ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.341.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 341

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
23 ta' Diċembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2010 tal-21 ta’ Diċembru 2010 li jiftaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2011 għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1250/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra persuni li qed jaġixxu bi ksur għall-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2010 tat-22 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1252/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

19

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2011

23

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/798/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2010 li taħtar membru Slovakk fil-Kumitat tar-Reġjuni

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/799/UE tat-13 ta’ Diċembru 2010 li tappoġġa l-proċess ta’ bini tal-fiduċja li jwassal għall-istabbiliment ta’ żona ħielsa mill-armi ta’ distruzzjoni massiva u l-mezzi tat-twassil tagħhom fil-Lvant Nofsani b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Distruzzjoni Massiva

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/801/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

45

 

 

2010/802/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2010 li teżenta ċerti każijiet ta’ irregolarità li ġejjin minn operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 mir-rekwiżiti ta’ rappurtar speċjali stipulati mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1681/94 u mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/94 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 9244)

49

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1248/2010

tal-21 ta’ Diċembru 2010

li jiftaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2011 għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 li jikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 2 għall-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (3), u l-Protokoll 3 għall-Ftehim taż-ŻEE (4), jiddeterminaw l-arranġamenti kummerċjali għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat mid-Deċiżjoni 138/2004 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (5), jipprovdi għal dazju ta' rata żero li huwa applikabbli għal ċerti tipi ta' ilma miżjuda biz-zokkor jew b'materjal ieħor tal-ħlewwa jew għat-togħma, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 u ċerti xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 90 10.

(3)

Id-dazju ta' rata żero fuq it-tipi ta' ilma u x-xarbiet l-oħra kkonċernati ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja mill-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6), minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, approvat mid-Deċiżjoni 2004/859/KE. Skont il-punt IV tal-Minuti Miftehma tal-Ftehim, l-importazzjonijiet eżenti mid-dazju ta' prodotti li jaqgħu taħt il-.kodiċi NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta' kwota ta' eżenzjoni mid-dazju, filwaqt li għandu jitħallas id-dazju fuq importazzjonijiet barra mill-allokazzjoni tal-kwota.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2009 (7) irtira s-sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju fuq l-importazzjoni mill-Unjoni tat-tipi ta' ilma u xarbiet ikkonċernati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010.

(5)

Jeħtieġ li tinfetaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2011 għat-tipi ta' ilma u xarbiet ikkonċernati. L-aħħar kwota annwali għal dawk il-prodotti nfetħet fl-2009 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 89/2009 (8). Billi ma nfetħet l-ebda kwota annwali għall-2010, il-volum tal-kwota għall-2011 għandu jibqa' l-istess bħal tal-2009.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (9), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jkun stipulat li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament għandha tkun ġestita skont dawk ir-regoli.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, il-kwota tariffarja tal-Unjoni stipulata fl-Anness hija miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma elenkati f'dak l-Anness skont il-kundizzjonijiet speċifikati fih.

2.   Ir-regoli tal-oriġini applikabbli reċiprokament għall-prodotti u li huma stipulati fl-Anness għandhom ikunu kif stipulat fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

3.   Għal kwantitajiet impurtati li jaqbżu l-volum tal-kwota, għandu jkun applikat dazju preferenzjali ta' EUR 0,047/litru.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/2009 huwa mħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(3)  ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.

(4)  ĠU L 22, 24.1.2002, p. 34.

(5)  ĠU L 342, 18.11.2004, p. 30.

(6)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.

(7)  ĠU L 338, 19.12.2009, p. 18.

(8)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 14.

(9)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Kwota Tariffarja għall-2011 applikabbli fuq l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' oġġetti li joriġinaw min-Norveġja

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Kwota Annwali tal-Volum għall-2011

Rata ta' dazju applikabbli fil-limiti tal-kwota

Rata ta' dazju applikabbli 'l fuq mill-volum tal-kwota

09.0709

2202 10 00

Tipi ta' ilma, inklużi ilma minerali u ilma bil-gass, miżjuda biz-zokkor jew b'materjal ieħor ta' ħlewwa, jew għat-togħma

17,303 miljun litru

Eżenzjoni

EUR 0,047/litru

Ex22029010

Xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor (sukrożju jew zokkor invertit)


23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1249/2010

tat-22 ta’ Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 102 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 70 (1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 jistipula li l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jipprevjenu, jiskopru u jikkorreġu irregolaritajiet u jirkupraw ammonti li tħallsu indebitament u għandhom jinnotifikaw dawn lill-Kummissjoni, u jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-proċedimenti amminstrattivi.

(2)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94 tal-11 ta' Lulju 1994 dwar irregolaritajiet u l-ħlas lura ta' ammonti mħallsa ħażin in konnessjoni mal-finanzjament tal-politika strutturali u l-organizzazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni f'dan il-qasam (2), il-proċeduri ta' rappurtar fuq segwitu ta' irregolaritajiet għandhom ikunu ssimplifikati. Barra minn dan, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv impost fuq l-Istati Membri huwa neċessarju li jiġi ddeterminat b'mod aktar preċiż liema informazzjoni tirrikjedi l-Kummissjoni. Għal dak il-għan, informazzjoni dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati u dwar l-ammonti aggregati relatati mal-irregolaritajiet irrappurtati għandhom ikunu inklużi fid-dikjarazzjoni annwali li għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007 (3).

(3)

Il-proċeduri għal rappurtar dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati għandhom b'mod preċiż jirriflettu l-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri stipulati fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u b'mod partikolari l-obbligazzjoni biex jiġi żgurat twettiq effettiv tal-irkupri. Huwa xieraq ukoll li jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-monitoraġġ mill-Kummissjoni tal-konformità ma' dawk l-obbligazzjonijiet sabiex isiru aktar effiċjenti u kosteffettivi.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, għandu jkun iddikjarat b'mod ċar li l-awtorità ta' ċertifikazzjoni hija responsabbli li żżomm ir-reġistri tal-kontijiet kompluti inkluż, b'mod partikolari, referenzi għal ammonti irrappurtati lill-Kummissjoni bħala irregolari skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(5)

Sabiex ikun żgurat fluss effiċjenti ta' informazzjoni dwar irregolaritajiet u biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet ta' punti ta' kuntatt differenti, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet dwar kooperazzjoni mal-Istati Membri jinġabru f'Artikolu wieħed.

(6)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 498/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond Ewropew għas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 498/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 40, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Fir-rekords tal-kontabbilta miżmuma f'konformità mal-Artikolu 60 (f) tar-Regolament ta’ bażi, kull ammont relatat ma' irregolarità rrappurtata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 55 għandu jiġi identifikat min-numru ta' referenza attribwit lil dik l-irregolarità jew bi kwalunkwe metodu xieraq ieħor.”

2.

L-Artikolu 46 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

Is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tippreżenta dikjarazzjoni lill-Kummissjoni skont il-mudell deskritt fl-Anness X li jidentifika għal kull assi prijoritarju tal-programm operazzjonali:”

(ii)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-ammonti rkuprati li tnaqqsu minn dawk id-dikjarazzjonijiet ta' nefqa li ġew ippreżentati matul is-sena preċedenti;”

(iii)

Jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

lista tal-ammonti li fis-sena preċedenti kien ġie stabbilit li ma jistgħux jiġu rkuprati jew li mhumiex mistennija li jiġu rkuprati, ikklassifikati skont is-sena li fiha nħarġu l-ordnijiet ta' rkupru.”

(iv)

jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu pprovduti ammonti aggregati relatati mal-irregolaritajiet irrappurtati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 55 għal kull assi prijoritarju.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, kwalunkwe ammont relatat ma' irregolarità rrappurtata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 55 għandu jkun identifikat min-numru ta' referenza ta' dik l-irregolarità jew bi kwalunkwe metodu xieraq ieħor.”

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi 2a u 2b li ġejjin:

“2a.   Għal kull ammont imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 2, l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni għandha tindika jekk hix titlob li s-sehem tal-Komunità jinġarr mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Is-sehem tal-Komunità għandu jinġarr mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fil-każ li fi żmien sena mid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni ma twettaqx waħda minn dawn l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

titlob informazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament ta’ bażi,

(b)

tgħarraf bil-miktub lill-Istat Membru dwar l-intenzjoni tagħha li tiftaħ inkjesta fir-rigward ta’ dak l-ammont,

(c)

titlob lill-Istat Membru biex ikompli bil-proċedura ta’ rkupru.

Il-limitu ta' skadenza ta' sena ma għandux japplika f'każijiet suspettati jew stabbiliti ta' frodi.

2b.   Għall-finijiet tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom sad-data meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni għandhom jikkonvertu l-ammonti fil-munita nazzjonali għall-euro billi jużaw ir-rata tal-kambju msemmija fl-Artikolu 95(3) tar-Regolament ta’ bażi. Fejn l-ammonti jirrelataw man-nefqa rreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni matul aktar minn xahar wieħed, tista' tintuża r-rata tal-kambju li ntużat fix-xahar li matulu n-nefqa kienet irreġistrata l-aħħar.”

3.

L-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punti (l) sa (o) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(l)

in-nefqa totali eliġibbli u l-kontribuzzjoni pubblika approvata għall-operazzjoni flimkien mal-ammont korrispondenti tal-kontribuzzjoni Komunitarja;

(m)

in-nefqa u l-kontribuzzjoni pubblika ċċertifikata lill-Kummissjoni li huma affettwati mill-irregolarità u l-ammont korrispondenti tal-kontribuzzjoni Komunitarja fir-riskju;

(n)

f’każ ta’ suspett ta’ frodi u fejn ma sar l-ebda pagament tal-kontribuzzjoni pubblika lil nies jew entitajiet oħra identifikati fil-punt (k), l-ammonti li setgħu tħallsu b'mod mhux dovut likieku l-irregolarità ma kinitx ġiet identifikata;

(o)

il-kodiċi tar-reġjun jew taż-żona fejn ġiet allokata jew fejn twettqet l-operazzjoni, billi jiġi speċifikat il-livell ta' NUTS jew b'xi mod ieħor;”

(b)

Fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

każijiet li b’mod volontarju jinġiebu għall-attenzjoni tal-awtorità tal-ġestjoni jew tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni mill-benefiċjarju u qabel l-iskoperta minn kwalunkwe waħda minnhom, kemm qabel kif ukoll wara l-inklużjoni tan-nefqa konċernata f'dikjarazzjoni ċċertifikata ppreżentata lill-Kummissjoni;

(c)

każijiet li huma skoperti u kkoreġuti mill-awtorità tal-ġestjoni jew l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni qabel l-inklużjoni tan-nefqa konċernata f’dikjarazzjoni tan-nefqa ppreżentata lill-Kummissjoni.”

(c)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fejn parti mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u b’mod partikolari l-informazzjoni li tikkonċerna l-prattiki użati fit-twettiq tal-irregolarità u l-mod li bih ġiet skoperta, mhumiex disponibbli jew għandhom bżonn jitranġaw, l-Istati Membri għandhom, safejn jistgħu, jipprovdu l-informazzjoni nieqsa jew dik korretta meta jippreżentaw ir-rapporti sussegwenti ta’ kull tliet xhur dwar l-irregolaritajiet lill-Kummissjoni.”

4.

L-Artikolu 57 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 57

Rappurtar ta' segwitu

1.   B'żieda mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn wara l-għeluq ta' kull perjodu ta’ tliet xhur, b'referenza għal kwalunkwe rapport magħmul qabel skont dak l-Artikolu, dwar dettalji li jikkonċernaw il-bidu, il-konklużjoni jew l-abbandun ta' kwalunkwe proċedura biex jiġu imposti penali amministrattivi jew kriminali relatati mal-irregolaritajiet irrappurtati kif ukoll mal-eżitu ta' tali proċeduri.

Fir-rigward tal-irregolaritajiet li għalihom ġew imposti penali, l-Istati Membri għandhom ukoll jindikaw dan li ġej:

(a)

jekk il-penali humiex ta' natura amministrattiva jew kriminali;

(b)

jekk il-penali jirriżultawx minn ksur tal-liġi Komunitarja jew nazzjonali;

(c)

referenza għad-dispożizzjonijiet fejn huma stabbiliti l-penali;

(d)

jekk ġiex stabbilit li kien hemm frodi.

2.   Għat-talba bil-miktub tal-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi informazzjoni fir-rigward ta' irregolarità speċifika jew grupp ta' irregolaritajiet.”

5.

L-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kooperazzjoni mal-Istati Membri”

(b)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Bla ħsara għall-kuntatti msemmija fil-paragrafu 1, fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li, minħabba n-natura tal-irregolarità jistgħu jseħħu prattiki identiċi jew simili fi Stati Membri oħra, hija għandha tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat konsultattiv għall-Koordinazzjoni tal-prevenzjoni ta' frodi stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/140/KE (*).

Kull sena l-Kummissjoni għandha tinforma lil dak il-Kumitat u lill-kumitati msemmija fl-Artikolu 101 tar-Regolament ta’ bażi bil-mertu tal-kobor tal-irregolaritajiet li jaffettwaw il-Fond li ġew skoperti u bil-kategoriji diversi tal-irregolaritajiet, maqsuma skont it-tip u n-numru.

(*)  ĠU L 61, 4.3.1994, p. 27.”"

6.

L-Artikolu 62 huwa mħassar.

7.

L-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi huma mħassra;

(b)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħom sad-data meta jiġi ppreżentat ir-rapport skont l-Artikolu 55(1) għandhom jikkonvertu l-ammonti fil-munita nazzjonali għall-euro billi jużaw ir-rata tal-kambju msemmija fl-Artikolu 95 (3) tar-Regolament ta’ bażi.

Fejn l-ammonti jirrelataw man-nefqa rreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni matul aktar minn xahar wieħed, tista' tintuża r-rata tal-kambju li ntużat fix-xahar li matulu n-nefqa kienet irreġistrata l-aħħar. Fejn in-nefqa ma ġietx irreġistrata fil-kontijiet tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, għandha tintuża’ r-rata l-aktar riċenti tal-kambju tal-kontijiet ippubblikata b’mod elettroniku mill-Kummissjoni.”

8.

L-Anness X huwa sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 12.7.1994, p. 43.

(3)  ĠU L 120, 10.5.2007, p. 1.


