|
ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.338.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/92/UE tal-21 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-bromukonażol bħala sustanza attiva ( 2 ) |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2010/795/UE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2010 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu |
|
|
|
|
2010/796/PESK |
|
|
|
* |
||
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2010/797/UE |
|
|
|
* |
|
|
|
III Atti oħrajn |
|
|
|
|
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera |
|
|
(2) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1239/2010
tal-20 ta’ Diċembru 2010
li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tiegħu, u l-Artikoli 20(1), 64, 92 u 132 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi sabiex jiggarantixxi li l-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni jiżviluppa b’mod parallel għal dak tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali tal-Istati Membri, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu aġġustati skont ir-reviżjoni annwali tas-sena 2010,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, id-data l-“1 ta’ Lulju 2009” fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita bl-“1 ta’ Lulju 2010”.
Artikolu 2
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, it-tabella tal-pagi bażiċi tax-xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-finijiet tal-kalkolu tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:
|
1.7.2010 |
TARĠA |
||||
|
GRAD |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
|
16 |
16 919,04 |
17 630,00 |
18 370,84 |
|
|
|
15 |
14 953,61 |
15 581,98 |
16 236,75 |
16 688,49 |
16 919,04 |
|
14 |
13 216,49 |
13 771,87 |
14 350,58 |
14 749,83 |
14 953,61 |
|
13 |
11 681,17 |
12 172,03 |
12 683,51 |
13 036,39 |
13 216,49 |
|
12 |
10 324,20 |
10 758,04 |
11 210,11 |
11 521,99 |
11 681,17 |
|
11 |
9 124,87 |
9 508,31 |
9 907,86 |
10 183,52 |
10 324,20 |
|
10 |
8 064,86 |
8 403,76 |
8 756,90 |
9 000,53 |
9 124,87 |
|
9 |
7 127,99 |
7 427,52 |
7 739,63 |
7 954,96 |
8 064,86 |
|
8 |
6 299,95 |
6 564,69 |
6 840,54 |
7 030,86 |
7 127,99 |
|
7 |
5 568,11 |
5 802,09 |
6 045,90 |
6 214,10 |
6 299,95 |
|
6 |
4 921,28 |
5 128,07 |
5 343,56 |
5 492,23 |
5 568,11 |
|
5 |
4 349,59 |
4 532,36 |
4 722,82 |
4 854,21 |
4 921,28 |
|
4 |
3 844,31 |
4 005,85 |
4 174,18 |
4 290,31 |
4 349,59 |
|
3 |
3 397,73 |
3 540,50 |
3 689,28 |
3 791,92 |
3 844,31 |
|
2 |
3 003,02 |
3 129,21 |
3 260,71 |
3 351,42 |
3 397,73 |
|
1 |
2 654,17 |
2 765,70 |
2 881,92 |
2 962,10 |
3 003,02 |
Artikolu 3
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja.
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u aġenti oħra għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 3 tat-tabella li ġejja.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijet skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 4 tat-tabella li ġejja.
B’effett mis-16 ta’ Mejju 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-aġentii l-oħra skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikubu kif indikati fil-kolonna 5 tat-tabella li ġejja. Id-data effettiva għall-aġġustament annwali għal dawk il-postijiet ta’ impjieg għandha tkun is-16 ta’ Mejju 2010.
