-Artikolu 19(1)(b)(ii) u (iii) għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri f’format elettroniku lil jew għandhom jittellgħu b’mezzi elettroniċi fil-punt ta’ dħul waħdieni għad-dejta fl-Eurostat, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat).

(********)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

Artikolu 8

L-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“Artikolu 50

Notifika lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mingħajr dewmien, il-każijiet fejn ikun japplika l-Artikolu 27(1). Sussegwentement, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membru l-oħra;

(b)

mhux iktar tard minn tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar meta jkunu ġew aċċettati d-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni, għal kull kodiċi ta’ 12-il-figura, il-kwantitajiet tal-prodotti esportati li mhumiex koperti b’liċenzji tal-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni għall-każijiet imsemmija fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), fl-Artikolu 6 u fl-Artikolu 42. Il-kodiċijiet għandhom ikunu ggruppati skont is-settur.

2.   In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*********).

Artikolu 9

Fl-Artikolu 84 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, il-paragrafu 6 li ġej huwa miżjud:

“6.   In-notifiki msemmija fl-Artikolu 40(2) u fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (**********).

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“1.   Il-liċenzji tal-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni, għandhom jinħarġu fil-ħames jum tax-xogħol ta’ wara l-jum meta jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, sakemm il-kwantitajiet li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għal liċenzji jkunu ġew notifikati skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 479/2010 (***********) u li l-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jkunux ġew adottati.

(***********)  ĠU L 135, 2.6.2010, p. 26.”"

2.

Fl-Artikolu 24(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit mit-test li ġej:

“L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr bil-bidla fl-importatur innominat u l-Kummissjoni għandha tinnotifika l-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti.”

3.

L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“1.   Mhux aktar tard mill-ħames jum tax-xogħol ta’ wara l-iskadenza tal-perjodu biex jitressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, għal kull waħda miż-żewġ partijiet tal-kwota u għal kull kodiċi tal-prodotti tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, il-kwantitajiet koperti b’applikazzjonijiet għal-liċenzji jew, fejn ikun applikabbli, li ma tkun tressqet l-ebda applikazzjoni.

Qabel in-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 27(2) u fl-Artikolu 28(1) u (2) ġew issodisfati.”

(b)

Fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit mit-test li ġej:

“Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni tirriżulta fi kwantità għal kull applikant ta’ inqas minn 20 tunnellata, l-applikanti jistgħu jirtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom. F’każijiet bħal dawn, huma għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata minnufih. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, fi żmien tmint ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni, il-kwantitajiet maqsuma skont il-kodiċijiet tal-prodotti tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, li għalihom ikunu ġew irtirati l-applikazzjonijiet u li għalihom tkun ġiet rilaxxata l-garanzija.”

4.

L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“1.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu fuq it-talba tal-operatur, mhux qabel l-1 ta’ Ġunju u mhux akar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara. Huma għandhom jinħarġu biss lill-operaturi li l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tagħhom kienu nnotifikati skont l-Artikolu 31(1).

Jekk jinstab li l-informazzjoni pprovduta minn operatur li nħarġitlu liċenzja ma tkunx korretta, il-liċenzja għandha tiġi kkanċellata u l-garanzija għandha tintilef min-naħa tal-operatur.

Sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Frar, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, għaż-żewġ partijiet tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1), il-kwantitajiet li għalihom ma tkun inħarġet l-ebda liċenzja, maqsuma skont il-kodiċi tal-prodotti tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni.”

(b)

Il-paragrafu 5 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“5.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, għaż-żewġ partijiet tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1) u, fir-rigward tal-perjodu ta’ 12-il xahar preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 28(1), il-kwantitajiet li ġejjin, maqsuma skont il-kodiċi tal-prodotti tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni:

il-kwantità li għaliha jkunu ġew allokati l-liċenzji,

il-kwantità li għaliha jkunu nħarġu l-liċenzji,

il-kwantità esportata.”

5.

Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 2 huwa sostitwit mit-test li ġej:

“2.   In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (************).

(************)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

6.

L-Anness IV, V u VI huma mħassra.

Artikolu 11

Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 479/2010, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   B’deroga mill-Artikolu 8, in-notifiki msemmija f’dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*************).

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(3)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 335, 21.12.2005, p. 6.

(5)  ĠU L 288, 19.10.2006, p. 18.

(6)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 7.

(7)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 72.

(8)  ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21.

(9)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.

(10)  ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15.

(11)  ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.

(12)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.

(13)  ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.

(14)  ĠU L 135, 2.6.2010, p. 26.

(15)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52.


24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 174/2011

tat-23 ta’ Frar 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari fl-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tas-15 ta' Frar 2011 (2) dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe tidentifika l-persuni legali u fiżiċi li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif provduti fl-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni, u r-Regolament (KE) Nru 314/2004 idaħħal fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sal-punt li l-azzjoni fil-livell ta' Unjoni tkun meħtieġa. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu, għalhekk, jiġi emendat sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dik id-Deċiżjoni tal-Kunsill,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 qiegħed jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Direttur – Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p.1.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2011, p 6.


ANNESS

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

1.

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jitħassru mill-parti “I. Persuni fiżiċi”

“6.

Bonyongwe, Willa (magħrufa wkoll bħala Willia)

10.

Chairuka, Annie Flora Imagine

13.

Charamba, Rudo Grace

14.

Charumbira, Fortune Zefanaya

20.

Chihuri, Isobel (magħrufa wkoll bħala Isabel) Halima

27.

Chingoka, Peter Farai

33.

Chitepo, Victoria

40.

Damasane, Abigail

43.

Dokora, Lazarus

45.

Gambe, Theophilus

46.

Georgias, Aguy

49.

Gono, Helen (magħrufa bħala Hellin) Mushanyuri

50.

Gula-Ndebele, Sobuza

57.

Buka (magħruf ukoll bħala Changara), Thomsen

59.

Kangai, Kumbirai

63.

Kaukonde, Ray Joseph

69.

Kuruneri, Christopher Tichaona

73.

Lesabe, Thenjiwe V.

77.

Made, Patricia A.

83.

Malinga, Joshua

88.

Masawi, Ephrahim Sango

96.

Matshalaga, Obert

97.

Matshiya, Melusi (Mike)

126.

Mugabe, Sabina

128.

Muguti, Edwin

143.

Mutinhiri, Tracey

151.

Ndlovu, Naison K.

152.

Ndlovu, Richard

160.

Nyathi, George

164.

Parirenyatwa, Choice

167.

Patel, Khantibhal

168.

Pote, Selina M.

180.

Sekeremayi (magħruf ukoll bħala Sekeramayi), Tsitsi Chihuri

193.

Stamps, Timothy

197.

Udenge, Samuel”

2.

L-annotazzjonijiet għall-persuni msemmija hawn taħt fil-parti ‘I. Persuni fiżiċi’ għandha tinbidel mal-lista kif tidher hawn taħt:

Isem

Funzjoni/Raġuni għaliex inkluż fil-lista; Dejta ta' identifikazzjoni

Data tal-għażla msemmija fl-Artikolu 7(2):

1.

Mugabe, Robert Gabriel

President, imwieled fil-21.2.1924, Passaport AD001095

Kap tal-Gvern u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2002

8.

Buka (a.k.a. Bhuka), Flora

L-Uffiċċju tal-President (eks-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Speċjali responsabbli għall-Programmi tal-Art u r-Ristabbiliment, Eks-Ministru tal-Istat fl-uffiċċju tal-Viċi-President u eks-Ministru tal-Istat għar-Riforma Agrarja fl-Uffiċċju tal-President), imwielda fil-25.02.1968.

Eks-Membru tal-Gvern u involuta f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

11.

Chapfika, David

Eks-Deputat Ministru għall-Agrikoltura (eks-Deputat Ministru għall-Finanzi), imwieled fis-7.4.1957.

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2004

12.

Charamba, George

Segretarju Permanenti, id-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-4.4.1963, Passaport AD002226.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2002

17.

Chigwedere, Aeneas Soko

Gvernatur tal-Provinċja Mashonaland East, ex-Ministru, imwieled fil-25.11.1939.

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

18.

Chihota, Phineas

Deputat Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

16.6.2005

21.

Chimbudzi, Alice

Membru tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF).

Membru tal-potitburo b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.

16.6.2005

23.

Chimutengwende, Chenhamo Chekezha

Eks-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Pubbliċi u Interattivi (eks-Ministru tal-Informazzjoni, eks-Ministru tal-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet), imwieled fit-28.8.1943.

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

16.6.2005

25.

Chinamasa, Patrick Anthony

Ministru tal-Ġustizzja, l-Affarijiet Legali u Parlamentari, imwieled fil-25.1.1947.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2002

38.

Chombo, Ignatius Morgan Chininya

Ministru għall-Gvern Lokali, Xogħlijiet Pubbliċi u Żvilupp Urban, mwieled fl-1.8.1952.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2002

51.

Gumbo, Rugare Eleck Ngidi

Eks-Ministru għall-Agrikoltura (Eks-Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku), imwieled fit-8.3.1940.

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

62.

Kasukuwere, Saviour

Deputat Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ u l-Ħolqien tal-Impjiegi u Deputat Segretarju tal-Polituro ta' ZANU-PF inkarigat mill-Affarijiet taż-Żgħażagħ, imwieled fit-23.10.1970.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

72.

Langa, Andrew

Deputat Ministru tal-Ambjent u t-Turiżmu (eks-Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet). Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2004

76.

Made, Joseph Mtakwese

Ministru tal-Istat għall-Inġinerija Agrikola u l-Mekkanizzazzjoni (Eks-Ministru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali), imwieled fil-21.11.1954.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2002

78.

Madzongwe, Edna (magħruf ukoll bħala Edina)

President tas-Senat ta' ZANU-PF, mwielda fil-11.7.1943.

Membru tal-potitburo b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.

25.7.2002

84.

Maluleke, Titus

Gvernatur tal-Provinċja Masvingo (ex-Viċi Ministru tal-Edukazzjoni, l-Isport u l-Kultura).

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

18.4.2007

85.

Mangwana, Paul Munyaradzi

Ministru tal-Istat għall-Indiġenizzazzjoni u l-Awtorizzazzjoni, imwieled fl-10.8.1961.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

87.

Marumahoko, Reuben

Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin (eks-Deputat Ministru għall-Affarijiet Interni), imwieled fl-4.4.1948.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

14.9.2002

94.

Matiza, Joel Biggie

Deputat Ministru ta' l-Abitazzjoni Rurali u l-Amenitajiet Soċjali, imwieled fis-17.8.1960

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

16.6.2005

95.

Matonga, Brighton

Deputat Ministru għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-1969.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

16.6.2005

98.

Mavhaire, Dzikamai

Membru tal-Kumitat tal-Politburo ta' ZANU-PF.

Membru tal-potitburo b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.

6.3.2007

99.

Mbiriri, Partson

Segretarju Permanenti, Ministru tal-Gvern Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Iżvilupp Urban.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

2.8.2005

102.

Midzi, Amos Bernard (Mugenva)

Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri (eks-Ministru għall-Enerġija u l-Iżvilupp tal-Enerġija), imwieled fl-4.7.1952.

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

14.9.2002

103.

Mnangagwa, Emmerson Dambudzo

Ministru tal-Abitazzjoni Rurali u l-Amenitajiet Soċjali (eks-Spiker Parlamentari), imwieled fil-15.9.1946.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2002

104.

Mohadi, Kembo Campbell Dugishi

Ministru tal-Affarijiet Interni (eks-Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u Djar għall-Poplu), imwieled fil-15.11.1949.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

112.

Mpofu, Obert Moses

Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali (eks-Gvernatur Provinċjali tal-Matabeleland tan-Nofsinhar) (Deputat Segretarju tal-Polituro taż-ZANU-PF inkarigat mis-Sigurtà Nazzjonali), imwieled fit-12.10.1951

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

117.

Muchena, Olivia Nyembesi (magħrufa wkoll bħala Nyembezi)

Ministru tal-Istat għax-Xjenza u t-Teknoloġija fl-Uffiċċju tal-President (ex-Minsitru tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Viċi-President Msika), imwielda fit-18.8.1946.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

118.

Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange

Segretarju tal-Politburo ta' ZANU-PF), inkarigata mill-Ġeneru u l-Kultura (Eks-Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, il-Ġeneru u l-Iżvilupp Komunitarju ( imwielda fl-14.12.1958.

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

121.

Mudenge, Isack Stanilaus Gorerazvo

Ministru għall-Edukazzjoni Terzjarja Ogħla (eks-Ministru għall-Affarijiet Barranin), imwieled fis-17.12.1941.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2002

124.

Mugabe, Grace

Imwielda fit-23.7.1965, Passaport AD001159.

Mart il-Kap tal-Gvern u involuta f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-Istat tad-dritt.

25.7.2002

129.

Mujuru, Joyce Teurai Ropa

Viċi-President (eks-Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma u l-Iżvilupp Infrastrutturali), imwielda fis-15.4.1955.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

130.

Mujuru, Solomon T.R.

Membru tal-Kumitat Għoli tal-Politburo ta' ZANU-PF, imwieled fl-1.5.1949.

Membru tal-potitburo b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.

25.7.2002

133.

Mumbengegwi, Samuel Creighton eks Ministru tal-Finanzi.

Eks-Ministru tal-Finanzi. Eks-Ministru tal-Istat għall-Indiġenizzazzjoni u l-Awtorizzazzjoni, imwieled fit-23.10.1942

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

134.

Mumbengegwi, Simbarashe Simbanenduku

Ministru tal-Affarijiet Barranin, imwieled fl-20.7.1945, Passaport: AD001086.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

16.6.2005

137.

Mushohwe, Christopher Chindoti

Gvernatur tal-Provinċja ta' Manicaland Gvernatur tal-Provinċja: Manicaland (Eks Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet, eks-Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet), imwieled fis-6.2.1954.

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

138.

Mutasa, Didymus Noel Edwin

Ministru tal-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali, ir-Riforma tal-Artijiet u r-Riokkupazzjoni fl-Uffiċċju tal-President, ZANU-PF, Segretarju għall-Amministrazzjoni, imwieled fis-27.7.1935.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

141.

Mutezo, Munacho

Eks Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma u l-Iżvilupp Infrastrutturali.

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

16.6.2005

142.

Mutinhiri, Ambros (a.k.a. Ambrose)

Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, id-Differenzi bejn is-Sessi u l-Ħolqien tal-Impjiegi, Bigadier Irtirat.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2004

144.

Mutiwekuziva, Kenneth Kaparadza

Eks Deputat Ministru għall-Iżvilupp tal-Impriżi ta' Daqs Żgħir u Medju u l-Ħolqien tal-Impjiegi, imwieled fis-27.5.1948.

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

14.9.2002

146.

Muzenda, Tsitsi V.

Membru tal-Kumitat Għoli tal-Politburo ta' ZANU-PF, imwieled fl-28.10.1922.

Membru tal-potitburo b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.

25.7.2002

148.

Mzembi, Walter

Deputat Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma u l-Iżvilupp Infrastrutturali, imwieled fis-16.3.1964.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

18.4.2007

150.

Ncube, Abedinico

Deputat Ministru għas-Servizz Pubbliku, ix-Xogħol u l-Għajnuna Soċjali (eks-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin), imwieled fit-13.10.1954.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

153.

Ndlovu, Sikhanyiso

Eks Ministru għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità (Eks-Deputat Ministru għall-Edukazzjoni Ogħla u Terzjarja), imwieled fl-20.9.1949.

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

154.

Nguni, Sylvester

Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku (Eks-Deputat Ministru għall-Agrikoltura), imwieled fl-4.8.1955.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

16.6.2005

155.

Nhema, Francis

Ministru għall-Ambjent u t-Turiżmu, imwieled fis-7.4.1959.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

157.

Nkomo, John Landa

Eks Speaker tal-Parlament (eks-Ministru għall-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), president nazzjonali ta’ ZANU-PF, imwieled fit-22.8.1934.

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2002

158.

Nyambuya, Michael Reuben

Iks-Ministru għall-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija (eks-Logutenent Ġenerali, Gvernatur tal-Provinċja tal-Manicaland) imwieled fit-23.7.1955.

Eks-Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2004

159.

Nyanhongo, Magadzire Hubert

Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

16.6.2005

163.

Nyoni, Sithembiso Gile Glad

Ministru għall-Iżvilupp tal-Impriżi ta' Daqs Żgħir u Medju u l-Ħolqien tal-Impjiegi, imwieled fl-20.9.1949.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

165.

Parirenyatwa, David Pagwese

Ministru tas-Saħħa u l-Kura tat-Tfal (ex-Viċi Ministru), imwieled fit-2.8.1950.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

174.

Sakabuya, Morris

Deputat Ministru għall-Gvern Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Iżvilupp Urban.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

16.6.2005

175.

Sakupwanya, Stanley

Deputat Segretarju tal-Politburo ta' ZANU (PF), inkarigat mis-Saħħa u s-Saħħa tat-Tfal.

Membru tal-potitburo b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.

25.7.2002

177.

Sandi, E.

Deputat Segretarja tal-Politburo ta' ZANU (PF), inkarigata mill-affarijiet tan-Nisa.

Membru tal-potitburo b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.

16.6.2005

178.

Savanhu, Tendai

Viċi Segretarju taż-ZANU-PF, għat-Trasport u l-Assistenza Soċjali, imwieled fil-21.3.1968.

Membru tal-potitburo b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.

16.6.2005

179.

Sekeramayi, Sydney (a.k.a. Sidney) Tigere

Ministru tad-Difiża, imwieled fit-30.3.1944.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2002

182.

Shamu, Webster Kotiwani

Ministru tal-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika (ex-Ministru tal-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fis-6.6.1945.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2004

183.

Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa

Segretarju tal-Politburo taż-ZANU-PF għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fid-29.9.1928.

Membru tal-potitburo b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.

25.7.2002

185.

Shumba, Isaiah Masvayamwando

Deputat Ministru tal-Edukazzjoni, l-Isport u l-Kultura, imwieled fit-3.1.1949.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.7.2002

189.

Sibanda, Misheck Julius Mpande

Segretarju tal-Kabinett (suċċessur għal Charles Utete), imwieled fit-3.5.1949.

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

21.2.2004

192.

Sikosana, Absolom

Segretarju tal-Politburo ta' ZANU-PF inkarigat mill-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

Membru tal-potitburo b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.

25.7.2002

200.

Zhuwao, Patrick

Viċi Ministru għax-Xjenza u t-Teknoloġija (NB in-neputi ta' Mugabe).

Membru tal-Gvern u involut f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

16.6.2005


24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 175/2011

tat-23 ta’ Frar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

122,2

MA

69,6

TN

117,7

TR

113,4

ZZ

105,7

0707 00 05

MK

140,7

TR

176,9

ZZ

158,8

0709 90 70

MA

41,5

TR

116,8

ZZ

79,2

0805 10 20

EG

55,8

IL

59,1

MA

56,9

TN

51,7

TR

69,9

ZZ

58,7

0805 20 10

IL

159,0

MA

91,6

US

107,8

ZZ

119,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

70,2

EG

51,1

IL

115,9

JM

74,2

MA

111,8

PK

34,8

TR

64,5

ZZ

74,6

0805 50 10

EG

68,7

MA

52,1

TR

49,1

ZZ

56,6

0808 10 80

CA

91,7

CM

53,6

CN

84,0

MK

50,2

US

124,3

ZZ

80,8

0808 20 50

AR

178,5

CL

98,0

CN

50,3

US

117,6

ZA

94,9

ZZ

107,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/33


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2011/15/UE

tat-23 ta’ Frar 2011

li temenda d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Riżoluzzjoni MSC.150(77) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (International Maritime Organisation - IMO) ġiet revokata u sostitwita bir-Riżoluzzjoni tal-IMO MSC.286(86) b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009. Għaldaqstant l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/59/KE li jirreferi għar-Riżoluzzjoni tal-IMO revokata għandu jiġi aġġornat skont dan.

(2)

Ir-rekwiżiti tal-ġarr li jikkonċernaw is-Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatika (Automatic Identification Systems - AIS) u r-Reġistraturi tad-Dejta dwar il-Vjaġġ (Voyage Data Recorders - VDR) għandhom jiġu aġġornati f’konformità mal-modifiki tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (Safety of Life at Sea - SOLAS) u għandhom iqisu l-iżvilupp ta’ VDRs simplifikati, kif approvati mill-IMO. L-ambitu tal-eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tal-ġarr għal bastimenti tal-passiġġieri żgħar fuq distanzi qosra għandu wkoll ikun ippreċiżat aħjar u adattat għal vjaġġi bħal dawn.

(3)

Wara inċident fuq il-baħar, il-poteri tal-intervent tal-Istati Membri għandhom ikunu aktar espliċiti. B’mod partikolari, għandu jkun stipulat b’mod ċar li jistgħu jagħtu istruzzjonijiet lill-kumpaniji tal-assistenza, tas-salvataġġ jew tal-irmunkar sabiex jevitaw theddida serja u imminenti għall-kosta tagħhom jew għal interessi relatati, lis-sigurtà ta’ bastimenti oħra u l-ekwipaġġi u l-passiġġieri tagħhom jew lil persuni fuq l-art jew biex jipproteġu l-ambjent marittimu.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2002/59/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 12(1), il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

għas-sustanzi msemmija fl-Anness I għall-Konvenzjoni MARPOL, id-dokument tad-dejta dwar is-sigurtà bil-karatteristiċi fiżiko-kimiċi tal-prodotti, inkluż il-viskożità tagħhom, fejn japplika, espressa f’cSt mal-50 °C u d-densità tagħhom mal-15 °C u d-dejta l-oħra li qiegħda fid-dokument tad-dejta dwar is-sigurtà skont ir-Riżoluzzjoni tal-IMO MSC.286(86).”;

(2)

L-Anness II jinbidel bl-Anness I għal din id-Direttiva;

(3)

L-Anness IV jinbidel bl-Anness II għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ tagħha, mingħajr preġudizzju għad-data tat-traspożizzjoni stipulata fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) safejn huma kkonċernati l-bastimenti tas-sajd. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. Fil-waqt li l-Istati Membri jadottawhom, dawk id-dispożizzjonijiet għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

(2)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 101.


ANNESS I

“ANNESS II

Ir-rekwiżiti applikabbli għall-apparat abbord

I.   BASTIMENTI TAS-SAJD

Bastimenti tas-sajd li t-tul totali tagħhom huwa ta' aktar minn 15-il metru għandhom jiġu mgħammra b'sistema ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS) kif stipulat fl-Artikolu 6a skont l-iskeda taż-żmien kif ġej:

bastimenti tas-sajd li t-tul totali tagħhom huwa ta' 24 metru jew aktar iżda inqas minn 45 metru: mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2012.

bastimenti tas-sajd li t-tul totali tagħhom huwa 18-il metru jew aktar iżda inqas minn 24 metru: mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2013.

bastimenti tas-sajd li t-tul totali tagħhom huwa aktar minn 15-il metru iżda inqas minn 18-il metru: mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2014.

Bastimenti tas-sajd ġodda li t-tul totali tagħhom huwa aktar minn 15-il metru huma soġġetti għar-rekwiżiti tal-ġarr stipulati fl-Artikolu 6a sa mit-30 ta' Novembru 2010

II.   BASTIMENTI LI JWETTQU VJAĠĠI INTERNAZZJONALI

Il-bastimenti tal-passiġġieri, irrispettivament mid-daqs, u l-bastimenti kollha, għajr mill-bastimenti tal-passiġġieri, tat-tunnellaġġ gross ta' 300 jew aktar li jwettqu vjaġġi internazzjonali, u li jidħlu f'port ta' Stat Membru għandhom jiġu mgħammra b'sistema ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS) f'konformità mal-istandards tekniċi u ta' prestazzjoni stipulati fil-Kapitlu V tas-SOLAS. Il-bastimenti tal-passiġġieri, irrispettivament mid-daqs, u l-bastimenti kollha, għajr mill-bastimenti tal-passiġġieri, tat-tunnellaġġ gross ta' 3 000 jew aktar li jwettqu vjaġġi internazzjonali, u li jidħlu f'port ta' Stat Membru għandhom jiġu mgħammra b'reġistratur tad-dejta dwar il-vjaġġ (VDR) f'konformità mal-istandards tekniċi u ta' prestazzjoni stipulati fil-Kapitlu V tas-SOLAS. Fil-każ tal-bastimenti tal-merkanzija mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002 il-VDR jista' jkun reġistratur tad-dejta dwar il-vjaġġ simplifikat (S-VDR), li għandu jkun konformi mal-istandards tekniċi u ta' prestazzjoni żviluppati skont il-Kapitlu V tas-SOLAS.

