ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.029.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 29

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
3 ta' Frar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 87/2011 tat-2 ta’ Frar 2011 li jaħtar il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal dak il-laboratorju u li jemenda l-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2011 tat-2 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, fir-rigward ta’ statistika fuq sistemi edukattivi u ta’ taħriġ ( 1 )

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 89/2011 tat-2 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

28

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/73/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ estratt miċeljali mil-Lentinula edodes (il-faqqiegħ Shiitake) bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 442)

30

 

 

2011/74/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2003/248/KE dwar l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba biex ikunu mħawla, minbarra ż-żerriegħa, li toriġina [joriġinaw] mill-Arġentina (notifikata bid-dokument numru C(2011) 447)

32

 

 

2011/75/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2003/249/KE rigward l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fuq pjanti tal-frawli (Fragaria L.), intiżi biex jinżergħu, ħlief żerriegħa, ġejjin miċ-Ċilì (notifikata bid-dokument numru C(2011) 477)

33

 

 

2011/76/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ Kitin-glukanu minn Aspergillus niger bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 480)

34

 

 

IV   Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 205/09/COL tat-8 ta’ Mejju 2009 dwar l-iskema għar-rikapitalizzazzjoni temporanja ta’ banek fundamentalment b’saħħithom sabiex jiġu inkoraġġiti l-istabbiltà finanzjarja u s-self lill-ekonomija reali (in-Norveġja)

36

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 87/2011

tat-2 ta’ Frar 2011

li jaħtar il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal dak il-laboratorju u li jemenda l-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(5) u (6) tiegħu,

Billi:

(1)

ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-ħidmiet, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa tal-annimali. Il-laboratorji ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tal-annimali u għall-annimali ħajjin huma elenkati fil-Parti II tal-Anness VII ma’ dak ir-Regolament.

(2)

Wara li tlestiet il-proċedura tal-għażla, il-laboratorju li ntagħżelkien ta’ suċċess, l-Agence Nationale de Sécurité Sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), bil-laboratorju tiegħu ta’ riċerka għall-mard tan-naħal, Sophia-Antipolis Laboratory, fi Franza, għandu jinħatar bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE fil-qasam tas-saħħa tan-naħal, għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ April 2011.

(3)

Barra mill-funzjonijiet u l-ħidmiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, ċerti responsabbiltajiet u ħidmiet speċifiċi marbuta mal-karatteristiċi tal-aġenti li jistgħu jaffetwaw is-saħħa tan-naħal għandhom jitwettqu fuq livell tal-Unjoni biex jiżguraw koordinazzjoni aħjar. Għaldaqstant, dawn ir-responsabbiltajiet u l-ħidmiet speċifiċi supplementari tal-laboratorju ta’ referenza tal-UE fil-qasam tas-saħħa tan-naħal għandhom jiġu stipulati f'dan ir-Regolament.

(4)

Il-Parti II tal-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Agence Nationale de Sécurité Sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES) bil-laboratorju tagħha għall-mard tan-naħal, Sophia-Antipolis Laboratory, fi Franza, hija b'dan maħtura bħala laboratorju ta’ referenza tal-UE fil-qasam tas-saħħa tan-naħal mill-1 ta’ April 2011 sal-31 ta’ Marzu 2016.

Ċerti responsabbiltajiet u ħidmiet għal dak il-laboratorju huma stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fil-Parti II tal-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004, jiżdied il-punt 18 li ġej:

“18.

Laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal

Agence Nationale de Sécurité Sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail

Sophia-Antipolis Laboratory

Les Templiers

105 route des Chappes

BP 111

06902 Sophia-Antipolis

Franza.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

Ċerti responsabbiltajiet u ħidmiet tal-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal

Barra mill-funzjonijiet u l-ħidmiet ġenerali tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE fis-settur tas-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal għandu jkollu ir-responsabbiltajiet u l-ħidmiet li ġejjin:

1.

Jikkoordina, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-metodi użati fl-Istati Membri għad-dijanjosi tal-mard tan-naħal rilevanti, kif meħtieġ, b'mod partikolari billi:

(a)

jikklassifika, jaħżen u, fejn hu xieraq, jipprovdi razez tal-patoġeni biex jiġi ffaċilitat is-servizz dijanjostiku fl-Unjoni;

(b)

jikklassifika u jikkaratterizza l-antiġeni u l-ġenomiċi ta’ patoġeni, fejn hu xieraq u rilevanti, pereżempju għal segwiti epidemjoloġiċi jew verifikazzjoni ta’ dijanjosi;

(ċ)

jipprovdi s-sjeri standard u reaġenti oħra ta’ referenza lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza sabiex ikun standardizzat it-test u r-reaġenti użati f’kull Stat Membru, fejn huma meħtieġa t-testijiet seroloġiċi;

(d)

jorganizza testijiet perjodiċi komparattivi tal-proċeduri dijanjostiċi fuq livell tal-Unjoni mal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza, sabiex jipprovdi informazzjoni dwar il-metodi tad-dijanjosi użati u r-riżultati tat-testijiet imwettqa fl-Unjoni;

(e)

iżomm l-għarfien espert dwar id-dud Tropilaelaps u l-ħanfusa żgħira tal-ġarra tan-naħal (Aethina tumida) u patoġeni pertinenti oħra biex tkun tista’ sseħħ dijanjosi differenzjali rapida;

(f)

jiddetermina l-identità tal-patoġeni kawżanti, fejn meħtieġ f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-laboratorji ta’ referenza reġjonali maħtura mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);

(g)

jibni u jżomm kollezzjoni aġġornata ta’ patoġeni u r-razez tagħhom u kollezzjoni aġġornata ta’ sjeri speċifiċi u reaġenti oħra kontra l-patoġeni tal-marda tan-naħal meta u jekk ikunu disponibbli;

(h)

jkun fdat biex iwettaq inventarju tat-tekniki użati attwalment fil-laboratorji varji;

(i)

jipproponi testijiet standardizzati u proċeduri ta’ testijiet jew reaġenti ta’ referenza għall-kontroll intern ta’ kwalità;

(j)

jagħti l-pariri lill-Kummissjoni dwar aspetti xjentifiċi relatati mas-saħħa tan-naħal.

2.

Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għandu:

(a)

jassisti b’mod attiv fid-dijanjosi tat-tifqigħ tal-marda rilevanti fl-Istati Membri billi jirċievi l-patoġeni iżolati għad-dijanjosi konfermattiva, l-istudji tal-karatterizzazzjoni u dawk epiżootiċi u jikkomunika mingħajr dewmien ir-riżultati ta’ kwalunkwe investigazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lil-laboratorji ta’ referenza nazzjonali kkonċernati;

(b)

jiffaċilita t-taħriġ jew it-taħriġ mill-ġdid tal-esperti fid-dijanjosi tal-laboratorju bil-ħsieb li jiġu armonizzati t-tekniki dijanjostiċi fl-Unjoni kollha;

(ċ)

jorganizza gruppi ta’ ħidma għall-benefiċċju tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali kif miftiehem fil-programm ta’ ħidma, inkluż it-taħriġ tal-esperti mill-Istati Membri u, fejn xieraq, minn pajjiżi terzi, f'metodoloġiji analitiċi ġodda;

(d)

jipprovdi l-għajnuna teknika lill-Kummissjoni u, fuq talba tagħha, jieħu sehem f'fora internazzjonali li jikkonċernaw b'mod partikolari l-istandardizzazzjoni ta’ metodi analitiċi u l-implimentazzjoni tagħhom;

(e)

jiżviluppa attivitajiet ta’ monitoraġġ u fejn possibbli jikkoordina attivitajiet intenzjonati għat-titjib tal-istat tas-saħħa tan-naħla fl-Unjoni, b'mod partikolari billi:

(i)

iwettaq il-provi ta’ validazzjoni tat-test jew jikkollabora ma’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali kkonċernati fit-twettiq ta’ dawn il-provi;

(ii)

jagħti għajnuna xjentifika u teknika lill-Kummissjoni u jiġbor l-informazzjoni u r-rapporti assoċjati mal-attivitajiet tal-laboratorju ta’ referenza tal-UE;

(iii)

jistabbilixxi u jikkoordina stħarriġ dwar Kundizzjoni ta’ Kollass fil-Kolonji tan-naħal fl-Unjoni biex tiġi stabbilita linja ta’ bażi għall-mortalità staġjonali “normali” tan-naħal;

(f)

jikkollabora ma’ laboratorji kompetenti rilevanti f'pajjiżi terzi fejn dawn il-mardiet huma prevalenti fir-rigward ta’ metodi ta’ dijanjosi tal-mard tan-naħal;

(g)

jikkollabora ma’ laboratorji reġjonali rilevanti maħtura mill-OIE fir-rigward ta’ mard eżotiku (id-dud Tropilaelaps u l-ħanfusa żgħira tal-ġarra tan-naħal (Aethina tumida) u kwalunkwe mard eżotiku ieħor għall-Unjoni);

(h)

jgħaqqad flimkien u jibgħat l-informazzjoni lill-Kummissjoni u lil-laboratorji ta’ referenza nazzjonali kkonċernati b'mard eżotiku u endemiku jew pesti li potenzjalment ikunu qegħdin ifaqqgħu u li jistgħu jaffetwaw lill-Unjoni, inkluż il-Kundizzjoni ta’ Kollass fil-Kolonji tan-naħal.

3.

Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għandu wkoll:

(a)

iwettaq l-esperimenti u provi fuq il-post, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, immirati lejn kontrol aħjar ta’ mard speċifiku tan-naħal;

(b)

jirrevedi fil-laqgħa annwali tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali r-rekwiżiti rilevanti għall-ittestjar stabbiliti fil-Kodiċi Sanitarju tal-Annimali Terrestri tal-OIE u l-Manwal għat-Testijiet Dijanjostiċi u għat-Tilqim tal-Annimali Terrestri;

(ċ)

jgħin lill-Kummissjoni fir-reviżjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OIE fil-Kodiċi Sanitarju tal-Annimali Terrestri u l-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u t-Tilqim tal-Annimali Terrestri.


3.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 88/2011

tat-2 ta’ Frar 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, fir-rigward ta’ statistika fuq sistemi edukattivi u ta’ taħriġ

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 t’April 2008 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja fi tliet dominji speċifikati li għandhom jiġu implimentati b’azzjonijiet statistiċi.

(2)

Hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet statistiċi individwali għall-produzzjoni ta’ statistika dwar is-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ kif koperti mid-Dominju 1 fir-Regolament (KE) Nru 452/2008.

(3)

Meta jipproduċu u jxerrdu l-istatistika Ewropea dwar sistemi edukattivi u ta’ taħriġ, l-awtoritajiet statistiċi nazzjonali u Ewropej għandhom jikkunsidraw il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea endorsjat mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji tal-istatistika (2).

(4)

L-implimentazzjoni tal-miżuri għall-produzzjoni tal-istatistika dwar sistemi edukattivi u ta’ taħriġ għandha tikkunsidra l-piż potenzjali fuq l-istituzzjonijiet edukattivi u l-individwi u l-aħħar ftehim bejn l-Istitut għall-Istatistika tal-UNESCO (UIS), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u l-Kummissjoni (Eurostat) dwar kunċetti, definizzjonijiet, proċessar tad-dejta, perjodiċità u dati tal-iskadenza għat-trażmissjoni tar-riżultati. Dan jinkludi l-forma tat-trażmissjoni tad-dejta dwar sistemi edukattivi kif speċifikati fl-aħħar verżjoni tal-linji gwida dettaljati għall-ġbir tad-dejta tal-UNESCO/OECD/Eurostat.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew għal Sistema ta’ Statistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 fir-rigward tal-ġbir, it-trażmissjoni u l-ipproċessar ta’ dejta statistika fid-Dominju 1 dwar sistemi edukattivi u ta’ taħriġ.

Artikolu 2

Suġġetti koperti u l-karatteristiċi tagħhom

L-għażla u l-ispeċifikazzjoni tas-suġġetti li għandhom jiġu koperti mid-Dominju 1 dwar sistemi edukattivi u ta’ taħriġ, kif ukoll il-lista dettaljata tal-karatteristiċi tagħhom u ta’ kif jiġu mqassma, għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 3

Perjodi ta’ referenza u trażmissjoni ta’ riżultati

1.   Id-dejta dwar ir-reġistrazzjonijiet, l-istudenti ġodda, il-persunal, il-lingwi barranin li ġew mitgħallma u d-daqs tal-klassi għandha tirreferi għas-sena skolastika/akkademika kif definit fuq livell nazzjonali (sena t). Id-dejta annwali dwar ir-reġistrazzjonijiet, l-istudenti ġodda, il-persunal, il-lingwi barranin mitgħallma u d-daqs tal-klassi għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) kull sena sat-30 ta’ Settembru fis-sena t+2. L-ewwel trażmissjoni tad-dejta f’Settembru 2012 għandha tirreferi għas-sena skolastika/akkademika 2010-2011 kif definit fuq livell nazzjonali.

2.   Il-gradwati/gradwazzjonijiet għandhom jirreferu għas-sena skolastika/akkademika kif definit fuq livell nazzjonali (sena t) jew għas-sena kalendari (sena t+1). Id-dejta annwali fuq il-gradwati/gradwazzjonijiet għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) annwalment sat-30 ta’ Novembru fis-sena t+2. L-ewwel trażmissjoni tad-dejta f’Novembru 2012 għandha tirreferi għas-sena skolastika/akkademika 2010-2011 kif definit fuq livell nazzjonali jew għas-sena kalendari fl-2011.

3.   Id-dejta tan-nefqa edukattiva għandha tirreferi għas-sena finanzjarja tal-Istat Membru kif definit fuq livell nazzjonali (sena t). Id-dejta annwali dwar in-nefqa fuq l-edukazzjoni għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) kull sena sat-30 ta’ Novembru fis-sena t+2. L-ewwel trażmissjoni tad-dejta f’Novembru 2012 għandha tirreferi għas-sena finanzjarja 2010.

Artikolu 4

Rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta u qafas tar-rappurtaġġ tal-kwalità

1.   Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta u l-qafas tar-rappurtaġġ tal-kwalità dwar sistemi edukattivi u ta’ taħriġ għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) rapport tal-kwalità skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II kull sena. L-ewwel rapport għandu jirreferi għas-sena tal-ġbir tad-dejta tal-2012. Ir-rapport tal-kwalità li jikkonċerna l-perjodi ta’ referenza stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar fis-sena t+3. L-ewwel rapport tal-kwalità dwar il-ġbir tad-dejta tal-2012 għandu, eċċezzjonalment, jiġi trażmess sal-31 ta’ Marzu fis-sena t+3.

3.   L-Istati Membri għandhom jiksbu d-dejta meħtieġa bl-użu ta’ kombinazzjoni ta’ sorsi differenti bħal sondaġġi bbażati fuq kampjuni, sorsi tad-dejta amministrattivi jew sorsi oħra tad-dejta.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-Kummissjoni (Eurostat) b’informazzjoni dwar il-metodi u l-kwalità tad-dejta mis-sorsi użati minbarra sondaġġi bbażati fuq kampjuni u sorsi tad-dejta amministrattivi kif imsemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227.

(2)  COM(2005) 217 finali.


ANNESS I

Suġġetti koperti, lista dettaljata tal-karatteristiċi u t-tqassim tagħhom

Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRL-Bolonja

Numru ta’ studenti rreġistrati skont il-livell edukattiv (livell terzjarju), skont is-sess u l-qasam dettaljat tal-edukazzjoni miġbura skont iċ-ċiklu tnejn ta’ Bolonja (Baċellarat-Master) u l-istruttura tal-lawrja Ph.D

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell ta’ edukazzjoni

Numru ta’ studenti li jsegwu l-istrutturi ta’ Bolonja (jew fi programmi li jwasslu għal lawrja simili f’pajjiżi mhux Ewropej), numru ta’ studenti minn programmi fejn l-istrutturi ta’ Bolonja ma ġewx introdotti (wara l-istruttura ISCED 1997) (jew fi programmi li jwasslu għal lawrji oħra f’pajjiżi mhux Ewropej)

Strutturi ta’ Bolonja

Programmi ta’ inqas minn 3 snin li iżda huma meqjusa li huma fil-livell terzjarju u parti mill-istruttura ta’ Bolonja (li jwasslu għall-ewwel lawrja), Programmi li jwasslu għal lawrja ta’ baċellerat, perjodu 3-4 snin li jwassal għall-ewwel lawrja, lawrja Master 4-6 snin kumulattivi (li jwasslu għat-tieni lawrja), L-ewwel lawrji twal meqjusa li huma parti mill-istruttura ta’ Bolonja (perjodu ta’ 5 snin jew iżjed), programmi ta’ Ph.d. u dottorati (li jwasslu għat-tielet lawrja – lawrja postdottorat).

