ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.011.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 11

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
15ta' Jannar 2011

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

1

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali ( 1 )

18

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 27/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

22

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Jannar 2011

24

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għar-raba' stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010

27

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 30/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

29

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/17/PESK tal-11 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

31

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK tal-14 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

36

2011/19/UE

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-proċedura għall-attestament tal-konformità ta’ prodotti tal-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ prodotti ta’ siġill għal użu mhux strutturali għall-ġonot fil-bini u l-bankini (notifikata bid-dokument numru C(2011) 62)  ( 1 )

49

2011/20/UE

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta Diċembru 2010 dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/26)

53

2011/21/UE

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas taż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2010/27)

54

2011/22/UE

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas taż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (BĊE/2010/28)

56

2011/23/UE

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Eesti Pank lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/34)

58

RAKKOMANDAZZJONIJIET

2011/24/UE

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2011 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ impriżi tad-difiża skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità ( 1 )

62

2011/25/UE

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2011 li tistabbilixxi linji gwida għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, il-prodotti bijoċidali u l-prodotti mediċinali veterinarji ( 1 )

75

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 25/2011

tal-14 ta’ Jannar 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1), kif emendata permezz tad-Deċiżjoni 2011/18/PESK tal-14 ta’ Jannar 2011 (2),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK, kif emendata, tipprovdi għall-adozzjoni ta' miżuri restrittivi kontra ċerti persuni li, filwaqt li mhumiex innominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, qed jostakolaw il-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Côte d’Ivoire u b'mod partikolari dawk li qed jipperikolaw il-kisba ta' riżultat xieraq fil-proċess elettorali, kif ukoll kontra persuni, entitajiet jew korpi legali li qegħdin fil-pussess ta' jew li jiġu kkontrollati minn tali persuni u minn persuni, entitajiet jew korpi li jaġixxu f'isimhom jew fuq l-istruzzjonijiet tagħhom.

(2)

Dawn il-miżuri jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiżgura l-implimentazzjoni tagħhom.

(3)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rrikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u notevolment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, u d-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u prinċipji. Dan ir-Regolament jirrispetta wkoll bis-sħiħ l-obbligi tal-Istati Membri skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

(4)

Is-setgħa biex jiġu emendati l-listi fl-Annessi I u IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali mis-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess għall-emenda u l-eżami tal-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(5)

Il-proċedura ta' emenda tal-listi fl-Annessi I u IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tinkludi li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi nominati jingħataw raġuni għall-elenkar tagħhom, sabiex jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew evidenza ġdida sostanzjali, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernati kif meħtieġ.

(6)

Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fi ħdan l-Unjoni, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku l-ismijiet u d-dejta rilevanti oħra rigward persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom iridu jiġu ffriżati skont ir-Regolament. Kwalunkwe ipproċessar ta' dejta personali għandu jirrispetta r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (3) u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4).

(7)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 560/2005 huwa emendat kif ġej.

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha tal-persuni fiżiċi jew legali, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness I jew fl-Anness IA, jew li huma proprjetà tagħhom, li huma miżmuma jew ikkontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, ta' persuni fiżiċi jew legali, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew fl-Anness IA.

3.   Il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, li jiġu evitati l-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu pprojbiti.

4.   L-Anness I għandu jikkonsisti mill-persuni fiżiċi jew legali, l-entitajiet u l-korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1)(a) tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK tal-Kunsill, kif emendata.

5.   L-Anness IA għandu jikkonsisti mill-persuni fiżiċi jew legali, l-entitajiet u l-korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK, kif emendata.”;

(2)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

1.   L-Annessi I u IA għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuni, entitajiet u korpi elenkati, kif previsti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I.

2.   L-Annessi I u IA għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati, kif provduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness I. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data ta' inklużjoni fil-lista mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. ”;

(3)

L-Artikoli 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati mis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a)

meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta’ assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż assoċjati mal-forniment ta' servizzi legali;

(c)

intiżi esklużivament għall-ħlas ta' miżati jew kontijiet għal servizzi fil-pussess jew iż-żamma normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati.

Jekk din l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuni, entitajiet jew korpi li ġew elenkati fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bl-intenzjoni tagħhom li jawtorizzaw l-aċċess għal dawn il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Huma m'għandhomx jawtorizzaw tali aċċess jekk ikunu rċevew deċiżjoni negattiva min-naħa tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien jumejn ta' xogħol wara din in-notifika.

2.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif identifikati mis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li jintgħamlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma neċessarji għal spejjeż straordinarji, u bil-kondizzjoni li l-Istati Membri jkunu nnotifikaw dik id-determinazzjoni lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat, taħt il-kondizzjonijiet maħsuba mill-paragrafu 14(e) tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1572(2004).

3.   B'deroga mill-Artikolu 2 u safejn huma kkonċernati persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness IA, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati mis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li jintgħamlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt il-kundizzjonijiet li huma jqisu adatti, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, bir-raġunijiet li għalihom hu jikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 4

B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati mis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma s-suġġett ta' rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna, entità jew korp imsemmi fl-Artikolu 2 ġew inklużi fl-Anness I, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jridu jintużaw esklużivament sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b'dan ir-rahan jew irrikonoxxuti bħala validi f'din is-sentenza, fil-limiti ffissati bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

il-garanzija jew is-sentenza mhux għall-benefiċċju ta’ persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew fl-Anness IA;

(d)

ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; u

(e)

jekk l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-garanzija jew s-sentenza.”;

(4)

L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 7

L-Artikolu 2(2) m'għandux iwaqqaf lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, sakemm kwalunkwe żieda għal dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tgħarraf bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti relevanti b'tali tranżazzjonijiet.”;

(5)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) m’għandhiex twassal għal kwalunkwe tip ta' responsabbiltà min-naħa tal-persuni fiżiċi u legali, l-entitajiet u l-korpi li jkunu poġġew għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk huma ma kinux jafu, u jekk ma kien hemm l-ebda raġuni valida biex jiġi ssuspettat li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.”;

(6)

L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.”;

(7)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

1.   Meta l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness I.

2.   Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1), huwa għandu jemenda l-Anness IA kif meħtieġ.

3.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

4.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp skont dawn.

5.   Fil-każ li n-Nazzjonjiet Uniti tiddeċiedi li tneħħi persuna fiżika jew ġuridika, entità, jew korp mil-lista jew li temenda d-data ta' identifikazzjoni ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness I kif meħtieġ.

6.   Il-lista fl-Anness IA għandha tiġi riveduta f’intervalli regolari u tal-inqas kull 12-il xahar.”;

(8)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 12a

Fejn hemm, f'dan ir-Regolament, obbligu li tiġi nnotifikata jew infurmata l-Kummissjoni, jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.”;

(9)

L-Artikolu 13 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(c)

għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

(d)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe kummerċ imwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, fl-Unjoni.”;

(10)

It-test stabbilit fl-Anness I għandu jiddaħħal fir-Regolament (KE) Nru 560/2005 bħala l-Anness IA;

(11)

L-Anness II għar -Regolament (KE) Nru 560/2005 huwa sostitwit mit-test stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. MARTONYI

(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

(2)  Ara paġna 36 ta' dan il-ĠU.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

ANNESS I

“ANNESS IA

Lista ta' persuni fiżiċi u legali, entitajiet jew korpi li mhumiex maħtura mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 2, 4 u 7

A.   Persuni fiżiċi

Isem (u psewdonomu possibbli)

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Is-Sur Pascal Affi N’Guessan

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1953, f'Bouadikro;

numru tal-passaport: PD-AE 09DD00013.

President tal-Front Popolari Ivorjan (FPI): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; Inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

2.

Logutenent-Kurunell Nathanaël Ahouman Brouha

Imwieled fis-6 ta' Ġunju 1960.

Kmandant tar-Raggruppament għas-Sigurtà tal-Presidenza tar-Repubblika (GSPR).

Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

3.

Is-Sur Aké N'Gbo Gilbert Marie

Imwieled fit-8 ta' Ottubru 1955 f'Abidjan

Numru tal-passaport: 08 AA 61107 (skadenza t-2 ta' April 2014)

Allegatament Prim Ministru u Ministru tal-Ippjanar u l-Iżvilupp: Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

4.

Is-Sur Pierre Israël Amessan Brou

Direttur Ġenerali tar-Radju u t-Televiżjoni Ivorjani (RTI):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

5.

Is-Sur Frank Anderson Kouassi

President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva (CNCA):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

6.

Is-Sinjura Nadiana Bamba

Imwielda fit-13 ta' Ġunju 1974 f'Abidjan

Numru tal-passaport:

PD - AE 061 FP 04

Direttriċi tal-Grupp Ċiklun, editriċi tal-Ġurnal “Le Temps”:Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

7.

Is-Sur Kadet Bertin

Imwieled qrib l-1957 f'Mama.

Kunsillier għas-Sigurtà tas-Sur Gbagbo:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. Provokatur ta' movimenti ta' ripressjoni u intimidazzjoni.

8.

Ġeneral Dogbo Blé

Imwieled fit-2 ta' Frar 1959 f'Daloa.

Kap tal-korp tal-Gwardja repubblikana:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

9.

Is-Sur Bohoun Bouabré Paul Antoine

Imwieled fid-9 ta' Frar 1957, f'Issia

Numru tal-passaport: PD AE 015 FO 02

Ex Ministru tal-Istat, responsabbi għall-FPI:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali.

10.

Uffiċjal distrettwali Oulaï Delefosse

Imwieled fit-28 ta' Ottubru 1968

Responsabbli għall-Unjoni Patrijotika ta' Reżistenza tal-Grand Ouest (UPRGO):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

11.

Ammiral Vagba Faussignau

Imwieled fil-31 ta' Diċembru 1954 - f'Bobia.

Kmandant tal-Marina Ivorjana - Sotto kap tal-Persunal tal-Istat Maġġuri: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

12.

Pasteur Gammi

Kap tal-Moviment Ivorjan għal-Liberazzjoni tal-Punent (MILOCI): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

13.

Is-Sur Laurent Gbagbo

Imwieled fil-31 ta' Mejju 1945 f'Gagnoa

Allegatament President tar-Repubblika: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali.

14.

Is-Sinjura Simone Gbagbo

Imwielda fl-20 ta' Ġunju 1949 f'Moossou

President tal-grupp tal-Front Popolari Ivorjan (FPI) fl-Assemblea Ġenerali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza.

15.

Ġeneral Guiai Bi Poin

Imwieled fil-31 ta' Diċembru 1954 f'Gounela.

Kap tas-CECOS (Ċentru tal-Kmand tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

16.

Is-Sur Denis Maho Glofiei

Imwieled f'Val de Marne

Responsabbli mill-Front ta' Liberazzjoni tal-Grand Ouest (FLGO):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

17.

Kaptan Anselme Séka Yapo

Imwieled fit-2 ta' Mejju 1973 f'Adzopé

Gwardja tal-korp tas-Sinjura Gbagbo:

Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

18.

Is-Sur Désiré Tagro

Imwieled fis-27 ta' Jannar 1959 f'Issia

Numru tal-passaport:

PD - AE 065FH08.

Segretarju Ġenerali tal-allegata “Presidenza” tas-Sur Gbagbo: Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali.

Implikat fir-repressjonijiet vjolenti tal-movimenti popolari ta' Frar, Novembru u Diċembru 2010.

19.

Is-Sur Yao N'Dré

Imwieled fid-29 ta' Diċembru 1956.

President tal-Kunsill Kostituzzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali. personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

20.

Is-Sur Yanon Yapo

Allegatament Għassies tas-Siġilli, Ministru tal-Ġustizzja u d-Drittijiet tal-Bniedem:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

21.

Is-Sur Dogou Alain

Imwieled fis-16 ta' Lulju 1964 f'Aboisso

Numru tal-passaport:

PD-AE/053FR05 (data ta' skadenza s-27 ta' Mejju 2011)

Allegatament Ministru tad-Difiża u s-Servizz Pubbliku:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

22.

Is-Sur Emile Guiriéoulou

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1949 f'Guiglo

Numru tal-passaport:

PD-AE/008GO03 (data ta' skadenza l-14 ta' Marzu 2013)

Allegatament Ministru tal-Intern: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

23.

Is-Sur Charles Désiré Noël Laurent Dallo

Imwieled fit-23 ta' Diċembru 1955 f'Gagnoa

Numru tal-passaport:

08AA19843 (data ta' skadenza t-13 ta' Ottubru 2013)

Allegatament Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

24.

Is-Sur Augustin Kouadio Komoé

Imwieled fid-19 ta' Settembru 1961 f'Kokomain

Numru tal-passaport:

PD-AE/010GO03 (data ta' skadenza l-14 ta' Marzu 2013)

Allegatament Ministru tal-Minjieri u l-Enerġija: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

25.

Is-Sinjura Christine Adjobi Nebout (magħrufa bħala Aya Christine Rosalie Adjobi mwielda Nebout)

Imwielda fl-24 ta' Lulju 1949 f'Grand Bassam

Numru tal-passaport:

PD-AE/017FY12 (data ta' skadenza l-14 ta' Diċembru 2011)

Allegatament Ministru tas-Saħħa u tal-ġlieda kontra l-AIDS: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

26.

Is-Sur Yapo Atsé Benjamin

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1951 f'Akoupé

Numru tal-passaport:

PD-AE/089GO04 (data ta' skadenza l-1 ta' April 2013);

PS-AE/057AN06

Allegatament Ministru tal-Kostruzzjoni u l-Ippjanar Urban: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

27.

Is-Sur Coulibaly Issa Malick

Imwieled fid-19 ta' Awwissu 1953 f'Korhogo

Numru tal-passaport:

PD-AE/058GB05 (data ta' skadenza l-10 ta' Mejju 2012)

Allegatament Ministru tal-Agrikoltura: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

28.

Is-Sur Ahoua Don Mello

Imwieled fit-23 ta' Ġunju 1958 f'Bongouanou

Numru tal-passaport:

PD-AE/044GN02 (data ta' skadenza t-23 ta' Frar 2013)

Allegatament Ministru tat-Tagħmir u l-Istabbilizzazzjoni, Kelliem tal-Gvern: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

29.

Is-Sur N'Goua Abi Blaise

Allegatament Ministru tat-Trasport: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

30.

Is-Sinjura Anne Jacqueline Lohouès Oble

Imwielda fis-7 ta' Novembru 1950 f'Dabou

Numru tal-passaport:

PD-AE/050GU08 (data ta' skadenza l-4 ta' Awwissu 2013)

Allegatament Ministru tal-Edukazzjoni Nazzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

31.

Is-Sinjura Angèle Gnonsoa (magħrufa bħala Zon Sahon)

Imwielda fl-1 ta' Jannar 1940 f'Tai

Numru tal-passaport:

PD-AE/040ER05 (data ta' skadenza t-28 ta' Mejju 2012)

Allegatament Ministru tat-Tagħlim Tekniku:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

32.

Is-Sur Koffi Koffi Lazare

Allegatament Ministru tal-Ambjent, l-Ilma u l-Foresti: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

33.

Is-Sinjura Elisabeth Badjo Djékouri

konjugi

Dagbo Jeannie

Imwielda fl-24 ta' Diċembru 1971 f'Lakota

Numru tal-passaporti: 08AA15517 (data ta' skadenza l-25 ta' Novembru 2013);

PS-AE/040HD12 (data ta' skadenza l-1 ta' Diċembru 2011)

Allegatament Ministru tal-Funzjonijiet Pubbliċi: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

34.

Is-Sur Charles Blé Goudé

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1972 f'Kpoh

Passaport antik:

DD-AE/088OH12

Allegatament Ministru taż-Żgħażagħ, it-Taħriġ Professjonali u l-Impjiegi, President tal-Kungress panAfrikan taż-Żgħażagħ u l-Patrijotti (COJEP):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

Ta' min ifakkar: diġà soġġett għal sanzjonijiet mill-2005 'l hawn mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU

35.

Is-Sur Philippe Attey

Imwieled fl-10 ta' Ottubru 1951 f'Agboville

Passaport antik AE/32AH06

Allegatament Ministru tal-Industrija u l-Iżvilupp tas-Settur Privat:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

36.

Is-Sinjura Danièle Boni Claverie (ċittadina Franċiża u Ivorjana)

Allegatament Ministru tan-Nisa, il-Familja u t-Tfal:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal- parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

37.

Is-Sur Ettien Amoikon

Allegatament Ministru tat-Teknika tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

38.

Is-Sur Ouattara Gnonzié

Allegatament Ministru tal-Komunikazzjoni:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

39.

Is-Sur Alphonse Voho Sahi

Imwieled fil-15 ta' Ġunju 1958 f'Gueyede

Numru tal-passaport:

PD-AE/066FP04 (data ta' skadenza l-1 ta' April 2011)

Allegatament Ministru tal-Kultura:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

40.

Is-Sur Kata Kéké (magħruf bħala Keke Joseph Kata)

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1951 f'Daloa

Numru tal-passaport:

PD-AE/086FO02 (data ta' skadenza s-27 ta' Frar 2011)

Allegatament Ministru tar-Riċerka Xjentifika:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

41.

Is-Sur Franck Guéi

Imwieled fl-20 ta' Frar 1967

Numru tal-passaport:

PD-AE/082GL12 (data ta' skadenza t-22 ta' Diċembru 2012)

Allegatament Ministru tal-Isport:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

42.

Is-Sur Touré Amara

Allegatament Ministru tal-Kummerċ:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

43.

Is-Sur Kouamé Sécré Richard

Allegatament Ministru tat-Turiżmu u l-Artiġjanat:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

44.

Is-Sinjura Anne Gnahouret Tatret

Allegatament Ministru tas-Solidarjetà, ir-Rikostruzzjoni u l-Koeżjoni Soċjali:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

45.

Is-Sur Nyamien Messou

Imwieled fl-20 ta' Ġunju 1954 f'Bongouanou

Passaport antik PD-AE/056FE05 (data ta' skadenza d-29 ta' Mejju 2010)

Allegatament Ministru tax-Xogħol:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

46.

Is-Sur Koné Katina Justin

Allegatament Ministru delegat għall-Baġit:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

47.

Is-Sur N'guessan Yao Thomas

Allegatament Ministru delegat fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Nazzjonali responsabbli għall-Edukazzjoni Għolja:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

48.

Is-Sinjura Lago Daléba Loan Odette

Imwielda fl-1 ta' Jannar 1955 f'Floleu

Numru tal-passaport:

08AA68945 (data ta' skadenza d-29 ta' April 2014)

Allegatament Segretarja tal-Istat responsabbli għall-ħajja skolastika u dik tal-istudenti:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

49.

Is-Sur Georges Armand Alexis Ouégnin

Imwieled fis-27 ta' Awwissu 1953 f'Bouaké

Numru tal-passaport:

08AA59267 (data ta' skadenza l-24 ta' Marzu 2014)

Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa Universali:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

50.

Is-Sur Dogo Djéréké Raphaël

Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-persuni b'diżabbiltà:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

51.

Is-Sur Dosso Charles Radel Durando

Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-Vittmi tal-Gwerra:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

52.

Is-Sur Timothée Ahoua N'Guetta

Imwieled fil-25 ta' April 1931 f'Aboisso

Numru tal-passaport:

PD-AE/084FK10 (data ta' skadenza l-20 ta' Ottubru 2013)

Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

53.

Is-Sur Jacques André Daligou Monoko

54.

Is-Sur Bruno Walé Ekpo

55.

Is-Sur Félix Tano Kouakou

Imwieled fit-12 ta' Marzu 1959 f'Ouelle

Numru tal-passaport:

PD-AE/091FD05 (data ta' skadenza t-13 ta' Mejju 2010)

56.

Is-Sinjura Hortense Kouassi Angoran

Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

57.

Is-Sinjura Joséphine Suzanne Touré

Imwielda fit-28 ta' Frar 1972 f'Abidjan

Numru tal-passaport:

PD-AE/032GL12 (data ta' skadenza s-7 ta' Diċembru 2012);

08AA62264 (data ta' skadenza s-6 ta' April 2014)

Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

58.

Is-Sur Konaté Navigué

Imwieled fl-4 ta' Marzu 1974 f'Tindara

Numru tal-passaport:

PD-AE/076FE06 (data ta' skadenza l-5 ta' Ġunju 2010)

President taż-żgħażagħ tal-FPI (Front Popolari Ivorjan):

Inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

59.