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
|
Pajjiż/Lokalità |
Remunerazzjoni 1.7.2010 |
Trasferiment 1.1.2011 |
Pensjoni 1.7.2010 |
Remunerazzjoni 16.5.2010 |
|
Bulgarija |
62,7 |
59,3 |
100,0 |
|
|
Rep. Ċeka |
84,2 |
77,5 |
100,0 |
|
|
Danimarka |
134,1 |
130,5 |
130,5 |
|
|
Ġermanja |
94,8 |
96,5 |
100,0 |
|
|
Bonn |
94,7 |
|
|
|
|
Karlsruhe |
92,1 |
|
|
|
|
Münich |
103,7 |
|
|
|
|
Estonja |
75,6 |
76,6 |
100,0 |
|
|
Irlanda |
109,1 |
103,9 |
103,9 |
|
|
Greċja |
94,8 |
94,3 |
100,0 |
|
|
Spanja |
97,7 |
91,0 |
100,0 |
|
|
Franza |
116,1 |
107,6 |
107,6 |
|
|
Italja |
106,6 |
102,3 |
102,3 |
|
|
Varese |
92,3 |
|
|
|
|
Ċipru |
83,7 |
86,7 |
100,0 |
|
|
Latvja |
74,3 |
69,4 |
100,0 |
|
|
Litwanja |
72,5 |
68,8 |
100,0 |
|
|
Ungerija |
79,2 |
68,6 |
100,0 |
|
|
Malta |
82,2 |
84,8 |
100,0 |
|
|
Pajjiżi l-Baxxi |
104,1 |
98,0 |
100,0 |
|
|
Awstrija |
106,2 |
105,1 |
105,1 |
|
|
Polonja |
77,1 |
68,1 |
100,0 |
|
|
Portugall |
85,0 |
85,1 |
100,0 |
|
|
Rumanija |
|
59,1 |
100,0 |
69,5 |
|
Slovenja |
89,6 |
84,4 |
100,0 |
|
|
Slovakkja |
80,0 |
75,4 |
100,0 |
|
|
Finlandja |
119,4 |
112,4 |
112,4 |
|
|
Svezja |
118,6 |
112,6 |
112,6 |
|
|
Renju Unit |
|
108,4 |
108,4 |
134,4 |
|
Culham |
104,5 |
|
|
|
Artikolu 4
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont tal-allowance għal-leave tal-ġenituri msemmi fit-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 911,73 u għandu jkun ta’ EUR 1 215,63 għall-familji b’ġenitur wieħed.
Artikolu 5
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont bażiku għall-allowance għall-familja msemmi fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 170,52.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont għall-allowance ta’ tfal dipendenti msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 372,61.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 252,81.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 91,02.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont minimu tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta’ EUR 505,39.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-allowance għall-espartijazzjoni msemmi fl-Artikolu 134 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra għandu jkun ta’ EUR 363,31.
Artikolu 6
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, l-allowance għall-kilometraġġ imniżżel fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun aġġustat kif ġej:
|
EUR 0 għal kull kilometru bejn |
0 u 200 km |
|
EUR 0,3790 għal kull kilometru bejn |
201 u 1 000 km |
|
EUR 0,6316 għal kull kilometru bejn |
1 001 u 2 000 km |
|
EUR 0,3790 għal kull kilometru bejn |
2 001 u 3 000 km |
|
EUR 0,1262 għal kull kilometru bejn |
3 001 u 4 000 km |
|
EUR 0,0609 għal kull kilometru bejn |
4 001 u 10 000 km |
|
EUR 0 għal kull kilometru ‘l fuq minn |
10 000 km. |
Ma’ din l-allowance għal kull kilometru għandu jingħadd suppliment b’rata fissa, li jammonta għal:
|
— |
EUR 189,48 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun bejn 725 km u 1 450 km; |
|
— |
EUR 378,93 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impieg u l-post tal-oriġini tkun aktar minn 1 450 km. |
Artikolu 7
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammont għall-allowance tas-sussistenza ta’ kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’:
|
— |
EUR 39,17 għal uffiċjali li jkollu dritt għall-allowance tal-familja; |
|
— |
EUR 31,58 għal uffiċjal li ma jkollux dritt għall-allowance tal-familja. |
Artikolu 8
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, il-limitu minimu għall-allowance tal-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra għandu jkun:
|
— |
EUR 1 114,99 għal aġent intitolat għall-allowance tal-familja; |
|
— |
EUR 662,97 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-familja. |
Artikolu 9
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, għall-allowance tal-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 1 337,19, il-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 674,39.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-allowance standard imsemmija fl-Artikolu 28a(7) għandha tkun ta’ EUR 1 215,63.