Livelli ISCED

ISCED 5A 3 sa < 5 years, (li jwasslu għall-ewwel lawrja), ISCED 5A 5 jew iżjed snin, (li jwasslu għall-ewwel lawrja), ISCED 5A (li jwasslu għat-tieni lawrja), ISCED 5B (li jwasslu għall-ewwel kwalifika), ISCED 5B (li jwasslu għat-tieni kwalifika), ISCED 6 (lawrji Ph.D/lawrji ta’ dottorat/lawrji ta’ postdottorat)

Qasam dettaljat tal-edukazzjoni

Manwal tal-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, verżjoni Diċembru 1999

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRL1

Numru ta’ studenti skont il-livell edukattiv, orjentazzjoni tal-programm, destinazzjoni tal- programm, intensità tal-parteċipazzjoni, sess u età

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 0, - livell 1, - livell 2, - livell 3, - livell 4, - livell 5, - livell 6, mhux allokat bil-livell

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 3 ġenerali, - livell 3 prevokazzjonali/vokazzjonali, - livell 4 ġenerali, - livell 4 prevokazzjonali/vokazzjonali

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 3A/B, - livell 3C, - livell 4A/B, livell 4C, - livell 5A, - livell 5B

Intensità tal-parteċipazzjoni

Total full time u part time, full time

Sess

Irġiel, Nisa

Età

Taħt it-3 snin, snin uniċi 3 sa 29 sena, 30-34 sena, 35-39 sena, 40 sena u iżjed, età mhux magħrufa

Obbligatorju (minbarra l-kolonna 5 li tirrigwarda l-parteċipazzjoni fi programmi għat-tfal żgħar mhux f’ISCED 0 jew 1)


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRL1_Adult

Numru ta’ studenti fi programmi edukattivi għall-adulti rrapurtati f’ENRL1 skont il-livell edukattiv, l-orjentazzjoni tal-programm, l-intensità tal-parteċipazzjoni, is-sess u l-età

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 1, - livell 2, - livell 3, - livell 4

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 3 ġenerali, - livell 3 prevokazzjonali/vokazzjonali, - livell 4 ġenerali, - livell 4 pre vokazzjonali/vokazzjonali

Intensità tal-parteċipazzjoni

Total full time u part time, full time

Sess

Irġiel, Nisa

Età

Taħt il-15-il sena, snin uniċi 15 sa 29 sena, 30-34 sena, 35-39 sena, 40 sena u iżjed, età mhux magħrufa

Obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRL1a

Numru ta’ Studenti skont il-livell edukattiv, l-orjentazzjoni tal-programm, id-destinazzjoni tal-programm, it-tip ta’ istituzzjoni, l-intensità tal-parteċipazzjoni u s-sess

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 0, - livell 1, - livell 2, - livell 3, - livell 4, - livell 5A, - livell 5B, - livell 6, mhux allokati skont il-livell

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 2 ġenerali, - livell 2 prevokazzjonali, - livell 2 vokazzjonali, - livell 3 ġenerali, - livell 3 prevokazzjonali, - livell 3 vokazzjonali, - livell 4 ġenerali, - livell 4 prevokazzjonali, - livell 4 vokazzjonali,

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 3A, - livell 3B, - livell 3C, - livell 4A, - livell 4B, livell 4C, - livell 5A l-ewwel lawrja, - livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati, - livell 5B l-ewwel kwalifika, - livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati.

Intensità tal-parteċipazzjoni

Total full time u part time, full time, part time, ekwivalenti għal full time

total full time u part time

Li minnhom: Studenti fi programm ikkombinat ibbażat fuq skola u xogħol (għal ISCED livelli 3 u 4)

Sess

Irġiel, Nisa

full-time

Li minnhom: Studenti fi programm ikkombinat ibbażat fuq skola u xogħol (għal ISCED livelli 3 u 4)

Sess

Irġiel, Nisa

part-time

Li minnhom: Studenti fi programm ikkombinat ibbażat fuq skola u xogħol (għal ISCED livelli 3 u 4)

ekwivalenti għal full time

Li minnhom: Studenti fi programm ikkombinat ibbażat fuq skola u xogħol (għal ISCED livelli 3 u 4)

Tip ta’ istituzzjoni

Istituzzjonijiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet privati kollha

Intensità tal-parteċipazzjoni

Full time, part time, ekwivalenti għal full time

Obbligatorja (minbarra r-ringieli C5 sa C12 (dwar istituzzjonijiet privati dipendenti fuq il-gvern u istituzzjonijiet privati indipendenti) u kolonna 5 (dwar il-parteċipazzjoni fi programmi għat-tfal żgħar mhux fl-ISCED 0 jew 1) li jibqgħu mhux obbligatorji)


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRL1a_adult

Numru ta’ Studenti fl-edukazzjoni adulta rrapurtati fl-ENRL1a skont il-livell edukattiv, l-orjentazzjoni tal-programm, it-tip ta’ istituzzjoni, l-intensità tal-parteċipazzjoni u s-sess

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 0, - livell 1, - livell 2, - livell 3, - livell 4

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 2 ġenerali, - livell 2 prevokazzjonali, - livell 2 vokazzjonali, - livell 3 ġenerali, - livell 3 prevokazzjonali, - livell 3 vokazzjonali, - livell 4 ġenerali, - livell 4 prevokazzjonali, - livell 4 vokazzjonali,

Tip ta’ istituzzjoni

Istituzzjonijiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet privati kollha, istituzzjonijiet privati dipendenti fuq il-gvern, istituzzjonijiet privati indipendenti

Intensità tal-parteċipazzjoni

Full time, part time, ekwivalenti għal full time

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRL3

Numru ta’ Studenti u Persuni li Rrepetew (ISC 123) fi programmi ġenerali skont il-livell edukattiv, is-sess u l-grad

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Tip ta’ student/status ta’ min irrepeta

Numru ta’ stidenti, numru ta’ persuni li rrepetew

Livell edukattiv

ISCED livell 1

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 2 ġenerali, - livell 3 ġenerali

Sess

Irġiel, Nisa

Grad

Grad 1, Grad 2, Grad 3, Grad 4, Grad 5, Grad 6, Grad 7, Grad 8, Grad 9, Grad 10, Grad mhux magħruf

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRL4

Numru ta’ studenti fl-ewwel grad skont is-sess u l-età

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

Grad 1 fil-Primarja (ISCED 1)

Sess

Irġiel, nisa

Grupp tal-età

taħt l-4 snin, snin uniċi 4 sa 14-il sena, 15-il sena u iżjed, età mhux magħrufa

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRL5

Numru ta’ Studenti (ISC 56) skont il-livell edukattiv, id-destinazzjoni tal-programm, il-qasam tal-edukazzjoni u s-sess

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 56

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A, - livell 5B, - livell 6

Sess

Irġiel, Nisa

Qasam tal-edukazzjoni

Edukazzjoni (ISC 14), Taħriġ lill-għalliema (ISC 141), Xjenza tal-edukazzjoni (ISC 142), L-Umanitajiet u l-Arti, l-Arti (ISC 21), l-Umanitajiet (ISC 22), Xjenzi soċjali, kummerċ u liġi, Xjenza soċjali u komportamentali (ISC 31), Ġurnaliżmu u informazzjoni (ISC 32), Kummerċ u amministrazzjoni (ISC 34), Liġi (ISC 38), Xjenza, Xjenzi tal-ħajja (ISC 42), Xjenzi fiżiċi (ISC 44), Matematika u statistika (ISC 46), Informatika (ISC 48), Inġinerija, manifattura u kostruzzjoni, Inġinerija u sengħat tal-inġinerija (ISC 52), Manifattura u proċessar (ISC 54), Arkitettura u bini (ISC 58), Agrikoltura, Agrikoltura, foresterija u sajd (ISC 62), Veterinarju (ISC 64), Saħħa u benesseri, Saħħa (ISC 72), Servizzi soċjali (ISC 76), Servizzi, Servizzi personali (ISC 81), Servizzi ta’ trasport (ISC 84), Protezzjoni ambjentali (ISC 85), Servizzi tas-sigurtà (ISC 86), mhux magħrufa jew mhux speċifikati

Obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRL6

Numru ta’ Studenti li jmorru jistudjaw barra l-pajjiż u studenti barranin (ISCED 5 u 6) skont il-livell edukattiv, id-destinazzjoni tal-programm u l-qasam tal-edukazzjoni

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Tip ta’ student

Studenti li jmorru jistudjaw barra l-pajjiż u studenti barranin

Livell edukattiv

ISCED livell 5 u 6

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A, - livell 5B, - livell 6

Qasam tal-edukazzjoni

Edukazzjoni (ISC 14), Taħriġ lill-għalliema (ISC 141), Xjenza tal-edukazzjoni (ISC 142), L-Umanitajiet u l-Arti, l-Arti (ISC 21), l-Umanitajiet (ISC 22), Xjenzi soċjali, kummerċ u liġi, Xjenza soċjali u komportamentali (ISC 31), Ġurnaliżmu u informazzjoni (ISC 32), Kummerċ u amministrazzjoni (ISC 34), Liġi (ISC 38), Xjenza, Xjenzi tal-ħajja (ISC 42), Xjenzi fiżiċi (ISC 44), Matematika u statistika (ISC 46), Informatika (ISC 48), Inġinerija, manifattura u kostruzzjoni, Inġinerija u sengħat tal-inġinerija (ISC 52), Manifattura u proċessar (ISC 54), Arkitettura u bini (ISC 58), Agrikoltura, Agrikoltura, foresterija u sajd (ISC 62), Veterinarju (ISC 64), Saħħa u benesseri, Saħħa (ISC 72), Servizzi soċjali (ISC 76), Servizzi, Servizzi personali (ISC 81), Servizzi ta’ trasport (ISC 84), Protezzjoni ambjentali (ISC 85), Servizzi tas-sigurtà (ISC 86), mhux magħrufa jew mhux speċifikati

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRL7

Numru ta’ Studenti li jmorru jistudjaw barra l-pajjiż u studenti barranin skont il-livell edukattiv, id-destinazzjoni tal- programm, iċ-ċittadinanza tal-UE/mhux tal-UE u s-sess

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Tip ta’ student

Studenti li jmorru jistudjaw barra l-pajjiż skont l-oriġini fil-pajjiżi tal-UE, f’pajjiżi mhux tal-UE u ta’ oriġini mhux magħrufa

Livell edukattiv

ISCED livell 5, - livell 6, mhux allokat bil-livell

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A l-ewwel lawrja, - livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati, - livell 5B l-ewwel kwalifika, - livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati.

Sess

Irġiel, Nisa

Tip ta’ student

Studenti li mhumiex ċittadini fil-pajjiż tar-rappurtaġġ

li minnhom l-istudenti li huma ċittadini tal-pajjiżi tal-UE

li minnhom l-istudenti li huma ċittadini ta’ pajjiżi mhux fl-UE

li minnhom l-istudenti għandhom ċittadinanza mhux magħrufa

Livell edukattiv

ISCED livell 0, - livell 1, - livell 2, - livell 3, - livell 4, - livell 5, - livell 6, mhux allokat bil-livell

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A l-ewwel lawrja, - livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati, - livell 5B l-ewwel kwalifika, - livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati.

Sess

Irġiel, Nisa

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRL8

Numru ta’ Studenti (ISCED 5/6) skont il-livell edukattiv, id-destinazzjoni tal-programm, il-pajjiż taċ-ċittadinanza

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Tip ta’ student

L-istudenti kollha

Livell edukattiv

ISCED livell 5, ISCED livell 6

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A, - livell 5B

Pajjiż ta’ ċittadinanza

Il-kodiċijiet standard tal-pajjiż u ż-żona għal użu statistiku huma dawk definiti u fis-seħħ mid-Diviżjoni Statistika tan- Nazzjonijiet Uniti (Standard Internazzjonali ISO 3166-1), m49alpha.

Obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRL9

Numru ta’ Studenti (ISC 5/6) skont il-livell edukattiv, id-destinazzjoni tal-programm u l-pajjiż tal-oriġini (residenza abitwali u/jew l-edukazzjoni preċedenti)

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Tip ta’ student

Studenti bil-pajjiż tal-oriġini

Livell edukattiv

ISCED livell 6

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A, - livell 5B

Pajjiż jew territorju ta’ Residenza abitwali /edukazzjoni preċedenti

Il-kodiċi standard tal-pajjiż u ż-żona għall-użu statistiku huma dawk definiti u fis-seħħ mid-Diviżjoni Statistika tan- Nazzjonijiet Uniti (Standard Internazzjonali ISO 3166-1), m49alpha.

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENTR1

Dħul annwali skont il-livell edukattiv u d-destinazzjoni tal-programm

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

Livell sekondarju ogħla ISCED 3, Livell postsekondarju mhux terzjarju ISCED 4, Terzjarju

Destinazzjoni tal-programm

ISCED 5A, ISCED 5B, ISCED 6

Tip ta’ studenti

Studenti ġodda, studenti li reġgħu daħlu mill-ġdid, studenti li qed ikomplu

Studenti ġodda

B’edukazzjoni preċedenti fil-livell terzjarju l-ieħor, mingħajr l-ebda edukazzjoni preċedenti fil-livell terzjarju

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENTR2

Numru ta’ studenti ġodda skont il-livell edukattiv, is-sess u l-età

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

Livell sekondarju ogħla (ISCED livell 3), Postsekondarju mhux terzjarju (ISCED 4), Terzjarju

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A, - livell 5B, - livell 6

Sess

Irġiel, Nisa

Età

Taħt l-14–il sena, snin uniċi 14-29, 30-34 sena, 35-39 sena, 40 sena u iżjdc, età mhux magħrufa

Obbligatorju minbarra għal kolonni 1 u 2 (rigward ISCED livelli 3 u 4) li mhumiex obbligatorji.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENTR3

Numru ta’ studenti ġodda skont il-livell edukattiv, is-sess u l-qasam tal-edukazzjoni

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

Terzjarju

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A, - livell 5B, livell 6

Sess

Irġiel, Nisa

Qasam tal-edukazzjoni

Edukazzjoni (ISC 14), Taħriġ lill-għalliema (ISC 141), Xjenza tal-edukazzjoni (ISC 142), L-Umanitajiet u l-Arti, l-Arti (ISC 21), l-Umanitajiet (ISC 22), Xjenzi soċjali, kummerċ u liġi, Xjenza soċjali u komportamentali (ISC 31), Ġurnaliżmu u informazzjoni (ISC 32), Kummerċ u amministrazzjoni (ISC 34), Liġi (ISC 38), Xjenza, Xjenzi tal-ħajja (ISC 42), Xjenzi fiżiċi (ISC 44), Matematika u statistika (ISC 46), Informatika (ISC 48), Inġinerija, manifattura u kostruzzjoni, Inġinerija u sengħat tal-inġinerija (ISC 52), Manifattura u proċessar (ISC 54), Arkitettura u bini (ISC 58), Agrikoltura, Agrikoltura, foresterija u sajd (ISC 62), Veterinarju (ISC 64), Saħħa u benesseri, Saħħa (ISC 72), Servizzi soċjali (ISC 76), Servizzi, Servizzi personali (ISC 81), Servizzi ta’ trasport (ISC 84), Protezzjoni ambjentali (ISC 85), Servizzi tas-sigurtà (ISC 86), mhux magħrufa jew mhux speċifikati

Obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

GRAD-Bolonja

Numru ta’ gradwati/gradwazzjonijiet (livell terzarju), skont is-sess u l-qasam dettaljat tar-rappurtaġġ tal-edukazzjoni skont iċ-ċiklu tnejn ta’ Bolonja (Baċellerat-Master) u struttura tal- lawrja Ph.D

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

Numru ta’ gradwati/gradwazzjonijiet li jsegwu l-istrutturi ta’ Bolonja (jew fi programmi li jwasslu għal lawrja simili f’pajjiżi mhux Ewropej), numru ta’ gradwati/gradwazzjonijiet minn programmi fejn l-istrutturi ta’ Bolonja ma ġewx introdotti (wara l istruttura ISCED 1997) (jew fi programmi li jwasslu għal lawrji oħra f’pajjiżi mhux Ewropej)

Strutturi ta’ Bolonja

Lawrji ta’ inqas minn 3 snin li iżda huma meqjusa li huma fil-livell terzjarju u parti mill-istruttura ta’ Bolonja (li jwasslu għall ewwel lawrja), lawrja ta’ baċellerat, perjodu 3-4 snin li twassal għall-ewwel lawrja, lawrja Master 4-6 snin kumulattivi (li twassal għat-tieni lawrja), L-ewwel lawrji twal meqjusa li huma parti mill-istruttura ta’ Bolonja (perjodu ta’ 5 snin jew iżjed), programmi ta’ Ph.d. u dottorati

Livelli ISCED

ISCED 5A l-ewwel lawrja 3 sa < 5 snin, ISCED 5A l-ewwel lawrja 5 jew iżjed snin, ISCED 5A (li jwasslu għat-tieni lawrja), ISCED 5B (li jwasslu għall-ewwel kwalifika), ISCED 5B (li jwasslu għat-tieni kwalifika), ISCED 6 (lawrji Ph.D/lawrji ta’ dottorat/lawrji ta’ postdottorat)

Qasam dettaljat tal-edukazzjoni

Manwal tal-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, verżjoni Diċembru 1999

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

GRAD1

Numru ta’ Gradwati (ISCED 3 u 4) skont il-livell edukattiv, id-destinazzjoni tal-programm, l-orjentazzjoni tal- programm, it-tip ta’ istituzzjoni, is-sess u minn studenti li jmorru jistudjaw barra l-pajjiż u studenti barranin skont is- sess

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Tip ta’ gradwat

Gradwati li huma ċittadini barranin fil-pajjiż tar-rappurtaġġ, gradwati li huma studenti li jmorru jistudjaw barra pajjiżhom fil- pajjiż ta’ rappurtaġġ

Livell edukattiv

Livell sekondarju ogħla (ISCED 3), Livell postsekondarju mhux terzjarju ISCED 4

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 3A , - livell 3B, - livell 3C ta’ tul ta’ żmien simili bħal programmi tipiċi 3A jew 3B, - livell 3C ta’ perjodu ta’ żmien iqsar bħal programmi tipiċi 3A jew 3B, ISCED livell 4A , - livell 4B, - livell 4C.

