ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.338.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 338

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
22 ta' Diċembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1240/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea

7

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1241/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

8

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1242/2010 tal-20 ta' Diċembru 2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ fibra sintetika li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni tal-iskadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

10

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1243/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina prodotti minn Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd.

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ( 1 )

35

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1245/2010 tal-21 ta’ Diċembru 2010 li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għas-sena 2011, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

37

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1246/2010 tal-21 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

40

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2010 tal-21 ta’ Diċembru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

42

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/92/UE tal-21 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-bromukonażol bħala sustanza attiva ( 2 )

44

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/795/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2010 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

47

 

 

2010/796/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPOL COPPS/1/2010 tal-21 ta’ Diċembru 2010 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

49

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/797/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tal-1 ta’ Diċembru 2010 rigward l-emenda tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim

50

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 291/10/COL tas-7 ta' Lulju 2010 rigward ir-rikonoxximent taż-żoni approvati fin-Norveġja fir-rigward tal-Bonamia ostreae u l-Marteilia refringens

60

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta' xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (ECSA) u l-Federazzjoni ta' l-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FST) ( ĠU L 167, 2.7.1999 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Volum 3, p. 363)

62

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1239/2010

tal-20 ta’ Diċembru 2010

li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tiegħu, u l-Artikoli 20(1), 64, 92 u 132 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi sabiex jiggarantixxi li l-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni jiżviluppa b’mod parallel għal dak tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali tal-Istati Membri, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu aġġustati skont ir-reviżjoni annwali tas-sena 2010,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, id-data l-“1 ta’ Lulju 2009” fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita bl-“1 ta’ Lulju 2010”.

Artikolu 2

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, it-tabella tal-pagi bażiċi tax-xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-finijiet tal-kalkolu tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

1.7.2010

TARĠA

GRAD

1

2

3

4

5

16

16 919,04

17 630,00

18 370,84

 

 

15

14 953,61

15 581,98

16 236,75

16 688,49

16 919,04

14

13 216,49

13 771,87

14 350,58

14 749,83

14 953,61

13

11 681,17

12 172,03

12 683,51

13 036,39

13 216,49

12

10 324,20

10 758,04

11 210,11

11 521,99

11 681,17

11

9 124,87

9 508,31

9 907,86

10 183,52

10 324,20

10

8 064,86

8 403,76

8 756,90

9 000,53

9 124,87

9

7 127,99

7 427,52

7 739,63

7 954,96

8 064,86

8

6 299,95

6 564,69

6 840,54

7 030,86

7 127,99

7

5 568,11

5 802,09

6 045,90

6 214,10

6 299,95

6

4 921,28

5 128,07

5 343,56

5 492,23

5 568,11

5

4 349,59

4 532,36

4 722,82

4 854,21

4 921,28

4

3 844,31

4 005,85

4 174,18

4 290,31

4 349,59

3

3 397,73

3 540,50

3 689,28

3 791,92

3 844,31

2

3 003,02

3 129,21

3 260,71

3 351,42

3 397,73

1

2 654,17

2 765,70

2 881,92

2 962,10

3 003,02

Artikolu 3

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u aġenti oħra għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 3 tat-tabella li ġejja.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijet skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 4 tat-tabella li ġejja.

B’effett mis-16 ta’ Mejju 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-aġentii l-oħra skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikubu kif indikati fil-kolonna 5 tat-tabella li ġejja. Id-data effettiva għall-aġġustament annwali għal dawk il-postijiet ta’ impjieg għandha tkun is-16 ta’ Mejju 2010.

1

2

3

4

5

Pajjiż/Lokalità

Remunerazzjoni

1.7.2010

Trasferiment

1.1.2011

Pensjoni

1.7.2010

Remunerazzjoni

16.5.2010

Bulgarija

62,7

59,3

100,0

 

Rep. Ċeka

84,2

77,5

100,0

 

Danimarka

134,1

130,5

130,5

 

Ġermanja

94,8

96,5

100,0

 

Bonn

94,7

 

 

 

Karlsruhe

92,1

 

 

 

Münich

103,7

 

 

 

Estonja

75,6

76,6

100,0

 

Irlanda

109,1

103,9

103,9

 

Greċja

94,8

94,3

100,0

 

Spanja

97,7

91,0

100,0

 

Franza

116,1

107,6

107,6

 

Italja

106,6

102,3

102,3

 

Varese

92,3

 

 

 

Ċipru

83,7

86,7

100,0

 

Latvja

74,3

69,4

100,0

 

Litwanja

72,5

68,8

100,0

 

Ungerija

79,2

68,6

100,0

 

Malta

82,2

84,8

100,0

 

Pajjiżi l-Baxxi

104,1

98,0

100,0

 

Awstrija

106,2

105,1

105,1

 

Polonja

77,1

68,1

100,0

 

Portugall

85,0

85,1

100,0

 

Rumanija

 

59,1

100,0

69,5

Slovenja

89,6

84,4

100,0

 

Slovakkja

80,0

75,4

100,0

 

Finlandja

119,4

112,4

112,4

 

Svezja

118,6

112,6

112,6

 

Renju Unit

 

108,4

108,4

134,4

Culham

104,5

 

 

 

Artikolu 4

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont tal-allowance għal-leave tal-ġenituri msemmi fit-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 911,73 u għandu jkun ta’ EUR 1 215,63 għall-familji b’ġenitur wieħed.

Artikolu 5

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont bażiku għall-allowance għall-familja msemmi fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 170,52.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont għall-allowance ta’ tfal dipendenti msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 372,61.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 252,81.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 91,02.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont minimu tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta’ EUR 505,39.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-allowance għall-espartijazzjoni msemmi fl-Artikolu 134 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra għandu jkun ta’ EUR 363,31.

Artikolu 6

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, l-allowance għall-kilometraġġ imniżżel fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun aġġustat kif ġej:

EUR 0 għal kull kilometru bejn

0 u 200 km

EUR 0,3790 għal kull kilometru bejn

201 u 1 000  km

EUR 0,6316 għal kull kilometru bejn

1 001 u 2 000  km

EUR 0,3790 għal kull kilometru bejn

2 001 u 3 000  km

EUR 0,1262 għal kull kilometru bejn

3 001 u 4 000  km

EUR 0,0609 għal kull kilometru bejn

4 001 u 10 000  km

EUR 0 għal kull kilometru ‘l fuq minn

10 000  km.

Ma’ din l-allowance għal kull kilometru għandu jingħadd suppliment b’rata fissa, li jammonta għal:

EUR 189,48 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun bejn 725 km u 1 450 km;

EUR 378,93 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impieg u l-post tal-oriġini tkun aktar minn 1 450 km.

Artikolu 7

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont għall-allowance tas-sussistenza ta’ kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’:

EUR 39,17 għal uffiċjali li jkollu dritt għall-allowance tal-familja;

EUR 31,58 għal uffiċjal li ma jkollux dritt għall-allowance tal-familja.

Artikolu 8

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, il-limitu minimu għall-allowance tal-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra għandu jkun:

EUR 1 114,99 għal aġent intitolat għall-allowance tal-familja;

EUR 662,97 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-familja.

Artikolu 9

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, għall-allowance tal-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 1 337,19, il-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 674,39.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-allowance standard imsemmija fl-Artikolu 28a(7) għandha tkun ta’ EUR 1 215,63.

Artikolu 10

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

FUNZJONI TAL- GRUPP

1.7.2010

TARĠA

GRAD

1

2

3

4

5

6

7

IV

18

5 832,42

5 953,71

6 077,52

6 203,91

6 332,92

6 464,62

6 599,06

 

17

5 154,85

5 262,04

5 371,47

5 483,18

5 597,20

5 713,60

5 832,42

 

16

4 555,99

4 650,73

4 747,45

4 846,17

4 946,95

5 049,83

5 154,85

 

15

4 026,70

4 110,44

4 195,92

4 283,18

4 372,25

4 463,17

4 555,99

 

14

3 558,90

3 632,91

3 708,46

3 785,58

3 864,31

3 944,67

4 026,70

 

13

3 145,45

3 210,86

3 277,63

3 345,80

3 415,37

3 486,40

3 558,90

III

12

4 026,63

4 110,36

4 195,84

4 283,09

4 372,15

4 463,07

4 555,88

 

11

3 558,86

3 632,87

3 708,41

3 785,53

3 864,25

3 944,60

4 026,63

 

10

3 145,43

3 210,84

3 277,61

3 345,77

3 415,34

3 486,36

3 558,86

 

9

2 780,03

2 837,84

2 896,86

2 957,09

3 018,59

3 081,36

3 145,43

 

8

2 457,08

2 508,17

2 560,33

2 613,57

2 667,92

2 723,40

2 780,03

II

7

2 779,98

2 837,80

2 896,82

2 957,07

3 018,58

3 081,36

3 145,45

 

6

2 456,97

2 508,07

2 560,24

2 613,49

2 667,84

2 723,33

2 779,98

 

5

2 171,49

2 216,65

2 262,76

2 309,82

2 357,86

2 406,91

2 456,97

 

4

1 919,18

1 959,10

1 999,84

2 041,44

2 083,90

2 127,24

2 171,49

I

3

2 364,28

2 413,35

2 463,43

2 514,56

2 566,74

2 620,01

2 674,39

 

2

2 090,12

2 133,50

2 177,78

2 222,98

2 269,11

2 316,21

2 364,28

 

1

1 847,76

1 886,11

1 925,25

1 965,21

2 005,99

2 047,63

2 090,12

Artikolu 11

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, il-limitu minimu għall-allowance għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 94 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandu jkun:

EUR 838,66 għal aġent intitolat għall-allowance tal-familja;

EUR 497,22 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-familja.

Artikolu 12

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, għall-allowance għall-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 1 002,90, il-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 005,78.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-allowance standard imsemmija fl-Artikolu 96(7) għandha tkun ta’ EUR 911,73.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, għall-allowance għall-qgħad imsemmi fl-Artikolu 136 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 882,33 u l-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 076,07.

Artikolu 13

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-allowances għal xogħol bix-xift stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 (2) għandhom ikunu ta’ EUR 382,17, EUR 576,84, EUR 630,69 u EUR 859,84.

Artikolu 14

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 (3) għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5,516766.

Artikolu 15

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

1.7.2010

TARĠA

GRAD

1

2

3

4

5

6

7

8

16

16 919,04

17 630,00

18 370,84

18 370,84

18 370,84

18 370,84

 

 

15

14 953,61

15 581,98

16 236,75

16 688,49

16 919,04

17 630,00

 

 

14

13 216,49

13 771,87

14 350,58

14 749,83

14 953,61

15 581,98

16 236,75

16 919,04

13

11 681,17

12 172,03

12 683,51

13 036,39

13 216,49

 

 

 

12

10 324,20

10 758,04

11 210,11

11 521,99

11 681,17

12 172,03

12 683,51

13 216,49

11

9 124,87

9 508,31

9 907,86

10 183,52

10 324,20

10 758,04

11 210,11

11 681,17

10

8 064,86

8 403,76

8 756,90

9 000,53

9 124,87

9 508,31

9 907,86

10 324,20

9

7 127,99

7 427,52

7 739,63

7 954,96

8 064,86

 

 

 

8

6 299,95

6 564,69

6 840,54

7 030,86

7 127,99

7 427,52

7 739,63

8 064,86

7

5 568,11

5 802,09

6 045,90

6 214,10

6 299,95

6 564,69

6 840,54

7 127,99

6

4 921,28

5 128,07

5 343,56

5 492,23

5 568,11

5 802,09

6 045,90

6 299,95

5

4 349,59

4 532,36

4 722,82

4 854,21

4 921,28

5 128,07

5 343,56

5 568,11

4

3 844,31

4 005,85

4 174,18

4 290,31

4 349,59

4 532,36

4 722,82

4 921,28

3

3 397,73

3 540,50

3 689,28

3 791,92

3 844,31

4 005,85

4 174,18

4 349,59

2

3 003,02

3 129,21

3 260,71

3 351,42

3 397,73

3 540,50

3 689,28

3 844,31

1

2 654,17

2 765,70

2 881,92

2 962,10

3 003,02

 

 

 

Artikolu 16

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fissa msemmija fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta’ Mejju 2004 għandu jkun:

EUR 131,84 fix-xahar għall-uffiċjali fil-gradi C4 jew C5,

EUR 202,14 fix-xahar għal uffiċjali fil-gradi C1, C2 jew C3.

Artikolu 17

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 133 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

GRAD

1

2

3

4

5

6

7

Salarju bażiku full time

1 680,76

1 958,08

2 122,97

2 301,75

2 495,58

2 705,73

2 933,59

GRAD

8

9

10

11

12

13

14

Salarju bażiku full time

3 180,63

3 448,48

3 738,88

4 053,72

4 395,09

4 765,20

5 166,49

GRAD

15

16

17

18

19

 

 

Salarju bażiku full time

5 601,56

6 073,28

6 584,71

7 139,21

7 740,41

 

 

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8).


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/7


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1240/2010

tal-20 ta’ Diċembru 2010

li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-oħra tal-Komunitajiet stabbilit mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 83a u l-Anness XII tiegħu,

Wara li kkunsidra l-propost mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Eurostat ippreżenta rapport u addendum għal dak ir-rapport dwar il-valutazzjoni attwarjali tal-2010 tal-iskema tal-pensjonijiet li taġġorna l-parametri msemmija f’dak l-Anness. Skont din il-valutazzjoni, ir-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta’ 11,6 % tas-salarju bażiku.

(2)

Fl-interess tal-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, ir-rata tal-kontribuzzjoni għandha għalhekk tiġi aġġustata għal 11,6 % tas-salarju bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tkun ta’ 11,6 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1241/2010

tal-20 ta’ Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet ta’ anti-dumping u kontra s-sussidji (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni dwar l-anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u l-Ukraina (“l-ewwel investigazzjoni”), ġew imposti miżuri anti-dumping bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007 tat-23 ta’ April 2007 (2). Dak ir-Regolament daħal fis-seħħ fis-27 ta’ April 2007.

(2)

Ta’ min ifakkar li r-rata tad-dazju anti-dumping definittiv fuq it-twavel għall-mogħdija prodotti mill-produttur esportatur Ċiniż Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd. (“Since Hardware”) kienet 0 % filwaqt li varjat bejn 18,1 % u 38,1 % għal produtturi esportaturi Ċiniżi oħra. Wara reviżjoni interim sussegwenti, dawn ir-rati tad-dazju ġew miżjuda sa 42,3 % mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 270/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 (3).

2.   Bidu ta’ proċedura ġdida

(3)

Fit-2 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika ta’ bidu ppubblikata f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (“notifika tal-bidu”), il-bidu ta’ investigazzjoni dwar anti-dumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (5) (“ir-Regolament bażiku”) li tikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mill-RPĊ, limitata għal Since Hardware. Fin-Notifika tal-bidu, il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ reviżjoni skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001 sabiex tippermetti kwalunkwe emenda neċessarja tar-Regolament (KE) Nru 452/2007 fid-dawl tal-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO intitolat “Messiku - Miżuri anti-dumping definittivi fuq il-Laħam taċ-Ċanga u r-Ross” (AB-2005-6) (6). Dan ir-rapport jistipula fil-paragrafi 305 u 306 li produttur esportatur li ma jinstabx li qed jagħmel dumping f’investigazzjoni oriġinali għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-miżura definittiva imposta bħala riżultat tat-tali investigazzjoni u ma jistax ikun suġġett għal reviżjonijiet amministrattivi u ta’ ċirkustanzi mibdula.

3.   Esklużjoni ta’ Since Harware mill-miżura anti-dumping definittiva imposta mir-Regolament (KE) 452/2007

(4)

Il-kumpanija Since Hardware għandha tiġi eskluża mill-miżura anti-dumping definittiva imposta mir-Regolament (KE) Nru 452/2007 sabiex Since Hardware ma taqax taħt żewġ proċedimenti anti-dumping simultanjament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 452/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 1(2), fit-tabella, għandha titħassar l-entrata li tikkonċerna Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd. u għandha tiġi ssostitwita l-entrata “Il-kumpaniji l-oħra kollha” bl-entrata “Il-kumpaniji l-oħra kollha (minbarra Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou – kodiċi TARIC addizzjonali A784)”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


(1)  ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.

(2)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 12.

(3)  ĠU L 84, 31.3.2010, p. 13.

(4)  ĠU C 237, 2.10.2009, p. 5.

(5)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(6)  WT/DS295/AB/R, 29 ta’ Novembru 2005.


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1242/2010

tal-20 ta' Diċembru 2010

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ fibra sintetika li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni tal-iskadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 11(2) u (5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1312/98 tal-24 ta’ Ġunju 1998 (2), il-Kunsill, wara investigazzjoni anti-dumping (“l-investigazzjoni oriġinali”) impona dazji anti-dumping definittivi (“il-miżuri oriġinali”) fuq importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ fibra sintetika li joriġinaw mill-Indja. Il-livelli ta’ dazji imposti kienu ta’ 53 % għal produttur-esportatur Indjan wieħed u ta’ 82 % għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Wara reviżjoni tal-iskadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“ir-reviżjoni preċedenti tal-iskadenza”), il-Kunsill żamm dawn il-miżuri permezz tar-Regolament (KE) Nru 1736/2004 tal- 4 ta’ Ottubru 2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ fibra sintetika li joriġinaw mill-Indja (3).

2.   Talba għal reviżjoni

(3)

Tressqet talba għal reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku fl- 4 ta’ Mejju 2009 mill-Kumitat ta’ Kollegament tal-UE għall-Industriji tal-Ispag, Ħbula u Xbiek (Eurocord) (“l-applikant”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ aktar minn 50 % tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ ħbula ta’ fibra sintetika.

(4)

It-talba saret fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li kienet se tirriżulta f’rikorrenza ta’ dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(5)

Hekk kif stabbilixxiet, wara li kkonsultat lill-Kumitat ta’ Konsulenza, li kien hemm biżżejjed provi biex tinbeda reviżjoni, il-Kummissjoni ħabbret fis- 7 ta’ Ottubru 2009, permezz ta’ avviż ta’ bidu ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) (“l-avviż ta’ bidu”), li kienet se tagħti bidu għal reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

3.   Investigazzjoni

3.1.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(6)

L-investigazzjoni dwar il-probabbiltà li jissokta jew jerġa' jseħħ dumping kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2008 u t-30 ta’ Settembru 2009 (“il-‘perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà li jissokta jew jerġa' jseħħ id-dannu kopra l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u t-tmiem tal-PIR (il-“perjodu kkunsidrat”).

3.2.   Partijiet ikkonċernati minn din l-investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni tat avviż uffiċjali dwar il-bidu tar-reviżjoni tal-iskadenza lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-esportaturi u lill-produtturi-esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi kif ukoll lil assoċjazzjoni ta’ utenti li kienu magħrufa li kienu kkonċernati.

(8)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fit-termini ta’ skadenza ffissati fl-avviż ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha, li għamlu talba f’dan is-sens u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari biex jinstemgħu, ingħataw seduta.

4.   Kampjunament

(9)

Minħabba li kien jidher li kien hemm numru għoli ta’ produtturi tal-Unjoni u produtturi esportaturi fl-Indja, tqies li kien xieraq, b’mod konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jiġi eżaminat jekk għandhomx jittieħdu kampjuni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li jittieħdu kampjuni u, jekk iva, li jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu jippreżentaw lilhom infushom fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-reviżjoni u jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fl-avviż ta’ bidu.

(10)

Total ta’ ħames produtturi Indjani, tnejn minnhom mill-istess grupp, ressqu ’l quddiem u pprovdew l-informazzjoni mitluba fit-terminu ta’ skadenza mogħti u esprimew xewqa li jiġu inklużi fil-kampjun. Erba’ minn dawn il-ħames kumpaniji pproduċew u esportaw il-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni matul il-PIR. Il-ħames kumpanija ma esportatx il-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni matul il-PIR. Il-ħames kumpaniji kollha ġew meqjusa bħala kumpaniji li kkooperaw u ġew ikkunsidrati għall-kampjunament. Il-livell ta’ kooperazzjoni mill-Indja, jiġifieri l-perċentwal ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-kumpaniji Indjani li kkooperaw meta mqabbla mal-esportazzjonijiet kollha mill-Indja lejn l-Unjoni ma setax jiġi kkalkulat peress li l-esportazzjonijiet totali tal-Unjoni matul il-PIR irrapportati mill-ħames kumpaniji li kkooperaw kienu sostanzjalment ogħla mill-volum irreġistrat mill-Eurostat għall-esportazzjonijiet kollha mill-Indja, għar-raġunijiet spjegati fid-dettall fil-premessi 21 sa 23.

(11)

Il-kampjun intgħażel bi qbil mal-awtoritajiet Indjani u inkluda dawk l-erba’ kumpaniji li rrapportaw bejgħ b’esportazzjoni lejn l-Unjoni. Tnejn mill-erba’ kumpaniji li ttieħdu fil-kampjun kienu relatati. Għandu jiġi mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali kkoopera biss produttur-esportatur wieħed u preżentament huwa suġġett għal dazju anti-dumping individwali. Għandu jiġi mfakkar ukoll li fir-reviżjoni preċedenti tal-iskadenza l-ebda wieħed mill-produtturi-esportaturi Indjani ma kkoopera u b’hekk, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli.

(12)

Tmintax-il produttur tal-Unjoni (il-ħmistax-il ilmentatur u tliet produtturi oħrajn, li flimkien jirrappreżentaw 78 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni) ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li ntbagħtet mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ ħames produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw madwar 40 % tal-industrija tal-Unjoni kif iddefinita fil-premessa 40 u madwar nofs il-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni kollha li kkooperaw lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. Il-kampjun intagħżel fuq il-bażi tal-akbar volum ta’ bejgħ rappreżentattiv u tal-kopertura ġeografika tal-produtturi fl-Unjoni li setgħu jiġu investigati b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Wieħed mill-ħames produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun beda jopera matul il-perjodu kkunsidrat, u b’hekk id-dejta tagħhom ma ntużatx fl-analiżi tax-xejriet tal-indikaturi tad-dannu, sabiex jiġi evitat tgħawwiġ f’dawk ix-xejriet. Madankollu ċ-ċifri tal-erba’ produtturi tal-Unjoni l-oħrajn li ttieħdu fil-kampjun u li ntużaw għall-analiżi ta’ dawk ix-xejriet baqgħu rappreżentattivi.

(13)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-ħames produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun kif ukoll lill-erba’ produtturi-esportaturi Indjani fil-kampjun.

(14)

Intbagħtu risposti għall-kwestjonarji mingħand il-ħames produtturi kollha tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun. Mill-erba’ produtturi-esportaturi Indjani u li ttieħdu fil-kampjun, wieħed waqaf jikkoopera waqt li t-tlieta l-oħrajn (li tnejn minnhom huma relatati) wieġbu għall-kwestjonarji fit-termini ta’ skadenza mogħtija. Għal din ir-raġuni, fl-aħħar nett il-kampjun ta’ produtturi-esportaturi Indjani kien jikkonsisti f’dawk it-tliet kumpaniji Indjani li wieġbu għall-kwestjonarju.