Artikolu 10
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
FUNZJONI TAL- GRUPP |
1.7.2010 |
TARĠA |
||||||
|
GRAD |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
|
IV |
18 |
5 832,42 |
5 953,71 |
6 077,52 |
6 203,91 |
6 332,92 |
6 464,62 |
6 599,06 |
|
|
17 |
5 154,85 |
5 262,04 |
5 371,47 |
5 483,18 |
5 597,20 |
5 713,60 |
5 832,42 |
|
|
16 |
4 555,99 |
4 650,73 |
4 747,45 |
4 846,17 |
4 946,95 |
5 049,83 |
5 154,85 |
|
|
15 |
4 026,70 |
4 110,44 |
4 195,92 |
4 283,18 |
4 372,25 |
4 463,17 |
4 555,99 |
|
|
14 |
3 558,90 |
3 632,91 |
3 708,46 |
3 785,58 |
3 864,31 |
3 944,67 |
4 026,70 |
|
|
13 |
3 145,45 |
3 210,86 |
3 277,63 |
3 345,80 |
3 415,37 |
3 486,40 |
3 558,90 |
|
III |
12 |
4 026,63 |
4 110,36 |
4 195,84 |
4 283,09 |
4 372,15 |
4 463,07 |
4 555,88 |
|
|
11 |
3 558,86 |
3 632,87 |
3 708,41 |
3 785,53 |
3 864,25 |
3 944,60 |
4 026,63 |
|
|
10 |
3 145,43 |
3 210,84 |
3 277,61 |
3 345,77 |
3 415,34 |
3 486,36 |
3 558,86 |
|
|
9 |
2 780,03 |
2 837,84 |
2 896,86 |
2 957,09 |
3 018,59 |
3 081,36 |
3 145,43 |
|
|
8 |
2 457,08 |
2 508,17 |
2 560,33 |
2 613,57 |
2 667,92 |
2 723,40 |
2 780,03 |
|
II |
7 |
2 779,98 |
2 837,80 |
2 896,82 |
2 957,07 |
3 018,58 |
3 081,36 |
3 145,45 |
|
|
6 |
2 456,97 |
2 508,07 |
2 560,24 |
2 613,49 |
2 667,84 |
2 723,33 |
2 779,98 |
|
|
5 |
2 171,49 |
2 216,65 |
2 262,76 |
2 309,82 |
2 357,86 |
2 406,91 |
2 456,97 |
|
|
4 |
1 919,18 |
1 959,10 |
1 999,84 |
2 041,44 |
2 083,90 |
2 127,24 |
2 171,49 |
|
I |
3 |
2 364,28 |
2 413,35 |
2 463,43 |
2 514,56 |
2 566,74 |
2 620,01 |
2 674,39 |
|
|
2 |
2 090,12 |
2 133,50 |
2 177,78 |
2 222,98 |
2 269,11 |
2 316,21 |
2 364,28 |
|
|
1 |
1 847,76 |
1 886,11 |
1 925,25 |
1 965,21 |
2 005,99 |
2 047,63 |
2 090,12 |
Artikolu 11
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, il-limitu minimu għall-allowance għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 94 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandu jkun:
|
— |
EUR 838,66 għal aġent intitolat għall-allowance tal-familja; |
|
— |
EUR 497,22 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-familja. |
Artikolu 12
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, għall-allowance għall-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 1 002,90, il-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 005,78.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-allowance standard imsemmija fl-Artikolu 96(7) għandha tkun ta’ EUR 911,73.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, għall-allowance għall-qgħad imsemmi fl-Artikolu 136 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 882,33 u l-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 076,07.
Artikolu 13
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-allowances għal xogħol bix-xift stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 (2) għandhom ikunu ta’ EUR 382,17, EUR 576,84, EUR 630,69 u EUR 859,84.
Artikolu 14
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 (3) għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5,516766.