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 3 programmi ġenerali, - livell 3 programmi prevokazzjonali, - livell 3 programmi vokazzjonali, ISCED livell 4 programmi ġenerali, - livell 4 programmi prevokazzjonali, - livell 4 programmi vokazzjonali

Sess

Irġiel, Nisa

Tip ta’ gradwat/mobile

Gradwati b’oriġini barra l-pajjiż tar-rappurtaġġ

Livell edukattiv

Livell sekondarju ogħla (ISCED 3), Livell postsekondarju mhux terzjarju ISCED 4

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 3A , - livell 3B, - livell 3C ta’ tul ta’ żmien simili bħal programmi tipiċi 3A jew 3B, - livell 3C ta’ perjodu ta’ żmien iqsar bħal programmi tipiċi 3A jew 3B

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 3 programmi ġenerali, - livell 3 programmi prevokazzjonali, - livell 3 programmi vokazzjonali, ISCED livell 4 programmi ġenerali, - livell 4 programmi prevokazzjonali, - livell 4 programmi vokazzjonali

Sess

Irġiel, Nisa

Tip ta’ istituzzjoni

Istituzzjonijiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet privati kollha

Sess

Irġiel, Nisa

Livell edukattiv

Livell sekondarju ogħla (ISCED 3), Livell postsekondarju mhux terzjarju ISCED 4

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 3A , - livell 3B, - livell 3C ta’ tul ta’ żmien simili bħal programmi tipiċi 3A jew 3B, - livell 3C ta’ tul ta’ żmien iqsar bħal programmi tipiċi 3A jew 3B

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 3 programmi ġenerali, - livell 3 programmi prevokazzjonali, - livell 3 programmi vokazzjonali, - livell 4 programmi ġenerali, - livell 4 programmi prevokazzjonali, - livell 4 programmi vokazzjonali

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

GRAD2

Numru ta’ Gradwati (ISCED 3 u 4) skont il-livell edukattiv, id-destinazzjoni tal-programm, l-orjentazzjoni tal- programm, l-età u s-sess

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

Livell sekondarju ogħla (ISCED 3), livell postsekondarju mhux terzjarju ISCED 4

Tip ta’ gradwat

Il-gradwati kollha, Gradwati għall-ewwel darba

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 3A , - livell 3B, - livell 3C ta’ tul ta’ żmien simili bħal programmi tipiċi 3A jew 3B, livell 3C ta’ tul ta’ żmien iqsar bħal programmi tipiċi 3A jew 3B, gradwati għall-ewwel darba ISCED 3A u3 B, gradwati għall-ewwel darba ISCED 3A, 3B u 3C ta’ tul ta’ żmien simili bħal programmi tipiċi 3A jew 3B, ISCED livell 4A , - livell 4B, - livell 4C

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 3 programmi ġenerali, - livell 3 programmi prevokazzjonali, - livell 3 programmi vokazzjonali, ISCED livell 4 programmi ġenerali, - livell 4 programmi prevokazzjonali, - livell 4 programmi vokazzjonali

Sess

Irġiel, Nisa

Età

Taħt il-11-il sena, snin uniċi 11 sa 29 sena, 30-34 sena, 35-39 sena, 40 sena u iżjed, età mhux magħrufa

Obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

GRAD3

Numru ta’ Gradwati (ISCED 5 u 6) skont il-livell edukattiv, id-destinazzjoni tal-programm, it-tul kumulattiv, it-tip ta’ istituzzjoni, is-sess u l-istudenti li jmorru jistudjaw barra l-pajjiż u l-istudenti barranin skont is-sess

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Tip ta’ gradwat/oriġini

Gradwati li jmorru jistudjaw barra pajjiżhom fil-pajjiż ta’ rappurtaġġ

Livell edukattiv

ISCED livell 5A, - livell 5B, - livell 6

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A l-ewwel lawrja b’tul kumulattiv, - livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati b’tul kumulattiv, - livell 5B l-ewwel kwalifika b’tul kumulattiv, - livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati b’tul kumulattiv, - livell 6 Ph.D/Lawrji ta’ Dottorat, - Livell 6 lawrji postdottorat

Tul kumulattiv

ISCED livell 5A l-ewwel lawrja 3 sa < 5 snin, - livell 5A l-ewwel lawrja 5 sa 6 snin, livell 5A l-ewwel lawrja iżjed minn 6 snin, livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati inqas minn 5 snin, livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati inqas minn 5 sa 6 snin, livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati iżjed minn 6 snin, ISCED livell 5A l-ewwel lawrja 3 sa < 5 snin, - livell 5A l-ewwel lawrja 5 sa 6 snin, livell 5A l-ewwel lawrja iżjed minn 6 snin, livell 5B l-ewwel kwalifika 2 - < 3 snin, livell 5B l-ewwel kwalifika 3 sa < 5, livell 5B l-ewwel kwalifika iżjed minn 5 snin, livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati 3 sa < 5 snin, livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati 5 snin jew iżjed

Sess

Irġiel, Nisa

Tip ta’ gradwat/ċittadinanza

Gradwati li huma ċittadini barranin fil-pajjiż tar-rappurtaġġ

Livell edukattiv

ISCED livell 5A, - livell 5B, - livell 6

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A l-ewwel lawrja b’tul kumulattiv, - livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati b’tul kumulattiv, - livell 5B l-ewwel kwalifika b’tul kumulattiv, - livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati b’tul kumulattiv, - livell 6 Ph.D/lawrji ta’ Dottorat, - Livell 6 lawrji postdottorat

Tul kumulattiv

ISCED livell 5A l-ewwel lawrja 3 sa < 5 snin, - livell 5A l-ewwel lawrja 5 sa 6 snin, livell 5A l-ewwel lawrja iżjed minn 6 snin, livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati inqas minn 5 snin, livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati inqas minn 5 sa 6 snin, livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati iżjed minn 6 snin, ISCED livell 5A l-ewwel lawrja 3 sa < 5 snin, - livell 5A l-ewwel lawrja 5 sa 6 snin, livell 5A l-ewwel lawrja iżjed minn 6 snin, livell 5B l-ewwel kwalifika 2 - < 3 snin, livell 5B l-ewwel kwalifika 3 sa < 5, livell 5B l-ewwel kwalifika iżjed minn 5 snin, livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati 3 sa < 5 snin, livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati 5 jew iżjed snin

Sess

Irġiel, Nisa

Tip ta’ istituzzjoni

Istituzzjonijiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet privati kollha

Livell edukattiv

ISCED livell 5A, - livell 5B, - livell 6

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A l-ewwel lawrja b’tul kumulattiv, - livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati b’tul kumulattiv, - livell 5 l- ewwel kwalifika b’tul kumulattiv, - livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati b’tul taż-żmien kumulattiv, -livell 6 Ph.D/lawrji ta’ Dottorat, - Livell 6 lawrji postdottorat

Tul kumulattiv

ISCED livell 5A l-ewwel lawrja 3 sa < 5 snin, - livell 5A l-ewwel lawrja 5 sa 6 snin, livell 5A l-ewwel lawrja iżjed minn 6 snin, livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati inqas minn 5 snin, livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati inqas minn 5 sa 6 snin, livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati iżjed minn 6 snin, ISCED livell 5A l-ewwel lawrja 3 sa < 5 snin, - livell 5A l-ewwel lawrja 5 sa 6 snin, livell 5A l-ewwel lawrja iżjed minn 6 snin, livell 5B l-ewwel kwalifika 2 - < 3 snin, livell 5B l-ewwel kwalifika 3 sa < 5, livell 5B l-ewwel kwalifika iżjed minn 5 snin, livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati 3 sa < 5 snin, livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati 5 jew iżjed snin

Sess

Irġiel, Nisa

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

GRAD4

Numru ta’ Gradwati (ISCED 5 u 6) skont il-livell edukattiv, id-destinazzjoni tal-programm, it-tul kumulattiv, l-età u s- sess

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

Il-gradwati kollha ISCED 5 u 6: ISCED 5A, ISCED 5B, ISCED 6 il-gradwati għall-ewwel darba (għadd mhux duplikat) ISCED 5A, ISCED 5B

Destinazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A l-ewwel lawrja b’tul kumulattiv, - livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati b’tul kumulattiv, - livell 5B l-ewwel kwalifika b’tul kumulattiv, - livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati b’tul kumulattiv, - livell 6 Ph.D/Lawrji ta’ Dottorat, - Livell 6 lawrji postdottorati, gradwati l-ewwel darba (għadd mhux duplikat) ISCED 5A total b’tul kumulattiv, ISCED 5B total,

Tul kumulattiv

ISCED livell 5A l-ewwel lawrja 3 sa < 5 snin, - livell 5A l-ewwel lawrja 5 sa 6 snin, livell 5A l-ewwel lawrja iżjed minn 6 snin, livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati inqas minn 5 snin, livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati inqas minn 5 sa 6 snin, livell 5A it-tieni lawrja u lawrji iżjed avvanzati iżjed minn 6 snin, ISCED livell 5A l-ewwel lawrja 3 sa < 5 snin, - livell 5A l-ewwel lawrja 5 sa 6 snin, livell 5A l-ewwel lawrja iżjed minn 6 snin, livell 5B l-ewwel kwalifika 2 - < 3 snin, livell 5B l-ewwel kwalifika 3 sa < 5, livell 5B l-ewwel kwalifika iżjed minn 5 snin, livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati 3 sa < 5 snin, livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati 5 snin jew iżjed gradwati għall-ewwel darba (għadd mhux duplikat) ISCED 5A 3 to < 5 snin, gradwati għall-ewwel darba (għadd mhux duplikat) ISCED 5A 5 sa 6 snin, gradwati għall-ewwel darba (għadd mhux duplikat) ISCED 5A iżjed minn 6 snin

Sess

Irġiel, Nisa

Età

Taħt 15 –il sena, snin uniċi 15 sa 29 sena, 30-34 sena, 35-39 sena, 40 sena u iżjed, età mhux magħrufa

Obbligatorju.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

GRAD5

Numru ta’ Gradwati skont il-livell edukattiv, l-orjentazzjoni tal-programm, is-sess u l-qasam tal-edukazzjoni

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 3, - livell 4, - livell 5A, - livell 5B, - livell 6

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 3 kwalifiki vokazzjonali/prevokazzjonali, - livell 4 kwalifiki vokazzjonali/prevokazzjonali, -livell 5A l-ewwel lawrja 3 sa < 5 snin, - livell 5A l-ewwel lawrja 5 sa 6 snin, - livell 5A l-ewwel lawrja iżjed minn 6 snin, - livell 5A it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati, livell 5B l-ewwel kwalifika, - livell 5B it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati, - livell 6 Ph.D/lawrji ta’ Dottorat, - livell 6 lawrji postdottorat

Sess

Irġiel, Nisa

Qasam tal-edukazzjoni

Edukazzjoni (ISC 14), Taħriġ lill-għalliema (ISC 141), Xjenza tal-edukazzjoni (ISC 142), L-Umanitajiet u l-Arti, l-Arti (ISC 21), l-Umanitajiet (ISC 22), Xjenzi soċjali, kummerċ u liġi, Xjenza soċjali u komportamentali (ISC 31), Ġurnaliżmu u informazzjoni (ISC 32), Kummerċ u amministrazzjoni (ISC 34), Liġi (ISC 38), Xjenza, Xjenzi tal-ħajja (ISC 42), Xjenzi fiżiċi (ISC 44),Matematika u statistika (ISC 46), Informatika (ISC 48), Inġinerija, manifattura u kostruzzjoni, Inġinerija u sengħat tal-inġinerija (ISC 52), Manifattura u proċessar (ISC 54), Arkitettura u bini (ISC 58), Agrikoltura, Agrikoltura, foresterija u sajd (ISC 62), Veterinarju (ISC 64), Saħħa u benesseri, Saħħa (ISC 72), Servizzi soċjali (ISC 76), Servizzi, Servizzi personali (ISC 81), Servizzi ta’ trasport (ISC 84), Protezzjoni ambjentali (ISC 85), Servizzi tas-sigurtà (ISC 86), mhux magħrufa jew mhux speċifikati

Obbligatorju.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

Tul medju

Tul medju tal-edukazzjoni terzjarja

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell terzjarju, ISCED livell 6

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 5A, - livell 5B, livell 5A/6

Tul taż-żmien bl-approssimazzjoni

 

Formula

(definita minn qabel)

Tul taż-żmien bil-metodu katina

Probabbiltà kundizzjonali ta’ żero studenti li jieqfu jistudjaw matul l-1 sena ta’ studju, Probabbiltà kundizzjonali tranżizzjoni mill-1 għat-2 sena ta’ studju, Probabbiltà kundizzjonali ta’ tranżizzjoni mit-2 għat-3 sena ta’ studju, Probabbiltà, kundizzjonali ta’ tranżizzjoni mit-3 għar-4 sena ta’ studju, Probabbiltà kundizzjonali ta’ tranżizzjoni mir-4 għall-5 sena ta’ studju, Probabbiltà kundizzjonali ta’ tranżizzjoni mill-5 għas-6 sena ta’ studju, Probabbiltà kundizzjonali ta’ tranżizzjoni mis-6 għas-7 sena ta’ studju, Probabbiltà kundizzjonali ta’ tranżizzjoni mis-7 għat-8 sena ta’ studju. Probabbiltà kundizzjonali ta’ tranżizzjoni mit-8 għad-9 sena ta’ studju, Probabbiltà kundizzjonali ta’ tranżizzjoni mid-9 għall-10 sena ta’ studju, Probabbiltà kundizzjonali ta’ tranżizzjoni mill-10 għall-11-il sena ta’ studju

Mhux obbligatorju. Għandu jinġabar kull tliet snin.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

Rati ta’ tlestija

Sondaġġ 2009 li jipprovdi stima ta’ rati ta’ tlestija tal-edukazzjoni terzjarja għal studenti nazzjonali u barranin

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Gradwazzjoni għall-ewwel darba

 

Tul kumulattiv

ISCED livell 5A l-ewwel lawrja 3 għal < 5 snin, - livell 5A l-ewwel lawrja 5 sa 6 snin, livell 5A l-ewwel lawrja iżjed minn 6 snin, livell 5A it-tieni kwalifika u kwalifiki iżjed avvanzati (mhux duplikati), livell 5B l-ewwel kwalifika 2 sa < 3 sentejn, livell 5B l-ewwel kwalifika 3 sa < 5 snin, livell 5B l-ewwel kwalifika iżjed minn 5 snin, livell 5B l-ewwel u t-2 kwalifika (mhux duplikati)

Ċaqliq bejn it-tip terzjarju Programmi A u tat-tip terzjarju B

ċaqliq bejn 5A lejn programmi 5B, ċaqliq bejn 5B lejn programmi 5A

Numru ta’ gradwati

Numru ta’ studenti ġodda fi programm 5A li ma lestewx l-ewwel lawrja 5A b’suċċess li iżda ġew orjentati mill-ġdid lejn programm 5B u li lestew l-ewwel lawrja 5B b’suċċess, Numru ta’ gradwati tat-tip terzjarju A li wara se jibdew programm 5B u li se jlestu l-ewwel lawrja 5B b'suċċess, Numru ta' studenti ġodda għal programm 5B li naqsu milli jlestu l-ewwel lawrja 5B b'suċċess li iżda ġew orjentati mill-ġdid lejn programm 5A u li temmew l-ewwel lawrja 5A b'suċċess, Numru ta' gradwati tat-tip terzjarju B li wara se jibdew programm 5A u li se jlestu l-ewwel lawrja 5A b'suċċess

Intensità tal-parteċipazzjoni

Total full time u part time, full time, part time

Rati ta’ tlestija

(definiti minn qabel)

Mhux obbligatorju. Li għandu jinġabar kull tliet snin.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

Class1

Daqs medju tal-klassi skont il-livell edukattiv u skont it-tip ta’ istituzzjonijiet

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

Edukazzjoni primarja (ISC 1), Skejjel fil-livell sekondarju medju (ISC 2)

Tip ta’ istituzzjoni

Istituzzjonijiet pubbliċi, istituzzjonijiet privati dipendenti fuq il-gvern, istituzzjonijiet privati indipendenti

Daqs medju tal-klassi

Numru ta’ studenti, Numru ta’ klassijiet

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

PERS_ENRL2

Numru ta’ studenti bil-kopertura aġġustata għal-istatistika dwar il-persunal tal-edukazzjoni skont il-livell edukattiv, l- orjantazzjoni tal-programm, id-destinazzjoni tal-programm, it-tip ta’ istituzzjoni u l-mod ta’ studju.

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 0, - livell 1, - livell 2, - livell 3, - livell 4, - livell 5/6, mhux allokat skont il-livell

orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 1, - livell 2, - livell 3 ġenerali, - livell 3 prevokazzjonali u vokazzjonali, - livell 4 ġenerali, - 4 livell prevokazzjonali u vokazzjonali, - livell 5B, - livell 5A/6

orjentazzjoni/lokazzjoni tal-programm

ISCED livell 3 prevokazzjonali u vokazzjonali bbażat fl-iskola, - livell 3 prevokazzjonali u vokazzjonali bbażat fl-iskola u fuq ix-xogħol, - livell 4 prevokazzjonali u vokazzjonali bbażat fl-iskola, - livell 4 prevokazzjonali u vokazzjonali bbażat fl-iskola u fuq ix-xogħol

Tip ta’ istituzzjoni

Istituzzjonijiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet privati kollha

Mod ta’ studju

Full-time, part-time, ekwivalenti għal full-time

Obbligatorju. Ringieli C4-C9 dwar istituzzjonijiet privati dipendenti fuq il-gvern u istituzzjonijiet privati indipendenti mhux obbligatorji. Kolonni 9-10 (dwar ISCED livell 3 vokazzjonali u prevokazzjonali bbażati fl-iskola u programmi bbażati fl-iskola u fuq ix-xogħol), 14-15 mhux obbligatorju (li jirrigwarda ISCED livell 4 vokazzjonali u prevokazzjonali bbażati fl-iskola u programmi bbażati fl-iskola u fuq ix-xogħol).


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

PERS1

Għalliema fil-klassi (ISCED 0-4) u persunal akkademiku (ISCED 5-6) skont il-livell edukattiv, l-orjentazzjoni tal- programm, is-sess, l-età, it-tip ta’ istituzzjoni u l-istat ta’ impjieg

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 0, - livell 1, - livell 2, - livell 3, - livell 4, - livell 5 u 6, mhux allokati skont il-livell

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 3 programmi ġenerali, - livell 3 prevokazzjonali u vokazzjonali bbażat fl-iskola, - livell 3 prevokazzjonali u vokazzjonali bbażat fl-iskola u fuq ix-xogħol, - livell 4 ġenerali, - livell 4 prevokazzjonali u vokazzjonali bbażat fl-iskola, - livell 4 prevokazzjonali u vokazzjonali bbażat fl-iskola u fuq ix-xogħol, livell 5B, - livell 5A u 6

Sess

Irġiel, Nisa

Età

Inqas minn 25, 25-29 sena, 30-34 sena, 35-39 sena, 40-44 sena, 45-49 sena, 50-54 sena, 55-59 sena, 60-64 sena, 65 u iżjed, età mhux magħrufa

Stat ta’ impjieg

Full-time, part-time, ekwivalenti għal full-time

Sess

Irġiel, Nisa

Tip ta’ istituzzjoni

Istituzzjonijiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet privati kollha

Stat ta’ impjieg

Full-time, part-time, ekwivalenti għal full-time

Obbligatorju. Ir-ringieli A54-A61 li jikkonċernaw l-istituzzjonijiet privati dipendenti fuq il-gvern u l-istituzzjonijiet privati indipendenti mhumiex obbligatorji. Il-kolonni 9-10 (dwar ISCED livell 3 vokazzjonali u prevokazzjonali bbażat fl-iskola u programmi bbażati fl-iskola u fuq ix-xogħol), 14-15 mhux obbligatorji (dwar ISCED livell 4 vokazzjonali u prevokazzjonali bbażat fl-iskola u programmi bbażati fl-iskola u fuq ix-xogħol) (it-tnejn għar-ringieli A1-A36).