III.   BASTIMENTI LI JWETTQU VJAĠĠI MHUX INTERNAZZJONALI

1.   Is-Sistemi tal-Identifikazzjoni Awtomatika (AIS)

Il-bastimenti tal-passiġġieri, irrispettivament mid-daqs, u l-bastimenti l-oħrajn kollha tat-tunnellaġġ gross ta' 300 jew aktar li jwettqu vjaġġi mhux internazzjonali għandhom jiġu mgħammra b'sistema ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS) f'konformità mal-istandards tekniċi u ta' prestazzjoni stipulati fil-Kapitlu V tas-SOLAS.

2.   Is-sistemi tar-Reġistraturi tad-Dejta dwar il-Vjaġġ (VDR)

(a)

Il-bastimenti tal-passiġġieri, irrispettivament mid-daqs, u l-bastimenti għajr il-bastimenti tal-passiġġieri tat-tunnellaġġ gross ta' 3 000 jew aktar u mibnija fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara li jwettqu vjaġġi mhux internazzjonali għandhom jiġu mgħammra b'reġistratur tad-dejta dwar il-vjaġġ (VDR) li jkun konformi mal-istandards tekniċi u ta' prestazzjoni żviluppati skont il-Kapitlu V tas-SOLAS.

(b)

Bastimenti tal-merkanzija tat-tunnellaġġ gross ta' 3 000 jew aktar u mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002 li jwettqu vjaġġ mhux internazzjonali għandhom jiġu mgħammra b'reġistratur tad-dejta dwar il-vjaġġ (VDR) jew b'reġistratur tad-dejta dwar il-vjaġġ simplifikat (S-VDR) li jkun konformi mal-istandards tekniċi u ta' prestazzjoni żviluppati skont il-Kapitlu V tas-SOLAS.

IV.   EŻENZJONIJIET

1.   Eżenzjonijiet mir-rekwiżit li jinġarr AIS abbord

(a)

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw bastimenti tal-passiġġieri tat-tul ta' anqas minn 15-il metru jew tat-tunnellaġġ gross taħt it-300 li jwettqu vjaġġi mhux internazzjonali mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-AIS stipulati f'dan l-Anness.

(b)

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-bastimenti, għajr il-bastimenti tal-passiġġieri, tat-tunnellaġġ gross ta' 300 u aktar iżda taħt it-tunnellaġġ gross ta' 500 li jbaħħru esklussivament ġewwa l-ilmijiet interni ta' Stat Membru u barra r-rotot li normalment jintużaw minn bastimenti oħra mgħammra b'AIS, mir-rekwiżiti tal-ġarr għal AIS stipulati f'dan l-Anness.

2.   Eżenzjonijiet mir-rekwiżit li jinġarr VDR jew S-VDR abbord

L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mir-rekwiżit li jiġu mgħammra b'VDR jew S-VDR kif ġejjin:

(a)

Il-bastimenti tal-passiġġieri biss fuq vjaġġi f'żoni tal-ibħra għajr dawk koperti mill-Klassi A, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jistgħu jkunu eżenti mir-rekwiżit jiġu mgħammra b'VDR,

(b)

Bastimenti, għajr il-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro, mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002 jistgħu jkunu eżentati mir-rekwiżit jiġu mgħammra b'VDR fejn ikunu jistgħu juru li interfacing b'VDR mat-tagħmir eżistenti fuq il-bastiment mhix raġonelvoli jew prattika,

(c)

Bastimenti tal-merkanzija mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002, li jwettqu vjaġġi internazzjonali jew mhux internazzjonali, jistgħu jkunu eżentati mir-rikwiżit li jiġu mgħammra b'S-VDR fil-każ li t-tali bastimenti għandhom jitneħħew mis-servizz fuq bażi permanenti fis-sentejn wara d-data tal-implimentazzjoni speċifikata fil-Kapitlu V tas-SOLAS.


(1)  ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1.”


ANNESS II

“ANNESS IV

Il-miżuri disponbbli għall-Istati Membri fil-każ ta’ theddida għas-sigurtà marittima u l-protezzjoni tal-ambjent

(skont l-Artikolu 19(1))

Fejn, wara inċident jew ċirkostanza tat-tip deskritta fl-Artikolu 17 li tolqot bastiment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat tqis, fil-qafas tal-liġi internazzjonali, li jkun meħtieġ li tiġi evitata, imnaqqsa jew imneħħija theddida serja u imminenti għall-kosta tiegħu u għal interessi rrelatati, is-sigurtà tal-bastimenti l-oħra u l-ekwipaġġi tagħhom u l-passiġġieri jew il-persuni fuq ix-xatt jew biex jiġi protett l-ambjent tal-baħar, dik l-awtorità tista’, b’mod partikolari:

(a)

tillimita l-moviment tal-bastiment jew tmexxih biex isegwi rotta speċifika. Dan ir-rekwiżit ma jaffettwax ir-responsabbiltà tal-kaptan għall-imaniġġjar sikur tal-bastiment tiegħu;

(b)

tagħti avviż uffiċjali lill-kaptan tal-bastiment biex iwaqqaf it-theddida għall-ambjent jew għas-sigurtà marittima;

(c)

tibgħat tim ta’ valutazzjoni abbord il-bastiment biex jistma l-grad tar-riskju, jgħin lill-kaptan biex jirrimedja s-sitwazzjoni u żżomm l-istazzjon kostali kompetenti infurmat b’dan;

(d)

tordna lill-kaptan biex jidħol f’post ta’ kenn fil-każ ta’ periklu imminenti, jew iġġiegħel li l-bastiment jiġi ppilotat jew irmunkat.

Fil-każ li bastiment li jiġi rmunkat bis-saħħa ta’ ftehim ta’ rmonk jew ta’ salvataġġ, il-miżuri li jittieħdu mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru taħt il-punti (a) u (d) jistgħu wkoll jiġu indirizzati lill-kumpaniji involuti tal-assistenza, tas-salvataġġ u tal-irmonk.”


DEĊIŻJONIJIET

24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Frar 2011

li tidderoga mir-regoli dwar l-oriġini stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti prodotti tas-sajd importati minn Saint Pierre u Miquelon

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 986)

(2011/122/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (‘Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija’) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tal-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ ‘prodotti oriġinanti’ u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva Skont l-Artikolu 37 tagħha, meta jkun ġustifikat mill-iżvilupp ta’ industriji eżistenti jew il-ħolqien ta’ industriji ġodda f’pajjiż jew territorju, jistgħu jiġu adottati derogi minn dawk ir-regoli dwar l-oriġini.

(2)

Fid-19 ta’ Ottubru 2010, Saint Pierre u Miquelon applikat għal deroga ġdida mir-regoli dwar l-oriġini definiti fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE għal perjodu ta’ tmien snin. Fit-12 ta’ Novembru Saint Pierre u Miquelon ipprovdiet tagħrif addizzjonali. It-talba tkopri kwantità totali annwali ta’ 225 tunnellata awwisti (Homarus americanus) li jaqgħu taħt l-intestaturi tas-SA 0306 u 1605, 600 tunnellata kavalli u aringi (Scomber scombrus, Clupea harengus) li jaqgħu taħt l-intestaturi tas-SA 0303, 0304, 0305 u 1604 u 250 tunnellata molluski (Mytilus edulis) li jaqgħu taħt l-intestaturi 0307 u 1605 u li joriġinaw minn pajjiżi terzi u li huma pproċessati f’Saint Pierre u Miquelon biex jiġu esportati lejn l-Unjoni.

(3)

Saint Pierre u Miquelon ibbażat it-talba tagħha fuq l-insuffiċjenza persistenti ta’ sorsi ta’ forniment ta’ ħut ieħor.

(4)

Din id-deroga hija ġġustifikata taħt l-Artikolu 37(1) u (5)(a) u (b) tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-iżvilupp ta’ industrija lokali eżistenti, l-impatt ekonomiku u soċjali u l-qagħda partikolari ta’ Saint-Pierre u Miquelon. Ġaladarba d-deroga qed tingħata għal prodotti li jinvolvu pproċessar reali, sejra tgħin fl-iżvilupp ta’ industrija eżistenti. Id-deroga hija essenzjali għas-suċċess tal-impjant ikkonċernat, li jimpjega ammont sinifikanti ta’ persunal. Għalhekk il-produzzjoni attwali għandha tiġi ssupplimentata bi speċijiet ġodda.

(5)

Bla ħsara għall-konformità ma’ ċertu kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kwantitajiet, sorveljanza u dewmien, id-deroga ma għandhiex twassal għal dannu serju lil xi industrija stabbilita tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru wieħed jew ta’ diversi Stati Membri.

(6)

Mill-iskema ġenerali tal-Artikolu 37 jirriżulta li deroga mir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE ma tistax tingħata għal prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura tas-SA 0303. Fil-fatt, dawn il-prodotti ma jikkontribwixxux għall-iżvilupp ta’ industrija eżistenti, minħabba li huma s-suġġett ta’ ħidmiet ta’ kondizzjonament, li ma għandhomx il-karattru ta’ attivitajiet tassew industrijali.

(7)

Barra minn dan, id-deroga ma għandhiex tingħata għal qatgħat mingħajr xewk (fillets) friski jew iffriżati ta’ kavalli u aringi tal-intestatura tal-SA 0304 minħabba li l-operazzjonijiet ta’ qtugħ li huma konnessi magħhom huma kkaratterizzati minn livelli dejjem ogħla ta’ mekkanizzazzjoni. Jirriżulta li l-użu ta’ ħaddiema f’operazzjonijiet ta’ qtugħ huwa insinifikanti wisq biex ikollu impatt fuq il-livell ta’ okkupazzjoni. Għaldaqstant l-ipproċessar ta’ dawk il-prodotti mhuwiex se jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-industrija eżistenti u deroga fir-rigward tagħhom ma tkunx ġustifikata.

(8)

Rigward il-kavalli u l-aringi tal-intestaturi tas-SA 0305 u 1604, id-deroga għandha tkopri biss kavalli u aringi affumikati u pproċessati. Il-kwantità annwali mitluba ta’ 600 tunnellata għandha tingħata għal dawn il-prodotti sabiex l-industrija lokali tkun tista’ tgawdi b’mod sħiħ minn fornitura regolari u ta’ kwalità ta’ materja prima u sabiex ikun hemm attività supplementari matul l-istaġun baxx u b’hekk ikun hemm ekonomija ta’ skala għall-industrija lokali.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji. Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti, dawk ir-regoli għandhom ikunu applikati mutatis mutandis għall-ġestjoni tal-kwantitajiet li għalihom tiġi mogħtija d-deroga kkonċernata.

(10)

Minħabba li d-Deċiżjoni 2001/822/KE tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013, jenħtieġ li jiġi previst li d-deroga tkompli tapplika wara l-31 ta’ Diċembru 2013, jekk tiġi adottata deċiżjoni dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea, jew jekk tiġi estiża d-Deċiżjoni 2001/822/KE.

(11)

Il-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’deroga mill-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, il-prodotti tas-sajd ipproċessati f’Saint Pierre u Miquelon li huma elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitqiesu li joriġinaw f’Saint Pierre u Miquelon meta jinkisbu minn ħut mhux oriġinanti, skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga li hemm dispożizzjoni dwarha fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti tas-sajd u għall-kwantitajiet annwali li jinsabu fl-Anness, li jkunu importati fl-Unjoni minn Saint Pierre u Miquelon bejn l-1 ta’ Frar 2011 u l-31 ta’ Jannar 2019.