Is-Sur Patrice Baï

Konsulent tas-Sigurtà tal-ex President Gbagbo: Jikkoordina l-azzjonijiet ta' intimidazzjoni tal-avversarji; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

60.

Is-Sur Marcel Gossio

Imwieled fit-18 ta' Frar 1951 f'Adjamé

Numru tal-passaport: 08AA14345 (data ta' skadenza s-6 ta' Ottubru 2013)

Direttur Ġenerali tal-Port Awtonomu ta' Abidjan: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

61.

Is-Sur Alphonse Mangly (magħruf bħala Mangley)

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1958 f'Danané

Numru tal-passaport: 04LE57580 (data ta' skadenza s-16 ta' Ġunju 2011);

PD-AE/077HK08 (data ta' skadenza t-3 ta' Awwissu 2012);

PD-AE/065GK11 (data ta' skadenza l-15 ta' Novembru 2012)

PD-AE/065GK11 (data ta' skadenza l-15 ta' Novembru 2012)

Direttur Ġenerali tad-Dwana:

Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

62.

Is-Sur Marc Gnatoa

Kap tal-FSCO (Front ta' sigurtà tal-Punent Ċentrali): Ipparteċipa f'azzjonijiet ta' repressjoni. Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

63.

Is-Sur Moussa Touré Zéguen

Imwieled fid-9 ta' Settembru 1944

Passaport antik: AE/46CR05

Segretarju Ġenerali tal-GPP (Raggruppament ta' Patrijotti għall-Paċi):

Responsabbli għall-Milizzja. Ipparteċipa fir-repressjonijiet wara t-tieni rawnd tal-elezzjoni presidenzjali. Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

64.

Is-Sinjura Bro Grébé Geneviève mwieldaYobou

Imwielda fit-13 ta' Marzu 1953 f'Grand Alepé

Numru tal-passaport:

PD-AE/072ER06 (data ta' skadenza s-6 ta' Ġunju 2012)

President tan-Nisa Patrijottiċi tal-Côte d'Ivoire:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

65.

Is-Sinjura Lorougnon Souhonon Marie Odette mwielda Gnabri

Segretarja nazzjonali tan-nisa tal-FPI (Front Popolari Ivorjan):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

66.

Is-Sur Felix Nanihio

Segretarju Ġenerali tal-CNCA (Kunsill Nazzjonali tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva):Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010;personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

67.

Is-Sur Stéphane Kipré

Direttur tal-pubblikazzjoni tal-ġurnal Le Quotidien ta' Abidjan: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

68.

Is-Sur Lahoua Souanga Etienne (magħruf bħala César Etou)

Direttur tal-pubblikazzjoni u Editur tal-ġurnal Notre Voie:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

69.

Is-Sur Jean Baptiste Akrou

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1956 f'Yamoussoukro

Numru tal-passaport: 08AA15000

(data ta' skadenza l-5 ta' Ottubru 2013)

Direttur Ġenerali tal-ġurnal Fraternité Matin:

70.

Ġeneral tal-Korp tal-Armata Philippe Mangou

Kap tal-Istat Maġġur tal-Armati: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

71.

Ġeneral Affro (gendarmerie)

Viċi Kap Kmandant tal-Gendarmerie: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

72.

Is-Sur Ottro Laurent Zirignon

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1943 f'Gagnoa

Numru tal-passaport: 08AB47683 (data ta' skadenza s-26 ta' Jannar 2015);

PD-AE/062FR06 (data ta' skadenza l-1 ta' Ġunju 2011);

97LB96734

President tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tas-Soċjetà Ivorjana tar-Raffinar (SIR): Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

73.

Is-Sur Kassoum Fadika

Imwieled fis-7 ta' Ġunju 1962 f'Man

Numru tal-passaport: 08AA57836 (data ta' skadenza l-1 ta' April 2014)

Direttur ta' PETROCI: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

74.

Is-Sinjura Djédjé Mama Ohoua Simone

Imwielda fl-1 ta' Jannar 1957 f'Zialegrehoa jew f'Gagnoa

Numru tal-passaport: 08AA23624 (data ta' skadenza t-22 ta' Ottubru 2013);

PD-AE/006FR05

Direttur Ġenerali tat-Teżor: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

75.

Is-Sur Kessé Feh Lambert

Imwieled fit-22 ta' Novembru 1948 f'Gbonne

Numru tal-passaport:

PD-AE/047FP03 (data ta' skadenza s-26 ta' Marzu 2011)

Direttur Ġenerali tat-Taxxi: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

76.

Is-Sur Aubert Zohoré

Konsulent speċjali tas-Sur Gbagbo għal kwistjonijiet ekonomiċi:Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

77.

Is-Sur Thierry Legré

Membru tal-Moviment taż-żgħażagħ patrijottiċi: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

78.

Ġeneral tal-Korp tal-Armata Kassaraté Edouard Tiapé

Kap Kmandant tal-Gendarmerie: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

79.

Kurunell Maġġur Babri Gohourou Hilaire

Kelliem tal-Forzi tas-Sigurtà tal-Côte d'Ivoire: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; Inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

80.

Kummissarju tad-Diviżjoni Yoro Claude

Direttur tal-Unitajiet ta' Intervenzjoni tal-Pulizija Nazzjonali: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament

81.

Kummissarju Prinċipali Loba Gnango Emmanuel Patrick

Kmandant tal-Brigata kontra l-Irvellijiet (BAE): Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

82.

Kaptan Guei Badia

Bażi marittima -Marina Nazzjonali: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

83.

Logutenent Ourigou Bawa

84.

Kummissarju Prinċipali Joachim Robe Gogo

Kap tal-operazzjonijiet taċ-Ċentru ta' Kmand tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà (CECOS): Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

85.

Is-Sur Gilbert Anoh N'Guessan

President tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Qasam tal-Kafé u l-Kawkaw (CGFCC): Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

B.   Persuni ġuridiċi, entitajiet u organiżmi

Isem (u psewdonomu possibbli)

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

PETROCI (Soċjetà Nazzjonali tal-Operazzjonijiet Petroliferi tal-Côte d'Ivoire)

Abidjan Plateau, Immeuble les Hévéas - 14 boulevard Carde

Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

2.

SIR (Soċjetà Ivorjana tar-Raffinar)

Abidjan Port Bouët, Route de Vridi – Boulevard de Petit Bassam

Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

3.

Port Awtonomu ta' Abidjan

Abidjan Vridi, Zone portuaire

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

4.

Port Awtonomu ta' San Pedro

San Pedro, Zone portuaire

Rappreżentanza f'Abidjan: Immeuble Ancien Monoprix, face Gare Sud Plateau - 1er Etage côté Rue du Commerce

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

5.

BNI (Bank Nazzjonali tal-Investiment)

Abidjan Plateau, Avenue Marchand – Immeuble SCIAM

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

6.

BFA (Bank għall-Finanzjament tal-Agrikoltura)

Abidjan Plateau, Rue Lecoeur – Immeuble Alliance B, 2ème – 4ème étage

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

7.

Bank Versus

Abidjan Plateau, Avenue Botreau Roussel – Immeuble CRRAE UMOA, derrière la BCEAO, face à la rue des Banques

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

8.

CGFCC (Kumitat ta' Ġestjoni tal-Qasam tal-Kafé u l-Kawkaw)

Abidjan Plateau - Immeuble CAISTAB, 23ème étage

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

9.

APROCANCI (Assoċjazzjoni ta' Produtturi ta' Gomma Naturali tal-Côte d'Ivoire)

Cocody II Plateau Boulevard Latrille – Sicogi, bloc A Bâtiment D 1er étage

Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

10.

SOGEPE (Soċjetà għall-ġestjoni tal-patrimonju tal-enerġija elettrika)

Abidjan Plateau, Place de la République - Immeuble EECI, 15ème étage

Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

11.

RTI (Radjudiffużjoni Televiżjoni Ivorjani)

Cocody Boulevard des Martyrs, 08 - BP 883 - Abidjan 08 - Côte d'Ivoire

Inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.”

ANNESS II

“ANNESS II

Siti web għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4, 5, 7 u 8, u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

LITWANJA

http://www.urm.lt

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

PAJJIŻI BAXXI

http://www.minbuza.nl/sancties

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

SVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew komunikazzjoni oħra magħha:

European Commission

Foreign Policy Instruments Service

Unit FPIS.2

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel

Belgium

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel.: (32 2) 295 55 85

Fax: (32 2) 299 08 73”

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/18

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 26/2011

tal-14 ta’ Jannar 2011

dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-vitamina E ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-ispeċi kollha tal-annimali permezz tad-Direttiva 70/524/KEE bħala parti mill-grupp ‘Vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili’. Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi ta’ annimali kollha, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi ‘addittivi nutrizzjonali’. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Mejju 2010, li taħt il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-vitamina E ma tħallix effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumaturi jew l-ambjent (3). Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-vitamina E turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Skont dan, l-użu ta’ dan l-addittiv għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Billi l-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mhumiex relatati ma’ raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju għar-rimi ta’ ħażniet eżistenti tat-taħlit minn qabel u tal-għalf kompost.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tħejjijiet speċifikati fl-Anness, li jaqaw taħt il-kategorija ta’ addittivi ‘addittivi nutrizzjonali’ għandhom jiġu awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

L-għalf li fih il-vitamina E ttikkettjat skont id-Direttiva 70/524/KEE jew ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq u jintuża sakemm il-ħażniet jiġu eżawriti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(6):1635 (Taqsira).

ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Formola kimika, deskrizzjoni, metodi ta’ analiżi

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Additivi nutrizzjonali: Vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili

3a700

Vitamina E/aċetat ta’ all-rak-alfa-tokoferil

Sustanza attiva

aċetat ta’ all-rak-alfa-tokoferil: C31H52O3

Nru tal-CAS: 7695-91-2

Kriterji ta’ purità: aċetat ta’ all-rak-alfa-tokoferil > 93 %

Metodi ta’ analiżi

1.

Għad-determinazzjoni tal-vitamina E (fil-forma ta’ żejt) fl-addittivi tal-għalf: Farmakopija Ewropea EP-0439.

2.

Għad-determinazzjoni tal-vitamina E (fil-forma ta’ trab) fl-addittivi tal-għalf: Farmakopija Ewropea EP-0691.

3.

Għad-determinazzjoni tal-livell ta’ vitamina E awtorizzata fl-għalf. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (1).

L-ispeċi tal-annimali kollha

1.

Jekk ikun imsemmi kontenut ta’ vitamina E fit-tikkettjar, għandhom jintużaw l-ekwivalenzi li ġejjin għall-unitajiet ta’ kejl tal-kontenuti:

1 mg aċetat ta’ all-rak-alfa-tokoferil = 1 IU

1 mg RRR-alfa-tokoferol = 1,49 IU

1 mg aċetat ta’ RRR-alfa-tokoferil = 1,36 IU

2.

Il-vitamina E tista’ tintuża wkoll fl-ilma għax-xorb.

l-4 ta’ Frar 2021

Vitamina E/aċetat ta’ RRR-alfa-tokoferil

Sustanza attiva

aċetat ta’ RRR-alfa-tokoferil C31H52O3

Nru tal-CAS: 58-95-7

Kriterji ta’ purità: aċetat ta’ RRR-alfa-tokoferil > 40 %

Metodi ta’ analiżi

1.

Għad-determinazzjoni tal-vitamina E (fil-forma ta’ żejt) fl-addittivi tal-għalf: Farmakopija Ewropea EP-1257.

2.

Għad-determinazzjoni tal-vitamina E (fil-forma ta’ trab) fl-addittivi tal-għalf: Farmakopija Ewropea EP-1801.

3.

Għad-determinazzjoni tal-livell ta’ vitamina E awtorizzata fl-għalf. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009.

Vitamina E/RRR-alfa tokoferol

Sustanza attiva

RRR-alfa tokoferol C29H50O2

Nru tal-CAS: 59-02-9

Kriterji ta’ purità: RRR-alfa tokoferol > 67 %

Metodi ta’ analiżi

1.

Għad-determinazzjoni tal-vitamina E (fil-forma ta’ żejt) fl-addittivi tal-għalf: Farmakopija Ewropea EP-1256.

2.

Għad-determinazzjoni tal-vitamina E (fil-forma ta’ trab) fl-addittivi tal-għalf: Farmakopija Ewropea EP-1801.

3.

Għad-determinazzjoni tal-livell ta’ vitamina E awtorizzata fl-għalf. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009.

(1)  ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1.

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/22

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 27/2011

tal-14 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

76,6

TN

113,1

TR

107,2

ZZ

99,0

0707 00 05

EG

158,2

JO

87,5

TR

145,3

ZZ

130,3

0709 90 70

MA

41,4

TR

127,5

ZZ

84,5

0805 10 20

EG

57,3

IL

67,1

MA

54,7

TR

70,4

ZA

56,7

ZZ

61,2

0805 20 10

MA

69,3

TR

79,6

ZZ

74,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

129,3

HR

46,1

IL

68,0

JM

100,4

MA

103,8

TR

73,2

ZZ

86,8

0805 50 10

TR

58,5

ZZ

58,5

0808 10 80

CA

99,7

CN

95,7

US

124,4

ZZ

106,6

0808 20 50

CN

87,7

US

114,6

ZZ

101,2

(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/24

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 28/2011

tal-14 ta’ Jannar 2011

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Jannar 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Jannar 2011, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Jannar 2011, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.

ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Jannar 2011

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00

(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.

ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

31.12.2010-13.1.2011

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

260,12

184,60

Prezz FOB USA

283,80

273,80

253,80

162,56

Tariffa fuq il-Golf

11,46

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

81,04

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

20,17  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

— EUR/t

(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/27

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 29/2011

tal-14 ta’ Jannar 2011

dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għar-raba' stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2010 (2) fetaħ il-bejgħ taċ-ċereali permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fid-dawl tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu bi tweġiba għal stediniet individwali għal sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa għal kull ċereali u għal kull Stat Membru prezz minimu tal-bejgħ jew tiddeċiedi li ma tiffissahx.

(3)

Fuq il-bażi tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu għar-raba' stedina individwali għal sejħa għall-offerti, ġie deċiż li għandu jkun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għaċ-ċereali u għall-Istati Membri.

(4)

Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għar-raba' stedina individwali għal sejħa għall-offerti għall-bejgħ taċ-ċereali fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fir-rigward ta’ liema, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ sejħiet għall-offerti skada fit-12 ta’ Jannar 2011, id-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull ċereali u għal kull Stat Membru huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 41.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.

ANNESS

Deċiżjonijiet dwar bejgħ

(EUR/tunnellata)

Stat Membru

Il-prezz minimu tal-bejgħ

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrun

Kodiċi tan-NM 1001 90

Kodiċi tan-NM 1003 00

Kodiċi tan-NM 1005 90 00

Il-Belġju

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

180,28

X

Id-Danimarka

X

195,00

X

Il-Ġermanja

X

198,00

X

L-Estonja

X

185,50

X

L-Irlanda

X

X

X

Il-Ġreċja

X

X

X

Spanja

X

X

X

Franza

X

198,10

X

L-Italja

X

X

X

Ċipru

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

Il-Litwanja

X

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

L-Ungerija

X

201,21

X

Malta

X

X

X

Il-Pajjiżi l-Baxxi

X

X

X

L-Awstrija

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

Is-Slovakkja

X

180,30

X

Il-Finlandja

X

180,00

X

L-Isvezja

X

190,00

X

Ir-Renju Unit

X

198,01

X

(—)

L-ebda prezz minimu tal-bejgħ iffissat (l-offerti kollha ġew miċħuda)

(°)

L-ebda offerta

(X)

L-ebda ċereali ma huma disponibbli għall-bejgħ

(#)

Mhux applikabbli

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/29

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 30/2011

tal-14 ta’ Jannar 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 24/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 10, 14.1.2011, p. 3.

ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-15 ta’ Jannar 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

61,95

0,00

1701 11 90  (1)

61,95

0,00

1701 12 10  (1)

61,95

0,00

1701 12 90  (1)

61,95

0,00

1701 91 00  (2)

60,43

0,00

1701 99 10  (2)

60,43

0,00

1701 99 90  (2)

60,43

0,00

1702 90 95  (3)

0,60

0,17

(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.

DEĊIŻJONIJIET

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/31

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/17/PESK

tal-11 ta’ Jannar 2011

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1).

(2)

Fit-22 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/801/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK bil-ħsieb li timponi projbizzjoni ta’ viża għal dawk li jxekklu l-proċess ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali u b’mod partikolari li huma ta’ theddida għal eżitu tajjeb tal-proċess elettorali.

(3)

B’kont meħud tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, jeħtieġ li jitniżżlu persuni oħra fuq il-lista ta’ persuni li kontrihom hemm imposti miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni msemmija fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. MARTONYI

(1)  OJ L 285, 30.10.2010, p. 28.

(2)  OJ L 341, 23.12.2010, p. 45.

ANNESS

Persuni msemmija fl-Artikolu 1

Isem

(u psewdonomu possibbli)

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Yanon Yapo

Allegatament Għassies tas-Siġilli, Ministru tal-Ġustizzja u d-Drittijiet tal-Bniedem

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

2.

Dogou Alain

Allegatament Ministru tad-Difiża u s-Servizz Pubbliku

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

3.

Emile Guiriéoulou

Allegatament Ministru tal-Intern

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

4.

Charles Désiré Noël Laurent Dallo

Allegatament Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

5.

Augustin Kouadio Komoé

Allegatament Ministru tal-Minjieri u l-Enerġija

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

6.

Christine Adjobi Nebout

Allegatament Ministru tas-Saħħa u l-ġlieda kontra l-AIDS

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

7.

Yapo Atsé Benjamin

Allegatament Ministru tal-Kostruzzjoni u l-Ippjanar Urban

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

8.

Coulibaly Issa Malick

Allegatament Ministru tal-Agrikoltura

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

9.

Ahoua Don Mello

Allegatament Ministru tal-Infrastruttura u s-Sanità

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

10.

N'Goua Abi Blaise

Allegatament Ministru tat-Trasport

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

11.

Anne Jacqueline Lohouès Oble

Allegatament Ministru tal-Edukazzjoni Nazzjonali

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

12.

Angèle Gnonsoa

Allegatament Ministru tat-Tagħlim Tekniku

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

13.

Koffi Koffi Lazare

Allegatament Ministru tal-Ambjent, l-Ilma u l-Foresti

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

14.

Elisabeth Badjo Djékouri

konjuġi

Dagbo Jeannie

Allegatament Ministru tas-Servizz Pubbliku

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

15.

Charles Blé Goudé

Allegatament Ministru taż-Żgħażagħ, it-Taħriġ Professjonali u l-Impjiegi, President tal-Kungress panAfrikan taż-Żgħażagħ u l-Patrijotti (COJEP)

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo Ta' min ifakkar: diġà soġġett għal sanzjonijiet mill-2005 mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU

16.

Philippe Attey

Allegatament Ministru tal-Industrija u l-Iżvilupp tas-Settur Privat

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

17.

Danièle Boni Claverie (ċittadina Franċiża u Ivorjana)

Allegatament Ministru tan-Nisa, il-Familja u t-Tfal

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

18.

Ettien Amoikon

Allegatament Ministru tat-Teknika tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

19.

Ouattara Gnonzié

Allegatament Ministru tal-Komunikazzjoni

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

20.

Alphonse Voho Sahi

Allegatament Ministru tal-Kultura

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

21.

Kata Kéké

Allegatament Ministru tar-Riċerka Xjentifika

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

22.

Franck Guéi

Allegatament Ministru tal-Isport

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

23.

Touré Amara

Allegatament Ministru tal-Kummerċ

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

24.

Kouamé Sécré Richard

Allegatament Ministru tat-Turiżmu u l-Artiġjanat

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

25.

Anne Gnahouret Tatret

Allegatament Ministru tas-Solidarjetà, ir-Rikostruzzjoni u l-Koeżjoni Soċjali

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

26.

Nyamien Messou

Allegatament Ministru tax-Xogħol

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

27.

Koné Katina Justin

Allegatament Ministru b'delega għall-Baġit

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

28.

N’guessan Yao Thomas

Allegatament Ministru delegat fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Nazzjonali responsabbli għall-Edukazzjoni Għolja

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

29.

Lago Daléba Loan Odette

Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-ħajja skolastika u dik tal-istudenti

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

30.