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

PERS2

Persuni li jipprovdu l-għajnuna lill-persunal tal-ġestjoni fil-livell tal-iskola u lill-għalliema fl-ISCED livell 0, 1, 2 u 3

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 0, - livell 1, - livell 2, - livell 3, - livell ta’ kombinazzjoni 1 u 2, - livell ta’ kombinazzjoni 2 u 3

Persunal tal-ġestjoni fil-livell tal-iskola

 

Sess

Irġiel, Nisa

Stat ta’ impjieg

Full-time, part-time, ekwivalenti għal full-time

Persuni li jipprovdu l-għajnuna

 

Sess

Irġiel, Nisa

Stat ta’ impjieg

Full-time, part-time, ekwivalenti għal full-time

Mhux obbligatorju.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

FIN_ENRL2

Numru ta’ studenti bil-kopertura aġġustata għal-istatistika dwar il-finanzi tal-edukazzjoni skont il-livell edukattiv, l- orjentazzjoni tal-programm, id-destinazzjoni tal-programm, it-tip ta’ istituzzjoni u l-mod ta’ studju

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 0, - livell 1, - livell 2, - livell 3, - livell 4, - livell 5/6, mhux allokat skont il-livell

orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 2 ġenerali, - livell 2 prevokazzjonali u vokazzjonali, - livell 3 ġenerali, - livell 3 prevokazzjonali u vokazzjonali, - livell 4 ġenerali, - livell 4 prevokazzjonali u vokazzjonali, - livell 5B, - livell 5A/6

Tip ta’ istituzzjoni

Istituzzjonijiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet privati kollha

Mod ta’ studju

Full-time, part-time, ekwivalenti għal full-time

Obbligatorju. Ir-Ringieli C4-C9 (li jikkonċernaw l-istituzzjonijiet privati dipendenti fuq il-gvern u l-istituzzjonijiet privati indipendenti) mhumiex obbligatorji. Il-kolonni 4, 5, 7, 8, 11, 12, 13, 14 mhumiex obbligatorji. Il-kolonna 10 tista’ tiġi rrapportata flimkien mal-kolonna 9.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

FINANCE1

Nefqa tal-Edukazzjoni skont il-livell edukattiv, is-sors u t-tip ta’ transazzjoni

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 0, - livell 1, - livell 2, - livell 3, - livell 4, - livell 5/6

orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 2 ġenerali, - livell 2 prevokazzjonali u vokazzjonali, - livell 3 ġenerali, - livell 3 prevokazzjonali u vokazzjonali, - livell 4 ġenerali, - livell 4 prevokazzjonali u vokazzjonali, - livell 5B, - livell 5A/6

Sors (1)

nefqa tal-gvern ċentrali, nefqa tal-gvern reġjonali, nefqa tal-gvern lokali

tip ta’ tranżazzjoni (1)

nefqa diretta għall-istituzzjonijiet pubbliċi, nefqa diretta għall-istituzzjonijiet privati, trasferimenti għal gvernijiet reġjonali (netti), trasferimenti għal gvernijiet lokali (netti), boroż ta’ studju u għotjiet oħra lill-istudenti/unitajiet domestiċi, self lill- istudenti, trasferimenti u pagamenti lil entitajiet privati oħra

Sors (2)

fondi minn aġenziji internazzjonali u sorsi barranin oħra

tip ta’ tranżazzjoni (2)

pagamenti internazzjonali direttament lil istituzzjonijiet pubbliċi, pagamenti internazzjonali direttament lil istituzzjonijiet privati, trasferimenti mis-sorsi internazzjonali lill-gvern ċentrali, trasferimenti minn sorsi internazzjonali lil gvernijiet reġjonali, trasferimenti minn sorsi internazzjonali lil gvernijiet lokali

Sors (3)

nefqa tal-unitajiet domestiċi

tip ta’ tranżazzjoni (3)

pagamenti lill-istituzzjonijiet pubbliċi (netti), pagamenti lill-istituzzjonijiet privati (netti), pagamenti fuq oġġetti mitluba direttament u indirettament minn istituzzjonijiet edukattivi, pagamenti fuq oġġetti mhux direttament meħtieġa għall- parteċipazzjoni, pagamenti għal taħriġ privat

Sors (4)

nefqa ta’ entitajiet privati oħra

tip ta’ tranżazzjoni (4)

boroż ta’ studju u għotjiet oħra lill-istudenti/unitajiet domestiċi, self lill-istudenti

Obbligatorju. It-tqassim dettaljat fir-ringieli F1, F4, F6, F7, F8, H2, H3, H5B, H15, H16, H17, E2, E3, E5A, E5B mhumiex obbligatorji. Il-kolonni 4, 5, 7, 8, 11, 12, 13, 14 mhumiex obbligatorji. Il-kolonna 10 tista’ tiġi rrapportata flimkien mal-kolonna 9.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

FINANCE2

Nefqa tal-Edukazzjoni skont il-livell edukattiv, in-natura u l-kategorija tar-riżorsi

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 0, - livell 1, - livell 2, - livell 3, - livell 4, - livell 5/6

orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 2 ġenerali, - livell 2 prevokazzjonali u vokazzjonali, - livell 3 ġenerali, - livell 3 prevokazzjonli u vokazzjonali, - livell 4 ġenerali, - livell 4 prevokazzjonali u vokazzjonali, - livell 5B, - livell 5A/6

Nefqa fl-istituzzjonijiet pubbliċi

nefqa kurrenti għall-kumpens tal-persunal (1)

għalliema, - persunal ieħor pedagoġiku, amministrattiv u professjonali + persunal tal-appoġġ

nefqa kurrenti għall-kumpens tal-persunal (2)

pagi, nefqa għall-irtirar, kumpens ieħor mhux b’salarju

nefqa kurrenti oħra

 

nefqa kapitali

 

aġġustamenti għal bidliet fil-bilanċi tal-fond

 

nefqa għal servizzi anċillari fl-istituzzjonijiet pubbliċi

 

nefqa għal attivitajiet R&D fl-istituzzjonijiet pubbliċi

 

Nefqa fl-istituzzjonijiet privati kollha

nefqa kurrenti totali għall-kumpens tal-persunal

 

nefqa kurrenti totali minbarra għall-kumpens tal-persunal

 

nefqa kurrenti totali

 

aġġustamenti għal bidliet fil-bilanċi tal-fond

 

nefqa totali għal servizzi anċillari f’istituzzjonijiet privati

 

nefqa totali għal attivitajiet R&D minn istituzzjonijiet privati

 

Obbligatorju. Ir-ringieli X1, X5, X7, X8, X9 flimkien ma’ Y1-Y40 u Z1-Z40 mhumiex obbligatorji (fir-rigward tal-istituzzjonijiet privati dipendenti fuq il-gvern u istituzzjonijiet privati indipendenti). Il-kolonni 4, 5, 7, 8, 11, 12, 13, 14 mhumiex obbligatorji. Il-kolonna 10 tista’ tiġi rrapportata flimkien mal-kolonna 9.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

REGIO1

Numru ta’ studenti skont il-livell edukattiv, l-orjentazzjoni tal-programm, is-sess u r-reġjun

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 0, - livell 1, - livell 2, - livell 3, - livell 4, - livell 5, - livell 6

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED livell 3 ġenerali, - livell 3 prevokazzjonali/vokazzjonali, - livell 4 ġenerali, - livell 4 prevokazzjonali/vokazzjonali, - livell 5A, livell 5B

Sess

Irġiel, Nisa

Reġjun

Livell NUTS 2 għall-pajjiżi kollha minbarra l-Ġermanja u r-Renju Unit (NUTS livell 1). L-ebda informazzjoni reġjonali mhi meħtieġa mill-Estonja, Ċipru, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Islanda, Liechtenstein (l-ebda NUTS livell 2 f’dawn il- pajjiżi)

Obbligatorju.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

REGIO2

Numru ta’ studenti skont l-età, is-sess u r-reġjun

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Età

Taħt it-3 snin, snin uniċi 3 sa 29 sena, 30-34 sena, 35-39 sena, 40 sena u iżjed, età mhux magħrufa

Sess

Irġiel, Nisa

Reġjun

NUTS livell 2 għall-pajjiżi kollha minbarra l-Ġermanja u r-Renju Unit (NUTS livell 1). L-ebda informazzjoni reġjonali mhi meħtieġa mill-Estonja, Ċipru, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Islanda, Liechtenstein (l-ebda NUTS livell 2 f’dawn il- pajjiżi)

Obbligatorju.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRLLNG1

Numru ta’ studenti skont il-livell edukattiv, l-orjentazzjoni tal-programm u l-lingwi barranin moderni studjati

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 1, - livell 2, - livell 3

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED - livell 3 ġenerali, - livell 3 prevokazzjonali/vokazzjonali

Lingwa barranija moderna

Bulgaru, Ċek, Daniż, Ingliż, Olandiż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Irlandiż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Għarbi, Ċiniż, Ġappuniż, Russu, Lingwi moderni oħra

Numru korrispondenti ta’ studenti rreġistrati

 

Obbligatorju. Il-kolonni 4 u 5 (fir-rigward tal-programmi ġenerali u prevokazzjonali u vokazzjonali fl-ISCED livell 3) mhumiex obbligatorji.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ENRLLNG2

Numru ta’ studenti skont il-livell edukattiv, l-orjentazzjoni tal-programm, l-età u l-lingwi barranin moderni studjati

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Livell edukattiv

ISCED livell 1, - livell 2, - livell 3

Orjentazzjoni tal-programm

ISCED - livell 3 ġenerali, - livell 3 prevokazzjonali/vokazzjonali

Numru ta’ lingwi barranin l

ebda lingwi barranin, lingwa barranija waħda, 2 lingwi barranin jew iżjed

Età

Taħt is-6 snin, snin uniċi 6 sa 19, 20 sena jew iżjed, mhux speċifikata bl-età

Numru korrispondenti ta’ studenti rreġistrati

 

Obbligatorju. Ir-ringieli A2 sa A18 mhumiex obbligatorji, il-kolonni 13 sa 16 (fir-rigward ISCED livell 3 orjentazzjoni prevokazzjonali u vokazzjonali) mhumiex obbligatorji.


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ISCMAP_PROGR

Immappjar tal-programmi edukattivi nazzjonali

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

It-titoli tal-kolonni

Kol. 1

Numru tal-programm (prog.<ISCED livell>.<numru fi ħdan il-livell>)

Kol. 2

Sena meta nħoloq il-programm

Kol. 3

livell ISCED

Kol. 4

Destinazzjoni tal-programm

Kol. 5

Orjentazzjoni tal-programm

Kol. 6

Tul kumulattiv teoretiku f’ISCED 5

Kol. 7

Pożizzjoni fil-lawrja nazzjonali / struttura ta’ kwalifika

Kol. 8

Pożizzjoni fl-istruttura tal-edukazzjoni terzjarja (Baċellarat-Master-PhD)

Kol. 9

Noti dwar programmi mifruxa fuq livelli ISCED jew sub-kategoriji

Kol. 10

Isem nazzjonali tal-programm

Kol. 11

Isem ta’ deskrizzjoni tal-programm bl-Ingliż

Kol. 12

Rekwiżit tad-dħul minimu (ISCED livell jew ieħor)

Kol. 13

Diplomi ewlenin, kredenzjali u ċertifikazzjonijiet mogħtija

Kol. 14

Kodiċi tal-kredenzjali f’ISCMAP-QUAL

Kol. 15

Età teoretika tal-bidu

Kol. 16

Tul teoretiku tal-programm

Kol. 17

Snin kumulattivi teoretiċi tal-edukazzjoni fi tmiem il-programm

Kol. 18

Il-programm għandu element ibbażat fuq ix-xogħol? ( iva/le)

Kol. 19

Programm iddisinjat b’mod speċifiku għall-adulti (Y/N)

Kol. 20

Programm iddisinjat b’mod speċifiku għal attendenza part-time (Y/N)

Kol. 21

Rappurtat fil-ġbir tad-dejta UOE (Y/N/P)

Kol. 22

Rappurtat fit-tabelli UOE FINANCE (Y/N/P)

Kol. 23

Reġistrazzjonijiet

Kol. 24

Noti

Mhux obbligatorju


Isem tat-tabella u tqassim

Titolu u Speċifikazzjonijiet

ISCMAP_QUAL

Immappjar ta’ kwalifiki edukattivi nazzjonali

Tqassim

Speċifikazzjonijiet

Titoli tal-kolonni

Kol. 1

Numru tal-kwalifika (kwal.<numru fi ħdan il-livell>)

Kol. 2

Sena meta ġiet introdotta l-kwalifika

Kol. 3

ISCED livell ta’ kwalifika

Kol. 4

Destinazzjoni (A/B/C)

Kol. 5

Isem nazzjonali

Kol. 6

Isem bl-Ingliż

Kol. 7

Programmi destinati li jmexxuha

Kol. 8

Eżami finali (Y/N)

Kol. 9

Serje ta’ eżamijiet matul il-programm (Y/N)

Kol. 10

Numru speċifikat ta’ sigħat tal-kors, U eżami (Y/N)

Kol. 11

Stima ta’ % tal-kors eżaminat

Kol. 12

Numru speċifikat ta’ sigħat tal-kors biss (Y/N)

Kol. 13

Sigħat tal-kors

Kol. 14

Rekwiżiti speċifiċi

Kol. 15

Jista’ jinkiseb mingħajr reġistrazzjoni fi programm speċifiku? (Y/N)

Kol. 16

Taħt liema kundizzjonijiet?

Kol. 17

Organizzazzjoni(jiet) ta’ għoti

Kol. 18

Numri tal-programmi

Kol. 19

Numru ta’ gradwati

Kol. 20

Numri tal-programmi

Kol. 21

Numru ta’ gradwati

Kol. 22

Noti

Mhux obbligatorju


ANNESS II

Rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta u kwadru tar-rappurtaġġ tal-kwalità

Rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta

Ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta għal dejta dwar sistemi edukattivi u ta’ taħriġ jirreferu għad-dimensjonijiet tar-rappurtaġġ tal-kwalità (jew kriterji tar-rappurtaġġ tal-kwalità) ta’ rilevanza, preċiżjoni, puntwalità, aċċessibbiltà u ċarezza, komparabbiltà, u koerenza.

B’mod partikolari, id-dejta għandha tikkonforma mad-definizzjonijiet u kunċetti kif imsemmija fil-linji gwida dettaljati għall-ġbir tad-dejta UNESCO/OECD/Eurostat dwar sistemi edukattivi.

Rapport dwar il-kwalità tad-dejta

Kull sena, 3 xhur qabel id-data tal-iskadenza tat-trażmissjoni msemmija fl-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’abbozzi ta’ dokumenti għar-rapport dwar il-kwalità annwali, li jkun parzjalment mimli minn qabel b’indikaturi li huma diġà disponibbli u kwantitattivi u informazzjoni oħra disponibbli lill-Kummissjoni (Eurostat). L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapport dwar il-kwalità komplut imsemmi fl-Artikolu 4(2).

Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun maqsum fis-7 kapitoli li ġejjin: reġistrazzjonijiet, studenti ġodda, persunal, gradwati/gradwazzjonijiet, finanzi, lingwi barranin mitgħallma u dejta dwar ir-reġistrazzjoni reġjonali.

Ir-rapport dwar il-kwalità tad-dejta għandu jiddokumenta l-konformità mad-dimensjonijiet ta’ rilevanza, preċiżjoni, puntwalità, aċċessibbiltà u ċarezza, komparabbiltà, u koerenza.

B’mod partikolari, ir-rapport dwar il-kwalità tad-dejta għandu jiddokumenta l-konformità mad-definizzjonijiet u kunċetti kif imsemmija fil-linji gwida dettaljati għall-ġbir tad-dejta UNESCO/OECD/Eurostat dwar sistemi edukattivi.

Id-devjazzjonijiet mid-definizzjonijiet u l-kunċetti kif imsemmija fil-linji gwida dettaljati għall-ġbir tad-dejta UNESCO/OECD/Eurostat dwar sistemi edukattivi għandhom ikunu dokumentati u spjegati u jekk possibbli, jiġu kwantifikati.

B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jipprovdu deskrizzjoni tas-sorsi użati fil-livell tat-tabelli kif deskritt fl-Anness I u l-użu ta’ stimi u reviżjonijiet għandu jiġi identifikat b’mod ċar fil-livell tat-tabelli u t-tqassim.


3.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 89/2011

tat-2 ta’ Frar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Frar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

116,3

JO

85,0

MA

59,8

TN

125,1

TR

100,8

ZZ

97,4

0707 00 05

JO

86,2

MA

100,1

TR

175,4

ZZ

120,6

0709 90 70

MA

56,6

TR

133,1

ZZ

94,9

0709 90 80

EG

82,2

ZZ

82,2

0805 10 20

AR

41,5

BR

41,5

EG

54,1

IL

67,8

MA

52,0

TN

54,5

TR

70,6

ZA

41,5

ZZ

52,9

0805 20 10

IL

162,8

MA

77,2

TR

79,6

ZZ

106,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

57,9

EG

57,7

IL

98,7

JM

91,5

MA

88,7

PK

51,1

TR

67,0

US

79,6

ZZ

74,0

0805 50 10

AR

45,3

EG

41,5

TR

56,6

UY

45,3

ZZ

47,2

0808 10 80

BR

55,2

CA

96,6

CL

90,0

CN

86,6

MK

42,6

US

126,3

ZZ

82,9

0808 20 50

CN

76,0

US

108,9

ZA

96,8

ZZ

93,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

3.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Frar 2011

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ estratt miċeljali mil-Lentinula edodes (il-faqqiegħ Shiitake) bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 442)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(2011/73/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Diċembru 2007 l-kumpanija GlycaNova Norge AS talbet lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex jitqiegħed estratt miċeljali mill-faqqiegħ Shiitake (Lentinula edodes qabel Lentinus edodes) fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(2)

Fit-3 ta’ Novembru 2008, l-organu kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tar-Renju Unit ħareġ l-ewwel rapport tal-valutazzjoni tiegħu. F’dak ir-rapport dan wasal għall-konklużjoni li l-użu tal-estratt miċeljali mil-Lentinula edodes bħala ingredjent tal-ikel kien aċċettabbli.