5.   Verifika tal-informazzjoni li ntbagħtet

(15)

Il-Kummissjoni talbet u vverifikat l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa sabiex tiddetermina l-issoktar jew il-probabbiltà li jerġgħu jseħħu dumping u dannu għall-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

5.1.   Produtturi-esportaturi fl-Indja

Axiom Imex International Ltd., Boisar,

Tufropes Private Limited, Silvassa,

India Nets, Indore;

5.2.   Produtturi tal-Unjoni

Cordoaria Oliveira SÁ (Portugal),

Eurorope SA (Greece),

Lanex A.S. (ir-Repubblika Ċeka),

Lankhorst Euronete Ropes (il-Portugall),

Teufelberger Ges.m.b.H. (l-Awstrija).

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(16)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u huwa ddefinit skont kif ġej: spag, irbit, ħbula u kejbils, kemm jekk immaljati jew mibruma u kemm jekk le, u kemm jekk mimlija, miksija, mgħottija jew imlibbsa bil-lastku jew plastik, tal-polietilene jew polipropilene, u kemm jekk le, minbarra ħajt mibrum tat-tip binder u baler, b’kejl ta’ aktar minn 50 000 decitex (5 g/m), kif ukoll ta’ fibri sintetiċi oħrajn tan-najlon jew poliamidi oħrajn jew ta’ poliesters, b’kejl ta’ aktar minn 50 000 decitex (5 g/m). Dan bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 5607 49 11, 5607 49 19, 5607 50 11 u 5607 50 19. Il-prodott ikkonċernat jintuża għal varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet marittimi u industrijali, b’mod partikolari għat-tbaħħir (speċjalment għal skopijiet ta’ rmiġġar), u fl-industrija tas-sajd.

(17)

Parti interessata waħda stqarret li l-ħbula ta’ rmiġġ imsemmija hawn fuq ma jaqgħux fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat billi, minħabba fil-ġonot (iċċumbar) marbuta ma’ dawn il-ħbula, prodotti bħal dawn għandhom ikunu ddikjarati bħala “oġġetti ta’ ħbula” li jappartjenu lil kodiċi ieħor tan-NM (ara wkoll fil-premessa 23). Għandha tinġibed l-attenzjoni, madankollu, li r-referenza għall-ħbula ta’ rmiġġ qed issir biss fil-kuntest tal-applikazzjonijiet tat-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat li huma kollha ddefiniti bħala ħbula ta’ fibra sintetika kif stipulat fil-premessa 16.

2.   Il-prodott simili

(18)

Kif muri fl-investigazzjoni oriġinali, u kif ikkonfermat f’din l-investigazzjoni, il-prodott ikkonċernat u l-ħbula ta’ fibra sintetika prodotti u mibjugħa mill-produtturi-esportaturi Indjani fis-suq domestiku tagħhom, kif ukoll dawk prodotti u mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni huma identiċi f’kull aspett u għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi. Għalhekk, jitqiesu li huma simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(19)

Parti interessata waħda asserixxiet li l-prodott immanifatturat mill-industrija tal-Unjoni mhuwiex kumparabbli mal-prodott ikkonċernat peress li l-produtturi tal-Unjoni kienu bdew jużaw tip ġdid ta’ materja prima magħrufa bħala Dyneema, li hija ħafna aktar għalja minn materja prima oħra peress li l-prodotti bbażati fuqha għandhom resistenza li hi ħafna aħjar. Tabilħaqq il-produtturi Indjani li ttieħdu fil-kampjun mhumiex qed jużaw dan it-tip ta’ materja prima. Madankollu, huwa ta’ min jinnota l-ewwelnett li l-prodotti inkwistjoni jirrappreżentaw biss parti żgħira tal-prodotti mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni. Tabilħaqq, għalkemm huwa korrett li dan it-tip ta’ fibra dejjem aktar qed jintuża minn uħud mill-produtturi tal-Unjoni, il-ħbula Dyneema jgħoddu biss għal frazzjoni żgħira mill-produzzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, waqt li d-differenza sinifikanti fl-ispiża tal-materja prima (potenzjalment madwar 25-30 darba aktar għalja) jista' jkollha xi impatt notevolment fuq l-indikatur tad-dannu li jikkonċerna l-prezz medju ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, l-impatt tal-ħbula Dyneema fuq l-evalwazzjoni globali jibqa' limitat minħabba fil-kwantità immensa ta’ ħbula “standard” prodotti fl-Unjoni. It-tieni, il-kalkoli kollha ta’ din ir-reviżjoni ta’ skadenza kienu msejsa fuq il-paragun tat-tipi ta’ prodotti korrispondenti, li jikkunsidra l-materja prima differentii Għalhekk il-kalkoli ma jistgħux jitgħawwġu minħabba f' differenza fit-taħlita tal-prodott. Fi kwalunkwe każ, il-prodott li juża' l-materja prima bħad-Dyneema, xorta waħda għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bħal tal-prodott ikkonċernat. It-talba, għalhekk, ma ntlaqgħetx.

C.   IL-PROBABBILTÀ LI D-DUMPING JISSOKTA JEW JERĠA’ JSEĦĦ

(20)

B’mod konformi mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx probabbli li d-dumping jissokta jew jerġa’ jseħħ jekk possibbilment jiskadu l-miżuri fis-seħħ kontra l-Indja.

1.   Il-volum tal-importazzjonijiet

(21)

Fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat, il-volum ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja kien insinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-PIR, il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indja kien ta’ 31 tunnellata, jiġifieri inqas minn 0,1 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR:

(tunnellati)

2006

2007

2008

PIR

l-Indja

3

4

19

31

Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja, sors – Comext

(22)

Madankollu, skont id-dejta vverifikata, it-tliet kumpaniji inklużi fil-kampjun bagħtu volumi sostanzjalment ogħla tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PIR mill-volumi rrapportati fl-Eurostat. F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, l-importaturi pprovdew informazzjoni li turi li xi wħud mill-kwantitajiet tal-prodott ikkonċernat mixtrija mill-Indja ma kinux ġew irrilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq tal-Unjoni iżda tpoġġew f’magazzini taħt kontroll doganali u nbigħu lil bastimenti li jbaħħru fl-oċeani jew lil pjattaformi offshore. Produttur ilmentatur wieħed tenna dan l-argument fl-investigazzjoni preżenti. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-kummerċjanti tal-port fl-investigazzjoni, din l-allegazzjoni ma setgħetx tiġi vverifikata. Madankollu, fuq il-bażi tal-lista ta’ klijenti sottomessa mill-produtturi-esportaturi li ttieħdu bħala kampjun, kien evidenti li l-biċċa l-kbira tal-klijenti kienu tabilħaqq fornituri tat-tbaħħir, marittimi u offshore fil-portijiet tal-Unjoni. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, jidher li d-differenza bejn id-dejta tal-istatistika u ċ-ċifri rrapportati hija minħabba f'bejgħ bħal dan.

(23)

Għandu jissemma wkoll li t-talba għal reviżjoni tal-iskadenza kienet tinkludi allegazzjonijiet dwar prattika ta’ elużjoni. F’dan ir-rigward, l-applikant allega li ċerti volumi ta’ ħbula ta’ fibra sintetika mill-Indja daħlu fl-Unjoni taħt l-intestatura NM 5609 (Oġġetti ta’ […] spag, irbit, ħbula jew kejbils) li mhijiex suġġetta għal miżuri. Madankollu, l-ebda informazzjoni ma nstabet f’din l-investigazzjoni biex tappoġġa din il-fehma.

(24)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa kkunsidrat li 31 tunnellata tal-prodott ikkonċernat ġew attwalment importati mill-Indja fit-territorju doganali tal-Unjoni fil-PIR. Fir-rigward tal-bejgħ ivverifikat tal-esportazzjonijiet lejn il-portijiet tal-Unjoni, li ma kinux ġew irrilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq tal-Unjoni mit-tliet produtturi Indjani li ttieħdu fil-kampjun, dan il-bejgħ tqies bħala parti mill-esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħra.

(25)

Minħabba n-nuqqas ta’ volumi ta’ importazzjoni sinifikanti mill-Indja lejn l-Unjoni, dawn ma fformawx bażi għal analiżi rappreżentattiva għall-probabbiltà li se jissokta d-dumping jew id-dannu. Tabilħaqq fid-dawl ta’ volumi ta’ importazzjoni attwali daqshekk limitati, wieħed ma jistax jikkonkludi li kien jeżisti dumping dannuż mill-Indja matul il-PIR. Għalhekk, l-analiżi ffukat fuq il-probabbiltà li d-dumping u d-dannu jerġgħu jseħħu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

2.   Żvilupp probabbli tal-importazzjonijiet jekk il-miżuri jitneħħew

2.1.   Il-kapaċità ta’ produzzjoni

(26)

Ġie eżaminat jekk hemmx kapaċità ta’ produzzjoni mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat li tista’ toħloq potenzjal li l-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jerġgħu jissoktaw f’każ li jitneħħew il-miżuri.

(27)

Instab li l-kapaċità ta’ produzzjoni tat-tliet produtturi-esportaturi li ttieħdu fil-kampjun żdiedet b’mod nett bejn l-2007 u l-PIR waqt li l-użu tal-kapaċità naqset fl-istess ħin. Il-kapaċitajiet liberi tat-tliet kumpaniji kienu ta’ madwar 75 % tal-konsum tal-Unjoni fil-PIR. Dan jindika li aktarx ikun hemm żieda fil-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(28)

Meta jitqiesu l-produtturi l-oħrajn tal-ħbula ta’ fibra sintetika fl-Indja, huwa magħruf li Garware, il-kumpanija li waqfet tikkoopera wara l-fażi tat-teħid tal-kampjuni, hija produttur importanti u, skont il-websajt uffiċjali tagħha, għandha kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti. Flimkien ma’ dan, it-talba għar-reviżjoni tal-iskadenza telenka erba' produtturi Indjani kbar oħra. Hemm ukoll bosta produtturi Indjani ta’ daqs medju u żgħir li kellhom bejgħ prinċipalment domestiku. Fl-assenza tal-kooperazzjoni minn dawn il-produtturi Indjani, il-kapaċità ta’ produzjoni tagħhom mhijiex magħrufa, iżda wieħed jista' jassumi li x-xejra tal-kumpaniji li jikkooperaw hija komparabbli u għalhekk dawn il-produtturi għandhom aktar kapaċità libera.

(29)

Wara l-iżvelar tal-konklużjonijiet, il-produtturi Indjani kollha li ttieħdu fil-kampjun sfidaw id-dejta relatata mal-kapaċità libera aggregata tagħhom. Madankollu, din id-dejta attwalment kienet ġiet rappurtata mill-kumpaniji nfushom u kienet ġiet verifikata permezz ta’ investigazzjonijiet fuq il-post għal kull waħda minnhom. Għalhekk dawn it-talbiet ma ntlaqgħux.

2.2.   Il-volumi tal-bejgħ lill-portijiet tal-Unjoni u lil swieq oħra tal-esportazzjoni

(30)

Il-volum tal-bejgħ ta’ esportazzjoni tat-tliet produtturi li ttieħdu fil-kampjun lejn pajjiżi terzi oħrajn, inklużi bejgħ fil-portijiet tal-Unjoni li ma jidħolx fit-territorju doganali tal-Unjoni, huwa sinifikanti u żdied b’madwar 80 % matul il-perjodu kkunsidrat, u jirrappreżenta kważi nofs il-bejgħ totali tal-produtturi li esportaw matul il-PIR.

(31)

L-importazzjonijiet attwali lejn l-Unjoni prattikament waqfu wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali. Madankollu, għandu jiġi osservat li l-volum ta’ bejgħ b’esportazzjoni tal-produtturi li ttieħdu fil-kampjun lejn portijiet tal-Unjoni żdied b’mod konsiderevoli fil-perjodu kkunsidrat, minn 61 sa 785 tunnellata. Peress li l-bejgħ attwali b’importazzjoni lejn l-Unjoni isir parzjalment permezz tal-istess kanali ta’ bejgħ bħall-prodotti mibjugħa fil-portijiet tal-Unjoni, din il-preżenza dejjem akbar fuq l-għatba tas-suq tal-Unjoni tista’ tindika li, fin-nuqqas ta’ miżuri, il-produtturi Indjani li ttieħdu fil-kampjun – u forsi oħrajn ukoll – jistgħu jibdew ibiegħu kwantitajiet sostanzjali tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni f’perjodu ta’ żmien qasir.

(32)

Fid-dawl tal-orjentament tal-esportazzjoni msemmi hawn fuq tal-produtturi Indjani kif ukoll il-preżenza tagħhom li dejjem qed tikber fil-portijiet tal-Unjoni, jista' jiġi konkluż li huwa ferm probabbli li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu l-kwantitajiet ta’ esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni jiżdiedu b'mod sinifikanti.

(33)

Wara l-iżvelar tal-konklużjonijiet tar-reviżjoni, produttur Indjan ġibed l-attenzjoni li l-esportazzjonijiet mill-Indja huma ddiversifikati sew madwar id-dinja, fost swieq b'potenzjal ta’ tkabbir, għalhekk l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ma jerġgħux jibdew fi kwantitajiet sostanzjali fin-nuqqas tal-miżuri. Qed jiġi rikonoxxut li xi produtturi Indjani għandhom mnejn iddeversifikaw il-bejgħ ta’ esportazzjonijiet lejn swieq differenti; madankollu, dan ma jistax jitqies bħala biżżejjed biex ibiddel il-konklużjonijiet li ttieħdu fuq il-bażi tal-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq.

2.3.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-valur normali

(34)

Sar kalkolu indikattiv tad-dumping fuq il-bażi tal-bejgħ ivverifikat lill-portijiet tal-Unjoni tat-tliet produtturi-esportaturi li ttieħdu fil-kampjun, li, għalkemm tqiesu bħala parti mill-bejgħ b'esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn, jipprovdu indikazzjoni tajba għal prezzijiet potenzjali ta’ ħbula ta’ fibra sintetika mill-Indja fin-nuqqas ta’ dazji. Il-valuri normali kienu bbażati fuq il-prezzijiet domestiċi fis-suq Indjan. Fuq il-bażi ta’ dawn il-figuri, id-dumping kien stabbilit għal tnejn mit-tliet produtturi Indjani li ttieħdu fil-kampjun. Il-marġni tad-dumping instabu li bħala medja kienu ta’ 10 % li jistgħu jitqiesu bħala sinifikanti għalkemm ħafna aktar baxxi minn dawk stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali.

(35)

Tqabbil tal-prezzijiet miksuba mit-tliet produtturi-esportaturi li ttieħdu fil-kampjun fis-swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn (exkluż il-bejgħ fil-portijiet tal-Unjoni) mal-prezzijiet domestiċi tagħhom wera riżultat simili għalkemm il-marġni tad-dumping stabbiliti fuq din il-bażi kienu aktar baxxi.

(36)

Wara l-iżvelar tal-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni, produttur Indjan wieħed stqarr li ma nstab l-ebda dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni. Madankollu, ma kien hemm kważi l-ebda importazzjoni attwali. Flimkien ma’ dan, ġie stabbilit id-dumping kemm fil-bejgħ lill-portijiet tal-Unjoni kif ukoll fil-bejgħ lil pajjiżi terzi. Għalhekk din it-talba ma ntlaqgħetx.

(37)

Parti interessata oħra stqarret li l-marġnijiet ta’ dumping stabbiliti permezz ta’ din ir-reviżjoni ma jistgħux jitqiesu bħala sinfikanti meta mqabbla mal-livelli ta’ dazju eżistenti, minħabba fid-differenza sinfikanti fil-prezz tax-xogħol bejn l-Unjoni u l-Asja. Għandu jiġi osservat madankollu, li l-prezzijiet tax-xogħol fl-Unjoni mhumiex rilevanti għall-kalkolu tal-marġni ta’ dumping.

3.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà li jerġa’ jseħħ dumping

(38)

Fuq il-bażi tal-analiżi li saret hawn fuq, il-konklużjoni hija li l-produtturi-esportaturi għandhom potenzjal ta’ produzzjoni enormi biex jerġgħu jibdew jesportaw lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Rigward il-prezzijiet, żewġ produtturi li ttieħdu fil-kampjun instabu li qed ibiegħu lil pajjiżi terzi oħrajn bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, meta titqies ukoll Garware li waqfet tikkoopera, hemm ħames produtturi-esportaturi kbar oħrajn elenkati fl-ilment li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, jistgħu jiġu preżunti li x-xejra tal-kumpaniji li nstabu li jbiegħu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping lil pajjiżi terzi oħrajn.

(39)

L-indikazzjoni li produtturi-esportaturi Indjani jżommu interess strateġiku fis-suq tal-Unjoni, kif jirriżulta mill-volumi tagħhom li dejjem jikber ta’ bejgħ b’esportazzjoni lil portijiet tal-Unjoni, flimkien mal-kapaċità libera enormi tagħhom jagħmluha probabbli li huma jerġgħu jibdew jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jintemmu. Meta titqies l-imġieba fil-prezzijiet tal-esportaturi Indjani fi swieq ta’ pajjiżi terzi, huwa ferm probabbli li jekk l-esportazzjonijiet jerġgħu jibdew, dawn isiru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għaldaqstant huwa konkluż li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal rikorrenza tad-dumping.

D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(40)

Il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. In-numru ta’ produtturi tal-Unjoni jista’ jiġi stmat għal madwar erbgħin.

(41)

Il-ħmistax-il produttur tal-Unjoni li f’isimhom ġiet ippreżentata t-talba għar-reviżjoni tal-iskadenza mill-assoċjazzjoni li għamlet l-ilment, u tliet produtturi oħrajn tal-Unjoni ssottomettew informazzjoni għall-għażla tal-kampjun mitlub fl-avviż ta’ bidu. Kif imsemmi fil-premessa 12 iktar ’il fuq, kampjun ta’ ħames produtturi, li jirrappreżentaw madwar 40 % tal-industrija tal-Unjoni, ġew investigati fid-dettall. Il-kampjun ikkonsista f’dawn il-kumpaniji:

Cordoaria Oliveira SÁ (il-Portugall),

Eurorope SA (il-Greċja),

Lanex A.S. (ir-Repubblika Ċeka),

Lankhorst Euronete Ropes (il-Portugall),

Teufelberger Ges.m.b.H. (l-Awstrija).

(42)

Kif diġà ntqal fil-premessa 12, it-tmintax-il produttur tal-Unjoni li kkooperaw irrappreżentaw 78 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR.

E.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Il-konsum fis-suq tal-Unjoni

(43)

Il-konsum fl-Unjoni ta’ ħbula ta’ fibra sintetika ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (inkluż il-bejgħ minn produtturi tal-Unjoni li ma jikkooperawx kif stmat mill-assoċjazzjoni li għamlet l-ilment) flimkien mal-importazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni, kif ibbażati fuq Eurostat.

(44)

Fuq il-bażi mogħtija hawn fuq jista’ jiġi stabbilit li matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum fl-Unjoni naqas b’7 %. B’mod partikolari, wara li żdied b’16 % bejn l-2006 u l-2007, il-konsum naqas b’20 % bejn l-2007 u l-PIR.

 

2006

2007

2008

PIR

Konsum totali tal-Unjoni (tunnellati)

34 318

39 816

36 777

31 944

Indiċi (2006=100)

100

116

107

93

Sors: Investigazzjoni (produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun), Ilmentatur (produtturi tal-Unjoni li ma ttiħdux fil-kampjun), Eurostat (importazzjonijiet)

2.   Importazzjonijiet mill-Indja

(45)

Kif issemma fil-premessa 21, l-importazzjonijiet attwali mill-Indja lejn l-Unjoni kienu negliġibbli matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-miżuri anti-dumping effettivi fis-seħħ.

(46)

Madankollu, kif spjegat fil-premessa 22, hemm preżenza li dejjem qed tikber ta’ produtturi Indjani fuq l-għatba tas-suq tal-Unjoni, permezz ta’ bejgħ b’esportazzjoni lejn il-portijiet tal-UE li mhumiex qed jiġu suġġetti għall-approvazzjoni doganali u li b’hekk huma ħielsa mill-imsemmija dazji anti-dumping.

3.   Prezzijiet u volum ta’ esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn

(47)

Peress li l-importazzjonijiet attwali mill-Indja lejn l-Unjoni kienu negliġibbli, sar tqabbil bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn (inklużi l-esportazzjonijiet mibjugħa lil portijiet tal-Unjoni mhux suġġetti għad-dazji anti-dumping) u prezzijiet ta’ bejgħ tal-Unjoni li saru mill-produtturi tal-industrija tal-Unjoni li ttieħdu bħala kampjun.

(48)

Fuq din il-bażi ġie stabbilit li l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn saru bi prezzijiet ta’ bejgħ li kienu sostanzjalment orħos minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Id-differenza fil-prezz stabbilita b’dan il-mod laħqet il-livell ta’ 46 % u bħala medja ammontat għal 18 %.

(49)

Il-valur tal-bejgħ b’esportazzjoni mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn żdied b’aktar minn 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dak il-bejgħ irrappreżenta kważi nofs il-fatturat totali tal-produtturi-esportaturi Indjani u li ttieħdu fil-kampjun matul il-PIR.

4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn

(50)

Minkejja t-tnaqqis fil-konsum b’7 % fis-suq tal-Unjoni, il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żdied matul il-perjodu kkunsidrat bi 18 %. B’hekk is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 17 % għal 22 %.

(51)

Għandu jiġi osservat li l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) żdiedu b’46 % matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqu sehem mis-suq ta’ 8,6 % (’il fuq minn 5,5 % fl-2006). Għalkemm ma jistax isir tqabbil preċiż peress li d-dejta tal-Eurostat hija ta’ natura ġenerika u ma tispeċifikax it-tip ta’ prodott, jidher li l-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni huwa sostanzjalment ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ b'esportazzjoni mill-Indja. Barra minn hekk, il-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jidher li huwa konformi mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(52)

L-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”) lejn l-Unjoni kellhom sehem mis-suq li kostantament baqa’ madwar il-livell ta’ 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, il-volum ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas b’6 % b’mod parallel mat-tnaqqis fil-konsum.

(53)

L-importazzjonijiet minn kwalunkwe pajjiż terz ieħor irrappreżentaw inqas minn 2 % tas-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni tal-ħbula ta’ fibra sintetika matul il-PIR.