Georges Armand Alexis Ouégnin

Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa Universali

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

31.

Dogo Djéréké Raphaël

Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-persuni b'diżabbiltà

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

32.

Dosso Charles Radel Durando

Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-Vittmi tal-Gwerra

Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

33.

Timothée Ahoua N'Guetta

Membru tal-Kunsill kostituzzjonali

Ipparteċipa fil-validazzjoni ta' riżultati foloz

34.

Jacques André Daligou Monoko

Membru tal-Kunsill kostituzzjonali

Ipparteċipa fil-validazzjoni ta' riżultati foloz

35.

Bruno Walé Ekpo

Membru tal-Kunsill kostituzzjonali

Ipparteċipa fil-validazzjoni ta' riżultati foloz

36.

Félix Tano Kouakou

Membru tal-Kunsill kostituzzjonali

Ipparteċipa fil-validazzjoni ta' riżultati foloz

37.

Hortense Kouassi Angoran

Membru tal-Kunsill kostituzzjonali

Ipparteċipa fil-validazzjoni ta' riżultati foloz

38.

Joséphine Suzanne Touré

Membru tal-Kunsill kostituzzjonali

Ipparteċipa fil-validazzjoni ta' riżultati foloz

39.

Konaté Navigué

President taż-Żgħażagħ tal-FPI

Inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza

40.

Patrice Bailly

Konsulent tas-Sigurtà tal-ex President Gbagbo

41.

Marcel Gossio

Direttur Ġenerali tal-Port Awtonomu ta' Abidjan

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-banek tat-tfaddil pubbliku li baqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-ex President

42.

Alphonse Mangly

Direttur Ġenerali tad-Dwana

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-banek tat-tfaddil pubbliku li baqgħu taħt il-kontroll effettiv tal-ex President

43.

Marc Gnatoa

Kap tal-FSCO (Front ta' sigurtà taċ-Ċentru-Punent)

Kap tal-Milizzja. Atroċitajiet

44.

Moussa Touré Zéguen

Segretarju Ġenerali tal-GPP (Raggruppament ta' Patrijotti għall-Paċi)

Kap tal-Milizzja. Atroċitajiet

45.

Bro Grébé Geneviève

President tan-Nisa Patrijottċi tal-Côte d'Ivoire

Inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza

46.

Lorougnon Marie Odette

Segretarja Nazzjonali tan-Nisa tal-FPI

Inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza

47.

Felix Nanihio

Segretarju Ġenerali tas-CNCA (Kunsill Nazzjonali tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva)

Kompliċi attiv tal-kampanja ta' disinformazzjoni

48.

Stéphane Kipré

Direttur tal-pubblikazzjoni tal-gazzetta Le Quotidien d'Abidjan

Inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza

49.

Lahoua Souanga Etienne magħruf bħala César Etou

Direttur tal-pubblikazzjoni u kap-editur tal-gazzetta Notre Voie

Inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza

50.

Jean Baptiste Akrou

Direttur Ġenerali tal-gazzetta Fraternité Matin

Inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza

51.

Ġeneral tal-Armata Philippe Mangou

Kap Kmandant tal-Armata

Pożizzjoni politika favur is-Sur Gbagbo.

Ripressjoni tal-movimenti popolari.

Appoġġ espliċitu għalll-President Gbagbo waqt iċ-ċerimonja ta' vestiment.

52.

Kurunell Affro (ġendarmerija)

Viċi Kap Kmandant tal-Pulizija

Ripressjoni tal-movimenti popolari ta' Frar, Novembru u Diċembru 2010

53.

Laurent Ottro Zirignon

President tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Kumpannija Ivorjana tar-Raffinar (SIR)

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

54.

Abdoulaye Diallo

President tal-Kumpannija Ġenerali tal-Importazzjonijiet u l-Esportazzjonijiet tal-Côte d'Ivoire (SOGIEX SA)

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

55.

Kassoum Fadika

Direttur ta' PETROCI

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

56.

Djédjé Mama Simone

Direttur Ġenerali tat-Teżor

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

57.

Feh Kessé Lambert

Direttur Ġenerali tat-Taxxi

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

58.

Frédéric Lafont (ċittadin Franċiż)

Imprenditur

Persuna li tista' tikser l-embargo

59.

Is-Sinjura Frédéric Lafont née Louise Esme Kado (ċittadina Franċiża)

Imprenditriċi

Persuna li tista' tikser l-embargo

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/36

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/18/PESK

tal-14 ta’ Jannar 2011

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1).

(2)

Fit-13 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-elezzjoni presidenzjali tal-31 ta' Ottubru u t-28 ta' Novembru 2010 sabiex jerġa' jkun hemm il-paċi u l-istabbiltà fil-Côte d'Ivoire u ddikjara li r-rieda li ntweriet b'mod sovran mill-poplu Ivorjan għandha tiġi rispettata b'mod obbligatorju.

(3)

Fis-17 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill Ewropew appella lill-mexxejja Ivorjani kollha, kemm ċivili kif ukoll dawk militari li għadhom ma għamlux dan, biex jissottomettu ruħhom għall-awtorità tal-President elett demokratikament, is-Sur Alassan Outtara.

(4)

Fit-22 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/801/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK biex jiġu imposti restrizzjonijiet ta' vvjaġġar fuq dawk li jostakolaw il-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali u b'mod partikolari dawk li qiegħdin jheddu l-eżitu adatt tal-proċess elettorali.

(5)

Fil-14 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/17/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK biex jiġu inklużi aktar persuni mal-lista ta' persuni soġġetti għal restrizzjonijiet ta' vvjaġġar.

(6)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali fuq dawk il-persuni.

(7)

Barra minn hekk, il-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi li tidher fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi emendata u l-informazzjoni relatata ma’ ċerti persuni fuq il-lista għandha tiġi aġġornata.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

(a)

persuni msemmija fl-Anness I innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u msemmija fl-Artikolu 4(1)(a), jew li huma miżmuma minn entitajiet li huma fil-pussess ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna li qiegħda taġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(b)

persuni jew entitajiet imsemmija fl-Anness II, li mhumiex inklużi fil-lista li tinsab fl-Anness I u li jostakolaw il-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali, u b'mod partikolari dawk li jheddu l-eżitu adatt tal-proċess elettorali, jew li huma miżmuma minn entitajiet li huma fil-pussess ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna li qiegħda taġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom,

għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond, ass finanzjarju jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni jew l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-Isati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a)

meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta’ assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ drittijiet professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

(c)

maħsubin esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta’ fondi ffriżati, jew riżorsi ekonomiċi;

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinajri;

(e)

is-soġġett ta’ sentenza jew garanzija ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, li f’tali każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew sentenza sakemm il-garanzija jew is-sentenza kienet iskritta qabel ma l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill indika lill-persuna jew l-entità kkonċernata, u mhijiex għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità msemmija f’dan l-Artikolu.

Fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness I:

l-eżenzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il- paragrafu jistgħu isiru mill-Istat Membru kkonċernat wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-intenzjoni tiegħu li jawtorizza, fejn adatt u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien jumejn ta’ ħidma minn tali notifika, aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi.

l-eżenzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' ssir mill-Istat Membru kkonċernat wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u approvazzjoni minn dan tal-aħħar;

l-eżenzjoni msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' ssir mill-Istat Membru kkonċernat wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

4.   Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi skont il-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK jew din id-Deċiżjoni,

dment li tali imgħax, qligħ u ħlasijiet oħra jkomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.”;

2.

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

2.   Għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra, kif ikun xieraq, f’konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u 5(1)(b) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar. Huma m'għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jistabbilixxi, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2) li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom m'għadhomx jiġu sodisfatti.”.

Artikolu 2

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK hu sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. MARTONYI

(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

(2)  ĠU L 341, 23.12.2010, p.45

(3)  Ara paġna 31 ta’ dan il-ĠU.

ANNESS

“ANNESS II

Lista tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u 5(1)(b)

A.   Persuni

Isem (u psewdonomu possibbli)

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Is-Sur Pascal Affi N’Guessan

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1953, f'Bouadikro;

numru tal-passaport: PD-AE 09DD00013.

President tal-Front Popolari Ivorjan (FPI): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; Inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

2.

Logutenent-Kurunell Nathanaël Ahouman Brouha

Imwieled fis-6 ta' Ġunju 1960.

Kmandant tar-Raggruppament għas-Sigurtà tal-Presidenza tar-Repubblika (GSPR).

Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

3.

Is-Sur Aké N'Gbo Gilbert Marie

Imwieled fit-8 ta' Ottubru 1955 f'Abidjan

Numru tal-passaport:

08 AA 61107 (skadenza t-2 ta' April 2014)

Allegatament Prim Ministru u Ministru tal-Ippjanar u l-Iżvilupp: Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

4.

Is-Sur Pierre Israël Amessan Brou

Direttur Ġenerali tar-Radju u t-Televiżjoni Ivorjani (RTI):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

5.

Is-Sur Frank Anderson Kouassi

President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva (CNCA):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

6.

Is-Sinjura Nadiana Bamba

Imwielda fit-13 ta' Ġunju 1974 f'Abidjan

Numru tal-passaport: PD - AE 061 FP 04

Direttriċi tal-Grupp Ċiklun, editriċi tal-Ġurnal ‘Le Temps’:Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

7.

Is-Sur Kadet Bertin

Imwieled qrib l-1957 f'Mama.

Kunsillier għas-Sigurtà tas-Sur Gbagbo:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. Provokatur ta' movimenti ta' ripressjoni u intimidazzjoni.

8.

Ġeneral Dogbo Blé

Imwieled fit-2 ta' Frar 1959 f'Daloa.

Kap tal-korp tal-Gwardja repubblikana:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

9.

Is-Sur Bohoun Bouabré Paul Antoine

Imwieled fid-9 ta' Frar 1957, f'Issia

Numru tal-passaport: PD AE 015 FO 02

Ex Ministru tal-Istat, responsabbi għall-FPI:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali.

10.

Uffiċjal distrettwali Oulaï Delefosse

Imwieled fit-28 ta' Ottubru 1968

Responsabbli għall-Unjoni Patrijotika ta' Reżistenza tal-Grand Ouest (UPRGO): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

11.

Ammiral Vagba Faussignau

Imwieled fil-31 ta' Diċembru 1954 - f'Bobia.

Kmandant tal-Marina Ivorjana - Sotto kap tal-Persunal tal-Istat Maġġuri: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

12.

Pasteur Gammi

Kap tal-Moviment Ivorjan għal-Liberazzjoni tal-Punent (MILOCI): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

13.

Is-Sur Laurent Gbagbo

Imwieled fil-31 ta' Mejju 1945 f'Gagnoa

Allegatament President tar-Repubblika: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali.

14.

Is-Sinjura Simone Gbagbo

Imwielda fl-20 ta' Ġunju 1949 f'Moossou

President tal-grupp tal-Front Popolari Ivorjan (FPI) fl-Assemblea Ġenerali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza.

15.

Ġeneral Guiai Bi Poin

Imwieled fil-31 ta' Diċembru 1954 f'Gounela.

Kap tas-CECOS (Ċentru tal-Kmand tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

16.

Is-Sur Denis Maho Glofiei

Imwieled f'Val de Marne

Responsabbli mill-Front ta' Liberazzjoni tal-Grand Ouest (FLGO):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

17.

Kaptan Anselme Séka Yapo

Imwieled fit-2 ta' Mejju 1973 f'Adzopé

Gwardja tal-korp tas-Sinjura Gbagbo:

Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

18.

Is-Sur Désiré Tagro

Imwieled fis-27 ta' Jannar 1959 f'Issia

Numru tal-passaport:

PD - AE 065FH08.

Segretarju Ġenerali tal-allegata ‘Presidenza’ tas-Sur Gbagbo: Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali.

Implikat fir-repressjonijiet vjolenti tal-movimenti popolari ta' Frar, Novembru u Diċembru 2010.

19.

Is-Sur Yao N'Dré

Imwieled fid-29 ta' Diċembru 1956.

President tal-Kunsill Kostituzzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali. personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

20.

Is-Sur Yanon Yapo

Allegatament Għassies tas-Siġilli, Ministru tal-Ġustizzja u d-Drittijiet tal-Bniedem: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

21.

Is-Sur Dogou Alain

Imwieled fis-16 ta' Lulju 1964 f'Aboisso

Numru tal-passaport:

PD-AE/053FR05 (data ta' skadenza s-27 ta' Mejju 2011)

Allegatament Ministru tad-Difiża u s-Servizz Pubbliku:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

22.

Is-Sur Emile Guiriéoulou

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1949 f'Guiglo

Numru tal-passaport:

PD-AE/008GO03 (data ta' skadenza l-14 ta' Marzu 2013)

Allegatament Ministru tal-Intern: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

23.

Is-Sur Charles Désiré Noël Laurent Dallo

Imwieled fit-23 ta' Diċembru 1955 f'Gagnoa

Numru tal-passaport:

08AA19843 (data ta' skadenza t-13 ta' Ottubru 2013)

Allegatament Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

24.

Is-Sur Augustin Kouadio Komoé

Imwieled fid-19 ta' Settembru 1961 f'Kokomain

Numru tal-passaport:

PD-AE/010GO03 (data ta' skadenza l-14 ta' Marzu 2013)

Allegatament Ministru tal-Minjieri u l-Enerġija: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

25.

Is-Sinjura Christine Adjobi Nebout (magħrufa bħala Aya Christine Rosalie Adjobi mwielda Nebout)

Imwielda fl-24 ta' Lulju 1949 f'Grand Bassam

Numru tal-passaport:

PD-AE/017FY12 (data ta' skadenza l-14 ta' Diċembru 2011)

Allegatament Ministru tas-Saħħa u tal-ġlieda kontra l-AIDS: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

26.

Is-Sur Yapo Atsé Benjamin

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1951 f'Akoupé

Numru tal-passaport:

PD-AE/089GO04 (data ta' skadenza l-1 ta' April 2013);

PS-AE/057AN06

Allegatament Ministru tal-Kostruzzjoni u l-Ippjanar Urban: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

27.

Is-Sur Coulibaly Issa Malick

Imwieled fid-19 ta' Awwissu 1953 f'Korhogo

Numru tal-passaport:

PD-AE/058GB05 (data ta' skadenza l-10 ta' Mejju 2012)

Allegatament Ministru tal-Agrikoltura: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

28.

Is-Sur Ahoua Don Mello

Imwieled fit-23 ta' Ġunju 1958 f'Bongouanou

Numru tal-passaport:

PD-AE/044GN02 (data ta' skadenza t-23 ta' Frar 2013)

Allegatament Ministru tat-Tagħmir u l-Istabbilizzazzjoni, Kelliem tal-Gvern: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

29.

Is-Sur N'Goua Abi Blaise

Allegatament Ministru tat-Trasport: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

30.

Is-Sinjura Anne Jacqueline Lohouès Oble

Imwielda fis-7 ta' Novembru 1950 f'Dabou

Numru tal-passaport:

PD-AE/050GU08 (data ta' skadenza l-4 ta' Awwissu 2013)

Allegatament Ministru tal-Edukazzjoni Nazzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

31.

Is-Sinjura Angèle Gnonsoa (magħrufa bħala Zon Sahon)

Imwielda fl-1 ta' Jannar 1940 f'Tai

Numru tal-passaport:

PD-AE/040ER05 (data ta' skadenza t-28 ta' Mejju 2012)

Allegatament Ministru tat-Tagħlim Tekniku:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

32.

Is-Sur Koffi Koffi Lazare

Allegatament Ministru tal-Ambjent, l-Ilma u l-Foresti: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

33.

Is-Sinjura Elisabeth Badjo Djékouri

konjugi Dagbo

Jeannie

Imwielda fl-24 ta' Diċembru 1971 f'Lakota

Numru tal-passaporti: 08AA15517 (data ta' skadenza l-25 ta' Novembru 2013);

PS-AE/040HD12 (data ta' skadenza l-1 ta' Diċembru 2011)

Allegatament Ministru tal-Funzjonijiet Pubbliċi: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

34.

Is-Sur Charles Blé Goudé

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1972 f'Kpoh

Passaport antik:

DD-AE/088OH12

Allegatament Ministru taż-Żgħażagħ, it-Taħriġ Professjonali u l-Impjiegi, President tal-Kungress panAfrikan taż-Żgħażagħ u l-Patrijotti (COJEP):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

Ta' min ifakkar: diġà soġġett għal sanzjonijiet mill-2005 'l hawn mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU

35.

Is-Sur Philippe Attey

Imwieled fl-10 ta' Ottubru 1951 f'Agboville

Passaport antik AE/32AH06

Allegatament Ministru tal-Industrija u l-Iżvilupp tas-Settur Privat:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

36.

Is-Sinjura Danièle Boni Claverie (ċittadina Franċiża u Ivorjana)

Allegatament Ministru tan-Nisa, il-Familja u t-Tfal:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal- parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

37.

Is-Sur Ettien Amoikon

Allegatament Ministru tat-Teknika tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

38.

Is-Sur Ouattara Gnonzié

Allegatament Ministru tal-Komunikazzjoni:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

39.

Is-Sur Alphonse Voho Sahi

Imwieled fil-15 ta' Ġunju 1958 f'Gueyede

Numru tal-passaport:

PD-AE/066FP04 (data ta' skadenza l-1 ta' April 2011)

Allegatament Ministru tal-Kultura:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

40.

Is-Sur Kata Kéké (magħruf bħala Keke Joseph Kata)

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1951 f'Daloa

Numru tal-passaport:

PD-AE/086FO02 (data ta' skadenza s-27 ta' Frar 2011)

Allegatament Ministru tar-Riċerka Xjentifika:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal- parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

41.

Is-Sur Franck Guéi

Imwieled fl-20 ta' Frar 1967

Numru tal-passaport:

PD-AE/082GL12 (data ta' skadenza t-22 ta' Diċembru 2012)

Allegatament Ministru tal-Isport:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

42.

Is-Sur Touré Amara

Allegatament Ministru tal-Kummerċ:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

43.

Is-Sur Kouamé Sécré Richard

Allegatament Ministru tat-Turiżmu u l-Artiġjanat:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

44.

Is-Sinjura Anne Gnahouret Tatret

Allegatament Ministru tas-Solidarjetà, ir-Rikostruzzjoni u l-Koeżjoni Soċjali:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

45.

Is-Sur Nyamien Messou

Imwieled fl-20 ta' Ġunju 1954 f'Bongouanou

Passaport antik PD-AE/056FE05 (data ta' skadenza d-29 ta' Mejju 2010)

Allegatament Ministru tax-Xogħol:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

46.

Is-Sur Koné Katina Justin

Allegatament Ministru delegat għall-Baġit:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

47.

Is-Sur N'guessan Yao Thomas

Allegatament Ministru delegat fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Nazzjonali responsabbli għall-Edukazzjoni Għolja:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

48.

Is-Sinjura Lago Daléba Loan Odette

Imwielda fl-1 ta' Jannar 1955 f'Floleu

Numru tal-passaport:

08AA68945 (data ta' skadenza d-29 ta' April 2014)

Allegatament Segretarja tal-Istat responsabbli għall-ħajja skolastika u dik tal-istudenti:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

49.

Is-Sur Georges Armand Alexis Ouégnin

Imwieled fis-27 ta' Awwissu 1953 f'Bouaké

Numru tal-passaport:

08AA59267 (data ta' skadenza l-24 ta' Marzu 2014)

Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa Universali:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

50.

Is-Sur Dogo Djéréké Raphaël

Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-persuni b'diżabbiltà:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

51.

Is-Sur Dosso Charles Radel Durando

Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-Vittmi tal-Gwerra:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

52.

Is-Sur Timothée Ahoua N'Guetta

Imwieled fil-25 ta' April 1931 f'Aboisso

Numru tal-passaport:

PD-AE/084FK10 (data ta' skadenza l-20 ta' Ottubru 2013)

Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

53.

Is-Sur Jacques André Daligou Monoko

Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

54.

Is-Sur Bruno Walé Ekpo

Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

55.

Is-Sur Félix Tano Kouakou

Imwieled fit-12 ta' Marzu 1959 f'Ouelle

Numru tal-passaport:

PD-AE/091FD05 (data ta' skadenza t-13 ta' Mejju 2010)

Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

56.

Is-Sinjura Hortense Kouassi Angoran

Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

57.