Artikolu 3

L-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jirrigwardaw il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji japplikaw mutatis mutandis għall-ġestjoni tal-kwantitajiet imsemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-awtoritajiet tad-dwana ta’ Saint Pierre u Miquelon għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex iwettqu kontrolli kwantitattivi fuq esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Għal dak il-għan, kull ċertifikat li jinħareġ bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun fih referenza għaliha.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Saint Pierre u Miquelon għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, kull tliet xhur, dikjarazzjoni dwar il-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati ta’ ċirkolazzjoni EUR 1 bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Il-Kaxxa 7 taċ-ċertifikati EUR 1 li jinħarġu skont din id-Deċiżjoni għandu jkun fihom waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin:

‘Derogation – Decision 2011/122/EU’;

‘Dérogation – Décision 2011/122/UE’.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2011 sal-31 ta’ Jannar 2019.

Madankollu, jekk tiġi adottata sistema ġdida preferenzjali li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2001/822/KE lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2013, jew jekk is-sistema preżenti tiġi estiża, din id-Deċiżjoni għandha tibqa’ tapplika sad-data li fiha tiskadi s-sistema l-ġdida jew is-sistema preżenti estiża, imma, f’kull każ, sa mhux aktar tard mit-31 ta’ Jannar 2019.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

PRODOTTI TAS-SAJD IPPROĊESSATI F’SAINT PIERRE U MIQUELON

Nru tas-Serje

Kodiċi SA

Deskizzjoni tal-prodotti

Perjodu

Kwantità totali annwali

(tunnellati)

09.1623

ex 0306 12

ex 1605 30

Awwisti ffriżati (Homarus americanus), sħaħ, imsajra.

Awwisti ffriżati (Homarus americanus), f’biċċiet, imsajra u friski.

Laħam tal-awwista ffriżat (Homarus americanus), imsajjar jew frisk.

Ikliet lesti ta’ laħam tal-awwista (Homarus americanus), inklużi ikliet lesti għall-konsum

1.2.2011 sa 31.1.2019

225

09.1624

ex 0305 42

ex 0305 49

ex 1604 12

ex 1604 15

ex 1604 20

Qatgħat mingħajr xewk (fillets) affumikati tal-aringi (Clupea harengus) jew tal-kavalli (Scomber scombrus)

Qatgħat mingħajr xewk (fillets) ippreparati jew ippreservati tal-aringi (Clupea harengus) jew tal-kavalli (Scomber scombrus)

1.2.2011 sa 31.1.2019

600

09.1625

ex 0307 39

ex 1605 90

Mussels iffriżati (Mytilus edulis), imsajra, kemm jekk fil-qoxra jew le.

Mussels ippreparati jew ippreservati (Mytilus edulis), ikliet li jkun fihom il-mussels (Mytilus edulis), iklużi ikliet lesti għall-konsum.

1.2.2011 sa 31.1.2019

250


24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Frar 2011

li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tas-sedaxane u l-Bacillus firmus I-1582 fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 989)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/123/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista tal-Unjoni Ewropea ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2)

Id-dossier għas-sustanza attiva sedaxane tressaq minn Syngenta Crop Protection AG lill-awtoritajiet ta’ Franza fit-18 ta’ Ġunju 2010 bl-applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Id-dossier għas-sustanza attiva Bacillus firmus I-1582 tressaq minn Bayer CropScience SAS lill-awtoritajiet ta’ Franza fid-29 ta’ Settembru 2010 bl-applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(4)

L-awtoritajiet Franċiżi indikaw lill-Kummissjoni li, skont analiżi preliminari, il-fajls għas-sustanzi attivi kkonċernati jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossiers imressqa jidhru li jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanzi attivi kkonċernati. Sussegwentement, f'konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossiers intbagħtu mill-applikanti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u ġew riferuti lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(5)

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fil-livell tal-Unjoni Ewropea li d-dossiers jitqiesu li jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II u, li għal tal-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih waħda mis-sustanzi attivi kkonċernati, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-miżuri stipulati fdin id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dossiers li jikkonċernaw is-sustanzi attivi li ġew identifikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li kienu tressqu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dawn is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

Id-dossiers jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, billi jitqiesu l-użi proposti.

Artikolu 2

Kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2012 l-Istat Membru relatur għandu jkompli għaddej bl-analiżi dettaljata tad-dossiers imsemmijin fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-analiżi li jkun għamel flimkien ma’ kull rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kull kundizzjoni għal dik l-inklużjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.


ANNESS

IS-SUSTANZI ATTIVI MILQUTA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

Isem Komuni, Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data tal-applikazzjoni

Stat Membru Relatur

Sedaxane

Nru CIPAC: 833

Syngenta Crop Protection AG

18 ta’ Ġunju 2010

FR

Bacillus firmus I-1582

Nru CIPAC: ma japplikax

Bayer CropScience SAS

29 ta’ Settembru 2010

FR


24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Frar 2011

li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżami dettaljat bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-etamezulfuronju fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 991)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/124/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq (1) ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista tal-Unjoni Ewropea ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2)

Tressaq dossier għas-sustanza attiva, l-etamezulfuronju, minn DuPont de Nemours GmbH lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fid-29 ta’ Ġunju 2010 bl-applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, wara eżami preliminari, id-dossier għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossier li tressaq jidher ukoll li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier intbagħat sussegwentement mill-applikant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u ġie riferut lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(4)

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b'mod formali fil-livell tal-Unjoni Ewropea li d-dossier jitqies li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dossier dwar is-sustanza attiva identifikata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li kien intbagħat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-għan li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

Id-dossier jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed ta’ protezzjoni għall-pjanti li fih is-sustanza attiva, filwaqt li jitqiesu l-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istat Membru rapporteur għandu jkompli għaddej bl-eżami dettaljat tad-dossier imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-eżami li jkun għamel flimkien ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjoni għal dik l-inklużjoni kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.


ANNESS

SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

L-Isem Komuni, in-Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

L-applikant

Data ta' applikazzjoni

Stat Membru Rapporteur

Etamezulfuronju

Nru CIPAC: 834

DuPont de Nemours GmbH

fid-29 ta' Ġunju 2010

Renju Unit


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/44


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA'SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 305/09/COL

tat-8 ta' Lulju 2009

dwar il-ftehim tal-bejgħ tal-elettriku li sar bejn il-muniċipalità ta' Notodden u Becromal Norway AS

(In-Norveġja)

L-AWTORITÀ TAS- SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), u partikolarment l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 1(3) tat-Taqsima I u l-Artikoli 4(2), 4(4) u 7(2) tat-Taqsima II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (4),

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet, (5) u wara li tqiesu l-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   Il-proċedura

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru. 718/07/COL biex tinbeda l-proċedura ta' investigazzjoni formali li ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu (6). L-Awtorità stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom. L-Awtorità ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet interessati. Permezz ta' ittra bid-data tal-4 ta' Frar 2008 (Ġrajja Nru 463572), l-awtoritajiet Norveġiżi sottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ.

Permezz tal-ittra bid-data tal-21 ta' Mejju 2008, ir-benefiċjarju tal-għajnuna, il-kumpanija Becromal Norway AS, talbet li ssir laqgħa bejnha u bejn l-Awtorità. Il-laqgħa saret fl-istabbiliment tal-Awtorità fil-11 ta' Ġunju 2008. Matul il-laqgħa, ir-rappreżentanti ta' Becromal semmew, inter alia, ftehim addizzjonali bejn il-Muniċipalità ta' Notodden u Becromal, relatat mal-użu, min-naħa tal-muniċipalità, ta' dranaġġ mill-impjant għall-produzzjoni tal-elettriku, operat minn Becromal (Ġrajja nru 482695).

2.   Deskrizzjoni tal-miżura li ġiet investigata

Notodden hija muniċipalità fil-Kontea ta' Telemark fix-Xlokk tan-Norverġja. Peress li tinsab f'post fejn l-ilma ta' żewġ xmajjar titferragħ fl-għadira Heddalsvatnet, il-muniċipalità tiddisponi minn riżorsi sinifikanti biex tipproduċi l-elettriku mill-ilma.

B'din il-kapaċità, il-muniċipalità hija intitolata li tirċievi kull sena, ċertu ammont ta' hekk imssejjaħ “elettriku ta' konċessjoni” mill-konċessjonarji li jisfruttaw il-kaskati. Is-sistema dwar l-elettriku ta' konċessjoni hija stipulata fis-Sezzjoni 2(12) tal-Att għall-Linċenzji Industrijali u s-Sezzjoni 12(15) tal-Att dwar ir-Regolament dwar il-Kaskati (7) Skont dawn id-dispożizzjonjiet, li fihom l-istess kliem, il-kontei u l-muniċipalitajiet li fihom hemm impjant li jipproduċi l-elettriku huma intitolati li jirċievu sa għaxra fil-mija tal-elettriku li l-impjant jipproduċi kull sena, bi prezz imfassal mill-Istat. Fir-rigward tal-konċessjonijiet li ngħataw qabel l-1959, bħall-konċessjoni f'dan il-każ partikolari, il-prezz huwa bbażat fuq hekk imsejħin “spejjeż individwali” tal-impjant, sakemm prezz irħas ma jkunx ġie miftiehem minn qabel (8) Għalhekk normalment, il-prezz tal-elettriku ta' konċessjoni se jkun irħas mill-prezz fis-suq.

Deċiżjoni dwar kull intitolament għall-elettriku ta' konċessjoni min-naħa ta' kwalunkwe muniċipalità se tittieħed fuq il-bażi “tal-ħtiġijiet ġenerali tagħha għall-provvista tal-elettriku”. Skont id-Direttorat Norveġiż għar-Riżorsi tal-Ilma u l-Enerġija, din tinkludi l-provvista tal-elettriku għall-industrija, għall-agrikoltura u għad-djar, iżda mhux il-produzzjoni tal-elettriku għal industriji li jikkonsmaw l-elettriku b'mod intensiv u l-produzzjoni tal-elettriku mill-injam. (9) Sa mill-1988 l-munċipalità ta' Notodden kienet intitolata għal madwar 3,9 GWh mill-kaskata Sagafoss li tinsab f'Notodden, u milli jidher żdied għal 7114 GWh fl-2002 (10)

Barra mill-volumi ta' elettriku ta' konċessjoni li l-muniċipalità kienet intitolata għalihom taħt ir-regolamenti dwar l-elettriku ta' konċessjoni, milli jidher il-muniċipalità ta' Notedden kellha drittijiet ta' użu proprji tagħha fir-rigward tal-kaskata Sagafos f'Notodden. Dan id-dritt ta' użu ġie sfruttat minn Tinfos AS u mhux mill-muniċipalità fiha nnifisha. Bħala kumpens, il-muniċipalità kienet intitolata għal volumi addizzjonali tal-elettriku mill-impjant. Ir-relazzjoni kummerċjali bejn Notodden u Tinfos hija attwalment irregolata minn kuntratt li sar bejniethom fil-15 ta' Awwissu 2001 (11) Dan il-kuntratt jistipula li, sal-31 ta' Marzu 2006, il-muniċipalità kienet intitolata li tixtri 30 GWh fis-sena, ċifra li tinkludi 3,9 GWh ta' elettriku ta' konċessjoni, minn Tinfos AS. Il-prezz tfassal għal 13,5 øre/kWh fir-rigward tal-elettriku ta' konċessjoni u tal-volum addizzjonali lkoll. Wara l-31 ta' Marzu 2006, il-muniċipalità kienet intitolata biss li tixtri l-volum li jikkostitwixxi l-elettriku ta' konċessjoni, u l-prezzijiet li bihom tixtri l-muniċipalità ilhom japplikaw minn dik id-data.