5.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.1.   Rimarki preliminari

(54)

L-indikazzjonijiet kollha ta’ dannu elenkati fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku ġew analizzati. Fir-rigward tal-indikaturi dwar il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni, dawn ġew analizzati fuq il-bażi tad-dejta miġbura għall-produtturi kollha tal-Unjoni, jiġifieri, l-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward tal-indikaturi tad-dannu l-oħrajn kollha, l-eżami tagħhom kien ibbażat fuq l-informazzjoni sottomessa mill-produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun kif ivverifikat fil-bini ta’ kull kumpanija msemmija fil-premessa 15. Kif diġà ntqal fil-premessa 12 iktar ’il fuq, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni beda jopera matul il-perjodu kkunsidrat, u b’hekk id-dejta tagħhom ma ntużatx fl-analiżi tax-xejriet tal-indikaturi tad-dannu, sabiex jiġi evitat tgħawwiġ f’dawk ix-xejriet.

5.2.   Volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni

(55)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sostanzjali bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kif diġà ntqal fil-premessa 44 iktar ’il fuq, il-konsum tal-Unjoni żdied b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat, bi tnaqqis partikolarment qawwi li beda mis-sena 2007. Għandu jiġi enfasizzat li l-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’pass aktar rapidu minn dik tat-tnaqqis fil-konsum:

 

2006

2007

2008

PIR

Volum ta’ bejgħ fl-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni (tunnellati)

28 393

32 161

28 911

24 955

Indiċi (2006=100)

100

113

102

88

Sors: Investigazzjoni (produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun), Ilmentatur (produtturi tal-Unjoni li ma ttiħdux fil-kampjun)

5.3.   Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni

(56)

L-iżviluppi ppreżentati fil-premessa preċedenti u fit-tabella ta’ hawn fuq irriżultaw f’telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2006 u l-PIR. It-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien kontinwu, bin-nuqqas jammonta għal 4,6 punt perċentwali:

 

2006

2007

2008

PIR

Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ( %)

82,7  %

80,8  %

78,6  %

78,1  %

Indiċi (2006=100)

100

98

95

94

Sors: Investigazzjoni (produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun), Ilmentatur (produtturi tal-Unjoni li ma ttiħdux fil-kampjun)

(57)

Għandu jiġi osservat li t-telf imsemmi hawn fuq tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien fil-biċċa l-kbira dovut għas-sehem akbar mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (ara l-premessa 50).

5.4.   Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

(58)

B'mod parallel mal-iżvilupp fil-volumi tal-bejgħ, il-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun waqa’ b’rata kumparabbli, bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet b’5 % matul l-istess perjodu. Din wasslet għal tnaqqis ta’ 20 % fl-użu tal-kapaċità bejn l-2008 u l-PIR:

 

2006

2007

2008

PIR

Produzzjoni (tunnellati)

11 229

12 286

12 150

9 372

Indiċi (2006=100)

100

109

108

83

Kapaċità ta’ produzzjoni (tunnellati)

21 510

23 467

23 278

22 480

Indiċi (2006=100)

100

109

108

105

Użu tal-kapaċità ( %)

52,2  %

52,4  %

52,2  %

41,7  %

Indiċi (2006=100)

100

100

100

80

Sors: Investigazzjoni (produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun)

5.5.   Stokks

(59)

Rigward l-istokks, b’mod ġenerali l-produtturi ta’ ħbula ta’ fibra sintetika jżommu l-livelli tal-istokks tagħhom f’livell pjuttost baxx peress li l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni ssir fuq talba. Jista’ jiġi osservat li matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm tnaqqis fl-istokks medji, b’mod partikolari fil-PIR, li kien dovut l-aktar għat-tnaqqis fil-manifattura ta’ ħbula ta’ fibra sintetika.

 

2006

2007

2008

PIR

Stokk tal-għeluq (tunnellati)

1 073

982

1 156

905

Indiċi (2006=100)

100

92

108

84

Sors: Investigazzjoni (produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun)

5.6.   Prezzijiet tal-bejgħ

(60)

Il-prezzijiet medji tal-prodott simili mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni meħuda fil-kampjun żdiedu sa ċertu grad matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2007 u l-PIR:

 

2006

2007

2008

PIR

Prezz tal-bejgħ tal-unità medja tal-industrija tal-Unjoni (EUR / tunnellata)

5 268

5 229

5 670

5 766

Indiċi (2006=100)

100

99

108

109

Sors: Investigazzjoni (produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun)

(61)

Għandu jiġi osservat, madankollu, li l-prezz tal-bejgħ ’il fuq mill-medja huwa kkalkulat fuq il-bażi tat-tipi kollha ta’ prodotti inklużi ħbula ta’ fibra sintetika tal-ogħla valur, pereżempju ħbula ta’ fibra sintetika bbażati fuq materja prima magħrufa bħala Dyneema. Il-varjazzjoni fil-prezz fost dawn it-tipi ta’ prodotti differenti hija tabilħaqq kbira (ara l-premessa 19). F’dawn l-aħħar snin, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-manifattura ta’ prodotti ta’ valur ogħla biex b’hekk dawk il-ħbula ta’ fibra sintetika jirrappreżentaw sehem dejjem akbar fi ħdan it-taħlita ta’ prodotti tagħha. Dawn il-bidliet reċenti fit-taħlita ta’ prodotti huma waħda mir-raġunijiet għaż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-unità medja tal-industrija tal-Unjoni.

5.7.   Profitabbiltà

(62)

Bis-saħħa, minn naħa waħda, tal-miżuri effettivi fis-seħħ, u min-naħa l-oħra tad-diversifikazzjoni fit-taħlita tal-prodotti tagħhom, il-produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun kienu kapaċi jżommu livell stabbli u b’saħħtu ta’ profitabbiltà matul il-perjodu kkunsidrat:

 

2006

2007

2008

PIR

Profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ( %)

9,7  %

11,1  %

10,0  %

12,4  %

Indiċi (2006=100)

100

115

104

128

Sors: Investigazzjoni (produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun)

5.8.   Investimenti u abbiltà li jinġabar il-kapital

(63)

L-investimenti kienu f’livelli relattivament għoljin fl-2006 u 2007, u sussegwentement waqgħu għal nofs l-ammont preċedenti. Matul il-PIR prattikament ma sar l-ebda investiment.

 

2006

2007

2008

PIR

Investimenti netti (EUR)

3 574 130

3 886 212

1 941 222

168 877

Indiċi (2006=100)

100

109

54

5

Sors: Investigazzjoni (produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun)

5.9.   Redditu fuq l-investimenti

(64)

B’mod parallel mat-tendenza ta’ profitabbiltà stabbli, ir-redditu fuq l-investimenti żdied ukoll matul il-perjodu kkunsidrat.

 

2006

2007

2008

PIR

Redditu fuq l-investimenti ( %)

21,4  %

25,5  %

26,1  %

28,4  %

Indiċi (2006=100)

100

119

122

132

Sors: Investigazzjoni (produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun)

5.10.   Fluss ta’ flus

(65)

Il-fluss ta’ flus tal-produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun baqa’ f’livelli relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat:

 

2006

2007

2008

PIR

Fluss ta’ flus (EUR)

6 033 496

7 973 188

7 790 847

6 911 360

Indiċi (2006=100)

100

132

129

115

Sors: Investigazzjoni (produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun)

5.11.   Impjiegi, produttività u spejjeż tax-xogħol

(66)

Il-qagħda tal-impjiegi tal-produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun kienet qed tiżviluppa b’mod pożittiv bejn l-2006 u l-2008. Madankollu, mill-2008 sal-PIR kien hemm tnaqqis fl-impjiegi minħabba t-tnaqqis fid-domanda fis-suq. It-tnaqqis fid-domanda, li rriżulta fi tnaqqis fil-produzzjoni, wassal ukoll għal tnaqqis fil-produttività bejn l-2008 u l-PIR. Fir-rigward tal-ispejjeż annwali tax-xogħol għal kull impjegat, dawn żdiedu sal-2008, segwiti bi tnaqqis żgħir matul il-PIR.

 

2006

2007

2008

PIR

Impjiegi (persuni)

638

665

685

623

Indiċi (2006=100)

100

104

107

98

Spejjeż annwali tax-xogħol għal kull impjegat (EUR)

12 851

13 688

14 589

14 120

Indiċi (2006=100)

100

107

114

110

Produttività (tunnellati għal kull impjegat)

17,6

18,4

17,7

15,0

Indiċi (2006=100)

100

105

101

85

Sors: Investigazzjoni (produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun)

5.12.   Tkabbir

(67)

Bejn l-2006 u l-PIR, waqt li l-konsum tal-Unjoni naqas b’7 % (ara l-premessa 44), il-volum tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 %, u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’6 punti perċentwali (ara l-premessi 55 u 56). Min-naħa l-oħra, waqt li l-volum ta’ importazzjonijiet attwali mill-Indja baqa’ negliġibbli minħabba l-miżuri fis-seħħ, il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn żdied bi 18 % (l-aktar minħabba importazzjonijiet mir-RPĊ), biex b’hekk kiseb 5 punti perċentwali tas-sehem mis-suq (ara l-premessa 50). Qed jiġi għalhekk konkluż li l-industrija tal-Unjoni kienet aktar affettwata mit-tnaqqis fil-konsum u b’hekk esperjenzat tnaqqis aktar sostanzjali fil-volum tal-bejgħ mill-protagonisti l-oħrajn fis-suq.

5.13.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(68)

Minħabba l-fatt li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja matul il-PIR kienu negliġibbli, l-ebda marġni ta’ dumping ma seta’ jiġi stabbilit għal importazzjonijiet attwali mill-Indja. Għandu jiġi osservat madankollu, li l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn il-portijiet tal-Unjoni, mhux suġġetti għall-approvazzjoni doganali, żdiedu b’mod sostanzjali u parti minn dak il-bejgħ instab li sar bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

5.14.   Irkupru minn dumping fil-passat

(69)

Ġie analizzat jekk l-industrija tal-Unjoni għadhiex fil-proċess li tirkupra mill-effetti ta’ dumping fil-passat. Ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni kien diġà rnexxielha tirkupra sew minn tali effetti peress li miżuri anti-dumping effettivi kien ilhom fis-seħħ għal perjodu ta’ żmien twil.

5.15.   Il-konklużjoni dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni

(70)

Bis-saħħa tal-fatt li kien hemm fis-seħħ dazji effettivi anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ fibra sintetika li joriġinaw mill-Indja, l-industrija tal-Unjoni tidher li rnexxielha tirkupra sew mill-effetti ta’ dumping dannuż fil-passat.

(71)

Madankollu ma jistax jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni tinsab f’qagħda soda. Għalkemm ċerti indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni – b’mod partikolari l-profitabbiltà, ir-redditu fuq l-investimenti u l-fluss tal-flus – donnhom juru stampa relattivament stabbli, indikaturi tad-dannu oħrajn – b’mod partikolari l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità kif ukoll l-investimenti – jindikaw biċ-ċar li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha f’qagħda pjuttost fraġli fit-tmiem tal-PIR. Wara l-iżvelar tal-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni, produttur Indjan wieħed allega li l-industrija tal-Unjoni ma sofriet l-ebda dannu matul il-PIR. F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li ma ntqalx li l-industrija tal-Unjoni kienet qed issofri minn dannu materjali matul il-PIR. Minflok, il-konklużjoni li nġibdet fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tar-reviżjoni kienet li xi wħud mill-indikaturi kienu juru stampa stabbli filwaqt li kien hemm xi sinjali ta’ dannu fir-rigward ta’ indikaturi oħra.

(72)

Xi partijiet sqarrew li x-xejriet negattivi ta’ wħud mill-indikaturi ta’ dannu mhumiex ikkawżati mill-importazzjonijiet mill-Indja iżda huma kkawżati mill-kriżi ekonomika globali u ż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-iżvilupp negattiv ta’ ċerti indikaturi ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet mill-Indja li huma kważi ineżistenti. Barra dan, iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina ġiet eżaminata u ma kellhiex impatt fuq l-analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping dannuż.

(73)

Fir-rigward tal-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni b’mod ġenerali, għandu jiġi osservat li l-introduzzjoni gradwali ta’ diversi prodotti ta’ valur għoli fis-suq – kemm fl-Unjoni kif ukoll fis-swieq ta’ pajjiżi terzi – tidher li tpoġġi l-kompetittività fit-tul tal-industrija tal-Unjoni f’perspettiva pożittiva, meta jitqies li n-numru ta’ produtturi li jimmanifatturaw tali ħbula ta’ fibra sintetika ta’ kwalità għolja huwa limitat fil-preżent fis-suq globali.

F.   PROBABBILTÀ LI D-DANNU JERĠA’ JSEĦĦ

(74)

Kif imsemmi fil-premessa 25, minħabba l-volum negliġibbli ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja matul il-PIR, l-analiżi ffukat fuq il-probabbiltà li d-dumping u d-dannu jerġgħu jseħħu.

(75)

Kif diġà ġie spjegat fil-premessi 26 sa 28, il-produtturi-esportaturi Indjani għandhom kapaċitajiet liberi enormi għad-dispożizzjoni tagħhom. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi 30 sa 32, il-produtturi Indjani għandhom orjentament b’saħħtu u inċentiv biex ibiegħu l-prodotti tagħhom f’volumi kbar fis-swieq tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa 31, il-produtturi Indjani għandhom preżenza b’saħħitha li qiegħda dejjem tiżdied fil-portijiet tal-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet jista’ jiġi konkluż li hemm probabbiltà kbira li l-importazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni jilħqu kwantitajiet sinifikanti f’perjodu ta’ żmien qasir jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(76)

Kif intqal fil-premessi 34 u 35, fin-nuqqas ta’ miżuri, l-importazzjonijiet mill-Indja aktarx li jerġgħu jissoktaw bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessi 47 u 48, instab ukoll li l-fatt li l-prezz tal-bejgħ tal-produtturi Indjani huma bħala medja 18 % irħas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni (u din id-differenza fil-prezz tista’ tilħaq il-livell ta’ 46 %) donnu jindika li fin-nuqqas ta’ miżuri, il-produtturi Indjani aktarx li jesportaw il-prodott ikkonċerat lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet konsiderevolment irħas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri aktarx li jwaqqgħu l-prezz għal livell ferm taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni.

(77)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li fin-nuqqas ta’ miżuri, huwa wisq probabbli li l-importazzjonijiet mill-Indja tal-prodott ikkonċernat jerġgħu jissoktaw fi kwantitajiet sostanzjali u bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet b’mod konsiderevoli taħt dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(78)

Minħabba l-qagħda relattivament fraġli tal-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-premessi 71 u 72, rikorrenza potenzjalment massiva ta’ importazzjonijiet mill-Indja li jkunu l-oġġett ta’ dumping bi twaqqigħ tal-prezzijiet taħt dawk fl-Unjoni aktarx li jkollha impatt dannuż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jerġgħu jissoktaw fuq skala mdaqqsa, dan aktarx li jwassal għal telf ulterjuri tas-sehem mis-suq u tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, bil-konsegwenza li jkun hemm tnaqqis fil-manifattura u fl-impjiegi. Dan, flimkien ma’ pressjoni sostanzjali fil-prezzijiet minħabba importazzjonijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet taħt il-livelli tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, iwasslu għal deterjorament rapidu u serju tal-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(79)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa konkluż li f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, ikun hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu mill-importazzjoni mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat mill-Indja li huwa l-oġġett ta’ dumping.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Rimarki preliminari

(80)

B’mod konformi mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni fit-totalità tagħha.

(81)

Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi kollha involuti, jiġifieri dawk tal-industrija, tal-importaturi, tal-kummerċjanti, tal-bejjiegħa bl-ingrossa u tal-utenti industrijali tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni.

(82)

Għandu jiġi mfakkar li, fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma kinitx meqjusa li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, din l-investigazzjoni hija reviżjoni tal-iskadenza, u b’hekk tanalizza sitwazzjoni fejn miżuri anti-dumping ikunu fis-seħħ.

(83)

Fuq din il-bażi ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu, jeżistux raġunijiet kostrinġenti li jwasslu għall-konklużjoni, f’dan il-każ partikolari, li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri.

2.   L-interessi tal-industrija tal-Unjoni

(84)

Kif diġà ssemma fil-premessi 56 u 73, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżomm sehem mis-suq sostanzjali għalkemm dejjem iżgħar waqt li tiddiversifika t-taħlita ta’ prodotti tagħha billi introduċi ħbula ta’ fibra sintetika ta’ kwalità ogħla. Għalhekk jista’ jitqies li l-industrija tal-Unjoni baqgħet strutturalment vijabbli.

(85)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mogħtija fil-premessi 70 sa 72, u skont l-argumenti dwar l-analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kif spjegat fil-premessi 74 sa 79, jista’ jitqies ukoll li l-industrija tal-Unjoni aktarx li tesperjenza deterjorament serju fil-qagħda finanzjarja tagħha f’każ li d-dazji anti-dumping jitħallew jiskadu, u dan iwassal għal rikorrenza tad-dannu materjali.

(86)

Tabilħaqq, meta jitqiesu l-volumi mistennija u l-prezzijiet mistennija tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja, l-industrija tal-Unjoni tkun qed titpoġġa f’riskju serju. Kif ġie spjegat fil-premessa 78, importazzjonijiet bħal dawn iwasslu għal tnaqqis ulterjuri fis-sehem mis-suq, il-volum tal-bejgħ u l-impjiegi tagħha, u jbaxxu wkoll il-prezzijiet tagħha biex eventwalment ikun hemm deterjorament tal-profitabbiltà tagħha, b’mod simili għal-livelli negattivi misjuba fl-investigazzjoni oriġinali.

(87)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni kuntrarja, huwa konkluż li ż-żamma tal-miżuri eżistenti ma tmurx kontra l-interess tal-industrija tal-Unjoni.

3.   L-interess ta’ importaturi/kummerċjanti mhux relatati

(88)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil għaxar importaturi/kummerċjanti mhux relatati. Waħda biss minn dawk il-kumpaniji wieġbet, u esprimiet l-oġġezzjoni tagħha għall-każ. Madankollu, peress li l-kumpanija hija relatata ma’ produttur Indjan ta’ ħbula ta’ fibra sintetika, ma tistax titqies bħala importatur mhux relatat. Peress li l-kumpanija hija importatur relatat, l-interess tagħha huwa intrinsikament marbut mal-interess tal-produttur Indjan relatat magħha.

(89)

F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa konkluż li ma jidher li hemm l-ebda raġuni kostrinġenti li tindika li l-kontinwazzjoni ta’ miżuri se taffettwa b’mod negattiv sa grad għoli l-importaturi/kummerċjanti mhux relatati kkonċernati.

4.   L-interess tal-utenti

(90)

Il-Kummissjoni bagħtet ittra lil assoċjazzjoni industrijali waħda ta’ utenti tal-prodott ikkonċernat. Ebda utent ma ssottometta risposta kompluta għall-kwestjonarju, u ma ġew riċevuti ebda sottomissjonijiet bil-miktub mill-assoċjazzjoni.

(91)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-utenti, u l-fatt li l-impatt ta’ miżuri anti-dumping aktarx li jkun negliġibbli meta mqabbel ma’ spejjeż oħrajn imġarrba mill-industriji ewlenin tal-utenti bħall-bini ta’ bastimenti, l-inġinerija mekkanika u l-operat ta’ pjattaformi offshore, huwa konkluż li l-kontinwazzjoni ta’ miżuri mhux se jkollha impatt sostanzjalment negattiv fuq dawk l-utenti.

5.   Konklużjoni

(92)

Il-kontinwazzjoni tal-miżuri tista’ tiġi mistennija li tiżgura li l-importazzjonijiet mill-Indja li huma l-oġġett ta’ dumping ma jerġgħux jissoktaw fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sostanzjali matul perjodu ta’ żmien qasir. B’hekk l-industrija tal-Unjoni se tkompli tibbenefika mill-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq tal-Unjoni u mit-tnaqqis tat-theddida ta’ għeluq u telf ta’ impjiegi. L-effetti benefiċjali huma mistennija wkoll li jiggarantixxu l-kundizzjonijiet għall-industrija tal-Unjoni biex tiżviluppa prodotti innovattivi ta’ teknoloġija aktar avvanzata għal applikazzjonijiet ġodda u speċjalizzati.

(93)

Għandu jiġi osservat ukoll li, wara li ġie kkunsidrat l-interess tal-importaturi/kummerċjanti kif ukoll tal-utenti fl-Unjoni, ma jidher li hemm ebda raġuni kostrinġenti li tindika li l-kontinwazzjoni tal-miżuri se jkollha impatt fil-biċċa l-kbira negattiv.

(94)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet mogħtija hawn fuq dwar l-impatt tal-kontinwazzjoni tal-miżuri fuq id-diversi protagonisti fis-suq tal-Unjoni, huwa konkluż li l-kontinwazzjoni ta’ miżuri ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

H.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(95)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jiġifieri inter alia l-kapaċitajiet liberi enormi tal-produtturi Indjani, l-orjentament b’saħħtu tagħhom lejn l-esportazzjoni u l-preżenza dejjem akbar tagħhom fuq l-għatba tas-suq tal-Unjoni, il-prezzijiet tagħhom tal-bejgħ bl-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn li nstabu li huma taħt il-valur normali kif ukoll ferm ’l isfel mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR, kif ukoll il-qagħda relattivament fraġli tal-industrija tal-Unjoni, aktarx li d-dumping dannuż jerġa’ jseħħ mill-Indja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(96)

Il-partijiet kollha kkonċernati ġew infurmati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li tiġi rrakkomandata ż-żamma ta’ miżuri eżistenti fil-forma preżenti tagħhom. Ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar, iżda ħadd minnhom ma għamel rappreżentazzjonijiet li setgħu jiġġustifikaw il-bidla tal-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq. It-talbiet relatati mal-iżvelar tal-konklużjonijiet ġew indirizzati fil-premessi rispettivi ta’ dan ir-Regolament.

(97)

Isegwi minn dak li ntqal hawn fuq li, kif ipprovdut fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, id-dazji anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1736/2004 għandhom jinżammu.

(98)

Madankollu, u mingħajr ma jiġi injorat il-fatt li l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping dannuż ġiet stabbilita, dan il-proċediment preżenti huwa kkaratterizzat minn ċirkustanzi partikolari, notevolment it-tul ta’ żmien twil tal-miżuri fis-seħħ li diġà ġew estiżi darba, u l-kwantitajiet ferm limitati ta’ importazzjonijiet attwali mill-Indja kif imsemmi fil-premessi 21 sa 24. Dawn il-fatti għandhom ikunu riflessi wkoll b’mod adegwat fit-tul ta’ żmien tal-miżuri anti-dumping estiżi għal darba oħra, li għandu jkun ta’ tliet snin. Wara l-iżvelar, l-applikant stqarr li l-miżuri għandhom jiġu estiżi għal ħames snin u li r-raġunament spjegat hawn fuq għal estensjoni iqsar mhuwiex ġustifikat.