(3)

Il-Kummissjoni bagħtet l-ewwel rapport ta’ valutazzjoni lill-Istati Membri kollha fis-7 ta’ Jannar 2009.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tressqu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont dik id-dispożizzjoni.

(5)

Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fl-24 ta’ Settembru 2009.

(6)

Fid-9 ta’ Lulju 2010, l-EFSA (il-Bord dwar il-Prodotti Dijetetiċi, Nutrizzjoni u Allerġiji) fl-‘Opinjoni xjentifika dwar is-sikurezzà tal-‘estratt Lentinula edodes’ bħala ingredjent tal-ikel ġdid‘ (2) waslet għall-konklużjoni li l-estratt miċeljali mil-Lentinula edodes ma kienx ta’ periklu taħt il-kondizzjonijiet proposti ta’ użu u l-livelli proposti ta’ doża.

(7)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-estratt miċeljali mil-Lentinula edodes huwa konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-estratt miċeljali mil-Lentinula edodes kif speċifikat fl-Anness I jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użi mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 2

Id-desinjazzjoni tal-estratt miċeljali mil-Lentinula edodes awtorizzata b’din id-Deċiżjoni dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan il-faqqiegħ għandha tkun ‘estratt mill-faqqiegħ Lentinula edodes’ jew “estratt mill-faqqiegħ Shiitake”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil GlycaNova Norge AS, Oraveien 2, 1630 Gamle Fredrikstad, in-Norveġja.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(7): 1685.


ANNESS I

Speċifikazzjonijiet tal-estratt miċeljali mil-Lentinula edodes

Deskrizzjoni:

L-ingredjent tal-ikel ġdid huwa estratt akweu sterili miksub mill-miċelju tal-Lentinula edodes ikkultivat ġo fermentazzjoni mgħaddsa. Huwa likwidu kannella ċar, kemxejn imdardar.

Lentinan huwa β-(1-3) β-(1-6)-D-glucan li għandu piż molekulari ta’ madwar 5 × 105 Daltons, livell ta’ fergħat ta’ 2/5 u struttura spirali terzjarja tripla.

Kompożizzjoni tal-estratt miċeljali mil-Lentinula edodes

Umdità

98  %

Materja niexfa

2  %

Glukows ħieles

inqas minn 20 mg/ml

Proteini Totali (*)

inqas minn 0,1 mg/ml

Kostitwenti li fihom l-N (**)

inqas minn 10 mg/ml

Lentinan

0,8 – 1,2 mg/ml


(*)  Il-metodu Bradford

(**)  Il-metodu Kjeldahl


ANNESS II

Użi tal-estratt miċeljali mil-Lentinula edodes

Grupp ta’ użu

Livell Massimu tal-estratt miċeljali mil-Lentinula edodes

Prodotti tal-ħobż

2 mL/100 g

Xarbiet mhux alkoħoliċi

0,5 mL/100 mL

Ikliet ippreparati bil-lest

2,5 mL għal kull ikla

Ikel ibbażat fuq jogurt

1,5 mL/100 mL

Supplimenti tal-ikel (kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE (1))

doża ta’ 2,5 mL kuljum


(1)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.


3.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Frar 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2003/248/KE dwar l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar pjanti tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba biex ikunu mħawla, minbarra ż-żerriegħa, li toriġina [joriġinaw] mill-Arġentina

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 447)

(2011/74/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2000/29/KE, pjanti tal-frawli (Fragaria L.) maħsuba għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, u li joriġinaw minn pajjiżi li mhumiex Ewropej, għajr pajjiżi Mediterranji, l-Awstralja, in-New Zealand, il-Kanada u l-istati kontinentali tal-Istati Uniti tal-Amerka, bi prinċipju ma jistgħux jiġu introdotti fl-Unjoni. Madankollu, dik id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, sakemm ikun stabbilit li ma hemmx riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi perikolużi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/248/KE (2) tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE biex tkun permessal-importazzjoni ta’ pjanti tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba biex ikunu mħawla, minbarra ż-żerriegħa, li toriġina [joriġinaw] mill-Arġentina.

(3)

Iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni stipulata fid-Deċiżjoni 2003/248/KE għadhom preżenti u ma hemmx informazzjoni ġdida li turi l-ħtieġa ta’ reviżjoni tal-kondizzjonijiet speċifiċi.

(4)

Skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/64/KE (3), il-Colletotrichum acutatum Simmonds tneħħa minn punt (c) tas-Sezzjoni II tal-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2000/29/KE. Għalhekk dan l-organiżmu ma għandux ikun inkluż fl-Anness mad-Deċiżjoni 2003/248/KE.

(5)

Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2003/248/KE, huwa xieraq li l-perjodu ta’ validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni jiġġedded għal għaxar snin.

(6)

Id-Deċiżjoni 2003/248/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/248/KE hija emendata kif ġej:

1.

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/248/KE għandu jinbidel kif ġej:

“L-awtorizzazzjoni għall-provvediment ta’ derogi, kif jipprovdi għaliha l-paragrafu 1 (minn issa ‘l quddiem imsejħa l-awtorizzazzjoni), għandha tkun soġġetta, apparti mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I, II u IV mad-Direttiva 2000/29/KE, għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, u għandha tapplika biss għall-pjanti li jiġu introdotti fl-Unjoni, fil-perjodu mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena.”

2.

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a kif ġej:

“Artikolu 3a

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2020.”

3.

It-tieni inċiż tal-punt 1(c) tal-Anness għandu jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 10.4.2003, p. 28.

(3)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 31.


3.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Frar 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2003/249/KE rigward l-estensjoni taż-żmien għad-derogi temporanji minn ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fuq pjanti tal-frawli (Fragaria L.), intiżi biex jinżergħu, ħlief żerriegħa, ġejjin miċ-Ċilì

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 477)

(2011/75/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2000/29/KE, pjanti tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba biex jitħawlu, għajr iż-żrieragħ, li joriġinaw minn pajjiżi mhux Ewropej, ħlief il-pajjiżi Mediterranji, l-Awstralja, New Zealand, il-Kanada u l-istati kontitentali tal-Istati Uniti tal-Amerika, fil-prinċipju ma jistgħux jiddaħħlu fl-Unjoni. Madankollu, dik id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, iżda jrid ikun stabbilit li m’hemmx riskju ta’ tifrix ta’ organiżmi perikolużi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/249/KE (2) tawtorizza l-Istati Membri jipprovdu derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE biex tkun permessal-importazzjoni ta’ pjanti tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba biex jitħawlu, għajr iż-żrieragħ, li joriġinaw miċ-Ċilì.

(3)

Iċ-ċirkostanzi li jiġustifikaw l-awtorizzazzjoni stipulata mid-Deċiżjoni 2003/249/KE għadhom preżenti u m’hemmx informazzjoni ġdida li turi l-ħtiega ta’ revizjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi.

(4)

Permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/64/KE (3) Colletotrichum acutatum Simmonds tneħħa mill-punt (c) tat-Taqsima II tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE. Għaldaqstant, dan l-organiżmu m’għandux jibqa’ inkluż fl-Anness tad-Deċiżjoni 2003/249/KE.

(5)

Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2003/249/KE, huwa xieraq li l-perjodu ta’ validità ta’dik l-awtorizzazzjoni jiġi estiż għal għaxar snin.

(6)

Id-Deċiżjoni 2003/249/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/249/KE hija emendata kif ġej:

(1)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2003/249/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-awtorizzazjoni biex jiġi provduti derogi, kif jistipula l-paragrafu 1 (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-awtorizzazjoni), għandha tkun bla ħsara, flimkien mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I, II and IV tad-Direttiva 2000/29/KE, għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, u għandha tapplika biss għall-pjanti li jiddaħħlu fl-Unjoni, fil-perjodi mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena.”

(2)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2020.”

(3)

It-tieni inċiż tal-punt 1(c) tal-Anness jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 10.4.2003, p. 32.

(3)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 31.


3.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Frar 2011

dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ Kitin-glukanu minn Aspergillus niger bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 480)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2011/76/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Jannar 2008 il-kumpanija Kitozyme SA għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju biex tqiegħed il-Kitin-glukanu minn Aspergillus niger fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(2)

Fil-5 ta’ Novembru 2008, il-korp kompetenti għall-valutazzjoni tal-ikel tal-Belġju ħareġ l-ewwel rapport ta’ valutazzjoni tiegħu. F’dak ir-rapport wasal għall-konklużjoni li kienet meħtieġa valutazzjoni addizzjonali.

(3)

Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha fit-12 ta’ Marzu 2009. Xi Stati Membri ressqu kummenti addizzjonali.

(4)

Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fis-27 ta’ Awwissu 2009.

(5)

Fid-9 ta’ Lulju 2010, l-EFSA (il-Bord dwar il-Prodotti Djetetiċi, in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji) fl-“Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza ta’ ‘Kitin-Glukanu” bħala ingredjent ġdid tal-ikel’ (2) waslet għall-konklużjoni li l-Kitin-glukanu minn Aspergillus niger kien sikur taħt il-kundizzjonijiet proposti tal-użu u l-livell proposti ta’ teħid.

(6)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-Kitin-glukanu minn Aspergillus niger huwa konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kitin-glukanu mill-Aspergillus niger kif speċifikat fl-Anness jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel li għandu jintuża fis-supplimenti tal-ikel b’doża massima ta’ 5 g kuljum.

Artikolu 2

L-isem ta’ Kitin-glukanu minn Aspergillus niger awtorizzat b’din id-Deċiżjoni fuq it-tikkettar tal-oġġett tal-ikel li jikkontjeni lilu għandu jkun “Kitin-glukanu minn Aspergillus niger”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Kitozyme SA, Rue Haute Claire, 4, Parc Industriel des Hauts-Sarts, Zone 2, 4040 Herstal, Belgium.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2010; 8(7): 1687.


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' KITIN-GLUKANU MILL-MIĊELJU ASPERGILLUS NIGER

Deskrizzjoni:

Il-Kitin-glukanu jinkiseb mill-miċelju tal-Aspergillus niger, huwa trab isfar ċar, mingħajr riħa u ġieri. Għandu kontenut ta' materja niexfa ta' 90 % jew aktar.

Il-Kitin-glukanu huwa magħmul l-biċċa l-kbira minn żewġ polisakkaridi:

il-Kitin, magħmul minn unitajiet li jirrepetu rwieħhom ta' N-aċetil-D-glukosamin (CAS nr.: 1398-61-4);

il-beta(1,3)-glukanu, magħmul minn unitajiet li jirrepetu rwieħhom ta' D-glukożju (CAS nr.: 9041-22-9).

Speċifikazzjoni ta' apos; Kitin-glukanu minn Aspergillus niger

Telf fit-tnixxif

≤ 10 %

Kitin-Glukanu

≥ 90 %

Proporzjon ta' Kitin u Glukanu

30:70 għal 60:40

Irmied

≤ 3 %

Lipidi

≤ 1 %

Proteini

≤ 6 %


IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom

3.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/36


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 205/09/COL

tat-8 ta’ Mejju 2009

dwar l-iskema għar-rikapitalizzazzjoni temporanja ta’ banek fundamentalment b’saħħithom sabiex jiġu inkoraġġiti l-istabbiltà finanzjarja u s-self lill-ekonomija reali (in-Norveġja)

L-AWTORITA TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA (1)

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u l-Qorti tal-Ġustizzja (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Artikolu 1(3) tal-Parti I u l-Artikolu 4(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti (4),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE (5), u b’mod partikolari l-Kapitolu tagħhom dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja kurrenti: il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u salvagwardja kontra tfixkil żejjed tal-kompetizzjoni (6),

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 tal-Parti II u tal-Protokoll 3 (7),

BILLI:

I.   FATTI

1.   Proċedura

Fit-28 ta’ April 2009, l-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw, skont l-Artikolu 1(3) ta’ Parti I tal-Protokoll 3, skema għar-rikapitalizzazzjoni temporanja ta’ banek fundamentalment sodi sabiex jissaħħu l-istabbiltà finanzjarja u s-self lill-ekonomija reali (Avveniment Nru 516522) (8).

2.   L-għan tal-miżura ta’ għajnuna

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li hemm inċertezza konsiderevoli dwar l-evoluzzjoni tal-ekonomija Norveġiża u l-iżviluppi fil-politika u l-attivitajiet tas-self tal-banek. Hemm interdipendenza qawwija bejn l-ekonomija reali u s-sistema finanzjarja. Il-ħtieġa li jitnaqqsu r-riskji fid-dawl tat-telf li dejjem qed jikber jista’ jwassal lill-banek sabiex inaqqsu l-provvista tal-kreditu. L-effett ta’ tnaqqis fid-domanda esterna fuq l-ekonomija Norveġiża huwa miżjud minn kundizzjonijiet aktar strinġenti għas-self għall-impriżi u l-individwi, u dan qed itellef l-investiment u l-attività fl-ekonomija reali u jamplifika l-effetti negattivi tat-tnaqqis ekonomiku ġenerali.

L-awtoritajiet Norveġiżi indikaw li stħarriġ tas-self li twettaq mill-Bank Ċentrali Norveġiż (Norges Bank) u l-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja (Kredittilsynet) juru li l-banek qed jgħollu l-istandards tal-kreditu b’mod sostanzjali, partikolarment għas-self lill-impriżi. Huma juru wkoll li l-proporzjonijiet tal-kapital huma ta’ importanza ewlenija għall-banek meta jkunu qed jevalwaw il-politika tas-self tagħhom. Fil-preżent, il-banek Norveġiżi huma finanzjarjament b’saħħithom iżda jenħtiġilhom li jsaħħu l-kapital bażiku tagħhom sabiex ikunu jistgħu jżommu provvista normali ta’ kreditu.

F’Diċembru 2008, Norges Bank irrakkomanda li l-Gvern jieħu miżuri sabiex itejjeb is-solidità tal-banek sabiex jissaħħaħ is-self lill-ekonomija reali. Din ir-rakkomandazzjoni kienet appoġġjata mill-Awtorità għas-Superviżjoni Finanzjarja.

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li xi wħud mill-banek il-kbar Norveġiżi għandhom proporzjonijiet tal-kapital bażiku li huma relattivament baxxi u jeħtieġu li jiġu rikapitalizzati sabiex ikunu jistgħu jkomplu jisilfu lill-ekonomija reali. (9) Banek iżgħar bi proporzjonijiet ta’ kapital għoljin jistgħu xorta waħda jkollhom bżonn kapital bażiku addizzjonali sabiex iżommu jew iżidu s-self skont l-iskopijiet tal-iskema nnotifikata. L-awtoritajiet Norveġiżi qed jipprevedu li xi banek żgħar jista’ jkollhom mezzi aktar limitati biex jiffinanzjaw lilhom infushom u portafoll ta’ self pjuttost dejjaq. Għaldaqstant, huma aktar esposti għar-riskji tal-likwidità milli huma banek b’negozju aktar wiesa’. Għalhekk, anki jekk dawn oriġinarjament kellhom proporzjonijiet ta’ kapital ogħla, dawn il-fatturi jistgħu jimplikaw li l-kapital bażiku jitnawwar iktar malajr milli jkun il-każ għal banek oħra. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Norveġiżi qiesu li kemm is-sitwazzjoni fis-settur tal-banek u kif ukoll il-prospetti għall-ekonomija Norveġiża jitolbu miżura mill-istat li toffri rikapitalizzazzjoni ta’ banek li huma fundamentalment tajbin sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-istabbiltà finanzjarja u jiġi inkoraġġit is-self lill-ekonomija reali.

L-għan tal-iskema huwa li tipprovdi kapital Tier 1 (10) lill-banek sabiex issaħħaħhom u ttejjeb l-abbiltà tagħhom li jkomplu bl-attivitajiet normali ta’ self tagħhom. L-iskema hija miftuħa biss għal banek li huma fundamentalment tajbin u, skont l-awtoritajiet Norveġiżi, tfasslet sabiex tilħaq l-għan li tiżgura li jkun hemm self għall-ekonomija reali, filwaqt li timminimizza t-tfixkil tal-kompetizzjoni.

Taħt l-iskema tar-rikapitalizzazzjoni, Fond Finanzjarju tal-Gvern (Statens finansfond) (11) twaqqaf bl-iskop li temporanjament jipprovdi kapital Tier 1 lill-banek Norveġiżi (12): akkwisti mill-Fond ta’ titoli ibridi jew strumenti ta’ kapital preferenzjali għandhom ikunu bbażati fuq applikazzjoni mill-bank individwali. Il-kundizzjonijiet għandhom ikunu rregolati minn ftehim bejn il-Fond u l-bank individwali, li jistabbilixxi l-modalitajiet preċiżi tar-rikapitalizzazzjoni (pereżempju, il-valur nominali, l-ammont, ir-rimunerazzjoni u l-inċentivi tal-ħruġ).

3.   Bażi legali nazzjonali għall-miżura tal-għajnuna

Il-bażi legali nazzjonali li tistabbilixxi l-Fond hija Lov 6. mars 2009 nr. 12 om Statens finansfond. Se jiġi adottat ukoll regolament ta’ implimentazzjoni li jirrigwarda l-Fond u l-attivitajiet tiegħu (13).

4.   Ammont ta’ fondi u tul ta’ żmien

Fl-2008, Norges Bank wettaq simulazzjoni ta’ kriżi makroekonomika għas-sitt l-ikbar banek Norveġiżi. It-test irreplika xenarju negattiv fejn l-eżitu kien li l-banek kienu jirreġistraw telf li jammonta għal medja ta’ 2,3 % tal-assi tagħhom bil-piż differenzjat skont ir-riskju. Fuq il-bażi ta’ dan it-test, Norges Bank ikkalkula li l-ħtieġa ta’ rikapitalizzazzjoni tal-għaxar l-ikbar banek hija ta’ NOK 34 biljun. Fid-dawl tar-riżultati ta’ dan it-test, ġew allokati riżorsi suffiċjenti (NOK 50 biljun, li huma madwar EUR 5,1 biljun) għal dan il-Fond.