ANNESS

“ANNESS X

DIKJARAZZJONI ANNWALI DWAR L-AMMONTI RTIRATI U RKUPRATI, IRKUPRAR PENDENTI U AMMONTI LI MA JISTGĦUX JIĠU RKUPRATI SKONT L-ARTIKOLU 46(2)

1.   Ammonti rtirati għas-sena 20… imnaqqsa minn dikjarazzjonijiet tan-nefqa għal reġjuni eliġibbli:

Irtirar (1)

Taħt l-objettiv tal-konverġenza

a

b

c

d

e

f

g

L-assi prijoritarju

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa mħallsa mill-benefiċjarji li ġie rtirat (2)

Il-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti rtirata f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti rtirata f’EUR (3)

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa rtirata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (4)

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni pubblika korrispondenti relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (5)

1

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

Taħt l-objettiv li mhux tal-Konverġenza

a

b

c

d

e

f

g

L-assi prijoritarju

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa mħallsa mill-benefiċjarji li ġie rtirat (2)

Il-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti rtirata f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti rtirata (3) f’EUR

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa rtirata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (4)

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni pubblika korrispondenti relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (5)

1

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 


2.   Ammonti rkuprati għas-sena 20… imnaqqsa minn dikjarazzjonijiet tan-nefqa għal reġjuni eliġibbli:

Irkupri (6)

Taħt l-objettiv tal-konverġenza

h

i

j

k

l

m

n

L-assi prijoritarju

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa mħallsa mill-benefiċjarji (7)

Il-kontribuzzjoni pubblika rkuprata (8) f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti rkuprata (9) f’EUR

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (10)

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni pubblika rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (11)

L-ammont f’EUR ta’ nefqa korrispondenti tal-FES irkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (12)

1

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

Taħt l-objettiv li mhux tal-Konverġenza

h

i

j

k

l

m

n

L-assi prijoritarju

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa mħallsa mill-benefiċjarji (7)

Il-kontribuzzjoni pubblika rkuprata (8) f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti rkuprata (9) f’EUR

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (10)

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni pubblika rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (11)

L-ammont f’EUR ta’ nefqa korrispondenti tal-FES irkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (12)

1

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 


3.   L-irkupri pendenti fil-31.12.20…

Konverġenza

a

b

c

d

e

f

g

h

L-assi prijoritarju

Is-sena tat-tnedija tal-proċedimenti ta’ rkupru

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa eliġibbli mħallsa mill-benefiċjarji (13)

Il-kontribuzzjoni pubblika li trid tigi rkuprata (14) f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti li trid tigi rkuprata (15) f’EUR

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (16)

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni pubblika li trid tiġi rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (17)

L-ammont f’EUR ta’ nefqa korrispondenti tal-FES li trid tiġi rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (18)

1

2007

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

2007

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

2007

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

Mhux ta' Konverġenza

a

b

c

d

e

f

g

h

L-assi prijoritarju

Is-sena tat-tnedija tal-proċedimenti ta’ rkupru

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa eliġibbli mħallsa mill-benefiċjarji (13)

Il-kontribuzzjoni pubblika li trid tigi rkuprata (14) f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti li trid tigi rkuprata (15) f’EUR

L-ammont totali f’EUR ta’ nefqa relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (16)

L-ammont f’EUR ta’ kontribuzzjoni pubblika li trid tiġi rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (17)

L-ammont f’EUR ta’ nefqa korrispondenti tal-FES li trid tiġi rkuprata relatat ma’ irregolaritajiet irrappurtati skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 (18)

1

2007

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

2007

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

2007

 

 

 

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 


4.   L-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati fil-31.12.20..

Konverġenza

a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

k

l

In-numru tal-operazzjoni

L-assi prijoritarju

In-numru ta' identifikazzjoni tal-irregolarità jekk applikabbli (19)

Is-sena tat-tnedija tal-proċedimenti ta’ rkupru

In-nefqa totali mħallsa f’EUR mill-benefiċjarji ddikjarati li ma jistgħux jiġu rkuprati (20)

Il-kontribuzzjoni pubblika ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata (21) f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata (22) f’EUR

Id-data tal-aħħar pagament ta’ kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju

Id-data li fiha ġie ddikjarat li l-ispejjeż ma jistgħux jiġu rkuprati

Ir-raġuni għaliex ma jistgħux jiġu rkuprati

Il-miżuri ta’ rkupru meħuda inkluża d-data tal-ordni ta’ rkupru

Indika jekk is-sehem tal-Komunità għandux jitħallas mill-baġit tal-UE (Iva/Le)

X

 

 

20..

 

 

 

 

 

 

 

 

Y

 

 

20..

 

 

 

 

 

 

 

 

Z

 

 

20..

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mhux ta' Konverġenza

a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

k

l

In-numru tal-operazzjoni

L-assi prijoritarju

In-numru ta' identifikazzjoni tal-irregolarità jekk applikabbli (19)

Is-sena tat-tnedija tal-proċedimenti ta’ rkupru

In-nefqa totali mħallsa f’EUR mill-benefiċjarji ddikjarati li ma jistgħux jiġu rkuprati (20)

Il-kontribuzzjoni pubblika ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata (21) f’EUR

Il-kontribuzzjoni tal-FES korrispondenti ddikjarata li ma tistax tiġi rkuprata (22) f’EUR

Id-data tal-aħħar pagament ta’ kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju

Id-data li fiha ġie ddikjarat li l-ispejjeż ma jistgħux jiġu rkuprati

Ir-raġuni għaliex ma jistgħux jiġu rkuprati

Il-miżuri ta’ rkupru meħuda inkluża d-data tal-ordni ta’ rkupru

Indika jekk is-sehem tal-Komunità għandux jitħallas mill-baġit tal-UE (Iva/Le)

X

 

 

20..

 

 

 

 

 

 

 

 

Y

 

 

20..

 

 

 

 

 

 

 

 

Z

 

 

20..

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Din it-tabella (irtirar) għandha timtela’ b’rabta man-nefqa li diġà ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni u li ġiet irtirata mill-programm wara li ġiet skoperta l-irregolarità. Jekk timtela’ t-tabella 1, ma hemmx bżonn li wieħed jimla’ t-tabelli 2, 3 u 4.

(2)  Dan l-ammont huwa l-ammont totali tan-nefqa li diġà ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni, li ġie affettwat minn irregolaritajiet u li ġie rtirat.

(3)  Dan l-ammont huwa l-parti FES tan-nefqa li diġà ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni, li kien affettwat minn irregolaritajiet u li ġie rtirat.

(4)  Dan l-ammont huwa l-parti tal-ammont fil-kolonna b) li ġie rrapportat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(5)  Dan l-ammont huwa l-parti tal-ammont fil-kolonna d) li ġie rrapportat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(6)  Din it-tabella (irkupri) għandha timtela b’rabta man-nefqa li għalissa tħalliet fil-programnm sakemm isir magħruf ir-riżultat tal-proċedimenti dwar l-irkupru u li kien imnaqqas wara l-irkupru. Jekk timtela’ t-tabella 2, ma hemmx bżonn li wieħed jimla’ t-tabelli 1, 3 u 4 ta’ dan l-anness.

(7)  Dan l-ammont huwa l-ammont totali tan-nefqa li diġà ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni, li kien affettwat minn irregolaritajiet u li fir-rigward tagħhom il-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti kienet rkuprata.

(8)  Dan huwa l-ammont ta’ kontribuzzjoni pubblika rkuprat b’mod effettiv mill-benefiċjarju.

(9)  Dan l-ammont huwa l-parti korrispondenti tal-FES tan-nefqa li diġà ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni, li kien affettwat minn irregolaritajiet u li kien irkuprat.

(10)  Dan l-ammont huwa l-parti tal-ammont fil-kolonna i) li ġie rrappurtat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(11)  Dan l-ammont huwa l-parti tal-ammont fil-kolonna j) li kien irrappurtat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(12)  Dan l-ammont huwa l-parti tal-ammont fil-kolonna k) li kien irrappurtat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(13)  Dan l-ammont huwa n-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju u li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni pubblika fil-kolonna d).

(14)  Din hija l-kontribuzzjoni pubblika suġġetta għal proċedimenti ta’ rkupru fil-livell tal-benefiċjarju.

(15)  Din hija l-kontribuzzjoni tal-FES suġġetta għal proċedimenti ta’ rkupru fil-livell tal-benefiċjarju

(16)  Dan l-ammont jirrelata għall-parti tal-ammont fil-kolonna c) li kien irrappurtat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(17)  Dan l-ammont jirrelata għall-parti tal-ammont fil-kolonna d) li kien irrappurtat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(18)  Dan l-ammont jirrelata għall-parti tal-ammont fil-kolonna e) li kien irrappurtat bħala irregolari skont il-proċeduri ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(19)  Dan huwa n-numru ta’ referenza attribwit lill-irregolarità jew identifikazzjoni oħra msemmija fl-Artikolu 40(4) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

(20)  Dan l-ammont huwa l-ammont ta’ nefqa mħallas mill-benefiċjarju u li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni pubblika fil-kolonna f).

(21)  Dan huwa l-ammont ta' kontribuzzjoni pubblika mħallas li dwaru kien stabbilit li ma setax jiġi rkuprat jew li mhuwiex mistenni jiġi rkuprat.

(22)  Dan huwa l-ammont ta’ kontribuzzjoni tal-FES imħallas li dwaru kien stabbilit li ma setax jiġi rkuprat jew li mhuwiex mistenni jiġi rkuprat.”


23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1250/2010

tat-22 ta’ Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra persuni li qed jaġixxu bi ksur għall-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti konta persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont ir-Regolament.

(2)

Fl-1 ta’ Diċembru 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied erba' individwi fil-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi, u emenda d-dejta ta' xi annotazzjonijiet oħra. Għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat kif xieraq.

(3)

Sabiex jiġi ggarantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

David O'SULLIVAN

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2

A.   Persuni fiżiċi

(1)

Frank Kakolele Bwambale (magħruf ukoll bħala (a) Frank Kakorere, (b) Frank Kakorere Bwambale). Tagħrif ieħor: Telaq mill-CNDP f’Jannar 2008. Residenti f’Kinshasa, ir-RD tal-Kongo minn Diċembru 2008. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(2)

Jérôme Kakwavu Bukande (magħruf ukoll bħala (a) Jérôme Kakwavu, (b) Commandant Jérôme). Titolu: Ġeneral. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Ġie arrestat f'Ġunju 2010, u issa qed jinżamm fil-ħabs ċentrali ta' Kinshasa. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(3)

Gaston Iyamuremye (magħruf ukoll bħala: (a) Rumuli, (b) Byiringiro Victor Rumuli, (c) Victor Rumuri, (d) Michel Byiringiro). Data tat-twelid: 1948. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Musanze (Provinċja fit-Tramuntana), ir-Rwanda, (b) Ruhengeri, ir-Rwanda. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: It-tieni Viċi President tal-FDLR. Tagħrif ieħor: (a) Il-post attwali: Kibua, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, (b) Alternattiva għall-post attwali: Aru, ir-RD tal-Kongo. (c) Skont diversi sorsi, inkluż il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK, Gaston Iyamuremye huwa t-tieni viċi president tal-FDLR u huwa kkunsidrat bħala membru ewlieni fit-tmexxija militari u politika tal-FDLR (d) Gaston Iyamuremye mexxa l-uffiċċju ta' Ignace Murwanashyaka (President tal-FDLR) fil-Kibua, ir-RD tal-Kongo sa Diċembru 2009. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): [data tal-pubblikazzjoni].

(4)

Germain Katanga. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Mogħti mill-Gvern tar-RD tal-Kongo lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fit-18.10.2007. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(5)

Thomas Lubanga. Post tat-twelid: Ituri, ir-RD tal-Kongo. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Trasferit lill-QKI mill-awtoritajiet Kongoliżi fis-17.3.2006. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(6)

Khawa Panga Mandro (magħruf ukoll bħala (a) Kawa Panga, (b) Kawa Panga Mandro, (c) Kawa Mandro, (d) Yves Andoul Karim, (e) Chief Kahwa, (f) Kawa, (g) Mandro Panga Kahwa, (h) Yves Khawa Panga Mandro). Data tat-twelid: 20.8.1973. Post tat-twelid: Bunia, ir-RD tal-Kongo. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f’Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f’Kisangani, u sussegwentement trasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f’Kinshasa fuq akkużi ġodda. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(7)

Callixte Mbarushimana. Data tat-twelid: 24.7.1963. Post tat-twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Il-post attwali: Pariġi jew Thiais, Franza. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009.

(8)

Iruta Douglas Mpamo (magħruf ukoll bħala (a) Mpano, (b) Douglas Iruta Mpamo). Indirizz: Bld Kanyamuhanga 52, Goma, ir-RD tal-Kongo. Data tat-twelid: (a) 28.12.1965, (b) 29.12.1965. Post tat-twelid: (a) Bashali, Masisi, ir-RD tal-Kongo (b’referenza għad-data tat-twelid (a)), (b) Goma, ir-RD tal-Kongo (b’referenza għad-data tat-twelid (b)). Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Ibbażat f’Goma, ir-RD tal-Kongo, u Gisenyi, ir-Rwanda. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(9)

Sylvestre Mudacumura (magħruf ukoll bħala (a) Radja, (b) Mupenzi Bernard, (c) General Major Mupenzi, (d) General Mudacumura). Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Għadu jservi bħala kmandant militari tal-FDLR-FOCA, minn Novembru 2009. Ibbażat f'Kibua, fit-territorju Masisi, ir-RD tal-Kongo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(10)

Leodomir Mugaragu (magħruf ukoll bħala: (a) Manzi Leon, (b) Leo Manzi). Data tat-twelid: (a) 1954, (b) 1953. Post tat-Twelid: (a) Kigali, ir-Rwanda, (b) Rushashi (Provinċja fit-Tramuntana), ir-Rwanda. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kap Kmandant tal-FDLR/FOCA. Tagħrif ieħor: (a) Skont rappurtar minn sorsi miftuħa kif ukoll rappurtar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap Kmandant tal-Forces Combattantes Abucunguzi/Combatant Force for the Liberation of Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR, (b) Skont ir-rappurtar uffiċjali, Mugaragu huwa uffiċjal anzjan għall-ippjanar tal-operazzjonijiet militari tal-FDLR fir-RDK tal-Lvant. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): [data tal-pubblikazzjoni].

(11)

Leopold Mujyambere (magħruf ukoll bħala (a) Musenyeri, (b) Achille, (c) Frere Petrus Ibrahim. Titolu: Kurunell. Data tat-twelid: (a) 17.3.1962, (b) 1966 (estimu). Post tat-twelid: Kigali, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Il-post attwali: Mwenga, in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RD tal-Kongo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009.