(99)

Normalment, l-estensjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażku japplika għal perjodu ta’ ħames snin. L-investigazzjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha f'qagħda fraġli fi tmiem il-PIR; ilha f'diffikultajiet finanzjarji għal perjodu ta’ żmien twil kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Minħabba f'dan, għadha ma rkupratx bis-sħiħ mid-dumping dannuż. Madankollu, għadd ta’ indikaturi ta’ dannu wrew li l-impożizzjoni ta’ miżuri diġà tat lok għal xi titjib sostanzjarju. Mill-analiżi ta’ din il-qagħda kumplessa, qed jiġi konkluż li rkupru sħiħ u solidu minn kwalunkwe effett ta’ dumping dannuż fl-imgħoddi x'aktarx li jinkiseb f'perjodu ta’ żmien iqsar mill-medda normali ta’ ħames snin. Ġie evalwat li, meta titqies l-analiżi dannuża ġenerali u l-iżviluppi probabbli tas-suq bil-miżuri fis-seħħ, perjodu ta’ tliet snin għandu jkun biżżejjed għall-industrija tal-Unjoni biex tikseb l-irkupru ekonomiku u finanzjarju tagħha. Għal dawn ir-raġunijiet ma jidhirx meħtieġ li jinżammu l-miżuri fuq perjodu itwal.

(100)

Għalhekk, huwa meqjus li estensjoni tal-miżuri għall-perjodu sħiħ ta’ ħames snin mhijiex appoġġata bis-sħiħ mill-fatti stabbiliti mill-investigazzjoni, u li t-tul taż-żmien tal-miżuri għandu bħala konsegwenza jkun limitat għal tliet snin.

(101)

Ir-rata individwali ta’ dazju anti-dumping speċifikata fl-Artikolu 1 ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward tal-kumpanija kkonċernata. Din ir-rata ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) b’hekk hija applikabbli esklużivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u li huma prodotti mill-kumpanija kkonċernata u b’hekk mill-entità legali speċifika msemmija. Prodotti importati manifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fl-Artikolu 1, inklużi entitajiet relatati ma’ dik il-waħda msemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn din ir-rata u għandhom ikunu suġġetti għad-dazju li japplika għall-pajjiż kollu.

(102)

Kull talba għall-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju anti-dumping għal kumpanija individwali (e.ż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew bejgħ) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni minnufih flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u b’esportazzjoni assoċjat ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ. Jekk ikun xieraq, dan ir-Regolament għandu jiġi emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw minn dazji individwali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa b'dan impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ spag, irbit, ħbula u kejbils, kemm jekk immaljati jew mibruma u kemm jekk le, u kemm jekk mimlija, miksija, mgħottija jew imlibbsa bil-lastku jew plastik, tal-polietilene jew polipropilene, u kemm jekk le, minbarra ħajt mibrum tat-tip binder u baler, b’kejl ta’ aktar minn 50 000 decitex (5 g/m), kif ukoll ta’ fibri sintetiċi oħrajn tan-najlon jew poliamidi oħrajn jew ta’ poliesters, b’kejl ta’ aktar minn 50 000 decitex (5 g/m), li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 5607 49 11, 5607 49 19, 5607 50 11 u 5607 50 19 u li joriġinaw mill-Indja.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn isfel għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Rata ta’ dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Garware Wall Ropes Ltd

53,0  %

8755

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

82,0  %

8900

3.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tad-dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għal perjodu ta’ tliet snin.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 183, 26.6.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 311, 8.10.2004, p. 1.

(4)  ĠU C 240, 7.10.2009, p. 6.


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1243/2010

tal-20 ta’ Diċembru 2010

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina prodotti minn Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni dwar l-anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) u l-Ukraina (“l-ewwel investigazzjoni”), ġew imposti miżuri anti-dumping bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007 tat-23 ta’ April 2007 (2). Dak ir-Regolament daħal fis-seħħ fis-27 ta’ April 2007.

(2)

Ta’ min ifakkar li r-rata tad-dazju anti-dumping definittiv fuq it-twavel għall-mogħdija prodotti mill-produttur esportatur Ċiniż Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd. (“Since Hardware”) kienet 0 % filwaqt li varjat bejn 18,1 % u 38,1 % għal produtturi esportaturi Ċiniżi oħra. Wara reviżjoni interim sussegwenti, dawn ir-rati tad-dazju ġew miżjuda sa 42,3 % b’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 270/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 (3).

2.   Bidu tal-proċedura kurrenti

(3)

Fit-2 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika ta’ bidu ppubblikata f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4) (“notifika tal-bidu”), il-bidu ta’ investigazzjoni dwar anti-dumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku li tikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mill-RPĊ, limitata għal Since Hardware. Fin-notifika tal-bidu, il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ reviżjoni skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001 (“reviżjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001”) sabiex tippermetti kwalunkwe emenda neċessarja tar-Regolament (KE) Nru 452/2007 fid-dawl tal-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO intitolat “Messiku - Miżuri anti-dumping definittivi fuq il-Laħam taċ-Ċanga u r-Ross” (AB-2005-6) (5) (“ir-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO”).

(4)

L-investigazzjoni dwar l-anti-dumping bdiet wara lment ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2009 minn tliet produtturi tal-Unjoni, Colombo New Scal S.p.A., Pirola S.p.A. u Vale Mill (Rochdale) Ltd. (“il-kwerelanti”), li jirrappreżentaw proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tat-twavel għall-mogħdija.

(5)

Ta’ min ifakkar li investigazzjoni ġdida dwar l-anti-dumping ibbażata fuq l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku kienet inbdiet kontra Since Hardware aktar milli reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, fid-dawl tar-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO. Dan ir-rapport jistipula fil-paragrafi 305 u 306 li produttur esportatur li ma jinstabx li qed jagħmel dumping f’investigazzjoni oriġinali għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-miżura definittiva imposta bħala riżultat tat-tali investigazzjoni u ma jistax ikun suġġett għal reviżjonijiet amministrattivi u ta’ ċirkustanzi mibdula.

(6)

Since Hardware stqarret li l-Kummissjoni ma setgħatx tibda investigazzjoni ġdida dwar l-anti-dumping abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku kontra kumpanija waħda għaliex din kienet tmur kontra l-prinċipju ġenerali mnaqqax fl-Artikolu VI ta’ GATT u l-Ftehim dwar Anti-Dumping tad-WTO (WTO ADA) kif ukoll li fir-Regolament bażiku li l-proċeduri tal-anti-dumping kienu mmirati kontra l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi u mhux kumpaniji individwali. B’mod partikolari Since Hardware stqarret li l-Kummissjoni kienet kisret l-Artikoli 9(3) u 11(6) tar-Regolament bażiku meta bdiet investigazzjoni dwar anti-dumping abbażi tal-Artikolu 5 minflok tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Since Hardware argumentat ukoll li fl-assenza ta’ effett dirett tar-regoli tad-WTO fl-ordni legali tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma setgħatx tiddeċiedi li tinjora d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq tar-Regolament bażiku sabiex timplimenta awtomatikament deċiżjoni tad-WTO, mingħajr modifika minn qabel mill-Kunsill tar-Regolament bażiku.

(7)

F’dan ir-rigward, huwa rikonoxxut li l-proċeduri anti-dumping normalment jinbdew kontra importazzjonijiet minn pajjiż u mhux minn kumpaniji individwali. Madankollu, il-każ preżenti huwa eċċezzjoni għar-regola hawn fuq minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali li ġejjin. Ir-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO jesponi fil-paragrafi 216 sa 218 li l-Artikolu 5.8 tad-WTO ADA jeħtieġ awtorità investigattiva sabiex ittemm l-investigazzjoni fir-rigward ta’ esportatur li nstab li ma għandux marġni ’l fuq minn de minimis f’investigazzjoni oriġinali u, fil-paragrafu 305, li l-esportatur konsegwentement għandu jiġi eskluż minn miżuri definittivi anti-dumping u li ma jistax ikun suġġett għal reviżjonijiet amministrattivi u ta’ ċirkostanzi mibdula. Huwa veru li n-nuqqas ta’ effett dirett tar-regoli tad-WTO jfisser li l-legalità tal-miżuri adottati mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni (l-“Istituzzjonijiet”) normalment ma jistgħux jiġu riveduti fid-dawl tal-ftehim tad-WTO. Madankollu, dan ma jfissirx, f’dan il-każ partikolari, li l-Istituzzjonijiet għandhom jinjoraw ir-regoli tad-WTO, u b’mod partikolari r-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO. Ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001 ġie adottat speċifikament biex jippermetti lill-Istituzzjonijiet biex iġibu miżura meħuda taħt ir-Regolament bażiku konformi mad-deċiżjonijiet li hemm f’rapport adottat mill-Korp għar-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim kif imsemmi fil-premessa (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 mingħajr emenda minn qabel tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001 għalhekk, b’mod partikolari, jippermetti lill-Istituzzjonijiet biex jeskludu formalment esportaturi li jkunu nstabu, matul investigazzjoni oriġinali preċedenti, li mhumiex qed jagħmlu dumping, mill-ambitu tar-Regolament li ġie adottat fl-aħħar ta’ dik l-investigazzjoni. Sabiex jagħmlu dan, infetħet ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 452/2007 b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1515/2001.

(8)

Barra minn hekk, l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku ma teskludi l-ftuħ ta’ investigazzjoni ġdida dwar anti-dumping abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku kontra kumpanija. Barra minn hekk, il-leġislazzjoni tal-Unjoni għandha, safejn possibbli, tiġi interpretata b’mod li huwa konsistenti mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari fejn id-dispożizzjonijiet ikkonċernati huma maħsuba biex idaħħlu fis-seħħ ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni. Minħabba li d-WTO ADA min-naħa waħda jippermetti lill-membri tad-WTO jimponu dazji biex jikkontrobattu dumping li jagħmel dannu, iżda min-naħa l-oħra ġie interpretat mill-Korp tal-Appell fir-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO li ma jippermettix reviżjonijiet ta’ kumpaniji li ma jinstabux li qed jagħmlu dumping matul investigazzjoni oriġinali, ir-Regolament bażiku għandu għalhekk jiġi interpretat li jippermetti lill-Unjoni tiftaħ investigazzjoni taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku f’każ bħal dak preżenti.

(9)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1241/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 (*), Since Hardware ġie eskluż mill-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 452/2007.

(10)

Għalhekk, minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali tal-każ, il-bidu ta’ investigazzjoni dwar anti-dumping abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku kontra Since Hardware huwa skont il-liġi.

3.   Il-partijiet ikkonċernati

(11)

Il-Kummissjoni infurmat b’mod uffiċjali lil Since Hardware, l-importaturi u l-produtturi tal-Unjoni kkonċernati, ir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat, u l-produtturi f’pajjiżi analogi potenzjali bil-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità sabiex jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Avviż tal-bidu.

(12)

Sabiex Since Hardware tkun tista’ tissottometti talba għal trattament tal-ekonomija tas-suq (“MET”) jew trattament individwali (“IT”), jekk mixtieq, il-Kummissjoni bagħtet formola ta’ talba lill-produttur esportatur. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lil Since Hardware. Il-produttur esportatur issottometta talba kompluta ta’ MET/IT u wieġeb għall-kwestjonarju.

(13)

Minħabba n-numru għoli ta’ produtturi tal-Unjoni, kien previst it-teħid ta’ kampjuni fin-notifika tal-bidu għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għad-danni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Ħames produtturi tal-Unjoni resqu u pprovdew l-informazzjoni meħtieġa għat-teħid ta’ kampjuni fil-limiti taż-żmien stabbiliti fin-notifika tal-bidu.

(14)

Mill-ħames produtturi tal-Unjoni hawn fuq, it-tliet kwerelanti biss ifformaw parti mill-industrija tal-Unjoni fl-ewwel investigazzjoni. Minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ dan il-każ, kif imsemmi fil-premessi (57) sa (60), ġie deċiż li jintbagħtu kwestjonarji biss lil dawn it-tliet produtturi tal-Unjoni filwaqt li ż-żewġ produtturi l-oħra tal-Unjoni ġew mitluba jissottomettu kwalunkwe kummenti addizzjonali li jistgħu jassistu lill-Kummissjoni sabiex taċċerta jekk l-importazzjonijiet tal-prodotti manifatturati minn Since Hardware kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni. It-tliet produtturi kwerelanti tal-Unjoni kollha ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarji. Iż-żewġ produtti l-oħra tal-Unjoni ma ssottomettewx iżjed kummenti dwar il-proċedura.

(15)

Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lill-produtturi kollha magħrufa fil-pajjiżi analogi potenzjali u lill-importaturi kollha kkonċernati u mhux relatati ma’ Since Hardware. Fir-rigward tal-importaturi mhux relatati fl-Unjoni, kien hemm inizjalment żewġ kumpaniji li kienu qed jikkooperaw fl-investigazzjoni. Madankollu, waħda minnhom ma kinitx f’pożizzjoni li tkompli tikkoopera. L-importatur l-ieħor kien tal-istess kumpanija bħal wieħed mill-produtturi mhux kwerelant tal-Unjoni. Dan issottometta tweġiba għall-kwestjonarji tal-importaturi. Barra minn hekk, assoċjazzjoni waħda tal-kummerċ ikkooperat ukoll fl-investigazzjoni u ssottomettiet il-kummenti tagħha.

(16)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għall-valutazzjoni ta’ MET u għad-determinazzjoni tad-dumping, il-kontribuzzjoni għad-dannu u l-interessi tal-Unjoni. Żjara ta’ verifika twettqet fil-post ta’ Since Hardware f’Guangzhou fl-RPĊ u ta’ Vale Mill (Rochdale) Ltd. fir-Renju Unit.

(17)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li minħabba l-isfond legali kumpless konness mal-investigazzjoni preżenti (ara l-premessa (3) et seq. hawn fuq), qieset iżjed xieraq li ma timponix miżuri provviżorji f’dan il-każ iżda li tkompli l-investigazzjoni. Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni minn kwalunkwe parti.

(18)

Il-partijiet interessati ġew infurmati dwar il-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv u ngħataw opportunità jikkumentaw. Il-kummenti sottomessi mill-partijiet ġew kkunsidrati u, fejn xieraq, il-konklużjonijiet ġew modifikati kif meħtieġ.

4.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(19)

L-investigazzjoni tad-dumping u tat-twaqqigħ tal-prezzijiet kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “IP”). L-eżami tal-volumi tal-importazzjoni tal-prodotti ta’ Since Hardware rilevanti għall-valutazjoni tal-kontribuzzjoni għad-dannu dannu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-aħħar tal-IP (il-“perjodu kkunsidrat”). Madankollu, minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ dan il-każ - jiġifieri li investigazzjoni oħra oriġinali dwar l-istess prodott u pajjiż terz saret ftit snin ilu biss, u minħabba li d-dazji li rriżultaw minn dik l-investigazzjoni għadhom fis-seħħ - f’dik l-analiżi tad-danni għandha ssir ukoll referenza għall-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ dik l-investigazzjoni iżjed bikrija (“IP tal-ewwel investigazzjoni”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(20)

Il-prodott ikkonċernat hu t-twavel għall-mogħdija, irrispettivament jekk joqogħdux weqfin waħedhom jew le, bi jew mingħajr tixrib bl-istim u/jew wiċċ tat-tisħin u/jew wiċċ tal-infiħ, inklużi bords għall-kmiem, u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ u l-appoġġ tal-ħadida li joriġinaw mill-RPĊ u huma prodotti minn Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd. (“il-prodott ikkonċernat”), li fil-preżent jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3924 90 00, ex 4421 90 98, ex 7323 93 90, ex 7323 99 91, ex 7323 99 99, ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00.

(21)

L-investigazzjoni wriet li hemm tipi differenti ta’ twavel għall-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom jiddependu l-aktar fuq il-kostruzzjoni u d-daqs tagħhom, il-materjal tal-kostruzzjoni u l-aċċessorji tagħhom. Madankollu, it-tipi kollha differenti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u użi.

(22)

'Il-produttur esportatur stqarr li l-partijiet essenzjali tat-twavel għall-mogħdija ma għandhomx ikunu koperti bl-investigazzjoni għaliex it-twavel għall-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom (jiġifieri s-saqajn, l-uċuħ u l-appoġġi għall-ħadida), ma jikkostitwixxux prodott wieħed u għalhekk ma jistgħux ikunu parti tal-istess prodott ikkonċernat f’investigazzjoni waħda. Dan l-argument ma ġiex ikkonfermat mill-investigazzjoni. Instab fl-investigazzjoni preżenti li l-partijiet essenzjali tal-ħdejjed għall-mogħdija għandhom ikunu koperti minħabba li s-saqajn, l-uċuħ u l-appoġġi għall-ħadida jiddeterminaw il-karatteristiċi tal-prodott lest u ma jistgħux ikollhom użu finali ieħor ħlief li jkunu inkorporati fil-prodott finali (jiġifieri fit-tavla għall-mogħdija) u, għalhekk, mhumiex prodott distint. Dan huwa konformi ma’ numru ta’ investigazzjonijiet oħra li fihom il-prodotti lesti u komponenti ewlenin kienu kkunsidrati bħala prodott wieħed. Bħala konsegwenza, is-similarità tal-ewwel investigazzjoni, it-tipi kollha eżistenti tat-twavel għall-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom huma kkunsidrati bħala prodott wieħed għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni.

2.   Prodott simili

(23)

Ma nstabu l-ebda differenzi bejn il-prodott ikkonċernat u t-twavel għall-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom prodotti mill-kwerelanti u produtturi oħra tal-Unjoni li kkooperaw u mibjugħin fis-suq tal-Unjoni li fl-aħħar serva wkoll bħala pajjiż analogu. It-tnejn għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u użi u huma interkambjabbli ma’ xulxin.

(24)

Bħala konsegwenza, it-twavel għall-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom prodotti u mibjugħin fl-Unjoni u l-prodott ikkonċernat huma kkunsidrati bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

1.   Trattament tal-Ekonomija tas-Suq (MET)

(25)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet dwar l-anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fl-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi determinat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku għal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tiegħu, jiġifieri fejn jidher li l-kondizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq jipprevalu fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott simili. Fil-qosor, u għall-faċilitazzjoni tar-referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti f’forma mqassra hawn taħt:

id-deċiżjonijiet tan-negozju jsiru bħala reazzjoni għas-sinjali tas-suq, u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat; l-ispejjeż tal-inputs ewlenin jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq;

l-impriżi għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords tal-kontabilità bażiċi li huma verifikati indipendentement skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (“IAS”) u jiġu applikati għall-iskopijiet kollha;

ma hemm l-ebda tfixkil sinifikanti trasferit mis-sistema tal-ekonomija mhux tas-suq preċedenti;

il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu stabbiltà u ċertezza legali;

il-kambji tal-muniti jitwettqu skont ir-rati tas-suq.

(26)

Since Hardware talbet MET skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u ntalbet timla formola ta’ talba ta’ MET.

(27)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li Since Hardware ma kinitx tissodisfa l-kriterju ta’ MET imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(c) (kriterju 1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-ispejjeż tal-inputs maġġuri. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbilixxiet li Since Hardware ma kinitx tissodisfa l-kriterju ta’ MET imsemmi fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(7)(c) (kriterju 2) tar-Regolament bażiku. Il-konklużjonijiet ewlenin ta’ MET huma stabbiliti hawn taħt.

(28)

Fir-rigward tal-kriterju 1, jiġifieri li d-deċiżjonijiet tan-negozju jittieħdu bħala reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza sinifikanti tal-Istat, u li l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq, huwa nnotat li Since Hardware stqarret li bdiet tixtri l-materji primi ewlenin tagħha (prodotti tal-azzar) mis-suq domestiku Ċiniż, b’differenza mill-perjodu ta’ investigazzjoni fl-ewwel investigazzjoni meta Since Hardware importat dawn il-materji primi. Għalhekk, ġie eżaminat jekk is-suq domestiku Ċiniż għall-materji primi ewlenin jistax jitqies li jirrifletti l-valuri tas-suq.

(29)

Ġie stabbilit li wara l-perjodu ta’ investigazzjoni fl-ewwel investigazzjoni, jiġifieri wara l-2005, ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ġew imposti mill-Istat fuq diversi prodotti tal-azzar, inklużi l-materji primi ewlenin għall-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija, jiġifieri, pjanċi tal-azzar, pajpijiet tal-azzar u wajer tal-azzar. Ġie nnotat li l-ispejjeż ta’ dawn il-materji primi jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-ispejjeż totali tal-materji primi tal-prodott ikkonċernat. L-impożizzjoni tat-taxxi tal-esportazzjoni naqset l-inċentiv għall-esportazzjoni u għalhekk żiedet il-volumi disponibbli lokalment, li wassal għal prezzijiet iżjed baxxi. Madankollu, f’Ġunju 2009 (fl-aħħar tal-IP), il-politika Ċiniża lejn is-settur tal-azzar tidher li nbidlet mill-ġdid: ġiet abolita t-taxxa tal-esportazzjoni u ġiet introdotta rifużjoni ġdida tal-VAT fuq il-prodotti tal-azzar li toħloq ambjent iżjed favorevoli għall-esportazzjonijiet. Il-politika l-ġdida li ma għadhiex tiskoraġġixxi l-esportazzjonijiet tikkoinċidi mat-twaqqigħ fil-prezzijiet tal-azzar fuq swieq oħra dinjin u mal-allinjament tal-prezzijiet domestiċi Ċiniżi mal-prezzijiet internazzjonali tal-azzar, jiġifieri sitwazzjoni ta’ ebda periklu ta’ żieda fil-prezzijiet fis-suq domestiku. Dawn il-bidliet ripetuti fit-taxxa tal-esportazzjoni/reġim tal-VAT tal-azzar maż-żmien jidhru li seħħu sabiex jirregolaw is-suq u l-prezzijiet tal-azzar domestiċi Ċiniżi. Għalhekk, l-Istat ikompli jeżerċita influwenza importanti fuq is-suq tal-azzar domestiku u, għalhekk, il-prezzijiet tal-azzar fl-RPĊ għal dawn il-materji primi partikolari ma jsegwux liberalment it-tendenzi tas-suq dinji.

(30)

Fil-fatt ħafna studji u rapporti kif ukoll kontijiet disponibbli pubblikament ta’ numru ta’ produtturi tal-azzar (6) jikkonfermaw li l-Istat Ċiniż jappoġġja attivament l-iżvilupp tas-settur tal-azzar fl-RPĊ.

(31)

Bħala konsegwenza, il-prezzijiet tal-azzar domestiċi fl-RPĊ kienu, matul l-ewwel nofs tal-perjodu ta’ investigazzjoni, ferm anqas mill-prezzijiet ta’ swieq dinjin imdaqqsin, notevolment il-prezzijiet tal-azzar fl-Amerika ta’ Fuq u fl-Ewropa tat-Tramuntana (7), u dawn id-differenzi fil-prezzijiet ma jistgħux jiġu spjegati minn kwalunkwe vantaġġ kompetittiv fil-produzzjoni tal-azzar. Fit-tieni nofs tal-IP, il-prezzijiet tal-azzar dinjin waqgħu b’mod sinifikanti fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq filwaqt li l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi waqgħu ferm anqas. Għalhekk id-differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-azzar Ċiniżi u dawk internazzjonali prattikament sparixxiet sal-aħħar tal-IP. Madankollu, il-miżuri meħuda mill-gvern Ċiniż biex jirregola s-suq tal-azzar Ċiniż wassal essenzjalment għal sitwazzjoni fejn il-prezzijiet tal-materja prima komplew ikunu r-riżultat ta’ intervent tal-Istat li għandu influwenza diretta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanija meta takkwista materji primi.