Artikolu 15
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
1.7.2010 |
TARĠA |
|||||||
|
GRAD |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
|
16 |
16 919,04 |
17 630,00 |
18 370,84 |
18 370,84 |
18 370,84 |
18 370,84 |
|
|
|
15 |
14 953,61 |
15 581,98 |
16 236,75 |
16 688,49 |
16 919,04 |
17 630,00 |
|
|
|
14 |
13 216,49 |
13 771,87 |
14 350,58 |
14 749,83 |
14 953,61 |
15 581,98 |
16 236,75 |
16 919,04 |
|
13 |
11 681,17 |
12 172,03 |
12 683,51 |
13 036,39 |
13 216,49 |
|
|
|
|
12 |
10 324,20 |
10 758,04 |
11 210,11 |
11 521,99 |
11 681,17 |
12 172,03 |
12 683,51 |
13 216,49 |
|
11 |
9 124,87 |
9 508,31 |
9 907,86 |
10 183,52 |
10 324,20 |
10 758,04 |
11 210,11 |
11 681,17 |
|
10 |
8 064,86 |
8 403,76 |
8 756,90 |
9 000,53 |
9 124,87 |
9 508,31 |
9 907,86 |
10 324,20 |
|
9 |
7 127,99 |
7 427,52 |
7 739,63 |
7 954,96 |
8 064,86 |
|
|
|
|
8 |
6 299,95 |
6 564,69 |
6 840,54 |
7 030,86 |
7 127,99 |
7 427,52 |
7 739,63 |
8 064,86 |
|
7 |
5 568,11 |
5 802,09 |
6 045,90 |
6 214,10 |
6 299,95 |
6 564,69 |
6 840,54 |
7 127,99 |
|
6 |
4 921,28 |
5 128,07 |
5 343,56 |
5 492,23 |
5 568,11 |
5 802,09 |
6 045,90 |
6 299,95 |
|
5 |
4 349,59 |
4 532,36 |
4 722,82 |
4 854,21 |
4 921,28 |
5 128,07 |
5 343,56 |
5 568,11 |
|
4 |
3 844,31 |
4 005,85 |
4 174,18 |
4 290,31 |
4 349,59 |
4 532,36 |
4 722,82 |
4 921,28 |
|
3 |
3 397,73 |
3 540,50 |
3 689,28 |
3 791,92 |
3 844,31 |
4 005,85 |
4 174,18 |
4 349,59 |
|
2 |
3 003,02 |
3 129,21 |
3 260,71 |
3 351,42 |
3 397,73 |
3 540,50 |
3 689,28 |
3 844,31 |
|
1 |
2 654,17 |
2 765,70 |
2 881,92 |
2 962,10 |
3 003,02 |
|
|
|
Artikolu 16
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fissa msemmija fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta’ Mejju 2004 għandu jkun:
|
— |
EUR 131,84 fix-xahar għall-uffiċjali fil-gradi C4 jew C5, |
|
— |
EUR 202,14 fix-xahar għal uffiċjali fil-gradi C1, C2 jew C3. |
Artikolu 17
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 133 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
GRAD |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
Salarju bażiku full time |
1 680,76 |
1 958,08 |
2 122,97 |
2 301,75 |
2 495,58 |
2 705,73 |
2 933,59 |
|
GRAD |
8 |
9 |
10 |
11 |
12 |
13 |
14 |
|
Salarju bażiku full time |
3 180,63 |
3 448,48 |
3 738,88 |
4 053,72 |
4 395,09 |
4 765,20 |
5 166,49 |
|
GRAD |
15 |
16 |
17 |
18 |
19 |
|
|
|
Salarju bażiku full time |
5 601,56 |
6 073,28 |
6 584,71 |
7 139,21 |
7 740,41 |
|
|
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SCHAUVLIEGE
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8).
