ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2011.006.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 54 |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
11.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 14/2011
tal-10 ta’ Jannar 2011
li japprova emendi mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Limone di Sorrento (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Italja għall-approvazzjoni tal-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Limone di Sorrento”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2446/2000 (3). |
(2) |
Minħabba li l-emendi konċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (4). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.
(3) ĠU L 281, 7.11.2000, p. 12
(4) ĠU C 105 24.4.2010, p. 12.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.6 Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati
L-ITALJA
Limone di Sorrento (IĠP)
11.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 15/2011
tal-10 ta’ Jannar 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 dwar il-metodi rikonoxxuti ta’ ttestjar biex jinstabu bijotossini marini fil-molluski bivalvi ħajjin
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(13)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi ċerti rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni għal dawk ir-Regolamenti dwar il-metodi rikonoxxuti ta’ ttestjar għal bijotossini marini huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistipula l-miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (3). Fid-dawl ta’ evidenza xjentifika ġdida, hemm bżonn li dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni jiġu mmodifikati. |
(2) |
F’Lulju 2006 il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) biex tagħti opinjoni xjentifika għall-valutazzjoni tal-limiti u l-metodi ta’ analiżi attwali rigward is-saħħa tal-bniedem għal bosta bijotossini marini kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, inklużi tossini ġodda li qed jirriżultaw. L-aħħar minn serje ta’ opinjonijiet kienet ippubblikata fl-24 ta’ Lulju 2009. |
(3) |
It-test bijoloġiku fuq il-ġrieden (MBA) u dak fuq il-firien (RBA) huma l-metodi uffiċjali biex jinstabu bijotossini lipofiliċi. Il-Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari tal-EFSA nnota li dawn it-testijiet bijoloġiċi għandhom xi nuqqasijiet u mhumiex meqjusa għodda xierqa għall-finijiet ta’ kontroll minħabba fil-livell għoli ta’ varjabbiltà fir-riżultati, l-insuffiċjenza tagħhom f’dik li kapaċità ta’ sejbien u l-ispeċifiċità limitata. |
(4) |
L-alternattivi għall-metodi bijoloġiċi żviluppati riċentement biex tkun stabbilita l-preżenza tal-bijotossini marini b’limiti iktar baxxi ta’ sejbien (LOD) kienu ttestjati b’suċċess fi studji ta’ prevalidazzjoni. |
(5) |
Taħt il-koordinazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-bijotossini marini (EU-RL), fi studju ta’ validazzjoni interlaboratorja li sar mill-Istati Membri, kien validat metodu ta’ kromatografija likwida - spettrometrija tal-massa (LC-MS/MS). Dan il-metodu huwa disponibbli pubblikament għall-konsultazzjoni fil-paġna tal-web tal-EU-RL (http://www.aesan.msps.es/en/CRLMB/web/home.shtml). Din it-teknika validata tal-kromatografija likwida (LC) spettrometrija tal-massa (MS) għandha tiġi applikata bħala l-metodu ta’ referenza biex jinstabu tossini lipofiliċi u tintuża bħala rutina, kemm għall-finijiet ta’ kontrolli uffiċjali f’kull stadju tal-katina alimentari u kemm f’testijiet interni mill-operaturi tan-negozju alimentari. |
(6) |
Kull metodu rikonoxxut ieħor u li hu differenti mill-kromatografija likwida (LC) spettrometrija tal-massa (MS) jista’ jiġi applikat biex jinstabu tossini lipofiliċi kemm-il darba dan ikun jissodisfa l-kriterji tar-rendiment tal-metodu stipulati mill-EU-RL. Dawn il-metodi jridu jiġu validati b’mod intralaboratorju u jiġu ttestjati b’suċċess skont skema rikonoxxuta għal test tal-profiċjenza. Jekk ir-riżultati jiġu kkontestati, il-metodu ta’ referenza għandu jkun il-metodu EU-RL LC-MS/MS. |
(7) |
Biex l-Istati Membri jingħataw ħin jadattaw il-metodi tagħhom għall-metodu kimiku, il-metodi bijoloġiċi għandhom ikomplu jintużaw għal perjodu ta’ żmien limitat. Wara dan il-perjodu, il-metodi bijoloġiċi għandhom jintużaw mhux bħala rutina imma biss matul il-monitoraġġ perjodiku ta’ żoni ta’ produzzjoni biex jinstabu tossini marini ġodda jew mhux magħrufa. |
(8) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Peramanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(3) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27.
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005, il-Kapitolu III qiegħed jinbidel b’dan li ġej:
“KAPITOLU III
METODI BIEX JINSTABU TOSSINI LIPOFILIĊI
A. Il-metodolġija kimika
(1) |
Il-metodu EU-RL LC-MS/MS għandu jkun il-metodu ta’ referenza biex jinstabu tossini marini kif jissemma fil-Kapitolu V(2)(c), (d) u (e) tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Dan il-metodu għandu jistabbilixxi tal-inqas il-komposti li ġejjin: — tossini tal-grupp tal-aċidu okadajku: OA, DTX1, DTX2, DTX3 inklużi l-esteri tagħhom, — tossini tal-grupp tal-pettenotossini: PTX1 u PTX2, — tossini tal-grupp tal-jessotossini: YTX, 45 OH YTX, homo YTX, u 45 OH homo YTX, — tossini tal-grupp tal-ażaspiraċidi: AZA1, AZA2 u AZA3, |
(2) |
L-ekwivalenza totali ta’ tossiċità għandha titqies abbażi ta’ fatturi ta’ tossiċità ekwivalenti (TEFs) kif irrakkomandat mill-EFSA. |
(3) |
Jekk jinstabu analogi ġodda importanti għas-saħħa pubblika, dawn għandhom jiġu inklużi fl-analiżi. L-ekwivalenza totali ta’ tossiċità għandha titqies abbażi ta’ fatturi ta’ tossiċità ekwivalenti (TEFs) kif irrakkomandat mill-EFSA. |
(4) |
Metodi oħra, bħalma hu l-metodu ta’ kromatografija likwida (LC) spettrometrija tal-massa (MS), il-kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja (HPLC) b’sejbien xieraq, it-testijiet immunoloġiċi u dawk funzjonali, bħalma hu t-test tal-inibizzjoni tal-fosfatażi, jistgħu jintużaw bħala alternattivi jew jikkomplementaw għall-metodu LC-MS/MS tal-EU-RL, u dan kemm-il darba:
|
B. Metodi bijoloġiċi
(1) |
Biex l-Istati Membri jingħataw ħin jadattaw il-metodi tagħhom għall-metodu LC-MS/MS, kif iddefinit fil-punt A(1) ta’ dan il-Kapitolu, sal-31 ta’ Diċembru 2014 tista’ tibqa’ tintuża serje ta’ proċeduri ta’ testijiet bijoloġiċi fuq il-ġrieden li jkunu differenti fil-porzjon tat-test (l-epatopankreas jew il-ġisem sħiħ) u fis-solventi użati għall-estrazzjoni u l-purifikazzjoni, sabiex jinstabu tossini marini kif jissemma fil-Kapitolu V(2)(c), (d) u (e) tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
(2) |
Is-sensittività u s-selezzjoni tiddependi fuq l-għażla tas-solventi użati għall-estrazzjoni u l-purifikazzjoni u dan irid jitqies meta tittieħed deċiżjoni dwar il-metodu li jrid jintuża sabiex tkun koperta l-firxa sħiħa ta’ tossini. |
(3) |
Test bijoloġiku wieħed biss fuq il-ġrieden u li jinvolvi l-estrazzjoni tal-aċetun jista’ jiġi użat biex jinstab l-aċidu okadajku, id-dinofiżistossini, l-ażaspiraċidi, il-pettenotossini u l-jessotossini. Dan it-test jista’ jiġi kkomplementat, jekk ikun hemm bżonn, b’fażijiet ta’ likwidu/separazzjoni ta’ likwidu jew ilma/diklorometan sabiex jiġu eliminati interferenzi potenzjali. |
(4) |
Għal kull test, għandhom jintużaw tliet ġrieden. Fejn żewġ ġrieden jew tlieta jmutu fi żmien 24 siegħa mill-inokulazzjoni b’estratt ekwivalenti għal 5 g fl-epatopankreas jew 25 g fil-ġisem sħiħ, dan għandu jitqies riżultat pożittiv għall-preżenza ta’ tossina waħda jew aktar kif jissemma fil-Kapitolu V(2)(c), (d) u (e) tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 fil-livelli li jkunu ogħla minn dawk stabbiliti. |
(5) |
Test bijoloġiku fuq il-ġrieden b’estratt tal-aċetun segwit minn likwidu/separazzjoni ta’ likwidu bid-dietileter jista’ jintuża sabiex jinstabu l-aċidu okadajku, id-dinofiżistossini, il-pettenotossini u l-ażarpiraċidi iżda ma jistax jintuża biex jinstabu l-jessotossini peress li dawn it-tossini jistgħu jintilfu matul l-istadju ta’ separazzjoni. Għal kull test, għandhom jintużaw tliet ġrieden. Fejn żewġ ġrieden jew tlieta jmutu fi żmien 24 siegħa ta’ inokulazzjoni b’estratt ekwivalenti għal 5 g fl-epatopankreas jew 25 g fil-ġisem sħiħ, dan għandu jitqies riżultat pożittiv għall-preżenza tal-aċidu okadajku, id-dinofiżistossini, il-pettenotossini u l-ażarpiraċidi f’livelli ogħla minn dawk stipulati fil-Kapitolu V(2)(c) u (e) tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
(6) |
It-test bijoloġiku fuq il-firien jista’ jintuża biex jinstabu l-aċidu okadajku, id-dinofiżistossini u l-ażaspiraċidi. Għal kull test, għandhom jintużaw tliet firien. Jekk tirriżulta dijarea f’xi wieħed mit-tliet firien, dan għandu jitqies riżultat pożittiv għall-preżenza tal-aċidu okadajku, id-dinofiżistossini u l-ażaspiraċidi f’livelli ogħla minn dawk stipulati fil-Kapitolu V (2)(c) u (e) tat-Taqsima VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
C. Wara l-perjodu stabbilit fil-punt B(1) ta’ dan il-Kapitolu, it-test bijoloġiku fuq il-ġrieden għandu jintuża biss tul il-monitoraġġ perjodiku taż-żoni ta’ produzzjoni u dawk tal-purifikazzjoni biex jinstabu tossini marini ġodda jew li mhumiex magħrufa abbażi tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll elaborati mill-Istati Membri.”