L-iskema għandha tkun ta’ natura temporanja u r-regoli huma mistennija li jidħlu fis-seħħ f’Mejju 2009, b’tieqa ta’ sitt xhur sabiex il-Fond jilħaq ftehimiet mal-banek li japplikaw għar-rikapitalizzazzjoni. Il-limitu ta’ żmien sabiex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet lill-Fond se jiġi stabbilit sitt ġimgħat qabel ma jiskadi dak il-perjodu ta’ sitt xhur sabiex il-Fond jingħata ż-żmien jikkonkludi ftehim mal-bank applikanti qabel ma tingħalaq it-tieqa f’Novembru 2009. F’dan il-perjodu ta’ żmien, l-awtoritajiet Norveġiżi se jivvalutaw ukoll jekk il-miżura tkunx meħtieġa għal perjodu itwal, u f’dan il-każ l-iskema tiġi rinotifikata.

5.   L-iskema tar-rikapitalizzazzjoni

5.1.   Il-benefiċjarji

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-banek Norveġiżi li huma finanzjarjament f’saħħithom biss huma eliġibbli għal għajnuna taħt l-iskema nnotifikata.

L-Awtorità Norveġiża tas-Sorveljanza Finanzjarja se jkollha r-rwol li tiddetermina jekk bank hux eliġibbli taħt l-iskema. (14) Bħala parti mill-funzjonijiet regolari tagħha ta’ sorveljanza, l-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja tirċievi mingħand kull bank informazzjoni dwar il-portafolli tas-self u elementi oħra tal-karta tal-bilanċ tiegħu, il-pjanijiet tan-negozju u l-valutazzjoni tiegħu tal-fatturi tar-riskju futuri. Meta bank japplika għand il-Fond għal injezzjoni tal-kapital, l-Awtorità se tintalab sabiex tagħmel valutazzjoni dwar l-eliġibbiltà tal-bank taħt l-iskema. It-test, skont it-Taqsima 2 tar-Regolament, huwa li “l-bank jissodisfa l-obbligi tal-proporzjon tal-kapital Tier 1 b’marġini tajjeb, anki meta jitqiesu l-iżviluppi probabbli fil-futur qrib”. Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, l-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja se tippreżumi li dan l-obbligu jkun ġie ssodisfat jekk il-bank ikkonċernat ikollu proporzjon ta’ kapital bażiku ta’ 6 % jew aktar, jiġifieri 2 punti perċentwali ogħla mir-rekwiżit regolatorju minimu. Fil-każijiet kollha, l-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja għandha tibbaża l-analizi tagħha fuq informazzjoni aġġornata, filwaqt li tqis id-diversi skoperturi għar-riskju, il-kwalità tal-assi u l-prospetti kummerċjali ta’ bank, flimkien mal-proporzjonijiet formali tal-adegwatezza tal-kapital, sabiex tikkonkludi li bank huwa fundamentalment b’saħħtu, ukoll fid-dawl ta’ żviluppi probabbli fil-futur qrib.

5.2.   Żidiet massimi tal-kapital

Il-limiti massimi għaż-żidiet fil-proporzjonijiet tal-kapital bażiku permezz ta’ injezzjonijiet ta’ kapital mill-Fond huma previsti kif ġej:

(a)

bank bi proporzjon ta’ kapital bażiku taħt is-7 % jista’ jiġi rikapitalizzat sa proporzjon ta’ kapital bażiku massimu ta’ 10 %;

(b)

bank bi proporzjon ta’ kapital bażiku ta’ bejn 7 % u 10 % jista’ jiġi rikapitalizzat b’mhux aktar minn 3 punti perċentwali, iżda dan ma jistax itella’ l-proporzjon ta’ kapital bażiku għal aktar minn 12 %;

(c)

bank bi proporzjon ta’ kapital bażiku ta’ aktar minn 10 % jista’ jiġi rikapitalizzat b’mhux aktar minn 2 punti perċentwali (15).

Banek li se jkollhom proporzjon ta’ kapital bażiku ta’ aktar minn 12 % wara l-injezzjonijiet ta’ kapital mill-istat għandhom jiddokumentaw il-ħtieġa tagħhom għal kontribuzzjoni tal-kapital u l-Fond jivvaluta l-każ fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-bank u fid-dawl ta’ kif jista’ jiġi stimulat is-self għall-ekonomija reali.

Bl-istess mod, applikazzjoni għal żieda fil-kapital bażiku ta’ aktar minn 2 punti perċentwali għandha tinkludi dokumentazzjoni xierqa li tiġġustifika l-ħtieġa għal injezzjoni ta’ kapital daqshekk kbira.

Il-Fond se jiddeċiedi dwar l-ammont reali li jiġi allokat fuq il-bażi ta’ valutazzjoni ta’ diversi fatturi ta’ riskju, pjanijiet tan-negozju u prospetti. L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li jekk il-Fond ma jkunx konvint, fuq il-bażi tal-provi pprovduti, li hemm ħtieġa għal għajnuna taħt din l-iskema, huwa jirrifjuta l-applikazzjoni. Il-Banek li jinsabu fl-ogħla kategorija ta’ riskju li jitolbu żieda ta’ kapital ta’ aktar minn 2 punti perċentwali se jkunu suġġetti għal skrutinju partikolari.

Każijiet fejn ir-rikapitalizzazzjoni tkun se tikkorrispondi għal aktar minn 2 % tal-proporzjon ta’ kapital bażiku jiġu rrappurtati lill-Awtorità.

5.3.   Allokazzjoni għal klassi ta’ riskju

Il-Fond għandu jassenja kull bank għal waħda minn tliet klassijiet ta’ riskju, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi (16). Il-klassi tar-riskju tiddetermina l-kupun li għandu jitħallas fuq il-kapital injettat mill-Fond u tibqa’ fissa għat-tul tal-ftehim bejn il-bank u l-Fond.

Ir-Regolament jistipula li l-banek bi klassifikazzjoni esterna minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu awtorizzata għandhom jiġu assenjati għall-klassi tar-riskju kif ġej:

Klassi tar-riskju

1

2

3

Klassifikazzjoni

AA- jew aħjar

Minn A- sa A+

BBB + jew anqas

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li ftit huma l-banek Norveġiżi li huma klassifikati minn aġenziji internazzjonali tal-klassifikazzjoni. Banek oħra huma, madankollu, klassfikati b’mod regolari mill-akbar banek Norveġiżi. Il-banek li mhumiex klassifikati minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu awtorizzata jiġu vvalutati skont prinċipji simili għal dawk applikati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu uffiċjali. (17)

L-awtoritajiet Norveġiżi jikkalkulaw li se jkunu ftit ħafna dawk il-banek Norveġiżi li se jaqgħu taħt il-klassi tar-riskju numru 1, numru ta’ banek se jaqgħu taħt il-klassi tar-riskju 2, u l-biċċa l-kbira tal-banek se jiġu assenjati għall-klassi tar-riskju nru 3 (madwar tliet kwarti tal-banek Norveġiżi kollha).

5.4.   Strumenti ta’ rikapitalizzazzjoni

Il-leġiżlazzjoni tipprovdi għal żewġ strumenti alternattivi ta’ kapital, sigurtà Ibrida Tier 1 (“fondsobligasjon”) u strument tal-kapital preferenzjali Tier 1 (“preferansekapitalinstrument”). Iż-żewġ strumenti jikkwalifikaw bħala kapital Tier 1 u mhuma se jkollhom l-ebda drittijiet ta’ votazzjoni marbuta magħhom. L-istrumenti se jkollhom dritt preferenzjali għal klejm mhux kumulattiva għall-imgħax annwali, li għandha tkun kundizzjonali fuq li jkun hemm profitt u fuq li l-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital ma jkunx aktar minn 0,2 % ogħla mill-proporzjon tal-adegwatezza tal-kapital minimu mitlub fi żmien partikolari. L-imgħax għandu jkun kopert sakemm ikun jew tħallas b’mod sħiħ jew ikunu ġew eżawriti l-profitti.

Il-prezz tar-rikapitalizzazzjoni se jiġi stabbilit individwalment għal kull bank fuq il-bażi tar-rata tal-imgħax applikabbli. Minbarra dan, se jkun hemm żieda skont il-kategorija tar-riskju tal-bank u t-tip ta’ strument magħżul.

L-awtoritajiet Norveġiżi huma tal-fehma li s-sistema li biha r-rata tar-remunerazzjoni għal kull bank għal kull strument hija kkalkulata tikkorrispondi mal-metodoloġija stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (18) fir-rakkomandazzjoni tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2008 (19) u għaldaqstant tikkonforma mal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-assi tal-banek Norveġiżi huma, fil-biċċa l-kbira, assi b’rata tal-imgħax flessibbli. Sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju tar-rati tal-imgħax, il-banek ġeneralment jippruvaw li jkollhom l-istess maturitajiet tal-kuntratti tar-rati tal-imgħax fuq iż-żewġ naħat tal-karta tal-bilanċ. It-tqabbil tal-maturitajiet għalhekk jitlob li l-banek Norveġiżi jkollhom fil-biċċa l-kbira obbligazzjonijiet b’rati tal-imgħax flessibbli. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Norveġiżi pproponew li r-remunerazzjoni tar-rikapitalizzazzjoni tkun ibbażata fuq ir-rendita jew ta’ ċertifikat tal-gvern għal sitt xhur jew ta’ bond tal-gvern għal ħames snin.

Skont l-ispjegazzjonijiet tal-awtoritajiet Norveġiżi, l-ispejjeż għar-rikapitalizzazzjoni tal-banek fuq perjodu ta’ ħames snin se jkun l-istess indipendentement minn liema għażla jieħu l-bank. Huma jispjegaw dan il-punt billi jqabblu l-ispejjeż netti preżenti tar-rikapitalizzazzjoni għall-banek bl-użu tal-għażla bbażata fuq ir-rendita tal-bonds tal-gvern ta’ ħames snin, mal-ispejjeż netti preżenti tar-rikapitalizzazzjoni għall-banek bl-użu tal-għażla bbażata fuq ir-rendita taċ-ċertifikati tal-gvern ta’ sitt xhur fuq perjodu ta’ ħames snin. (20)

Għaldaqstant, l-awtoritajiet Norveġiżi huma tal-fehma li, anki jekk ir-rendita taċ-ċertifikati tal-gvern għal sitt xhur illum hija anqas minn dik tal-bond tal-gvern għal ħames snin, l-ispejjeż tar-rikapitalizzazzjoni għall-banek fuq perjodu ta’ ħames snin se jkunu l-istess indipendentement minn liema għażla tittieħed.

5.4.1.   Is-sigurtà Ibrida Tier 1

Is-Sigurtà Ibrida Tier 1 għandha tassorbi t-telf wara l-kapital tal-ishma komuni (preferenza fir-rigward tal-assorbiment tat-telf). Hija mfassla bħala bond tat-tip “callable perpetual”, b’kupun fiss stabbilit bħala r-rata tal-bonds tal-gvern Norveġiż, biż-żidiet li ġejjin:

5,0 % għall-banek fil-klassi tar-riskju 1;

5,5 % għall-banek fil-klassi tar-riskju 2;

6,0 % għall-banek fil-klassi tar-riskju 3 (21).

F’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-BĊE, l-element ta’ żieda minima huwa kkalkulat bħala d-differenzjali tas-CDS ta’ ħames snin tal-bank li jagħmel il-ħruġ, fuq dejn subordinat matul il-perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Awwissu 2008 b’żieda ta’ 200 punt ta’ bażi għall-ispejjeż operattivi u 100 punt ta’ bażi sabiex tiġi riflessa s-senjorità tal-ibridu fir-rigward tad-dejn subordinat. Żieda tiġi mbagħad applikata għall-banek fil-klassijiet tar-riskju 2 u 3.

L-awtoritajiet Norveġiżi indikaw li Norges Bank kien ikkalkula li d-differenzjal medjan fuq il-kuntratti tas-CDS subordinati għal DnB NOR (22), l-uniku bank Norveġiż li l-kuntratti tas-CDS tiegħu huma nnegozjati f’suq, huwa ta’ 100 punt ta’ bażi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Awwissu 2008. (23)

Sabiex jiġi stimulat ix-xiri lura, il-kupun huwa miżjud b’1 punt perċentwali wara kull waħda mis-snin 4 u 5. L-istrument iżomm l-ogħla kupun fiss sa meta jinfeda. Ix-xiri lura huwa kundizzjonali fuq il-permess tal-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja, li trid tivverifika li l-kundizzjonijiet tal-adegwatezza tal-kapital ikomplu jkunu se jkomplu jiġu ssodisfati wara x-xiri lura.

5.4.2.   L-istrument tal-kapital preferenzjali Tier 1

L-istrument tal-kapital preferenzjali Tier 1 għandu jassorbi t-telf pari passu (b’mod parallel) mal-ishma ordinarji. Huwa jista’ jissejjaħ wara tliet snin. Huwa mfassal bħala konvertibbli mandatorju, u jinqaleb għal ishma komuni wara ħames snin, sakemm ma jinfediex jew ma jiġix konvertit qabel dan. L-istrument għandu jkollu kupun fiss stabbilit bħala r-rata tal-bonds tal-Gvern Norveġiż, biż-żieda li ġejja:

6,0 % għall-banek fil-klassi tar-riskju 1;

6,5 % għall-banek fil-klassi tar-riskju 2;

7,0 % għall-banek fil-klassi tar-riskju 3 (24).

F’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-BĊE, iż-żieda minima hija stabbilita għal 600 punt ta’ bażi (500 punt ta’ bażi bħala premium għar-riskju tal-ekwità u 100 punt ta’ bażi sabiex jiġu koperti l-ispejjeż operattivi). Hija applikata żieda għall-banek fil-klassijiet tar-riskju 2 u 3.

Kif ingħad aktar ‘il fuq, l-istrument jista’ jissejjaħ wara tliet snin. Il-metodu sabiex jiġi kkalkulat il-valur tax-xiri lura għandu jiġi speċifikat fil-ftehim mal-bank u ma jistax ikun anqas mill-valur nominali (25). Ix-xiri lura bikri għandu jiġi stimulat, pereżempju billi tiġi inkluża fil-ftehim żieda tar-rata tax-xiri lura fir-raba’ u fil-ħames sena, li jagħmel ix-xiri lura qabel inqas għali meta mqabbel max-xiri lura aktar tard.

Minbarra dan, l-inċentiva sabiex isir ix-xiri lura, minflok ma jitħalla li ssir il-konverżjoni mandatorja, għandha tiġi assigurata billi tiġi stabbilita rata ta’ konverżjoni fi tmiem il-perjodu ta’ ħames snin li hija aktar favorevoli għall-Fond milli tkun il-konverżjoni bil-prezz tas-suq ta’ dak iż-żmien, u tkun ukoll aktar favorevoli għall-Fond meta mqabbla max-xiri lura qabel it-tmiem tal-ħames sena (fi kliem ieħor il-metodu adottat għandu jipprovdi għal dilwizzjoni sinifikanti tal-azzjonisti eżistenti).

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-Fond għandu jkollu d-dritt li jikkonverti l-istrumenti f’ishma ordinarji/ċertifikati ta’ kapital primarju jekk il-kapital preferenzjali jikkostitwixxi parti sinifikanti mill-ekwità kontabbli tal-bank. Il-Fond għandu jispeċifika fil-ftehim ma’ kull bank individwali x’jikkostitwixxi porzjon sinifikanti. Il-punt fejn jintlaħaq il-porzjon sinifikanti m’għandux ikun ogħla minn 50 % (26).

Il-ftehim individwali jista’ jinkludi wkoll għażla għall-bank sabiex jikkonverti l-istrument f’ishma ordinarji/ċertifikati tal-kapital primarju jekk il-“fondi proprji” jkunu sofrew tnaqqis kontabbli b’mod konsiderevoli (ta’ aktar minn 20 %). Il-mod kif jiġi kkalkulat kemm mill-ishma għandu jirċievi l-Fond meta ssir il-konverżjoni għandu jiġi speċifikat fil-ftehim mal-bank u għandu jassigura relazzjoni raġonevoli bejn il-valur tax-xiri lura u l-gwadann potenzjali, minn naħa waħda, u l-konverżjoni u t-telf potenzjali min-naħa l-oħra. (27)

5.5.   Salvagwardji komportamentali

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, l-iskema hija ssupplimentata b’numru ta’ salvagwardji komportamentali.

Il-Fond għandu jagħmel il-kontribuzzjonijiet tal-kapital kundizzjonali fuq li dawn jintużaw f’konformità mal-għanijiet tal-iskema, u li ma jintużawx kontra l-iskop tagħha, u li l-bank ma jisfruttax il-kontribuzzjoni tal-kapital fil-kummerċjalizzazzjoni tiegħu u sabiex jimplimenta strateġiji kummerċjali aggressivi (28).

Jeżistu restrizzjonijiet addizzjonali bħal (i) projbizzjoni fuq żidiet fis-salarji u benefiċċji oħra tal-persunal maniġerjali sal-31 ta’ Diċembru 2010; (ii) projbizzjoni kważi sħiħa fuq il-bonusijiet għas-snin finanzjarji 2009 u 2010 bi projbizzjoni fuq il-ħlas ta’ bonusijiet retroattivi wara dan; (iii) projbizzjoni fuq li l-persunal maniġerjali jirċievi ishma jew strumenti simili fuq termini favorevoli, u (iv) projbizzjoni fuq il-bidu ta’ programmi ġodda ta’ opzjonijiet tal-ishma jew it-tiġdid ta’ skemi bħal dawn li huma diġà eżistenti.

II.   VALUTAZZJONI

1.   Il-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat

L-Artikolu 6(1) ŻEE jaqra kif ġej:

“Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f’dan il-Ftehim, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli ma’ dan il-Ftehim.”

Sabiex tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, il-miżura trid l-ewwel tiġi mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. L-iskema nnotifikata tikkonsisti f’injezzjonijiet ta’ kapital magħmula mill-Fond b’riżorsi mill-baġit nazzjonali. Għal dan l-iskop, baġit totali ta’ NOK 50 biljun ġie allokat għall-Fond.