(12)

Ignace Murwanashyaka (magħruf ukoll bħala Ignace). Titolu: Dr. Data tat-twelid: 14.5.1963. Post tat-twelid: (a) Butera, ir-Rwanda; (b) Ngoma, Butare, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Residenti fil-Ġermanja. Għadu rrikonoxxut bħala l-President tal-fergħa politika tal-FDLR-FOCA u bħala l-kmandant suprem tal-forzi armati tal-FDLR, minn Novembru 2009. Ġie arrestat mill-Pulizija Federali Ġermaniża fis-17 ta' Novembru 2009. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(13)

Straton Musoni (magħruf ukoll bħala I.O. Musoni). Data tat-twelid: (a) 6.4.1961, (b) 4.6.1961. Post tat-twelid: Mugambazi, Kigali, ir-Rwanda. Tagħrif ieħor: (a) Il-passaport Rwandiż skada fl-10.9.2004, (b) Residenti f'Neuffen, il-Ġermanja, (c) Għadu rrikonoxxut bħala l-ewwel Viċi President tal-fergħa politika tal-FDLR-FOCA u bħala l-President tal-kmand għoli militari, minn Novembru 2009, (d) Arrestat mill-Pulizija Federali Ġermaniża fis-17 ta' Novembru 2009. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(14)

Jules Mutebutsi (magħruf ukoll bħala (a) Jules Mutebusi, (b) Jules Mutebuzi, (c) Colonel Mutebutsi). Post tat-twelid: In-Nofsinhar ta’ Kivu, ir-RD tal-Kongo. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi f'Diċembru 2007. Aktarx li attwalment jinsab ‘miżmum’. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(15)

Mathieu Chui Ngudjolo (magħruf ukoll bħala Cui Ngudjolo). Tagħrif ieħor: Magħruf bħala ‘Colonel’ jew ‘General’. Mogħti mill-Gvern tar-RD tal-Kongo lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fis-7 ta’ Frar 2008. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(16)

Floribert Ngabu Njabu (magħruf ukoll bħala (a) Floribert Njabu, (b) Floribert Ndjabu, (c) Floribert Ngabu, (d) Ndjabu). Tagħrif ieħor: Arrestat u miżmum taħt arrest domiċiljari f’Kinshasa minn Marzu 2005. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(17)

Laurent Nkunda (magħruf wkoll bħala (a) Laurent Nkunda Bwatare, (b) Laurent Nkundabatware, (c) Laurent Nkunda Mahoro Batware, (d) Laurent Nkunda Batware, (e) General Nkunda, (f) Nkunda Mihigo Laurent). Data tat-twelid: (a) 6.2.1967, (b) 2.2.1967. Post tat-twelid: It-Tramuntana ta’ Kivu/Rutshuru, ir-RD tal-Kongo (b’referenza għad-data tat-twelid (a)). Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Magħruf bħala ‘Chairman’ u ‘Papa Six’, (b) Arrestat f'territorju Rwandiż f'Jannar 2009 u sussegwentament ġie ssostitwit bħala kmandant tal-CNDP fit-Tramuntana ta' Kivu. Għadu jżomm ċertu kontroll fuq il-CNDP u n-netwerk internazzjonali tiegħu, minn Novembru 2009. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(18)

Félicien Nsanzubukire (magħruf ukoll bħala Fred Irakeza) Data tat-twelid: 1967. Post tat-Twelid: Murama, Kinyinya, Rubungo, Kigali, ir-Rwanda. Tagħrif ieħor: (a) Il-post attwali: iż-żona ta' Uvira-Sange, fit-Territorju Uvira, Provinċja fin-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RD tal-Kongo (b) Skont diversi sorsi, Félicien Nsanzubukire huwa l-ewwel mexxej tal-battaljun tal-FDLR. Félicien Nsanzubukire kien membru tal-FDLR sa mill-1994 mill-anqas, u ilu jopera fir-RDK tal-Lvant minn Ottubru 1998. Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK jirraporta li Félicien Nsanzubukire kien issorvelja u kkoordina t-traffikar tal-munizzjon u tal-armi mill-anqas bejn Novembru 2008 u April 2009 mir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, permezz tal-Lag Tanganyika, sal-unitajiet tal-FDLR bbażati fiż-żoni ta' Uvira u Fizi, fin-Nofsinhar ta' Kivu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): [data tal-pubblikazzjoni].

(19)

Pacifique Ntawunguka (magħruf ukoll bħala (a) Colonel Omega, (b) Nzeri, (c) Israel, (d) Pacifique Ntawungula). Titolu: Kurunell. Data tat-twelid: (a) 1.1.1964, (b) 1964 (estimu). Post tat-twelid: Gaseke, Provinċja ta’ Gisenyi, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) Il-post attwali: Peti, il-fruntiera Walikale – Masisis, ir-RD tal-Kongo, (b) Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009.

(20)

James Nyakuni. Nazzjonalità: Ugandiża. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(21)

Stanislas Nzeyimana (magħruf bħala (a) Deogratias Bigaruka Izabayo, (b) Bigaruka, (c) Bigurura, (d) Izabayo Deo (e) Jules Mateso Mlamba). Data tat-twelid: (a) 1.1.1966, (b) 1967 (estimu), (c) 28.8.1966. Post tat-twelid: Mugusa (Butare), ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) Irrikonoxxut bħala Major General Stanislas Nzeyimana, Deputat Kmandant tal-FDLR, minn Novembru 2009, (b) Il-post attwali: Kalonge, Masisi, fit-Tramuntana ta' Kivu, ir-RD tal-Kongo jew Kibua, ir-RD tal-Kongo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009.

(22)

Dieudonné Ozia Mazio (magħruf ukoll bħala (a) Ozia Mazio, (b) Omari, (c) Mr Omari). Data tat-twelid: 6.6.1949. Post tat-twelid: Ariwara, ir-RD tal-Kongo. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Miet f’Ariwara fit-23 ta’ Settembru 2008. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(23)

Bosco Taganda (magħruf ukoll bħala (a) Bosco Ntaganda, (b) Bosco Ntagenda, (c) General Taganda). Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Magħruf bħala ‘Terminator’ u ‘Major’, (b) Ibbażat f'Bunagana u Rutshuru, (c) Kap militari de facto tal-CNDP, wara li ġie arrestat il-Ġeneral Laurent Nkunda f'Jannar 2009. L-eks Kap Kmandant tal-CNDP. Ibbażat f’Bunagana u Rutshuru. (c) Minn meta ġie maħtur bħala Kap tal-militar de facto tal-CNDP f'Jannar 2009, hu ġie mħarreġ fil-ġestjoni tal-integrazzjoni fil-FARDC u ngħata wkoll il-pożizzjoni ta' Deputat Kmandant Operattiv fl-operazzjoni Kimia II, minkejja li dan ġie miċħud b'mod uffiċjali mill-FARDC. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(24)

Innocent Zimurinda. Titolu: Logutenent Kurunell. Data tat-twelid: (a) 1.9.1972, (b) 1975. Post tat-twelid: Ngungu, fit-Territorju Masisi, Provinċja fit-Tramuntana ta' Kivu, ir-RD tal-Kongo. Tagħrif ieħor (a) Il-post attwali: It-Territorju Masisi, Provinċja fit-Tramuntana ta' Kivu, ir-RD tal-Kongo, (b) Skont rappurtar minn sorsi miftuħa kif ukoll rappurtar uffiċjali, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda kien uffiċjal fil-Congrès National pour la Défense du Peuple (CNDP) li ġie integrat fil-Forces Armées de la République Démocratique du Congo (FARDC) fil-bidu tal-2009. Skont diversi sorsi, hu kien ta ordnijiet li rriżultaw fil-massakru ta' aktar minn 100 refuġjat Rwandiż matul operazzjoni militari f'April 2009 fiż-żona ta' Shalio u pparteċipa f'operazzjoni tal-CNDP f'Novembru 2008 li rriżultat fil-massakru ta' 89 ċittadin fir-reġjun ta' Kiwanji. F'Marzu 2010, 51 grupp għad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu fir-RDK tal-Lvant tellgħu lment onlajn fejn allegaw li hu kien responsabbli minn diversi abbużi fuq id-drittijiet tal-bniedem bejn Frar 2007 u Awwissu 2007, li kienu jinvolvu l-omiċidju ta' bosta ċittadini u l-istupru ta' ammont kbir ta' nisa u bniet. Skont il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK, hu jinsab direttament responsabbli għar-reklutaġġ tat-tfal u biex jinżammu t-tfal fi ħdan truppi taħt il-kmand tiegħu, filwaqt li fid-29 ta' Awwissu 2009, hu rrifjuta li jirrilaxxa tlitt itfal minn taħt il-kmand tiegħu f'Kalehe. Skont id-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Kunflitti Armati fil-21 ta' Mejju 2010, huwa kien involut fl-eżekuzzjoni arbitrarja ta' suldati tfal, inkluż matul l-operazzjoni Kimia II, u ċaħad l-aċċess għall-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) meta din riedet tivverifika l-preżenza ta' minuri fost it-truppi. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): [data tal-pubblikazzjoni].

B.   Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi

(1)

Butembo Airlines (magħrufa bħala BAL). Indirizz: Butembo, ir-RD tal-Kongo. Tagħrif ieħor: Minn Diċembru 2008, BAL ma baqgħetx illiċenzjata biex topera inġenji tal-ajru fir-RD tal-Kongo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(2)

Congocom Trading House. Indirizz: Butembo, ir-RD tal-Kongo. Nru tat-Telefon: +253 (0) 99 983 784. Tagħrif ieħor: kumpanija tan-negozju fid-deheb f’Butembo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(3)

Compagnie Aérienne des Grands Lacs (CAGL), (magħrufa wkoll bħala Great Lakes Business Company (GLBC)). Indirizz: (a) CAGL: Avenue President Mobutu, Goma, (CAGL għandha wkoll uffiċċju f'Gisenyi, ir-Rwanda); (b) GLBC: PO Box 315, Goma, ir-RD tal-Kongo (GLBC għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, ir-Rwanda). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(4)

Machanga Ltd. Indirizz: Kampala, Uganda. Tagħrif ieħor: Kumpanija li tesporta d-deheb f’Kampala (Diretturi: Is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(5)

Tous Pour la Paix et le Développement (magħrufa wkoll bħala TPD). Indirizz: Goma, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RD tal-Kongo. Tagħrif ieħor: TPD hija organizzazzjoni mhux governattiva. Minn Diċembru 2008, TPD kienet għadha teżisti u kellha l-uffiċċji tagħha f'diversi bliet fit-territorji Masisi u Rutshuru, iżda l-attivitajiet kummerċjali tagħha kienu kważi waqfu għal kollox. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(6)

Uganda Commercial Impex (UCI) Ltd. Indirizz: (a) Kajoka Street, Kisemente, Kampala, Uganda, (b) PO Box 22709, Kampala, Uganda. Tagħrif ieħor: Kumpanija li tesporta d-deheb f’Kampala (Diretturi: Is-Sur Kunal Lodhia u s-Sur J.V. Lodhia). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.”


23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1251/2010

tat-22 ta' Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 (1)(e) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, korpi u entitajiet li, billi ntgħażlu mill-Kunsill, huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fid-22 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill i ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Għaldaqstant l-Anness V għandu jiġi aġġornat.

(3)

Sabiex jiġi garantit li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa hawnhekk mibdul bl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

David O'SULLIVAN

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


ANNESS

“ANNESS V

LISTA TA’ PERSUNI, ENTITATJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(2)

A.   Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)

#

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

CHANG Song-taek (magħruf ukoll bħala JANG Song-Taek)

Data tat-twelid: 2.2.1946 jew 6.2.1946 jew 23.2.1946 (provinċja ta' Hamgyong Nord)

Numru tal-passaport (fl-2006): PS 736420617

Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. Direttur tad-Dipartiment Amministrattiv tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

2.

CHON Chi Bu

 

Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, ex-direttur tekniku ta' Yongbyon.

3.

CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang)

Data tat-twelid: bejn l-1928 u l-1933

Prim Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tad-Difiża (programm ballistiku), Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, membru tal-Kummissjoni nazzjonali tad-Difiża.

4.

CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang)

Data tat-twelid: 1934

(Mandchourie, Ċina)

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong-Il).

5.

JON Pyong-ho

Data tat-twelid: 1926

Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Kap tal-Kumitat Ċentrali tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Provvisti Militari li jikkontrolla t-Tieni Kumitat Ekonomiku tal-Kumitat Ċentrali, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

6.

KIM Yong-chun (magħruf ukoll bħala Young-chun

Data tat-twelid:

4.3.1935

Numru tal-Passaport: 554410660

Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, Konsulent Speċjali ta' Kim Jong-Il għall-istrateġija nukleari.

7.

O Kuk-Ryo

Data tat-twelid: 1931

(provinċja ta' Jilin, Ċina)

Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, sorveljant tal-akkwisti barra l-pajjiż tat-teknoloġiji moderni għall-programm nukleari u dak ballistiku.

8.

PAEK Se-bong

Data tat-twelid: 1946

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

9.

PAK Jae-gyong (magħruf ukoll bħala Chae-Kyong

Data tat-twelid: 1933

Numru tal-Passaport: 554410661

Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Viċi-Direttur tal-uffiċċju tal-loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong-Il).

10.

PYON Yong Rip (magħruf ukoll bħala Yong-Nip)

Data tat-twelid:

20.9.1929

Numru tal-Passaport: 645310121 (maħruġ fit-13.09.2005)

President tal-Akkademja tax-Xjenzi li kienet involuta f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM

11.

RYOM Yong

 

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti) responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali.

12.

SO Sang-kuk

Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.


B.   Lista ta’ persuni, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)

#

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Green Pine Associated Corporation

(psewdonomu: Chongsong Yonhap; Ch’o’ngsong Yo’nhap)

c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, Hyongjesan-Guyok, Pyongyang / Nungrado, Pyongyang

Ch’o’ngsong Yo’nhap ġie identifikat għal sanzjonijiet talli esporta armi jew materjal relatat lejn il-Korea ta' Fuq. Gree Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' bastimenti u armamenti marittimi militari, bħala sottomarini, dgħajjes militari u sistemi tal-missili, u esportat torpidows u assistenza teknika għal ditti Iranajani relatati mad-difiża. Green Pine hija responsabbli għal madwar nofs l-armi u materjal reltat esportat mill-Korea ta' Fuq u ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-KOMID wara li din ġiet individwata mill-UNSC.

2

Korea Heungjin Trading Company

Post: Pyongyang

Entità bbażata Pyongyang użata mill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għal skopijiet ta' kummerċ (KOMID ġiet individwata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Korea Heungjin Trading Company hija ssuspettata qkoll li involviet ruħha fil-forniment ta' prodotti relatati mal-missli lejn is-Shahid Hemmat Industrial Group tal-Iran.

3.

Korea Pugang mining and machinery Corporation ltd

 

Filjali tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); Topera faċilitajiet għall-produzzjoni ta' trab tal-aluminju, li jista' jintuża għall-missili.

4.

Korea Taesong Trading Company

Post: Pyongyang

Entità bbażata Pyongyang użata mill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għal skopijiet ta' kummerċ (KOMID ġiet individwata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Il-Korea Taesong Trading Company aġixxiet f'isem il-KOMID f'negozjati mas-Sirja.

5.

Korean Ryengwang Trading corporation

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, Korea ta' Fuq

Filjali tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

6.

It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali

 

It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ewlenin fi programm tal-missili tal-Korea ta' Fuq. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli mis-sorveljanza tal-produzzjoni ta' missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq. Huwa jmexxi wkoll l-attivitajiet tal-KOMID (il-KOMID ġie individwat minn Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Hija organizzazzjoni fuq bażi nazzjonali responsabbli mir-riċerka u l-iżvilupp ta' sistemi avvanzati ta' armamenti tal-Korea ta' Fuq, fosthom missili u probabbilment armi nukleari. Hija tuża għadd ta' organizzazzjonijiet subordinati biex tikseb tekknoloġija, tagħmir u informazzjoni minn barra 'l pajjiż, fosthom mill-Korea Tangun Trading Corporation, għal użu fi programmi ta' missili u probabbilment armi nukleari fil-Korea ta' Fuq.

7.

Sobaeku United Corp (magħrufa wkoll bħala Sobaeksu United Corp

 

Kumpannija Statali, involuta fir-riċerka jew l-akkwist ta' prodotti jew ta' tagħmir sensittiv. Hija għandha diversi depożiti ta' grafita naturali li jipprovdu bil-materja prima lil żewġ fabbriki ta' proċessar li jipproduċu partikolarment blokki tal-grafita li jistgħu jintużaw fil-qasam ballistiku.