11.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 16/2011
tal-10 ta’ Jannar 2011
li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ twissija bikrija għall-ikel u l-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi sistema ta’ twissija bikrija għall-ikel u l-għalf (aktar ‘il quddiem – “RASFF”), amministrata mill-Kummissjoni u li tinvolvi l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, biex tipprovdi lill-awtoritajiet ta’ kontroll b’għodda effettiva għan-notifika tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem li ġejjin mill-ikel jew mill-għalf. L-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament jistipula l-ambitu u r-rekwiżiti li bihom għandha taħdem l-RASFF. |
(2) |
L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri speċifiċi li japplikaw għat-trażmissjoni tan-notifiki u tal-informazzjoni addizzjonali. |
(3) |
L-Istati Membri huma primarjament responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Huma jwettqu kontrolli uffiċjali, li r-regoli tagħhom huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2). L-RASFF issostni l-azzjonijiet tal-Istati Membri billi tippermetti l-iskambju rapidu ta’ informazzjoni dwar riskji li jirriżultaw mill-ikel jew l-għalf u dwar il-miżuri li ttieħdu jew li għandhom jittieħdu sabiex jiġu evitati tali riskji. |
(4) |
L-Artikolu 29 tar-Regolament KE Nru 183/2005 tal-Parlament Ewoprew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (3) jestendi l-ambitu tal-RASFF għal riskji serji għas-saħħa tal-annimali u għall-ambjent. Għalhekk, il-kelma “riskju” li tintuża f’dan ir-Regolament għandha tinftiehem bħala riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem b’rabta mal-ikel, il-materjal li jmiss mal-ikel jew l-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jew bħala riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent b’rabta mal-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005. |
(5) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli biex jippermettu lill-RASFF taħdem tajjeb kemm fir-rigward ta’ każijiet fejn jiġi identifikat riskju serju skont it-tifsira tal-Artikolu 50(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u fir-rigward ta’ każijiet oħra fejn, anke jekk jiġi identifikat riskju li huwa inqas gravi jew urġenti, huwa meħtieġ skambju effiċjenti ta’ informazzjoni bejn u fost il-membri tan-netwerk tal-RASFF. In-notifiki huma kklassifikati f’notifiki ta’ twissija, ta’ informazzjoni u ta’ rifjut mal-fruntiera sabiex ikunu jistgħu jiġu mmaniġġjati aħjar mill-membri tan-netwerk. |
(6) |
Sabiex l-RASFF taħdem b’mod effiċjenti, għandhom jiġu fformulati rekwiżiti għall-proċedura ta’ trażmissjoni tat-tipi differenti ta’ notifiki. In-notifiki ta’ twissija għandhom jiġu trażmessi u jiġu pproċessati bi prijorità. In-notifiki ta’ rifjut mal-fruntiera huma partikolarment rilevanti għall-kontrolli li jitwettqu fil-postijiet ta’ spezzjoni tal-fruntiera u f’punti ta’ dħul magħżula tul il-fruntiera taż-Żona Ekonomika Ewropea. Il-mudelli (templates) u d-dizzjunarji tad-dejta jsaħħu l-leġibbiltà u l-fehim tan-notifiki. L-immarkar ta’ membri tan-netwerk għal ċerti notifiki jiġbed l-attenzjoni tagħhom għal notifiki partikolari u b’hekk jiġi żgurat li dawn jiġu pproċessati malajr. |
(7) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-EFSA għażlu punti ta’ kuntatt, li jirrappreżentaw il-membri tan-netwerk sabiex jibbenefikaw minn komunikazzjoni tajba u mgħaġġla. B’applikazzjoni tal-Artikolu 50 ta’ dak ir-Regolament u sabiex jiġu evitati żbalji possibbli fit-trażmissjoni tan-notifiki, għandu jeżisti punt ta’ kuntatt magħżul wieħed biss għal kull membru tan-netwerk. Dan il-punt ta’ kuntatt għandu jiffaċilita t-trażmissjoni rapida lil awtorità kompetenti f’pajjiż membru. |
(8) |
Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb u effiċjenti tan-netwerk bejn il-membri tiegħu, għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni għall-kompiti tal-punti ta’ kuntatt. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet rigward ir-rwol ta’ koordinazzjoni tal-Kummissjoni, inkluża l-verifika tan-notifiki. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha wkoll tgħin lill-membri tan-netwerk fit-teħid ta’ miżuri xierqa billi tidentifika perikli rikorrenti u operaturi rrapurtati fin-notifiki. |
(9) |
Fil-każ li, minkejja l-verifiki mwettqa mill-membru li qiegħed jinnotifika u mill-Kummissjoni, notifika trażmessa tirriżulta bħala waħda żbaljata jew mhux ġustifikata, għandha tiġi stabbilita proċedura li tipprevedi l-emenda jew l-irtirar tagħha mis-sistema. |
(10) |
Skont il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiżi terzi b’ċerti notifiki tal-RASFF. Għalhekk, bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi fi ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 50.6 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-Kummissjoni għandha tiżgura kuntatt dirett mal-awtoritajiet tas-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi terzi sabiex tibgħat notifiki lil dawn il-pajjiżi terzi u fl-istess ħin tiżgura l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti fir-rigward ta’ dawn in-notifiki u kull riskju dirett jew indiriett għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-ikel jew mill-għalf. |
(11) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jinfurmaw lill-pubbliku dwar ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem inter alia. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni fil-qosor dwar in-notifiki tal-RASFF trażmessi u rapporti annwali li jindikaw it-tendenzi fil-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-ikel innotifikati permezz tal-RASFF u l-iżvilupp tan-netwerk innifsu biex tinforma lill-membri, il-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali. |
(12) |
Dan ir-Regolament ġie diskuss mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda ma’ dawk stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002 u (KE) Nru 882/2004:
1. |
“netwerk” tfisser is-sistema ta’ twissija bikrija għan-notifika ta’ riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-ikel jew mill-għalf, kif stabbilit mill-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
2. |
“membru tan-netwerk” tfisser Stat Membru, il-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u kwalunkwe pajjiż applikant, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li jkun ikkonkluda ftehim mal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50(6) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
3. |
“punt ta’ kuntatt” tfisser il-punt ta’ kuntatt magħżul li jirrappreżenta l-membru tan-netwerk; |
4. |
“notifika ta’ twissija” tfisser notifika ta’ riskju li teħtieġ jew x’aktarx li teħtieġ azzjoni malajr f’pajjiż membru ieħor; |
5. |
“notifika ta’ informazzjoni” tfisser notifika ta’ riskju li ma teħtieġx azzjoni malajr f’pajjiż membru ieħor;
|
6. |
“notifika ta’ rifjut mal-fruntiera” tfisser notifika ta’ rifjut ta’ lott, kontejner jew tagħbija ta’ merkanzija ta’ ikel jew għalf kif imsemmi fl-Artikolu 50(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
7. |
“notifika oriġinali” tfisser notifika ta’ twissija, notifika ta’ informazzjoni jew notifika ta’ rifjut mal-fruntiera; |
8. |
“notifika ta’ segwitu” tfisser notifika li jkun fiha informazzjoni addizzjonali relatata ma’ notifika oriġinali; |
9. |
“operaturi professjonali” tfisser operaturi tan-negozju tal-ikel u operaturi tan-negozju tal-għalf kif definit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jew operaturi tan-negozju kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
Artikolu 2
Il-kompiti tal-membri tan-network
1. Il-membri tan-netwerk għandhom jiżguraw li n-netwerk jaħdem b’mod effiċjenti fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom.
2. Kull membru tan-netwerk għandu jagħżel punt ta’ kuntatt wieħed u jikkomunika din l-għażla lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni, kif ukoll informazzjoni dettaljata rigward il-persuni li jkunu qegħdin jħaddmuh u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom. Għal dan l-għan għandhom jużaw il-mudell ta’ informazzjoni dwar il-punt ta’ kuntatt li għandu jiġi pprovdut mill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni.
3. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jżomm u jaġġorna l-lista tal-punti ta’ kuntatt u jagħmilha disponibbli lill-membri kollha tan-netwerk. Il-membri tan-netwerk għandhom jinfurmaw lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe bidla fil-punti ta’ kuntatt u fid-dettalji ta’ kuntatt tagħhom.
4. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jipprovdi mudelli lill-membri tan-netwerk sabiex jintużaw għal finijiet ta’ notifika.
5. Il-membri tan-netwerk għandhom jiżguraw li jkun hemm komunikazzjoni effettiva bejn il-punti ta’ kuntatt tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom minn naħa u bejn il-punti ta’ kuntatt tagħhom u l-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni min-naħa l-oħra għall-finijiet tan-netwerk. B’mod partikolari għandhom:
(a) |
iwaqqfu netwerk ta’ komunikazzjoni effettiva bejn il-punti ta’ kuntatt tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom u b’hekk ikunu qegħdin jippermettu li tiġi trażmessa notifika minnufih lill-awtoritajiet kompetenti għal azzjoni xierqa, u tinżamm fi stat tajjeb b’mod permanenti. |
(b) |
jiddefinixxu r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-punti ta’ kuntatt tagħhom u dawk tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom, fir-rigward tat-tħejjija u t-trażmissjoni ta’ notifiki mibgħuta lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni, kif ukoll fir-rigward tal-valutazzjoni u t-tqassim ta’ notifiki li jkunu ġejjin mill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni. |
6. Il-punti ta’ kuntatt kollha għandhom jiżguraw li jkun hemm uffiċjal fuq xogħol li jkun jista’ jiġi kkuntattjat barra l-ħinijiet tal-uffiċċju għall-komunikazzjonijiet urġenti fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa.
Artikolu 3
In-notifiki ta’ twissija
1. Il-membri tan-netwerk għandhom jibagħtu n-notifiki ta’ twissija lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien eċċessiv u fi kwalunkwe każ fi żmien 48 siegħa minn meta jkun ġie rrapurtat ir-riskju lilhom. In-notifiki ta’ twissija għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha disponibbli rigward, b’mod partikolari, ir-riskju u l-prodott li minnu ġej ir-riskju. Madankollu, il-fatt li ma nġabritx l-informazzjoni rilevanti kollha ma għandux idewwem b’mod eċċessiv it-trażmissjoni tan-notifiki ta’ twissija.
2. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jittrażmetti n-notifiki ta’ twissija lill-membri kollha tan-netwerk fi żmien 24 siegħa minn meta jirċevihom, wara li ssir verifika kif imsemmi fl-Artikolu 8.
3. Barra l-ħinijiet tal-uffiċċju, il-membri tan-netwerk għandhom iħabbru t-trażmissjoni ta’ notifika ta’ twissija jew jagħtu segwitu għal notifika ta’ twissija permezz ta’ telefonata lin-numru ta’ emerġenza tal-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jinforma lill-membri tan-netwerk li jkunu mmarkati għas-segwitu permezz ta’ telefonata lin-numri ta’ emerġenza tagħhom.
Artikolu 4
In-notifiki ta’ informazzjoni
1. Il-membri tan-netwerk għandhom jibagħtu n-notifiki ta’ informazzjoni lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien eċċessiv. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni kollha disponibbli rigward, b’mod partikolari, ir-riskju u l-prodott li minnu ġej ir-riskju.
2. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jittrażmetti n-notifiki ta’ informazzjoni lill-membri kollha tan-netwerk mingħajr dewmien eċċessiv wara li ssir verifika kif imsemmi fl-Artikolu 8.
Artikolu 5
In-notifiki ta’ rifjut mal-fruntiera
1. Il-membri tan-netwerk għandhom jibagħtu n-notifiki ta’ rifjut mal-fruntiera lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien eċċessiv. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni kollha disponibbli rigward, b’mod partikolari, ir-riskju u l-prodott li minnu ġej ir-riskju.
2. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jittrażmetti n-notifiki ta’ rifjut mal-fruntiera lill-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (5) u lill-punti ta’ dħul magħżula kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Artikolu 6
In-notifiki ta’ segwitu
1. Kull meta membru tan-netwerk ikollu informazzjoni addizzjonali relatata mar-riskju jew mal-prodott imsemmi f’notifika oriġinali, għandu minnufih jittrażmetti notifika ta’ segwitu permezz tal-punt ta’ kuntatt tiegħu lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni.
2. Meta tintalab xi informazzjoni ta’ segwitu relatata ma’ notifika oriġinali minn membru tan-netwerk, tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta sal-limitu massimu possibbli u mingħajr dewmien eċċessiv.
3. Meta tittieħed azzjoni wara li tkun waslet notifika oriġinali kif imsemmi fl-Artikolu 50(5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-membru li jkun ħa l-azzjoni għandu jittrażmetti minnufih informazzjoni dettaljata dwarha lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni permezz ta’ notifika ta’ segwitu.
4. Jekk l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 3 tikkonsisti fi prodott li qiegħed jinżamm u li jkun intbagħat lura lil min għamel id-dispaċċ f’pajjiż membru ieħor:
(a) |
il-membru li qiegħed jieħu l-azzjoni għandu jipprovdi informazzjoni rilevanti dwar il-prodott li ntbagħat lura permezz ta’ notifika ta’ segwitu ħlief jekk dik l-informazzjoni tkun diġà ġiet inkluża b’mod sħiħ fin-notifika oriġinali; |
(b) |
il-pajjiż membru fejn ikunu ntbagħtu lura l-prodotti għandu jagħti informazzjoni dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet fuq il-prodotti meħudin lura, permezz ta’ notifika ta’ segwitu. |
5. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jittrażmetti n-notifiki ta’ segwitu lill-membri kollha tan-netwerk mingħajr dewmien eċċessiv u fi żmien 24 siegħa għan-notifiki ta’ segwitu għat-twissijiet.
Artikolu 7
Is- sottomissjoni tan-notifiki
1. In-notifiki għandhom jitressqu bl-użu tal-mudelli pprovduti mill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni.
2. Il-kaxex kollha tal-mudelli għandhom jimtlew sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni ċara tal-prodott(i) u tar-riskju/riskji involut/i u biex tiġi pprovduta l-informazzjoni ta’ traċċabbiltà. Id-dizzjunarji tad-dejta pprovduti mill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandhom jintużaw sal-limitu massimu possibbli.
3. In-notifiki għandhom jiġu kklassifikati skont id-definizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 1 f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:
(a) |
notifika oriġinali
|
(b) |
notifika ta’ segwitu |
4. In-notifiki għandhom jidentifikaw il-membri tan-netwerk li jkunu ntalbu jipprovdu segwitu għan-notifika.
5. Id-dokumenti rilevanti kollha għandhom jiġu miżjuda man-notifika u jintbagħtu lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien eċċessiv.
Artikolu 8
Il-verifika tan-notifika
Qabel it-trażmissjoni ta’ notifika lill-membri kollha tan-netwerk, il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu:
(a) |
jivverifika l-kompletezza u l-leġibbiltà tan-notifika, inkluż jekk tkunx intgħażlet id-dejta xierqa mid-dizzjunarji msemmijin fl-Artikolu 7(2); |
(b) |
jivverifika l-korrettezza tal-bażi legali mogħtija għall-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li jkunu nstabu; madankollu bażi legali ħażina ma għandhiex tfixkel it-trażmissjoni tan-notifika jekk ikun ġie identifikat riskju; |
(ċ) |
jivverifika li s-suġġett tan-notifika jaqa’ fl-ambitu tan-netwerk kif stabbilit fl-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; |
(d) |
jiżgura li l-informazzjoni essenzjali fin-notifika tkun provduta f’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-membri kollha tan-netwerk; |
(e) |
jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament; |
(f) |
jidentifika rikorrenzi tal-istess operatur professjonali u/jew periklu u/jew pajjiż ta’ oriġini fin-notifiki. |
Sabiex jiġi mħares iż-żmien għat-trażmissjoni, il-Kummissjoni tista’ tagħmel bidliet żgħar fin-notifika sakemm ikun qabel magħhom il-membru li għamel in-notifika qabel it-trażmissjoni.
Artikolu 9
L-irtirar u l-emendi tan-notifiki
1. Kwalunkwe membru tan-netwerk jista’ jitlob li l-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni jirtira notifika li tkun ġiet trażmessa permezz tan-netwerk bi ftehim mal-membru li jkun għamel in-notifika jekk l-informazzjoni li fuqha tkun imsejsal-azzjoni li għandha tittieħed tidher li mhijiex ġustifikata jew jekk in-notifika tkun ġiet trażmessa bi żball.
2. Kwalunkwe membru tan-netwerk jista’ jitlob li jsiru xi emendi fin-notifika bi ftehim mal-membru li jkun għamel in-notifika. Notifika ta’ segwitu ma għandhiex titqies bħala emenda għal notifika u għalhekk tista’ tiġi trażmessa mingħajr il-kunsens ta’ kwalunkwe membru ieħor tan-netwerk.
Artikolu 10
L-iskambju tal-informazzjoni mal-pajjiżi terzi
1. Jekk il-prodott innotifikat ikun ġej minn jew jitqassam lil pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiż terz mingħajr dewmien eċċessiv.
2. Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi fi ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 50(6) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi kuntatt ma’ punt ta’ kuntatt uniku magħżul fil-pajjiż terz, jekk ikun hemm, sabiex tissaħħaħ il-komunikazzjoni, inkluż permezz tal-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jibgħat notifiki lil dak il-punt ta’ kuntatt fil-pajjiż terz għall-attenzjoni jew għas-segwitu bbażati fuq il-gravità tar-riskju.