(32)

Peress li Since Hardware xtrat il-materji primi tagħha matul dan l-IP fis-suq domestiku Ċiniż, kienet qed tibbenefika minn dawk il-prezzijiet tal-azzar artifiċjalment baxxi u distorti matul l-IP.

(33)

Għalhekk ġie konkluż li l-inputs maġġuri ta’ Since Hardware ma jirriflettux b’mod sostanzjali l-valuri tas-suq. Bħala konsegwenza, ġie konkluż li Since Hardware ma wrietx li hija tissodisfa l-kriterju 1 stabbilit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u, għalhekk, ma jistax jingħata MET.

(34)

Barra minn hekk, il-kumpanija ma setgħetx turi li għandha sett wieħed ċar ta’ rekords tal-kontabilità bażiċi li huma verifikati indipendentement konformement mal-IAS u applikati għall-iskopijiet kollha, għaliex il-kontijiet, u b’mod partikolari r-rapport ta’ verifika tal-kapital, ma semmew l-ebda tranżazzjoni importanti li seħħet matul l-IP. Barra minn hekk, l-awdituri ma kkummentawx dwar din it-tranżazzjoni importanti. Ukoll, tniżżil ta’ ammont sinifikanti nstab li ma kienx jirrispetta l-prinċipju tar-rappreżentazzjoni ġusta tal-kontijiet taħt l-IAS. L-awditur lanqas ma kkummenta dwar dan. Għalhekk ġie konkluż li l-kumpanija naqset ukoll milli turi li tissodisfa l-kriterju 2 stabbilit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(35)

Since Hardware, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċenat u l-industrija tal-Unjoni ngħataw l-opportunità jikkumentaw dwar dawn il-konklużjonijiet. Ġew sottomessi kummenti minn Since Hardware u l-industrija tal-Unjoni.

(36)

Since Hardware ressqet tliet argumenti prinċipali dwar il-konklużjoni ta’ MET. L-ewwel nett, qalet li d-deċiżjoni ta’ MET saret wara li l-Kummissjoni talbet u kisbet il-bejgħ u l-ispejjeż domestiċi tal-kumpanija li kienu jiksru t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. It-tieni nett, għalkemm Since Hardware ma taqbilx mal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-azzar bħala tali, stqarret li l-prezzijiet tal-materja prima Ċiniżi xorta kienu konformi mal-prezzijiet f’pajjiżi oħra u li l-prezz imħallas minn Since Hardware fis-suq Ċiniż kien ogħla mill-prezzijiet ta’ ħafna swieq tal-azzar fil-pajjiżi tal-ekonomija tas-suq mad-dinja. F’dan il-kuntest, il-kumpanija kellha dubji wkoll dwar ir-rilevanza tal-prezzijiet tas-suq tal-Ewropa tat-Tramuntana u tal-Amerika ta’ Fuq li kien qed isir tqabbil magħhom. Since Hardware stqarret li l-prezzijiet ta’ swieq internazzjonali oħra bħall-prezzijiet tal-esportazzjoni Torok u Ukraini kienu disponibbli wkoll, u li dawn kienu iżjed baxxi mill-prezzijiet domestiċi fl-RPĊ. It-tielet nett, Since Hardware argumentat li MET ma setax jinċaħad lil kumpanija li kienet attiva f’industrija waħda (it-twavel għall-mogħdija) għal fatturi relatati esklussivament ma’ industrija oħra (tal-azzar) u li l-Kummissjoni ma setgħetx tpaċi s-sussidji fis-suq upstream permezz taċ-ċaħda tat-talba ta’ MET fis-suq downstream. Barra minn hekk, Since Hardware stqarret li kien piż tal-provi mhux raġonevoli li kumpanija żgħira tat-twavel għall-mogħdija tintalab tipprovdi evidenza li l-industrija tal-azzar Ċiniża mhijiex sussidjata.

(37)

Fir-rigward tal-ewwel argument ta’ Since Hardware, ġie nnutat li skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, id-determinazzjoni ta’ jekk Since Hardware tissodisfax il-ħames kriterji rilevanti għandha ssir u li din id-determinazzjoni tibqa’ fis-seħħ matul l-investigazzjoni. Peress li l-investigazzjoni preżenti hija limitata għal produttur esportatur wieħed, il-Kummissjoni vverifikat it-talba ta’ MET u t-tweġiba għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping fl-istess ħin, fil-qafas tal-istess investigazzjoni fuq il-post. It-talba ta’ MET ġiet investigata fuq il-merti tagħha u irrispettivament mill-effetti li jista’ jkollha fuq il-kalkolazzjoni tal-marġni tad-dumping. Fil-fatt, il-kalkulazzjonijiet dettaljati tad-dumping għal Since Hardware ma setgħux isiru qabel ma ssir id-determinazzjoni ta’ MET fl-assenza ta’ dejta minn pajjiż tal-ekonomija tas-suq xieraq. Għaldaqstant, ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(38)

Rigward it-tieni talba ta’ Since Hardware, l-investigazzjoni wriet li għalkemm id-differenza fil-prezzijiet naqset fit-tieni nofs tal-IP u ġiet prattikament eliminata fl-aħħar tal-IP, huwa sostnut li anki dan l-allinjament tal-prezzijiet Ċiniżi mal-prezzijiet tas-suq internazzjonali kien ir-riżultat tal-intervent tal-Istat. Fil-fatt, fl-2009, meta l-prezzijiet fis-swieq internazzjonali tal-azzar waqgħu minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika, l-Istat abolixxa t-taxxi tal-esportazzjoni imposti preċedentement, u b’hekk ippermetta allinjament tal-prezzijiet domestiċi mal-prezzijiet internazzjonali mingħajr periklu ta’ żieda sinifikanti fil-prezzijiet għal dawk il-materji primi importanti fis-suq domestiku. Dan juri li s-suq għall-materji primi neċessarju għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat kompla jkun is-suġġett tal-intervent tal-Istat anki fit-tieni nofs tal-IP.

(39)

Huwa nnutat li l-informazzjoni dwar il-prezzijiet addizzjonali sottomessa minn Since Hardware appoġġjat il-konklużjoni li l-materji primi ewlenin għall-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija fl-ewwel nofs tal-IP kienu fil-medja irħas b’mod sinifikanti fis-suq domestiku Ċiniż milli fi swieq dinjin oħra mdaqqsa. Sar tqabbil bejn il-prezzijiet tal-azzar domestiċi Ċiniżi u l-prezzijiet domestiċi fi swieq oħra li huma komparabbli mas-suq Ċiniż f’termini ta’ volum (UE, l-Istati Uniti u l-Kanada) għaliex għandhom konsum għoli ta’ azzar u hemm ħafna produtturi attivi. Swieq oħra ssuġġeriti minn Since Hardware bħat-Turkija u l-Ukraina (swieq domestiċi u tal-esportazzjoni) ma nstabux li huma rappreżentattivi f’termini ta’ daqs u/jew numru ta’ produtturi ta’ dawn il-materji primi partikolari u għalhekk mhumiex komparabbli mas-suq domestiku Ċiniż.

(40)

Ta’ min ifakkar ukoll li r-Regolament bażiku jpoġġi l-piż tal-provi fuq il-kumpanija li tagħmel talba ta’ MET biex turi li tissodisfa l-kriterji rilevanti. Minħabba li l-Kummissjoni stabbiliet numru ta’ elementi li jippuntaw lejn l-ispejjeż tal-inputs maġġuri li ma jirriflettux il-valuri tas-suq, bħala konsegwenza l-kumpanija trid issib elementi li jiċħdu dan.

(41)

Barra minn hekk, ir-Regolament bażiku fl-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi espliċitament għall-possibbiltà li jiġi eżaminat jekk id-deċiżjonijiet tal-impriżi dwar, inter alia, inputs isirux bħala reazzjoni għas-sinjali tas-suq li jirriflettu l-provvista u d-domanda u mingħajr interferenza sinifikanti tal-Istat u jekk l-ispejjeż tal-inputs maġġuri jirriflettux b’mod sinifikanti l-valuri tas-suq. Bħala konsegwenza, jekk kumpanija ma tissodisfax dawn il-kondizzjonijiet, kif spjegat hawn fuq, MET jista’ jiġi rifjutat. Huwa nnotat ukoll li Since Hardware kienet timporta l-materji primi tagħha matul l-ewwel investigazzjoni iżda daret għal akkwisti Ċiniżi minħabba prezzijiet iżjed baxxi fis-suq Ċiniż.

(42)

Fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-kontabilità identifikati, Since Hardware stqarret li dawn mhumiex relatati mal-kontijiet ta’ Since Hardware u, f’kwalunkwe każ, ma kienx ifisser li l-kumpanija ma kkonformatx kompletament mal-istandards tal-kontabilità internazzjonali. Since Hardware stqarret ukoll li l-iżball tal-kontabilità identifikat kien immaterjali.

(43)

Il-fatt li l-kumpaniji Ċiniżi ma jistgħux ikunu suġġetti taħt il-liġi domestika tagħhom biex jikkonformaw ma’ ċerti standards tal-kontabilità ma għandux impatt fuq jekk il-kontijiet tagħhom jistgħux jiġu valutati fid-dawl ta’ dawk l-istandards għad-determinazzjoni ta’ MET. Il-preżentazzjoni ġusta tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija IAS bażiku u hija f’idejn il-kumpanija li turi li kwalunkwe ksur ta’ dawk l-istandards ma jikkostitwixxix ksur tat-tieni kriterju tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Dan ma sarx la għat-tranżazzjoni kkonċernata u lanqas għall-annotazzjoni żbaljata. Fi kwalunkwe każ, dan tal-aħħar ma jistax jitqies immaterjali għaliex jirrappreżenta perċentwal imdaqqas tal-esportazzjonijiet totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(44)

Bħala konklużjoni, l-ebda mill-argrumenti li qajmet Since Hardware ma kienu tali li jwasslu għal valutazzjoni differenti tal-konklużjonijiet. Abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-konklużjonijiet kif ukoll il-konklużjoni li ma għandux jingħata MET lil Since Hardware ġew ikkonfermati. Għalhekk huwa konkluż b’mod definittiv li ma għandux jingħata MET lil Since Hardware.

2.   Trattament individwali (IT)

(45)

Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, dazju nazzjonali, jekk hemm, huwa stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, minbarra f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji setgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha għal trattament individwali stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilitazzjoni ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

fil-każ ta’ impriżi jew impriżi konġunti kompletament jew parzjalment barranin, l-esportaturi huma ħielsa milli jirripatrijaw il-kapital u l-qligħ;

il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kondizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma determinati liberalment;

il-maġġoranza tal-ishma huma ta’ persuni privati; l-uffiċjali tal-Istat li jidhru fil-bord tad-diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet tal-maniġment prinċipali għandhom jew ikunu f’minoranza jew għandu jintwera li l-kumpanija xorta hija indipendenti b’mod suffiċjenti mill-interferenza tal-Istat;

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq; u

l-interferenza tal-Istat mhijiex tali li tippermetti evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali ngħataw rati tad-dazju differenti.

(46)

Since Hardware, minbarra li talbet għal MET, talbet ukoll IT fil-każ li ma jingħatax MET.

(47)

L-investigazzjoni wriet li Since Hardware ssodisfatt il-kriterji kollha msemmija u ġie konkluż li jingħata IT lil Since Hardware.

3.   Valur normali

(48)

Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-ekonomija tas-suq u safejn MET ma setax jingħata, għall-pajjiżi speċifikati fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jiġi stabbilit abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz tal-ekonomija tas-suq (pajjiż analogu).

(49)

Fin-Notifika tal-bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Istati Uniti tal-Amerika (“USA”) bħala pajjiż analogu xieraq għall-istabbiliment tal-valur normali għall-RPĊ, iżda l-ebda produttur mill-USA ma kkoopera fl-investigazzjoni. Sussegwentement, il-kumpaniji Torok u Ukraini ġew avviċinati wkoll iżda ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mingħandhom lanqas.

(50)

Minħabba li l-ebda produttur ta’ pajiż terz ma kkoopera, il-produtturi tal-Unjoni ġew avviċinati abbażi tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku u wieħed minnhom ikkoopera.

(51)

L-ebda kummenti dwar l-użu tal-informazzjoni miksuba minn produttur tal-Unjoni għall-istabbiliment tal-valur normali ma ġew irċevuti minn Since Hardware. Għalhekk, il-valur normali ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku abbażi tal-informazzjoni verifikata rċevuta mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera.

(52)

Il-bejgħ domestiku tal-produttur tal-Unjoni tal-prodott simili nstab li huwa rappreżentattiv f’termini ta’ volum meta mqabbel mal-prodott konċernat esportat lejn l-Unjoni minn Since Hardware.

(53)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għal Since Hardware ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni verifikata rċevuta mill-uniku produttur tal-Unjoni li qed jikkoopera, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli fis-suq tal-Unjoni għal tipi ta’ prodotti komparabbli, fejn dawn instabu li kienu saru fil-kors ordinarju tal-kummerċ, jew fuq valuri maħduma, fejn l-ebda bejgħ domestiku fil-kors ordinajru tal-kummerċ għal tipi ta’ prodotti komparabbli ma nstab, jiġifieri abbażi tal-ispejjeż tal-manifattura tat-twavel għall-mogħdija manifatturati mill-produttur tal-Unjoni flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u għall-qligħ. Il-marġni tal-qligħ użat huwa konformi ma’ dak użat fl-ewwel investigazzjoni.

4.   Prezz tal-esportazzjoni

(54)

Fil-każijiet kollha l-prodott ikkonċernat ġie mibjugħ direttament għall-esportazzjoni lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, u għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet imħallsa attwalment jew pagabbli għall-prodott meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

5.   Tqabbil

(55)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ngħatat kunsiderazzjoni, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tad-differenzi fil-fatturi li ntalbu u wrew li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet. Abbażi ta’ dan, saru provvedimenti għall-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, it-tariffi tal-immaniġġjar, l-ispejjeż tal-kreditu u t-taxxi indiretti fejn applikabbli u ġustifikati.

6.   Marġni ta’ dumping

(56)

Kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali tal-medja ddifferenzjata skont it-tip tqabbel mal-medja ddifferenzjata tal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping.

(57)

Il-marġni tad-dumping ta’ Since Hardware bħala perċentwal tal-prezz nett, ħieles fil-konfini tal-Unjoni nstab li huwa 51,7 %.

D.   DANNU

1.   Ġenerali

1.1.   Speċifiċitajiet ta’ din l-investigazzjoni

(58)

L-eżaminazzjoni tad-dannu materjali sofrut mill-industrija tal-Unjoni normalment tkun ibbażata fuq l-importazzjonijiet kollha oġġett ta’ dumping li joriġinaw f’pajjiż tal-esportazzjoni wieħed jew iżjed, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(59)

Madankollu, f’dan il-każ, analiżi sħiħa tad-dannu fir-rigward tal-importazzjonijiet kollha tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw, inter alia, mill-RPĊ saret diġà fil-qafas tal-ewwel investigazzjoni. Fil-fatt, f’dik l-investigazzjoni l-Kummissjoni stabbilixxiet li importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw, inter alia, mill-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Dawn il-konklużjonijiet, li saru skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, kienu bbażati fuq valutazzjoni tal-effetti tal-importazzjonijiet kollha li joriġinaw mill-RPĊ u fl-Ukraina, bl-esklużjoni unika tal-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija prodotti minn Since Hardware li nstabu li qed jinbiegħu għal prezzijiet li mhumiex l-oġġett ta’ dumping.

(60)

Bħala riżultat, matul l-IP, id-dazji anti-dumping kienu applikabbli għall-importazzjonijiet kollha minn dawk il-pajjiżi (Since Hardware biss kienet suġġetta għal dazju żero). Minħabba li l-industrija tal-Unjoni kienet diġà protetta kontra l-effetti li jagħmlu ħsara ta’ dawn l-importazzjonijiet matul l-IP, kien possibbli li titwettaq analiżi sħiħa normali tad-danni. Għalhekk, approċċ speċifiku ġie żviluppat, adattat għall-ispeċifiċitajiet ta’ din l-investigazzjoni, li fiha l-istituzzjonijiet iffukaw fuq indikaturi partikolari tad-danni. L-informazzjoni mitluba mill-industrija tal-Unjoni ffukat fuq jekk Since Hardware kenitx qed twaqqa’ l-prezzijiet tagħha u fuq x’kienet il-profitabilità ta’ dawk il-prezzijiet. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ntalbet tipprovdi kwalunkwe informazzjoni oħra li, fil-fehma tagħha, indikat li l-esportazzjonijiet ta’ Since Hardware lejn l-Unjoni kienu kkawżaw dannu.

(61)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni eżaminat: i) l-iżvilupp tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tat-twavel għall-mogħdija prodotti minn Since Hardware; ii) jekk dawk l-importazzjonijiet kinux saru għal prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u x’kienet il-profitabilità tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni; u iii) kwalunkwe informazzjoni provduta mill-industrija tal-Unjoni li tindika li l-esportazzjonijiet ta’ Since Hardware lejn l-Unjoni kienu kkawżawlha dannu, pereżempju fir-rigward tat-telf tal-klijenti u ordnijiet tal-industrija tal-Unjoni li rebħithom Since Hardware u l-profitabilità tal-bejgħ tagħhom fl-Unjoni matul l-IP.

1.2.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(62)

L-ilment ġie sottomess minn tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon kbir tal-produzzjoni totali magħrufa tal-Unjoni tat-twavel għall-mogħdija, jiġifieri f’dan il-każ madwar 40 % tal-produzzjoni stmata tal-Unjoni. L-ebda mill-produtturi l-oħra tal-Unjoni ma opponew il-bidu tal-proċedura preżenti.

(63)

Kif imsemmi fil-premessa (14), mill-ħames produtturi li wieġbu għall-mistoqsijiet ta’ teħid ta’ kampjuni, tliet kwerelanti biss iffurmaw parti mill-industrija tal-Unjoni fl-ewwel investigazzjoni. Kif imsemmi hawn fuq, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet ta’ dan il-każ, il-kwestjonarji ntbagħtu biss lit-tliet produtturi tal-Unjoni magħżula li ffurmaw parti wkoll mill-industrija tal-Unjoni fl-ewwel investigazzjoni.

1.3.   Konsum tal-Unjoni

(64)

Abbażi tal-informazzjoni provduta mill-industrija tal-Unjoni, jidher li l-konsum tat-twavel għall-mogħdija fl-Unjoni baqa’ sostanzjalment stabbli minn meta ġie ppubblikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, u żdied biss ftit b’mod proporzjonali maż-żieda fil-popolazzjoni tal-Unjoni minħabba l-aħħar tkabbir tal-Unjoni fl-2007. Il-konsum stmat tal-Unjoni għalhekk jammonta għal madwar 8,5 għal 9 miljun unità matul il-perjodu meqjus.

1.4.   Produzzjoni tal-Unjoni

(65)

Il-produtturi tat-twavel għall-mogħdija jistgħu jinstabu f’ħafna Stati Membri inklużi l-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, il-Pajjiżi l-Baxxi, Spanja u r-Renju Unit. Il-volum totali tal-produzzjoni annwali tal-Unjoni tat-twavel għall-mogħdija jista’ jiġi stmat għal iżjed minn 5 miljun unità.

2.   Importazzjonijiet minn Since Hardware

2.1.   Status tal-importazzjonijiet

(66)

Kif deskritt fil-premessi (25) sa (57), din l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet minn Since Hardware huma l-oġġett ta’ dumping fuq is-suq tal-Unjoni.

2.2.   Volum ta’ importazzjonijiet huma l-oġġett ta’ dumping

(67)

Matul il-perjodu meqjus, l-esportazzjonijiet ta’ Since Hardware lejn l-Unjoni żdiedu sew, b’64 % (8). Min-naħa l-oħra, l-importazzjonijiet ta’ produtturi oħra Ċiniżi u Ukraini naqsu b’mod kostanti wara l-impożizzjoni tad-dazji proviżorji fl-2006 (dejta kunfidenzjali bbażata fuq rapporti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku):

Volum tal-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija prodotti minn Since Hardware

Indiċi għal raġunijiet kunfidenzjali

2006

2007

2008

IP

Since Hardware

100

119

176

164

RPĊ (minbarra Since Hardware) u l-Ukraina

100

94

87

83

2.3.   Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(68)

Minħabba li l-konsum tal-Unjoni baqa’ sostanzjalment stabbli matul il-perjodu meqjus minbarra għal żidiet żgħar bejn l-2006 u l-2007 kif imsemmija fil-premessa (63) hawn fuq, is-sehem tas-suq ta’ Since Hardware ġie żviluppat f’konformità mal-volumi tal-importazzjoni murija hawn fuq. Għandu jkun innotat li fl-2006, is-sehem tas-suq tal-Unjoni ta’ Since Hardware kien jirrappreżenta madwar kwint tas-sehem totali tas-suq tal-produtturi l-oħra Ċiniżi u Ukraini, filwaqt li sal-IP, is-sehem tas-suq ta’ Since Hardware ammonta għal kważi nofs is-sehem totali tas-suq tal-produtturi l-oħra Ċiniżi u Ukraini. Kemm iż-żieda sostanzjali tal-volum tal-importazzjoni ta’ Since Hardware kif ukoll is-sehem tas-suq tagħha jistgħu jiġu spjegati bil-fatt li dan kien l-uniku produttur Ċiniż li għandu dazju anti-dumping żero u għalhekk l-opportunitajiet tas-suq tagħha fil-fatt tjiebu minn meta ġew imposti d-dazji proviżorji fl-2006. Dan jista’ jiġi kkonfermat ukoll mill-iżvilupp pożittiv oppost, pronunzjat tal-volumi tal-importazzjoni tagħha mqabbel mat-tendenza tat-tnaqqis fil-volumi tal-importazzjoni tal-produtturi l-oħra Ċiniżi u Ukraini. Fil-fatt, meta wieħed iħares lejn il-perjodu meqjus, instabet l-evoluzzjoni maqluba li ġejja tal-ishma tas-suq:

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija prodotti minn Since Hardware

Indiċijiet għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità

2006

2007

2008

IP

Since Hardware

100

113

166

155

RPĊ (minbarra Since Hardware) u Ukraina

100

89

82

79

(69)

Jidher ċar mit-tabelli hawn fuq li Since Hardware rnexxielha żżid b’mod sinifikanti l-volumi tal-importazzjonijiet u s-sehem tas-suq tagħha (9).