8.

Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon

 

Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009).


C.   Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)

#

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

JON Il-chun

Data tat-twelid:

24.8.1941

Fi Frar 2010 KIM Tong-un spiċċa mill-kariga tiegħu ta' direttur ta' Uffiċċju 39 li. fost affarijiet oħrajn, huwa responsabbli mix-xiri ta' prodotti mir-rappreżentanzi diplomatiċi tad-DPRK u evitaw sanzjonijiet. Huwa ġie ssostitwit minn JON Il-chun. Jingħad li JON Il-chun huwa wieħed minn fost l-aktar persuni ewlenin tal-Bank tal-Iżvilupp tal-Istat.

2.

KIM Tong-un

 

Ex Direttur tal-‘Uffiċċju 39’ tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni.


D.   Lista ta’ persuni, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)

#

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Korea Daesong Bank

(psewdonomu: Choson Taesong Unhaeng; Taesong Bank)

Indirizz:

Segori-dong, Gyongheung St., Potonggang District, Pyongyang

Tel: 850 2381 8221

Tel: 850 2 18111 ext. 8221

Faks: 850 2381 4576

Istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq li taqa' taħt l-Uffiċċju 39 u hija involuta fil-proċess ta' faċilitazzjoni ta' proġetti ta' finanzjament għall-proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq.

2.

Korea Daesong General Trading Corporation

(psewdonomu: Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation)

Indirizz:

Pulgan Gori Dong 1, Potonggang District, Pyongyang

Tel: 850 2 18111 ext. 8204/8208

Tel: 850 2381 8208/4188

Faks: 850 2381 4431/4432

Kumpanija li taqa' taħt l-Uffiċċju 39 u tintuża għall-iffaċilitar ta' tranżazzjonijiet barranin f'isem l-Uffiċċju 39.

Id-Direttur tal-Uffiċċju 39, Kim Tong-un huwa mniżżel fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007.”


23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1252/2010

tat-22 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

87,5

MA

43,2

TR

107,5

ZZ

79,4

0707 00 05

EG

140,2

JO

158,2

TR

124,5

ZZ

141,0

0709 90 70

MA

88,3

TR

129,0

ZZ

108,7

0805 10 20

AR

43,0

BR

41,5

IL

67,1

MA

60,8

PE

58,9

TR

67,1

UY

48,7

ZA

43,8

ZZ

53,9

0805 20 10

MA

61,0

ZZ

61,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

61,9

IL

71,3

JM

144,2

TR

72,6

ZZ

87,5

0805 50 10

AR

49,2

TR

61,0

UY

49,2

ZZ

53,1

0808 10 80

AR

65,9

CA

84,9

CL

84,2

CN

83,7

MK

29,3

NZ

74,9

US

116,8

ZA

124,1

ZZ

83,0

0808 20 50

CN

86,2

US

131,9

ZZ

109,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1253/2010

tat-22 ta’ Diċembru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 1247/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 338, 22.12.2010, p. 42.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-23 ta’ Diċembru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

66,09

0,00

1701 11 90  (1)

66,09

0,00

1701 12 10  (1)

66,09

0,00

1701 12 90  (1)

66,09

0,00

1701 91 00  (2)

61,65

0,00

1701 99 10  (2)

61,65

0,00

1701 99 90  (2)

61,65

0,00

1702 90 95  (3)

0,62

0,16


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1254/2010

tat-22 ta’ Diċembru 2010

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar 2011, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2011

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.12.2010-21.12.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

249,34

176,75

Prezz FOB USA

234,56

224,56

204,56

135,89

Tariffa fuq il-Golf

15,41

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

30,57

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

19,99  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

49,01  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].


DEĊIŻJONIJIET

23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Diċembru 2010

li taħtar membru Slovakk fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2010/798/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Waqt li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 305 tiegħu,

Waqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Slovakk,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Juraj BLANÁR, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fil-25 ta’ Jannar 2015:

Is-Sur Pavol FREŠO

predseda Bratislavského samosprávneho kraja

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/799/UE

tat-13 ta’ Diċembru 2010

li tappoġġa l-proċess ta’ bini tal-fiduċja li jwassal għall-istabbiliment ta’ żona ħielsa mill-armi ta’ distruzzjoni massiva u l-mezzi tat-twassil tagħhom fil-Lvant Nofsani b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Distruzzjoni Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-UE qed timplimenta b’mod attiv l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ distruzzjoni massiva u tagħti effett għall-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tiegħu, bħal pereżempju li tagħmel il-multilateraliżmu aktar effettiv u li tippromwovi ambejnt internazzjonali u reġjonali stabbli.

(2)

L-UE hija impenjata lejn is-sistema multilaterali tat-trattati, li tipprovdi l-bażi legali u normattiva għall-isforzi kollha ta’ non-proliferazzjoni. Il-politika tal-UE hija li twettaq l-implimentazzjoni u l-universalizzazzjoni tan-normi eżistenti tan-non-proliferazzjoni u d-diżarm. L-UE ser tassisti lill-pajjiżi terzi fit-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt konvenzjonijiet u reġimi multilaterali.

(3)

Il-promozzjoni ta’ ambjent internazzjonali u reġjonali stabbli hija kondizzjoni għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta’ distruzzjoni massiva (ADM). Għal dan il-għan, l-UE ser tieħu ħsieb arranġamenti għas-sigurtà reġjonali, kontroll reġjonali ta’ armi u proċessi għad-diżarm.

(4)

L-assigurazzjonijiet tas-sigurtà li jkunu kemm pożittivi kif ukoll negattivi jista’ jkollhom rwol importanti: dawn jistgħu jservu sew ta’ inċentiv biex ma jsirx l-akkwist tal-ADM kif ukoll ta’ deterrent. L-UE ser tippromwovi aktar konsiderazzjoni għall-assigurazzjoni tas-sigurtà.

(5)

Il-proliferazzjoni tal-ADM hija theddida globali, li titlob approċċ globali. Madankollu, peress li s-sigurtà fl-Ewropa hija marbuta mill-qrib mas-sigurtà u l-istabbiltà fil-Mediterran u l-Lvant Nofsani, l-UE temmen li hu dmirha li tikkontribwixxi għas-sigurtà u l-istabbiltà f’dan ir-reġjun.

(6)

Id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit ta’ Pariġi għall-Mediterran tat-13 ta’ Lulju 2008, li stabbilixxiet l-Unjoni għall-Mediterran affermat mill-ġdid l-aspirazzjoni komuni biex jinkisbu l-paċi kif ukoll is-sigurtà reġjonali kif ġie stabbilit fid-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona adottata fil-Konferenza Ewro-Mediterranja tas-27-28 ta’ Novembru 1995, li, fost l-oħrajn, tippromwovi s-sigurtà reġjonali billi taġixxi favur in-non-proliferazzjoni nukleari, kimika u bijoloġika permezz ta’ aderenza u osservanza ma’ kombinazzjoni ta’ reġimi internazzjonali u reġjonali favur in-non-proliferazzjoni u ftehimiet għall-kontroll tal-armi u d-diżarm bħat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP), il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi, il-Konvenzjoni Komprensiva ta’ Projbizzjoni ta’ Testijiet Nukleari u/jew arranġamenti reġjonali bħal żoni ħielsa mill-armamenti, inklużi r-reġimi tagħhom ta’ verifika, kif ukoll billi jiġu rispettati b’rieda tajba l-impenji tagħhom taħt konvenzjonijiet għall-kontroll tal-armi, id-diżarm u n-non-proliferazzjoni.

(7)

Il-Partijiet fl-Unjoni għall-Mediterran ser jaħdmu għal Żona tal-Lvant Nofsani reċiprokament u effettivament verifikabbli ħielsa mill-ADM - nukleari, kimiċi u bijoloġiċi - u s-sistemi tat-twassil tagħhom. Barra minn hekk, il-partijiet ser jikkunsidraw passi prattiċi, fost l-oħrajn għall-prevenzjoni tal-proliferazzjoni ta’ armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi kif ukoll l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ armi konvenzjonali.

(8)

Il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranji bejn l-UE u s-sħab Mediterranji jipprevedu l-istabbiliment ta’ djalogu politiku regolari, li għandhom isaħħu s-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali u jkopru s-suġġetti kollha ta’ interess komuni, b’mod partikolari l-paċi, is-sigurtà, id-demokrazija u l-iżvilupp reġjonali.

(9)

Fid-19-20 ta’ Ġunju 2008, l-UE organizzat seminar f’Pariġi dwar “Is-sigurtà fil-Lvant Nofsani, in-Non-proliferazzjoni tal-ADM u d-Diżarm”, li laqqgħet flimkien rappreżentanti tal-Istati tar-Reġjun u tal-Istati Membri kif ukoll akkademiċi u aġenziji nazzjonali għall-enerġija nukleari. Il-parteċipanti ħeġġew lill-UE biex tippromwovi t-tkomplija tad-dibattitu f’diversi fora, u biex gradwalment tgħaddi għal format aktar formali li jinkludi diskussjonijiet fost uffiċjali tal-Gvern, abbażi tal-Qafas ta’ Barċellona, iżda li tagħmel dan f’format ġeografikament aktar inklużiv.

(10)

Il-Konferenza ta’ Reviżjoni tat-TNP tal-2010 enfasizzat l-importanza ta’ proċess li jwassal għall-implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni tagħha tal-1995 dwar il-Lvant Nofsani (“ir-Riżoluzzjoni tal-1995”). Għal dak il-għan, il-Konferenza approvat passi prattiċi, inter alia, il-konsiderazzjoni tal-offerti kollha immirati lejn l-appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-1995, inkluż l-offerta tal-UE biex tospita seminar ta’ segwitu relatat ma’ dak organizzat f’Ġunju 2008.

(11)

Il-Konferenza ta’ Reviżjoni tat-TNP tal-2010 għarfet ukoll ir-rwol importanti li għandha s-soċjetà ċivili fil-kontribut għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-1995 u ħeġġet l-isforzi kollha f’dan ir-rigward.

(12)

L-20 sessjoni tal-Kunsill Konġunt u tal-laqgħa Ministerjali UE-GCC li saret fl-14 ta’ Ġunju 2010 laqgħet l-eżitu b’suċċess tal-Konferenza ta’ Reviżjoni tat-TNP tal-2010. Il-parteċipanti tennew l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ żona ħielsa mill-ADM kollha u l-mezzi tat-twassil tagħhom fil-Lvant Nofsani, inkluż ir-reġjun tal-Golf,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-fini li jingħata segwitu għas-seminar tal-UE tal-2008 dwar “Sigurtà fil-Lvant Nofsani, Non-Proliferazzjoni tal-ADM u Diżarm”, l-UE għandha tappoġġa attivitajiet sabiex tippromwovi l-objettivi segwenti:

Jiġi inkoroġġit d-djalogu politiku reġjonali u dak relatat mas-sigurtà fis-soċjetajeit ċivili u l-gvernijiet, u b’mod partikolari fost l-esperti, l-uffiċjali u l-akkademiċi;

Jiġu identifikati miżuri ta’ bini tal-findiċja li jistgħu jservu ta’ passi prattiċi lejn il-prospett ta’ żona tal-Lvant Nofsani ħielsa mill-armi ta’ distruzzjoni massiva u l-mezzi tat-twassil tagħhom;

Tiġi inkoraġġita diskussjoni dwar l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tat-trattati internazzjonali rilevanti u strumenti oħra biex ma jkunx hemm proliferazzjoni tal-ADM u tas-sistemi tat-twassil tagħhom;

Jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mal-użu paċifiku tal-enerġija nukleari u l-kooperazzjoni reġjonali f’dan ir-rigward.

2.   F’dan il-kuntest, il-proġetti li għandhom jiġu appoġġati mill-UE għandhom ikopru l-attivitajiet speċifiċi segwenti:

(a)

il-provvediment ta’ mezzi għall-organizzazzjoni ta’ avveniment ta’ segwitu relatat mas-Seminar tal-2008 dwar “Is-Sigurtà fil-Lvant Nofsani, in-Non-Proliferazzjoni tal-ADM u d-Diżarm”;

(b)

il-provvediment ta’ mezzi għat-tħejjija ta’ dokumenti ta’ informazzjoni dwar suġġetti ttrattati mis-seminar ta’ segwitu.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni, li għandu jwettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan il-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti neċessarji mal-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 347 700.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan il-fini, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni. Il-ftehim għandu jistipula li l-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni għandu jiżgura viżibbiltà tal-kontribut tal-UE, xierqa għad-daqs tiegħu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim.

Artikolu 4

1.   Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari mħejjijin mill-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni. Dawk ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 18-il xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk ebda ftehim ta’ finanzjament ma jkun ġie konkluż sa dakinhar.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


ANNESS

Proġetti li jappoġġaw il-proċess ta’ bini tal-fiduċja li jwassal għall-istabbiliment ta’ żona ħielsa mill-armi ta’ distruzzjoni massiva u l-mezzi tat-twassil tagħhom fil-lvant nofsani b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-ue kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ distruzzjoni massiva

1.   Objettivi

Fid-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona tal-1995, adottata fil-Konferenza Ewro-Mediterranja tas-27-28 ta’ Novembru 1995, l-UE u l-Imsieħba Mediterranji tagħha qablu li jaħdmu għal żona tal-Lvant Nofsani effettivament verifikabbli ħielsa mill-armi ta’ distruzzjoni massiva (ADM) u s-sistemi tat-twassil tagħhom. Fl-2008, id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit ta’ Pariġi għall-Mediterran ikkonfermat li l-UE hi lesta tikkunsidra u tħejji passi prattiċi biex twitti t-triq għal implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni tal-1995, tal-Konferenza ta’ Reviżjoni tat-TNP, dwar il-Lvant Nofsani (“ir-Riżoluzzjoni tal-1995”) u l-ħolqien ta’ tali żona. Dawn il-passi prattiċi ġew eżaminati waqt is-Seminar tal-UE dwar “Is-Sigurtà, in-Non-proliferazzjoni tal-ADM u d-Diżarm fil-Lvant Nofsani” li sar f’Pariġi f’Ġunju 2008.

Fil-fehma tal-UE, għandhom jittieħdu passi prattiċi li, inter alia, jippromwovu l-adeżjoni u l-konformità universali mal-ftehimiet multilaterali u l-istrumenti kollha fil-qasam tan-non-proliferazzjoni, kontroll tal-armi u d-diżarm, bħat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP), il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi, il-Konvenzjoni Komprensiva ta’ Projbizzjoni ta’ Testijiet Nukleari u l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni ta’ Missili Ballistiċi kif ukoll il-Ftehimiet Komprensivi ta’ Salvagwardja tal-IAEA u tal-Protokoll Addizzjonali. Il-bidu tan-negozjati dwar Trattat dwar il-Waqfien ta’ Materjal Fissili ikun pass ieħor kruċjali f’dan il-kuntest. Passi bħal dawn jistgħu jikkostitwixxu miżura reġjonali importanti għall-bini tal-fiduċja bil-ħsieb tal-istabbiliment ta’ żona verifikabbli ħielsa mill-ADM u s-sistemi tat-twassil tagħhom.