Artikolu 11
Il-pubblikazzjonijiet
Il-Kummissjoni tista’ tippubblika:
(a) |
taqsira tan-notifiki ta’ twissija, ta’ informazzjoni u ta’ rifjut mal-fruntiera kollha, filwaqt li tipprovdi informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni u l-istatus tan-notifika, il-prodotti u r-riskji identifikati, il-pajjiż ta’ oriġini, il-pajjiżi fejn tqassmu l-prodotti, il-membru tan-netwerk li jkun għamel in-notifika, il-bażi għan-notifika u l-miżuri li ttieħdu; |
(b) |
rapport annwali dwar in-notifiki trażmessi permezz tan-netwerk. |
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
11.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 17/2011
tal-10 ta’ Jannar 2011
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
EC |
65,1 |
MA |
60,1 |
|
TR |
100,6 |
|
ZZ |
75,3 |
|
0707 00 05 |
EG |
174,9 |
JO |
96,7 |
|
TR |
141,9 |
|
ZZ |
137,8 |
|
0709 90 70 |
MA |
43,2 |
TR |
123,8 |
|
ZZ |
83,5 |
|
0709 90 80 |
EG |
222,3 |
ZZ |
222,3 |
|
0805 10 20 |
AR |
41,5 |
BR |
41,5 |
|
IL |
67,1 |
|
MA |
58,0 |
|
TR |
71,6 |
|
UY |
46,7 |
|
ZA |
41,3 |
|
ZZ |
52,5 |
|
0805 20 10 |
MA |
68,6 |
TR |
79,6 |
|
ZZ |
74,1 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
129,3 |
HR |
46,1 |
|
IL |
84,6 |
|
JM |
94,4 |
|
MA |
112,4 |
|
TR |
74,7 |
|
ZZ |
90,3 |
|
0805 50 10 |
AR |
49,2 |
TR |
60,2 |
|
UY |
49,2 |
|
ZZ |
52,9 |
|
0808 10 80 |
AR |
78,5 |
CA |
99,7 |
|
CN |
103,0 |
|
EC |
79,3 |
|
US |
137,8 |
|
ZA |
124,2 |
|
ZZ |
103,8 |
|
0808 20 50 |
CN |
53,7 |
US |
112,9 |
|
ZZ |
83,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
11.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 18/2011
tal-10 ta’ Jannar 2011
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 13/2011 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-11 ta’ Jannar 2011
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
62,47 |
0,00 |
1701 11 90 (1) |
62,47 |
0,00 |
1701 12 10 (1) |
62,47 |
0,00 |
1701 12 90 (1) |
62,47 |
0,00 |
1701 91 00 (2) |
59,08 |
0,00 |
1701 99 10 (2) |
59,08 |
0,00 |
1701 99 90 (2) |
59,08 |
0,00 |
1702 90 95 (3) |
0,59 |
0,17 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DEĊIŻJONIJIET
11.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Jannar 2011
rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 70)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/8/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Instab każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’ħanżir selvaġġ fir-reġjun ta’ Burgas fix-Xlokk tal-Bulgarija f’żona ta’ sorveljanza rinforzata mal-fruntiera tat-Turkija. |
(2) |
Il-qagħda fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija tista’ tipperikola l-merħliet fl-Istati Membri l-oħra, fid-dawl tal-kummerċ ta’ annimali bijungulati ħajjin u tat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti tagħhom. |
(3) |
Il-Bulgarija ħadet il-miżuri fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (3) (‘id-Direttiva’), partikolarment il-miżuri previsti fl-Artikolu 85(4) ta’ dik id-Direttiva u dettaljati fl-Anness XVIII tagħha. |
(4) |
It-territorju sħiħ tal-Bulgarija huwa suġġett għar-restrizzjonijiet tal-Artikoli 2, 4, 5, 6, 8b u 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (4). Madankollu, billi hija elenkata fil-Parti II tal-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Bulgarija, f’ċerti kundizzjonijiet sanitarji, tista’ tibgħat laħam tal-majjal frisk u preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti li jsiru minn dan il-laħam. |
(5) |
Minħabba l-qagħda tal-marda fil-Bulgarija jeħtieġ li jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fil-Bulgarija għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer. |
(6) |
Huwa xieraq li jiġu ddefiniti bħala miżura permanenti ż-żoni ta’ riskju għoli u baxx fl-Istati Membri affettwati u li tiġi prevista l-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ annimali suxxettibbli miż-żoni ta’ riskju għoli u baxx u fuq id-dispaċċ ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali suxxettibbli fiż-żona ta’ riskju għoli. Id-Deċiżjoni għandha wkoll tistipula r-regoli applikabbli għad-dispaċċ minn dawk iż-żoni ta’ prodotti sikuri li jew kienu prodotti qabel ir-restrizzjonijiet, minn materja prima li oriġinat minn barra ż-żoni ristretti jew li għaddew minn trattament li kien ippruvat effettiv f’li jinattiva l-possibilità tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer. |
(7) |
Id-daqs taż-żoni definiti ta’ riskju huwa funzjoni diretta tar-riżultat minn traċċar ta’ kuntatti possibbli ma’ azjenda infettata u jagħti kas tal-possibilità li jkunu implimentati kontrolli suffiċjenti fuq iċ-ċaqliq ta’ annimali u prodotti. F’dan il-waqt u fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta mill-Bulgarija, ir-reġjun sħiħ ta’ Burgas għandu jibqa’ żona ta’ riskju għoli għalissa. |
(8) |
Il-projbizzjoni tad-dispaċċ għandha tkopri biss prodotti li ġejjin minn annimali ta’ speċi suxxettibbli li ġejjin minn jew inkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni ta’ riskju għoli elenkati fl-Anness I u ma għandhiex teffettwa t-tranżitu minn dawn iż-żoni ta’ prodotti bħal dawn li jkunu ġejjin minn jew inkisbu minn annimali li joriġinaw f’żoni oħra. |
(9) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (5), tirrigwarda problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u suwini. |
(10) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE (6), tirrigwarda kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju fl-animali ovini u kaprini. |
(11) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għar-rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali stipulati f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (7), tirrigwarda, fost l-oħrajn, il-kummerċ ta’ bijungulati oħra u fis-semen, l-ova u l-embrijuni tan-nagħaġ u l-mogħoż, u tal-embrijuni ta’ annimali porċini. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (8) jirrigwarda, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ laħam frisk, laħam ikkapuljat, laħam separat mekkanikament, preparati tal-laħam, laħam tal-kaċċa minn stabbilimenti agrikoli, inklużi stonkujiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren ittrattati, u prodotti tal-ħalib. |
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (9) jirrigwarda, fost l-oħrajn, l-immarkar sanitarju ta’ ikel ta’ oriġini mill-annimali. |
(14) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (10) tistipula t-trattament speċifiku tal-prodotti tal-laħam li jiżgura l-inattivazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali. |
(15) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/304/KE tal-11 ta’ April 2001 dwar il-marki u l-użu ta’ ċerti prodotti tal-annimali skont id-Deċiżjoni 2001/172/KE dwar miżuri ta’ ħarsien kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (11) tirrigwarda marka sanitarja speċifika li għandha tkun applikata għal ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għandhom ikunu ristretti għas-suq nazzjonali. Huwa xieraq li jiġu stipulati f’Anness separat marki simili fil-każ ta’ marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija. |
(16) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (12) tistipula r-rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE. |
(17) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (13) jipprovdi għal firxa ta’ trattamenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li huma tajbin biex jiddiżattivaw il-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer. |
(18) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE (14) tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen iffriżat ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. |
(19) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE (15) tirrigwarda kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina. |
(20) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE (16) tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi porċina. |
(21) |
Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina (17). |
(22) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KEE tas-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (18) tipprovdi għal mekkaniżmu biex ikunu kkumpensati azjendi effettwati għal telf li jkun sar b’riżultat ta’ miżuri ta’ kontroll tal-marda. |
(23) |
Sa fejn prodotti mediċinali definiti fid-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward prodotti medicinali veterinarji (19), id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Knusll tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali għal użu uman (20), u d-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati mal-implimentazzjoni ta’ prattika klinika tajba fil-mod kif isiru l-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għal użu uman (21) ma għadhomx jaqgħu aktar fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huma għandhom ikunu esklużi minn restrizzjonijiet marbuta mas-saħħa tal-annimali stabbiliti minn din id-Deċiżjoni. |
(24) |
L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 rigward listi ta’ annimali u prodotti soġġetti għal kontrolli f’postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE (22) jistipula deroga mill-iċċekkjar veterinarju għal ċerti prodotti li jkollhom prodotti tal-annimali. Huwa xieraq li jitħalla jsir dispaċċ miż-żoni ta’ riskju għoli ta’ prodotti bħal dawn skont sistema ta’ ċertifikazzjoni simplifikata. |
(25) |
L-Istati Membri barra l-Bulgarija għandhom jappoġġjaw il-miżuri ta’ kontroll tal-marda li jsiru fiż-żoni affettwati billi jiżguraw li annimali suxxettibbli ħajjin ma jkunux konsenjati lil dawk iż-żoni. |
(26) |
Sabiex tinftiehem aħjar il-qagħda epidemjoloġika u sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvelar ta’ infezzjoni possibbli, jeħtieġ li jkun infurzat moratorju prolongat għall-bhejjem fl-Istat Membru kkonċernat filwaqt li tingħata l-possibilità għat-tbiċċir u t-trasport ta’ equidae taħt kondizzjonijiet kontrollati. |
(27) |
Sakemm jiltaqa l-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u f’kollaborazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tiegħu miżuri interim ta’ ħarsien marbuta mal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija. |
(28) |
Il-qagħda għandha tiġi eżaminata mill-ġdid fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali skedata għall-11-12 ta’ Jannar 2011, u l-miżuri għandhom jiġu adattati fejn ikun meħtieġ. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Annimali ħajjin
1. Mingħajr ħsara għall-miżuri meħuda mill-Bulgarija fil-qafas ta’
(a) |
id-Direttiva 2003/85/KE, u partikolarment dawk tal-Artikolu 85(4) ta’ dik id-Direttiva u ddettaljati fl-Anness XVIII tagħha, u |
(b) |
l-Artikoli 2 u 4 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE |
Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu jiġu sodisfatti.
2. Ebda annimal ħaj tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra ma għandu jiċċaqlaq bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II.
3. Ebda annimal ħaj tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra ma jintbagħat minn jew ikun imċaqlaq bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II.
4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw it-tranżitu dirett u bla interruzzjoni ta’ annimali bijungulati bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II f’toroq prinċipali u f’linji tal-ferroviji.
5. Iċ-ċertifikati tas-saħħa, kif previsti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-annimali bovini ħajjin u, mingħajr ħsara għall-Artikoli 8b u 9 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, għall-annimali porċini u fid-Direttiva 91/68/KEE għall-annimali ovini u kaprini ħajjin, annimali supplementari mibgħuta minn partijiet tat-territorju tal-Bulgarija li mhumiex elenkati fl-Anness I u l-Anness II lil Stati Membri oħra għandu jkun fihom il-kliem li ġejjin:
“Annimali konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/UE tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*).
6. Iċ-ċertifikati tas-saħħa li jakkumpanjaw il-bijungulati, għajr dawk koperti biċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 5, mibgħuta minn partijiet tat-territorju tal-Bulgarija li mhumiex elenkati fl-Anness I u l-Anness II lil Stati Membri oħra għandu jkun fihom il-kliem li ġejjin:
‘Biungulati ħajjin konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (**).
7. Annimali akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 6 jistgħu biss jiċċaqilqu lejn Stati Membri oħra jekk l-awtorità veterinarja lokali fil-Bulgarija tkun innotifikat, tlitt ijiem qabel iċ-ċaqliqa, lill-awtoritajiet ċentrali u lokali fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.
8. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw it-trasport ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer mill-azjenda li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness II għal biċċerija li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I.
Artikolu 2
Laħmijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘laħmijiet’ jinkludu ‘laħam frisk’, ‘laħam ikkapuljat’, ‘laħam separat mekkanikament’ u ‘preparati tal-laħam’ kif definiti fil-punti 1.10, 1.13, 1.14 u 1.15 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
2. Il-Bulgarija ma għandhirx tibgħat laħmijiet tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina jew porċina u bijungulati oħra li ġejjin jew li nkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni elenkati fl-Anness I.
3. Laħmijiet li mhumiex eliġibbli biex jintbagħtu mill-Bulgarija skont din id-Deċiżjoni għandhom ikunu mmarkati skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), tad-Direttiva 2002/99/KE jew skodn l-Anness IV.
4. Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal laħmijiet li jkollhom marka tas-saħħa fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004, sakemm:
(a) |
il-laħam ikun identifikat b’mod ċar, u li kien trasportat u maħżun mid-data tal-produzzjoni separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli, skont din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I; |
(b) |
il-laħam ikun konformi ma’ waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(c) |
il-laħam inkiseb minn ungulati domestiċi jew minn annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet ta’ speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer (’annimali selvaġġi mrobbija fl-irziezet’), kif speċifikat għall-kategorija rispettiva ta’ laħam f’kolonna waħda xierqa mill-kolonni 4 sa 7 fl-Anness III, u jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(d) |
il-laħam, jekk immarkat b’mod pożittiv fil-kolonna 8 tal-Anness III, inkiseb minn annimali selvaġġi, li nqatlu f’żoni fejn ma kien hemm l-ebda tfaqqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas perjodu ta’ 90 jum qabel id-data tal-qatla u f’distanza ta’ mill-inqas 20 km miż-żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 tal-Anness III; |
(e) |
Laħam imsemmi fil-punti (c) u (d) irid ukoll jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
5. Il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.
6. Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk minn annimali mrobbija barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u ttrasportati, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1(2) u (3), direttament u taħt kontroll uffiċjali mingħajr kuntatt ma’ azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I barra ż-żona ta’ protezzjoni għal tbiċċir immedjat, bil-kondizzjoni li laħam frisk ta’ din ix-xorta jitqiegħed fis-suq biss fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
kull laħam frisk ta’ din ix-xorta għandu jkun immarkat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE jew skont l-Anness IV għal din id-Deċiżjoni; |
(b) |
il-biċċerija
|
(c) |
il-laħam frisk ikun identifikat b’mod ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra mill-Bulgarija. |
(d) |
Ilkonformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali. |
(e) |
L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu. |
7. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk minn impjanti tat-tqattigħ li jinsabu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I bil-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
fl-istess jum, f’dak l-impjant tat-tqattigħ jiġi pproċessat laħam frisk biss kif deskritt fil-paragrafu (4). Wara l-ipproċessar ta’ kwalunkwe laħam li ma jissodisfax dan ir-rekwiżit, isiru t-tindif u d-diżinfezzjoni; |
(b) |
kull laħam jeħtieġlu jkollu fuqu l-marka sanitarja fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004/KE; |
(c) |
l-impjant tat-tqattigħ ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett, |
(d) |
il-laħam frisk ikun identifikat ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra miż-żoni elenkati fl-Anness I. |
Ilkonformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.
L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
8. Prodotti tal-laħam mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:
‘Laħam konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (***).
Artikolu 3
Prodotti tal-laħam
1. Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat prodotti tal-laħam, inklużi stonkujiet, vexxiki u msaren trattati, ta’ annimali tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina jew porċina u bijungulati oħra (‘prodotti tal-laħam’) li jkunu ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness I jew ippreparati bl-użu ta’ laħam miksub minn annimali li joriġinaw f’dawk iż-żoni.
2. Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-laħam, inkluż stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, li jkollhom il-marka tas-saħħa fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004, bil-kundizzjoni li l-prodotti tal-laħam:
(a) |
ikunu identifikati b’mod ċar u li kienu trasportati u maħżuna mid-data tal-produzzjoni separatament minn prodotti tal-laħam mhumiex eliġibbli, skont din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I; |
(b) |
ikunu konformi ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Ilkonformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.
L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
3. Prodotti tal-laħam mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:
“Prodotti tal-laħam, inkluż stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (****).
4. B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti tal-laħam, konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 u li jkunu ġew ipproċessati fi stabbiliment li jopera l-Hazard Analysis and Critical Control Points (HACCP) u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards tal-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti għat-trattament stabbiliti fil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil mal-Artikolu 9(1).
5. B’deroga mid-dispożizzjoni fil-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti tal-laħam li jkunu għaddew minn trattament bis-sħana skont il-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 f’kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżommu stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.
Artikolu 4
Kolostru u ħalib
1. Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat kolostru u ħalib minn annimali tal-ispeċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer maħsuba jew mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem miż-żoni elenkati fl-Anness I.
2. Il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal ħalib prodott minn annimali bovini, ovini u kaprini miżmuma f’żoni elenkati fl-Anness I li jkun ġie soġġett għal trattament fi qbil ma’:
(a) |
Il-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva 2003/85/KE, jekk il-ħalib ikun maħsub għall-konsum uman; jew |
(b) |
Il-Parti B tal-Anness IX tad-Direttiva 2003/85/KE, jekk il-ħalib ma jkunx maħsub għall-konsum uman jew inkella jkun maħsub għall-għalf tal-annimali ta’ speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer. |
3. Bil-kundizzjonjiet li ġejjin, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-ħalib minn annimali bovini, ovini u kaprini ppreparat fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkata fl-Anness I:
(a) |
il-ħalib kollu użat fl-istabbiliment jeħtieġlu jew ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 jew inkella jinkiseb minn annimali mrobbija u maħluba barra ż-żoni elenkati fl-Anness I; |
(b) |
l-istabbiliment ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett; |
(c) |
il-ħalib ikun identifikat ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn ħalib u prodotti tal-ħalib li mhuwiex/mhumiex eliġibbli biex jintbagħat/jintbagħtu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I; |
(d) |
it-trasport ta’ ħalib mhux ipproċessat minn stabbilimenti agrikoli barra miż-żoni elenkati fl-Anness I lejn l-istabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I isir f’vetturi li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati qabel l-operazzjoni u li ma jkun kellhom l-ebda kuntatt sussegwenti ma’ stabbilimenti fiż-żoni elenkati fl-Anness I li jżommu annimali ta’ speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer; |
Ilkonformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.
L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
4. Ħalib mibgħut mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun akkumpanjat b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:
“Ħalib konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (*****).
5. B’deroga mill-paragrafu 4, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 u li jkun ġie pproċessat fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards tal-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil mal-Artikolu 9(1).
6. B’deroga mill-paragrafu 4, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) jew (b) u li jkun għadda minn trattament bis-sħana f’kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżomm stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkun akkumpanjat b’dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.
Artikolu 5
Prodotti tal-ħalib
1. Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat prodotti tal-ħalib minn annimali tal-ispeċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer maħsuba jew mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem miż-żoni elenkati fl-Anness I.
2. Il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib:
(a) |
prodotti qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni; jew |
(b) |
ippreparati minn ħalib konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) jew (3), jew |
(c) |
għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz fejn il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni jippermettu li prodotti bħal dawn jgħaddu minn trattament differenti minn dak stipulat fl-Artikolu 4(2) li jiżgura l-inattivazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer. |
3. Bla ħsara għall-Kapitolu II tas-Sezzjoni IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman li jkunu:
(a) |
prodotti minn ħalib ta’ pH ikkontrollat ta’ anqas minn 7.0 u li jkun għadda minn trattament tas-sħana b’temperatura talanqas ta’ 72 °C u għal talanqas 15-il sekonda, bil-kundizzjoni li dan it-trattament ma jkunx meħtieġ għal prodotti finali li l-ingredjenti tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-Deċiżjoni; |
(b) |
prodotti minn ħalib mhux ipproċessat ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini li għal talanqas 30 jum, kienu residenti f’azjenda li tinsab f’żona elenkata fl-Anness I, fiċ-ċentru ta’ ċirku ta’ raġġ ta’ mhux anqas minn 10 km li fih ma tkun seħħet l-ebda tfaqqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fit-30 jum qabel il-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat, u li jeħtiġilhom jgħaddu minn proċess ta’ maturazzjoni ta’ mhux anqas minn 90 jum, li matulu l-pH titniżżel taħt 6.0 fis-sustanza kollha, u li l-qoxra tagħhom tkun ġiet trattata b’0,2 % aċidu ċitriku immedjatament qabel it-tgeżwir jew il-pakkeġġar. |
4. Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-prodotti tal-ħalib ippreparati fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkata fl-Anness I fil-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-ħalib kollu użat fl-istabbiliment jeħtieġlu jew ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) jew inkella jkun minn annimali barra miż-żoni elenkati fl-Anness I; |
(b) |
il-prodotti kollha tal-ħalib użati fil-prodott finali jew ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2(a) u (b) jew il-paragrafu 3 jew inkella jkunu magħmulin minn ħalib minn annimali barra ż-żoni elenkati fl-Anness I; |
(c) |
l-istabbiliment ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett; |
(d) |
il-prodotti tal-ħalib ikunu identifikati ċar, u jkunu ttrasportati u maħżuna separatament minn ħalib u prodotti tal-ħalib li mhuwiex/mhumiex eliġibbli biex jintbagħat/jintbagħtu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I. |
Il-kontroll tal-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.
L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
5. Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib ippreparati fi stabbiliment li jkun barra ż-żoni elenkati fl-Anness I li juża ħalib miksub qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, sakemm il-prodotti tal-ħalib ikunu identifikati b’mod ċar u trasportati u maħżuna separatament minn prodotti tal-ħalib li ma jkunux eliġibbli għal dispaċċ barra dawk iż-żoni.
6. Prodotti tal-ħalib mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:
“Prodotti tal-ħalib konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (******).
7. B’deroga mill-paragrafu 6, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b) u l-paragrafi 3 u 4 u li jkun ġie pproċessat fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards tal-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil mal-Artikolu 9(1).
8. B’deroga mill-paragrafu 6, fil-każ ta’ prodotti tal-ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b), l-paragrafi 3 u 4 u li jkunu għaddew minn trattament bis-sħana f’kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżommu stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.
Artikolu 6
Semen, ova u embrijuni
1. Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat semen, ova u embrijuni tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra (‘semen, ova u embrijuni’) miż-żoni elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.
2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:
(a) |
semen, ova u embrijuni prodotti qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni; |
(b) |
semen u embrijoni ffriżati ta’ bovini, semen iffriżat tal-porċina, u semen u embrijoni ffriżati tal-kaprini importati fil-Bulgarija skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE jew 92/65/KEE rispettivament, u li, mill-introduzzjoni tagħhom fil-Bulgarija nħażnu u ġew trasportati separatament minn semen, ova u embrijoni li mhumiex eliġibbli li jintbagħtu skont il-paragrafu 1; |
(c) |
semen u embrijuni ffriżati miksuba minn annimali bovini, porċini, ovini u kaprini miżmuma għal mill-inqas 90 jum qabel id-data ta’ u matul il-ġabra minn barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II li:
|
(d) |
Qabel id-dispaċċ tas-semen jew l-embrijuni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta’ ċentri u timijiet huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu. |
3. Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 88/407.KEE u li jakkumpanja s-semen bovin iffriżat mibgħut mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:
“Semen tal-bovini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*******).
4. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9(b) tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 90/429/KEE u li jakkumpanja s-semen porċina ffriżat mibgħut mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:
“Semen tal-porċini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (********).
5. Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 89/556/KEE u li jakkumpanja l-embrijuni bovini ffriżati mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:
“Embrijuni tal-bovini konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*********).
6. Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 92/65/KEE u li jakkumpanja s-semen iffriżat tal-ovini u l-kaprini mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:
“Semen tal-ovini/kaprini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (**********).
7. Iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 92/65.KEE u li jakkumpanja l-embrijuni ffriżati tal-ovini u l-kaprini mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:
“Embrijuni tal-ovini/kaprini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (***********).
8. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9(c) tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, iċ-ċertifikat sanitarju previst fid-Direttiva 92/65/KEE u li jakkumpanja l-embrijuni tal-porċini ffriżati mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:
“Embrijuni tal-porċini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (************).
Artikolu 7
Ġlud
1. Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat ġlud ta’ annimali tal-ispeċi tal-porċini (‘ġlud’) miż-żoni elenkati fl-Anness I.
2. Il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-ġlud li:
(a) |
ġew prodotti fil-Bulgarija qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni; jew |
(b) |
ikunu konformi mar-rekwiżiti skont il-punt (2)(c) jew (d) tal-Parti A tal-Kapitolu VI tal-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; jew |
(c) |
kienu prodotti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I fi qbil mal-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u minn mindu ddaħħlu fil-Bulgarija maħżuna u trasporatati separatament minn ġlud mhux eliġibbli għal dispaċċ fi qbil mal-paragrafu 1. |
Ġlud tal-ħnieżer ittrattati għandhom ikunu separati minn ġlud mhux ittrattati ta’ annimali ta’ speċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.
3. Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-ġlud li jkunu għandhom jintbagħtu lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali li jkun fih il-kliem li ġej:
“Ġlud konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [C(2011)70] 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*************).
4. B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ ġlud li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punti (1)(b) sa (e) tal-Parti A tal-Kapitolu VI tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.
5. B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ ġlud li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punt (2)(c) jew (d) tal-Parti A tal-Kapitolu VI tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fi qbil mal-Artikolu 9(1).
Artikolu 8
Prodotti oħra tal-annimali
1. Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat prodotti tal-annimali tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u bijungulati oħra mhux imsemmija fl-Artikoli 2 sa 7 prodotti wara d-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u li jkunu ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness I, jew inkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni elenkati fl-Anness I.
Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat demel tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra miż-żoni elenkati fl-Anness I.
2. Il-projbizzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhiex tapplikaw għal:
(a) |
prodotti tal-annimali li:
|
(b) |
demm u prodotti tad-demm kif definiti fil-punti 4 u 5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li jkunu għaddew minn talanqas wieħed mit-trattamenti pprovduti bil-punti 4(a) tal-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, segwiti b’eżami tal-effikaċja, jew ġew importati skont il-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; |
(c) |
xaħam u xaħmijiet maħlula li jkunu għaddew mit-trattament bis-sħana stipulat bil-punt 2(d)(iv) tal-Parti B tal-Kapitolu IV tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; |
(d) |
imsaren konformi mal-kundizzjonijiet fil-Parti A tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Direttiva 92/118/KEE u li jkunu tnaddfu, inbarxu, u mbagħad jew tmellħu, ġew ibbliċjati jew tnixxfru, u li wara jkunu tteħdulhom passi effikaċi biex ma jħallux li l-imsaren jerġgħu jiġu kkontaminati; |
(e) |
suf tan-nagħaġ, xagħar ir-ruminanti u lanżit tal-majjal li jkunu għaddew minn tindif fil-fabbrika jew li jkunu nkisbu mill-ikkunzar tal-ġlud u suf tan-nagħaġ mhux ipproċessat, xagħar ir-ruminanti u lanżit tal-majjal li jkunu magħluqin għal kollox fil-pakkeġġar u nexfin; |
(f) |
ikel tal-annimali domestiċi li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2 3 jew 4 tal-Parti B tal-Kapitolu II tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; |
(g) |
prodotti komposti li mhumiex suġġetti għal aktar ipproċessar u li fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali, fil-fehma li t-trattament mhuwiex meħtieġ għall-prodotti finali li l-ingredjenti tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati b’din id-Deċiżjoni, |
(h) |
trofej tal-kaċċa skont il-punti 1, 3 jew 4 tal-Parti A tal-Kapitolu VII tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; |
(i) |
prodotti tal-annimali ppakkjati maħsuba għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro jew tal-laboratorju; |
(j) |
prodotti mediċinali kif deskritti fid-Direttiva 2001/83/KE, tagħmir mediku manifatturat bl-użu ta’ tessut tal-annimali li jiġi kkawżat bħala mhux vijabbli kif imsemmi fl-Artikolu 1(5)(g) tad-Direttiva 93/42/KEE, prodotti mediċinali veterinarji kif definiti fid-Direttiva 2001/82/KE u prodotti mediċinali investigattivi kif definiti fid-Direttiva 2001/20/KE. |
3. Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-prodotti tal-annimali msemmija fil-paragrafu 2 li jkunu għandhom jintbagħtu lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali li jkun fih il-kliem li ġej:
“Prodotti tal-annimali konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/8/EU tas-6 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri interim ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (**************).
4. B’deroga mill-paragrafu 3, għandu jkun biżżejjed, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(a) sa (d) u (f) ta’ dan l-Artikolu li l-konformità mal-kondizzjonijiet tat-trattament imsemmija fid-dokument kummerċjali meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni rispettiva tal-Unjoni tkun approvata skont l-Artikolu 9(1).
5. B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(e), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara jew it-tindif fil-fabbrika jew l-oriġini mill-ikkonzar, jew inkella l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 1 u 4 tal-Parti A tal-Kapitolu VIII tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.
6. B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(g) u li jkunu saru fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli tal-operat li tiżgura li l-ingredjenti pproċessati minn qabel jikkonformaw mal-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati b’din id-Deċiżjoni, għandu jkun biżżejjed li dan jitniżżel fid-dokument li jakkumpanja l-kunsinna, approvat skont l-Artikolu 9(1).
7. B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(i) u (j), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara li l-prodotti jkunu għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro jew tal-laboratorju, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku, bil-kundizzjoni li l-prodotti jkollhom tikketta li tgħid ċar “biss għall-użu dijanjostiku in-vitro” jew “biss għall-użu fil-laboratorju” jew bħala “tagħmir mediku”.
8. B’deroga mid-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti komposti li jissodifaw il-kundizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali, li jkollu l-kliem li ġej:
“Dawn il-prodotti komposti għandhom ħajja fit-tul f’temperatura tal-post jew li fil-manifattura tagħhom ikunu għaddew b’mod ċar minn proċess komplu ta’ tisjir jew trattament bis-sħana mas-sustanza kollha tagħhom, biex kull materjal nej ikun ġie żnaturat”.
Artikolu 9
Ċertifikazzjoni
1. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija għandhom jiżguraw li d-dokument kummerċjali rekwiżit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kummerċ bejn l-Istati Membri jkun approvat permezz ta’ hemża ta’ kopja ta’ ċertifikat uffiċjali li jiddikjara li:
(a) |
il-prodotti kkonċernati saru
|
(b) |
dispożiżżjonijiet ikunu fis-seħħ biex tkun evitata l-possibilità ta’ kontaminazzjoni mill-ġdid bil-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer wara t-trattament. |
It-tali ċertifikazzjoni ta’ verifika tal-proċess tal-produzzjoni għandu jkun fiha referenza għal din id-Deċiżjoni, tkun valida għal 30 jum, tiddikjara d-data tal-iskandenza u tkun tista’ tiġġedded wara spezzjoni tal-istabbiliment.
2. Fil-każ ta’ prodotti għal bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw kunsinni konsolidati ta’ prodotti tal-annimali barra laħam frisk, laħam ikkapuljat, laħam separat mekkanikament u preparati tal-laħam, kull wieħed minnhom ikun eliġġibbli għal dispaċċ fi qbil ma’ din id-Deċiżjoni, ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jkun approvat bl-hemża ta’ kopja ta’ ċertifikat veterinarju uffiċjali li jikkonferma li:
(a) |
il-post tad-dispaċċ kellu fis-seħħ sistema li tassigura li l-prodotti jistgħu jintbagħtu biss jekk ikunu traċċabbli għal evidenza dokumentarja ta’ konformità ma’ din id-Deċiżjoni, u |
(b) |
is-sistema li għaliha hemm referenza f’(a) kienet ivverifikata u misjuba sodisfaċenti. |
It-tali ċertifikazzjoni ta’ verifika tas-sistema ta’ traċċabbiltà għandu jkun fiha referenza għal din id-Deċiżjoni, tkun valida għal 30 jum, tiddikjara d-data tal-iskadenza u tkun tista’ tiġġedded biss wara li l-istabbiliment ikun għadda minn verifika b’riżultati sodisfaċenti.
L-awtoritajiet veterinarji kompetenti tal-Bulgarija għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
Artikolu 10
Tindif u diżinfezzjoni
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-Bulgarija għandha tiżgura li l-vetturi li jkunu ntużaw għat-trasport tal-annimali ħajjin fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati wara kull operazzjoni, u għandhom jipprovdu l-provi ta’ din id-diżinfezzjoni, fi qbil mal-Artikolu 12(2)(d) tad-Direttiva 64/432/KEE.
Artikolu 11
Ċerti prodotti eżentati
Ir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3, 4, 5 u 8 ma għandhomx japplikaw għal meta jintbagħtu miż-żoni elenkati fl-Anness I prodotti tal-annimali msemmija f’dawk l-Artikoli, kemm-il darba t-tali prodotti kienu:
(a) |
jew ma ġewx prodotti fil-Bulgarija u baqgħu fil-pakkeġġar oriġinali tagħhom bl-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti, jew |
(b) |
prodotti fi stabbiliment approvat li jinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I minn prodotti proċessati minn qabel li ma joriġinawx minn dawk iż-żoni, li:
|
Artikolu 12
Kooperazzoni bejn l-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jissorveljaw il-bagalji personali ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw minn dawk iż-żoni elenkati fl-Anness I kif ukoll f’kampanji ta’ tagħrif biex ma jħallux li jiddaħħlu prodotti ta’ oriġini mill-annimali fit-territorji ta’ Stati Membri għajr il-Bulgarija.