Is-Sinjura Joséphine Suzanne Touré

Imwielda fit-28 ta' Frar 1972 f'Abidjan

Numru tal-passaport:

PD-AE/032GL12 (data ta' skadenza s-7 ta' Diċembru 2012);

08AA62264 (data ta' skadenza s-6 ta' April 2014)

Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

58.

Is-Sur Konaté Navigué

Imwieled fl-4 ta' Marzu 1974 f'Tindara

Numru tal-passaport:

PD-AE/076FE06 (data ta' skadenza l-5 ta' Ġunju 2010)

President taż-żgħażagħ tal-FPI (Front Popolari Ivorjan):

Inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

59.

Is-Sur Patrice Baï

Konsulent tas-Sigurtà tal-ex President Gbagbo: Jikkoordina l-azzjonijiet ta' intimidazzjoni tal-avversarji; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

60.

Is-Sur Marcel Gossio

Imwieled fit-18 ta' Frar 1951 f'Adjamé

Numru tal-passaport: 08AA14345 (data ta' skadenza s-6 ta' Ottubru 2013)

Direttur Ġenerali tal-Port Awtonomu ta' Abidjan: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

61.

Is-Sur Alphonse Mangly (magħruf bħala Mangley)

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1958 f'Danané

Numru tal-passaport: 04LE57580 (data ta' skadenza s-16 ta' Ġunju 2011);

PD-AE/077HK08 (data ta' skadenza t-3 ta' Awwissu 2012);

PD-AE/065GK11 (data ta' skadenza l-15 ta' Novembru 2012)

PD-AE/065GK11 (data ta' skadenza l-15 ta' Novembru 2012)

Direttur Ġenerali tad-Dwana:

Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

62.

Is-Sur Marc Gnatoa

Kap tal-FSCO (Front ta' sigurtà tal-Punent Ċentrali): Ipparteċipa f'azzjonijiet ta' repressjoni. Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

63.

Is-Sur Moussa Touré Zéguen

Imwieled fid-9 ta' Settembru 1944

Passaport antik: AE/46CR05

Segretarju Ġenerali tal-GPP (Raggruppament ta' Patrijotti għall-Paċi):

Responsabbli għall-Milizzja. Ipparteċipa fir-repressjonijiet wara t-tieni rawnd tal-elezzjoni presidenzjali. Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

64.

Is-Sinjura Bro Grébé Geneviève mwieldaYobou

Imwielda fit-13 ta' Marzu 1953 f'Grand Alepé

Numru tal-passaport:

PD-AE/072ER06 (data ta' skadenza s-6 ta' Ġunju 2012)

President tan-Nisa Patrijottiċi tal-Côte d'Ivoire:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

65.

Is-Sinjura Lorougnon Souhonon Marie Odette mwielda Gnabri

Segretarja Nazzjonali tan-nisa tal-FPI (Front Popolari Ivorjan):

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

66.

Is-Sur Felix Nanihio

Segretarju Ġenerali tal-CNCA (Kunsill Nazzjonali tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

67.

Is-Sur Stéphane Kipré

Direttur tal-pubblikazzjoni tal-ġurnal Le Quotidien ta' Abidjan: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

68.

Is-Sur Lahoua Souanga Etienne (magħruf bħala César Etou)

Direttur tal-pubblikazzjoni u Editur tal-ġurnal Notre Voie:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

69.

Is-Sur Jean Baptiste Akrou

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1956 f'Yamoussoukro

Numru tal-passaport: 08AA15000

(data ta' skadenza l-5 ta' Ottubru 2013)

Direttur Ġenerali tal-ġurnal Fraternité Matin:

Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

70.

Ġeneral tal-Korp tal-Armata Philippe Mangou

Kap tal-Istat Maġġur tal-Armati: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

71.

Ġeneral Affro (gendarmerie)

Viċi Kap Kmandant tal-Gendarmerie: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

72.

Is-Sur Ottro Laurent Zirignon

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1943 f'Gagnoa

Numru tal-passaport: 08AB47683 (data ta' skadenza s-26 ta' Jannar 2015);

PD-AE/062FR06 (data ta' skadenza l-1 ta' Ġunju 2011);

97LB96734

President tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tas-Soċjetà Ivorjana tar-Raffinar (SIR): Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

73.

Is-Sur Kassoum Fadika

Imwieled fis-7 ta' Ġunju 1962 f'Man

Numru tal-passaport: 08AA57836 (data ta' skadenza l-1 ta' April 2014)

Direttur ta' PETROCI: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

74.

Is-Sinjura Djédjé Mama Ohoua Simone

Imwielda fl-1 ta' Jannar 1957 f'Zialegrehoa jew f'Gagnoa

Numru tal-passaport: 08AA23624 (data ta' skadenza t-22 ta' Ottubru 2013);

PD-AE/006FR05

Direttur Ġenerali tat-Teżor: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

75.

Is-Sur Kessé Feh Lambert

Imwieled fit-22 ta' Novembru 1948 f'Gbonne

Numru tal-passaport:

PD-AE/047FP03 (data ta' skadenza s-26 ta' Marzu 2011)

Direttur Ġenerali tat-Taxxi: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

76.

Is-Sur Aubert Zohoré

Konsulent speċjali tas-Sur Gbagbo għal kwistjonijiet ekonomiċi: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

77.

Is-Sur Thierry Legré

Membru tal-Moviment taż-żgħażagħ patrijottiċi: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

78.

Ġeneral tal-Korp tal-Armata Kassaraté Edouard Tiapé

Kap Kmandant tal-Gendarmerie: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

79.

Kurunell Maġġur Babri Gohourou Hilaire

Kelliem tal-Forzi tas-Sigurtà tal-Côte d'Ivoire: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; Inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

80.

Kummissarju tad-Diviżjoni Yoro Claude

Direttur tal-Unitajiet ta' Intervenzjoni tal-Pulizija Nazzjonali: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

81.

Kummissarju Prinċipali Loba Gnango Emmanuel Patrick

Kmandant tal-Brigata kontra l-Irvellijiet (BAE): Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

82.

Kaptan Guei Badia

Bażi marittima -Marina Nazzjonali: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

83.

Logutenent Ourigou Bawa

Bażi marittima -Marina Nazzjonali: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

84.

Kummissarju Prinċipali Joachim Robe Gogo

Kap tal-operazzjonijiet taċ-Ċentru ta' Kmand tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà (CECOS): Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

85.

Is-Sur Gilbert Anoh N'Guessan

President tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Qasam tal-Kafé u l-Kawkaw (CGFCC): Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

B.   Entitajiet

Isem (u psewdonomu possibbli)

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

PETROCI (Soċjetà Nazzjonali tal-Operazzjonijiet Petroliferi tal-Côte d'Ivoire)

Abidjan Plateau, Immeuble les Hévéas - 14 boulevard Carde

Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

2.

SIR (Soċjetà Ivorjana tar-Raffinar)

Abidjan Port Bouët, Route de Vridi – Boulevard de Petit Bassam

Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

3.

Port Awtonomu ta' Abidjan

Abidjan Vridi, Zone portuaire

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

4.

Port Awtonomu ta' San Pedro

San Pedro, Zone portuaire

Rappreżentanza f'Abidjan: Immeuble Ancien Monoprix, face Gare Sud Plateau - 1er Etage côté Rue du Commerce

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

5.

BNI (Bank Nazzjonali tal-Investiment)

Abidjan Plateau, Avenue Marchand – Immeuble SCIAM

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

6.

BFA (Bank għall-Finanzjament tal-Agrikoltura)

Abidjan Plateau, Rue Lecoeur – Immeuble Alliance B, 2ème – 4ème étage

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

7.

Bank Versus

Abidjan Plateau, Avenue Botreau Roussel – Immeuble CRRAE UMOA, derrière la BCEAO, face à la rue des Banques

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

8.

CGFCC (Kumitat ta' Ġestjoni tal-Qasam tal-Kafé u l-Kawkaw)

Abidjan Plateau - Immeuble CAISTAB, 23ème étage

Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

9.

APROCANCI (Assoċjazzjoni ta' Produtturi ta' Gomma Naturali tal-Côte d'Ivoire)

Cocody II Plateau Boulevard Latrille – Sicogi, bloc A Bâtiment D 1er étage

Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

10.

SOGEPE (Soċjetà għall-ġestjoni tal-patrimonju tal-enerġija elettrika)

Abidjan Plateau, Place de la République - Immeuble EECI, 15ème étage

Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

11.

RTI (Radjudiffużjoni Televiżjoni Ivorjani)

Cocody Boulevard des Martyrs, 08 - BP 883 - Abidjan 08 - Côte d'Ivoire

Inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.”

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/49

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Jannar 2011

dwar il-proċedura għall-attestament tal-konformità ta’ prodotti tal-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ prodotti ta’ siġill għal użu mhux strutturali għall-ġonot fil-bini u l-bankini

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 62)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/19/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni hija mitluba li tagħżel, skont l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE, proċedura minn tnejn biex tafferma l-konformità ta’ prodott. Dak l-Artikolu jippreskrivi li l-Kummissjoni għandha tagħżel l-inqas proċedura kkumplikata possibbli li hija konsistenti mas-sigurtà. Għaldaqstant irid jiġi deċiż jekk, għal prodott jew familja ta’ prodotti partikolari, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hix kondizzjoni meħtieġa, u jekk hix biżżejjed, sabiex tiġi affermata l-konformità, jew jekk, għal raġunijiet ta’ konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 13(4) ta’ dik id-Direttiva, ikunx meħtieġ l-intervent ta’ korp approvat.

(2)

L-Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura hekk stabbilita għandha tiġi indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Tkun għalhekk ħaġa tajba li jiġu identifikati l-prodotti jew il-familja tal-prodotti msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(3)

Iż-żewġ proċeduri previsti fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE huma deskritti fid-dettall fl-Anness III ma’ dik id-Direttiva. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi.

(4)

Il-proċedura msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbiliti fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u tielet possibbiltajiet tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III. Il-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbiliti fil-punt (i) tat-Taqsima 2 tal-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà, b’sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u l-familji tal-prodotti stabbiliti fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom affermata bi proċedura li fiha, flimkien mas-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika operata mill-manifattur, korp approvat ikun involut fil-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

Artikolu 2

Il-proċedura għall-attestament tal-konformità kif stabbilita fl-Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għal standards Ewropej armonizzati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President

(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

ANNESS I

Prodotti ta’ siġill għal użu mhux strutturali għall-ġonot fil-bini u l-bankini, kif jidher hawn taħt:

1.

Prodotti ta’ siġill għal ħitan u tagħmir ta’ diviżjoni esterni u/jew interni;

2.

Prodotti ta’ siġill għall-ħġieġ (bl-esklużjoni tal-prodotti ta’ siġill għall-akkwarji, għall-ħġieġ strutturali, l-ewwel u l-iktar siġill fuq barra għall-manifattura ta’ oġġetti insulati bil-ħġieġ, ħġieġ orizzontali (inqas minn 7) u ħġieġ organiku);

3.

Prodotti ta’ siġill għall-ġonot sanitarji (apparti l-ilma industrijali, dak tajjeb għax-xorb, l-ilma ta’ taħt l-art (swimming pools, sistemi tad-drenaġġ, eċċ.) u applikazzjonijiet li jinvolvu kuntatt mal-ikel);

4.

Prodotti ta’ siġill għall-bankini (bl-esklużjoni ta’ żoni ta’ prevenzjoni tat-tixrid tas-sustanzi kimiċi, toroq mgħarrqin u żoni oħra minn fejn jgħaddu l-karozzi, ajruporti u impjanti tat-trattament tad-drenaġġ).

ANNESS II

Nota: għal prodotti li għandhom aktar minn wieħed mill-użi maħsubin kif speċifikat fil-familji li ġejjin, il-kompiti għall-korp approvat, li joriġinaw mis-sistemi rilevanti tal-attestament tal-konformità, huma kumulattivi.

FAMILJA TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ SIĠILL GĦAL UŻU MHUX STRUTTURALI GĦALL-ĠONOT FIL-BINI U L-BANKINI (1/2)

Sistemi ta’attestament tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsub(in) elenkati hawn taħt, is-CEN/CENELEC huwa mitlub li jispeċifika s-sistema(i) li ġejja(in) ta’ attestament tal-konformità fl-istandards armonizzati rilevanti Ewropej:

Il-prodott

Użu maħsub

Livell(i) jew klassi(jiet)

Sistema tal-AoC

Prodotti ta’ siġill għall-ħitan esterni

Applikazzjonijiet ta’ barra

3

Prodotti ta’ siġill għall-ħitan, tagħmir ta’ diviżjoni interni

Applikazzjonijiet ta’ ġewwa

4

Prodotti ta’ siġill għall-ħġieġ

Għall-użu f’xogħlijiet ta’ bini

3

Prodotti ta’ siġill għall-bankini

3

Prodotti ta’ siġill għal ġonot f’sistemi sanitarji

3

Sistema 3: Ara l-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà

Sistema 4: Ara l-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbiltà

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun waħda li tkun tista’ tiġi implimentata anki meta ma jkunx neċessarju li l-prestazzjoni tiġi determinata għal karatteristika partikolari, jekk mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda rekwiżit legali għal karatteristika bħal din [ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi]. F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika ma għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ SIĠILL GĦAL UŻU MHUX STRUTTURALI GĦALL-ĠONOT FIL-BINI U L-BANKINI (2/2)

Sistemi ta’attestament tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsub(in) elenkati hawn taħt, is-CEN/CENELEC huwa mitlub li jispeċifika s-sistema(i) li ġejja(in) ta’ attestament tal-konformità fl-istandards armonizzati rilevanti Ewropej:

Prodott(i)

Użu(i) maħsub(a)

Livell(i) jew klassi(jiet)

(reazzjoni għan-nar)

Attestament tas-sistema(i) ta’ konformità

Prodotti ta’ siġill għal użu mhux strutturali għall-ġonot fil-bini u l-bankini

Għall-użi suġġetti għar-regolazzjonijiet dwar ir-reazzjoni għan-nar

A1 (*), A2 (*), B (*), C (*)

1

A1 (**), A2 (**), B (**), C (**), D, E

3

(A1 sa E) (***), F

4

Sistema 1: Ara l-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr test ta’ verifika tal-kampjuni

Sistema 3: Ara l-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà

Sistema 4: Ara l-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbiltà

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun waħda li tkun tista’ tiġi implimentata anki meta ma jkunx neċessarju li l-prestazzjoni tiġi determinata għal karatteristika partikolari, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda rekwiżit legali għal karatteristika bħal din [ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi]. F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ karatteristika bħal din ma għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.

(*)  Prodotti/materjali li għalihom stadju li huwa identifikabbli biċ-ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f’titjib tal-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (eż. żieda ta’ prodotti ta’ trażżin tan-nar jew limitu tal-materjal organiku).

(**)  Prodotti/materjali mhux koperti min-nota f’qiegħ il-paġna (*).

(***)  Prodotti/materjali li mhux neċessarju li jsirilhom test għar-reazzjoni għan-nar (eż. Prodotti/materjali tal-klassijiet A1 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE).

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/53

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta Diċembru 2010

dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2010/26)

(2011/20/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), u b’mod partikolari l-Artikolu 28.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1009/2000 tat-8 ta’ Mejju 2000 li jikkonċerna żidiet kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 28.1 tal-Istatut tas-SEBĊ il-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa ta’ EUR 5 000 miljun. Il-kapital tal-BĊE ġie miżjud għal EUR 5 760 652 402,58 b’mod konformi mal-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ bħala konsegwenza tal-adeżjoni ta’ Stati Membri mal-Unjoni u l-isħubija tal-banek ċentrali nazzjonali tagħhom mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.

(2)

Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 28.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-kapital tal-BĊE jista’ jiġi miżjud b’tali ammont li jista’ jiġi deċiż mill-Kunsill Governattiv li jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata pprovduta fl-Artikolu 10.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, skont il-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stipulati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(3)

Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1009/2000, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jżid il-kapital tal-BĊE lil hinn mill-ammont speċifikat fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(1) tal-Istatut tas-SEBĊ b’ammont addizzjonali sa EUR 5 000 miljun.

(4)

Skont ir-raba’ premessa tar-Regolament (KE) Nru 1009/2000, ir-Regolament jistabbilixxi limitu għal żidiet fil-futur fil-kapital tal-BĊE, u b’hekk jippermetti lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE jiddeċiedi dwar żieda attwali f’xi punt fil-futur sabiex isostni l-adegwatezza tal-bażi kapitali meħtieġa biex jiġu appoġġati l-operazzjonijiet tal-BĊE.

(5)

Meta titqies iż-żieda fit-total tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE matul dawn l-aħħar snin, huwa kkunsidrat neċessarju li jiżdied il-kapital tal-BĊE b’EUR 5 000 miljun sabiex tiġi sostnuta l-adegwatezza tal-bażi ta’ kapital meħtieġa biex jiġu appoġġati l-operazzjonijiet tal-BĊE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Żieda tal-kapital tal-BĊE

Il-kapital tal-BĊE ser jiżdied b’EUR 5 000 miljun minn EUR 5 760 652 402,58 għal EUR 10 760 652 402,58.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 2010.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET

(1)  ĠU L 115, 16.5.2000, p. 1.

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/54

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta’ Diċembru 2010

dwar il-ħlas taż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

(BĊE/2010/27)

(2011/21/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ‘il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), u b’mod partikolari l-Artikolu 28.3 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2008/24 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-BĊE mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (1) ddeterminat kif u sa liema grad il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro kellhom obbligu li jħallsu l-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fl-1 ta’ Jannar 2009.

(2)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/26 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar iż-żieda tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) il-kapital tal-BĊE ġie miżjud b’EUR 5 000 miljun minn EUR 5 760 652 402,58 għal EUR 10 760 652 402,58 b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2010.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) tistabbilixxi l-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 il-peżaturi mogħtija lil kull BĊN fl-iskema kapitali (iktar ‘il quddiem il-‘peżaturi tal-iskema kapitali’).

(4)

Skont l-Artikolu 28.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Kunsill Governattiv, waqt li jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata pprovduta fl-Artikolu 10.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, għandu l-kompetenza li jiddetermina l-grad sa fejn u l-forma li biha għandu jitħallas il-kapital.

(5)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010 f’konformità mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (4), l-Estonja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lilha taħt l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (5) għandha tiġi abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

(6)

B’mod konformi mad-Deċiżjoni BĊE/2010/34 tal-21 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonijiet mill-Eesti Pank lejn ir-riżervi u l-provvedimenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (6), l-Eesti Pank għandu l-obbligu li jħallas is-sehem li jifdal tas-sottoskrizzjoni tiegħu għall-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, waqt li tittieħed f’kunsiderazzjoni ż-żieda fil-kapital tal-BĊE b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2010 u l-forma kif għandu jitħallas il-kapital.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Grad u forma ta’ kapital sottoskritt u mħallas

1.   Meta jitqiesu l-peżaturi tal-iskema kapitali stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23 u ż-żieda fil-kapital tal-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/26, kull BĊN għandu jkollu kapital sottoskritt totali tal-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN

EUR

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

261 010 384,68

Deutsche Bundesbank

2 037 777 027,43

Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland

119 518 566,24

Bank of Greece

211 436 059,06

Banco de España

893 564 575,51

Banque de France

1 530 293 899,48

Banca d’Italia

1 344 715 688,14

Central Bank of Cyprus

14 731 333,14

Banque centrale du Lussemburgu

18 798 859,75

Bank Ċentrali ta’ Malta

6 800 732,32

De Nederlandsche Bank

429 156 339,12

Oesterreichische Nationalbank

208 939 587,70

Banco de Portugal

188 354 459,65

Banka Slovenije

35 381 025,10

Národná banka Slovenska

74 614 363,76

Suomen Pankki

134 927 820,48

2.   Kull BĊN għandu jħallas l-ammont addizzjonali muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN

EUR

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

121 280 000

Deutsche Bundesbank

946 865 000

Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland

55 535 000

Bank of Greece

98 245 000

Banco de España

415 200 000

Banque de France

711 060 000

Banca d’Italia

624 830 000

Central Bank of Cyprus

6 845 000

Banque centrale du Lussemburgu

8 735 000

Bank Ċentrali ta’ Malta

3 160 000

De Nederlandsche Bank

199 410 000

Oesterreichische Nationalbank

97 085 000

Banco de Portugal

87 520 000

Banka Slovenije

16 440 000

Národná banka Slovenska

34 670 000

Suomen Pankki

62 695 000

3.   Il-BĊNi għandhom iħallsu lill-BĊE l-ammonti speċifikati fil-paragrafu 2 permezz ta’ trasferiment separat bis-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2).