L-UE tixtieq li tkompli u tintensifika d-djalogu politiku u fil-qasam tas-sigurtà fost is-sħab rilevanti tal-Unjoni għall-Mediterran u l-pajjiżi l-oħra kollha fil-Lvant Nofsani dwar kwistjonijiet relatati mal-istabbiliment ta’ żona ħielsa mill-ADM. L-UE temmen li l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri konkreti għall-bini tal-fiduċja jistgħu jiffaċilitaw il-progress lejn żona ħielsa mill-ADM. Dawn il-miżuri għall-bini tal-fiduċja jistgħu, inter alia, jikkonsistu fil-proġetti fuq skala żgħira fil-qasam xjentifiku u tas-soċjetà ċivili fejn hu possibbli progress kif ukoll f’seminars ta’ taħriġ għad-diplomatiċi u l-militar u ‘żjarat’ għall-bini tal-fiduċja f’pajjiżi tar-reġjun.

F’dan l-isfond ta’ interess dejjem akbar fl-iżvilupp tal-enerġija nukleari għal użu paċifiku fir-reġjun, għandhom ukoll isiru sforzi sabiex jiġi żgurat li l-iżvilupp ta’ użi paċifiċi jseħħ f’konformità mal-aqwa standards tas-sikurezza, is-sigurtà u n-non-proliferazzjoni. Il-kwistjoni dwar kif wieħed itejjeb il-kooperazzjoni paċifika nukleari għandha tiġi esplorata f’termini ġenerali kif ukoll b’mod aktar speċifiku pereżempju permezz tal-iżvilupp ta’ faċilitajiet nukleari reġjonali multinazzjonali.

L-UE temmen li dawn l-objettivi jistgħu jiġu promossi, fost affarijiet oħra, permezz ta’ seminar ta’ segwitu dwar “Sigurtà fil-Lvant Nofsani, Non-Proliferazzjoni tal-ADM u Diżarm” mal-partijiet ikkonċernati kollha. Dak is-seminar ta’ segwitu jippermetti diskussjoni ffukata u strutturata dwar ir-rekwiżiti li fil-futur jistgħu jwasslu għall-istabbiliment ta’ żona tal-Lvant Nofsani ħielsa minn armi nukleari u l-ADM kollha l-oħra u s-sistemi tat-twassil tagħhom effettivament verifikabbli. Ikun jeħtieġ li t-tħejjijiet tas-seminar isiru f’koordinazzjoni mill-qrib mal-partijiet rilevanti kollha.

L-UE tkompli tappoġġa d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjoni dwar il-Lvant Nofsani adottati fil-Konferenza ta’ Reviżjoni u Estensjoni tat-TNP tal-1995 kif ukoll id-Dokumenti Finali tal-Konferenza ta’ Reviżjoni tat-TNP tal-2000 u tal-Konferenza ta’ Reviżjoni tat-TNP tal-2010. Il-Konferenza ta’ Reviżjoni tat-TNP tal-2010 approvat diversi passi prattiċi, li jinkludu l-konsiderazzjoni tal-offerti kollha immirati lejn l-appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-1995, inkluża l-offerta tal-UE biex tospita seminar ta’ segwitu relatat ma’ dak organizzat f’Ġunju 2008. Il-Konferenza għarfet ukoll l-importanza li għandha s-soċjetà ċivili fil-kontribut għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-1995.

L-UE tixtieq tappoġġa l-objettivi msemmijin hawn fuq, kif ġej:

permezz tal-organizzazzjoni ta’ avveniment ta’ segwitu relatat mas-Seminar tal-UE tal-2008 dwar “Is-Sigurtà fil-Lvant Nofsani, in-Non-Proliferazzjoni tal-ADM u d-Diżarm”;

permezz tal-provvediment ta’ mezzi għat-tħejjija ta’ dokumenti ta’ informazzjoni dwar suġġetti ttrattati mis-seminar ta’ segwitu.

2.   Deskrizzjoni tal-proġetti

2.1.   Proġett: Seminar b’appoġġ għal proċess ta’ bini tal-fiduċja li jwassal għall-istabbiliment ta’ żona ħielsa mill-ADM u l-mezzi tat-twassil tagħhom fil-Lvant Nofsani.

2.1.1.   Għan tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

jipprovdi għal avveniment ta’ segwitu relatat mas-Seminar tal-EU dwar “Is-Sigurtà fil-Lvant Nofsani, in-Non-Proliferazzjoni tal-ADM u d-Diżarm” li sar f’Pariġi fid-19-20 ta’ Ġunju 2008;

(b)

jiddiskuti kwistjonijiet relatati mas-sigurtà reġjonali fil-Lvant Nofsani, inkluża l-proliferazzjoni tal-ADM u l-mezzi tat-twassil tagħhom u kwistjonijiet konvenzjonali;

(c)

jesplora miżuri possibbli għall-bini tal-fiduċja biex jiffaċilitaw il-proċess lejn l-istabbiliment ta’ żona tal-Lvant Nofsani ħielsa mill-armi ta’ distruzzjoni massiva u l-mezzi tat-twassil tagħhom, inkluż fuq il-bażi tal-esperjenzi dwar iż-żoni eżistenti;

(d)

jiddiskuti possibbiltajiet biex jiġu universalizzati u implimentati trattati internazzjonali dwar in-non-proliferazzjoni u strumenti oħra;

(e)

jesplora perspettivi għal kooperazzjoni nukleari paċifika u attivitajiet relatati ta’ assistenza, inkluż fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Euratom.

2.1.2.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

japprofondixxi id-djalogu u jiġġenera l-fiduċja fis-soċjetà ċivili u l-gvernijiet sabiex isir aktar progress b’appoġġ għas-sigurtà reġjonali u l-istabbiliment ta’ żona ħielsa mill-ADM u l-mezzi tat-twassil tagħhom fil-Lvant Nofsani;

(b)

iżid il-fehim reċiproku dwar kwistjonijiet li jolqtu x-xenarju tas-sigurtà reġjonali, inkluża l-proliferazzjoni tal-ADM u l-mezzi tat-twassil tagħhom u kwistjonijiet konvenzjonali;

(c)

iżid is-sensibilizzazzjoni, l-għarfien u l-intendiment tal-passi prattiċi meħtieġa għall-istabbiliment ta’ żona tal-Lvant Nofsani ħielsa mill-ADM u l-mezzi tat-twassil tagħhom;

(d)

jikkontribwixxu għall-isforzi biex jiġu universalizzati u implimentati trattati internazzjonali dwar in-non-proliferazzjoni u d-diżarm u strumenti oħra;

(e)

jiffaċilita l-kooperazzjoni internazzjonali u reġjonali dwar l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari f’konformità mal-aqwa standards tas-sikurezza, is-sigurtà u n-non-proliferazzjoni nukleari.

2.1.3.   Deskrizzjoni tal-proġett

Il-proġett jipprevedi l-organizzazzjoni ta’ seminar, li ser idum sa jumejn u li preferibbilment isir fi Brussells jew fir-reġjun tal-Mediterrran.

Il-parteċipanti ser jinkludu rappreżentanti tal-Istituzzjonijiet relevanti tal-UE, tal-Istati Membri tal-UE, tal-pajjiżi kollha fil-Lvant Nofsani, tal-istati li għandhom armi nukleari, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u esperti akkademiċi. Hu mistenni li jipparteċipaw fis-seminar madwar 100 rappreżentant.

Id-diskussjonijiet fis-seminar ser jitmexxew minn esperti akkademiċi. Minħabba s-sensittività tas-suġġetti li għandhom jiġu ttrattati, id-diskussjonijiet ser isiru skont ir-Regola ta’ Chatham House sabiex ikun jsita’ jsir dibattitu aktar informali u miftuħ mingħajr ma jiġi identifikat is-sors tal-informazzjoni mogħtija f’laqgħa.

L-ispejjeż tal-parteċipanti u l-kelliema mistednin ser ikunu koperti: vjaġġar, akkomodazzjoni u per diems. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tipprevedi wkoll mezzi finanzjarji li jkopru l-ispejjeż l-oħra kollha, li jinkludu t-tagħmir għall-konferenza, l-ikliet ta’ nofsinhar u ta’ filgħaxija, il-waqfiet għall-kafè, it-traduzzjoni ta’ dokumenti u l-interpretazzjoni.

Il-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni, f’konsultazzjoni mar-rappreżentant tar-RGħ u l-Istati Membri tal-UE, ser jistieden il-parteċipanti għas-seminar.

Is-seminar ser isir fl-2011. Ser jitħejja rapport dwar is-seminar mill-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni u jintbagħat lir-rappreżentant tar-RGħ. Ir-rapport jista’ jiġi kondiviż mal-korpi rilevanti fl-UE, il-pajjiżi kollha fil-Lvant Nofsani, il-pajjiżi l-oħra interessati, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti.

2.2.   Proġett: Dokumenti ta’ informazzjoni

2.2.1.   Għan tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

jipprovdi sa’ tmien dokumenti ta’ informazzjoni dwar suġġetti koperti mis-seminar seminar b’appoġġ għal proċess ta’ bini tal-fiduċja li jwassal għall-istabbiliment ta’ żona ħielsa mill-ADM u l-mezzi tat-twassil tagħhom fil-Lvant Nofsani;

(b)

jipprovdi għodda biex wieħed jifhem ix-xenarju tas-sigurtà reġjonali, inkluża l-proliferazzjoni tal-ADM u l-mezzi tat-twassil tagħhom u kwistjonijiet konvenzjonali;

(c)

jidentifika miżuri possibbli għall-bini tal-fiduċja li jistgħu jservu ta’ passi prattiċi lejn il-prospett ta’ żona tal-Lvant Nofsani ħielsa mill-ADM u l-mezzi tat-twassil tagħhom;

(d)

jidentifika modi biex isir aktar progress fl-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tat-trattati internazzjonali dwar in-non-proliferazzjoni u d-diżarm u strumenti oħra;

(e)

jidentifika perspettivi għal kooperazzjoni nukleari paċifika fil-kuntest tal-politika u l-ħtiġijiet fil-qasam tal-enerġija tal-pajjiżi.

2.2.2.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

jagħti ideat u suġġerimenti lis-seminar b’appoġġ għal proċess ta’ bini tal-fiduċja li jwassal għall-istabbiliment ta’ żona ħielsa mill-ADM u l-mezzi tat-twassil tagħhom fil-Lvant Nofsani u jikkontribwixxi biex issir diskussjoni ffukata u strutturata dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha;

(b)

iżid is-sensibilizzazzjoni, l-għarfien u l-fehim fis-soċjetajiet ċivili u l-gvernijiet tal-kwistjonijiet relatati ma’ żona ħielsa mill-ADM u l-mezzi tat-twassil tagħhom fil-Lvant Nofsani;

(c)

jagħti alternattivi politiċi u/jew ta’ politika operattiva lill-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiġi ffaċiltat il-proċess lejn l-istabbiliment ta’ żona ħielsa mill-ADM u l-mezzi tat-twassil tagħhom u s-sigurtà reġjonali fil-Lvant Nofsani.

2.2.3.   Deskrizzjoni tal-proġett

Il-proġett jipprevedi t-tħejjija ta’ mhux aktar minn tmien dokumenti ta’ informazzjoni ta’ 10-15-il paġna (5 000-7 000 kelma) kull wieħed. Id-dokumenti ta’ informazzjoni ser jitħejjew jew jiġu kkummissjonati mill-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni u ma jirrappreżentawx neċessarjament il-fehmiet tal-Istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri tal-UE.

Id-dokumenti ta’ informazzjoni ser ikopru s-suġġetti diskussi mis-seminar b’appoġġ għal proċess ta’ bini tal-fiduċja li jwassal għall-istabbiliment ta’ żona ħielsa mill-ADM u l-mezzi tat-twassil tagħhom fil-Lvant Nofsani. Kull dokument ser jinkwadra alternattivi politiċi u/jew ta’ politika operattiva.

Id-dokumenti ta’ informazzjoni ser jiġu ppreżentati lill-parteċipanti tas-seminar, il-korpi rilevanti fl-UE u l-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi kollha tal-Lvant Nofsani, il-pajjiżi l-oħra interessati, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti. Id-dokumenti ta’ informazzjoni jistgħu jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni.

Id-dokumenti ta’ informazzjoni jistgħu jinġabru flimkien f’volum wieħed għal pubblikazzjoni unika wara s-seminar.

3.   Tul ta’ żmien

It-tul ta’ żmien totali stmat għall-implimentazzjoni tal-proġetti hu ta’ 18-il xahar.

4.   Benefiċjarji

Il-benefiċjarji ta’ dan il-proġett huma:

(a)

il-pajjiżi fil-Lvant Nofsani;

(b)

pajjiżi interessati oħrajn;

(c)

lorganizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti;

(d)

is-soċjetà ċivili.

5.   Aspetti ta’ proċedura, koordinazzjoni u l-Kumitat ta’ Tmexxija

Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser ikun magħmul minn rappreżentant tar-RGħ u rappreżentant tal-Entità Implimentattiva għal kull proġett speċifiku. Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser jirrevedi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill regolarment, mill-anqas darba kull sitt xhur, inkluż permezz tal-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi.

6.   Entitajiet implimentattivi

L-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill ser tkun fdata lill-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni.

Il-Konsorzju tal-UE għan-Non-Proliferazzjoni ser iwettaq l-kompiti tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, huwa ser jikkoopera mar-RGħ, l-Istati Membri tal-UE, l-istati l-oħra parteċipanti, l-organizzazzjonijiet internazzjonali kif ikun adatt.


23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/800/PESK

tat-22 ta’ Diċembru 2010

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1) (“ir-RDPK”) li implimentat ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”) 1718 (2006).

(2)

Fis-27 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2009/573/PESK (2) li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK u li implimentat il-UNSCR 1874 (2009).

(3)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/1002/PESK (3) li emendat l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK.

(4)

Skont l-Artikolu 7(2) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK, il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-listi kif stabbiliti fl-Annessi II u III għal dik il-Pożizzjoni Komuni, tal-persuni u l-entitajiet li għalihom kienu japplikaw l-Artikoli 3(1)(b) u 4(1)(b) u (c) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni. Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għandhom ikomplu jkunu soġġetti għal miżuri restrittivi.

(5)

Il-Kunsill identifika persuni u entitajiet addizzjonali li għandhom ikunu soġġetti għal miżuri restrittivi.

(6)

Il-proċedura biex jiġu emendati l-Annessi I u II għal din id-Deċiżjoni għandha tinkludi provvediment li l-persuni u l-entitajiet indikati jingħataw ir-raġunijiet għaliex iddaħħlu fil-lista sabiex ikollhom l-opportunità li jissottomettu osservazzjonijiet. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat skont il-każ.

(7)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, notevolment, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata skont dawn id-drittijiet u prinċipji.

(8)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta bis-sħiħ ukoll l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.

(9)

Il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK għandha tkun revokata u sostitwita b'din id-Deċiżjoni.