Artikolu 13
Implimentazzjoni
L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
Artikolu 14
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta’ Frar 2011.
Artikolu 15
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.
(4) ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.
(5) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(6) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.
(7) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(8) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(9) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(10) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(11) ĠU L 104, 13.4.2001, p. 6.
(12) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49.
(13) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.
(14) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.
(15) ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.
(16) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.
(17) ĠU L 228, 31.8.2010, p. 15.
(18) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.
(19) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.
(20) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
(21) ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34.
(22) ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.
ANNESS I
Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija
Ir-Reġjun ta’ Burgas
ANNESS II
Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija
Ir-Reġjuni ta’ Yambol, Sliven, Shumen u Varna
ANNESS III
Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
||||||||||||||||||
Grupp |
ADNS |
Unità Amministrattiva |
B |
N/M |
Ħ |
FG |
WG |
||||||||||||||||||
Il-Bulgarija |
00002 |
Ir-Reġjun ta’ Burgas |
— |
— |
— |
— |
— |
||||||||||||||||||
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||||||||||||
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||||||||||||
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||||||||||||
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||||||||||||
|
ANNESS IV
Il-marka sanitarja msemmija fl-Artikolu 2(3):
Id-dimensjonijiet:
BG= 7 mm
Nru tal-istabbiliment= 10 mm
Dijametru estern taċ-ċirku= 50 mm
Ħxuna tal-linja taċ-Ċirku= 3 mm
11.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-10 ta’ Jannar 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2010/89/UE dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lil stabbilimenti fir-Rumanija
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 9695)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/9/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/89/UE tad-9 ta’ Frar 2010 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lil ċerti stabbilimenti għal-laħam, prodotti tas-sajd u prodotti mill-bajd u l-imħażen imkessħa fir-Rumanija (3) tillimita l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali stabbiliti f’dawk ir-Regolamenti għal ċerti stabbilimenti u mħażen imkessħa f’dak l-Istat Membru. Dawk il-miżuri tranżitorji japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2010. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2010/89/UE tistpula ukoll li l-prodotti magħmula jew maħżuna fl-istabbilimenti u l-imħażen imniżżla fl-Annessi minn I sa IV tagħha għandhom jitpoġġew biss fuq is-suq domestiku jew għandhom jintużaw għall-iskop ta’ pproċessar ieħor fl-istabbilimenti. |
(3) |
F’Ottubru tal-2010, ir-Rumanija infurmat lill-Kummissjoni li wara evalwazzjoni li tmexxiet mis-servizzi veterinarji, ċerti stabbilimenti mniżżla f’dik id-Deċiżjoni iffinalizzaw il-programm ta’ titjib tagħhom u ġew approvati waqt li xi stabbilimenti ngħalqu. Għalhekk, hemm il-ħtieġa li l-listi stipulati fl-Annessi għad-Deċiżjoni 2010/89/UE jiġu aġġornati. L-Annessi ma’ dik id-Deċiżjoni għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(4) |
Ir-Rumanija tikkalkula li mill-117-il stabbiliment li qed jagħmlu l-programmi ta’ aġġornament, 36 stabbiliment tal-laħam, tliet stabbilimenti tal-prodotti tal-ħut u maħżen imkessaħ mhux se jirnexxielhom jispiċċaw il-programmi tagħhom qabel il-31 ta’ Diċembru 2010, minkejja li waslu f’livell għoli ta’ konformità. |
(5) |
Ir-Rumanija tikkalkula li l-istabbilimenti kkonċernati għandhom jilħqu konformità sħiħa mar-rekwiżiti strutturali relevanti stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u Nru 853/2004 sal-31 ta’ Diċembru 2011. Fid-dawl tat-titjib strutturali li għadu għaddej, huwa neċessarju li l-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri tranżitorji stipulati fid-Deċiżjoni 2010/89/UE jittawwal sa dik id-data. |
(6) |
Is-sitwazzjoni f’dak l-Istat Membru għandha tiġi riveduta qabel il-31 ta’ Diċembru 2011. Għalhekk, ir-Rumanija għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress li seħħ fl-aġġornament tal-istabbilimenti kkonċernati u l-imħażen imkessħa sal-31 ta’ Ottubru 2011. |
(7) |
Għaldaqstant, il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2010/89/UE għandu jittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2011. |
(8) |
Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-kontinwità tal-miżuri tranżitorji u biex ma jkunx hemm disordni fl-industrija, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011. |
(9) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2010/89/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/89/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, id-data “31 ta’ Diċembru 2010” tinbidel ma’ “31 ta’ Diċembru 2011”; |
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 4(1), il-frażi introduttorja tinbidel b’dan li ġej: “1. Il-prodotti magħmula mill-istabbilimenti elenkati fl-Annessi I, jew II jew maħżuna fl-istabbilimenti elenkati fl-Anness IV għandhom biss:”; |
(4) |
Fl-Artikolu 5(2), id-data “31 ta’ Ottubru 2010” tinbidel ma’ “31 ta’ Ottubru 2011”; |
(5) |
Fl-Artikolu 6, id-data “31 ta’ Diċembru 2010” tinbidel ma’ “31 ta’ Diċembru 2011”; |
(6) |
L-Annessi huma emendati skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 40, 13.2.2010, p. 55.
ANNESS
L-Annessi mad-Deċiżjoni 2010/89/UE huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Annessi I u II jinbidlu b’dan li ġej: “ANNESS I LISTA TA’ STABBILIMENTI TAL-LAĦAM
ANNESS II LISTA TA’ STABBILIMENTI TAL-PRODOTTI TAS-SAJD
|
(2) |
L-Anness III jitħassar. |
(3) |
L-Anness IV jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS IV LISTA TA’ MĦAŻEN IMKESSĦA
|
(*) SC TAZZ TRADE SRL inbidel ismu u sar SC ROFISH GROUP SRL.
SH |
= |
Slaughter Houses (Biċċeriji) |
CP |
= |
Cutting Plants (Impjanti tat-tqattigħ) |
PP |
= |
Processing Plants (Impjanti tal-ipproċessar) |
MM/MP |
= |
Minced Meat/Meat Preparations (Laħam ikkapuljat/Preparazzjonijiet tal-Laħam) |
(**) SC TAZZ TRADE SRL inbidel ismu u sar SC ROFISH GROUP SRL.
PP |
= |
Processing Plant (Impjant tal-ipproċessar) |
FFPP |
= |
Fresh Fish Processing Plant (Impjant tal-Ipproċessar ta’ Ħut Frisk) |
11.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/35 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-25 ta’ Novembru 2010
dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u li jirriżulta minn titoli mixtrija taħt il-programm tas-swieq tat-titoli
(tfassil mill-ġdid)
(BĊE/2010/24)
(2011/10/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), u partikolarment l-Artikolu 33 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2005/11 tas-17 ta’ Novembru 2005 dwar id-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti (1) teħtieġ li tiġi emendata b’mod sostanzjali sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni d-distribuzzjoni tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jirriżulta minn titoli mixtrija b’mod konformi mad-Deċiżjoni BĊE/2010/5 tal-14 ta’ Mejju 2010 li tistabbilixxi programm tas-swieq tat-titoli (2). Għandha tiġi riformulata għall-finijiet ta’ ċarezza. |
(2) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus euro (3) tistabbilixxi l-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni lill-BĊNi bi proporzjon mal-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital tal-BĊE. L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 u l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni jallokaw lill-BĊE 8 % tal-valur totali ta’ karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni. Il-BĊE għandu klejms intra-Eurosistema kontra BĊNi b’mod proporzjonat mal-ishma tagħhom fl-iskema tal-kapital sottoskritt, għal valur ekwivalenti għall-valur tal-karti tal-flus tal-euro li joħroġ. |
(3) |
Taħt l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (4), il-bilanċi intra-Eurosistema fuq il-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni jitħallsu bir-rata ta’ referenza. Taħt l-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23, din ir-remunerazzjoni sisir permezz ta’ pagamenti b’TARGET2. |
(4) |
Il-Premessa 7 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23 tgħid illi d-dħul li jsir dovut lill-BĊE fuq ir-remunerazzjoni tal-klejms tiegħu intra-Eurosistema relatati mas-sehem tiegħu ta’ karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu fil-prinċipju jiġi ddistribwit lill-BĊNi skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv, bi proporzjon mal-ishma tagħhom fl-iskema ta’ kapital sottoskritt fl-istess sena finanzjarja meta jsir dovut. |
(5) |
Bl-istess mod id-dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli mixtrija taħt il-programm tas-swieq tat-titoli (SMP) għandu fil-prinċipju jiġi ddistribwit lill-BĊNi bi proporzjon mal-ishma tagħhom fl-iskema ta’ kapital sottoskritt fl-istess sena finanzjarja meta jsir dovut. |
(6) |
Meta jiddistribwixxi d-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u d-dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli SMP, il-BĊE għandu jieħu f’kunsiderazzjoni stima tar-riżultat finanzjarju tiegħu għas-sena li tagħmel konċessjoni dovuta għall-ħtieġa li jiġu allokati fondi għal provvediment għar-rata tal-kambju barrani, rata ta’ imgħax, kreditu u riskji fil-prezz tad-deheb, u għad-disponibbiltà ta’ provvedimenti li jistgħu jiġu rilaxxati bi tpaċija għal spejjeż antiċipati. |
(7) |
Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-profitt nett tal-BĊE li għandu jiġi ttrasferit lejn il-fond ta’ riżerva ġenerali skont l-Artikolu 33.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Kunsill Governattiv għandu jikkunsidra li kull parti ta’ dak il-profitt li tikkorrispondi għal dħul fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u dħul minn titoli SMP għandhom jitqassmu lill-BĊNi b’mod sħiħ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) |
‘BĊN’ tfisser il-bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro; |
(b) |
‘bilanċi intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni’ tfisser il-klejms u l-passiv li jirriżultaw bejn BĊN u l-BĊE u bejn BĊN u l-BĊNi l-oħra bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29; |
(c) |
‘Dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni’ tfisser id-dħul li jsir dovut lill-BĊE fuq ir-remunerazzjoni tat-talbiet tiegħu intra-Eurosistema kontra l-BĊNi relatati mas-sehem tiegħu ta’ karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni b’riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23; |
(d) |
‘Dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli SMP’ tfisser id-dħul nett li jirriżulta minn titoli mixtrija mill-BĊE taħt l-SMP skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/5. |
Artikolu 2
Distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u d-dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli SMP
1. Id-dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u d-dħul tal-BĊE li jirriżulta minn titoli SMP għandhom ikunu dovuti b’mod sħiħ lill-BĊNi fl-istess sena finanzjarja meta jsiru dovuti u għandhom jitqassmu lill-BĊNi bi proporzjon mal-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE.