4.   Kull BĊN għandu jħallas is-sehem kapitali miżjud tiegħu fi tliet pagamenti annwali ugwali. L-ewwel pagament għandu jsir fid-29 ta’ Diċembru 2010, u l-pagamenti ta’ wara għandhom jitħallsu jumejn tan-negozju qabel l-aħħar jum operattiv ta’ TARGET2 ghas-sentejn ta’ wara.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 2010.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET

(1)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 69.

(2)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66.

(4)  ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24.

(5)  Att li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(6)  Ara paġna 58 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/56

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta’ Diċembru 2010

dwar il-ħlas taż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro

(BĊE/2010/28)

(2011/22/UE)

IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ‘il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 47 tal-Istatut tas-SEBĊ jipprovdi li l-banek ċentrali tal-Istati Membri b’deroga (iktar ‘il quddiem il-“BĊNi mhux fiż-żona tal-euro”) m’għandhomx għalfejn iħallsu l-kapital sottoskritt tagħhom ħlief jekk il-Kunsill Ġenerali, li jaġixxi b’maġġoranza li tirrappreżenta ta’ mill-inqas żewġ terzi mill-kapital sottoskritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u ta’ mill-inqas nofs l-azzjonisti, jiddeċiedi li persentaġġ minimu għandu jitħallas bħala kontribut għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE.

(2)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/28 tal-BĊE tal-15 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-BĊE mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (1) jipprovdi li l-BĊNi mhux fiż-żona tal-euro jridu jħallsu 7 % tas-sottoskrizzjoni tagħhom lill-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(3)

Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tistabbilixxi l-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 il-peżaturi mogħtija lil kull BĊN fl-iskema kapitali (iktar ‘il quddiem il-“peżaturi tal-iskema kapitali”).

(4)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/26 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar iż-żieda tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) il-kapital tal-BĊE ġie miżjud b’EUR 5 000 miljun minn EUR 5 760 652 402,58 għal EUR 10 760 652 402,58 b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2010.

(5)

Iż-żieda fil-kapital tal-BĊE teħtieġ li l-BĊNi mhux fiż-żona tal-euro jħallsu 7 % tas-sehem rispettiv tagħhom fil-kapital miżjud għalkemm l-ispejjeż operattivi tal-BĊE ma jiġġustifikawx kontribuzzjoni ogħla f’termini assoluti. Sabiex tiġi evitata din il-kontribuzzjoni miżjuda għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE mill-BĊNi mhux fiż-żona tal-euro, huwa neċessarju li jitnaqqas il-persentaġġ li l-BĊNi mhux fiż-żona tal-euro għandhom iħallsu sabiex l-ammonti li jridu jitħallsu jibqgħu fuq livell simili,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Grad u forma ta’ kapital sottoskritt u mħallas

Kull BĊN mhux fiż-żona tal-euro għandu jħallas 3,75 % tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2010. Meta jitqiesu l-peżaturi fl-iskema kapitali stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23, kull BĊN mhux fiż-żona tal-euro għandu jkollu kapital totali sottoskritt u mħallas fl-ammonti murija ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:

BĊN mhux fiż-żona tal-euro

Kapital sottoskritt sad-29 ta’ Diċembru 2010

(f’EUR)

Kapital imħallas sad-29 ta’ Diċembru 2010

(f’EUR)

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

93 467 026,77

3 505 013,50

Česká národní banka

155 728 161,57

5 839 806,06

Danmarks Nationalbank

159 634 278,39

5 986 285,44

Eesti Pank

19 261 567,80

722 308,79

Latvijas Banka

30 527 970,87

1 144 798,91

Lietuvos bankas

45 797 336,63

1 717 400,12

Magyar Nemzeti Bank

149 099 599,69

5 591 234,99

Narodowy Bank Polski

526 776 977,72

19 754 136,66

Banca Națională a României

265 196 278,46

9 944 860,44

Sveriges Riksbank

242 997 052,56

9 112 389,47

Bank of England

1 562 145 430,59

58 580 453,65

Artikolu 2

Aġġustament tal-kapital imħallas

1.   Peress li kull BĊN mhux fiż-żona tal-euro diġà ħallas 7 % tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli fit-28 ta’ Diċembru 2010 taħt id-Deċiżjoni BĊE/2008/28, kull wieħed minnhom għandu jħallas l-ammont addizzjonali speċifikat fit-tabella hawn isfel, li hija d-differenza bejn il-kapital imħallas speċifikat fl-Artikolu 1 u l-ammont imħallas fil-passat:

BĊN mhux fiż-żona tal-euro

(f’EUR)

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

2 421,63

Česká národní banka

4 034,75

Danmarks Nationalbank

4 135,95

Eesti Pank

499,04

Latvijas Banka

790,95

Lietuvos bankas

1 186,56

Magyar Nemzeti Bank

3 863,01

Narodowy Bank Polski

13 648,22

Banca Națională a României

6 870,95

Sveriges Riksbank

6 295,79

Bank of England

40 473,51

2.   Il-BĊNi mhux fiż-żona tal-euro għandhom iħallsu l-ammonti speċifikati fil-paragrafu 1 lill-BĊE permezz ta’ trasferiment separat bis-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) fid-29 ta’ Diċembru 2010.

3.   Meta BĊN mhux fiż-żona tal-euro ma jkollux aċċess għal TARGET2, l-ammonti speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ttrasferiti billi jiġi kkreditat kont li l-BĊE jew il-BĊN mhux fiż-żona tal-euro għandu jidentifika fiż-żmien propizju.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 2010.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2008/28 hija bil-preżenti mħassra b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2010.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2008/28 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET

(1)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 81.

(2)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66.

(3)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/58

DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-31 ta’ Diċembru 2010

dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Eesti Pank lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2010/34)

(2011/23/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), u partikolarment l-Artikoli 30.1, 30.3, 48.1 u 48.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/416/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (1) l-Estonja tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lilha taħt l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (2) ser jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

(2)

L-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula illi l-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li d-deroga tiegħu ġiet imħassra għandu jħallas sehmu fil-kapital sottoskritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) daqs il-BĊNi tal-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom hija l-euro. L-ippeżar ta’ Eesti Pank fl-iskema kapitali tal-BĊE huwa ta’ 0,1790 %, skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar il-persentaġġ tal-ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (3). Eesti Pank diġà ħallas parti minn sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, skont Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/28 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona euro (4).

(3)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/26 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (5) il-kapital tal-BĊE żdied b’EUR 5 000 miljun minn EUR 5 760 652 402,58 sa EUR 10 760 652 402,58 b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2010. Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/27 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas taż-żieda tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (6) l-kapital miżjud għandu jitħallas fi tliet rati annwali ugwali.

(4)

Bl-istess mod, Eesti Pank għandu jħallas il-partijiet rimanenti ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, li jikkorrispondi għal EUR 18 539 259,01 kif ġej: fit-3 ta’ Jannar 2011 ammont ta’ EUR 9 589 259,01 li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-kapital sottoskritt tal-BĊE fit-28 ta’ Diċembru 2010 (EUR 5 760 652 402,58) bl-ippeżar tal-iskema kapitali ta’ Eesti Pank (0,1790 %), bit-tnaqqis tal-parti ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE li diġa tħallas skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/27 u ammont ulterjuri ta’ EUR 8 950 000,00 li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont taż-żieda tal-kapital sottoskrittt al-BĊE (EUR 5 000 000 000) bl-ippeżar tal-iskema kapitali ta’ Eesti Pank. Eesti Pank għandu jħallas dan l-ammont tal-aħħar fi tliet rati ugwali. L-ewwel rata għandha titħallas flimkien mal-ammont ta’ EUR 9 589 259,01 u ż-żewġ rati l-oħra ta’ EUR 2 983 333,33 għandhom jitħallsu kull waħda jumejn ta’ xogħol qabel l-ahhar jum operattiv tat-TARGET2 għall-2011 u l-2012.

(5)

L-Artikolu 48.1, flimkien mal-Artikolu 30.1, tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula illi l-BĊN ta’ Stat Membru li d-deroga tiegħu ġiet imħassra għandu jittrasferixxi ukoll assi ta’ riżervi barrani lill-BĊE. Skont l-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, is-somma li għandha tiġi ttrasferita tiġi determinata billi l-valur f’euro bir-rati tal-kambju kurrenti tal-assi ta’ riżervi barranin li diġà ġew ittrasferiti lill-BĊE skont l-Artikolu 30.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, tiġi mmultiplikata bil-proporzjon bejn in-numru ta’ ishma sottoskritti mill-BĊN kkonċernat u n-numru ta’ ishma li diġà tħallsu mill-BĊNi tal-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom hija l-euro. Meta jkunu qed jiġu determinati l-‘assi ta’ riżervi barranin li diġà ġew ittrasferiti lill-BĊE skont l-Artikolu 30.1’, għandha tingħata d-debita kunsiderazzjoni lill-aġġustamenti preċedenti tal-iskema kapitali (7) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-espansjoni tal-iskema kapitali tal-BĊE skont l-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ (8). Bħala riżultat ta’ dan, skont Deċiżjoni BĊE/2008/27 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-valur proprjetarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jiġu aġġustati l-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti (9), l-ekwivalenti f’euro tal-assi ta’ riżervi barranin li diġà ġew ittrasferiti lill-BĊE taħt l-Artikolu 30.1 tal-Istatut tas-SEBĊ huwa ta’ EUR 145 853 596,60.

(6)

L-assi ta’ riżervi barranin li għandhom jiġu ttrasferiti minn Eesti Pank għandhom ikunu fi jew iddenominati f’yen Ġappuniż u deheb.

(7)

L-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula illi l-BĊE għandu jikkredita lil kull BĊN ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro bi klejm ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin illi ttrasferixxa lill-BĊE. Id-dispożizzjonijiet dwar id-denominazzjoni u r-remunerazzjoni tal-klejms li diġà ġew ikkreditati lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (10) għandhom japplikaw ukoll għad-denominazzjoni u r-remunerazzjoni tal-klejms ta’ Eesti Pank.

(8)

l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula illi l-BĊN ta’ Stat Membru li d-deroga tiegħu ġiet imħassra għandu jikkontribwixxi għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvisti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li għad irid jiġi approprjat fir-riżervi u l-provvisti korrispondenti għall-bilanċ fil-kont tal-qligħ u t-telf fil-31 ta’ Diċembru tas-sena li tippreċedi t-tħassir tad-deroga. L-ammont ta’ din il-kontribuzzjoni hija determinata skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(9)

B’analoġija mal-Artikolu 3.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (11), il-Gvernatur ta’ Eesti Pank kellu l-opportunità jagħmel osservazzjonijiet dwar din id-Deċiżjoni qabel l-adozzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

‘assi ta’ riżervi barranin’ tfisser deheb jew flus kontanti;

(b)

‘deheb’ tfisser uqiji sħaħ ta’ deheb fin fil-forma ta’ ingotti tat-tip London Good Delivery, kif speċifikat mil-London Bullion Market Association;

(ċ)

‘flus kontanti’ tfisser il-valuta legali tal-Ġappun (yen Ġappuniż).

Artikolu 2

Limitu u forma tal-kapital imħallas

1.   Eesti Pank għandu jħallas il-partijiet rimanenti ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, li jikkorrispondu għal EUR 18 539 259,01.

2.   Eesti Pank għandu jħallas lill-BĊE fit-3 ta’ Jannar 2011, l-ewwel rata ta’ EUR 12 572 592,35 permezz ta’ trasferiment separat bis-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2). Eesti Pank għandu jħallas żewġ rati ulterjuri ta’ EUR 2 983 333,33 kull waħda jumejn ta’ xogħol qabel l-aħħar jum operattiv tat-TARGET2 għall-2011 u l-2012.

3.   Eesti Pank għandu jħallas lill-BĊE fit-3 ta’ Jannar 2011, permezz ta’ trasferiment TARGET2 separat, l-imgħax akkumulat fl-1 ta’ Jannar u fit-2 ta’ Jannar 2011 fuq l-ammont dovut lill-BĊE taħt l-ewwel sentenza ta’ paragrafu 2. Dan l-imgħax għandu jkun ikkalkulat ta’ kuljum, billi jintuża l-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċènti tiegħu.

Artikolu 3

Trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin

1.   Eesti Pank għandu jittrasferixxi lill-BĊE, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 u skont dan l-Artikolu u l-arranġamenti meħudin bis-saħħa tiegħu, ammont ta’ assi ta’ riżervi barranin denominati f’yen Ġappuniż u deheb li huwa ekwivalenti għal EUR 145 853 596,60 kif ġej:

Ammont ta’ yen Ġappuniż ekwivalenti f’euro fi flus kontanti

Ammont ekwivalenti f’euro ta’ deheb

Ammont totali ekwivalenti f’euro

123 975 557,11

21 878 039,49

145 853 596,60

2.   L-ammont ekwivalenti f’euro ta’ assi ta’ riżervi barranin li għandhom jiġu ttrasferiti minn Eesti Pank taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu kkalkulati fuq il-bażi tar-rati tal-kambju bejn l-euro u l-yen Ġappuniż stabbiliti bħala riżultat tal-proċedura ta’ konsultazzjoni f’24 siegħa tal-31 ta’ Diċembru 2010 bejn l-Eurosistema u Eesti Pank u, fil-każ tad-deheb, fuq il-bażi tal-prezz ta’ kull uqija sħiħa ta’ deheb fin bid-dollaru Amerikan stabbilit fl-iffissar tal-prezz tad-deheb f’Londra fl-10.30 a.m., ħin ta’ Londra, fil-31 ta’ Diċembru 2010.

3.   Il-BĊE għandu jikkonferma lil Eesti Pank mill-aktar fis possibbli l-ammont ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

4.   Eesti Pank għandu jittrasferixxi lill-BĊE il-yen Ġappuniż fi flus kontanti.

5.   It-trasferiment ta’ flus kontanti għandu jsir lil dawk il-kontijiet speċifikati mill-BĊE. Id-data tas-saldu biex il-flus kontanti jiġu ttrasferiti lill-BĊE għandha tkun l-4 ta’ Jannar 2011. Eesti Pank għandu jagħti struzzjonijiet sabiex dan it-trasferiment jiġi eżegwit lill-BĊE.

6.   Il-valur tad-deheb li Eesti Pank jittrasferixxi lill-BĊE skont paragrafu 1 għandu jkun kemm jista’ jkun viċin ta’, iżda mhux aktar minn, EUR 21 878 039,49.

7.   Eesti Pank għandu jittrasferixxi d-deheb imsemmi fil-paragrafu 1 f’forma mhux investita lill-kontijiet u l-postijiet kif speċifikat mill-BĊE. Id-data tas-saldu biex id-deheb jiġi ttrasferit lill-BĊE għandha tkun is-6 ta’ Jannar 2011. Eesti Pank għandu jagħti struzzjonijiet sabiex dan it-trasferiment isir lill-BĊE.

8.   Jekk Eesti Pank jittrasferixxi deheb lill-BĊE b’valur ta’ anqas mill-ammont speċifikat fil-paragrafu 1, fis-6 ta’ Jannar 2011, huwa għandu mbagħad jittrasferixxi ammont ta’ yen Ġappuniż fi flus kontanti ekwivalenti għad-defiċit lil kont tal-BĊE kif speċifikat mill-BĊE. Dawn il-yen Ġappuniżi fi flus kontanti m’għandhomx jifformaw parti mill-assi ta’ riżervi barranin denominati fil-yen Ġappuniż li Eesti Pank jittrasferixxi lill-BĊE skont il-kolonna tax-xellug tat-tabella inkluża fil-paragrafu 1.

9.   Id-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammont totali ekwivalenti f’euro msemmi fil-paragrafi 1 u l-ammont imsemmi fl-Artikolu 4(1) għandha tiġi mħallsa skont il-Ftehim tal-31 ta’ Diċembru 2010 bejn Eesti Pank u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-klejm ikkreditat lil Eesti Pank mill-Bank Ċentrali Ewropew taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. (12)

Artikolu 4

Denominazzjoni, remunerazzjoni u maturità tal-klejms ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet

1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, u bla ħsara għall-ispeċifikazzjonijiet fl-Artikolu 3 dwar id-dati għas-saldu tat-trasferimenti tal-assi ta’ riżervi barranin, il-BĊE għandu jikkredita lil Eesti Pank bi klejm denominata f’euro, ekwivalenti għall-amont totali f’euro tal-kontribuzzjoni tiegħu ta’ assi ta’ riżervi barranin. Din il-klejm tikkorrispondi għal EUR 103 115 678,01.

2.   Il-klejm ikkreditata mill-BĊE għal Eesti Pank għandha tiġi rremunerata sa mid-data tas-saldu. L-imgħax akkumulat għandu jinħadem ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.

3.   Il-klejm għandha tiġi rremunerata fl-aħħar ta’ kull sena finanzjarja. Kull trimestru l-BĊE għandu jinforma lil Eesti Pank bl-ammont kumulattiv.

4.   Il-klejm m’għandhiex tkun tista’ tiġi mifdija.

Artikolu 5

Kontribuzzjonijiet għar-rizervi u l-provvedimenti tal-BĊE

1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 u skont l-Artikolu 3(5) u (6), Eesti Pank għandu jikkontribwixxi għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvedimenti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li għad irid jiġi assenjat lir-riżervi u l-provvisti korrispondenti għall-bilanċ tal-kont tal-qligħ u t-telf fil-31 ta’ Diċembru 2010.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu kkontribwiti minn Eesti Pank għandhom jiġu ddeterminati skont Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ. Ir-riferenzi fl-Artikolu 48.2 għal ‘in-numru ta’ ishma sottoskritti mill-bank ċentrali kkonċernat’ u ‘in-numru ta’ ishma li diġà tħallsu mill-banek ċentrali l-oħra’ għandhom jirreferu għall-ippeżar ta’ Eesti Pank, u l-BĊNi tal-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom hija l-euro fl-iskema kapitali, skont Deċiżjoni BĊE/2008/23.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ‘ir-riżervi tal-BĊE’ u ‘provvisti ekwivalenti għal riżervi’ għandhom jinkludu l-fond ta’ riżerva ġenerali tal-BĊE, bilanċi fuq kontijiet ta’ rivalutazzjoni u provvisti għar-rata tal-kambju barrani, rata ta’ imgħax, kreditu, prezz tas-suq u riskji tal-prezz tad-deheb.

4.   Mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tar-rendikont annwali tal-BĊE għas-sena 2010, il-BĊE għandu jikkalkula u jikkonferma lil Eesti Pank l-ammont li għandu jiġi kkontribwit minn Eesti Pank taħt il-paragrafu 1.

5.   Fit-tieni jum tax-xogħol li jsegwi l-approvazzjoni mill-Kunsill Ġenerali tar-rendikont annwali tal-BĊE għas-sena 2010, Eesti Pank għandu, permezz ta’ TARGET2, iħallas lill-BĊE:

(a)

l-ammont dovut lill-BĊE taħt paragrafu 4; u

(b)

l-imgħax akkumulat mill-1 ta’ Jannar 2011 sad-data tal-ħlas fuq l-ammont dovut lill-BĊE taħt paragrafu 4.

6.   Kull imgħax li jakkumula taħt il-paragrafu 5(b) għandu jiġi maħdum ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.

Artikolu 6

Kompetenzi

1.   Sa fejn huwa meħtieġ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu joħroġ struzzjonijiet lil Eesti Pank sabiex jispeċifika aktar u jdaħħal fis-seħħ kull dispożizzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jipprovdi għal rimedji xierqa sabiex jiġu indirizzati kull problemi li jistgħu jinqalgħu.

2.   Kull struzzjoni maħruġa mill-Bord Eżekuttiv taħt il-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-Kunsill Governattiv, u l-Bord Eżekuttiv għandu jimxi ma’ kull deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv f’dak ir-rigward.

Artikolu 7

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Diċembru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET

(1)  ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24.

(2)  Att dwar il-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti fit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(3)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66.

(4)  Ara paġna 56 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  Ara paġna 54 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta’ Diċembru 2003 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3 p. 327 sa 328), u Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar il-persentaġġ tal-ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66).