(10)

Il-miżuri implimentattivi tal-Unjoni huma mniżżla fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 rigward il-miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (4),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett tal-oġġetti u t-teknoloġija li ġejjin, inkluż is-software, lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, kemm jekk joriġina u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri:

(a)

armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armamenti u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts għal dan imsemmi qabel, bl-eċċezzjoni ta' vetturi mhux tal-kumbattiment li nbnew jew li ġew mgħammra b'materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-UE u l-Istati Membri tagħha fir-RDPK;

(b)

l-oġġetti, il-materjali, it-tagħmir, il-merkanzija u t-teknoloġija kollha kif stabbiliti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1718 (2006) (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”) skont il-paragrafu 8(a)(ii) tal-UNSCR 1718 (2006), li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva.

(c)

ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet militari tagħha, li għandhom jinkludu l-oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija kollha elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (5). L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom jkunu koperti b'din id-dispożizzjoni.

2.   Għandu wkoll ikun ipprojbiti li:

(a)

jiġi pprovdut taħriġ tekniku, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' sensarija, relatati ma' oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawn l-oġġetti, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha;

(b)

tiġi pprovduta assistenza finanzjarja jew ta' finanzjament relatata ma' oġġetti u teknoloġija msemmijin fil-paragrafu 1, inklużi, b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq il-krediti għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti u teknoloġija, jew għall-għoti ta' taħriġ tekniku relatat, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' sensarija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha;

(c)

li wieħed jipparteċipa, konxjament jew intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu li tkun evitata l-projbizzjoni msemmija fil-punti (a) u (b).

3.   L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta’ bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri, ta’ oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-forniment liċ-ċittadini tal-Istati Membri ta’ taħriġ tekniku, konsulenza, servizzi, assistenza, finanzjament u assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 mir-RDPK, għandu wkoll ikun pprojbit, kemm jekk joriġina fit-territorju tar-RDPK kif ukoll jekk le.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jidħlu f’impenji ġodda għal għotjiet, assistenza finanzjarja jew self aġevolanti lir-RDPK, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, ħlief għal finijiet umanitarji u ta’ żvilupp li jindirizzaw direttament il-ħtieġa tal-popolazzjoni ċivili jew il-promozzjoni ta' denuklearizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw ukoll viġilanza bil-ħsieb li jitnaqqsu l-impenji attwali, u jekk possibbli, li jtemmuhom.

2.   L-Istati Membri m’għandhomx jipprovdu appoġġ finanzjarju pubbliku għall-kummerċ mar-RDPK, inkluż l-għoti ta’ krediti, garanziji jew assigurazzjoni ta’ esportazzjoni, liċ-ċittadini jew l-entitajiet tagħhom involuti f’tali kummerċ, fejn tali appoġġ finanzjarju jista’ jikkontribwixxi għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari jew mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva.

Artikolu 3

Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett ta' merkanzija ta' lussu lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimpedixxu d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji tagħhom ta':

(a)

il-persuni maħturin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà bħala responsabbli għal-linji ta’ politika tar-RDPK, inkluż permezz ta’ appoġġ jew promozzjoni, fir-rigward ta’ programmi tagħha relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħra tal-qerda massiva, flimkien mal-membri tal-familji tagħhom, kif elenkat fl-Anness I;

(b)

il-persuni mhux koperti bl-Anness I li huma responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, inkluż permezz ta’ appoġġ jew promozzjoni, kif elenkat fl-Anness II;

(c)

il-persuni mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta’ jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta’ kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, kif elenkat fl-Anness III.

2.   Il-paragrafu 1(a) m'għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina fuq bażi ta' każ b'każ li tali vjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inklużi obbligi reliġjużi, jew fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi b'xi mod l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006) jew l-UNSCR 1874 (2009).

3.   Il-paragrafu 1 m'għandux jobbliga lil Stat Membru li jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess id-dħul fit-territorju tiegħu.

4.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn Stat Membru ikun marbut b'obbligu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni interogovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa minn, jew taħt l-awspiċju, tan-Nazzjonijiet Uniti;

(c)

taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;

(d)

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

5.   Il-paragrafu 4 għandu jkun meqjus li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

6.   Il-Kunsill għandu jkun debitament infurmat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 4 jew 5.

7.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 (b) u (c) fejn l-ivvjaġġar huwa ġustifikat għar-raġunijiet ta' ħtieġa urġenti umanitarja, jew għar-raġunijiet ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza tal-kariga tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-RDPK.

8.   Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 7 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill dwarhom. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

9.   F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 4, 5 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew tranżitu fit-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Annessi I, II jew III, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-għan li għalih tkun ingħatat u lill-persuni konċernati b'dan.

Artikolu 5

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, miżmumin jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

(a)

il-persuni u l-entitajiet nnominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan bħala li huma impenjati jew jipprovdu appoġġ għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, kif elenkat fl-Anness I;

(b)

il-persuni u l-entitajiet mhux koperti bl-Anness I li huma responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew skont l-ordni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjeta’ jew kkontrollati minnhom, kif elenkat fl-Anness II;

(c)

il-persuni u l-entitajiet mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta’ jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta’ kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew skont l-ordni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjeta’ jew kkontrollati minnhom, kif elenkat fl-Anness III,

għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni u lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.   Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a)

meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti ħtiġijiet bażiċi, inklużi ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi ta' utilità pubblika;

(b)

maħsuba esklusivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma konnessi mal-għoti ta' servizzi legali; jew

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew ħlasijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta' rutina taż-żamma jew manteniment ta' fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi, wara n-notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, għall-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I, dwar l-intenzjoni li jawtorizza, fejn adatt, l-aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi oħra u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

4.   Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat u approvat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I; jew

(b)

is-suġġett ta' garanzija jew sentenza ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, f'liema każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew is-sentenza, bil-kondizzjoni li l-garanzija jew is-sentenza kienet imdaħħla qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 ġiet innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kunsill, u mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I.

5.   Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a)

interessi jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlas dovut taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew inqalgħu qabel l-14 ta’ Ottubru 2006,

bil-kundizzjoni li kwalunkew imgħaxx, qligħ ieħor u ħlasijiet bħal dawn ikomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 6

1.   Sabiex jipprevjenu l-għoti ta’ servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta’ jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew minn jew għal ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ta’ kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw sorveljanza msaħħa tal-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma’:

(a)

banek domiċiljati fir-RDPK;

(b)

fergħat u sussidjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness IV;

(c)

fergħat u sussidjarji barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness V; u

(d)

entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri iżda li huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness IV,

sabiex jiġi evitat li tali attivitajiet jikkontribwixxu għall-programmi jew l-attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħrajn tal-qerda massiva.

2.   Għall-finijiet ta' hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu meħtieġa, fl-attivitajiet tagħhom ma' banek u entitajiet finazjarji mniżżla fil-paragrafu 1, biex:

(a)

jeżerċitaw sorveljanza kontinwa fuq l-attivitajiet tal-kontijiet, inkluż permezz tal-programmi tagħhom ta' miżuri ta' viġilanza tal-klijenti u skont l-obbligi marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

jeħtieġu li l-oqsma ta' informazzjoni kollha tal-istruzzjonijiet ta' ħlas li jirrelataw mal-oriġinatur u mal-benefiċjarju tat-tranżazzjoni inkwistjoni jimtlew; u jekk dik l-informazzjoni ma tingħatax, it-tranżazzjoni tinċaħad;

(c)

iżommu r-rekords kollha dwar it-tranżazzjonjiet għal perijodu ta’ ħames snin u jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali meta jintalbu;

(d)

jekk huma jissusspettaw jew ikollhom bażi raġjonevoli li jissusspettaw li l-fondi huma relatati mal-programmi jew l-attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħrajn tal-qerda massiva, jirrappurtaw minnufih is-suspetti tagħhom lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) jew awtorita kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat. L-UIF jew tali awtorità oħra kompetenti għandha jkollha aċċess, dirett jew indirett, fuq bażi ta’ żmien f’waqtu għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u ta’ infurzar tal-liġi li tkun teħtieġ biex twettaq din il-funzjoni korrettament, inkluż l-analiżi ta’ rapporti dwar tranżazzjonijiet ta’ suspett.

Artikolu 7

1.   F’konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u konsistenti mal-liġi internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, inklużi l-ajruporti u l-portijiet tagħhom, jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-bastimenti fl-ibħra internazzjonali, bil-kunsens tal-Istat tal-bandiera, jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, mal-ispezzjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2.

4.   Ajruplani u bastimenti li jġorru merkanzija lejn jew mir-RDPK għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ informazzjoni addizzjonali ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq għall-merkanzija kollha li tinġieb ġewwa jew li toħroġ minn Stat Membru.

5.   F'każijiet fejn titwettaq l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jikkonfiskaw u jiddisponu mill-oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment u l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 14 tal-UNSCR 1874 (2009).

6.   L-għoti miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri ta’ servizzi ta’ bunkering, servizzi ta’ forniment lill-bastimenti, jew manutenzjoni oħra ta’ bastimenti, lill-bastimenti tar-RDPK għandhom jiġu pprojbiti jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġjonevolii biex wieħed jemmen li l-bastimenti qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni sakemm l-għoti ta’ tali servizzi mhuwiex meħtieġ għall-finijiet umanitarji jew sakemm il-merkanzija ma ġietx spezzjonata, u kkonfiskata u disponuta jekk ikun meħtieġ, f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 4.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżerċitaw viġilanza u jipprevjenu tagħlim jew taħriġ speċjalizzat ta’ ċittadini tar-RDPK, fit-territorji tagħhom jew minn ċittadini tagħhom, ta’ dixxipplini li jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari sensittivi ta’ proliferazzjoni tar-RDPK u għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twassil ta’ armi nukleari.

Artikolu 9

1.   Il-Kunsill għandu jadotta modifiki għall-Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’unanimità fuq proposta mill-Istati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-listi fl-Annessi II u III u jadotta modifiki għalihom.

Artikolu 10

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness I.

2.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 4(1)(b) u (c) u 5(1)(b) u (c), huwa għandu jemenda l-Anness II kif opportun.

3.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew entità msemmija fil-paragrafi (1) u (2), inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, jew b'mod dirett, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li jipprovdi lil tali persuna jew entità opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

4.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità skont il-każ.

Artikolu 11

1.   L-Annessi I u II għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati, kif provduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Anness I.

2.   L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jiġu identifikati, kif provduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness I. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data tal-ħatra mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 12

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, jew, jekk meħtieġ, emendata, b’mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji ta' persuni, entitajiet jew oġġetti jew persuni, entitajiet jew oġġetti addizzjonali li għandhom ikunu koperti mill-miżuri restrittivi, jew b'kont meħud tar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà.

2.   Il-miżuri previsti fl-Artikolu 6 għandhom jiġu riveduti fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   Il-miżuri msemmijin fl-Artikoli 4(1)(b) u (c) u 5(1)(b) u (c) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u mill-anqas kull 12-il xahar. Huma ma għandhomx ikomplu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet konċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom m’għadhomx jintlaħqu aktar.

Artikolu 13

Il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK hija hawnhekk revokata.

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni għandu tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 322, 22.11.2006, p. 32.

(2)  ĠU L 197, 29.7.2009, p. 111.

(3)  ĠU L 346, 23.12.2009, p. 47.

(4)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1


ANNESS I

A.   Lista ta' persuni li jirreferu għalihom l-Artikoli 4(1)(a) u 5(1)(a)

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tal-indikazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Yun Ho-jin

magħruf ukoll bħala Yun Ho-chin

13.10.1944

16.7.2009

Direttur tan-Namchongang Trading Corporation; jieħu ħsieb l-importazzjoni ta’ oġġetti meħtieġa għall-programm ta’ arrikkament tal-uranju.

2.

Ri Je-son

magħruf ukoll bħala Ri Che-son

1938

16.7.2009

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (UĠEA), l-aġenzija prinċipali li tmexxi l-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; jiffaċilita diversi proġetti nukleari inkluża l-ġestjoni mill-GBAE tal-Yongbyon Nuclear Research Centre u n-Namchongang Trading Corporation.

3.

Hwang Sok-hwa

 

 

16.7.2009

Direttur fl-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE); involut fil-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; bħala Kap tal-Uffiċċju ta’ Gwida Xjentifika fil-GBAE, serva fil-Kumitat Xjentifiku ġewwa l-Istitut Konġunt għar-Riċerka Nukleari.

4.

Ri Hong-sop

 

1940

16.7.2009

Ex direttur taċ-Ċentru tar-Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta’ plutonju adattat għall-armi: il-Faċilità għall-Fabbrikazzjoni tal-Karburant, ir-Reattur Nukleari u l-Impjant tar-Riproċessar.

5.

Han Yu-ro

 

 

16.7.2009

Direttur tal-Korea Ryongaksan General Trading Corporation; involut fil-programm tal-missili ballistiċi tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea


B.   Lista ta' entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(1)(a)

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tal-indikazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Korea Mining Development Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala CHANGGWANG SINYONG CORPORATION; magħrufa wkoll bħala EXTERNAL TECHNOLOGY GENERAL CORPORATION; magħrufa wkoll bħala DPRKN MINING DEVELOPMENT TRADING COOPERATION; magħrufa wkoll bħala “KOMID”

Central District, Pyongyang, RDPK.

24.4.2009

Negozjant tal-armi primarju u esportatur prinċipali ta’ oġġetti u tagħmir relatat ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

2.

Korea Ryonbong General Corporation

magħrufa wkoll bħala KOREA YONBONG GENERAL CORPORATION; qabel magħrufa wkoll bħala LYONGAKSAN GENERAL TRADING CORPORATION

Pot'onggang District, Pyongyang, RDPK; Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK.

24.4.2009

Konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

3.

Tanchon Commercial Bank

qabel magħrufa wkoll bħala CHANGGWANG CREDIT BANK; qabel magħrufa wkoll bħala, KOREA CHANGGWANG CREDIT BANK

Saemul 1-Dong Pyongchon District, Pyongyang, RDPK.

24.4.2009

L-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.

4.

Namchongang Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala NCG; magħrufa wkoll bħala NAMCHONGANG TRADING; magħrufa wkoll bħala NAM CHON GANG ·CORPORATION; magħrufa wkoll bħala NOMCHONGANG TRADING CO.; magħrufa wkoll bħala NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION

Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE). Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta’ pompi tal-vakwu ta’ oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f’faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta’ akkwist relatat ma’ oġġetti nukleari assoċjat ma’ individwu Ġermaniż. Hija kienet involuta wkoll fl-akkwist ta’ tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor adatt speċifikament għall-programm tal-arrikkament tal-uranju mill-aħħar tas-snin disgħin. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex diplomatiku li serva bħala rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tal-faċilitajiet Nukleari ta’ Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta’ proliferazzjoni ta’ Namchongang huma ta’ tħassib kbir b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ proliferazzjoni passati tar-RDPK.

5.

Hong Kong Electronics

magħrufa wkoll bħala HONG KONG ELECTRONICS KISH CO

Sanaee St., Kish Island, Iran.