Il-bażi legali rilevanti fir-rigward tad-dritt tal-muniċipalità għal elettriku ta' konċessjoni, imsemmija hawn fuq, tiddikkjara b'mod espressiv li l-muniċipalitajiet jistgħu jiddisponu mill-elettriku ta' konċessjoni kif jidrilhom huma, irrispettivament mill-fatt li l-ammont li huma intitolati għalih huwa kkalkolat fuq il-bażi “tal-ħtiġijiet ġenerali tagħhom għall-provvista tal-elettriku”. Għalhekk, ma hemm xejn li jwaqqaf il-munċipalitajiet milli jbigħu dan l-elettriku lill-industriji li jikkonsmaw l-elettriku b'mod intensiv, jew kwalunkwe industrija oħra, stabbilità fil-muniċipalità.

Fuq dan l-isfond, fl-10 ta' Mejju 2002, il-muniċipalità daħħlet fi ftehim (12) mal-produttur tal-fojl tal-aluminju Becromal li jittratta l-bejgħ mill-ġdid ta' volumi tal-elettriku li l-muniċipalità kienet intitolata għalihom taħt il-ftehim ma' Tinfos. Il-ftehim għandha effett retroattiv u, għalhekk, jirregola wkoll il-volumi tal-elettriku li nbigħu lil Becromal mill-14 ta' Mejju 2001 sad-data li fiha ġie ffirmat il-kuntratt. Il-volumi koperti jidhru li jikkorrispondu mal-volumi fil-kuntratt li sar bejn il-muniċipalità u Tinfos sal-31 ta' Marzu 2007: jiġifieri, 14,4794 GWh mill-14 ta' Mejju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2001, 30 GWh fis-sena mill-2002 sal-2005, 7,397 GWh mill-1 ta' January 2006 sal-31 ta' Marzu 2006, u, fl-aħħar nett, l-għażla li ngħatat lil Becromal biex tixtri l-elettriku ta' konċessjoni mill-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007. Il-prezzijiet jirreflettu wkoll dawk il-prezzijiet li ġew stipulati fil-kuntratt bejn il-muniċipalità u Tinfos, jiġifieri 13,5 øre/kWh sal-31 ta' Marzu 2006, u, mill-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007, “il-kundizzjonijiet li taħthom il-muniċipalità ta' Notodden tista', f'dak iż-żmien, tixtri l-elettriku kkonċernat”.

Fil-fatt Becromal kienet għażlet li tixtri l-elettriku ta' konċessjoni fil-perjodu mill-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007 (13) Il-muniċipalità ta' Notodden spjegat li, għall-perjodu minn April sa Ġunju 2006, il-muniċipalità ħallset 15,21 øre/kWh għall-elettriku ta' konċessjoni, u bigħetu lil Becromal bl-istess prezz. Minn Lulju sa Diċembru 2006, il-muniċipalità ħallset 11235 øre/kWh u bigħet l-elettriku lil Becromal bi prezz ta' 15.21 øre/kWh. Minn Jannar sa Marzu tal-2007, il-muniċipalità ħallset 10425 øre/kWh u bigħet bil-prezz ta' 14.20 øre/kWh (14)

Permezz tal-ittra bid-data tal-4 ta' Marzu 2007, (15) Becromal ressqet talba biex il-ftehim dwar ix-xiri tal-elettriku titwal. Staqsiet ukoll jekk setgħux ikunu inklużi volumi ogħla fil-kuntratt. Fit-30 ta' April 2007, il-muniċipalità wieġbet għat-talba, u tat lil Becromal l-opportunità li tixtri l-elettriku ta' konċessjoni tagħha bi prezz ta' 20 øre/kWh (li għandu jikkorrispondi mal-prezz immedjat li bih tbigħ NordPool, l-iskambju tal-elettriku Nordiku, għal Mejju 2007) għall-perjodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2007, u minn din id-data 'l quddiem ftehim ta' tliet snin bil-prezz ta' 26.4 øre/kWh mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2010. Il-muniċipalità stqarriet ukoll li mill-1 ta' April 2007 l-volum tal-elettriku ta' konċessjoni se jkun 7,113 GWh.

Fit-30 ta' Ġunju 2007, Becromal wieġbet li aċċettat il-prezzijiet offruti għall-aħħar disa' xhur tal-2007. Għal kuntrarju ta' dan, hija ma aċċettatx l-offerta għall-perjodu mill-2008-2010, peress li fil-fehma tagħha din kienet għolja wisq. Il-muniċipalità wieġbet, permezz tal-ittra bid-data tal-4 ta' Lulju, li fid-dawl tal-ittra ta' Becromal, hija tikkunsidra li kien intlaħaq ftehim dwar il-volumi tal-elettriku għall-2007. Għalhekk, kienet se terga' tiġi lura dalwaqt b'abbozz ta' ftehim. Fir-rigward tal-perjodu mill-2008 sal-2010, hija żammet il-pożizzjoni preċedenti tagħha li l-kuntratt għandu jitfassal fuq il-kundizzjonijiet tas-suq (16). Aktar tard il-muniċipalità kkonfermat li għad ma kienx sar ftehim formali. U lanqas ma saru xi negozjati fir-rigward tal-perjodu wara l-1 ta' Jannar 2008 (17)

3.   Kummenti mill-awtoritajiet Norveġiżi

L-awtoritajiet Norveġiżi sottomettew il-kummenti tagħhom billi ressqu ittra mill-muniċipalità ta' Notodden.

L-ewwelnett, il-muniċipalità targumenta li l-prezz fis-suq għal kuntratti over-the-counter (OTC) (jiġifieri kuntratti immedjati) ma' Nord Pool kien fil-fatt, bejn wieħed u ieħor, simili għall-prezz li ġie miftiehem bejn il-muniċipalità ta' Notodden u Becromal. Fil-fatt, skont it-tabella “Prezzijiet tal-elettriku li ġew negozjati fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa u l-elettriku ta' konċessjoni. 1994 – 2005” li tniżżlu minn fuq il-websajt prinċipali ta' Statistics Norway (18), il-prezz medju għal kuntratti ta' bejn sena u ħames snin fl-2001 kien ta' 13,6 øre/kWh, filwaqt li l-prezz miftiehem bejn Notodden u Becromal kien ta' 13,5 øre/kWh.

Il-muniċipalità tirrikonoxxi li l-prezz fil-kuntratt u dak li jidher fit-tabella mħejjija minn Statistics Norway huma t-tnejn sinifikament inqas mill-prezz immedjat ta' Nord Pool. F'dan ir-rigward, il-muniċipalità tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-differenza bejn il-prezz offrut lil Becromal u l-prezz fis-suq fil-medda ta' NOK 17,5 miljun, imsemmija f'ittra mill-muniċipalità lill-kumpanija u msemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ, fir-realtà tirreferi għad-differenza bejn il-prezz miftiehem u l-prezz immedjat.

Fir-rigward tal-prezz ta' riferiment rilevanti, il-muniċipalità targumenta li l-prezz fil-kuntratt għandu jiġi mqabbel mal-prezz f'kuntratti OTC u mhux mal-prezz immedjat. Minkejja li l-muniċipalità setgħet tbigħ il-volumi tal-elettriku li xtrat taħt dan il-ftehim fis-suq immedjat, ħalli b'hekk tikseb potenzjalment prezz ogħla, wieħed jista' jargumenta li b'dan il-mod il-muniċipalità tkun qiegħda tesponi ruħha għal riskju finanzjarju sinifikanti. Ir-riskju jitqajjem mid-dritt u l-obbligu tal-muniċipalità li tixtri 30 GWh fis-sena minn Tinfos, bil-prezz ta' 13,5 øre/kWh għall-perjodu sal-31 ta' Marzu 2006. Għalhekk, jekk il-prezz immedjat, matul dan il-perjodu, kellu jaqa' taħt 13,5 øre/kWh, il-muniċipalità se ġġarrab telf. L-awtoritajiet Norveġiżi jiddeskrivu l-kuntratt ma' Becromal bħala kuntratt back-to-back (jiġifieri kuntratt li jinvolvi kuntratt ieħor fejn l-obbligi u r-responsabilitajiet imniżżlin f'kuntratt minnhom huma riflettuti fit-tieni wieħed), imfassal biex tilqa' l-muniċipalità minn telf finanzjarju.

II.   EVALWAZZJONI

1.   Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat

1.1.   Għajnuna mill-Istat fi ħdan l-ambitu tal-Artikolu 61(1) EEA u d-dubji tal-Awtorità fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

Għajnuna mill-Istat fi ħdan it-Tifsira 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE hija definuta kif ġej:

“Ħlief fejn din hija prevista mod ieħor f'dan il-Ftehim, kwalunkwe għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, mill-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti se, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mat-tħaddim ta' dan il-Ftehim.”

Għandu jsegwi minn din id-dispożizzjoni li, biex għajnuna mill-istat fi ħdan it-tifsira taż-ŻEE tkun preżenti, l-għajnuna għandha tingħata permezz ta' riżorsi mill-Istat; l-għajnuna trid tagħti vantaġġ selettiv ekonomiku lill-benefiċjarju/i; il-benefiċjarju jrid ikun impriża fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim taż-ŻEE u l-miżura tal-għajnuna għandha jkollha l-kapaċità li tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn il-partijiet kontraenti.

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità kkunsidrat li l-kuntratt bejn il-muniċipalità ta' Notodden u Becromal se jagħti vantaġġ selettiv lil Becromal, u, għalhekk, se jinvolvi għajnuna, jekk il-prezz li ġie miftiehem bejn il-partijiet ma jikkorrispondix mal-prezz fis-suq. L-awtorità kienet tal-fehma li l-fatti tal-każ jindikaw li l-prezz fil-kuntratt seta' kien irħas mill-prezz fis-suq. L-ewwelnett, l-Awtorità ġibdet l-attenzjoni lejn il-fatt li l-prezz fil-kuntratt dwar il-bejgħ tal-elettriku li l-muniċipalità għandha ma' Becromal jirrifletti l-prezz li tixtri biha hi, taħt il-kuntratt li għandha ma' Tinfos. Peress li dan il-prezz, min-naħa tiegħu, kien parzjalment ibbażat fuq il-prezz tal-elettriku ta' konċessjoni u jirrifletti parzjalment il-kumpens li ngħata lill-muniċipalità fid-dawl tal-isfruttament, min-naħa tal-kumpanija Tinfos, tad-dritt li għandha biex tużu l-kaskata, x'aktarx li kien se jkun konsiderevolment irħas minn dak fis-suq.

L-awtorità ġibded l-attenzjoni lejn il-fatt li l-prezz deher irħas meta mqabbel ma' kuntratti oħra li daħħlu fis-seħħ madwar l-istess żmien. Fl-aħħar nett, l-awtorità għamlet referenza għall-istqarrija proprja tal-muniċipalità li, permezz tal-prezz fil-kuntratt, Becromal setgħet tiffranka NOK 17,5 miljun meta mqabbel mal-prezz fis-suq.

1.2.   Il-preżenza ta' vantaġġ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE

Sabiex din il-kundizzjoni tintlaħaq, il-miżuri għandhom jikkonferixxu fuq il-kumpanija Becromal, vantaġġi li permezz tagħhom se tiffranka spejjeż li normalment jiġu mġarrba mill-baġit tagħha. Dan se jkun il-każ meta entità pubblika ma tistabilixxi l-ebda tariffa fuq il-provvista tal-enerġija bil-mod li jintuża minn aġent ordinarju ekonomiku, iżda tużaha biex tagħti vantaġġ lill-konsumaturi tal-enerġija biex jiffrankaw il-flus (19). F'dan il-każ, vantaġġ huwa preżenti jekk il-prezz tal-elettriku fil-kuntratt bejn Becromal u l-muniċipalità ta' Notodden huwa rħas mill-prezz fis-suq. F'dan il-każ, il-miżura se tkun selettiva wkoll peress li Becromal biss se tibbenefika minnha.