(8)  Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta’ April 2004 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 205, 15.1.2004, p. 5), u Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 24, 24.1.2009, p. 1).

(9)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 77

(10)  Skont il-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/15 tat-3 ta’ Novembru 1998 kif emendata bil-Linja Gwida tas-16 ta’ Novembru 2000 dwar il-komposizzjoni, il-valutazzjoni u l-modalitajiet għat-trasferiment inizzjali ta’ assi ta’ valuta estera, u d-denominazzjoni u r-remunerazzjoni ta’ pretensjonijiet ekwivalenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1 p. 275 sa 278).

(11)  Adottati minn Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li taddotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).

(12)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

RAKKOMANDAZZJONIJIET

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/62

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Jannar 2011

dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ impriżi tad-difiża skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/24/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar is-simplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (1) jistabbilixxi l-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni mill-Istati Membri ta’ impriżi tad-difiża stabbiliti fit-territorju tagħhom bħala riċeventi ta’ prodotti relatati mad-difiża ttrasferiti skont liċenzji ta’ trasferiment ġenerali.

(2)

Iċ-ċertifikazzjoni ta’ impriżi hija element ewlieni tas-sistema ta’ liċenzjar issimplifikata li ddaħħlet bid-Direttiva 2009/43/KE.

(3)

Interpretazzjonijiet differenti tal-kriterji ta’ ċertifikazzjoni mill-Istati Membri jistgħu jfixklu l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/43/KE u l-kisba tal-mira tagħha ta’ simplifikazzjoni.

(4)

Interpretazzjoni u applikazzjoni konverġenti tal-kriterji ta’ ċertifikazzjoni mill-Istati Membri huma importanti għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 2009/43/KE u għall-użu estiż ta’ liċenzji ġenerali.

(5)

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/43/KE issuġġerixxew li interpretazzjoni u applikazzjoni konverġenti tal-kriterji ta’ ċertifikazzjoni jistgħu jinkisbu bl-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

(6)

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/43/KE b’hekk stabbilixxew grupp ta’ ħidma biex iħejji linji gwida dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ impriżi tad-difiża skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/43/KE.

(7)

Il-linji gwida ppreżentati f’din ir-Rakkomandazzjoni huma bbażati fuq l-aħjar prattiki ta’ ċerti Stati Membri, li rriżultaw li huma effiċjenti u prattikabbli,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.   IL-KRITERJI TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI

1.1.   Evalwazzjoni tal-kriterji stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9(2)

Għandhom ikuni eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni biss dawk l-impriżi riċeventi li attwalment jimmanifatturaw prodotti relatati mad-difiża jew prodotti relatati mad-difiża parzjalment lesti li jaqgħu taħt id-Direttiva 2009/43/KE, li jikkonsistu minn komponenti u/jew sistemi u sottosistemi mixtrija mingħand terzi, bil-għan li jitpoġġew fis-suq f’isimhom jew skont it-trademark tagħhom.

L-impriżi riċeventi ċċertifikati għandhom jużaw il-prodotti relatati mad-difiża li jirċievu skont il-liċenzji ġenerali ta’ trasferiment msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE għall-produzzjoni tagħhom stess (li tinkludi inkorporazzjoni tal-komponenti u ma għandhomx jittrasferixxuhom mill-ġdid jew jesportawhom bħala tali, (ħlief għall-finijiet ta’ manutenzjoni jew tiswija) fejn hija meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel tal-Istat Membru minn fejn joriġinaw.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f’qagħda li, fejn ikun xieraq u qabel ma joħorġu ċertifikat, jitolbu dikjarazzjoni mill-impriżi riċeventi fejn jimpenjaw ruħhom għal dan li ġej:

(a)

li jużaw il-prodotti relatati mad-difiża, li jkunu rċevew skont il-liċenzji ġenerali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE, għall-produzzjoni tagħhom stess;

(b)

li jibqgħu lura milli jittrasferixxu mill-ġdid jew jesportaw il-prodotti relevanti bħala tali, ħlief għall-finijiet ta’ manutenzjoni jew tiswija.

1.2.   Provvisti lil impriżi riċeventi li jixtru għall-użu esklussiv mill-forzi armati ta’ Stat Membru skont liċenzji ġenerali ta’ trasferiment imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE

Impriżi riċeventi li jikkwalifikaw bħala awtoritajiet kontraenti fit-tifsira tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jixtru għall-użu esklussiv mill-forzi armati ta’ Stat Membru, għandhom ikunu intitolati li jirċievu prodotti relatati mad-difiża skont il-liċenzji ġenerali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE mingħajr ma jkunu ċċertifikati.

1.3.   Evalwazzjoni tal-kriterji stipulati fil-punt (c) u (f) tal-Artikolu 9(2)

L-eżekutur anzjan imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE għandu jkun personalment responsabbli għall-programm ta’ konformità interna jew is-sistema ta’ ġestjoni tat-trasferimenti u l-esportazzjoni implimentati fl-impriża u l-persunal inkarigat mill-kontroll tal-esportazzjoni u t-trasferimenti. Dak l-eżekutur anzjan għandu jkun membru tal-korp maniġerjali tal-impriża.

Meta ċ-ċertifikat ikun mitlub għal unità ta’ produzzjoni waħda jew bosta minnhom, id-deskrizzjoni tal-katina tar-responsabbiltà fl-impriża riċeventi meħtieġa skont il-punt (f) tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE għandha tistabbilixxi b’mod ċar il-kontroll tal-eżekutur anzjan fuq il-persunal ta’ dawk l-unitajiet inkarigati mill-kontroll tal-esportazzjoni u trasferimenti.

Domandi u linji gwida dwar id-deskrizzjoni ta’ programmi ta’ konformità interna u għal evalwazzjoni sussegwenti huma ppreżentati fl-Anness I. L-Istati Membri jistgħu jżidu aktar mistoqsijiet. Fejn l-Istati Membri jżidu aktar mistoqsijiet, dawn għandhom ikunu relevanti direttament għall-proċess ta’ evalwazzjoni tal-iċċertifikar.

1.4.   L-Istruttura Organizzativa li għandha tkun iċċertifikata u l-evalwazzjoni tal-kriterji stipulati fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 9(2)

Kif issir iċ-ċertifikazzjoni jiddependi fuq l-istruttura organizzattiva tal-impriża riċeventi u kif din tiddelega r-responsabbiltà għall-kontrolli tat-trasferimenti u l-esportazzjoni. L-impriża tista’ tkun iċċertifikata bħala sħiħa jew skont l-unità tan-negozju. L-impriżi b’unitajiet ta’ produzzjoni u attivitajiet assoċjati f’bosta indirizzi, li kienu ddelegati bir-responsabbiltà għall-kontrolli tat-trasferiment u l-esportazzjoni, għandhom jispeċifikaw liema minn dawk l-unitajiet għandhom ikunu koperti biċ-ċertifikat.

2.   IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI

2.1.   Mudell standard ta’ ċertifikazzjoni

L-użu ta’ mudell standard ta’ ċertifikazzjoni ppreżentat fl-Anness II huwa rrakkomandat.

Iċ-ċertifikat għandu jiġi abbozzat b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat u preferibbilment b’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, kif indikat mill-impriża riċeventi ċċertifikata. Id-data tad-dħul fis-seħħ taċ-ċertifikat għandha tiġi mmarkata fuq iċ-ċertifikat.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 9(4), iċ-ċertifikat għandu jeħtieġ lill-impriża riċeventi ċċertifikata li tinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar il-fatturi u l-avvenimenti kollha li jitfaċċaw wara li jkun ingħata ċ-ċertifikat li jistgħu jaffettwaw il-validità jew il-kontenut taċ-ċertifikat. L-impriża riċeventi ċċertifikata għandha tinnotifika b’mod partikolari dan li ġej:

(a)

kwalunkwe bidla importanti fl-attività industrijali tagħha fi prodotti relatati mad-difiża;

(b)

kwalunkwe bidla fl-indirizz fejn ir-rekords dwar il-prodotti relatati mad-difiża li jkunu waslulha huma aċċessibbli għall-awtorità kompetenti.

Għall-finijiet tal-punt (a), ir-relevanza tal-bidla li tiġġustifika n-notifika għandha, fejn ikun xieraq, tiġi evalwata fid-dawl tal-informazzjoni diġà pprovduta għar-reġistrazzjoni bħala impriża tad-difiża u għall-għoti ta’ liċenzja ta’ attività ta’ difiża jew liċenzja ta’ manifattura.

2.2.   Skambju ta’ informazzjoni dwar impriżi riċeventi jitolbu ċertifikazzjoni

Għall-finijiet tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/43/KE, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma mħeġġa li jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni relevanti dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati. Jekk għall-evalwazzjoni ta’ impriża riċeventi għall-finijiet ta’ ħruġ ta’ ċertifikat ikun meħtieġ li tinġabar informazzjoni mingħand awtoritajiet kompetenti oħrajn, l-awtorità kompetenti nazzjonali li toħroġ iċ-ċertifikat għandha tikkollabora mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali relevanti l-oħrajn qabel ma toħroġ iċ-ċertifikat.

3.   MONITORAĠĠ TAL-KONFORMITÀ

3.1.   Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu żjajjar ta’ konformità

Għall-finijiet ta’ żjajjar biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat u mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(2), l-ispetturi assenjati mill-awtorità kompetenti għandhom ta’ mill-inqas ikollhom is-setgħa li:

(a)

jidħlu fil-postijiet relevanti;

(b)

jeżaminaw u jieħdu kopji tar-rekords, dejta, regoli tal-proċedura u kwalunkwe materjal ieħor relevanti għall-prodotti esportati, ittrasferiti jew li jkun waslu skont liċenzja ta’ trasferiment minn Stat Membru ieħor.

Dawk l-ispezzjonijiet għandhom isiru b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn ikunu se jsiru.

3.2.   Każijiet li jiġġustifikaw evalwazzjoni mill-ġdid

Evalwazzjoni mill-ġdid tal-konformità mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat u mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(2) għandha ssir mill-awtorità kompetenti fil-każijiet li ġejjin:

(a)

bidliet sostanzjali fl-impriża riċeventi ċċertifikata, fosthom bidliet fl-organizzazzjoni interna tal-impriża jew fl-attivitajiet tagħha;

(b)

indikazzjoni li l-kundizzjonijiet u l-kriterji relevanti ma għadhomx issodisfati mill-impriża riċeventi ċċertifikata;

(c)

meta l-impriża riċeventi ċċertifikata tkun ġiet preskritta biex tieħu azzjoni korrettiva;

(d)

meta s-sospensjoni taċ-ċertifikat ikollha titneħħa.

3.3.   Monitoraġġ aktar mill-qrib ta’ impriżi riċeventi li jkunu għadhom kemm ġew iċċertifikati

L-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-monitoraġġ ta’ impriżi li jkunu għadhom kemm ġew iċċertifikati. L-awtorità kompetenti għandha twettaq monitoraġġ ta’ konformità preferibbilment matul l-ewwel sena wara l-ewwel darba li jinħareġ ċertifikat.

4.   MIŻURI KORRETTIVI, SOSPENSJONI U REVOKA TA’ ĊERTIFIKATI

4.1.   Deċiżjonijiet biex tiġi preskritta azzjoni korrettiva

Meta impriża riċeventi ċċertifikata ma tkunx għadha tikkonforma ma’ wieħed jew aktar mill-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE jew mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat u meta l-awtorità kompetenti tqis li n-nuqqas ta’ konformità huwa ta’ importanza minuri, l-awtorità kompetenti għandha, f’perjodu ta’ mhux aktar minn xahar mid-data meta l-awtorità kompetenti saret taf għall-ewwel darba bin-nuqqas ta’ konformità, tieħu deċiżjoni li teħtieġ lill-impriża riċeventi tieħu azzjoni korrettiva.

Dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata immedjatament bil-miktub mill-awtorità kompetenti lill-impriża riċeventi ċċertifikata. Dik id-deċiżjoni għandha teħtieġ li l-impriża riċeventi ċċertifikata twettaq l-azzjoni korrettiva preskritta fi żmien il-perjodu ta’ żmien stipulat fin-notifika bil-miktub.

Mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ żmien, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-azzjoni korrettiva ġiet implimentata. Il-verifika tista’ tinkludi żjara fuq il-post, laqgħa mal-eżekutur anzjan imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE jew uffiċjal anzjan innominat minn dak l-eżekutur anzjan, u/jew l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni bil-miktub ipprovduta minn dak l-eżekutur anzjan.

F’perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur wara t-tlestija tal-verifika, l-impriża riċeventi ċċertifikata għandha tiġi nnotifikata bil-miktub dwar l-evalwazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ jekk l-azzjoni korrettiva mwettqa hijiex xierqa.

4.2.   Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikati

L-awtorità kompetenti għandha tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat f’kull wieħed minn dawn il-każijiet:

(a)

l-impriża riċeventi ċċertifikata kkonċernata tkun naqset milli tieħu l-azzjoni korrettiva fil-perjodu ta’ żmien stipulat fin-notifika bil-miktub mill-awtorità kompetenti li teħtieġ li l-impriża riċeventi ċċertifikata tieħu azzjoni korrettiva;

(b)

l-impriża riċeventi ċċertifikata ma tkunx għadha tikkonforma ma’ waħda mill-kriterji jew aktar stipulati fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE jew mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat u l-awtorità kompetenti tikkunsidra li n-nuqqas ta’ konformità huwa ta’ importanza serja.

Id-deċiżjoni li tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat għandha tiġi nnotifikata bil-miktub immedjatament mill-awtorità kompetenti lill-impriża riċeventi ċċertifikata u lill-Kummissjoni.

L-awtorità kompetenti għandha żżomm is-sospensjoni sakemm l-impriża riċeventi ċċertifikata tkun tista’ turi konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE u mal-kundizzjonijiet marbuta ma’ dak iċ-ċertifikat. L-awtorità kompetenti għandha, fiż-żmien tan-notifika bil-miktub tas-sospensjoni taċ-ċertifikat jew f’korrispondenza bil-miktub sussegwenti, timponi limitu ta’ żmien li fi ħdanu għandha tintwera dik il-konformità mill-impriża riċeventi ċċertifikata.

4.3.   Tneħħija tas-sospensjoni taċ-ċertifikat

Wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien imposta fid-deċiżjoni dwar is-sospensjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-impriża riċeventi ċċertifikata hijiex konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/43/KE u mal-kundizzjonijiet marbuta maċ-ċertifikat.

Il-verifika tista’ tinkludi żjara fuq il-post, laqgħa mal-eżekutur anzjan imsemmi fl-Artikolu 9(2)(c) tad-Direttiva 2009/43/KE jew uffiċjal anzjan innominat minn dak l-eżekutur anzjan, u/jew l-evalwazzjoni ta’ dokumentazzjoni bil-miktub ipprovduta minn dak l-eżekutur anzjan.

Sa mhux aktar minn xahar wara t-tlestija tal-verifika, għandha tiġi nnotifikata bil-miktub deċiżjoni ġdida mill-awtorità kompetenti lill-impriża riċeventi ċċertifikata fejn tiġi ddikjarata waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

li s-sospensjoni taċ-ċertifikat tneħħiet u d-data meta tidħol fis-seħħ;

(b)

li s-sospensjoni tinżamm sa ċerta data, u li wara dik id-data għandha ssir verifika oħra;

(c)

li ċ-ċertifikat jitħassar.

5.   SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI DWAR IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI

Meta ċertifikat ikun ingħata, ġie sospiż, irrevokat jew meta tkun tneħħiet is-sospensjoni ta’ ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika immedjatament bil-miktub lill-impriża riċeventi ċċertifikata kif ukoll lill-Kummissjoni.

6.   SEGWITU

L-Istati Membri huma mistiedna jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012.

L-Istati Membri huma mħeġġa biex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura meħuda biex tagħti effett lil din ir-Rakkomandazzjoni.

7.   DESTINATARJI

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President

(1)  ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

ANNESS I

Mistoqsijiet u linji gwida dwar id-deskrizzjoni tal-programmi ta’ konformità interna u għal valutazzjoni sussegwenti

Oqsma ewlenin

Mistoqsijiet prinċipali

Rakkomandazzjonijiet tal-aqwa prattika

Kriterju ta’ ċertifikazzjoni relevanti

1.

Riżorsi organizzattivi, riżorsi umani u tekniċi allokati għall-ġestjoni tat-trasferimenti u esportazzjonijiet

Liema perċentwal tan-negozju tal-impriża (fatturat annwali) jiddependi fuq l-esportazzjonijiet u t-trasferimenti ta’ oġġetti liċenzjati?

Kemm hemm esportazzjonijiet u trasferimenti fi żmien sena?

X’funzjonijiet fil-kumpanija (pereżempju xiri, inġinerija, maniġment ta’ proġett, trasport bil-baħar) huma involuti fil-proċess tal-esportazzjoni u t-trasferiment u kif inhuma organizzati dawk ir-responsabbiltajiet?

L-impriża għandha sistema elettronika sabiex tiġġestixxi l-esportazzjonijiet u t-trasferimenti? Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tagħha?

L-għan ta’ dawn il-mistoqsijiet huwa li tinkiseb informazzjoni addizzjonali dwar l-organizzazzjoni interna tal-impriża, li hija relevanti għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ attivitajiet ta’ esportazzjoni/trasferiment fuq l-impriża u fuq il-proċeduri operattivi relatati

Kemm hemm nies li huma jew impjegati biss biex jittrattaw il-maniġment tal-esportazzjonijiet u t-trasferimenti jew li għandhom ir-responsabbiltà għal dan il-maniġment flimkien ma’ ħidmiet oħra?

Għandu jkun hemm mill-inqas żewġ persuni fil-każ ta’ btala, mard eċċ.

L-impriża tiċċirkola internament l-impenn bil-miktub tagħha ta’ konformità mar-regolamenti ta’ kontroll tal-esportazzjoni/trasferiment u tal-adeżjoni ma’ kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu finali u fuq l-esportazzjoni relevanti?

L-impriża tiċċirkola l-impenn tagħha bil-miktub internament sabiex tipprovdi meta mitluba informazzjoni dwar l-użu finali/utent finali?

Iż-żewġ impenni bil-miktub għandhom jiġu inklużi fil-manwali tal-konformità għall-persunal ta’ esportazzjoni/kontroll tat-trasferimenti u għandhom ikunu mgħarrfa wkoll lill-impjegati kollha kkonċernati minn kontrolli ta’ esportazzjoni/trasferimenti (eż. dipartiment tal-bejgħ …).

9 (2) (d) u 9 (2) (e)

Sa issal-impriża kkonformat mar-regolamenti ta’ esportazzjoni/kontroll tat-trasferimenti?

L-impriża għandu jkollha storja ta’ konformità mar-regolamenti ta’ kontroll tal-esportazzjoni/trasferimenti.

9 (2) (a)

Qegħdin jiġu pprovduti manwali ta’ konformità u dawn qegħdin jinżammu aġġornati għal persunal ta’ esportazzjoni/kontroll tat-trasferimenti?

Il-manwali ta’ konformità għall-użu u l-gwida għall-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni/trasferiment għandhom ikunu disponibbli, għallinqas f’verżjoni elettronika (pereżempju, fuq l-intranet tal-impriża).

Dawk il-manwali għandu jkun fihom il-proċeduri operattivi u organizzattivi li għandhom jiġu segwiti mill-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni/trasferiment.

Il-persunal ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment għandu jiġi informat minnufih bl-emendi għall-manwal li japplikaw għad-dmirijiet tagħhom kif ukoll bid-dħul fis-seħħ tagħhom.

9 (2) (f)

2.

Katina ta’ responsabbiltà

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-katina ta’ responsabbiltà għall-esportazzjonijiet u t-trasferimenti fl-impriża tiegħek.

Ir-responsabbiltà għall-kontroll fil-konformità fl-esportazzjoni/trasferiment għandha tkun stipulata bil-miktub. L-appoġġ bil-miktub li jiddeskrivi l-katina ta’ responsabbiltà (bħar-rekords jew ċarts tal-organizzazzjoni) għandhom jinżammu aġġornati.