(70)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni stqarret li tilfet ħafna ordnijiet ta’ klijenti minħabba Since Hardware f’dawn l-aħħar snin. Fil-fatt hemm indikazzjonijiet ċari li ċerti klijenti importanti tal-industrija tal-Unjoni bidlu l-fornituri tagħhom, u akkwistaw iżjed prodotti minn Since Hardware u anqas mill-industrija tal-Unjoni minn qabel.

(71)

Pereżempju, id-dejta miġbura mill-Kummissjoni fl-ewwel investigazzjoni turi li produttur tal-Unjoni biegħ numru sinifikanti ta’ biċċiet lil klijent tal-Unjoni fl-IP tal-ewwel investigazzjoni (2005), filwaqt li fl-investigazzjoni kurrenti qal li biegħ ħafna anqas (bejn 10 % u 30 % ta’ dik il-kwantità) lill-istess klijenti fl-IP kurrenti. B’kuntrast, Since Hardware biegħet numru iżgħar ta’ biċċiet lil dan il-klijent tal-Unjoni fl-IP tal-ewwel investigazzjoni, iżda biegħet ħafna iżjed (bejn 300 % u 500 % ta’ dik il-kwantità) lil dak il-klijent matul l-IP tal-investigazzjoni kurrenti.

(72)

Barra minn hekk, id-dejta miġbura mill-Kummissjoni fl-ewwel investigazzjoni turi li l-bejgħ ta’ produttur tal-Unjoni lil klijent ieħor tal-Unjoni fl-IP tal-ewwel investigazzjoni waqa’ konsiderevolment (bejn 30 % u 50 %) fl-IP kurrenti. B’kuntrast għal darb’oħra, filwaqt li Since Hardware ma biegħet xejn lil dan il-klijenti fl-IP tal-ewwel investigazzjoni, biegħet kwantità sostanzjali fl-IP kurrenti. Dik il-kwantità hija bejn 60 % u 80 % tal-kwantità li biha l-bejgħ tal-prodottur tal-Unjoni lil dak il-klijent naqas bejn l-IP tal-ewwel investigazzjoni u l-IP kurrenti.

2.4.   Twaqqigħ tal-prezzijiet

(73)

Għall-finijiet tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ Since Hardware tqabblu mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, abbażi tal-medji peżati għat-tipi ta’ prodotti komparabbli matul l-IP. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ġew aġġustati għal livell ex-works, u mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-konfini tal-Unjoni CIF, flimkien mad-dazji tad-dwana fejn applikabbli. Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut fejn neċessarju, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet.

(74)

Il-marġni medju tat-twaqqigħ tal-prezzijiet li nstab għal Since Hardware, espress bħala perċentwal tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni, huwa 16,1 %.

(75)

Huwa nnutat li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni nstabu li bħala total kienu qed jagħmlu telf fl-IP.

3.   Konklużjoni dwar id-dannu

(76)

Il-fatti msemmija hawn fuq juru li l-industrija tal-Unjoni qed issofri dannu minħabba l-kwantitajiet oġġett ta’ dumping mibjugħin minn Since Hardware fis-suq tal-Unjoni li kieku kienu jiġu forniti mill-industrija tal-Unjoni.

E.   KAWŻALITÀ

(77)

Kif muri hawn fuq, Since Hardware offriet il-prodotti tagħha, matul l-IP, għal prezzijiet oġġett ta’ dumping ħafna li naqqsu sew il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Bħala riżultat, irnexxiela tbiegħ kwantitajiet matul l-IP li kienu ferm ogħla minn dawk, pereżempju, tal-2005 jew 2006. Għaldaqstant Since Hardware kkawżat id-dannu li nstab hawn fuq.

(78)

Importatur wieħed qal li r-rata tal-kambju tal-EUR/USD kienet il-kawża tal-preżenza b’saħħitha tat-twavel għall-mogħdija ta’ Since Hardware fis-suq tal-Unjoni aktar milli l-prattiki ta’ dumping. Madankollu, jekk dan huwa veru, l-importazzjonijiet kollha fatturati f’USD kien ikollhom vantaġġ fil-kompetizzjoni tagħhom mal-oġġetti fatturati fl-euro. Minflok, kif stabbilit fil-premessi (67) u (68), l-importazzjonijiet minn produtturi oħra Ċiniżi u Ukraini, li kienu wkoll qed ibigħu f’USD, naqsu b’mod kostanti bejn l-2006 u l-IP, jiġifieri fil-perjodu li matulu r-rati tal-kambju tal-EUR/USD inbidlu kultant, b’kuntrast maż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet minn Since Hardware matul l-istess perjodu. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda.

(79)

Ma ġew irċevuti l-ebda kummenti oħra. Għalhekk ġie konkluż li l-ebda fattur ma jidher li jeżisti li jista’ jikser il-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn Since Hardware u l-kontribuzzjoni tagħhom għad-dannu li nstab hawn fuq.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(80)

Kif imsemmi fil-premessa (15), assoċjazzjoni tal-kummerċ waħda kkooperat fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-produtturi u l-importaturi tal-Unjoni li qed jikkooperaw intalbu wkoll jikkumentaw dwar jekk fil-fehma tagħhom l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping possibbli fuq Since Hardware tbiddilx il-konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni li ntlaħqet fil-premessi (51) sa (62) tar-Regolament (KE) Nru 452/2007.

(81)

Skont il-produtturi tal-Unjoni, l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq Since Hardware ma tbiddilx il-konklużjonijiet dwar l-interess tal-Unjoni kif stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 452/2007.

(82)

L-assoċjazzjoni tal-kummerċ li qed tikkoopera qalet li l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq Since Hardware normalment għandu jkollu impatt negattiv fuq il-profitabilità tal-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut jew id-distributuri kkonċernati. Madankollu, skont l-assoċjazzjoni tal-kummerċ, il-membri tagħha - inklużi l-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut kbar - ukoll ikkonfermaw li l-prodott li qed jiġi investigat huwa wieħed fejn iż-żidiet fil-prezzijiet bħal dawk li jirriżultaw mill-miżuri ta’ anti-dumping jistgħu jitgħaddew mingħajr ma jkollhom impatt sostanzjali fuq il-perċezzjoni tal-konsumaturi. Għalhekk, ma ġie sottomess ebda element li għandu jbiddel il-konklużjonijiet dwar l-interess tal-Unjoni stabbiliti miż-żewġ Regolamenti msemmija.

(83)

Minħabba dak imsemmi ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq Since Hardware ma għandux jaffettwa b’mod sostanzjali l-konklużjonijiet dwar l-interess tal-Unjoni li ntlaħqu fil-premessi (51) sa (62) tar-Regolament (KE) Nru 452/2007. L-ebda raġunijiet ma ngħataw dwar għaliex l-analiżi ma għandhiex tapplika, mutatis mutandis, għall-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq Since Hardware.

G.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI WARA L-IŻVELAR

(84)

Saru rappreżentazzjonijiet bil-miktub u bil-fomm wara l-iżvelar finali tal-konklużjonijiet mill-industrija tal-Unjoni u minn Since Hardware. L-industrija tal-Unjoni taqbel mal-konklużjonijiet żvelati. Il-kummenti ta’ Since Hardware ġew eżaminati, iżda, ebda wieħed minnhom ma kien tali li jista’ jibdel il-konklużjonijiet ta’ hawn fuq. L-argumenti ewlenin imqajma minn Since Hardware kienu kif ġej.

(85)

Since Hardware tenniet it-talbiet tagħha ta’ qabel dwar l-illegalità allegata ta’ bidu ta’ investigazzjoni oriġinali kontra kumpanija waħda u dwar il-konklużjonijiet MET allegatament mhux korretti. Dawn it-talbiet ġew deskritti u ribattuti fil-premessi (6) sa (10) u (36) sa (44). Dwar xi punti fid-dettall magħmula minn Since Hardware fuq l-ewwel punt (li sar għadd minnhom matul seduta minnhom) jista’ jingħad dan l-ġej:

(86)

i)

Since Hardware argumentat li l-aħħar sentenza tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku mhiex dispożizzjoni li timplimenta xi dispożizzjoni tal-Ftehim AD tad-WTO, u bħala tali ma tistax tkun affettwata minn xi konklużjonijiet magħmula minn Panel tad-WTO. Iżda, L-Artikolu 9(3) ma jobbligax lill-Istituzzjonijiet jużaw reviżjoni biex tinvestiga talbiet ta’ dumping kontra kumpaniji li dwarhom, matul investigazzjoni oriġinali, ma nstab ebda dumping jew instab dumping de minimis. Huwa jipprevedi sempliċement li dawn “jistgħu” jiġu investigati fi kwalunkwe reviżjoni ta’ wara mwettqa skont l-Artikolu 11 tar-Regolament bażiku. Huwa ċar, iżda, li wara l-adozzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni, ir-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO stabbilixxa li, li jsir hekk ikun vjolazzjoni tad-WTO ADA. Għalhekk huwa possibbli għall-Istituzzjonijiet u huwa inkombenti fuqhom (10) li jużaw il-flessibbiltà li tipprovdi l-kelma “jistgħu”, u li ma jużawx reviżjoni biex jinvestigaw talbiet bħal dawn. Diġà kien hemm l-istess konklużjoni f’tal-inqas investigazzjoni oħra preċedenti (11).

(87)

ii)

Since Hardware tenniet li fil-fehma tagħha investigazzjoni oriġinali kontra kumpanija waħda ma tkunx possibbli skont ir-Regolament bażiku. Barra minn dak li ntqal dwar dan fil-premessi (7) u (8) hawn fuq, wieħed jista’ jinnota dan li ġej. Huwa veru li ħafna mid-dispożizzjonijiet li tikkwota Since Hardware huma miktuba b’mod li jirrifletti sitwazzjoni normali, jiġifieri investigazzjoni oriġinali kontra pajjiż kollu kemm hu. Iżda, Since Hardware ma kinitx kapaċi tindika xi dispożizzjoni li tipprojbixxi investigazzjoni oriġinali kontra kumpanija waħda biss fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ.

(88)

iii)

Since Hardware argumentat li r-Regolament (KE) Nru 1515/2001 jippermetti li l-miżuri attwali ta’ anti-dumping jinġiebu f’konformità mad-deċiżjonijiet ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim tad-WTO, iżda xejn iktar. Dan, l-ewwel net, ifisser, li Since Hardware ma għandhiex objezzjoni kontra l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001, li formalment jeskludi lil Since Hardware mill-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 452/2007 b’mod tali li jagħmilha ċara li abbażi ta’ dak ir-Regolament mhux se japplika ebda dazju fuq l-importazzjonijiet tagħha. Fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ Since Hardware li r-Regolament (KE) Nru 1515/2001 ma jippermetti xejn aktar, ta’ min jenfasizza iżda li dan ir-Regolament huwa wkoll ibbażat fuq ir-Regolament bażiku. B’mod partikolari, huwa bbażat fuq il-fatt, kif ġie spjegat hawn fuq, li xejn f’dak ir-Regolament ma jipprojbixxi li ssir investigazzjoni oriġinali kontra kumpanija waħda biss fiċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ dan il-każ. Kif ġie ssuġerit minn Since Hardware, ċertu diskors fl-iżvelar, li seta’ jinftiehem ħażin fuq dan il-punt, tneħħa.

(89)

iv)

Since Hardware stqarriet li kienet vittma ta’ diskriminazzjoni, billi fil-fehma tagħha l-konklużjonijiet fir-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO huma applikabbli bl-istess mod għal kumpaniji li rċevew dazju żero f’investigazzjoni ta’ reviżjoni. L-iktar argument importanti li jista’ jsir hawn huwa li r-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO sempliċement ma jikkonċernax dik is-sitwazzjoni. Dawk il-kumpaniji għalhekk jinsabu f’qagħda differenti.

(90)

v)

Since Hardware argumentat li l-Kummissjoni kienet qed tagħmel reviżjoni de facto tad-dazju żero tagħha. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. L-ewwel nett, kuntrarjament għal dak li qed tallega Since Hardware, l-analiżi tad-dannu mwettqa hawn fuq mhiex limitata biss biex tikkonferma li nstab id-dannu matul l-ewwel investigazzjoni. Anzi, hija tikkonċentra fuq l-effetti ta’ dannu attwali tal-aġir ta’ Since Hardware wara dik l-investigazzjoni fuq l-industrija tal-Unjoni, filwaqt li tqis li analiżi normali tad-dannu mhiex possibbli f’dan il-każ. It-tieni, il-fatt li d-dazju se jiskadi iktar kmieni mill-ħames snin normali ma jfissirx li l-investigazzjoni hija reviżjoni de facto. F’għadd konsiderevoli ta’ investigazzjonijiet, għal bosta raġunijiet, ġew adottati perjodi ta’ inqas minn ħames snin. F’dan il-każ, l-Istituzzjonijiet iqisu li, filwaqt li, minn naħa waħda, Since Hardware ma għandhiex tikseb xi benefiċċji mill-fatt li bdiet twettaq dumping wara l-ewwel investigazzjoni, hija ma għandhiex, min-naħa l-oħra, issofri xi effetti negattivi mhux iġġustifikati. Pereżempju, kieku, ma tintalabx reviżjoni ta’ skadenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, ikun jidher diskriminatorju li jibqa’ applikat id-dazju fuq Since Hardware wara l-iskadenza ta’ dak ir-Regolament.

(91)

vi)

Since Hardware argumentat li d-drittijiet tagħha huma mittiefsa mill-għażla ta’ investigazzjoni oriġinali, billi kieku ġiet investigata permezz ta’ reviżjoni, kien japplika l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku (jeżisti obbligu, f’reviżjoni, li tintuża l-istess metodoloġija bħal dik użata fl-investigazzjoni oriġinali). Iżda, Since Hardware ma qajmet ebda kwistjoni li tindika li f’din l-investigazzjoni l-Istituzzjonijiet kienu jużaw metodoloġija diversa minn dik użata fl-ewwel investigazzjoni. It-tieni, anke kieku Since Hardware setgħet tindika xi użu ta’ metodoloġija differenti, dan kien ikun l-effett tal-fatt li r-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO iwassal għall-konklużjoni li kien inkombenti fuq l-Istituzzjonijiet li ma jinvestigawx it-talbiet kontra Since Hardware permezz ta’ reviżjoni.

(92)

vii)

Fl-aħħar nett, Since Hardware ssuġeriet li l-Istituzzjonijiet imisshom investigaw it-talbiet kontra tagħha permezz ta’ reviżjoni, u wara dan, f’każ li jiġi impost dazju fuqha u l-RPĊ tkun rebbieħa fid-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni ta’ tilwima taħt il-proċedura tad-WTO, jitneħħa dak id-dazju iżda prospettivament biss. Iżda, ikun mhux xieraq b’mod ċar li tikser xjentement ir-regoli tad-WTO, filwaqt li, bħal f’dan il-każ, jista’ jinstab metodu ta’ investigazzjoni tal-każ li huwa konformi mar-Regolament bażiku, interpretat skont ir-regoli tad-WTO. Barra minn hekk, mingħajr ħsara għall-validità ta’ talbiet bħal dawn, huwa ċar li deċiżjoni ta’ azzjoni bħal din tista’ twassal għal talbiet ta’ danni mill-kumpaniji kkonċernati kontra l-istituzzjonijiet.

(93)

Fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-MET, Since Hardware argumentat ukoll li kellha piż eċċessiv biex tipprova li kienet konformi mal-kriterji għall-MET, b’mod partikolari għal dak li huwa ndħil tal-Istat fil-prezzijiet tal-materja prima ewlenija tagħha. Iżda, l-MET hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali u kull deroga mir-regola ġenerali jew eċċezzjoni trid tiġi interpretata b’mod strett. L-MET tista’ tingħata biss jekk jintwera li jeżistu kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq għall-produttur esportatur inkwistjoni. Kif diġa ssemma fil-premessa (40), ir-responsabbiltà tal-prova hija tal-produttur esportatur li jkun jixtieq igawdi l-istatus ta’ ekonomija tas-suq. It-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza. Ma hemm l-ebda obbligu li l-Kummissjoni tipprova li l-produttur esportatur ma jissodisfax il-kriterji tal-MET. Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk l-evidenza pprovduta mill-produttur esportatur hijiex biżżejjed biex turi li l-kriterji huma sodisfatti. Billi l-Kummissjoni stabbilixxiet għadd ta’ elementi li jindikaw indħil sinifikanti mill-Istat fir-rigward tal-kosti ta’ inputs ewlenin, huwa għaldaqstant dmir tal-kumpanija li turi li dan l-indħil mill-Istat ma jeżistix u/jew ma affettwax id-deċiżjonijiet tal-kumpanija (il-kriterju 1 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku). F’kull każ, kif stabbilit fil-premessi (34) u (43) hawn fuq, Since Hardware naqset milli turi li tissodisfa l-kriterju 2 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku dwar il-kontabilità li dwarha stqarriet li kellha piż eċċessiv x’tipprova.

(94)

Barra minn dan ta’ hawn fuq, Since Hardware għamlet żewġ talbiet ġodda fil-kummenti tagħha dwar id-dokument ta’ żvelar finali. L-ewwel nett, Since Hardware stqarret li l-valur normali kellu jiġi aġġustat skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku minħabba li l-materja prima (prodotti tal-azzar) fl-RPĊ għandhom prezz iktar baxx milli fis-suq tal-pajjiż analogu. Din it-talba ma tistax tintlaqa’. Tabilħaqq, ta’ min ifakkar li Since Hardware ġiet imċaħħda mill-MET. Għaldaqstant, il-valur normali huwa stabbilit skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku abbażi tal-prezz jew il-valur kostruwit f’pajjiż terz li għandu ekonomija tas-suq. Dan bilfors jimplika li l-prezzijiet u l-kosti fl-RPĊ jitqiesu bħala mhux affidabbli għad-determinazzjoni tal-valur normali u ma jistgħux jintużaw fid-determinazzjoni jew l-aġġustament mod ieħor ta’ dan tal-aħħar. Ta’ min jinnota wkoll li aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku kif stqarret Since Hardware ma jistax isir jekk ma jiġix ippruvat li l-konsumaturi konsistentement iħallsu prezzijiet differenti għall-istess prodott fis-suq domestiku, f’dan il-każ fis-suq tal-pajjiż analogu, minħabba differenzi fil-prezzijiet tal-materja prima. Since Hardware ma ppruvatx differenzi fil-prezz bħal dawn.

(95)

It-tieni, Since Hardware stqarret li l-Kummissjoni ma wettqitx analiżi biżżejjed fid-dettall tad-danni fl-investigazzjoni attwali. Hija qalet ukoll li b’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha tinvestiga l-indikaturi kollha ta’ dannu. Ta’ min jinnota madankollu, li l-Kummissjoni sabet (ara b’mod partikolari l-parti D) li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn Since Hardware żdiedu sostanzjalment matul il-perjodu meqjus filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom instabu li kienu qed jimminaw dawk tal-industrija tal-Unjoni. Din il-konklużjoni hija msejsa fuq eżami oġġettiv ta’ evidenza pożitiva. Għalhekk hija konformi mal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku.

(96)

Huwa veru li mhux il-fatturi kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku ġew eżaminati. Iżda, ta’ min ifakkar li f’sitwazzjoni fejn Since Hardware kienet għadha ma nstabitx li qed twettaq dumping, jiġifieri matul l-ewwel investigazzjoni, diġà kien instab, mill-eżami ta’ dawk il-fatturi, li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-RPĊ ikkawżaw dannu. Li jerġgħu jiġu eżaminati dawk il-fatturi kien ikun għal xejn, peress li anki jekk wieħed jassumi li dawk il-fatturi issa kollha saru pożittivi, dan kien ikun (almenu parzjalment) minħabba l-fatt li l-industrija tal-Unjoni issa hija protetta kontra kull (12) esportazzjoni oġġett ta’ dumping mill-RPĊ u l-Ukraina (għajr għal dawk minn Since Hardware). Barra minn hekk, ebda fattur ma ġie identifikat li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn Since Hardware u l-effetti negattivi tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, li wieħed ma jimponix miżuri kontra Since Hardware ikun diskriminatorju fil-konfront tal-produtturi esportaturi suġġetti għall-miżura imposta wara l-ewwel investigazzjoni oriġinali.

H.   MIŻURI DEFINITTIVI ANTI-DUMPING

(97)

Minħabba l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, il-kontribuzzjoni għad-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-RPĊ, prodott minn Since Hardware, għandhom jiġu imposti.

1.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(98)

Il-livell tal-miżuri definittivi anti-dumping għandu jkun biżżejjed biex jelimina d-dannu lill-industrija tal-Unjoni kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jaqbeż il-marġni ta’ dumping li nstab. Kif imsemmi fil-premessa (75), il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni nstabu li kellhom telf totali matul l-IP. Għalhekk, ma jkunx xieraq li d-dazju jiġi bbażat biss fuq il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet.

(99)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju neċessarju għat-tneħħija tal-effetti tad-dumping dannuż, ġie kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tħalli lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tagħha u tagħmel qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb raġonevolment taħt kondizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Il-marġni tal-qligħ ta’ qabel it-taxxa użat għal din il-kalkulazzjoni kien 7 % tad-dħul. Kif imsemmi fil-premessa (63) tar-Regolament (KE) Nru 452/2007, intwera matul l-ewwel investigazzjoni li dan kien il-livell tal-qligħ li jista’ jkun mistenni raġonevolment fl-assenza ta’ dumping dannuż. Abbażi ta’ dan, prezz mhux dannuż ġie kkalkulat għall-industrija tal-Unjoni ta’ prodott bħal dan. Għal dan l-iskop, inġabret informazzjoni mill-industrija tal-Unjoni sabiex tiġi kkalkulata l-medja differenzjata tal-marġni attwali ta’ qligħ/telf tagħhom matul l-IP kurrenti. Il-prezz mhux dannuż inkiseb bit-tnaqqis tal-marġni attwali ta’ qligħ/telf ikkalkulat tal-industrija tal-Unjoni mill-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom u biż-żieda tal-marġni ta’ qligħ li jrid jinkiseb imsemmi ta’ 7 %.

(100)

Iż-żieda fil-prezz neċessarja ġiet determinata abbażi ta’ tqabbil tal-medja differenzjata tal-prezz ta’ importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkulazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, mal-prezz medju mhux dannuż tal-prodotti mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju CIF tal-importazzjoni. Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu ta’ 35,8 % b’hekk ġie stabbilit, li kien taħt il-marġni ta’ dumping misjub għal Since Hardware.

2.   Esklużjoni ta’ Since Harware mill-miżura definittiva anti-dumping imposta mir-Regolament (KE) Nru 452/2007

(101)

Fil-kuntest tar-reviżjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001 u fid-dawl tar-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO kif adottat mill-Korp għar-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim tad-WTO, u b’mod partikolari l-paragrafi 305 u 306 tiegħu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1241/2010 eskluda lil Since Hardware mill-miżura definittiva anti-dumping imposta mir-Regolament (KE) Nru 452/2007.