1.2.1.   Il-bażi li biha se jiġi stabbilit il-prezz fis-suq.

Bħala kumment preliminari, l-Awtorità tinnota li l-mekkaniżmu bbażat fuq l-infiq li ntuża għall-istabbiliment tal-prezz fil-fethim, kif imsemmi hawn fuq, iqajjem preżunzjoni li vantaġġ ekonomiku huwa tassew preżenti. Il-prezzijiet tal-elettriku ta' konċessjoni li bihom il-muniċipalitiet huma intitolati jixtru, fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq se, fil-maġġoranza tal-każi, ikunu rħas mill-prezz fis-suq, b'mod sinifikanti. Madanakollu, mhuwiex biżżejjed li wieħed joqgħod biss fuq preżunzjoni biex jiddetermina jekk vantaġġ ekonomiku huwiex preżenti. Għandu jintwera li l-prezz kien fil-fatt irħas mill-prezz fis-suq anke meta mqabbel ma' kuntratt simili għal dak li sar bejn Notodden u Becromal.

Sabiex ikun stabbilit prezz fis-suq, l-Awtorità għandha tevalwa liema prezz kien ikun aċċettat minn investitur privat f'ekonomija tas-suq. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità għamlet referenza għal differenza ta' NOK 17,5 miljun bejn il-prezz li tħallas u l-prezz fis-suq. Fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Awtorità, l-awtoritajiet Norveġiżi kkjarifikaw li din kienet id-differenza bejn il-prezz immedjat fis-suq u l-prezz fil-kuntratt. Madanakollu, peress li l-kuntratt ikkonċernat huwa kuntratt bilaterali ta' ħames snin, il-prezz fil-kuntratt ma' jistax neċessarjament jitqabbel mal-prezzijiet immedjati fis-suq, peress li dawk il-prezzijiet jirriflettu l-bejgħ tal-elettriku fuq l-iskambju tal-elettriku ta' Nord Pool. Fis-suq elspot ta' Nord Pool, kuntratti dwar il-provvista tal-elettriku bi prezz fis-siegħa huma negozjati kuljum għal tqassim fil-prattika matul l-erbgħa u għoxrin siegħa tal-jum ta' wara (20). Għalhekk, id-dewmien tal-kuntratti u l-kundizzjonijiet taħt liema ġew innegozjati huma tassew differenti mill-kuntratt attwali.

Li għandu jiġi eżaminat huwa jekk investitur privat li qiegħed jopera f'ekonomija tas-suq kienx jagħżel li jidħol għal kuntratt bilaterali fit-tul bl-istess prezz u bl-istess kundizzjonijiet tal-kuntratt ikkonċernat. Waqt li qiegħda tagħmel din l-evalwazzjoni, l-Awtorità ma tistax iġġib l-ġudizzju kummerċjali tagħha qabel dak tal-muniċipalità, li jimplika li l-muiċipalità, bħala l-bejjiegħa tal-elettriku, għandha tgawdi minn marġni ta' ġudizzju wiesa'. Il-kuntratt jista' jikkwalifika biss bħala għajnuna mill-istat, jekk ma tinstab l-ebda spegazzjoni plawżibbli oħra għalfejn il-muniċipalità għażlet dan il-kuntratt fuq kuntratti oħra (21). Peress li teżisti suq għal kuntratti bilaterali fit-tul u prezz fis-suq jista' jiġi stabbilit, wieħed għandu jassumi li l-investituri fis-suq jistgħu, skont iċ-ċirkustanzi, jippreferu arranġamenti bħal dawn minflok ma jbigħu bi prezzijiet immedjati, anke jekk il-bejgħ ta' volumi tal-elettriku fuq l-iskambju tal-elettriku (bi prezzijiet immedjati) seta' wassal għal profitt akbar. Jista' jkun hemm numru ta' raġunijiet kummerċjali sodi biex wieħed jagħżel xerrej uniku, stabbli minflok ma jixtri bi prezzijiet instabbli fuq l-iskambju tal-elettriku għal ċertu perjodu ta' żmien, bħal tnaqqis tar-riskju u simplifikazzjoni tal-amministrazzjoni.

Fuq dan l-isfond, l-Awtorità ssib li l-prezz fil-kuntratt għandu jitqabbel mal-prezz medju f'kuntratti li saru taħt l-istess kundizzjonijiet, dewmien u li saru bejn wieħed u ieħor, fl-istess żmien. L-awtorità tinnota b'mod speċifiku li dak li għandu jiġi evalwat huwa l-prezz li wieħed jistenna li jsib, b'mod raġjonevoli, fis-suq waqt li jkun sar il-kuntratt, u mhux l-iżvilupp sussegwenti tal-prezz fis-suq matul il-perjodu kopert mill-kuntratt.

1.2.2.   Dejta dwar il-prezz fis-suq għal kuntratti bilaterali fit-tul.

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz fis-suq għal kuntratti bilaterali fit-tul, fiż-żmien li sar il-kuntratt, l-awtoritajiet Norveġiżi, fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni biex tinfetaħ il-proċedura formali tal-investigazzjoni, issottomettew statistiki minn Statistics Norway marbutin mal-prezzijiet tal-elettriku li ġew negozjati fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa u l-elettriku ta' konċessjoni għas-snin bejn l-1994 sal-2005 (Tabella 24 minn Statistics Norway f'dak iż-żmien, attwalment 23).

Tabella 23

Il-prezzijiet tal-provvista tal-elettriku li ġiet negozjata fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa u tal-elettriku ta' konċessjoni. 1994-2007. Øre/kWh  (22)

 

1994

1995

1996

1997

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

2007

Kuntratti bilaterali, total

13,2

14,4

16

17,1

13,5

13,2

12,5

14,7

16,5

21,9

18,9

19,1

26,4

24,1

Kuntratti għal perjodu ta' sena

11,9

14,7

17,2

19,6

15,1

13,4

12,5

18,4

20,5

29,2

23,8

23,6

36

24,2

Kuntratti għal perjodu bejn sena u ħames snin

14,2

15,6

16,8

18,7

14,9

15,6

15,2

13,6

17,3

21

18,8

18,5

23,7

31

Kuntratti għal perjodu ta' aktar minn ħames snin

13,5

12,7

14

13,7

11,2

11

10,7

10,5

10,4

12,4

12,4

12,1

20,6

15,5

In-negozju tal-elettriku fis-suq, total

17,3

12,3

25,4

14,2

12,1

11,7

11

19

21,6

30,8

23,8

24,7

39,5

24,3

Prezzijiet immedjati

18,2

11,3

25,4

14,3

12,1

11,7

11

18,8

21,6

30,8

24,9

24,7

39,6

24,3

Is-suq tar-regolament

17,3

14,8

25,3

13,6

12,1

11,8

10,3

19,1

20,8

30,5

23,8

24,3

38,4

24,4

Elettriku ta' konċessjoni

9,8

9,4

10,4

10,9

9,1

10

9,3

10

9,7

8,7

7,6

7,5

6,8

7,6

Din it-tabbella turi li l-prezz medju għal kull kWh f'kuntratti bilaterali ta' bejn sena u ħames snin, kien 13,6 øre fl-2001, u 17,3 øre fl-2002. Il-prezzijiet għal kuntratti għal iżjed minn ħames snin kienu 10,5 øre u 10,4 øre. L-Awtorità talbet informazzjoni minn Statistics Norway relatata mal-kuntratti, li fuqha huma bbażati l-istatistiki. Skont Statistics Norway, il-prezzijiet fit-tabella huma bbażati fuq kuntratti ta' bejgħ bl-ingrossa li qegħdin fis-seħħ fis-sena kkonċernata, li jinkludu kuntratti li saru qabel iżda li għadhom fis-seħħ. Barra minn hekk, il-kuntratti ma' utenti finali mhumiex inklużi f'din it-tabella (23) Statistics Norway taw ukoll spjegazzjoni teknika lill-awtoritajiet Norveġiżi dwar is-sett tad-dejta li qagħdu fuqu (24).

L-Awtorità sabet ukoll statistiċi oħra mid-database ta' Statistics Norway li huma rilevanti, li jinkludu, b'mod partikolari, it-Tabella 7 “Medda ta' żmien li tkopri prezzijiet għal kull tliet xhur u għal kull sena fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa, taxxi esklużi”:

Tabella 7

Medda ta' żmien li tkopri prezzijiet tal-elettriku għal kull tliet xhur u għal kull sena fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa, taxxi esklużi  (25)

 

1 2001

2 2001

2 2001

4 2001

1 2002

2 2002

3 2002

4 2002

1 2003

2 2003

3 2003

4 2003

Bejgħ tal-elettriku

24,3

17

15,8

16,1

16,9

13

14,2

25,6

29,2

20,7

23,8

25,4

Kuntratti bi prezzijiet fissi, full time.

13,7

12,1

13,6

17,4

16,1

14,6

12,6

11,2

23,7

10,7

10,9

11,1

Kuntratti bi prezzijiet fissi, free time.

21,5

19,8

17,9

17,8

18,7

15,9

14,4

20,6

26,1

22,1

28,1

24,4

Aċċess għall-elettriku

21,5

15,8

14,7

15

14,3

11,5

12,6

22,6

28,3

21,1

21,1

21,9

Kuntratti bi prezzijiet fissi ġodda (li saru fl-aħħar tliet xhur qabel il-ġimgħa tat-tkejjil)

13,8

15,6

33,1


 

1 2004

2 2004

3 2004

4 2004

1 2005

2 2005

3 2005

4 2005

1 2006

2 2006

3 2006

4 2006

Bejgħ tal-elettriku

21,2

19,2

21,3

19,9

18,9

23,4

22,6

21,6

30,7

25,5

44,1

38,2

Kuntratti bi prezzijiet fissi, full time.

17,8

10,9

16

11

12,1

11,9

11,1

10,5

10,7

10,7

10,5

13,8

Kuntratti bi prezzijiet fissi, free time.

20,7

21,5

23,2

20,7

22,6

21,6

17,9

20,3

26,9

21,9

36,7

33

Aċċess għall-elettriku

19,6

17,3

19,7

19,1

16,8

22,8

22

18,6

29

26,2

42,7

36,7

Kuntratti ta' prezzijiet fissi ġodda (li saru fl-aħħar tliet xhur qabel il-ġimgħa tat-tkejjl)

25,5

18,9

23,2

33,5

Fuq il-bażi tal-kliem fil-kuntratt, (26) jidher li l-kuntratt bejn il-muniċipalità ta' Notodden u Becromal huwa dak li jissejjaħ “kuntratt full time”, jiġifieri kuntratt li jipprovdi ammont fiss ta' elettriku għal kull minuta għall-perjodu sħiħ kopert mill-kuntratt (27). Fir-rigward ta' kuntratti bi prezzijiet fissi, full time (ir-ringiera numru tnejn fit-tabella hawn fuq), il-prezz medju kien 12,1 øre/kWh fl-14 ta' Mejju 2001, jew 14,6 øre/kWh fl-10 ta' Mejju 2002.

Barra minn hekk, l-aħħar ringiera fit-tabella turi l-prezzijiet f'kuntratti ġodda bi prezzijiet fissi, li saru fl-aħħar tliet xhur qabel il-ġimgħa ta' tqabbil. Dan juri li l-prezz għat-tieni kwart tal-2001 kien ta' 15,6 øre/kWh, filwaqt li l-prezz għat-tieni kwart tal-2002 jidher li mhuwiex magħruf. Dawn il-figuri jinkludu kuntratti full time u free time lkoll.

L-Awtorità ġabret ukoll statistiċi minn Nord Pool. L-istatistiċi ta' Nord Pool juru l-prezz medju għal kull data f'kuntratti finanzjarji ta' sena, li ġew negozjati fuq l-iskambju tal-elettriku. Il-prezzijiet jirriflettu l-prezz f'kuntratti finanzjarji fid-data kkonċernata. Fl-14 ta' Mejju 2001, il-prezzijiet fit-tipi ta' kuntratti kkonċernati kienu 18,4 øre/kWh, 17,413 øre/kWh u17,75 øre/kWh (28)

Fl-aħħar nett, l-organizzazzjoni Statistics Norway tipproduċi wkoll statistiċi dwar prezzijiet tal-elettriku għal utenti finali tal-elettriku (29) Madanakollu, l-Awtorità sabet li dawn l-istatistiċi ma tantx kienu rilevanti fir-rigward tal-kuntratt ikkonċernat, peress li l-prezzijiet applikati għall-industriji li jikkonsmaw l-elettriku b'mod intensiv, skont Statistics Norway, x'aktarx li jinkludu kuntratti fit-tul issussidjati mill-gvern li saru qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE. Għalhekk, dawn il-prezzijiet huma ħafna rħas mill-preżżijiet ta' bejgħ bl-ingrossa msemmijin hawn fuq (30)

1.2.3.   Ir-relevanza tad-diversi statistiċi dwar il-prezzijiet biex bihom jiġi stabbilit l-prezz fis-suq fir-rigward tal-kuntratt ta' Becromal.