Id-deskrizzjoni għandha tipprovdi dettall dwar id-delegi ta’ responsabbiltà u r-rutini addottati f’sitwazzjonijiet meta l-eżekutur anzjan imsemmi fl-Artikolu 9 (2) (c) tad-Direttiva 2009/43/KE jkun assenti.

9 (2) (f)

Deskrizzjoni bħal din hija dejjem aċċessibbli għall-awtorità kompetenti?

L-għarfien dwar il-katina ta’ responsabbiltà għandu dejjem ikun aċċessibbli b’mod faċli għall-awtorità kompetenti mhux biss fil-fażi tal-applikazzjoni iżda wkoll għal żjarat sussegwenti ta’ monitoraġġ dwar il-konformità u tal-konformità.

9 (2) (f)

F’liema parti tal-impriża tiegħek jinsab il-maniġment tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti?

Jekk il-maniġment ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti jkunx organizzat jew le f’kull unità ta’ trasport bil-baħar, fis-sede prinċipali jew bħala dipartiment ta’ kontroll ta’ esportazzjoni separat għandu jkun jiddependi fuq id-daqs u l-istruttura tal-impriża.

9 (2) (f)

Kif jinteraġġixxi l-persunal tal-kontroll ta’ esportazzjoni/trasferimenti ma’ funzjonijiet oħrajn fl-impriża?

Il-personal ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti għandu jkun protett kemm jista’ jkun minn konflitti ta’ interess. Huwa għandu jkollu s-setgħa li jwaqqaf tranżazzjoni.

9 (2) (f)

Kif inhi organizzata r-relazzjoni bejn il-persunal ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferimenti u l-eżekutur anzjan, pereżempju, il-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni?

Il-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni għandu jirrapporta direttament lejn l-eżekutur anzjan jekk ikun jeħtieġ awtorità biex tkun imwaqqfa tranżazzjoni.

9 (2) (f)

Jekk jogħġbok indika r-responsabbiltajiet l-oħra tal-eżekutur anzjan li kien maħtur li jkun personalment responsabbli għat-trasferimenti u l-esportazzjonijiet.

L-eżekutur/eżekutriċi anzjan/a għandu/għandha jkun/tkun parti mill-maniġment ta’ fuq. Il-pożizzjoni tiegħu/tagħha ma għandhiex tippreżenta konflitt ta’ interess (perżempju huwa/hija ma għandux/għandhiex ikun/tkun ukoll kap tal-bejgħ …).

9 (2) (c) u (f)

3.   

Verifiki interni

(a)

Spezzjoni każwali

Kemm isiru spiss l-ispezzjonijiet każwali?

L-ICP u l-proċeduri operattivi ta’ kuljum għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli każwali (mhux mistennija).

9 (2) (f)

(b)

verifiki interni

Kemm huma frekwenti l-verifiki interni?

Idealment, darba fis-sena u, mill-inqas, kull tliet snin.

9 (2) (f)

X’perċentwali tal-esportazzjonijiet/trasferimenti huwa soġġett għall-iċċekkjar?

Jiddependi min-numru ta’ esportazzjonijiet/trasferimenti, mill-inqas 1 % u massimu mistenni ta’ 20 %. Il-proporzjon jista’ jvarja kull darba li ssir verifika.

Min jagħmel dan l-iċċekkjar?

It-tweġibiet possibbli għandhom ikunu fost dawn li ġejjin:

Xi ħadd anzjan fil-katina tar-responsabbiltà għall-kontrolli tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti;

Il-maniġer tal-kwalità;

Il-maniġer tal-finanzi jew l-uffiċjal li jżomm il-kontijiet;

Xi ħaddieħor mill-maniġment tan-nofs jew pożizzjoni ogħla li jkun pass jew aktar distakkat mix-xogħol ta’ kuljum tat-tim tal-esportazzjoni/tat-trasferiment.

X’mistoqsijiet ikopru dawn il-verifiki?

Il-verifiki għandhom jipprovdu tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin:

Il-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni li huma fis-seħħ qed ikunu rispettati?

Il-proċeduri huma fis-seħħ u aġġornati biex ikun assigurat li jkun hemm konformità mar-regolamenti kollha tal-esportazzjoni u t-trasferimenti?

Isir taħriġ regolari dwar l-għarfien?

Ir-rekords huma disponibbli mal-ewwel?

Ir-rekords huma komprensivi?

Ir-rekords ikopru l-aspetti relevanti kollha tal-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment, u l-prodotti jibqgħu fl-Istat Membru?

Hija disponibbli l-informazzjoni fuq il-ħajja tal-prodotti relevanti mis-sors sad-destinazzjoni?

(c)

ippjanar, effettività u segwitu tal-verifiki

Kif ikun żgurat li ssir verifika ta’ medda rappreżentattiva ta’ konsenji bil-baħar?

Għallinqas konsenja waħda bil-baħar jew destinazzjoni waħda għal kull klijent għandha tiġi vverifikata għal kull proġett.

9 (2) (f)

L-impriża tistabbilixxi programm ta’ verifika interna?

Għandu jiġi stabbilit programm ta’ verifika interna li jiżgura li għandha tiġi vverifikata firxa rappreżentattiva ta’ konsenji bil-baħar.

In-nuqqas ta’ konformità żvelat minn verifiki interni huwa kkoreġut sistematikament? Qiegħda tinżamm traċċa ta’ tali azzjonijiet?

L-impriża għandha tirreġistra b’mod ċar kwalunkwe okkorrenza suspettata ta’ nuqqas ta’ konformità identifikata mill-verifiki interni, il-miżuri rakkomandati biex jikkoreġu okkorrenza bħal din u analiżi tal-effittività ta’ dawk il-miżuri korrettivi dwar il-konformità.

4.   

Tqajjimtal-għarfienġenerali

4.1.

Proċeduri operattivi u organizzattivi

Kif inhuma mfasslin il-proċessi interni tal-impriża sabiex jiżdied l-għarfien ġenerali u jiġu mminimizzati r-riskji relatati mal-kontrolli tal-esportazzjoni/trasferiment?

Proċeduri operattivi u organizzattivi għandhom jiġu stabbiliti bil-miktub u għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet u linji gwida dwar dan li ġej:

il-proċess ġenerali tal-esportazzjoni/tat-trasferiment mill-wasla ta’ ordni, l-analiżi tal-applikabbiltà tar-regolamenti tal-esportazzjoni/tat-trasferiment, konformità mar-regolamenti relevanti tal-esportazzjoni/tat-trasferiment u l-konsenja bil-baħar jew trasmissjoni (kontroll tal-konformità finali jrid isir qabel kull konsenja bil-baħar jew trażmissjoni);

il-monitoraġġ tal-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja

l-interazzjoni mal-partijiet esterni, u f’ċerti każijiet, ma’ dipartimenti interessati oħrajn fl-impriża, bħad-dipartiment legali u tal-bejgħ;

il-koordinazzjoni tal-impjegati kollha involuti fi jew b’xi mod ikkonċernati mill-esportazzjoni/mill-kontrolli ta’ esportazzjoni (eż. persunal tal-bejgħ għandu jingħata struzzjoni biex jinforma lill-persunal ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment bi kwalunkwe dubju, u għandu jiġi infurmat li l-ipproċessar ta’ ordni jista’ jseħħ biss ladarba tkun ġiet ikklerjata mill-persunal ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment);

il-koordinazzjoni u l-iskambju possibbli ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti (eż.: rapportar possibbli ta’ ordnijiet ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, eżistenza possibbli ta’ politika ta’ żvelar voluntarju…).

9 (2) (f)

4.1.1.   

Proċeduri operattivi u organizzattivi: fażi ta’ qabel il-ħruġ ta’ liċenzji (1)

(a)

Sanzjonijiet

Kif tista' l-impriża tqis is-sanzjonijiet?

Fil-każ fejn ikun ippjanat li konsenja bil-baħar tintbagħat lejn destinazzjoni b’sanzjonijiet, għandu jkun hemm regoli stabbiliti sabiex ikunu vverifikati r-regolamenti relevanti tas-sanzjonijiet. Verifika bħal din għandha għallinqas tinkludi:

il-projbizzjonijiet fuq il-provvista mdaħħlin fis-seħħ bir-regolament dwar is-sanzjonijiet;

il-klassifikazzjoni tal-prodotti li għandhom jiġu kkonsenjati bil-baħar kontra l-lista ta’ sanzjonijiet tal-prodotti;

ir-rekwiżiti addizzjonali dwar il-liċenzjar għal ċerti servizzi, bħal għajnuna teknika.

9 (2) (f)

(b)

Listi ta’ sanzjonijiet

L-impriża kif tqis il-listi ta’ sanzjonijiet?

L-ismijiet u l-identitajiet tal-persuni legali u naturali li għandhom jingħataw għandhom jiġu kkontrollati kontra l-listi ta’ sanzjonijiet relevanti.

9 (2) (f)

Meta ssir tfittxija għal identità fuq il-lista tas-sanzjonijiet, liema livell (jew perċentwal) ta’ ċertezza li nstabet taqbila huwa meħtieġ sabiex din titqies bħala taqbila (“hit”)? Liema proċeduri huma segwiti meta tinstab taqbila għal isem?

Struzzjonijiet proċedurali għandhom ikunu ġew stabbiliti bil-miktub, li jagħtu fid-dettall kemm huwa probabbli li l-qbil u “hits” għandhom jiġu indirizzati (pereżempju, meta tinstab taqbila, dan għandu jiġi rrapportat lill-awtorità kompetenti).

(c)

Kontroll ta’ prodotti elenkati (prodotti soġġetti għal liċenzja minħabba l-inklużjoni tagħhom f’lista ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment)

Mistoqsijiet dwar il-proċessi interni li jiżguraw li prodott elenkat ma jiġix esportat jew ittrasferit mingħajr liċenzja:

9 (2) (f)

(1)

Hemm sistema elettronika ta’ pproċessar tad-dejta fis-seħħ sabiex tirreġistra l-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaslu jew li jiġu mmanifatturati mill-impriża?

Il-klassifikazzjoni tal-prodotti għandha tiġi rreġistrata f’sistema elettronika ta’ pproċessar ta’ dejta (biss jekk diġà teżisti). Tibdil fil-listi ta’ kontroll għandu jiġi rrapportat minnufih fis-sistema.

(2)

Kif inhuma kklassifikati u rrekordjati l-prodotti kollha li huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ liċenzjar, u min huwa responsabbli għal dan? Liema proċessi huma fis-seħħ sabiex ikun żgurat li l-klassifikazzjoni tal-prodotti tinżamm aġġornata, u dan kif inhu ddokumentat?

Il-persunal ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment għandu jkun responsabbli għall-irrekordjar u għall-klassifikazzjoni tal-prodotti, jekk ikun hemm bżonn, f’konsultazzjoni ma’ esperti tekniċi.

(3)

Kif inhuma vvalutati l-użu finali mir-riċevitur u l-kredibbiltà tiegħu?

Il-personal ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment għandu jkun responsabbli għall-ivverifikar tal-kredibbiltà tar-riċevituri, b’attenzjoni speċjali tingħata għall-użu finali u għar-riskju ta’ diverżjoni.

Jekk il-persunal ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment jiġi infurmat li r-riċevitur kiser ir-regolamenti ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment, huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti. Verifika tal-bona fede tar-riċevitur hija importanti b’mod speċjali f’każijiet fejn il-klijent huwa ġdid jew fejn l-identità tal-klijent mhijiex ċara jew fejn ikun hemm dubji fuq l-użu finali ddikjarat (eż.: ordni fi kwantitajiet mhux normali, rotot ta’ transitu speċjali u mhux normali mitlubin mir-riċevitur …).

(d)

Trasferiment intanġibbli tat-teknoloġija

L-impriża kif tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti intanġibbli tat-trasferiment tat-teknoloġija (ITT) (eż., e-mail u aċċess għall-intranet minn barra)?

L-impriża għandha tkun ħarġet struzzjonijiet ċari u bil-miktub fir-rigward tal-ITT fuq e-mail, faks, intranet jew Internet.

L-għoti jew it-trasferiment tat-teknoloġija ma għandux iseħħ sakemm ma tkunx saret analiżi tal-liċenzjabbiltà tagħha, u jekk liċenzjabbli, sakemm ma jkunx hemm liċenzja li tippermetti t-trasferiment.

9 (2) (f)

(e)

Assistenza teknika

L-impriża kif tassigura li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-assistenza teknika?

Il-proċedura tal-konformità rigward l-assistenza teknika għandha tkun fis-seħħ:

għal viżitaturi/impjegati barranin;

għal impjegati (pereżempju tekniċi) barra l-pajjiż;

għal konferenza, seminars b’parteċipanti barranin jew meta jkunu organizzati barra l-pajjiż.

9 (2) (f)

4.1.2.

Il-proċeduri operattivi u organizzativi: il-fażi tal-liċenzjar

L-impriża kif tassigura li hija tagħmel applikazzjonijiet tal-liċenzji sħaħ u kompluti?

L-impriża għandha tkun mgħammra biex tkun konformi bis-sħiħ mal-proċess tal-applikazzjoni tal-liċenzja u l-proċeduri li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita.

9 (2) (f)

4.1.3

Il-proċeduri operattivi u organizzatttivi: wara l-fażi tal-liċenzjar

Liema huma l-proċeduri interni li jassiguraw konformità mal-kundizzjonijiet tal-liċenzja?

Verifika finali tar-rekwiżiti ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferiment għandha ssir qabel il-konsenja finali bil-baħar biex ikun assigurat li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja huma ssodisfati.

9 (2) (f)

4.2.

Ħidma biex tqajjem għarfien u taħriġ għall-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni

X’informazzjoni hija disponibbli għall-impjegati kollha kkonċernati mill-kontrolli tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti u għall-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti?

Kollha kemm huma għandu jkollhom aċċess għall-proċeduri organizzattivi u operattivi msemmija hawn fuq marbuta mal-kontrolli tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti.

Dawk il-proċeduri operattivi u organizzattivi għandhom ikunu rreġistrati u aġġornati f’konformità mal-manwali disponibbli għall-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti.

Il-proċeduri operattivi u organizzattivi għandhom jinkludu deskrizzjoni ċara tal-proċess ta’ konformità tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti, mill-wasla tal-ordni, il-verifika tal-konformità mar-regolamenti relevanti tal-esportazzjoni/tat-trasferimenti sal-konsenja finali bil-baħar jew it-trażmissjoni finali.

9 (2) (f)

Kemm jiġi aġġornat ta’ spiss l-għarfien tal-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni?

Dan għandu jseħħ meta jsir tibdil fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjoni u fil-proċeduri iżda b’minimu ta’ mill-inqas darba fis-sena. Barra l-aġġornamenti annwali ta’ taħriġ ġenerali, huwa rakkomandat li l-kummentarji fuq il-leġiżlazzjoni ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferiment kif ukoll il-ġurnali u r-rivisti professjonali, fejn jeżistu, għandhom ikunu disponibbli wkoll.

Kif jiġi aġġornat l-għarfien tal-persunal ta’ kontroll tal-esportazzjoni/tat-trasferiment?

Taħriġ permezz ta’ diversi għodod li jinkludu:

Seminars esterni;

Abbonamenti għal sessjonijiet ta’ informazzjoni offruti minn awtoritajiet kompetenti;

Avvenimenti ta’ taħriġ, esterni jew onlajn.

5.

Is-sigurtà fiżika u teknika

Is-sigurtà tal-kumpanija tiegħek hija akkreditata minn korp tal-Gvern xieraq? Jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

Kull Ministeru nazzjonali tad-Difiża jew organizzazzjoni simili huwa mistenni li jkun jeħtieġ xi miżura tas-sigurtà fejn l-impriża tkun qed taħdem f’isimhom. Il-fatt sempliċi li l-impriża tkun akkreditata għas-sigurtà b’xi mod jista’ jkun biżżejjed.

9 (2) (f)

Jekk ma hemm ebda akkreditazzjoni uffiċjali ta’ sigurtà bħal din, liema miżuri tas-sigurtà huma fis-seħħ sabiex jagħmlu rekords u proċeduri ta’ esportazzjoni/trasferimenti siguri?

Il-bini għandu jkun magħluq għal kollox b’sies. Id-dħul għandu jkun jissakkar u kkontrollat. Il-bini għandu jkun skont sorveljanza kostanti, anki matul sigħat mhux ta’ xogħol. Jista’ jkun hemm daħla separata għal kunsinni u ġbir, ‘l bogħod miż-żona ta’ produzzjoni prinċipali.

9 (2) (f)

Liema huma l-miżuri ta’ sigurtà fir-rigward tas-softwer u teknoloġija?

Is-sistema għandha tkun protetta b’password u magħmula sikura b’firewall. In-netwerk tal-impriża huwa protett kontra aċċess mhux awtorizzat.

Għandu jkun hemm kontroll fuq l-apparat elettroniku (laptops, assistenti diġitali personali, eċċ) li jittieħed lil hinn mis-sit jew lejn pajjiżi oħrajn u fuq emails mibgħuta bħala parti minn proġett u f’ċirkostanzi oħrajn.

9 (2) (f)

6.

Żamma ta’ rekords u traċċabbiltà ta’ esportazzjonijiet u trasferimenti

Kif tipproponi li żżomm ir-rekords tal-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni mgħoddija lilek mill-fornitur tal-prodotti?

L-impriżi għandhom jinkludu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

Fowlder tal-fajls elettroniċi jew emails;

Fowlders ibbażati fuq proġetti;

Fowlders ibbażati fuq fornituri;

Fowlders separati għal limitazzjonijiet;

Fuq sistema ta’ ordnijiet.

9 (2) (f)

Inti, kif se tirrelata l-limitazzjonijiet fuq it-trasferimenti jew l-esportazzjonijiet sussegwenti?

Tweġibiet possibbli għandhom jinkludu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

Fajl elettroniku jew fowlder tal-emails li jkun fih informazzjoni dwar l-informazzjoni u movimenti sussegwenti;

Bħala parti minn sistema ta’ ġestjoni tan-negozju;

Fowlders ibbażati fuq proġetti jew fornituri fejn l-informazzjoni kollha tinżamm flimkien;

Sistema ta’ fajling simili għas-sistema ta’ fowlders.

9 (2) (f)

Dawn ir-rekords, kif inhuma disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti?

Għandu jkun possibbli li r-rekords jkunu magħmulin disponibbli b’mod elettroniku – uħud jista’ jkollhom bżonn ta’ żjara fuq il-post jekk ikun hemm bżonn ta’ aċċess għal intranets sikuri iżda wħud jista’ jkollhom bżonn jiġu ttrasferiti għal kontrolli remoti;

Ir-rekords jistgħu jkunu disponibbli wkoll bħala kopja stampata u xi wħud minnhom jistgħu jiġu skennjati, pereżempju għal kontrolli remoti.

9 (2) (f)

(1)  L-għan tal-fażi ta’ qabel il-ħruġ ta’ liċenzji huwa li jistabbilixxi jekk l-impriża hijiex milquta minn kontrolli għall-esportazzjoni/trasferiment, jiġifieri, jekk ir-regolamenti ta’ kontroll ta’ esportazzjoni/trasferiment humiex relevanti fir-rigward tal-attivitajiet u tranżazzjonijiet tal-impriża u, għaldaqstant, jekk hemmx rekwiżit ta’ liċenzjar għal dawk it-tranżazzjonijiet. Il-mira hija li jkun identifikat u analizzat kemm jista’ jkun kmieni possibbli jekk hemmx xi riskju għall-kontroll tal-esportazzjoni/trasferiment, u sabiex tiġi implimentata kwalunkwe miżura relevanti meħtieġa, pereżempju, sabiex issir applikazzjoni għal liċenzja jew sabiex liċenzja ġenerali tintuża b’mod xieraq.

ANNESS II

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT STANDARD

Image

Test ta 'immaġni

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/75

RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Jannar 2011

li tistabbilixxi linji gwida għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, il-prodotti bijoċidali u l-prodotti mediċinali veterinarji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/25/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-distinzjoni bejn materjali tal-għalf, l-addittivi tal-għalf u prodotti oħra bħall-mediċini veterinarji għandha implikazzjonijiet għall-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bħal dawn, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli,

(2)

L-operaturi kummerċjali tal-għalf u l-awtoritajiet ta’ kontroll nazzjonali kompetenti ta’ spiss jiġu kkonfrontati b’mistoqsijiet dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti, li tista’ tipperikola t-tqegħid fis-suq tal-għalf fl-Unjoni Ewropea kollha.

