ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2011.010.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 10

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 54
14ta' Jannar 2011


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 23/2011 tat-13 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 24/2011 tat-13 ta’ Jannar 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2011/14/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 97/556/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirrigwardja s-sistemi komposti tal-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar (ETICS) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 34)  ( 1 )

5

 

 

2011/15/UE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2010 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2010/31)

7

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 23/2011

tat-13 ta’ Jannar 2011

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

81,8

TN

120,5

TR

108,7

ZZ

103,7

0707 00 05

EG

158,2

JO

96,7

TR

86,3

ZZ

113,7

0709 90 70

MA

40,9

TR

127,8

ZZ

84,4

0805 10 20

EG

56,7

IL

67,1

MA

53,8

TR

70,7

ZA

56,7

ZZ

61,0

0805 20 10

MA

67,5

TR

79,6

ZZ

73,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

129,3

HR

46,1

IL

66,4

JM

106,9

MA

103,8

TR

73,4

ZZ

87,7

0805 50 10

TR

58,2

ZZ

58,2

0808 10 80

CA

99,7

CN

112,2

US

126,7

ZZ

112,9

0808 20 50

CN

49,8

US

120,5

ZZ

85,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


14.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 24/2011

tat-13 ta’ Jannar 2011

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 22/2011 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 9, 13.1.2011, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-14 ta’ Jannar 2011

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

64,59

0,00

1701 11 90  (1)

64,59

0,00

1701 12 10  (1)

64,59

0,00

1701 12 90  (1)

64,59

0,00

1701 91 00  (2)

60,43

0,00

1701 99 10  (2)

60,43

0,00

1701 99 90  (2)

60,43

0,00

1702 90 95  (3)

0,60

0,17


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

14.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Jannar 2011

li temenda d-Deċiżjoni 97/556/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirrigwardja s-sistemi komposti tal-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar (ETICS)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 34)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/14/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 13(4) tagħha,

Wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/556/KE tal-14 ta’ Lulju 1997 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għall-bini permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirrigwardja s-sistemi komposti tal-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar (ETICS) (2) tirreferi biss għall-prodotti fi ħdan l-ambitu tal-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej filwaqt li uħud minn dawk il-prodotti jistgħu wkoll ikunu koperti minn standards Ewropej armonizzati.

(2)

Id-Deċiżjoni 97/556/KE għandha għalhekk tiġi emendata sabiex tkun tapplika wkoll għall-prodotti li jaqgħu fl-ambitu tal-istandards armonizzati Ewropej li jkunu se jiġu elaborati mis-CEN,

ADDOTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 97/556/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità kif stabbilita fl-Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għal-linji gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej. Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità kif stabbilita fl-Anness III għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati Ewropej”.

2.

Ġie miżjud Anness III ġdid, kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

(2)  ĠU L 229, 20.8.1997, p. 14.


ANNESS

“ANNESS III

FAMILJA TAL-PRODOTT:

SISTEMI KOMPOSTI TAL-INSULAZZJONI TERMALI ESTERNA/SETTIJIET GĦALL-ILLIXXAR (1/1)

Sistemi tal-attestazzjoni ta’ konformità

Għall-prodott jew prodotti u l-użu jew l-użi intenzjonati msemmija hawn taħt, is-CEN hija mitluba li tispeċifika s-sistema ta’ attestazzjoni ta’ konformità li ġejja fl-istandards armonizzati relevanti Ewropej:

Prodott(i)

Użu/i intenzjonati

Livell(i) jew klassi(jiet)

(Reazzjoni għan-nar)

Attestazzjoni ta’ konformità sistema/i

Sistemi komposti tal-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar (ETICS)

F’ħitan esterni

Kwalunkwe

1

Sistema 1: Ara l-punt (i) tat-Taqsima 2 tal-Anness III għad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr testijiet ta’ awditjar ta’ kampjuni.

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-prestazzjoni ma jkollhiex għalfejn tkun determinata għal ċerta karatteristika, għaliex tal-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-l-ebda rekwiżit legali għal din it-tip ta’ karatteristika [ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi]. F’dawk il-każijiet, il-verifikazzjoni ta’ din it-tip ta’ karatteristika m’għandiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk ma jixtieqx jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.”


14.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/7


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-20 ta’ Diċembru 2010

li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro

(BĊE/2010/31)

(2011/15/UE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikoli 17 u 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 17 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), sabiex imexxi l-operat tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’ jiftaħ kontijiet għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, entitajiet pubbliċi u parteċipanti oħra tas-suq.