16.7.2009

Proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn, jew taġixxi jew bil-ħsieb li taġixxi għal jew f’isem Tanchon Commercial Bank u KOMID. Hong Kong Electronics ittrasferiet miljuni ta’ dollari ta’ fondi relatati mal-proliferazzjoni f’isem Tanchon Commercial Bank u KOMID (it-tnejn indikati mill-Kumitat f’April 2009) mill-2007. Hong Kong Electronics iffaċilitat il-moviment tal-flus mill-Iran għar-RDPK f’isem KOMID.

6.

Korea Hyoksin Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala KOREA HYOKSIN EXPORT AND IMPORT CORPORATION

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Kumpannija tar-RDPK ibbażata fi Pyongyang li hija subordinata għall-Korea Ryonbong General Corporation (indikata mill-Kumitat f’April 2009) u hija involuta fl-iżvilupp ta’ armi ta’ qerda massiva.

7.

General Bureau of Atomic Energy (GBAE) (Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, GBAE)

magħruf ukoll bħala General Department of Atomic Energy (GDAE)

Haeudong, Pyongchen District, Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Il-GBAE huma responsabbli għall-programm nukleari tar-RDPK, li jinkludi ċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon u r-reattur ta’ riċerka ta’ produzzjoni nukleari tiegħu ta’ 5 MWe (25 MWt), kif ukoll tal-faċilitajiet tiegħu ta’ fabbrikazzjoni u ripproċessar tal-karburant. Il-GBAE kellu laqgħat u diskussjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet nukleari mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika. Il-GBAE huwa l-aġenzija primarja tal-Gvern tar-RDPK li tieħu ħsieb il-programmi nukleari, inkluż l-operat taċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon.

8.

Korean Tangun Trading Corporation

 

Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Korea Tangun Trading Corporation hija subordinata għat-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta’ difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, għall-armi ta’ qerda massiva u għal programmi ta’ sistemi ta’ forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta’ kontroll multilaterali.


ANNESS II

A.   Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikoli 4(1)(b) u 5(1)(b)

#

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

CHANG Song-taek (magħruf ukoll bħala JANG Song-Taek)

Data tat-twelid: 02.02.1946 jew 06.02.1946 jew 23.02.1946 (il-provinċja ta' Hamgyong tat-Tramuntana)

Numru tal-passaport (mill-2006): PS 736420617

Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. Direttur tad-Dipartiment Amministrattiv tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea

2.

CHON Chi Bu

 

Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, ex-direttur tekniku ta' Yongbyon.

3.

CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang)

Data tat-twelid: bejn l- 1928 u l-1933

Prim Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tad-Difiża (programm ballistiku), Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

4.

HYON Chol-hae

Data tat-twelid: 1934 (Mandchourie, Ċina

Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (konsulent militari ta' Kim Jong Il).

5.

JON Pyong-ho

Data tat-twelid: 1926

Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Kap tal-Kumitat Ċentrali tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Provvisti Militari li jikkontrolla t-Tieni Kumitat Ekonomiku tal-Kumitat Ċentrali, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

6.

KIM Yong-chun (magħruf ukoll bħala Young-chun)

Data tat-twelid:

04.03.1935

Numru tal-passaport: 554410660

Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, konsulent speċjali ta' Kim Jong II dwar l-istrateġija nukleari.

7.

O Kuk-Ryo

Data tat-twelid: 1931

(Provinċja ta' Jilin, Ċina)

Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li jissorvelja l-akkwist barra l-pajjiż tat-teknoloġiji avvanzati għall-programmi nukleari u ballistiċi.

8.

PAEK Se-bong

Data tat-twelid: 1946

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

9.

PAK Jae-gyong (magħruf ukoll bħala Chae-Kyong

Data tat-twelid: 1933

Numru tal-passaport: 554410661

Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Viċi-Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong Il).

10.

PYON Yong Rip (magħruf ukoll bħala Yong-Nip)

Data tat-twelid:

20.09.1929

Numru tal-passaport: 645310121 (maħruġ fit- 13.09.2005)

President tal-Akkademja tax-Xjenza, involut f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM.

11.

RYOM Yong

 

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti) responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali.

12.

SO Sang-kuk

Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.


B.   Lista ta' entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(1)(b)

#

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Green Pine Associated Corporation (magħrufa wkoll bħala: Chongsong Yonhap ; Ch’o’ngsong Yo’nhap)

c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, Hyongjesan-Guyok, Pyongyang / Nungrado, Pyongyang

Ch’o’ngsong Yo’nhap ġiet identifikata għal sanzjonijiet għall-esportazzjoni tal-armi jew materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża. Green Pine hija responsabbli għal madwar nofs l-armi u materjal relatat esportat mill-Korea ta' Fuq u assumiet ħafna mill-attivitajiet tal-KOMID wara li din ġiet indikata mill-KSNU.

2.

Korea Heungjin Trading Company

Lokalità: Pyongyang

Entità bbażata f'Pyongyang użata mill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-finijiet ta' kummerċ (il-KOMID ġiet indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Korea Heungjin Trading Company hi suspettata wkoll li kienet involuta fil-forniment ta' oġġeti relatati ma' missili lil Shahid Hemmat Industrial Group tal-Iran.

3.

Korea Pugang mining and Machinery Corporation ltd

 

Sussidjarja ta' Korea Ryongbong General Corporation (entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.04.2009); topera faċilitajiet għall-produzzjoni ta' trab tal-aluminju, li jista' jintuża fil-missili.

4.

Korea Taesong Trading Company

Lokalità: Pyongyang

Entità bbażata f'Pyongyang użata minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-finijiet ta' kummerċ (KOMID kienet indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Korea Taesong Trading Company aġixxiet f'isem KOMID f'operazzjonijiet mas-Sirja.

5.

Korean Ryengwang Trading Corporation

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, Korea ta' Fuq

Sussidjarja ta' Korea Ryongbong General Corporation (entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.04.2009).

.6

It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali

 

It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ċentrali tal-programm ta' missili tal-Korea ta' Fuq. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq. Huwa jiddirieġi wkoll l-attivitajiet tal-KOMID (il-KOMID ġiet indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Huwa organizzazzjoni ta' livell nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp tas-sistemi ta' armamenti avvanzati tal-Korea ta' Fuq, inklużi missili u probabbilment armamenti nukleari. Huwa juża numru ta' organizzazzjonijiet subordinati biex jikseb teknoloġija, tagħmir, u informazzjoni minn barra l-pajjiż, inkluża l-Korea Tangun Trading Corporation, għall-użu fil-programmi ta' missili u probabbilment ta' armamenti nukleari tal-Korea ta' Fuq.

7.

Sobaeku United Corp (magħrufa wkoll bħala Sobaeksu United Corp.)

 

Kumpannija Statali, involuta fir-riċerka fi, u l-akkwist, ta' prodotti u tagħmir sensittiv. Hija tippossjedi diversi depożiti ta' grafita naturali, li jipprovdu l-materja prima lil żewġ faċilitajiet ta' proċessar, li, fost l-oħrajn, jipproduċu blokki tal-grafita li jistgħu jintużaw fil-missili.

8.

Yongbyon Nuclear Research Centre

 

Ċentru tar-Riċerka li ħa sehem fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 16.07.2009).


ANNESS III

A.   Lista ta' persuni li jirreferu għalihom l-Artikoli 4(1)(c) u 5(1)(c)

#

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

JON Il-chun

Data tat-twelid:

24.08.1941

Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta' direttur tal-Uffiċċju 39, li hu involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni u li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta' merkanzija mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Jingħad li JON Il-chun huwa wkoll wieħed mill-figuri prinċipali fis-State Development Bank.

2.

KIM Tong-un

 

Ex-direttur tal-“Uffiċċju 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni.


B.   Lista tal-entitajiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 5(1)(b)

#

Isem

(u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Korea Daesong Bank

(alias: Choson Taesong Unhaeng; Taesong Bank)

Indirizz:

Segori-dong, Gyongheung St., Potonggang District, Pyongyang

Telefon: 850 2381 8221

Telefon: 850 2 18111 ext. 8221

Fax: 850 2381 4576

L-istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq hija direttament issubordinata għall-Uffiċċju 39 u hija involuta fl-iffaċilitar tal-proġetti ta' finanzjament tal-proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq.

2.

Korea Daesong General Trading Corporation

(magħrufa wkoll bħala: Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation)

Indirizz:

Pulgan Gori Dong 1, Potonggang District, Pyongyang

Telefon: 850 2 18111 ext. 8204/8208

Telefon: 850 2381 8208/4188

Fax: 850 2381 4431/4432

Kumpannija li hija ssubordinata għall-Uffiċċju 39 u hija użata għall-iffaċilitar ta' transazzjonijiet barranin f'isem l-Uffiċċju 39.

Id-Direttur tal-Uffċċju 39, Kim Tong-un huwa elenkat fl-Anness V ta' CR Nru 1283/2009.


ANNESS IV

Lista ta' fergħat u sussidjarji li jirreferi għalihom l-Artikolu 6(1)(b)


ANNESS V

Lista ta' fergħat, u sussidjarji u entitajiet finanzjarji li jirreferi għalihom l-Artikolu 6(1)(c) u (d)


23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/801/PESK

tat-22 ta’ Diċembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1).

(2)

Fit-13 ta' Diċembru, il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-elezzjoni presidenzjali tal-31 ta' Ottubru u t-28 ta' Novembru 2010 sabiex jerġa' jkun hemm il-paċi u l-istabbiltà fil-Côte d'Ivoire u ddikjara li r-rieda li ntweriet b'mod sovran mill-poplu Ivorjan għandha tiġi rispettata b'mod obbligatorju.

(3)

Barra minn hekk, il-Kunsill iddeċieda li jadotta miżuri restrittivi mmirati kontra dawk li jostakolaw il-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali u b'mod partikolari dawk li jheddu l-eżitu adatt tal-proċess elettorali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

1)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul jew it-transitu fit-territorji tagħhom:

(a)

tal-persuni msemmija fl-Anness I, maħtura mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li jikkostitwixxu theddida għall-proċess ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Côte d’Ivoire, b’mod partikolari dawk li jostakolaw l-applikazzjoni tal-Ftehimiet Linas-Marcoussis u Accra III, ta’ kull persuna oħra li hija rikonoxxuta bħala responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire abbażi tal-informazzjoni rilevanti, ta’ kwalunkwe persuna oħra li pubblikament tinċita l-mibegħda u l-vjolenza, kif ukoll ta' kwalunkwe persuna oħra li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina li qed tikser il-miżuri stabbiliti mill-paragrafu 7 tar-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-KSNU.

(b)

tal-persuni msemmija fl-Anness II, li mhumiex inklużi fil-lista li tinsab fl-Anness I u li jostakolaw il-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali u b'mod partikolari dawk li jheddu l-eżitu adatt tal-proċess elettorali.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx jobbligaw Stat Membru li jirrifjuta d-dħul taċ-ċittadini tiegħu stess fit-territorju tiegħu.

3.   Il-paragrafu 1(a) m'għandux japplika jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina:

a)

li vjaġġ ikun ġustifikat għal raġunijiet umanitarji urġenti, inklużi l-obbligi reliġjużi;

b)

li eżenzjoni tippromwovi t-twettiq tal-objettivi tar-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU, jiġifieri l-paċi u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Côte d’Ivoire u l-istabbiltà fir-reġjun.

4.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru ikun marbut b'obbligu ta' dritt internazzjonali, jiġifieri:

(i)

bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(ii)

bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqa' min-Nazzjonijiet Uniti, jew li ssir taħt l-awspiċi tagħhom;

(iii)

skont ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet;

(iv)

skont it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni (il-Patt tal-Lateran) konkluż fl-1929 bejn is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

5.   Il-paragrafu 4 għandu jitqies bħala applikabbli anki f’każijiet fejn Stat Membru huwa pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

6.   Il-Kunsill għandu jkun debitament infurmat bil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 4 jew 5.

7.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni mill-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1(b) meta ċ-ċaqliq ta' persuna jkun ġustifikat għal raġunijiet umanitarji urġenti, jew meta l-persuna tiċċaqlaq biex tattendi laqgħat intergovernattivi, inklużi laqgħat organizzati mill-Unjoni Ewropea, jew laqgħat ospitati minn Stat Membru li jkollu l-presidenza tal-OSKE f'dak iż-żmien, meta jsir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-Istat tad-Dritt fil-Côte d'Ivoire.

8.   Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet skont il-paragrafu 7 għandu jinnotifika lill-Kunsill b'dan bil-miktub. L-eżenzjoni titqies bħala mogħtija bil-kondizzjoni li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jopponix bil-miktub fil-jumejn ta' xogħol wara li tiġi rċevuta n-notifika inkwistjoni. Jekk Membru tal-Kunsill wieħed jew aktar jopponi, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

9.   Meta, skont il-paragrafi 4, 5 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew it-transitu fit-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness I jew II, din l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-objettiv li għalih tingħata u għall-persuni li tikkonċerna.”.

2)

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma fil-pussess ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn persuni jew entitajiet li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun identifika f'konformità mal-Artikolu 4(1)(a) jew li huma miżmuma minn entitajiet li huma fil-pussess ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna li qiegħda taġixxi f’isimhom jew taħt l-ordnijiet tagħhom, kif indentifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, għandhom jiġu ffriżati.

Il-lista tal-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu huma mniżżla fl-Anness I.”.

3)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista mniżżla fl-Anness I u jemendaha f'konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-lista li tidher fl-Anness II u jemendaha.”.

4)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   Meta l-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jaħtar persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi din il-persuna jew entità fil-lista mniżżla fl-Anness I.

2.   Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 4(1)(b), huwa għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ.

3.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew l-entità kkonċernata, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar tagħha fil-lista, direttament, jekk l-indirizz tagħha huwa magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ notifika, li tipprovdilha l-possibbiltà li tippreżenta kummenti.

4.   Jekk jiġu fformulati kummenti jew jekk jiġu ppreżentati elementi ġodda ta' prova sostanzjali, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kif meħtieġ.”.

5)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   L-Annessi I u II għandhom jindikaw ir-raġunijiet għall-elenkar fil-lista tal-persuni u l-entitajiet, li huma pprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I.

2.   L-Annessi I u II għandu jkun fihom ukoll, jekk tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew tal-entitajiet ikkonċernati li hija pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I. Fir-rigward tal-persuni, din l-informazzjoni tista’ tinkludi l-isem u l-kunjom, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numru tal-passaport u dak tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, il-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, din l-informazzjoni tista' tinkludi l-isem, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-indirizz professjonali. L-Anness I għandu jsemmi wkoll id-data tal-ħatra mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”.

6)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

2.   Għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra, kif ikun xieraq, f’konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u mill-inqas kull tnax-il xahar. Huma m'għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jistabbilixxi, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2) li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom m'għadhomx jiġu sodisfatti.”.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandu jsir l-Anness I u t-titolu tiegħu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) u l-Artikolu 5”.

Artikolu 3

L-Anness għal din id-Deċiżjoni għandu jiżdied bħala l-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.


ANNESS

“ANNESS II

Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1)(b)

 

Isem

(u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Is-Sur Pascal Affi N’Guessan

Imwieled fl-1 ta' Jannar 1953, f'Bouadikro;

numru tal-passaport: PD-AE 09DD00013.