Minbarra dan, il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni jippermettu lill-benefiċjarji sabiex jakkwistaw il-kapital meħtieġ fuq kundizzjonijiet aktar favorevoli milli kienu altriment ikunu possibbli fid-dawl tal-kundizzjonijiet kurrenti tas-swieq finanzjarji. L-Awtorità tqis li, meta jitqiesu d-diffikultajiet kurrenti fis-swieq kapitali, l-Istat qed jinvesti għaliex l-ebda operatur tal-ekonomija tas-suq ma kien se jkun lest li jinvesti fuq termini simili. Minbarra dan, il-miżura nnotifikata hija selettiva għaliex huma biss banek Norveġiżi fundamentalment b’saħħithom u mhux istituzzjonijiet finanzjarji jew impriżi oħra li huma eliġibbli għall-iskema. Dan jagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarji u jsaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tagħhom fin-Norveġja u fi Stati Membri oħra taż-ŻEE u għalhekk għandu jitqies bħala li jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità tqis li l-iskema tar-rikapitalizzazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) ŻEE.

2.   Obbligi proċedurali

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiġi infurmata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan ta’ għoti jew ta’ tibdil fl-għajnuna (…). L-Istat ikkonċernat m’għandux jimplimenta l-miżuri proposti tiegħu sakemm il-proċedura ma tirriżultax f’deċiżjoni finali”.

Bin-notifikazzjoni tal-iskema tar-rikapitalizzazzjoni fit-28 ta’ April 2009, l-awtoritajiet Norveġiżi kkonformaw mal-obbligu tan-notifika. Huma impenjaw ruħhom li ma jimplimentawx l-iskema sakemm l-Awtorità tkun approvat il-miżura, u b’hekk ikkonformaw ukoll mal-obbligu tal-waqfien.

L-Awtorità tista’ għalhekk tikkonkludi li l-awtoritajiet Norveġiżi rrispettaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3.

3.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna

3.1.   Applikazzjoni tal-Artikolu 61(3)(b) ŻEE u l-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni

L-Artikolu 61(3)(b) ŻEE jistipula li “l-għajnuna għall-promozzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew jew sabiex jissewwa taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat tal-KE jew Stat tal-EFTA” (l-enfasi miżjuda) tista’ titqies bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.

L-Awtorità ma tpoġġix fid-dubju l-analiżi tal-awtoritajiet Norveġiżi li l-kriżi finanzjarja globali kurrenti rrestrinġiet is-self għall-ekonomija reali fuq skala nazzjonali. Jekk din is-sitwazzjoni ma tiġix indirizzata, hija jkollha effett sistemiku fuq l-ekonomija Norveġiża kollha kemm hi. L-Awtorità għalhekk tikkonkludi li l-iskema nnotifikata għandha l-għan li tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija Norveġiża.

Fuq il-bażi tal-Artikolu 61(3)(b) ŻEE, l-Awtorità adottat f’Jannar 2009, il-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni li jistabbilixxu r-regoli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mogħtija fil-forma ta’ rikapitalizzazzjoni fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja kurrenti. Għaldaqstant, l-Awtorità se tivvaluta n-notifikazzjoni kurrenti fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

Il-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni jistipulaw li “fil-kuntest tas-sitwazzjoni kurrenti fis-swieq finanzjarji, ir-rikapitalizzazzjoni tal-banek tista’ sservi numru ta’ għanijiet. L-ewwel, ir-rikapitalizzazzjonijiet jikkontribwixxu għar-restawr tal-istabbilità finanzjarja u jgħinu sabiex jirrestawraw il-kunfidenza meħtieġa għall-irkupru tas-self bejn il-banek. […] It-tieni, ir-rikapitalizzazzjonijiet jistgħu jkollhom bħala oġġettiv l-assigurazzjoni tas-self lill-ekonomija reali” (29). Minbarra dan, “il-banek irid ikollhom termini favorevoli b’mod suffiċjenti tal-aċċess għall-kapital sabiex ir-rikapitalizzazzjoni tkun effettiva daqskemm hu meħtieġ. Min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet marbuta ma’ kull miżura ta’ rikapitalizzazzjoni għandhom jassiguraw livell uniformi u, għat-tul, ritorn lejn kondizzjonijiet normali tas-suq. L-interventi mill-Istat għandhom għalhekk ikunu proporzjonati u temporanji u għandhom ikunu mfassla b’tali mod li jipprovdi inċentivi għall-banek sabiex jixtru lura l-investiment tal-Istat malli l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu jippermettu (…). Fil-każijiet kollha, l-Istati tal-EFTA għandhom jassiguraw li kull rikapitalizzazzjoni ta’ bank tkun ibbażata fuq bżonn ġenwin.” (l-enfasi miżjuda) (30).

Il-miżuri nnotifikati għandhom għalhekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

—   Li jkunu xierqa (il-miżuri jkunu adegwati sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti): il-miżuri tal-għajnuna għandhom ikunu mmirati tajjeb sabiex b’mod effettiv jilħqu l-għan li jsaħħu l-istabbilità finanzjarja u s-self lill-ekonomija reali;

—   Li jkunu meħtieġa: il-miżuri tal-għajnuna għandhom, fl-ammont u l-forma tagħhom, ikunu meħtieġa sabiex jinkiseb l-għan iddikjarat (31);

—   Li jkunu proporzjonati: l-effetti pożittivi tal-miżura tal-għajnuna għandhom ikunu bbilanċjati kif xieraq mat-tfixkil tal-kompetizzjoni, sabiex it-tfixkil tal-kompetizzjoni jkun limitat għall-minimu neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-miżuri.

3.2.   Li jkunu xierqa

L-Awtorità għandha l-ewwel tivvaluta jekk il-miżura proposta, jiġifieri r-rikapitalizzazzjoni mill-istat ta’ banek fundamentalment b’saħħithom, hijiex miżura xierqa sabiex jinkisbu l-għanijiet iddikjarati tat-tisħiħ tal-istabbiltà finanzjarja u s-self lill-ekonomija reali.

L-Awtorità tirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet tal-kreditu jistgħu jkunu jeħtieġu kapital addizzjonali fiċ-ċirkustanzi preżenti tas-suq sabiex jassiguraw fluss suffiċjenti ta’ kreditu għall-ekonomija kollha kemm hi, u b’hekk jevitaw li l-kriżi tkompli tiggrava. Minbarra dan, l-inċertezzi fir-rigward tal-prospetti ekonomiċi dgħajfu l-fiduċja fis-solidità fit-tul tal-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-rikapitalizzazzjoni ta’ banek fundamentalment b’saħħithom għandha tassigura li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu kapitalizzati biżżejjed biex ikunu jistgħu jifilħu aħjar għat-telf potenzjali u jkomplu bl-attivitajiet normali ta’ self tagħhom.

Il-forniment ta’ kapital lil banek fundamentalment b’saħħithom jista’ għalhekk jitqies bħala miżura xierqa sabiex jiġu assigurati kundizzjonijiet favorevoli għas-self fl-ekonomija reali f’konformità mal-Linji Gwida tar-Rikapitalizzazzjoni.

3.3.   Li jkunu meħtieġa

L-għajnuna għandha, fl-ammont u l-forma tagħha, tkun meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet iddikjarati, meta jitqiesu ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li jeżistu bħalissa. Jista’ għalhekk jitqies li biss l-għajnuna lil banek fundamentalment b’saħħithom hija neċessarja għall-finijiet tal-għanijiet iddikjarati.

L-awtoritajiet Norveġiżi qed jippjanaw li l-iskema nnotifikata se tidħol fis-seħħ f’Mejju 2009 u tkun miftuħa għal 6 xhur. Limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal injezzjoni tal-kapital se jkun stabbilit sitt ġimgħat qabel jiskadi l-perjodu ta’ sitt xhur (bejn wieħed u ieħor tmiem Settembru 2009).

Minbarra dan, l-injezzjonijiet tal-kapital huma maħsuba sabiex ikunu temporanji. L-inċentivi sabiex il-banek jiġu inkoraġġiti jħallsu lura l-kapital injettat huma inklużi fl-iskema u numru ta’ restrizzjonijiet komportamentali sinifikanti huma imposti, u dawn ikomplu jinċentivaw ritorn għal kundizzjonijiet normali tas-suq.

L-Awtorità tqis li, billi llimitaw it-tul taż-żmien tal-iskema, l-awtoritajiet Norveġiżi llimitaw l-għajnuna potenzjali mill-istat għall-kuntest tas-sitwazzjoni kurrenti fis-swieq finanzjarji u t-taqlib serju li jeżisti bħalissa fl-ekonomija Norveġiża.

Il-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni jenfasizzaw l-importanza tad-distinzjoni bejn banek fundamentalment b’saħħithom u li sejrin tajjeb u banek li jinsabu fl-inkwiet u li sejrin inqas tajjeb (32).

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-banek li huma fundamentalment b’saħħithom biss huma eliġibbli sabiex jipparteċipaw fl-iskema nnotifikata. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-banek meta jkunu qed japplikaw għall-injezzjoni tal-kapital u fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi (proporzjonijiet formali tal-adegwatezza tal-kapital, analiżi tal-iskoperturi għar-riskju ta’ kull bank, kwalità tal-assi, prospetti tan-negozju, eċċ.), l-Awtorità Norveġiża tas-Sorveljanza Finanzjarja se teżerċita funzjoni ta’ “gate keeping” u tivvaluta jekk bank huwiex fundamentalment b’saħħtu. L-iskema se tkun miftuħa biss għal banek li jinsabu mill-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja li jissodisfaw l-obbligi tal-kapital Tier 1 “b’marġini tajjeb, ukoll meta jitqiesu żviluppi probabbli fil-futur qrib” (33).

Jista’ għalhekk jiġi konkluż li l-iskema nnotifikata tirrispetta d-distinzjoni operata fil-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u mhix se tintuża għar-rikapitalizzazzjoni ta’ banek li mhumiex fundamentalment b’saħħithom.

L-Istati tal-EFTA jridu jassiguraw li kull rikapitalizzazzjoni ta’ bank tkun ibbażata fuq bżonn ġenwin (34). F’Diċembru 2008, Norges Bank wettaq simulazzjoni ta’ kriżi għas-sitt l-akbar banek Norveġiżi. Is-simulazzjoni rreplikat xenarju negattiv fejn l-eżitu kien li l-banek kienu jirreġistraw telf li jammonta għal medja ta’ 2,3 % tal-assi tagħhom bil-piż differenzjat skont ir-riskju. Norges Bank ikkalkula li l-fondi meħtieġa għar-rikapitalizzazzjoni tal-10 l-ikbar banek wara l-iżviluppi negattivi simulati, kienu ta’ madwar NOK 34 biljun. Fuq il-bażi ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-awtoritajiet Norveġiżi kkalkulaw li NOK 50 biljun se jkunu biżżejjed sabiex tkun possibbli żieda fil-kapital bażiku tal-banek Norveġiżi kollha b’medja ta’ 2,3 %. Il-baġit tal-iskema huwa għalhekk ta’ NOK 50 biljun.

Il-livell tal-injezzjoni ta’ kapital propost mill-awtoritajiet Norveġiżi huwa għalhekk relatat mal-kundizzjonijiet speċifiċi fis-suq bankarju Norveġiż. L-awtoritajiet Norveġiżi stabbilixxew limiti massimi għaż-żidiet fil-proporzjonijiet tal-kapital bażiku permezz ta’ injezzjonijiet ta’ kapital mill-Fond li huma marbuta mal-livell ta’ kapital bażiku eżistenti fil-bank qabel l-intervent tal-istat. Għalhekk, banek bi proporzjon ta’ kapital bażiku ta’ anqas minn 7 % jistgħu japplikaw għal rikapitalizzazzjoni li ġġibhom sa proporzjon tal-kapital bażiku ta’ mhux aktar minn 10 % (35). Banek bi proporzjon ta’ kapital bażiku ta’ bejn 7 % u 10 % jistgħu jiġu rikapitalizzati b’mhux aktar minn 3 punti perċentwali sakemm ma jaqbżux proporzjon ta’ kapital bażiku ta’ 12 %. Banek bi proporzjon ta’ kapital bażiku ogħla minn 10 % jistgħu japplikaw biss għal injezzjoni massima ta’ kapital bażiku ta’ mhux aktar minn 2 punti perċentwali.

Kif irrimarkat aktar ‘il fuq, l-ammont reali ta’ kull injezzjoni ta’ kapital se jiġi deċiż mill-Fond u speċifikat fil-ftehim mal-bank applikanti individwali. Minbarra dan, se tingħata prijorità għal applikazzjonijiet minn banek ta’ importanza sistemika, u b’hekk jiġi assigurat li jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll l-għan li terġa’ tiġi stabbilita l-istabbiltà finanzjarja (36). Minbarra dan, il-Fond se jitlob ġustifikazzjoni ulterjuri għal injezzjonijiet ta’ kapital li jaqbżu ż-2 punti perċentwali sabiex jivverifika l-ħtieġa għal injezzjoni ta’ kapital daqshekk kbira.

Kull każ fejn issir injezzjoni ta’ kapital ta’ aktar minn 2 % se jiġi rrapurtat lill-Awtorità.

Il-Fond se jitlob ukoll ġustifikazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ kull applikazzjoni fejn l-injezzjoni proposta twassal il-proporzjon tal-kapital bażiku tal-bank applikanti għal livell ogħla minn 12 %. Il-Fond għalhekk se jkun f’pożizzjoni li jivverifika l-ħtieġa, minkejja l-livell diġà għoli ta’ kapitalizzazzjoni, għal intervent mill-istat. L-Awtorità tinnota li din is-sitwazzjoni tirrigwarda l-aktar banek ta’ tifdil żgħar b’mezzi limitati biex jiffinanzjaw lilhom infushom. Dawn il-banek jirrappreżentaw parti żgħira mis-suq (11 % biss tal-assi totali tal-banek) u huma l-aktar attivi fi swieq lokali. Jekk il-ħtieġa speċifika tal-bank ma tkunx ġustifikata biżżejjed, l-Fond jirrifjuta l-applikazzjoni tiegħu.

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-iskema nnotifikata hija mfassla b’tali mod li tassigura li kull injezzjoni ta’ kapital hija bbażata fuq ħtieġa ġenwina.

3.4.   Li jkunu proporzjonati

Fl-aħħar nett, l-Awtorità trid tivvaluta jekk l-injezzjonijiet ta’ kapital humiex se jsiru fuq termini li jimminimizzaw l-ammont ta’ għajnuna sabiex jiġi limitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni għall-minimu neċessarju sabiex jinkisbu l-għanijiet iddikjarati.

Skont il-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni, il-qrubija tal-prezzijiet ma’ dawk tas-suq hija l-aħjar garanzija sabiex jiġi limitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni (37). Ir-rikapitalizzazzjoni għalhekk għandha tkun imfassla b’tali mod li tqis is-sitwazzjoni tas-suq ta’ kull istituzzjoni u tipprovdi inċentiva għall-banek sabiex jifdu l-investiment tal-Istat malajr kemm jista’ jkun. L-elementi li ġejjin għandhom għaldaqstant jintużaw meta titwettaq valutazzjoni tal-miżuri tar-rikapitalizzazzjoni: l-għan tar-rikapitalizzazzjoni, l-istat ta’ saħħa tal-bank benefiċjarju, ir-remunerazzjoni, l-inċentivi għall-ħruġ, u salvagwardji kontra l-abbuż mill-għajnuna u t-tfixkil tal-kompetizzjoni.

L-għan tal-miżura u l-istat ta’ saħħa tal-banek ġew eżaminati aktar ‘il fuq. Rimunerazzjoni ġenerali għandha tinkludi b’mod xieraq l-elementi li ġejjin:

profil tar-riskju tal-benefiċjarju;

karatteristiċi tal-istrument magħżul;

inċentivi tal-ħruġ; u wkoll

rata tal-imgħax mingħajr riskju li sservi bħala punt ta’ riferiment (38).

Il-Linji Gwida jidentifikaw metodu xieraq sabiex jiġi ddeterminat il-prezz tar-rikapitalizzazzjonijiet b’referenza għall-metodoloġija stabbilita fir-Rakkomandazzjoni tal-BĊE, imsemmija aktar ‘il fuq. Din il-metodoloġija tinvolvi l-kalkolu ta’ firxa tal-prezzijiet fuq il-bażi ta’ komponenti differenti bil-livell l-aktar baxx identifikat bħala r-rata ta’ rendita meħtieġa għad-dejn subordinat u l-livell l-aktar għoli identifikat bħala r-rata ta’ rendita meħtieġa għall-ishma ordinarji. Kemm il-livell l-aktar baxx u kif ukoll il-livell l-aktar għoli jikkonsistu f’taħlita ta’ renditi ta’ bonds tal-gvern u elementi “miżjuda”. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-istituzzjonijiet individwali u tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu riflessi meta tiġi kkalkulata l-firxa tal-prezzijiet f’sitwazzjoni partikolari. L-Awtorità se taċċetta wkoll metodoloġiji alternattivi ta’ pprezzar, sakemm dawn iwasslu għal remunerazzjonijiet li jkunu ogħla mill-metodoloġija tal-BĊE (39).

Ir-rata meħtieġa ta’ rendita fuq id-dejn subordinat hija għalhekk ikkalkulata bħala r-rendita tal-bonds tal-gvern flimkien mad-differenzjal tas-CDS tal-bank li joħroġ dak id-dejn subordinat b’200 punt ta’ bażi miżjuda magħhom sabiex jiġu koperti l-ispejjeż operattivi u jiġi pprovdut inċentiv għall-ħruġ. Għal strumenti ibridi oħra li għandhom karatteristiċi simili għal dejn subordinat, il-grad ogħla ta’ prijorità ta’ dawn l-istrumenti huwa rifless permezz tal-inklużjoni ta’ 100 punt ta’ bażi addizzjonali.