(102)

Għalhekk issa tista’ imposta miżura ġdida fuq Since Hardware.

3.   Forma u livell tal-miżura

(103)

Fid-dawl ta’ dak imsemmi, u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, huwa meqjus li dazju anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-RPĊ u prodotti minn Since Hardware fil-livell li jelimina d-dannu.

(104)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rata tad-dazju definittiv għal dawn l-importazzjonijiet hija ta’ 35,8 %.

(105)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping normalment japplikaw għal ħames snin, sakemm ma hemmx raġunijiet jew ċirkostanzi speċifiċi li jeħtieġu perjodu iqsar. Fil-każ kurrenti, jitqies xieraq li jiġi limitat id-dewmien tal-miżura sabiex iddum sal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw, inter alia, mill-RPĊ imposti bir-Regolament (KE) Nru 452/2007. Dan għandu jagħti l-opportunità li fl-istess ħin titqies kwalunkwe talba għal reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ għall-importazzjonijiet kollha li joriġinaw, inter alia, mill-RPĊ. Ovvjament, l-operaturi kkonċernati, u b’mod partikolari Since Hardware u/jew l-industrija tal-Unjoni, jistgħu, qabel is-27 ta’ April 2012, jitolbu reviżjonijiet oħra, b’mod partikolari reviżjoni interim, ta’ dan ir-Regolament, sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha għal dan.

(106)

Kwalunkwe allegazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ din ir-rata tad-dazju anti-dumping għal kumpaniji individwali (pereżempju wara bidla fl-isem ta’ entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (13) minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija konnessi mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjati ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk xieraq, dan ir-Regolament għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Huwa b’dan impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija, irrispettivament joqogħdux weqfin waħedhom jew le, bi jew mingħajr tixrib bl-istim u/jew wiċċ tat-tisħin u/jew wiċċ tal-infiħ, inklużi bords għall-kmiem, u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ u l-appoġġ għall-ħadida li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3924 90 00, ex 4421 90 98, ex 7323 93 90, ex 7323 99 91, ex 7323 99 99, ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00 (kodiċi TARIC3924900010, 4421909810, 7323939010, 7323999110, 7323999910, 8516797010 u 8516900051).

Artikolu 2

1.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti mmanifatturati mill-kumpanija speċifikata hawn taħt għandha tkun li ġejja:

Manifattur

Rata tad-dazju

Kodiċi Taric addizzjonali

Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou

35,8  %

A784

2.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sakemm ma jiġix rivedut taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, għandu jibqa’ fis-seħħ sas-27 ta’ April 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 12.

(3)  ĠU L 84, 31.3.2010, p. 13.

(4)  ĠU C 237, 2.10.2009, p. 5.

(5)  WT/DS295/AB/R, 29 ta’ Novembru 2005.

(*)  Ara paġna 8 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  Pereżempju “L-Għaqda tal-Istat-Negozju fl-Industrija tal-Azzar taċ-Ċina – Distorsjonijiet tas-Suq Ċiniż fil-Perspettiva Domestika u Internazzjonali” (“The State-Business Nexus in China’s Steel Industry — Chinese Market Distortions in Domestic and International Perspective”) mill-Prof. Dr. Markus Taube & Dr. Christian Schmidkonz ta’ THINK!DESK China Research & Consulting datat 25 ta’ Frar 2009; l-istudju ppreparat mill-Kamra tal-Kummerċ tal-UE fiċ-Ċina ma’ Roland Berger li jiffoka fuq il-kapaċitajiet żejda li huma r-riżultat inter alia tal-intervent tal-istat datat Novembru 2009 (http://www.euccc.com.cn/view/static/?sid=6388); “Flus għall-Metall: Eżaminazzjoni dettaljata tas-Sussidji tal-Gvern Ċiniż lill-Industrija tal-Azzar tiegħu” (“Money for Metal: A detailed Examination of Chinese Government Subsidies to its Steel Industry”) ta’ Wiley Rein LLP, Lulju 2007, “Stħarriġ dwar is-Sussidji tal-Gvern taċ-Ċina” (“China Government Subsidies Survey”) ta’ Anne Stevenson-Yang, Frar 2007, “Ħarsa lejn is-Sussidji tal-Enerġija fiċ-Ċina: Analiżi tal-Industrija tal-Azzar taċ-Ċina mill-2000-2007” (“Shedding Light on Energy Subsidies in China: An Analysis of China’s Steel Industry from 2000-2007”) ta’ Usha C.V. Haley, “Sussidji għall-Azzar Speċjalizzat taċ-Ċina: Massivi, Pervażivi u Illegali” (“China’s Specialty Steel Subsidies: Massive, Pervasive and Illegal”) minn Speciality Steel Industry of North America, “Is-Sindromu taċ-Ċina: Kif is-Sussidji u l-Intervent tal-Gvern Ħolqu l-Akbar Industrija tal-Azzar Dinjija” (“The China Syndrome: How Subsidies and Government Intervention Created the World’s Largest Steel Industry”) ta’ Wiley Rein & Fielding LLP, Lulju 2006.

(7)  Sors: Tagħrif dwar in-Negozju tal-Azzar.

(8)  Għalkemm din il-konklużjoni hija diġà biżżejjed – flimkien mal-konklużjonijiet l-oħra relatati mal-perjodu kkunsidrat – biex jinstab dannu, huwa nnutat li hija konfermata mill-fatt li meta paragunata mal-PI tal-ewwel investigazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija prodotti minn Since Hardware – li kien diġà sinikanti matul il-PE msemmi – kwazi rdoppja sal-PI kurrenti.

(9)  Għalkemm anki din il-konklużjoni hija biżżejjed – flimkien mal-konklużjonijiet l-oħra kollha relatati mal-perjodu kkunsidrat – għall-konklużjoni ta’ eżistenza ta’ dannu, huwa nnutat li hija kkonfermata bil-fatt li meta titqabbel mal-IP tal-ewwel investigazzjoni, is-sehem tas-suq ta’ Since Hardware kiber b’89% sal-IP kurrenti.

(10)  Fid-dawl tal-obbligu li l-liġi tal-Unjoni tkun interpretata kemm jista’ jkun f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-UE.

(11)  Tubi tal-azzar wweldjati minn inter alia t-Turkija, li jirrigwardaw il-kumpanija Noksel, ĠU L 343, 19.12.2008, premessa (143).

(12)  Huwa veru, matul ċertu perjodu, minħabba l-annullament mill-Qorti tal-Ġustizzja tar-Regolament (KE) Nru 452/2007 fir-rigward ta’ Foshan Shunde, de facto dazju ta’ żero applikat ukoll lil dik il-kumpanija, iżda dan ma jagħmel ebda differenza materjali, b’mod partikolari, minħabba li dan tqajjem biss xi snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament.

(13)  European Commission, Directorate General for Trade, Directorate H, Office N-105 4/92, 1049 Brussels, BELGIUM.


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1244/2010

tad-9 ta’ Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

(Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali (1).

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 92 tiegħu,

Billi:

(1)

Żewġ Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom talbu li jiġu emendati l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(2)

Xi Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom talbu li jiġu emendati l-Annessi 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

(3)

L-Annessi VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Annessi 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jeħtieġ li jiġu adattati ħalli jitqiesu l-iżviluppi riċenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u biex tiġi garantita t-trasparenza u ċ-ċertezza legali għall-partijiet interessati.

(4)

Il-Kummissjoni Amministrattiva dwar il-Koordinament tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali qablet mal-emendi.

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti 1, it-taqsima “IL-PORTUGALL”, hija sostitwita b’dan li ġej:

“IL-PORTUGALL

L-applikazzjonijiet kollha għal talbiet ta' pensjoni għall-invalidità, tax-xjuħija u tas-superstiti, minbarra l-każijiet fejn il-perjodi totalizzati ta' assikurazzjoni magħmula taħt il-leġiżlazzjoni ta' aktar minn Stat Membru wieħed huma ugwali jew itwal minn 21 sena kalendarja, imma l-perjodi nazzjonali ta' assikurazzjoni huma ugwali għal jew taħt l-20 sena, u l-kalkolu huwa magħmul skont l-Artikoli 32 u 33 tad-Digriet-Liġi Nru 187/2007, tal-10 ta' Mejju 2007.”

(b)

Fil-Parti 2, it-taqsima l-ġdida li ġejja tiżded wara t-taqsima “IL-POLONJA”:

“IL-PORTUGALL

Pensjonijiet supplimentari mogħtija skont il-Liġi-Digriet Nru 26/2008 tat-22 ta’ Frar 2008 (skema tal-kapitalizzazzjoni pubblika).”

2.

Fl-Anness IX, Parti I, it-taqsima “IL-PAJJIŻI L-BAXXI” hija emendata kif ġej:

(a)

“Il-liġi tat-18 ta’ Frar 1966 dwar l-assikurazzjoni tal-invalidità għall-impjegati, kif emendata (WAO)” tiġi sostitwita minn “L-Att tal-Assikurazzjoni tad-Diżabilità tat-18 ta’ Frar 1966, kif emendat (WAO)”;

(b)

“Il-liġi tal-24 ta’ April 1997 dwar l-assikurazzjoni tal-invalidità għall-persuni impjegati għal rashom, kif emendata (WAZ)” tiġi sostitwita minn “L-Att tal-Benefiċċji tad-Diżabilità għal Persuni li Jaħdmu għal Rashom tal-24 ta’ April 1997, kif emendat (WAZ)”;

(c)

“Il-liġi tal-21 ta’ Diċembru 1995 dwar l-assikurazzjoni ġenerali għad-dipendenti superstiti (ANW)” tiġi sostitwita minn “L-Att Ġenerali tal-Qraba Superstiti tal-21 ta' Diċembru 1995 (ANW)”;

(d)

“Il-liġi tal-10 ta’ Novembru 2005 dwar ix-xogħol u l-introjtu skont il-kapaċità tax-xogħol (WIA)” tiġi sostitwita minn “Ix-Xogħol u l-Introjtu skont l-Att tal-Kapaċità tax-Xogħol tal-10 ta' Novembru 2005 (WIA)”.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-taqsima “IL-BELĠJU-IL-PAJJIŻI L-BAXXI” punt “(a)” jitħassar.

(b)

It-taqsima “IL-ĠERMANJA-IL-PAJJIŻI L-BAXXI” titħassar;

(c)

It-taqsima “IL-PAJJIŻI L-BAXXI-IL-PORTUGALL” titħassar;

(d)

It-taqsima “ID-DANIMARKA-IL-LUSSEMBURGU” titħassar.

2.

Fl-Anness 2, it-titolu, “Artikoli 31 u 41” jiġi sostitwit minn “Artikoli 32 (2) u 41 (1)”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1245/2010

tal-21 ta’ Diċembru 2010

li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għas-sena 2011, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tas-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Kwoti tariffarji tal-Unjoni għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż għandhom jinfetħu għall-2011. Id-dazji u l-kwantitajiet għandhom ikunu ffissati skont il-ftehimiet internazzjonali rispettivi li jkunu fis-seħħ fis-sena 2011.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, minn naħa oħra (2) stipula kwota tariffarja bilaterali addizzjonali ta' 2 000 tunnellata b'żieda ta' 10 % kull sena tal-kwantità oriġinali li għandha tinfetaħ għall-kodiċi tal-prodott 0204 mill-1 ta' Frar 2003. Għaldaqstant, għandhom jiżdiedu 200 tunnellata oħra mal-kwota tal-GATT/WTO għaċ-Ċilì u ż-żewġ kwoti għandhom ikomplu jintużaw bl-istess mod matul l-2011.

(3)

Ċerti kwoti huma definiti għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u li jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Billi l-importazzjonjiet skont dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti fuq bażi ta’ sena kalendarja, il-kwantitajiet rispettivi li se jkunu ffissati għas-sena kalendarja 2011 fir-rigward tal-kwoti kkonċernati, huma t-total ta’ nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 u nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012.

(4)

Jeħtieġ li jiġi ffissat ekwivalenti ta’ piż ta' karkassi sabiex jiġi żgurat li jkun hemm tħaddim xieraq tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni.

(5)

B’deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (3), il-kwoti għal prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandhom ikunu ġestiti f'konformità mal-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b, u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (4).

(6)

Il-kwoti tariffarji skont dan ir-Regolament inizjalment iridu jitqiesu bħala mhux kritiċi fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta jitħaddmu bis-sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Għalhekk, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu awtorizzati li jirrevokaw ir-rekwiżit għas-sigurtà ta' oġġetti li inizjalment ikunu ġew importati taħt dawk il-kwoti skont l-Artikoli 308c(1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Minħabba l-partikolaritajiet tat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni waħda għall-oħra, l-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament m’għandux japplika.

(7)

Għandu jiġi ċċarat liema tip ta' prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta mill-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji skont is-sistema ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

(8)

Meta operaturi jippreżentaw prodotti tal-laħam tan-nagħaġ lill-awtoritajiet doganali għall-importazzjoni, ikun diffiċli għal dawk l-awtoritajiet biex jistabbilixxu jekk dawn joriġinawx minn nagħaġ domestiċi jew minn nagħaġ oħra, differenza li tiddetermina l-applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju differenti. Għalhekk, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li l-prova tal-oriġini tikkjarifika dan.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2009 tal-15 ta' Diċembru 2009 li jiftaħ il-kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2010, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (5) ma jibqax jintuża fl-aħħar tas-sena 2010. Għal din ir-raġuni għandu jiġi rrevokat.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni tal-importazzjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ, u għal-laħam tal-mogħoż għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 2

Id-dazji doganali applikabbli għall-prodotti skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, il-Kodiċi NM, il-pajjiżi tal-oriġini, elenkati skont il-grupp tal-pajjiż, u n-numri tas-serje huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 3

1.   Il-kwantitajiet, espressi f’ekwivalenza għall-piż ta’ karkassi, għall-importazzjoni ta’ prodotti skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness.

2.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kwantitajiet ta’ “ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi” imsemmi fil-paragrafu 1, il-piż nett ta’ prodotti tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandu jkun immultiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin:

(a)

għal annimali ħajjin: 0,47;

(b)

għall-ħaruf bla għadam u għal-laħam tal-gidi bla għadam: 1,67;

(c)

għal-laħam tal-muntun, tan-nagħaġ u tal-mogħoż bla għadam, għajr dak tal-gidi u taħlitiet ta’ kwalunkwe minn dawn: 1,81;

(d)

għal prodotti tal-laħam bl-għadam: 1,00.

“Gidi” għandha tfisser ferħ ta’ mogħża li ma għandux aktar minn sena.

Artikolu 4

Bħala deroga mit-Titolu II (A) u (B) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitmexxew fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma għandux japplika. M’hemmx bżonn ta’ liċenzji ta' importazzjoni.

Artikolu 5

1.   Biex wieħed jibbenifika mill-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness, għandha titressaq lill-awtoritajiet doganali tal-Unjoni prova valida tal-oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat kif ukoll dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-oġġetti kkonċernati.

L-oriġini ta’ prodotti suġġetti għal kwoti tariffarji barra dawk li jirriżultaw minn ftehimiet dwar tariffa preferenzjali għandha tiġi deteminata skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Unjoni.

2.   Il-prova tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej:

(a)

fil-każ ta’ kwota tariffarja li hija parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali, din għandha tkun il-prova tal-oriġini kif stipulata fil-ftehim;

(b)

fil-każ ta’ kwoti tariffarji oħrajn, għandha tkun prova stabbilita skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u, flimkien mal-elementi pprovduti f’dak l-Artikolu, id-dejta li ġejja:

il-kodiċi NM (tal-anqas l-ewwel erba’ ċifri),

in-numru jew in-numri tas-serje tal-kwota tariffarja kkonċernata,

il-piż nett totali għal kull kategorija ta’ koeffiċjenti kif stipulat fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament;

(c)

fil-każ ta’ pajjiż li l-kwota tiegħu taqa’ taħt il-punti (a) u (b) u huma magħqudin, għandha tkun il-prova msemmija fil-punt (a).

Fejn il-prova tal-oriġini msemmija fil-punt (b) hija preżentata bħala dokument ta’ appoġġ għal dikjarazzjoni waħda biss għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, jista’ jkun fiha diversi numri tas-serje. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jkun fiha biss numru wieħed tas-serje.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2009 huwa mħassar.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 143, 27.6.1995, p.7.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 73.


ANNESS

LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (f’tunnellati (t) ta’ ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi) KWOTI TARIFFARJI TAL-UNJONI GĦALL-2011

Nru tal-Grupp tal-Pajjiż

Kodiċi NM

Dazju “Ad valorem”

%

Dazju speċifiku

EUR/100 Kg

Numru tas-serje skont “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”

Oriġini

Volum fis-sena f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi

Annimali ħajjin

(Koeffiċjent = 0.47)

Mingħajr Għadam ħaruf (1)

(Koeffiċjent = 1.67)

Laħam tal-muntun/tan-nagħaġ bla għadma (2)

(Koeffiċjent = 1.81)

Karkassa u laħam bl-għadam

(Koeffiċjent = 1.00)

1

0204

Żero

Żero

09.2101

09.2102

09.2011

L-Arġentina

23 000

09.2105

09.2106

09.2012

L-Awstralja

18 786

09.2109

09.2110

09.2013

In-New Zealand

227 854

09.2111

09.2112

09.2014

L-Urugwaj

5 800

09.2115

09.2116

09.1922

Iċ-Ċilì

6 600

09.2121

09.2122

09.0781

In-Norveġja

300

09.2125

09.2126

09.0693

Il-Groenlandja

100

09.2129

09.2130

09.0690

Il-Gżejjer Faeroe

20

09.2131

09.2132

09.0227

It-Turkija

200

09.2171

09.2175

09.2015

Oħrajn (3)

200

2

0204 , 0210 99 21 , 0210 99 29 , 0210 99 60

Żero

Żero

09.2119

09.2120

09.0790

l-Islanda

1 850

3

0104 10 30

0104 10 80

0104 20 90

10  %

Żero

09.2181

09.2019

Erga omnes  (4)

92


(1)  U laħam tal-gidi.

(2)  U laħam tal-mogħoż barra dak tal-gidi.

(3)  “Oħrajn” għandha tirreferi għall-oriġinijiet kollha, għajr il-pajjiżi l-oħra msemmija f’din it-tabella.

(4)  “Erga omnes” għandha tirreferi għall-oriġinijiet kollha, inklużi l-pajjiżi msemmija f’din it-tabella.


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/40


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1246/2010

tal-21 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

87,5

MA

42,8

TR

107,4

ZZ

79,2

0707 00 05

EG

140,2

JO

158,2

TR

84,2

ZZ

127,5

0709 90 70

MA

83,7

TR

115,9

ZZ

99,8

0805 10 20

AR

43,0

BR

41,5

MA

60,3

PE

58,9

TR

66,6

UY

48,7

ZA

50,2

ZZ

52,7

0805 20 10

MA

61,9

ZZ

61,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

61,3

IL

72,0

JM

144,2

TR

71,6

ZZ

87,3

0805 50 10

AR

49,2

TR

55,5

UY

49,2

ZZ

51,3

0808 10 80

AR

74,9

CA

84,9

CL

84,2

CN

83,7

MK

29,3

NZ

74,9

US

104,8

ZA

124,1

ZZ

82,6

0808 20 50

CN

63,6

US

134,5

ZZ

99,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/42


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1247/2010

tal-21 ta’ Diċembru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 1230/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 22.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-22 ta’ Diċembru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

66,09

0,00

1701 11 90  (1)

66,09

0,00

1701 12 10  (1)

66,09

0,00

1701 12 90  (1)

66,09

0,00

1701 91 00  (2)

59,68

0,00

1701 99 10  (2)

59,68

0,00

1701 99 90  (2)

59,68

0,00

1702 90 95  (3)

0,60

0,17


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/44


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/92/UE

tal-21 ta’ Diċembru 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-bromukonażol bħala sustanza attiva

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi l-bromukonażol. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/832/KE (4) ġie deċiż li l-bromukonażol ma jkunx inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali, minn hawn 'il quddiem “l-applikant”, ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(3)

L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Belġju, li kien inħatar bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/832/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sustantivi li fadal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Il-Belġju vvaluta l-informazzjoni l-ġdida u d-dejta mressqa mill-applikant u ħejja rapport addizzjonali. Huwa kkomunika dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-8 ta' Ottubru 2010.

(4)

L-Awtorità kkomunikat ir-rapport ta' valutazzjoni lill-applikant u lill-Istati Membri kollha u bagħtet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, ir-rapport addizzjonali saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-Awtorità. L-Awtorità mbagħad ippreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-bromukonażol lill-Kummissjoni nhar id-29 ta' Lulju 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fit-23 ta' Novembru 2010 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni għall-bromukonażol.

(5)

Ir-rapport addizzjonali mill-Istat Membru relatur u l-konklużjoni l-ġdida mill-Awtorità jikkonċentraw fuq it-tħassib li jwassal għan-noninklużjoni. Dak it-tħassib kien, b'mod partikolari, ir-riskju għoli ta' organiżmi akkwatiċi u n-nuqqas ta' informazzjoni disponibbli biex tiġi vvalutata l-kontaminazzjoni potenzjali tal-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art.

(6)

L-informazzjoni l-ġdida li ntbagħtet mill-applikant ippermettiet il-valutazzjoni tal-kontaminazzjoni potenzjali tal-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art. L-informazzjoni disponibbli bħalissa tindika li r-riskju ta' kontaminazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art huwa baxx u li r-riskju għall-organiżmi akkwatiċi huwa aċċettabbli.

(7)

Għaldaqstant, id-dejta u l-informazzjoni addizzjonali pprovduti mill-applikant jippermettu li jiġu eliminati l-punti speċifiċi ta' tħassib li wasslu għan-noninklużjoni. Ma tqajmet l-ebda mistoqsija xjentifika miftuħa oħra.

(8)

Mill-bosta eżamijiet li saru ħareġ li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bromukonażol jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u rrapportati fid-detall fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-bromukonażol jiġi inkluż fl-Anness I, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(9)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif ta' konferma dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li l-applikant ikun mitlub jibgħat informazzjoni ulterjuri dwar residwi ta' metaboliti b'derivativ ta' triażol (TDMs) f'għelejjel ewlenin, għelejjel rotazzjonali u prodotti ta' oriġini mill-annimali, minbarra informazzjoni rigward ir-riskju fit-tul ta' mammiferi erbivori. Biex tkun irfinuta aktar il-valutazzjoni tal-proprjetajiet potenzjali li jħarbtu l-endokrina, huwa xieraq li jintalab li l-bromukonażol ikun soġġett għal aktar ittestjar hekk kif ikunu jeżistu jew linji gwida tat-test tal-OECD dwar it-tħarbit endokrinali, jew alternattivament, linji gwida tat-test Komunitarji maqbul.