(2)

Skont l-Artikoli 21.1 u 21.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jista’ jaġixxi bħala aġent fiskali għal istituzzjonijiet, entitajiet, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, gvernijiet ċentrali, awtoritajiet reġjonali, lokali jew oħrajn pubbliċi, entitajiet oħra irregolati minn liġi pubblika, jew impriżi pubbliċi ta’ Stati Membri.

(3)

Skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (1), il-BĊE jista’ jaċċetta banek ċentrali bħala klijenti.

(4)

Qed issir referenza għall-Ftehim dwar il-Qafas tal-EFSF bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja, Société Anonyme (EFSF), kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata mwaqqfa fil-Lussemburgu, bl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro bħala l-azzjonisti tagħha. Il-Ftehim dwar il-Qafas tal-EFSF daħal fis-seħħ u sar jorbot fl-4 t’Awwissu 2010.

(5)

Skont il-Ftehim dwar il-Qafas tal-EFSF u konformi mal-liġijiet lokali tal-EFSF, l-EFSF għandu jipprovdi finanzjament fil-forma ta’ ftehim għall-faċilità ta’ self (minn hawn ’il quddiem il-‘Ftehim għall-Faċilità ta’ Self’) lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fejn dawn l-Istati Membri jinsabu f’diffikultajiet finanzjarji u jkunu daħlu f’memorandum ta’ ftehim mal-Kummissjoni Ewropea li jkun fih kundizzjonalità tal-politika.

(6)

L-Artikolu 3(5) tal-Ftehim dwar il-Qafas tal-EFSF jistipula illi l-iżburżar tas-self mogħti mill-EFSF lil Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro għandu jsir permezz tal-kontijiet tal-EFSF u tal-Istat Membru rilevanti li jkun qed jissellef li jkunu nfetħu mal-BĊE għall-finijiet tal-Fteħim għall-Faċilità ta’ Self. Deċiżjoni BĊE/2010/15 tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar l-amministrazzjoni ta’ self EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (2) tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-ftuħ ta’ kont ta’ flus kontanti mal-BĊE f’isem l-EFSF għat-tħaddim tal-Ftehim għall-Faċilità ta’ Self.

(7)

Ir-rimborż taħt il-Ftehim għall-Faċilità ta’ Self ser isir permezz ta’ kontijiet ta’ flus kontanti miftuħin mal-BĊE f’isem il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Istat Membru relevanti li qed jissellef.

(8)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-kontijiet ta’ flus kontanti li għandhom jinfetħu mal-BĊE f’isem il-BĊN tal-Istat Membru relevanti li qed jissellef għat-tħaddim tal-Ftehim dwar il-Faċilità tas-Self,

ADOTTA DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

Ftuħ ta’ kontijiet ta’ flus kontanti

Il-BĊE jista’, fuq talba tal-BĊN tal-Istat Membru li qed jissellef, jiftaħ kontijiet ta’ flus kontanti f’isem dan il-BĊN għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ Ftehim għal Faċilità ta’ Self (minn hawn ’il quddiem ‘kont ta’ flus kontanti ta’ BĊN’).

Artikolu 2

Aċċettazzjoni ta’ ħlasijiet fil-kontijiet ta’ flus kontanti

Kont ta’ flus kontanti ta’ BĊN għandu jintuża biss għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ Ftehim għal Faċilità ta’ Self.

Artikolu 3

Aċċettazzjoni ta’ istruzzjonijiet

Il-BĊE għandu, b’rabta ma’ kont ta’ flus kontanti ta’ BĊN, jaċċetta biss istruzzjonijiet mingħand il-BĊN li għandu l-kont.

Artikolu 4

Bilanċ ta’ kontijiet ta’ flus kontanti

Fl-ebda ħin m’għandu jkun hemm ammont fid-debitu tal-kont ta’ flus kontanti ta’ BĊN. Għalhekk, ebda ħlasijiet m’għandhom isiru minn dawn il-kontijiet minbarra l-ammonti li hemm fil-kreditu ta’ dawn il-kontijiet.

Artikolu 5

Remunerazzjoni

Il-BĊE għandu jħallas imgħax fuq il-bilanċ overnight fil-kreditu ta’ kont ta’ flus kontanti ta’ BĊN f’ammont ekwivalenti għar-rata applikabbli tal-faċilità tad-depożitu tal-BĊE fuq bażi attwali/360.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71.

(2)  ĠU L 253, 28.9.2010, p. 58