Sabiex wieħed jiddentifika l-aktar dejta dwar il-prezzijiet kumparabbli, jinħtieġ li ssir eżaminazzjoni ddettaljata tal-kuntratt li sar bejn Notodden u Becromal.

Il-kuntratt ġie ffirmat fl-10 ta' Mejju 2002, iżda għandu effett retroattiv mill-14 ta' Mejju 2001, meta nbdiet il-provvista tal-elettriku. Għalhekk, wieħed jiddubita kemm il-prezzijiet ta' riferiment rilevanti huma fil-fatt il-prezzijiet li kienu japplikaw fl-10 ta' Mejju 2002 jew dawk li kienu japplikaw fl-14 ta' Mejju 2001. Bħala punt ta' tluq, wieħed għandu jħares lejn id-data li fiha sar il-kuntratt, peress li huwa f'dak iż-żmien li l-partijiet, fuq il-bażi tal-iżvilupp mistenni tas-suq tal-ġejjieni, fasslu l-prezz u kundizzjonijiet oħra fil-kuntratt. Madanakollu, meta l-kuntratt għandu effett retroattiv, bħal ma hu l-każ hawnhekk, xi forma ta' ftehim impliċitu dwar il-prezz u kundizzjonijiet oħra fil-kuntratt kienu bilfors jeżistu, hekk kif inbdiet il-provvista tal-elettriku. Għalhekk, l-Awtorità ssib li mhux talli għandhom ikunu kkunsidrati l-prezzijiet relatati mad-data li fiha l-kuntratt ġie ffirmat, iżda jridu jkunu kkunsidrati wkoll it-tendenzi ġenerali tal-prezzijiet fiż-żmien meta nbdiet il-provvista u meta l-kuntratt ġie ffirmat.

It-tnieni nett, wieħed għandu jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-prezz ta' riferiment għandu, idejalment, ikun ibbażat fuq kuntratti li huma simili kemm bħala tip u kif ukoll bħala dewmien. Dan ifisser kuntratti bi prezzijiet fissi, full time fuq perjodu ta' madwar ħames snin. Barra minn hekk, il-prezz ta' riferiment għandu, preferibbilment, ikun ibbażat fuq statistiċi dwar kuntratti li saru bejn l-2001 u l-2002, u mhux dwar kuntratti li sempliċiment kienu fis-seħħ dak il-ħin.

F'dan l-isfond, għandu, l-ewwelnett, ta' minn wieħed jinnota li l-prezzijiet ta' Nord Pool jidhru li huma inqas rilevanti peress li jirriflettu l-prezzijiet ta' kuntratti finanzjarji, ta' dewmien ta' sena. Kuntratti finanzjarji ma jsemmux volumi fiżiċi tal-elettriku iżda jiggarantixxu ċertu volumi tal-elettriku għax-xerrej bi prezz miftiehem minn qabel għal perjodu patikolari fil-ġejjieni. L-elettriku se jkollu jiġi fiżikament innegozjat fuq is-suq immedjat qabel ma l-kuntratt ikun ġie ffirmat. Kuntratti finanzjarji jsiru bħala miżura li tiggarantixxi prezz fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-elettriku tal-ġejjieni (31) Għalhekk, il-kundizzjonijiet li taħthom kuntratti bħal dawn huma negozjati huma differenti u għandhom jitqiesu bħala prodott differenti mill-kuntratt ikkonċernat, li jikkonċerna volum ta' elettriku fiżiku minn impjant partikolari. Għalhekk, hija fil-fehma tal-Awtorità li l-prezzijiet fis-suq finanzjarju mhumiex neċessarjament kumpatibbli b'mod dirett mal-prezz miftiehem bejn Becromal u l-muniċipalità ta' Notodden.

Fir-rigward tat-Tabella 24 ta' hawn fuq, din turi l-prezzijiet fil-kuntratti kollha li kienu fis-seħħ fis-sena kkonċernata. L-istess huwa minnu fir-rigward tal-prezzijiet għal kuntratti full time fit-Tabella 7 (“Medda ta' Żmien li tkopri l-prezzijiet tal-enerġija tal-elettriku għal kull tliet xhur u għal kull sena fis-suq tal-bejgħ bl-ingrossa, taxxi esklużi, øre kWh”). Idealment, il-prezz li tħallas minn Becromal għandu jitqabbel mal-prezzijiet fil-kuntratti li saru fl-2001, u mhux mal-prezzijiet fil-kuntratti kollha fis-seħħ f'dak iż-żmien. Madanakollu, dak it-tip ta' informazzjoni ma sarx disponibbli għall-Awtorità. Il-prezzijiet f'kuntratti ġodda bi prezzjiet fissi li saru f'dawn l-aħħar tliet xhur (l-aħħar ringiera tat-tabella 7) ma jirriflettux il-prezzijiet f'kuntratti ġodda. Dawk l-istatistiċi ma jagħmlux distinzjoni bejn kuntratti full time u dawk free time. Peress li l-prezzijiet f'kuntratti full time huma kkunsidrati, b'mod ġenerali, xi daqxejn irħas mill-prezzijiet f'kuntratti free time li jinsabu f'din it-tabbella, jidher li x'aktarx il-prezzijiet f'kuntratti ġodda kienu jkunu wkoll xi daqxejn irħas li kieku l-kuntratti full time kellhom jidhru b'mod separat. Barra minn hekk, jidher li Statistics Norway għad ma għandux dejta suffiċenti dwar il-prezzijiet għal dan it-tip ta' kuntratti mit-tielet kwart tal-2001 sat-tielet kwart tal-2003, peress li l-ebda prezz ma ġie inkluż fit-tabella, għal dan il-perjodu.

Bħala konklużjoni, l-Awtorità ssib li l-ebda prezz uniku minn dawn l-istatistiċi huwa adattat biex bih jiġi stabbilit b'mod preċiż il-prezz fis-suq għal dan it-tip ta' kuntratt li sar fil-prattika dak il-ħin. Fl-istess ħin, il-prezzijiet f'kuntratti bilaterali ta' bejn sena u ħames snin (32) li jidhru fit-Tabella 24, il-prezzijiet f'kuntratti bi prezzijiet fissi, full-time li jidhru fit-Tabella 7 u l-prezzijiet f'kuntratti ġodda bi prezzijiet fissi fl-istess tabella jikkonċernaw l-istess tip ta' ftehimiet jew ftehimiet simili. Għalhekk, dawn huma rilevanti biex bihom ikun stabbilit il-prezz fis-suq fir-rigward tal-ftehim ma' Becromal. Jekk tinġabar flimkien, din dejta dwar il-prezzijiet tista' tipprovdi firxa tal-prezzijiet li, fil-fehma tal-Awtorità, tista' tagħti indikazzjoni utili tal-prezz fis-suq.

Fit-Tabella 24, il-prezzijiet f'kuntratti ta' bejn sena u ħames snin li kienu fis-seħħ fl-2001 u fl-2002 kienu 13,6 øre/kWh u 17,3 øre/kWh, rispettivament. Għal kuntratti ta' iżjed minn ħames snin, il-prezzijiet kienu 10,5 øre/kWh u 10.4 øre/kWh. It-Tabella 7 turi li l-prezzijiet f'kuntratti bi prezzijiet fissi, full-time fis-seħħ fit-tieni kwart tal-2001 u l-2002, rispettivament, kienu 12,1 øre/kWh u 14,6 øre/kWh. Fl-aħħar nett, il-prezz f'kuntratti ġodda bi prezzijiet fissi li saru fit-tieni kwart tal-2001 kien ta' 15,6 øre/kWh. Dawn il-prezzijiet ivarjaw xi daqxejn, u bil-kemm jistgħu jiġu mqabbla ma' xulxin b'mod dirett. Iżda xorta waħda, milli jidher il-prezz fil-ftehim ma' Becromal, ta' 13,5 øre/kWh, jaqa' fi ħdan il-firxa tal-prezzijiet li tista' tkun stabbilita fuq il-bażi ta' din id-dejta dwar il-prezzijiet. Barra minn dan, milli jidher hemm ċertu grad ta' inċertezza fis-suq, meta wieħed iqis id-differenzi sinfikanti f'ċertu dejta dwar il-prezzijiet minn perjodu ta' tliet xhur għal ieħor (ara t-Tabella 7).

Sabiex ikun stabbilit li l-prezz fil-kuntratt ta vantaġġ lil Becromal fi ħdan it-tifsira tar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, l-Awtorità għandha ssib li l-prezz ivarja b'mod suffiċenti mill-prezz tas-suq stabbilit biex tali sejba tkun ġustifikata. (33) Kif deskritt hawn fuq, il-prezz preċiż fis-suq fir-rigward tal-kuntratt fiż-żmien meta ġie konkluż ma jistax jiġi stabbilit. Madanakollu, l-istampa ġenerali tal-prezzijiet matul il-perjodu rilevanti, u b'mod partikolari l-prezz f'kuntratti ta' bejgħ bl-ingrossa ta' bejn sena u ħames snin fl-2001 (13,6 øre/kWh, Tabella 23), il-prezz f'kuntratti bi prezzijiet fissi, full time għat-tieni kwart tal-2001 (12,1 øre/kWh, Tabella 7), u kuntratti ġodda bi prezzijiet fissi li saru fit-tieni kwart tal-2001 (15,6 øre/kWh, Table 7), tagħti indikazzjoni tajba tal-firxa tal-prezzijiet fis-suq. Barra minn hekk, kif instqarr hawn fuq, il-prezz f'kuntratti ta' iżjed minn ħames snin kien ta' 10,5 øre/kWh fl-2001. Fil-ftehim oriġinali, il-prezz miftiehem kien ta' 13,5 øre/kWh. Fid-dawl tat-tendenzi ġenerali fil-prezzijiet matul il-perjodu rilevanti, kif deskritt hawn fuq, u b'mod partikolari dawk il-prezzijiet li milli jidher jistgħu jitqabblu l-aktar, l-Awtorità tikkunsidra li l-prezz fil-kuntratt ma jidhirx li jvarja b'mod suffiċenti mill-prezz li x'akatarx irid jitħallas fis-suq biex tikkonkludi li l-kuntratt ta vantaġġ ekonomiku favur Becromal.

Fir-rigward tal-ftehim dwar titwil, l-Awtorità tifhem li Klawżola 7 tal-ftehim oriġinali tagħti d-dritt legali lil Becromal biex ittawwal il-kuntratt mill-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007 taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-klawżola. Inkluża fil-ftehim oriġinali, il-klawżola ġiet konkluża u torbot fuq il-partijiet fl-2001/2002. Bħala alternattiva, il-partijiet setgħu jagħżlu li jidħlu għal kuntratt ta' sitt snin minflok ħamsa bi prezz ta' 13,5 øre/kWh. Jekk dan huwa l-każ, l-Awtorità ssib li l-prezz fil-perjodu ta' titwil għandu jiġi evalwat bħala parti mill-ftehim oriġinali; jiġifieri, b'referenza għall-prezz fis-suq fir-rigward ta' kuntratti bilaterali, fit-tul li saru fl-2001/2002. Kif ġie nnotat hawn fuq, il-prezzijiet fil-perjodu ta' titwil kienu 15,21 øre/kWh u 14,20 øre/kWh, skont l-istaġun. Peress li dawn il-prezzijiet huma ogħla mill-prezz oriġinali fil-kuntratt ta' 13,5 øre/kWh, mhumiex, dejjem skont l-argumenti ta' hawn fuq, differenti b'mod sinfikanti minn kwalunkwe firxa raġjonevoli fil-prezzijiet tas-suq, biex wieħed jasal għall-konklużjoni li vantaġġ ekonomiku huwa tassew preżenti.