(10)

Għalhekk jixraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2011.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 295, 4.11.2008, p. 53.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel: Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva bromukonażol Il-Ġurnal EFSA 2010; 8(8):1704. [84 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1704. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal –.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem skont l-IUPAC

Purità (*)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“323

Bromukonażol

Nru CAS: 116255-48-2

Nru CIPAC: 680

1-[(2RS,4RS:2RS,4SR)-4-bromo-2-(2,4-diklorofenil) tetraidrofurfuril]-1H-1,2,4-triażol

≥ 960 g/kg

1 ta' Frar 2011

31 ta' Jannar 2021

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-bromukonażol, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-23 ta’ Novembru 2010.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:

lis-sikurezza tal-operaturi u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali adgwat fejn xieraq;

il-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi. Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-trażżin tar-riskju, fejn huwa xieraq, bħalma huma żoni adegwati ta' lqugħ.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant jippreżenta lill-Kummissjoni:

tagħrif ulterjuri dwar ir-residwi ta' metaboliti b'derivattiv ta' triażol (TDMs) f'għelejjel ewlenin, għelejjel rotazzjonali u prodotti ta' oriġini mill-annimali;

informazzjoni biex jindirizzaw aħjar ir-riskju fit-tul għall-għasafar u l-mammiferi erbivori.

Huma għandhom jiżguraw li l-applikant, li fuq talba tiegħu il-bromukonażol ġie inkluż f’dan l-Anness, jipprovdi informazzjoni konfermatorja tali lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat aktar informazzjoni li tindirizza l-proprjetajiet potenzjali endokrinali li jħarbtu tal-bromukonażol lill-Kummissjoni fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-linji gwida tat-test tal-OECD dwar it-tħarbit endokrinali, jew alternattivament, tal-linji gwida tat-test Komunitarji maqbula.”


(*)  Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport ta' reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Diċembru 2010

li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

(2010/795/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3), ir-raba’ subinċiż, tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji annes għat-Trattati jipprovdi li, sal-31 ta’ Ottubru 2014, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni kalkolata abbażi taċ-ċifri tal-popolazzjoni mniżżla fl-Artikolu 1 tal-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (minn issa msejjħa “ir-Regoli ta’ Proċedura”).

(2)

L-Artikolu 2(2) tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura jipprovdi li, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu, konformement mad-data disponibbli fl-Uffiċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, jaddatta ċ-ċifri li jidhru fl-Artikolu 1 ta’ dak l-Anness.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu emendati għas-sena 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(5) tat-TFUE u tal-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, il-popolazzjoni totali ta’ kull Stat Membru għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011, għandha tkun kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

(× 1 000 )

Ġermanja

81 802,3

Franza

64 714,1

Renju Unit

62 008,0

Italja

60 340,3

Spanja

45 989,0

Polonja

38 167,3

Rumanija

21 462,2

Pajjiżi l-Baxxi

16 575,0

Greċja

11 305,1

Belġju

10 827,0

Portugall

10 637,7

Repubblika Ċeka

10 506,8

Ungerija

10 014,3

Svezja

9 340,7

Awstrija

8 375,3

Bulgarija

7 563,7

Danimarka

5 534,7

Slovakkja

5 424,9

Finlandja

5 351,4

Irlanda

4 467,9

Litwanja

3 329,0

Latvja

2 248,4

Slovenja

2 047,0

Estonja

1 340,1

Ċipru

803,1

Lussemburgu

502,1

Malta

413,0

Total

501 090,4

Livell minimu (62 %)

310 676,1 ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/KE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li taddotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPOL COPPS/1/2010

tal-21 ta’ Diċembru 2010

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

(2010/796/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/784/PESK tas-17 ta' Diċembru 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/784/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, b’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u jieħu t-tmexxija strateġika tal-Missjoni EUPOL COPPS, inkluża b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ġiet proposta, mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, estensjoni tal-mandat tas-Sur Henrik MALMQUIST bħala l-Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Henrik MALMQUIST bħala Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa b'dan estiż mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika sat-31 ta' Diċembru 2011.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 335, 18.12.2010, p. 60.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/50


DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI

tal-1 ta’ Diċembru 2010

rigward l-emenda tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim

(2010/797/UE)

IL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Agrikolu”), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Agrikolu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

Taħt l-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu l-Kumitat Veterinarju Konġunt huwa responsabbli biex jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni li tinqala’ b’rabta ma’ dan l-Anness u l-implimentazzjoni tiegħu u għat-twettiq tal-kompiti previsti fih. L-Artikolu 19(3) ta’ dak l-Anness jawtorizza lill-Kumitat Veterinarju konġunt biex jemenda l-Appendiċi tiegħu, b’mod partikolari bil-ħsieb li dawn jiġu adattati u aġġornati.

(3)

L-Appendiċi tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu ġew emendati għall-ewwel darba mid-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tal-25 ta’ Novembru 2003 li jemenda l-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim (1).

(4)

L-Appendiċi tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġew emendati l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tat-23 ta’ Diċembru 2008 rigward l-emendar tal-Appendiċi 2, 3, 4, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim (2).

(5)

Il-Konfederazzjoni Svizzera talbet estensjoni għad-deroga preċedentement mogħtija fir-rigward tal-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat-Trichinella fil-karkassi u l-laħam ta’ ħnieżer domestiċi maħsuba għat-tismin u għall-biċċerija fl-istabbilimenti tal-qatla b’kapaċità baxxa. Billi dawn il-karkassi u l-laħam tal-ħnieżer domestiċi, kif ukoll il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti proċessati tal-laħam li ġejjin minnhom, ma jistgħux ikunu oġġett ta’ skambji mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(a) tal-Ordinanza Svizzera dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali tad-Département Fédéral de l’Intérieur (RS 817.022.108), din it-talba tista’ tiġi sodisfatta. Id-deroga in kwistjoni għandha, għalhekk, issir applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2014.

(6)

Wara l-aħħar emendar tal-Appendiċi tal-Anness 11 tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet leġislattivi tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 għal dak il-Ftehim ġew emendati wkoll. Il-punti ta’ kuntatt imsemmija fl-Appendiċi 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu għandhom għalhekk jiġu aġġornati.

(7)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandhom jiġu emendati f’konformità mal-Annessi I sa VI għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni, mfassla f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mill-kopresidenti jew persuni oħra bis-setgħa li jaġixxu f’isem il-partijiet.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta ż-żewġ partijiet ikunu ffirmawha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Iffirmat f’Berna, l-1 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Konfederazzjoni Svizzera

Il-Kap tad-Delegazzjoni

Hans WYSS

Iffirmat fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Unjoni Ewropea

Il-Kap tad-Delegazzjoni

Paul VAN GELDORP


(1)  ĠU L 23, 28.1.2004, p. 27.

(2)  ĠU L 6, 10.1.2009, p. 89.


ANNESS I

I.

Il-Kapitolu V, “Influwenza Avjarja” tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“V.   Influwenza avjarja

A.   LEĠISLAZZJONI (*)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

1.

L-Att tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar l-epiżutija (LFE; RS 916.40), b’mod partikolari l-Artikoli 1, 1a u 9a (miżuri kontra l-epiżutija ferm kontaġjuża, objettivi tal-kontroll) u 57 (dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali).

2.

L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar l-epiżutija (OFE; RS 916401), b’mod partikolari l-Artikoli 2 (epiżutija ferm kontaġjuża), 49 (manipulazzjoni ta’ mikroorganiżmi patoġeniċi għall-annimali), 73 u 74 (tindif u diżinfezzjoni), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar l-epiżutija ferm kontaġjuża), 122 sa 125 (miżuri speċifiċi rigward l-influwenza avjarja).

3.

L-Ordinanza tal-14 ta’ Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Département fédéral de l’économie (Org DFE; RS 172 216.1), b’mod partikolari l-Artikolu 8 (laboratorju ta’ referenza).

B.   REGOLI U PROĊEDURI SPEĊJALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-laboratorju ta’ referenza għall-influwenza avjarja tal-Unjoni Ewropea għandu jkun is-Central Veterinary Laboratory, New Haw, Weybridge, Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Isvizzera għandha tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għall-attivitajiet imwettqa mil-laboratorju f’dik il-kapaċità. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness VII (2) tad-Direttiva 2005/94/KE.

2.

Skont l-Artikolu 97 tal-Ordinanza dwar l-epiżutija, l-Isvizzera stabbiliet pjan ta’ kontinġenza, li huwa ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-Office Vétérinaire Fédéral.

3.

L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 60 tad-Direttiva 2005/94/KE u l-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija.

(*)  Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.”"

II.

Il-Kapitolu VII, “Mard tal-ħut u l-molluski”, tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.   Mard tal-ħut u tal-molluski

A.   LEĠISLAZZJONI (**)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

1.

L-Att tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar l-epiżutija (LFE; RS 916.40), b’mod partikolari l-Artikoli 1, 1a u 10 (miżuri kontra l-epiżutija, objettivi tal-kontroll) u 57 (dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ natura teknika, kooperazzjoni internazzjonali).

2.

L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar l-epiżutija (OFE; RS 916401), b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 (l-epiżutija speċifikata), 18a (reġistrazzjoni tal-unitajiet tat-trobbija tal-ħut), 61 (obbligi tal-lokaturi ta’ drittijiet ta’ sajd u tal-korpi responsabbli għall-monitoraġġ tas-sajd), 62 sa 76 (miżuri ġenerali għall-ġlieda kontra l-mard), 275 sa 290 (miżuri speċifiċi fir-rigward tal-mard tal-ħut, laboratorju ta’ dijanjożi).

B.   REGOLI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Bħalissa t-trobbija tal-gajdri ċatti mhijiex prattikata fl-Isvizzera. Fil-każ li jfeġġu l-Bonamiosis jew il-Marteiliosis, l-Office Vétérinaire Fédéral jintrabat li jieħu l-miżuri ta’ emerġenza meħtieġa f’konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija.

2.

Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-mard tal-ħut u tal-molluski, l-Isvizzera għandha tapplika l-Ordinanza dwar l-epiżutija, b’mod partikolari l-Artikoli 61 (obbligi tal-lokaturi ta’ drittijiet ta’ sajd u tal-organi responsabbli għas-sorveljanza tas-sajd), 62 sa 76 (miżuri ġenerali għall-ġlieda kontra l-mard), 275 sa 290 (miżuri speċifiċi fir-rigward tal-mard tal-ħut, laboratorji ta’ dijanjożi) u 291 (epiżutija li għandha tiġi ssorveljata).

3.

Il-laboratorju ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji tal-Unjoni Ewropea għandu jkun is-Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit. Il-laboratorju ta’ referenza għall-mard tal-ħut tal-Unjoni Ewropea għandu jkun in-National Veterinary Institute, Technical University of Denmarkiet, Hangövej 2, 8200 Århus, id-Danimarka. Il-laboratorju ta’ referenza għall-mard tal-molluski tal-Unjoni Ewropea għandu jkun il-Laboratoire IFREMER, BP 133, 17390 La Tremblade, Franza. L-Isvizzera għandha tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal attivitajiet imwettqa fil-kapaċità msemmija hawn fuq. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dawn il-laboratorji għandhom ikunu kif stabbiliti fil-Parti I tal-Anness VI tad-Direttiva 2006/88/KE.

4.

L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/88/KE u l-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija.

(**)  Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-Att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.”"



ANNESS II

1.

Il-Paragrafu 7(d) tal-Parti B, “Regoli u proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni” tal-Kapitolu I, “Annimali bovini u ħnieżer”, tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

l-iżolament għandu jintemm meta, wara t-tneħħija tal-annimali infettati, żewġ eżamijiet seroloġiċi tal-annimali kollha ta’ trobbija u ta’ għadd rappreżentattiv ta’ annimali tat-tismin li jitwettqu f’intervall ta’ mill-inqas 21 jum jagħtu riżultati negattivi;

Minħabba l-istatus rikonoxxut tal-Isvizzera, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/185/KE (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19), emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2009/248/KE (ĠU L 73, 19.3.2009, p. 22), għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

2.

Il-Paragrafu 11 tal-Parti B, “Regoli u proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni” tal-Kapitolu I, “Annimali bovini u ħnieżer” tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“11.

L-annimali bovini u l-ħnieżer li huma l-oġġett ta’ skambji bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikati sanitarji f’konformità mal-mudelli stabbiliti fl-Anness F għad-Direttiva 64/432/KEE. Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:

Mudell 1: fit-taqsima C, iċ-ċertifikazzjonijiet huma adattati kif ġej:

fil-punt 4, fir-rigward tal-garanziji addizzjonali, jiżdied dan li ġej mal-inċiżi:

marda: rinotrakeite bovina infettuża,

f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE, li għandha tapplika mutatis mutandis;

Mudell 2: fit-taqsima C, iċ-ċertifikazzjonijiet huma adattati kif ġej:

fil-punt 4, fir-rigward tal-garanziji addizzjonali, jiżdied dan li ġej mal-inċiżi:

marda: ta’ Aujeszky

f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE, li għandha tapplika mutatis mutandis;”

3.

Il-Paragrafu 4 tal-Parti B, “Regoli u proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni” tal-Kapitolu IV, “Tjur u bajd tat-tfaqqis”, tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.

Għall-kunsinni ta’ bajd għat-tfaqqis lejn l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet Svizzeri jintrabtu li jikkonformaw mar-regoli ta’ mmarkar stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tfaqqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 5).”.

4.

Il-Kapitolu V, “Annimali u prodotti tal-akkwakultura”, tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“V.   Annimali u prodotti tal-akkwakultura

A.   LEĠISLAZZJONI (*)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

1.

L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar l-epiżutija (OFE; RS 916 401) b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 (l-epiżutija speċifikata), 18a (reġistrazzjoni tal-unitajiet tat-trobbija tal-ħut), 61 (obbligi tal-lokaturi ta’ drittijiet ta’ sajd u tal-organi responsabbli għas-sorveljanza tas-sajd), 62 sa 76 (miżuri ġenerali għall-ġlieda kontra l-mard), 275 sa 290 (miżuri speċifiċi fir-rigward tal-mard tal-ħut, laboratorji ta’ dijanjożi).

2.

L-Ordinanza tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti magħmula mill-annimali (OITE; RS 916 443.10).

3.

L-Ordinanza tat-18 ta April 2007 dwar l-importazzjoni u l-ġarr ta’ annimali bl-ajru minn pajjiżi terzi (OITA; RS 916 443.12).

B.   REGOLI U PROĊEDURI SPEĊJALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-Isvizzera hi rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-anemija infettiva tas-salamun u minn infezzjonijiet mill-Marteilia refringens u mill-Bonamia ostreae.

2.

Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe applikazzjoni tal-Artikoli 29, 40, 41, 43, 44, 50 tad-Direttiva 2006/88/KE.

3.

Il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali akkwatiċi ornamentali, annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, inklużi żoni ta’ stabbiliment mill-ġdid, ta’ pixkeriji u ta’ faċilitajiet ornamentali miftuħa, kif ukoll għar-ripopolazzjoni u tal-annimali tal-akkwakultura u tal-prodotti tal-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).

4.

L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/88/KE u l-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija.

(*)  Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.”"



ANNESS III

Il-Parti A, “Identifikazzjoni tal-annimali” tal-Kapitolu V tal-Appendiċi 5 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“A.   Identifikazzjoni tal-annimali

A.   LEĠISLAZZJONI (*)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal- 15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31).

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

1.

L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar l-epiżutija (OFE; RS 916 401), b’mod partikolari l-Artikoli 7 sa 20 (reġistrazzjoni u identifikazzjoni).

2.

L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar id-database tal-movimenti tal-annimali (RS 916 404).

B.   REGOLI U PROĊEDURI SPEĊJALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

a)

Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/71/KE.

b)

L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 1760/2000, l-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija u l-Artikolu 1 tal-Ordinanza tal-14 ta’ Novembru 2007 dwar il-koordinazzjoni tal-ispezzjonijiet fl-azjendi agrikoli (OCI, RS 910.15).



ANNESS IV

1.

Il-paragrafu (6) tat-Taqsima “Kondizzjonijiet speċjali” tal-Kapitolu I tal-Appendiċi 6 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(6)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jistgħu jidderogaw mill-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat-Trichinella fil-karkassi u l-laħmijiet ta’ ħnieżer domestiċi miżmuma għat-tismin u għall-qtil fl-istabbilimenti tal-qtil b’kapaċità baxxa.

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2014.

B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(3) tal-Ordinanza tad-DFE tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene matul il-qtil tal-annimali (OhyAb; RS 817 190.1) u tal-Artikolu 9(8), tal-Ordinanza tad-DFI tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (RS 817 022 108), dawn il-karkassi u l-laħmijiet tal-ħnieżer domestiċi miżmuma għat-tismin u għall-qtil kif ukoll il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti proċessati tal-laħam li ġejjin minnhom għandhom ikunu mmarkati b’timbru speċjali tas-saħħa f’konformità mal-mudell speċifikat fl-aħħar subparagrafu tal-Anness 9 tal-Ordinanza tad-DFE tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene matul il-qtil tal-annimali (OhyAb; RS 817 190.1). Dawn il-prodotti ma jistgħux ikunu oġġett ta’ skambji mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9a tal-Ordinanza tad-DFI dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (RS 817 022 108).”.

2.

Il-Paragrafu (11) tat-Taqsima “Kondizzjonijiet speċjali” tal-Kapitolu I tal-Appendiċi 6 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“11.

1.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1);

2.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta’ Lulju 1995 li tippreskrivi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi ta’ taħlil għall-użu fl-ikel (ĠU L 226, 22.9.1995, p. 1);

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għas-sustanzi tat-taħwir użati jew maħsuba għall-użu fi jew fuq l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 299, 23.11.1996, p. 1);

4.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3);

5.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10);

6.

Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Volum 23, p. 236);

7.

Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Volum 23, p. 244);

8.

Id-Deċiżjoni 1999/217/KE tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 1999 li taddotta reġistru ta’ sustanzi tat-taħwir użati ġewwa jew fuq oġġetti tal-ikel imfassal f’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Volum 23, p. 251);

9.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE tat-23 ta’ Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Volum 30, p. 529);

10.

Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Volum 32, p. 661);

11.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissal-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 558);

12.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu l-użu ta’ E 128 Aħmar 2G bħala kulur alimentari (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 8);

13.

Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7);

14.

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16);

15.

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34);

16.

Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3);

17.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/60/KE tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 17);

18.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE tas-27 ta’ Awwissu 2008 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1);

19.

Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).”.


ANNESS V

Il-Kapitolu V tal-Appendiċi 10 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

Jitħassru l-paragrafi 3, 6, 7, 8, 9 u 14 tal-Parti 1.A.

2.

Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu mal-parti 1.A:

“31.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/60/KE tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti tal-ikel (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 17).

32.

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

33.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE tas-27 ta’ Awwissu 2008 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1).”.


ANNESS VI

L-Appendiċi 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi 11

Punti ta’ kuntatt

1.

Għall-Unjoni Ewropea:

Id-Direttur

Saħħa u l-Benessri tal-Annimali

Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi

Commission Européenne, B-1049 Bruxelles

2.

Għall-Isvizzera:

Le Directeur

Office Vétérinaire Fédéral

CH-3003 Berne

Kuntatt ieħor importanti:

Le Chef de Division

Office Fédéral de la Santé Publique

Division sécurité alimentaire

CH-3003 Berne”.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/60


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 291/10/COL

tas-7 ta' Lulju 2010

rigward ir-rikonoxximent taż-żoni approvati fin-Norveġja fir-rigward tal-Bonamia ostreae u l-Marteilia refringens

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, partikolarment l-Artikolu 109 u Protokoll 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja, partikolarment l-Artikolu 5(2)(d) u l-Protokoll 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 4.1.5a tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE, Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal- 24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), kif adottat permezz tal-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, b'mod partikolari l-Artikolu 53 ta' dak l-Att.

Billi:

Bid-Deċiżjoni tagħha Nru 225/04/COL tad- 9 ta' Settembru 2004, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA rrikonoxxiet il-kosta sħiħa tan-Norveġja bħala żona approvata fir-rigward tal-Bonamia ostreae u l-Marteilia refringens.

In-Norveġja informat lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA b'email fit- 3 ta' Ġunju 2009 li l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae instabet fil-gandoffli slavaġ fil-kontea ta' Aust-Agder fin-Nofsinhar tan-Norveġja u li kienet ġiet stabbilita żona ta' kontroll u żona ta' sorveljanza madwar iż-żona affettwata.

B'ittra datata t- 23 ta' April 2010 (avveniment Nru 554681), in-Norveġja kkonfermat lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA li l-preżenza tal-Bonamia ostreae fil-gandoffli slavaġ mill-kontea ta' Aust-Agder fin-Nofsinhar tan-Norveġja ma setgħetx tiġi eskluża u, għalhekk, ebda evidenza konklusiva ma setgħet tiġġustifika t-tneħħija taż-żona ta' kontroll u sorveljanza madwar iż-żona relevanti.

L-Artikolu 53(3) tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi li fejn l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma probabbiltà sinifikanti li ġrat l-infezzjoni, għandu jiġi rtirat l-istatus ta' ħelsien mill-mard tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment, skont il-proċedura li taħtha kien iddikjarat dak l-istatus. Skont ir-riżultati tal-investigazzjoni epidemoloġika li twettqet min-Norveġja u r-riżultat tad-diskussjonijiet bejn l-Istitut Veterinarju Nazzjonali Norveġiż u l-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tqis li l-kundizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet għall-irtirar tal-istatus ta' ħelsien mill-mard għaż-żona affettwata ta' Aust-Agder fin-Nofsinhar tan-Norveġja huma sodisfatti.

Għalhekk, id-Deċiżjoni Nru 225/04/COL għandha tiġi revokata.

Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iż-żoni approvati fir-rigward tal-Bonamia ostreae u l-Marteilia refringens għan-Norveġja huma mniżżla f'lista fl-Anness.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni Nru 225/04/COL qed tiġi revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lin-Norveġja.

Artikolu 5

It-test Ingliż biss tad-deċiżjoni hi kkunsidrata bħala awtentika.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2010.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Per SANDERUD

President

Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 17.6.2010, p. 1. Din id-Direttiva għadha mhix pubblikata bin-Norveġiż.


ANNESS

1.

l-kosta sħiħa tan-Norveġja hija żona approvata fir-rigward tal-Marteilia refringens.

2.

l-kosta sħiħa tan-Norveġja hija żona approvata fir-rigward tal-Bonamia ostreae bl-eċċezzjoni ta'

il-kontea ta' Aust-Agder fin-Nofsinhar tan-Norveġja.


Rettifika

22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/62


Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta' xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (ECSA) u l-Federazzjoni ta' l-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FST)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 167 tat-2 ta’ Lulju 1999 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Volum 3, p. 363)

Paġna 365, Il-Klawsola 5(1)(b)(ii):

Flok:

“(ii)

72 siegħa fi kwalunkwe perjodu ta' sebat ijiem.”,

Aqra:

“(ii)

77 siegħa fi kwalunkwe perjodu ta' sebat ijiem.”.