2. Il-BĊE għandu jqassam lill-BĊNi d-dħul tiegħu fuq noti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni akkumulat kull sena finanzjarja fit-tieni jum ta’ xogħol tas-sena ta’ wara.
3. Il-BĊE għandu jqassam lill-BĊNi d-dħul tiegħu minn titoli SMP miksub f’kull sena finanzjarja fl-aħħar jum ta’ xogħol f’Jannar tas-sena ta’ wara.
4. L-ammont tad-dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni jista’ jiġi mnaqqas skont kull deċiżjoni mill-Kunsill Governattiv fuq il-bażi tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba mill-BĊE b’rabta mal-ħruġ u l-ipproċessar ta’ karti tal-flus tal-euro.
Artikolu 3
Deroga mill-Artikolu 2
B’deroga mill-Artikolu 2:
1. |
Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja jekk id-dħul kollu tal-BĊE, jew parti minnu, li jirriżulta minn titoli SMP u, jekk meħtieġ, id-dħul kollu tal-BĊE, jew parti minnu, fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandux jinżamm sal-punt neċessarju sabiex jiġi żgurat li l-ammont tad-dħul imqassam ma jaqbiżx il-profitt nett tal-BĊE għal dik is-sena. Kull deċiżjoni bħal din għandha tittieħed meta, fuq il-bażi ta’ stima mmotivata mħejjija mill-Bord Eżekuttiv, il-Kunsill Governattiv jistenna li l-BĊE ser ikollu telf ġenerali annwali jew ser jagħmel profitt nett annwali li jkun inqas mill-ammont stmat tad-dħul tiegħu fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u l-ammont stmat tad-dħul tiegħu li jirriżulta minn titoli SMP. |
2. |
Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja li jittrasferixxi d-dħul kollu tal-BĊE jew parti minnu li jirriżulta minn titoli SMP u, jekk meħtieġ, id-dħul kollu tal-BĊE jew parti minnu fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni lejn provvediment għal rata tal-kambju, rata ta’ imgħax, kreditu u riskji fil-prezz tad-deheb. |
Artikolu 4
Revoka
Id-Deċiżjoni BĊE/2005/11 hija b’din irrevokata. Referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2010.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Novembru 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 311, 26.11.2006, p. 41.
(2) ĠU L 124, 20.5.2009, p. 8.
(3) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
11.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/37 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-27 ta’ Diċembru 2010
dwar it-trażmissjoni ta’ dejta kunfidenzjali taħt il-qafas komuni għal reġistri kummerċjali għal finijiet ta’ statistika
(BĊE/2010/33)
(2011/11/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2009 tal-11 ta’ Marzu 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika, fir-rigward tal-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri (2),
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1097/2010 tas-26 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta’ statistika, fir-rigward tal-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u banek ċentrali (3),
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-ġbir ta’ statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 8a(2), (3), (5) u l-Artikolu 8b tiegħu,
Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-SEBĊ,
Billi:
(1) |
Regolament (KE) Nru 177/2008 jistabbilixxi qafas komuni ġdid għar-reġistri kummerċjali tad-dejta tal-gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali esklussivament għall-finijiet tal-istatistika sabiex jinżamm qafas armonizzat għall-iżvilupp ta’ reġistri kummerċjali. |
(2) |
Skambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni u banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-‘BĊNi’), u bejn il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għandu jikkontribwixxi sabiex tiġi żgurata l-kwalità ta’ informazzjoni ta’ grupp ta’ intrapriżi multinazzjonali fl-Unjoni. |
(3) |
Sabiex jiġu żgurati l-format, il-miżuri ta’ sigurtà u ta’ kunfidenzjalità u l-proċeduri li jikkonċernaw id-dejta trażmessa mill-Kummissjoni lill-BĊNi u lill-BĊE, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 1097/2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 177/2008. |
(4) |
Minħabba l-istrutturi ta’ kontroll separati tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS), huwa neċessarju li jiġu definiti l-format, il-miżuri ta’ sigurtà u ta’ kunfidenzjalità u l-proċeduri li jikkonċernaw id-dejta li l-BĊE u l-BĊNi jirċievu mingħand il-Kummissjoni u d-dejta trażmessa mill-BĊNi lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħrajn li jipparteċipaw fl-ESS kif definit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika Komunitarja u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (5). |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu estiżi sabiex japplikaw għall-banek ċentrali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro permezz ta’ ftehim bejn dawk il-banek ċentrali u l-BĊE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Skop
1. Il-BĊNi għandhom jużaw it-tabella f’parti B tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1097/2010 meta jittrażmettu l-karatteristiċi li jikkonċernaw lil gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u l-unitajiet li jikkostitwuhom lill-istitut nazzjonali tal-istatistika u l-awtoritajiet nazzjonali oħrajn tal-Istat Membru tagħhom li jipparteċipaw fl-ESS fl-Istat Membru tagħhom (minn hawn ’il quddiem il-‘membru tal-ESS’), bla ħsara għar-reġim dwar il-kunfidenzjalità fir-Regolament (KE) Nru 2533/98.
2. Il-BĊNi għandhom ikunu suġġetti għall-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni, meta jkunu qed jittrażmettu dawn il-karatteristiċi lill-membru tal-ESS tal-Istat Membru tagħhom għal valutazzjoni, korrezzjoni, inserzjoni u integrazzjoni mad-dejta li l-membru tal-ESS jittrażmetti lill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 177/2008.
Artikolu 2
Format u proċeduri għat-trażmissjoni
1. Il-format stabbilit fl-Anness għandu jintuża meta dejta tiġi trażmessa mill-BĊNi lill-membri tal-ESS.
2. Meta dejta tiġi trażmessa mill-BĊNi lill-membri tal-ESS, id-dejta u l-metadata għandhom ikunu trażmessi skont l-istandards tal-ESS u permezz tal-istruttura definita fl-aktar verżjoni riċenti tal-Manwal ta’ Rakkomandazzjonijiet tal-Eurostat dwar ir-Reġistri Kummerċjali li jista’ jinkiseb mingħand il-Kummissjoni (Eurostat).
3. Meta dejta tiġi trażmessa mill-BĊNi lill-membri tal-ESS, il-BĊNi għandhom isegwu l-istess konvenzjonijiet dwar l-għoti ta’ ismijiet, l-istrutturi u d-definizzjonijiet ta’ oqsma kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 192/2009.
4. Id-dejta u l-metadata trażmessi skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġu skambjati b’mod elettroniku.
5. Id-dejta u l-metadata trażmessi skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġu trażmessi permezz tal-mezz żgur użat għat-trażmissjoni ta’ dejta kunfidenzjali, jew permezz ta’ aċċess mill-bogħod assigurat.
Artikolu 3
Miżuri ta’ sigurtà u ta’ kunfidenzjalità
1. Il-BĊE u l-BĊNi għandhom jaħżnu d-dejta li jirċievu mingħand il-Kummissjoni (Eurostat) skont ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1097/2010, u li tkun ġiet immarkata bħala kunfidenzjali, f’żona żgura b’aċċess ristrett u kkontrollat.
2. Dejta li jkunu rċevew il-BĊE u l-BĊNi mingħand il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tintuża esklussivament għall-finijiet ta’ statistika.
3. Il-BĊE u l-BĊNi għandhom jiżguraw illi informazzjoni dwar il-miżuri ta’ sigurtà meħuda tiġi inkluża fir-rapport annwali dwar il-kunfidenzjalità jew li l-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiġu informati b’mezzi oħrajn.
Artikolu 4
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ Diċembru 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(2) ĠU L 67, 12.3.2009, pg. 14.
(3) ĠU L 312, 27.11.2010, p. 1
(4) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8
(5) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
ANNESS
STRUTTURA U FORMAT GĦAT-TRAŻMISSJONI TA’ DEJTA
Is-settijiet ta’ dejta li ġejjin u li fihom informazzjoni kunfidenzjali huma inklużi fil-proċess ta’ ġestjoni tal-kwalità tad-dejta tar-reġistru tal-Unjoni ta’ gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u l-unitajiet li jikkostitwuhom (minn hawn ’il quddiem ir-‘reġistru tal-EuroGruppi’):
— |
Sett ta’ dejta bir-riżultati tal-proċess ta’ aggregazzjoni |
— |
Settijiet ta’ dejta b’informazzjoni dwar l-unitajiet legali |
— |
Settijiet ta’ dejta b’informazzjoni dwar il-kontroll u l-proprjetà tal-unitajiet; |
— |
Settijiet ta’ dejta b’informazzjoni dwar l-intrapriżi; |
— |
Settijiet ta’ dejta b’informazzjoni dwar gruppi ta’ intrapriżi globali; |
— |
Settijiet ta’ dejta b’informazzjoni dwar gruppi ta’ intrapriżi separati. |
Sett ta’ dejta bir-riżultati tal-gruppi ta’ intrapriżi separati u globali jiġi ġġenerat fl-aħħar ta’ kull ċiklu ta’ ġestjoni tal-kwalità tad-dejta tar-reġistru tal-EuroGruppi.
Il-format għas-settijiet ta’ dejta huwa stabbilit fl-Anness, Parti A, tar-Regolament (KE) Nru 192/2009.
Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni tal-grupp ta’ intrapriżi multinazzjonali fl-Unjoni, il-BĊNi jgħaddu s-settijiet ta’ dejta bl-informazzjoni korretta u kompluta li tinkludi marki ta’ kunfidenzjalità lill-membru tal-ESS tal-Istat Membru tagħhom. Skont Parti A tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1097/2010 l-awtorità nazzjonali kompetenti tivvaluta l-korrezzjonijiet, l-inserzjonijiet u l-marki ta’ kunfidenzjalità li jkunu waslu mingħand il-BĊNi u fejn meħtieġ, jintegrahom fid-dejta li jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 11 ta’ Regolament (KE) Nru 177/2008.