Segretarju ġenerali tal-Front Populaire Ivoirien (FPI), ex-Prim Ministru

Pożizzjoni radikali u diżinformazzjoni attiva.

Inċitament għall-vjolenza.

2.

Tenent-Kurunell Nathanaël Ahouman Brouha

Imwieled fis-6 ta' Ġunju 1960.

Kmandant tal-Groupement de Sécurité de la Présidence de la République (GSPR).

Implikat fir-repressjoni tal-25 ta' Marzu 2004.

Membru tal-Escadrons de la mort.

3.

Is-Sur Gilbert Marie Aké N'Gbo

Imwieled fit-8 ta' Ottubru 1955 f'Abidjan

Numru tal-passaport: 08 AA 61107

Preżunt Prim Ministru u Ministru għall-Ippjanar u l-Iżvilupp

4.

Is-Sur Pierre Israël Amessan Brou

 

Direttur Ġenerali tar-Radio Télévision Ivoirienne (RTI).

Responsabbli mill-kampanja ta' diżinformazzjoni.

5.

Is-Sur Frank Anderson Kouassi

 

President tal-Conseil National de la Communication Audiovisuelle (CNCA).

Kompliċità attiva fil-kampanja ta' diżinformazzjoni.

6.

Is-Sinjura Nadiana Bamba

Imwielda fit-13 ta' Ġunju 1974 f'Abidjan

Numru tal-passaport: PD - AE 061 FP 04

Direttriċi tal-grupp editorjali: Le temps Notre voie.

Responsabbli mill-kampanja ta' diżinformazzjoni u inċitament għal mibegħda u vjolenza interkomunitarja.

7.

Is-Sur Kadet Bertin

Imwieled qrib l-1957 f'Mama.

Kunsillier tas-Sur Gbagbo b'rigward għas-sigurtà.

Responsabbli mit-traffikar ta' armi għall-“Presidenza”.

8.

Général Dogbo Blé

Imwieled fit-2 ta' Frar 1959 f'Daloa.

Kap tal-korp tal-Gwardja repubblikana.

Parteċipazzjoni fl-offensiva tal-4-6 ta' Novembru 2004 u fl-avvenimenti tal-jiem segwenti f'Abidjan. Membru tal-Escadrons de la mort.

Implikat fir-repressjoni tal-movimenti popolari.

9.

Is-Sur Paul Antoine Bohoun Bouabré

Imwieled fid-9 ta' Frar 1957, f'Issia

Numru tal-passaport: PD AE 015 FO 02

Ex Ministru tal-Ippjanar u l-Iżvilupp.

10.

Uffiċjal distrettwali Oulaï Delefosse

 

Ex uffiċjal ta' kollegament fil-forza Lima.

Responsabbli mill-Union patriotique pour la résistance du Grand Ouest (UPRGO).

Responsabbli għat-theddid kontra s-suldati tal-forza LICORNE.

Implikat fir-reklutaġġ ta' merċenarji Liberjani.

Kap tal-milizja pro-Gbagbo.

Implikat f'abbużi.

11.

Ammiral Vagba Faussignau

Imwieled fil-31 ta' Diċembru 1954 - f'Bobia.

Kmandant tal-Marina Ivorjana - sotto kap tal-Persunal militari.

12.

Pasteur Gammi

 

Kap tal-Mouvement ivoirien pour la libération de l'Ouest de la Côte d'Ivoire (MILOCI).

Implikat fl-attakk ta' Logoualé (28 ta' Frar 2005).

Implikat fl-abbużi kontra il-popolazzjonijiet mhux indiġeni jew ta' minoranza etnika fil-Punent f'Novembru u Diċembru 2010.

13.

Is-Sur Laurent Gbagbo

Imwieled fil-31 ta' Mejju 1945 f'Gagnoa

Preżunt President tar-Repubblika

14.

Is-Sinjura Simone Gbagbo

Imwielda fl-20 ta' Ġunju 1949 f'Moossou

Il-konjuġi tas-Sur Gbagbo.

President tal-grupp tal-Front Populaire Ivoirien (FPI) fl-Assemblea Ġenerali. Suspettata li żżomm netwerks paralleli politiko-reliġjużi li jopponu r-riżoluzzjonijiet internazzjonali.

15.

Ġeneral Guiai Bi Poin

Imwieled fil-31 ta' Diċembru 1954 f'Gounela.

Kap tas-Centre de Commandement des Opérations de Sécurité (CECOS).

Implikat fir-repressjoni ta' Marzu 2004.

Implikat fl-avenimenti ta' Hôtel Ivoire (Novembru 2004).

Implikat fir-repressjoni tal-movimenti popolari ta' Frar, Novembru u Diċembru 2010.

16.

Is-Sur Denis Maho Glofiei

Imwieled f'Val de Marne

Responsabbli mill-Front de libération du Grand Ouest (FLGO).

Kap tal-milizja pro-Gbagbo.

Implikat f'abbużi.

17.

Kaptan Anselme Séka Yapo

Imwieled fit-2 ta' Mejju 1973 f'Adzopé

Gwardja tal-korp tas-Sinjura Gbagbo.

Membru tal-Escadrons de la mort. Implikat f'abbużi u qtil.

18.

Is-Sur Désiré Tagro

Imwieled fis-27 ta' Jannar 1959 f'Issia

Numru tal-passaport: PD - AE 065FH08.

Preżunt Ministru tal-Intern, Segretarju ġenerali tal-“Presidenza”.

Implikat fir-repressjonijiet vjolenti tal-movimenti popolari ta' Frar, Novembru u Diċembru 2010.

19.

Is-Sur Paul Yao N'Dré

Imwieled fid-29 ta' Diċembru 1956.

President tal-Kunsill Kostituzzjonali.

Ivvalida b'mod konxju riżultati foloz tal-elezzjoni presidenzjali tal-31 ta' Ottubru u t-28 ta' Novembru 2010”


23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2010

li teżenta ċerti każijiet ta’ irregolarità li ġejjin minn operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 mir-rekwiżiti ta’ rappurtar speċjali stipulati mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1681/94 u mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/94

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 9244)

(2010/802/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 70(3) u 105(1) tiegħu; u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (2), u partikolarment l-Artikolu 103(3) tiegħu; u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 74(4) u 92 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-qafas ġuridiku għall-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), it-Taqsima tal-Gwida, l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (minn hawn ‘il quddiem “il-Fondi Strutturali”) u għall-Fond ta’ Koeżjoni huwa fil-biċċa l-kbira stabbilit għalkemm kien suġġett għal aġġustamenti frekwenti. Il-programmazzjoni tinvolvi t-tħejjija tal-pjanijiet ta’ żvilupp multiannwali f’bosta stadji, b’kull stadju jikkostitwixxi perjodu ta’ seba’ snin. Kull perjodu ta’ programmazzjoni huwa rregolat minn sett ta’ Regolamenti individwali li jkunu bbażati fuq l-istess prinċipji ġenerali imma jintroduċu ċerti regoli ġodda maħsuba speċifikatament għall-perjodu ta’ programmazzjoni kkonċernat. Id-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolaw il-programm ta’ programmazzjoni 2007-2013 huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (4), ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u r-Regolament TAL-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007 tas-26 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 tal-14 ta’ Diċembru 2006 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta’ somom ta’ flus imħallsa bi żball b’konnessjoni mal-finanzjament tal-politika agrikola komuni kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni f’dan il-qasam u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 (6), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 tas-7 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali (7).

(2)

Id-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolaw il-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (8) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 tas-16 ta’ Mejju 1994 li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni (9). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1681/94 tal-11 ta’ Lulju 1994 dwar irregolaritajiet u l-ħlas lura ta’ ammonti mħallsa ħażin in konnessjoni mal-finanzjament tal-politika strutturali u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni f’dan il-qasam (10) u r-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1831/94 tas-26 ta’ Lulju 1994 dwar irregolaritajiet u l-irkupru ta’ flus imħallsa ħażin inkonnessjoni mal-iffinanzjar tal-Fond ta’ Koeżjoni u l-organizzazzjoni ta’ kull sistema ta’ informazzjoni f’dan il-qasam (11) stabbilixxew regoli dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta’ somom imħallsa li ma kellhomx jitħallsu b’konnessjoni mal-finanzjament tal-politiki tal-Fondi, u li applikaw għal dak il-perjodu ta’ programmazzjoni. Dawk ir-Regolamenti stabbilixxew rekwiżiti ta’ rappurtar f’każ ta’ sejba ta’ irregolaritajiet. Dawk ir-rekwiżiti rriżultaw f’piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(3)

Bis-saħħa tal-Artikolu 28(1) tal-Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (12), il-miżuri li dakinhar tal-adeżjoni kienu suġġetti għall-għajnuna skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi kull Strument għal Politika Strutturali għal Qabel l-adeżjoni (13) (ISPA) u li sa dakinhar kienu għadhom ma tlestewx jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1164/94 u d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-miżuri approvati skont ir-Regolament imsemmi l-aħħar japplikaw għal dawk il-miżuri. Rigward proġetti li kienu tal-ISPA, din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tkun indirizzata wkoll lill-Bulgarija u r-Rumanija.

(4)

Għaldaqstant, sabiex jitnaqqas il-piż impost fuq l-Istati Membri u tittejjeb l-effiċjenza, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1681/94 kien emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2035/2005 (14) u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/94 kien emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2168/2005 (15) ħalli, għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006, l-Istati Membri ma jkollhomx bżonn jirrappurtaw każijiet fejn l-irregolarità tkun tikkonsisti unikament min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni parzjali jew totali ta’ operazzjoni kofinanzjata mill-baġit tal-Unjoni minħabba l-falliment tal-benefiċjarju aħħari jew ir-riċevitur aħħari u li ma jinvolvux irregolaritajiet oħra qabel il-falliment jew frodi ssuspettata (minn hawn ‘il quddiem “fallimenti sempliċi”).

(5)

Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 1681/94 kif emendat u r-Regolament (KE) Nru 1831/94 kif emendat issemplifikaw is-sistema ta’ rappurtar eżistenti, is-semplifikazzjonijiet introdotti ma ġewx estiżi għar-rekwiżit li għandu x’jaqsam mat-tressiq tar-rapport speċjali msemmi fl-Artikolu 5(2) taż-żewġ Regolamenti. L-esperjenza miksuba fit-trattament ta’ irregolaritajiet irrappurtati, u l-eżami tar-rapporti speċjali mibgħuta, b’mod partikolari għall-perjodu ta’ programmazzjoni 1994-1999, uriet li l-piż amministrattiv għall-Istati Membri fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) taż-żewġ Regolamenti għal fallimenti sempliċi huwa sproporzjonat, peress li huwa improbabbli ħafna li n-nuqqas ta’ rkupru f’dawn il-każijiet ikun it-tort tal-awtoritajiet tal-Istat Membru jew ġej minn negliġenza min-naħa tagħhom.

(6)

Għalhekk sabiex l-għanijiet tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1681/94 kif emendat u r-Regolament (KE) Nru 1831/94 kif emendat jingħataw effett sħiħ, huwa xieraq li dik is-semplifikazzjoni tiġi estiża għar-rekwiżit li jintbagħat rapport speċjali skont l-Artikolu 5(2) taż-żewġ Regolamenti ħalli l-Istati Membri li qed jibbenefikaw mis-semplifikazzjoni stipulata fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ dawk ir-Regolamenti jibbenefikaw ugwalment mis-semplifikazzjoni tar-rekwiżit tar-rapport skont l-Artikolu 5(2).

(7)

Filwaqt li l-qafas ġuridiku li jirregola l-Fondi Strutturali kif ukoll il-Fond ta’ Koeżjoni u l-użu irregolari tiegħu huwa identifikabbli b’mod ċar mill-perjodu ta’ programmazzjoni, l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti amministrattivi sproporzjonati fis-sistema ta’ rappurtar stabbilita hija possibbli biss mal-għeluq ta’ perjodu ta’ programmazzjoni partikolari. Għalhekk, sabiex tiġi effettivament ivvalutata u mtejba s-sistema ta’ rappurtar, kien hemm bżonn ta’ ċertu perjodu ta’ żmien.

(8)

Sforzi ulterjuri biex jiġu ssemplifikati l-obbligi ta’ rappurtar ġew introdotti mir-Regolament (KE) Nru 2035/2005 u mir-Regolament (KE) Nru 2168/2005 li jemenda rispettivament, ir-Regolament (KE) Nru 1681/94 u r-Regolament (KE) Nru 1831/94. B’mod partikolari, il-limitu ta’ rappurtar stipulat kemm fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1681/94 kif ukoll fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/94 tela’ minn EUR 4 000 għal EUR 10 000. Minħabba l-perjodu qasir taż-żmien bejn id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2035/2005 u r-Regolament (KE) Nru 2168/2005 u tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006, madankollu, is-semplifikazzjoni maħsuba tas-sistema ta’ rappurtar ma setgħetx tintlaħaq kompletament għal dak il-perjodu ta’ programmazzjoni, u b’hekk jitlob l-eliminazzjoni tal-obbligi ta’ rappurtar għal każijiet li jinvolvu ammont ta’ inqas minn EUR 10 000 li kienu nnotifikati qabel it-28 ta’ Frar 2006.

(9)

Għal raġunijiet ta’ trattament indaqs, għalhekk, l-obbligi ta’ rappurtar kollha fir-rigward tal-użu irregolari tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni għandu jibbenefika mil-limitu kif mgħolli u s-semplifikazzjoni maħsuba tas-sistema ta’ rappurtar introdotta mir-Regolament (KE) Nru 1681/94 kif emendat u r-Regolament (KE) Nru 1831/94 kif emendat.

(10)

Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-obbligu biex l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jirkupraw l-ammonti mħallsa b’mod mhux dovut u jagħtu rendikont lill-Kummissjoni għall-ammonti li ġew irkuprati.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Koordinament tal-Fondi, il-Kumitat għall-Fond tas-Sajd Ewropew u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fir-rigward tal-irregolaritajiet li jiġu mill-operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006, l-Istati Membri m’għandhomx ikollhom jibagħtu r-rapporti li ġejjin:

(a)

rapporti speċjali skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1681/94 u r-Regolament (KE) Nru 1831/94 f’każijiet ta’ falliment sempliċi msemmi fl-ewwel inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ dawk ir-Regolamenti sakemm ma jintalbux espressament mill-Kummissjoni;

(b)

rapporti skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1681/94 u r-Regolament (KE) Nru 1831/94 f’każijiet li jinvolvu ammont ta’ inqas minn EUR 10 000 sakemm ma jintalbux espressament mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Johannes HAHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(2)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 120, 10.5.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56.

(7)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 74.

(8)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1.

(9)  ĠU L 130, 25.5.1994, p. 1.

(10)  ĠU L 178, 12.7.1994, p. 43.

(11)  ĠU L 191, 27.7.1994, p. 9.

(12)  ĠU L 157, 21.6.2005, p. 29.

(13)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73.

(14)  ĠU L 328, 15.12.2005, p. 8.

(15)  ĠU L 345, 28.12.2005, p. 15.