L-awtoritajiet Norveġiżi identifikaw is-sigurtà Ibrida tat-Tier 1 bħala li taqa’ taħt id-deskrizzjoni ta’ hawn fuq u kkalkulaw ir-remunerazzjoni fuq dak l-istrument bħala r-rendita tal-bonds tal-gvern b’5,0 % miżjuda għal banek klassifikati fil-klassi tar-riskju numru 1 (iż-żieda hija ta’ 5,5 % u 6,0 % għall-klassijiet tar-riskju 2 u 3 rispettivament). Huma indikaw li Norges Bank ikkalkula d-differenzjal tas-CDS ta’ DnB NOR (l-akbar bank Norveġiż, u l-uniku wieħed li għalih hija disponibbli dejta dwar is-CDS) bħala 100 punt ta’ bażi. Billi ma teżistix id-dejta relevanti għall-banek Norveġiżi l-oħra, l-awtoritajiet applikaw l-istess żieda għall-banek kollha. L-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-BĊE għalhekk tirriżulta f’żieda minima ta’ 400 punt ta’ bażi. Kif innutat aktar ‘il fuq, iż-żieda minima taħt l-iskema nnotifikata hija ta’ 500 punt ta’ bażi, u għalhekk tikkonforma mal-Linji Gwida f’dan ir-rigward.

Ir-rata ta’ rendita għall-ishma ordinarji hija kkalkulata bħala r-rendita tal-bonds tal-gvern b’kumpens għar-riskju tal-ekwità ta’ 500 punt ta’ bażi, flimkien ma’ 100 punt ta’ bażi li jkopru l-ispejjeż addizzjonali u jipprovdu inċentiva għall-ħruġ. Għal strumenti oħra li għandhom karatteristiċi ekonomiċi simili għal dawk tal-ishma komuni (inklużi strumenti perpetwi li jistgħu jiġu konvertiti għal ishma ordinarji), ir-rata ta’ rendita meħtieġa għandha tkun qrib ta’ dik tal-ishma ordinarji.

L-awtoritajiet Norveġiżi identifikaw l-istrument ta’ kapital preferenzjali tat-Tier 1 bħala li jaqa’ taħt id-deskrizzjoni ta’ hawn fuq u kkalkulaw ir-remunerazzjoni fuq dak l-istrument bħala r-rendita tal-bonds tal-gvern biż-żieda ta’ 6,0 % għal banek ikklassifikati fil-klassi tar-riskju 1 (iż-żieda hija ta’ 6,5 % u 7,0 % għall-klassijiet tar-riskju 2 u 3 rispettivament). L-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-BĊE tirriżulta f’żieda minima ta’ madwar 600 punt ta’ bażi u jista’ għalhekk jiġi konkluż li ż-żieda għall-istrument tal-kapital preferenzjali hija konsistenti mal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

L-element l-ieħor tar-remunerazzjoni hija r-rendita tal-bonds tal-gvern. (40) L-iskema nnotifikata hija bbażata fuq il-bond tal-gvern Norveġiż ta’ 5 snin. Madankollu, l-iskema nnotifikata tħalli lill-applikant ukoll l-għażla li r-remunerazzjoni tintrabat maċ-ċertifikat tal-gvern ta’ sitt xhur. L-Awtorità tinnota li, fil-preżent, ir-rata tal-imgħax flessibbli ta’ sitt xhur hija bejn wieħed u ieħor 1 punt perċentwali anqas mir-rata fissa tal-bonds tal-gvern ta’ ħames snin. Għalhekk, ir-remunerazzjoni llum tkun ta’ bejn wieħed u ieħor 1 punt perċentwali anqas għal bank li jeżerċita l-għażla ta’ remunerazzjoni bbażata fuq ir-rata flessibbli ta’ 6 xhur.

L-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-argument li ż-żewġ modi ta’ kif jiġu pprezzati l-injezzjonijiet tal-kapital huma normalment ekwivalenti. Huma juru dan billi jikkalkulaw ir-remunerazzjoni bbażata kemm fuq ir-rata tal-bonds tal-gvern Norveġiż ta’ 5 snin u kif ukoll iċ-ċertifikati tal-gvern ta’ 6 xhur fis-suq tal-futures għal perjodu ta’ ħames snin. Dan huwa bbażat fuq it-teorija li fuq perjodu ta’ żmien għandu jkun hemm parità bejn ir-rati fissi u dawk flessibbli.

Għalkemm il-kalkoli huma bbażati fuq l-aspettattivi u ma jiggarantixxux li l-imgħax se jkun dejjem kif previst, l-Awtorità tikkonkludi li, fuq il-bażi tad-dejta disponibbli, huwa probabbli li r-remunerazzjoni marbuta ma’ ċertifikat tal-gvern ta’ 6 xhur se tkun fil-firxa tal-prezzijiet stabbilita fuq il-bażi tal-metodoloġija deskritta aktar ‘il fuq. Minbarra dan, l-Awtorità ħadet nota tal-fatt li l-elementi miżjuda huma akbar mill-minimu meħtieġ taħt il-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

Wara li ġew analizzati r-rati tal-imgħax ta’ referenza u l-karatteristiċi tal-istrumenti offruti, l-aspett tar- remunerazzjoni li jmiss li jiġi kkunsidrat huwa l-profil tar-riskju tal-benefiċjarju.

Kif irrimarkat aktar ‘il fuq, il-Fond għandu jqiegħed lil kull bank f’waħda minn tliet klassijiet ta’ riskju fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi (41). Il-klassi tar-riskju se tiddetermina l-kupun li għandu jitħallas fuq il-kapital injettat. L-Anness 1 tal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni jagħti aktar tagħrif dwar kif il-profil tar-riskju tal-benefiċjarju għandu jiġi vvalutat u jidentifika l-adegwatezza tal-kapital, id-daqs tar-rikapitalizzazzjoni, id-differenzjali kurrenti tas-CDS u l-klassifikazzjoni u l-prospetti tal-bank applikanti bħala indikaturi relevanti.

L-Awtorità hija tal-fehma li l-metodu ta’ valutazzjoni tal-Fond deskritt aktar ‘il fuq fit-Taqsima I.5.3 jieħu kont biżżejjed ta’ dawn l-indikaturi differenti u għalhekk iwassal għall-klassifikazzjoni korretta tal-banek applikanti f’termini tar-riskju.

L-awtoritajiet Norveġiżi inkludew 50 punt ta’ bażi addizzjonali fir-remunerazzjoni għall-banek fil-klassi tar-riskju 2 u 100 punt ta’ addizzjonali għal dawk fil-klassi tar-riskju 3. Il-motivazzjoni għal dan ġiet spjegata bħala d-differenza osservata bejn id-differenzjal tal-kreditu tad-dejn subordinat ta’ DnB NOR u dak ta’ banek Norveġiżi oħra bħala żidiet mal-istima tad-differenzjal tas-CDS ta’ DnB NOR. Ġie osservat li d-differenzjal bejn l-aktar rendita baxxa u l-aktar waħda għolja mhux akbar minn madwar 100 punt ta’ bażi u ż-żidiet għall-klassijiet tar-riskju medju u għoli għalhekk ġew stabbiliti għal 50 u 100 punt ta’ bażi rispettivament.

L-element finali tar-remunerazzjoni identifikat fil-Linji Gwida huma l-inċentivi tal-ħruġ inklużi fl-iskema. F’dan ir-rigward, l-Awtorità tinnota li r-remunerazzjoni fuq is-sigurtà Ibrida tat-Tier 1 (li tista’ tinfeda fi kwalunkwe żmien) hija miżjuda b’1 punt perċentwali kull sena f’kull waħda mis-snin 4 u 5 u dak il-kupun aktar għoli jinżamm sa meta tinfeda. Fir-rigward tal-istrument tal-kapital preferenzjali tat-Tier 1, huwa possibbli biss li dan jinfeda wara tliet snin u fi tmiem il-ħames sena, l-istrument jiġi awtomatikament ikkonvertit f’ishma ordinarji. Madankollu, huwa stipulat fir-Regolament li 1) ix-xiri lura m’għandux isir b’anqas mill-valur nominali u għandu jiżdied fis-snin 4 u 5, u 2) il-konverżjoni għal ishma fi tmiem is-sena 5 għandha ssir fuq termini tali li jipprovdu lill-bank b’inċentivi sabiex jifdi l-istrument qabel ma ssir il-konverżjoni awtomatika. L-awtoritajiet Norveġiżi indikaw ukoll li, bħala inċentiva addizzjonali għax-xiri lura, il-mekkaniżmu tal-konverżjoni għandu wkoll ikun aktar favorevoli għall-Fond mill-konverżjoni bil-prezz tas-suq tal-mument, u b’hekk ikun jinvolvi diluzzjoni sinifikanti tal-azzjonisti eżistenti.

L-Awtorità tqis li, meta jiġu kkunsidrati dawn l-elementi kollha, l-iskema nnotifikata tipprovdi għal livell globali ta’ remunerazzjoni li hu konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

Minbarra r-remunerazzjoni u l-inċentivi għall-ħruġ, il-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni jirreferu wkoll għas-salvagwardji kontra l-abbuż mill-għajnuna u t-tfixkil tal-kompetizzjoni u jesiġu mill-Istati tal-EFTA li dawn jorbtu salvagwardji nazzjonali effettivi u infurzabbli mar-rikapitalizzazzjoni li jassiguraw li l-kapital injettat jintuża sabiex isostni s-self lill-ekonomija reali sabiex l-għan li tiġi ffinanzjata l-ekonomija reali jintlaħaq b’mod effettiv (42). L-Awtorità tinnota f’dan ir-rigward li l-iskema nnotifikata fiha impenji komportamentali imposti fuq il-banek li jibbenefikaw mill-injezzjoni tal-kapital sabiex jiġi assigurat li l-fondi mhux qed jintużaw għal skopijiet oħra għajr sabiex jappoġġjaw is-self lill-ekonomija reali. It-Taqsima 6 tar-Regolament tassigura li l-Fond huwa regolarment infurmat bil-politika tas-self tal-banek benefiċjarji, it-Taqsima 8 tesiġi mill-banek li jibbenefikaw mill-injezzjoni tal-kapital li dawn jimpenjaw ruħhom li jużawha skont l-għanijiet tal-iskema, u mhux kontra dawn l-għanijiet, li huma li jiġi inkoraġġit is-self lill-ekonomija reali u t-Taqsima 14 tagħti lill-Fond l-awtorità li jieħu miżuri sabiex jassigura li t-termini li jirregolaw l-injezzjoni tal-kapital jiġu rrispettati.

Fl-aħħar nett, l-Awtorità tinnota li l-awtoritajiet Norveġiżi m’għandhom l-ebda miżura oħra ta’ għajnuna mill-istat immirata lejn is-settur bankarju.

4   Konklużjoni

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-Awtorità tqis li l-iskema għar-rikapitalizzazzjoni temporanja ta’ banek fundamentalment b’saħħithom sabiex tiġi msaħħa l-istabbiltà finanzjarja u s-self lill-ekonomija reali, li l-awtoritajiet Norveġiżi qed jippjanaw li jimplimentaw, hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont it-tifsira tal-Artikolu 61 ŻEE, moqri flimkien mal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

L-awtoritajiet Norveġiżi huma mfakkra dwar l-obbligu, li jirriżulta mill-Artikolu 21 tal-Parti II tal-Protokoll 3, moqri flimkien mal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 195/04/COL, li jipprovdu rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-iskema.

L-awtoritajiet Norveġiżi huma mfakkra wkoll li kwalunkwe pjan għal tibdil f’din l-iskema jrid jiġi nnotifikat lill-Awtorità,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għall-iskema għar-rikapitalizzazzjoni temporanja ta’ banek fundamentalment b’saħħithom sabiex jissaħħu l-istabbiltà finanzjarja u s-self lill-ekonomija reali abbażi tal-Artikolu 61 ŻEE, moqri flimkien mal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 3

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2009.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Kurt JÄGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Protokoll 3.

(5)  Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottat u maħruġ mill-Awtorità fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“ĠU”) L 231, 3.9.1994, p. 1, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994, p. 1. Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat hija ppubblikata fuq is-sit tal-Internet tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/

(6)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

(7)  Id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004, ippubblikata fil-ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1, kif emendati bid-Deċiżjoni Nru 319/05/COL tal-14 ta’ Diċembru 2005, ippubblikata fil-ĠU C 286, 23.11.2006, p. 9, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 57, 23.11.2006, p. 31.

(8)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-iskema tar-rikapitalizzazzjoni.

(9)  Fi tmiem l-2008, kien hemm 121 bank tat-tfaddil Norveġiż u 18-il bank kummerċjali Norveġiż. Bejn wieħed u ieħor 77 % tal-banek Norveġiżi kellhom proporzjonijiet tal-kapital bażiku ogħla minn 12 %. Madankollu, dawn kienu fil-biċċa l-kbira banek tat-tfaddil żgħar, u kienu jirrappreżentaw biss madwar 11 % tal-assi totali tal-banek. Min-naħa l-oħra, numru limitat ħafna ta’ banek kellhom proporzjon tal-kapital bażiku taħt is-7 %.

(10)  Il-kapital Tier 1 huwa l-kejl ewlieni tas-saħħa finanzjarja ta’ bank mill-perspettiva tar-regolatur. Jikkonsisti f’kapital bażiku, li jikkonsisti primarjament f’ishma komuni u riżervi żvelati (jew qligħ miżmum), iżda jista’ wkoll jinkludi ishma preferenzjali li ma jistgħux jinfdew u li mhumiex kumulattivi.

(11)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Fond.

(12)  It-terminu “banek Norveġiżi” jinkludi banek Norveġiżi li s-sidien tagħhom huma banek barranin, iżda jeskludi fergħat fin-Norveġja ta’ banek barranin, istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu li mhumiex banek, u tipi oħra ta’ istituzzjonijiet finanzjarji.

(13)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ir-Regolament.

(14)  Taqsima 2 tar-Regolament.

(15)  Taqsima 2 tar-Regolament.

(16)  Taqsima 10 tar-Regolament.

(17)  Dan jimplika li numru ta’ kriterji bħall-proporzjon tal-kapital bażiku, ir-rendita totali, il-kompożizzjoni u l-kwalità tal-kreditu tal-portafoll tas-self, il-proporzjon tad-depożiti mas-self, l-iskopertura għat-telf u għar-riskju (riskju tal-kreditu, riskju tal-likwidità, riskju tas-suq, u riskju operattiv) se jiġu vvalutati. Il-Fond, jew esperti mqabbda minnu, jistgħu jużaw il-klassifikazzjonijiet ipprovduti mill-akbar banek li joperaw fin-Norveġja, pereżempju l-analiżi tal-kreditu minn DnB NOR (l-akbar grupp tas-servizzi finanzjarji Norveġiż), bħala punt tat-tluq sabiex tiġi stabbilita l-klassi tar-riskju xierqa.

(18)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“BĊE”.

(19)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħa “ir-rakkomandazzjoni tal-BĊE”

(20)  Fuq il-bażi tar-rendita taċ-ċertifikati tal-gvern ta’ sitt xhur mixtrija fuq is-suq tal-forward contracts.

(21)  Taqsima 11 tar-Regolament.

(22)  L-awtoritajiet Norveġiżi kkalkulaw din iċ-ċifra fuq il-bażi tat-total tad-differenzjali kollha fuq il-bonds regolari prijoritarji tal-banek fir-rigward tal-bonds tal-gvern u d-differenzjali tas-CDS għas-self subordinat fir-rigward tal-bonds prijoritarji tal-banek.

(23)  F’kuntrast ma’ dan, fi ħdan iż-żona tal-euro, il-BĊE kkalkula li l-medjan tad-differenzjali kollha tad-dejn subordinat A CDS huwa ta’ 73 punt ta’ bażi.

(24)  Taqsima 12 tar-Regolament.

(25)  Taqsima 13 tar-Regolament.

(26)  Taqsima 12 tar-Regolament.

(27)  Kieku r-rata tal-konverżjoni kellha tiġi stabbilita bħala l-medja tal-prezz inizjali tas-suq u l-prezz tas-suq mal-konverżjoni, il-vantaġġ għall-fond għandu jkun assigurat permezz ta’ żieda li tikkorrispondi ma’ dan fil-valur tax-xiri lura, li jipprovdi simetrija bejn ir-riskju negattiv u l-gwadann possibbli. Kieku r-rata tal-konverżjoni kellha tiġi ffissata skont il-prezz tas-suq fiż-żmien tal-konverżjoni, il-Fond ma jipparteċipax f’telf fil-valur tal-ishma qabel il-konverżjoni. F’dak il-każ, il-possibiltà ta’ gwadann għall-Fond għandha wkoll tkun aktar limitata.

(28)  Taqsima 8 tar-Regolament.

(29)  Paragrafi 4 u 5 tal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

(30)  Paragrafu 11 tal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

(31)  Każ C-390 Nuova Agricast v Ministero delle Attività Produttive, sentenza tal-15 ta’ April 2008 (għadha mhix irrapurtata), paragrafu 68. Il-Qorti ddikjarat li “Kif jirriżulta wkoll mis-sentenza tas-17 ta’ Settembru 1980, Philip Morris vs Il-Kummissjoni (730/79, Ġabra p. 2671, punt 17), għajnuna li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża benefiċjarja mingħajr ma tkun meħtieġa sabiex tilħaq l-għanijiet previsti fl-Artikolu 87(3) KE ma tiġix ikkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq komuni.”

(32)  Paragrafu 12 tal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

(33)  Taqsima 2 tar-Regolament.

(34)  Paragrafu 11 tal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

(35)  Ladarba banek bi proporzjon tal-kapital ta’ anqas minn 6 % ġeneralment ma jkunux eliġibbli taħt l-iskema, iż-żieda massima għall-banek f’din il-kategorija tkun ta’ 4 punti perċentwali. Kif imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, aktar ‘il fuq, hemm biss ftit banek b’livell tal-kapital bażiku ta’ anqas minn 7 %.

(36)  Taqsima 2 tar-Regolament.

(37)  Paragrafu 19 tal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

(38)  Paragrafu 23 tal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

(39)  Paragrafu 30 tal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

(40)  Dan huwa ddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-BĊE kif ġej: “it-total ta’ (i) ir-rendita medja fuq il-bond ta’ ħames snin ta’ riferiment tal-EMU fuq 20 jum ta’ negozju qabel l-injezzjoni tal-kapital, u (ii) id-differenzjal medju tar-renditi tal-gvernijiet għall-pajjiż tad-domiċilju tal-istituzzjoni finanzjarja għall-perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Awwissu 2008”.

(41)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 17 aktar ‘il fuq.

(42)  Paragrafu 39 tal-Linji Gwida dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.