F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-Awtorità tikkonkludi li l-ftehim ma' Becromal ma jagħti l-ebda vantaġġ lil Becromal fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 61(1) EEA.

2.   Konklużjoni

Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni li bħalissa qiegħda għaddejja, l-Awtorità tikkunsidra li l-ftehim bejn il-munċipalità ta' Notodden u Becromal Norway AS għall-perjodu mill-14 ta' Mejju 2001 sal-31 ta' Marzu 2006, kif ukoll it-titwil tal-ftehim mill-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007, ma jikkostitwixxix għajuna mill-istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li l-kuntratt bejn Becromal Norway AS u l-Muniċipalità ta' Notodden fis-seħħ mill-14 ta' Mejju 2001 sal-31 ta' Marzu 2006, kif ukoll it-titwil tiegħu sal-31 ta' Marzu 2007, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 3

It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2009.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kristján A. STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn' il-quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn' il quddiem imsejħa l-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Ftehim ta' Sorveljanza u tal-Qorti.

(4)  Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ Protokoll 3.

(5)  ĠU C 96, 17.4.2008, p. 21 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 17.4.2008 p. 36.

(6)  ĠU C 96, 17.4.2008, p. 21 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 20, 17.4.2008 p. 36.

(7)  Dawn id-dispożizzjonijiet jipprovdu: “Il-liċenzja għandha tistipula li d-detentur tal-liċenzja għandu jerħi f'idejn il-kontei u l-muniċipalitajiet li fihom jinsab l-impjant għall-produzzjoni tal-elettriku, sa għaxra fil-mija taż-żieda fil-produzzjoni tal-elettriku mill-ilma li nkisbet għal kull kaskata, li ġiet ikkalkulata skont ir-regoli tas-sezzjoni 11, sottosezzjoni 1, cf. sezzjoni 2, it-tielet paragrafu. L-ammont li jintreħa u d-distribuzzjoni tiegħu għandhom ikunu determinati mill-Ministeru kkonċernat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet ġenerali għall-provvista tal-elettriku tal-kontea jew muniċipalità. Il-kontea u l-muniċipalità tista' tuża din il-provvista tal-elettriku kif tidrilha hi. […] Il-prezz tal-elettriku [fir-rigward tal-muniċipalità] għandu jitfassal fuq il-bażi tal-prezz medju ta' kampjun rappreżentattiv ta' elettriku li ġie prodott mill-ilma, imfassal mill-istazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku mill-ilma, madwar il-pajjiż kollu. It-taxxi kkalkolati fuq il-profitt mill-produzzjoni tal-elettriku, li jaqbżu r-rata ta' dħul normali mhumiex se jiġu inklużi fil-kalkolazzjoni ta' dan il-prezz. Kull sena, il-Ministeru għandu jfassal il-prezz tal-elettriku pprovdut mis-sottostazzjon li tittrasmetti l-elettriku prodott mill-istazzjon li jipproduċi l-elettriku. Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel u t-tielet sentenza ma japplikawx għal liċenzji validi li nħarġu qabel id-dħul fis-seħħ tal-Att Nru 2 tal-10 ta' April 1959.” (Traduzzjoni mill-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt u l-Enerġija.)

(8)  “L-ispejjeż individwali” tal-impjant huma kkalkolati b'konformità mad-dispożizzjonijiet li japplikaw sal-1959. Taħt dawn id-dispożizzjonijiet, il-prezz individwali se jiġi kkalkolat billi l-ewwel jingħaddew l-ispejjeż ta' produzzjoni tal-impjant ma' sitta fil-mija interessi fuq l-ispejjeż tal-bidu u profitt ta' għoxrin fil-mija, u l-ammont li jirriżulta jkun diviż biċ-ċifra tal-produzzjoni medja annwali matul il-perjodu 1970-1999. Ara hekk imsejjaħ KTV-Notat Nru 53/2001 tal-24 ta' Awwissu 2001, ġrajja Nru 455241

(9)  KTV-Notat nr 53/2001, ikkwotat hawn fuq.

(10)  Ara t-tweġiba tan-Norveġja għall-mistoqsija 4 fit-tieni talba għall-informazzjoni, Ġrajja Nru 449660

(11)  Anness għall-Ġrajja Nru 449660.

(12)  Anness għat-tweġiba tan-Norveġja tad-9 ta' Lulju 2007, Ġrajja Nru 428860.

(13)  L-Awtorità ma tippossedix kopja ta' tali ftehim dwar titwil.

(14)  Ġrajja Nru 521513, e-mail bid-data tal-11 ta' Ġunju 2009.

(15)  Anness għat-tweġiba tan-Norveġja tad-9 ta' Lulju 2007, Ġrajja Nru 428860.

(16)  Ara l-annessi għat-tweġiba tan-Norveġja tad-9 ta' Lulju 2007, Ġrajja Nru 428860.

(17)  Ara t-tweġiba tan-Norveġja għat-tieni talba għal informazzjoni min-naħa tal-Awtorità, Ġrajja Nru Ġrajja 449660.

(18)  Ara t-tabella aġġornata fuq http://www.ssb.no/english/subjects/10/08/10/elektrisitetaar_en/tab-2008-05-30-23-en.html

(19)  Ara l-każijiet konġunti 67/85, 68/85 and 70/85 Kwekerij Gebroeders van der Kooy BV u oħrajn v Commission [1988] ECR 219, paragrafu 28.

(20)  Ara spjegazzjonijiet ulterjuri fuq http://www.nordpoolspot.com/trading/The_Elspot_market/

(21)  Ara, bħala analoġija, il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Applikazzjoni tad-Dispożizzjonijiet ta' Għajnuna mill-Istat fis-Settur tal-Manifattura, paragrafi 5(1) u 5(3).

(22)  http://www.ssb.no/english/subjects/10/08/10/elektrisitetaar_en/tab-2009-05-28-23-en.html

(23)  Ġrajja Nru 495870.

(24)  Ġrajja Nru 503107, Redegjørelse SSB.

(25)  Il-Kolonni u r-ringieri li jikkonċernaw l-aktar prezzijiet u perjodi taż-żmien relevanti biss huma inklużi hawnhekk. Il-verżjoni sħiħa tista' tinsab fuq http://www.ssb.no/english/subjects/10/08/10/elkraftpris_en/arkiv/tab-2009-04-06-07-en.html.

(26)  Klawżola 2 tal-kuntratt tinqara: “il-volumi tal-elettriku għandhom jinxterrdu b'mod uniformi fuq kull sena sabiex, f'kwalunkwe mument ta' kull sena kalendarja, l-istess effett se jseħħ”

(27)  Ġrajja Nru 521166, E-mail minn Statistics Norway bid-data tal-5 ta' Ġunju 2009 L-oppost ta' kuntratti full time huma kuntratti “free time”, jiġifieri kuntratti li permezz tagħhom l-utent jista' jagħżel kemm se jieħu elettriku għal kull mument ta' żmien.

(28)  Ġrajjiet bin-numru 521164 u 521163.

(29)  Ara tabella19 “Prezzjijiet medji mkejlin għall-elettriku u l-kiri tal-konnessjoni, mingħajr VAT. 1997-2007. Øre/kWh”, http://www.ssb.no/english/subjects/10/08/10/elektrisitetaar_en/tab-2009-05-28-19-en.html.

(30)  Grajja nru 495870, e-mail minn Statistics Norway bid-data tat-8 ta' Ottubru 2008

(31)  Il-karateristiċi bażiċi tas-suq finanzjarju tal-elettriku huma deskritti fuq il-websajts prinċipali ta' Nord Pool: http://www.nordpoolspot.com/en/PowerMaket/The-Nordic-model-for-a-liberalised-power-market/The-financial-market/.

(32)  Inkluż il-ftehim ta' titwil, il-kuntratt huwa għal perjodu ta' kważi sitt snin. Madanakollu, l-Awtorità tassumi li l-kuntratt xorta waħda huwa aktar kumparabbli minn kuntratti oħra ta' bejn sena u ħames snin, peress li l-kuntratti kollha li huma għal perjodu ta' aktar minn ħames snin huma miġburin flimkien, li jinkludu kuntratti ta' dewmien twil ħafna (pe. ta' iżjed minn għoxrin sena.)

(33)  Ara, bħala analoġija, id-dikjarazzjonijiet mill-Qorti tal-Ewwel Istanza f'każijiet li jappartjenu għall-bejgħ ta' proprjetà immobbli. Każ T-274/01 Valmont, [2004] ECR II-3145, paragrafu 45 u l-Każijiet konġunti T-127/99, T-129/99 u T-148/99, Diputación Foral de Alava,[2002] ECR II-1275, paragrafu 85. (ma sar l-ebda appell dwar dan il-punt).


Rettifika

24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/52


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2011 tas-17 ta’ Frar 2011 li jemenda l-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 44 tat-18 ta’ Frar 2011 )

F’paġna 5, l-Anness huwa mibdul bit-test li ġej:

“ANNESS

Fl-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, qed tiġi miżjuda t-tabella ta’ hawn taħt:

“Dħul Nru

Sustanza

Proprjeta(jiet) Intrinsiċi msemmija fl-Artikolu 57

Arranġamenti tranżitorji

(Kategoriji ta’) Użi eżentati

Perjodi ta’ reviżjoni

L-aħħar data tal-applikazzjoni (1)

Data tat-terminazzjoni (2)

1.

5-tert-butil-2,4,6-trinitro-m-xilene

(Musk xylene)

Nru tal-KE: 201-329-4

Nru tas-CAS: 81-15-2

vPvB

21 ta’ Frar 2013

21 ta’ Awwissu 2014

2.

4,4′-Diaminodifenilmetan

(MDA)

Nru tal-KE: 202-974-4

Nru tas-CAS: 101-77-9

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

21 ta’ Frar 2013

21 ta’ Awwissu 2014

3.

Eżabromoċiklododekan (Hexabromocyclododecane

(HBCDD)

Nru tal-KE: 221-695-9,

247-148-4,

Nru tas-CAS: 3194-55-6

25637-99-4

alfa-eżabromoċiklododekan

Nru tas-CAS

:

134237-50-6,

beta-eżabromoċiklododekan

Nru tas-CAS

:

134237-51-7

gamma-eżabromoċiklododekan

Nru tas-CAS

:

134237-52-8

PBT

21 ta’ Frar 2014

21 ta’ Awwissu 2015

4.

Bis(2-etileksil) ftalat

(DEHP)

Nru tal-KE: 204-211-0

Nru tas-CAS: 117-81-7

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1B)

21 ta’ Awwissu 2013

21 ta’ Frar 2015

L-użu fl-imballaġġ individwali tal-prodotti mediċinali regolat mir-Regolament (KE) Nru 726/2004, mid-Direttiva 2001/82/KE, u/jew mid-Direttiva 2001/83/KE.

 

5.

Benżil-butil-ftalat

(BBP)

Nru tal-KE: 201-622-7

Nru tas-CAS: 85-68-7

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1B)

21 ta’ Awwissu 2013

21 ta’ Frar 2015

L-użu fl-imballaġġ individwali tal-prodotti mediċinali regolat mir-Regolament (KE) Nru 726/2004, mid-Direttiva 2001/82/KE, u/jew mid-Direttiva 2001/83/KE.

 

6.

Ftalat tad-dibutil

(DBP)

Nru tal-KE: 201-557-4

Nru tas-CAS: 84-74-2

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1B)

21 ta’ Awwissu 2013

21 ta’ Frar 2015

L-użu fl-imballaġġ individwali tal-prodotti mediċinali regolat mir-Regolament (KE) Nru 726/2004, mid-Direttiva 2001/82/KE, u/jew mid-Direttiva 2001/83/KE.

 


(1)  Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(2)  Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.” ”.


24.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/53


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 144/2011 tas-17 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 44, tat-18 ta’ Frar 2011 )

F’paġna 17, l-Anness, fit-tabella fil-punt 2, ringiela “BW – il-Botswana”, it-8 kolonna:

minflok:

“[daħħal id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]”

aqra:

“it-18 ta’ Frar 2011”