(3)

Sabiex jiġu evitati l-inkonsistenzi fit-trattament ta’ prodotti bħal dawn, biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u biex l-operaturi ekonomiċi interessati jiġu ffaċilitati jaġixxu f’qafas li jipprovdi livell xieraq ta’ ċertezza legali, għandhom ikunu stabbiliti linji gwida li ma jorbtux għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, l-addittivi tal-għalf u tipi oħra ta’ prodotti.

(4)

Il-miżuri previsti f’din ir-rakkomandazzjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, l-addittivi tal-għalf u tipi oħra ta’ prodotti, għandhom jitqiesu l-linji gwida stipulati fl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

ANNESS

IL-LINJI GWIDA GĦAD-DISTINZJONI BEJN IL-MATERJALI TAL-GĦALF, L-ADDITTIVI TAL-GĦALF U PRODOTTI OĦRA

Dawn il-linji gwida huma maħsuba biex jgħinu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-operaturi kummerċjali tal-għalf jinfurzaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni rilevanti.

Dawn huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-qafas leġiżlattiv li jirregola t-tipi differenti ta’ prodotti kkonċernati, b’mod partikolari d-definizzjonijiet ta’ dawn il-prodotti pprovduti fihom, sabiex jiġu identifikati indikazzjonijiet għal distinzjoni bejn it-tipi ta’ prodotti.

Għal kull prodott, il-kriterji proposti għad-distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ prodotti m’għandhomx jiġu applikati sussegwentement iżda simultanjament sabiex joħolqu profil għal kull prodott speċifiku waqt li jitqiesu l-karatteristiċi kollha tiegħu. L-ebda wieħed mill-kriterji ma’ jista’ jintuża esklussivament jew jieħu preċedenza fuq kriterju ieħor.

L-analoġija ma’ prodotti oħra ma’ tistax tintuża bħala kriterju diskriminatorju iżda tista’ tgħin biex tiġi rreveduta deċiżjoni li diġà tkun saret bbażata fuq l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti. Madankollu, tista’ tintuża wkoll biex tiġi vverifikata l-konsistenza.

1.   Leġiżlazzjoni dwar l-għalf

1.1.   Testi legali

Id-definizzjonijiet li ġejjin jistgħu jinsabu fil-leġiżlazzjoni rilevanti:

L-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (1):

“għalf”: kull sustanza jew prodott, inklużi addittivi, sew jekk ipproċessati, parzjalment ipproċessati jew mhux ipproċessati maħsuba biex jintużaw għat-tmiegħ mill-ħalq lill-annimali;

B’segwitu għal din id-definizzjoni wiesgħa dwar l-għalf, il-premessa 3 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tiddikjara li “l-għalf jista’ jkun f’forma ta’ materjali tal-għalf, għalf kompost, addittivi tal-għalf, taħlitiet imħejjija minn qabel jew prodotti medikati għall-għalf tal-annimali.”

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009;

“materjali tal-għalf”: prodotti li joriġinaw mill-ħxejjex jew l-annimali, li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali, fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippriżervati, u prodotti li ġejjin mill-ipproċessar industrijali tiegħu, u sustanzi organiċi u inorganiċi, kemm jekk fihom addittivi tal-għalf u kemm jekk le, li huma maħsuba għall-użu bħala għalf mitmugħ lill-annimali mill-ħalq jew direttament bħala tali jew wara l-ipproċessar, jew fil-preparazzjoni tal-għalf kompost, jew bħala ġarriera ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel;

“ġarrier”: sustanza użata biex tħoll, tnaqqas il-konċentrazzjoni jew xort’oħra timmodifika fiżikament addittiv tal-għalf sabiex tiffaċilita l-immanniġġar, l-applikazzjoni jew l-użu tiegħu mingħajr ma tibdel il-funzjoni teknoloġika tiegħu u mingħajr ma toħloq l-ebda effett teknoloġiku hija nfisha;

“għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari”: għalf li jista’ jissodisfa skop ta’ nutrizzjoni partikolari permezz tal-kompożizzjoni partikolari jew il-metodu ta’ manifattura tiegħu, li jiddistingwih b’mod ċar mill-għalf ordinarju. L-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari ma jinkludix materjali tal-għalf medikati fit-tifsira tad-Direttiva 90/167/KEE;

“alimentazzjoni tal-annimali mill-ħalq”: l-introduzzjoni ta’ għalf fil-passaġġ gastrointestinali tal-annimal mill-ħalq bil-għan li jintlaħqu l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimal u/jew tinżamm il-produttività ta’ annimali normalment b’saħħithom;

L-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 (2):

“addittivi tal-għalf”: is-sustanzi, il-mikroorganiżmi jew il-preparazzjonijiet, għajr il-materjal tal-ikel u l-għalf u t-taħlitiet lesti minn qabel, li jkunu miżjuda apposta mal-għalf jew l-ilma biex iwettqu, b’mod partikolari, waħda mill-funzjonijiet jew aktar enumerati fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament;

(a)

jaffettwa tajjeb il-karatteristiċi tal-għalf,

(b)

jaffettwa tajjeb il-karatteristiċi tal-prodotti tal-annimali,

(c)

jaffettwa tajjeb il-kulur ta’ ħut u għasafar ornamentali,

(d)

jilħaq l-bżonnijiet tal-ikel tal-annimali,

(e)

jaffettwa tajjeb il-konsegwenzi ambjentali tal-produzzjoni tal-annimali,

(f)

jaffettwa tajjeb il-produzzjoni, it-turija u s-saħħa, l-aktar billi jaffettwa l-batterja gastrointestinali jew id-diġestibbiltà tal-materjali li jinħadmu fl-ikel u l-għalf, jew

(g)

ikollu effett koċċidijostatiku jew istomonostatiku.

L-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003:

“għajnuniet ta’ pproċessar”: kull sustanza li minnha nfisha ma tkunx ikkunsmata bħala materjal li jinħadem fl-għalf użat apposta fl-ipproċessar tal-materjali li jinħadmu għall-għalf jew materjali tal-għalf biex din twettaq għan teknoloġiku matul it-trattament jew l-ipproċessar li jista’ jwassal għall-preżenza mhix maħsuba, iżda li ma tistax tkun evitata [teknoloġikament], ta’ residwu tas-sustanza jew tad-derivattivi tagħha fil-prodott finali, sakemm dawn ir-residwi ma jkollhomx effett kuntrarju fuq is-saħħa tal-annimal, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u ma jkollhom l-ebda effetti teknoloġiċi fuq l-għalf li jkun lest;

Barra minn hekk, il-Premessa 11 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tgħid kif ġej: “(…). Il-materjali tal-għalf huma primarjament użati għal-ħtiġijiet tal-annimali, pereżempju, għall-enerġija, in-nutrijenti, il-minerali jew il-fibri djetetiċi. Dawn normalment ma jkunux definiti sew kimikament għajr għall-kostitwenti nutrizzjonali bażiċi. Effetti li jistgħu jkunu ġustifikati permezz ta’ valutazzjoni xjentifika u li huma esklussivi għall-addittivi tal-għalf jew mediċini veterinarji għandhom jiġu esklużi mill-użijiet oġġettivi ta’ materjali tal-għalf. (…)”

1.2.   Konsegwenzi għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf u l-addittivi tal-għalf

1.2.1.   Derivazzjoni mit-testi legali

    “Addittivi tal-għalf huma sustanzi (…) ħlief materjal ieħor tal-għalf”. Prodott ma jistax ikun materjal tal-għalf u addittiv tal-għalf fl-istess ħin.

   “Il-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimali”: Mhux possibbli li tiġi indikata lista eżawrjenti tal-elementi rilevanti iżda l-karatteristiċi li ġejjin tal-materjali tal-għalf jistgħu jitqiesu bħala l-iktar importanti:

(a)

biex jissupplixxu l-enerġija, in-nutrijenti, il-minerali jew il-fibra djetetika u

(b)

biex iżommu b’saħħitha l-funzjoni tal-passaġġ intestinali

    “L-għan prinċipali huwa li l-ħtiġijiet tal-annimali jintlaħqu” u “jintużaw primarjament biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-annimali”: Minbarra l-funzjoni primarja normali tat-twassil tan-nutrijenti lill-annimal, il-materjali tal-għalf jistgħu jkollhom għanijiet oħra, per eżempju jekk jintużaw bħala ġarriera jew jekk ma jkunux diġestibbli fil-passaġġ intestinali tal-annimali. Dan huwa f’konformità mal-għanijiet ta’ “alimentazzjoni tal-annimali mill-ħalq” (“li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-annimal u/jew ż-żamma tal-produttività ta’ annimali normalment b’saħħithom”) li jikkorrespondu għall-użu intenzjonat skont id-definizzjoni ta’ “għalf”.

1.2.2.   Kriterji li jridu jitqiesu simultanjament f’evalwazzjoni każ każ

—   Metodu tal-produzzjoni u pproċessar – definizzjoni kimika u livell ta’ standardizzjoni jew purifikazzjoni: Il-prodotti ta’ oriġini veġetali jew mill-annimali fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippreżervati, u prodotti ġejjin mill-ipproċessar sempliċi tagħhom, kif ukoll sustanzi organiċi jew inorganiċi jistgħu jitqiesu materjali tal-għalf (eż aċidi grassi jew karbonat tal-kalċju). Sustanzi ddefiniti sew kimikament li huma ppurifikati u jagħtu ċertu livell ta’ standardizzazzjoni ggarantita mill-manifattur jistgħu jikkwalifikaw bħala addittivi tal-għalf (eż żejt aromatiku estratt speċifikament minn materjal tal-pjanti). Madankollu, ċerti materjali tal-għalf huma sustanzi ddefiniti sew kimikament u standardizzati (eż. sukrożi). Min-naħa l-oħra, prodotti naturali minn pjanti sħaħ u partijiet minnhom jew prodotti tagħhom li jirriżultaw minn pproċessar fiżiku limitat bħal tgħaffiġ, tħin jew tnixxif huma ddefiniti bħala materjali tal-għalf.

—   Sikurezza u kif jintużaw: Jekk għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali jew tal-bniedem ikun neċessarju li jiġi stabbilit kontenut massimu tal-prodott fir-razzjon ta’ kuljum il-prodotti jikkwalifikaw għall-klassifikazzjoni bħala addittivi. Madankollu, għal ċerti materjali tal-għalf japplikaw ukoll ir-rati massimi ta’ inklużjoni. L-istatus tal-addittivi tal-għalf jista’ joffri firxa aħjar għall-ġestjoni effettiva tal-prodott f’termini ta’ stabbilita, omoġeneità u fir-rigward tad-dożaġġ żejjed. L-addittivi tal-għalf huma normalment użati f’rati baxxi ta’ inkorporazzjoni. Madankollu, bosta materjali tal-għalf, bħal imluħ minerali, jintużaw ukoll b’rati baxxi ta’ inkorporazzjoni fir-razzjon tal-għalf.

—   Funzjonalità: L-addittivi tal-għalf huma ddefiniti bil-funzjonijiet tagħħom kif stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Madankollu, dawn il-funzjonijiet mhumiex esklużivi għal addittivi tal-għalf. Għalhekk, materjal tal-għalf jista’ jeżerċita wkoll funzjoni ta’ addittiv (eż bħala aġent li jgħaqqad) iżda dan m’għandux ikun l-uniku użu intenzjonat.

2.   Prodotti Bijoċidali

2.1.   Testi legali

Id-definizzjonijiet jistgħu jinsabu fil-leġiżlazzjoni rilevanti:

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 98/8/KE (3).

“prodotti bijoċidali”: Is-sustanzi attivi u t-tħejjijiet li jkun fihom sustanza attiva jew aktar, esibiti fil-għamla li fiha jkunu forniti lill-utent, maħsuba sabiex jeqirdu, igerrxu, jirrendu bla ħsara, jipprevjienu l-azzjoni, jew jeżerċitaw xorta oħra kontroll effettiv fuq kull organiżmu ta’ perikolu b’mezzi kimiċi jew bijoloġiċi;

“sustanza attiva”: sustanza jew mikroorganiżmu, inkluż mikrobu jew fungu, li jkollhom azzjoni ġenerali jew speċifika fuq jew kontra organiżmi ta’ ħsara;

“organiżmu ta’ ħsara”: kull organiżmu li għandu preżenza mhux mixtieqa jew ta’ effett detrimentali fuq il-bniedem, l-attivitajiet tiegħu jew il-prodotti li juża jew jipproduċi, jew fuq l-annimali jew l-ambjent.

Il-Punt 1(a) tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

“priservattivi”: sustanzi jew, fejn ikun japplika, mikroorganiżmi li jkunu jipproteġu l-ikel kontra kull tagħriq li jkun ġie kkawżat bil-mikroorganiżmi jew il-metaboliti tagħhom;

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/8/KE jistipula li:

“Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti bijoċidali ddefiniti fl-Artikolu 2(1)(a) iżda għandhom jeskludu prodotti li huma ddefiniti jew li jidħlu fl-iskop tal-istrumenti li ġejjin għall-għanijiet ta’ dawn id-Direttivi:

(…)

(o)

id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f’għalf għall-bhejjem, id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali u d-Direttiva tal-Kunsill 77/101/KEE tat-23 ta’ Novembru 1976 dwar it-tqegħid fis-suq tal-għalf mhux imħallat,

(…)”.

L-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE fih lista eżawrjenti ta’ 23 tip ta’ prodott b’sett indikattiv ta’ deskrizzjonijiet f’kull tip, inklużi t-tipi ta’ prodotti rrelatati mal-għalf li ġejjin:

It-tip ta’ prodott 3: Il-prodotti bijoċidali ta’ iġjene veterinarja: Il-prodotti f’dan il-grupp huma prodotti bijoċidali wżati għall-iskopijiet tal-iġjene veterinarja inklużi l-prodotti wżati fiż-żoni fejn joqogħdu, jinżammu jew jiġu ttrasportati l-bhejjem.

It-tip ta’ prodott 4: Id-diżinfettanti taż-żona tal-ikel u tal-għalf Il-prodotti wżati għad-diżinfettazzjoni tat-tagħmir, tal-kontenituri, tal-oġġetti tat-tisjir għall-konsum, tal-uċuh jew tax-xogħol tal-pajpijiet assoċjati mal-produzzjoni, it-trasport, il-ħażna u l-konsum ta’ ikel, l-għalf jew ix-xorb (inkluż l-ilma tax-xorb) għall-bniedem u għall-annimali.

It-tip ta’ prodott 5: Id-diżinfettanti tal-ilma tax-xorb: Il-prodotti wżati għad-diżinfettazzjoni tal-ilma tax-xorb (kemm għall-bniedem kif ukoll għall-annimali).

It-tip ta’ prodott 20: Il-priservattivi tal-ikel jew ta’ ħażniet tal-ġwież [għalf]: Il-prodotti wżati għall-priservazzjoni tal-ikel jew għall-ħażniet tal-ġwież [għalf] bil-kontroll tal-organiżmi ta’ ħsara.

2.2.   Konsegwenzi għad-distinzjoni bejn l-għalf u l-prodotti bijoċidali

Bis-saħħa tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/8/KE, prodotti li huma ddefiniti jew li jaqgħu fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni tal-għalf, inklużi l-għajnuniet għall-ipproċessar, mhumiex prodotti bijoċidali iżda għandhom jitqiesu bħala għalf (Preċedenza tal-leġiżlazzjoni dwar l-għalf fuq il-leġiżlazzjoni dwar prodotti bijoċidali).

Prodotti fit-tipi ta’ prodotti 3 u 4, kif stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE, ma jitqiesux bħala għalf.

Madankollu, ċerti prodotti jistgħu jikkwalifikaw għat-tipi ta’ prodott 5 jew 20 u jistgħu jitqiesu wkoll bħala għalf, normalment addittivi tal-għalf. Minħabba l-preċedenza msemmija hawn fuq tal-leġiżlazzjoni dwar l-għalf fuq il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti bijoċidali, prodotti bħal dawn għandhom jitqiesu bħala għalf. Il-prodotti li jippreservaw l-għalf jew l-ilma għall-annimali mhumiex prodotti bijoċidali. Jekk prodotti bħal dawn ikunu elenkati fit-tipi ta’ prodotti 5 jew 20, ma jkunux intiżi biex jiġu amministrati lill-annimali.

3.   Prodotti veterinarji mediċinali (VMPs)

3.1.   Testi legali

Id-definizzjonijiet li ġejjin jistgħu jinsabu fil-leġiżlazzjoni rilevanti:

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/82/KE (4):

“prodott mediċinali veterinarju”:

(a)

kull sustanza jew għaqda ta’ sustanzi magħmula biex ikun ittrattat jew evitat mard fl-annimali; jew

(b)

kull sustanza jew għaqda ta’ sustanzi li tista’ tkun somministrata lill-annimali bil-ħsieb li ssir dijanjożi medika jew li terġa tagħti, issewwi jew timmodifika l-funzjonijiet fiżjoloġiċi billi teżerċità azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika, jew biex tagħmel dijanjożi medika.

“għalf medikat”: kull taħlita ta’ prodott jew prodotti mediċinali veterinarji u ikel [għalf] jew ikliet [għalf] lesti għat-tqegħid fis-suq u maħsuba għat-tmigħ lill-annimali mingħajr aktar proċessar, minħabba l-proprjetajiet kurattivi jew preventivi tagħha jew proprjetajiet oħra bħala prodott mediċinali kopert bid-definizzjoni “prodott mediċinali veterinarju”.

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2001/82/KE jistipula li:

“Fkażi ta’ dubju, meta jittieħed kont tal-karatteristiċi kollha, u prodott jista jaqa” kemm taħt id-definizzjoni ta’ “prodott mediċinali veterinarju”; kif ukoll fid-definizzjoni ta’ prodott imsemmi f’leġislazzjoni oħra tal-Komunità, d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jgħoddu.

L-Artikolu 3(1) tal-istess Direttiva jipprevedi dan li ġej:

“Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)

għalf tal-annimali medikat kif imfisser fid-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE tas-26 ta’ Marzu 1990 li tistipula l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, id-dħul fuq is-suq u l-użu fil-Komunità ta’ prodotti tal-ikel [għalf] medikat;

(…)

(d)

kull addittivi koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem, meta jkunu inkorporati fl-għalf għall-annimali u għalf għall-annimali supplimentari skont dik id-Direttiva;

(…)”.

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jgħid kif ġej:

“It-tikkettar jew il-preżentazzjoni ta’ materjali tal-għalf u għalf kompost m’għandhomx jaffermaw li:

(a)

l-għalf ser jipprevjeni, jikkura jew ifejjaq xi marda, ħlief għall-koċċidjostati u ħistomonostati kif awtorizzat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003; madankollu, dan il-punt m’għandux japplika għal affermazzjonijiet li jikkonċernaw żbilanċi ta’ nutrizzjoni sakemm ma jkunx hemm sintomu patoloġiku assoċjat;

(…)”.

3.2.   Konsegwenzi għad-distinzjoni bejn l-għalf u l-VMPs

Jekk, wara li jitqiesu l-karatteristiċi kollha ta’ prodott mhux klassifikat, il-konklużjoni tkun li jista’ jkun VMP, għandu jitqies bħala VMP (preċedenza tal-leġiżlazzjoni dwar il-VMP fuq il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf, minbarra l-addittivi tal-għalf awtorizzati).

L-għalf medikat mhuwiex VMP iżda, skont il-premessa 3 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, forma ta’ għalf li fih pretaħlitiet medikati u huwa suġġett għal riċetta minn veterinarju.

Abbażi tad-definizzjoni ta’ “skop ta’ nutrizzjoni partikolari” (ara fil-punt 1.1 hawn fuq), il-linja ta’ demarkazzjoni bejn l-għalf u l-prodotti mediċinali veterinarji hija stabbilita. L-għanijiet nutrizzjonali partikolari bħal “appoġġ tal-funzjoni tal-fwied fil-każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-fwied”, “it-tnaqqis tal-formazzjoni tal-ġebla fil-bużżieqa tal-awrina” jew “tnaqqis tar-riskju tad-deni mill-ħalib” jistgħu jinkisbu mill-għalf.

(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(3)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(4)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.