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/7 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1240/2010
tal-20 ta’ Diċembru 2010
li jaġġusta, mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-oħra tal-Komunitajiet stabbilit mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 83a u l-Anness XII tiegħu,
Wara li kkunsidra l-propost mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Eurostat ippreżenta rapport u addendum għal dak ir-rapport dwar il-valutazzjoni attwarjali tal-2010 tal-iskema tal-pensjonijiet li taġġorna l-parametri msemmija f’dak l-Anness. Skont din il-valutazzjoni, ir-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta’ 11,6 % tas-salarju bażiku. |
|
(2) |
Fl-interess tal-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, ir-rata tal-kontribuzzjoni għandha għalhekk tiġi aġġustata għal 11,6 % tas-salarju bażiku, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tkun ta’ 11,6 %.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SCHAUVLIEGE
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1241/2010
tal-20 ta’ Diċembru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet ta’ anti-dumping u kontra s-sussidji (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Wara investigazzjoni dwar l-anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u l-Ukraina (“l-ewwel investigazzjoni”), ġew imposti miżuri anti-dumping bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007 tat-23 ta’ April 2007 (2). Dak ir-Regolament daħal fis-seħħ fis-27 ta’ April 2007. |
|
(2) |
Ta’ min ifakkar li r-rata tad-dazju anti-dumping definittiv fuq it-twavel għall-mogħdija prodotti mill-produttur esportatur Ċiniż Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd. (“Since Hardware”) kienet 0 % filwaqt li varjat bejn 18,1 % u 38,1 % għal produtturi esportaturi Ċiniżi oħra. Wara reviżjoni interim sussegwenti, dawn ir-rati tad-dazju ġew miżjuda sa 42,3 % mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 270/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 (3). |
2. Bidu ta’ proċedura ġdida
|
(3) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika ta’ bidu ppubblikata f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (“notifika tal-bidu”), il-bidu ta’ investigazzjoni dwar anti-dumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (5) (“ir-Regolament bażiku”) li tikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mill-RPĊ, limitata għal Since Hardware. Fin-Notifika tal-bidu, il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ reviżjoni skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001 sabiex tippermetti kwalunkwe emenda neċessarja tar-Regolament (KE) Nru 452/2007 fid-dawl tal-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO intitolat “Messiku - Miżuri anti-dumping definittivi fuq il-Laħam taċ-Ċanga u r-Ross” (AB-2005-6) (6). Dan ir-rapport jistipula fil-paragrafi 305 u 306 li produttur esportatur li ma jinstabx li qed jagħmel dumping f’investigazzjoni oriġinali għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-miżura definittiva imposta bħala riżultat tat-tali investigazzjoni u ma jistax ikun suġġett għal reviżjonijiet amministrattivi u ta’ ċirkustanzi mibdula. |
3. Esklużjoni ta’ Since Harware mill-miżura anti-dumping definittiva imposta mir-Regolament (KE) 452/2007
|
(4) |
Il-kumpanija Since Hardware għandha tiġi eskluża mill-miżura anti-dumping definittiva imposta mir-Regolament (KE) Nru 452/2007 sabiex Since Hardware ma taqax taħt żewġ proċedimenti anti-dumping simultanjament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 452/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 1(2), fit-tabella, għandha titħassar l-entrata li tikkonċerna Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd. u għandha tiġi ssostitwita l-entrata “Il-kumpaniji l-oħra kollha” bl-entrata “Il-kumpaniji l-oħra kollha (minbarra Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou – kodiċi TARIC addizzjonali A784)”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SCHAUVLIEGE
(1) ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.
(2) ĠU L 109, 26.4.2007, p. 12.
(3) ĠU L 84, 31.3.2010, p. 13.
(4) ĠU C 237, 2.10.2009, p. 5.
(5) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(6) WT/DS295/AB/R, 29 ta’ Novembru 2005.
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1242/2010
tal-20 ta' Diċembru 2010
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ fibra sintetika li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni tal-iskadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 11(2) u (5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Il-miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1312/98 tal-24 ta’ Ġunju 1998 (2), il-Kunsill, wara investigazzjoni anti-dumping (“l-investigazzjoni oriġinali”) impona dazji anti-dumping definittivi (“il-miżuri oriġinali”) fuq importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ fibra sintetika li joriġinaw mill-Indja. Il-livelli ta’ dazji imposti kienu ta’ 53 % għal produttur-esportatur Indjan wieħed u ta’ 82 % għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”). |
|
(2) |
Wara reviżjoni tal-iskadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“ir-reviżjoni preċedenti tal-iskadenza”), il-Kunsill żamm dawn il-miżuri permezz tar-Regolament (KE) Nru 1736/2004 tal- 4 ta’ Ottubru 2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ fibra sintetika li joriġinaw mill-Indja (3). |
2. Talba għal reviżjoni
|
(3) |
Tressqet talba għal reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku fl- 4 ta’ Mejju 2009 mill-Kumitat ta’ Kollegament tal-UE għall-Industriji tal-Ispag, Ħbula u Xbiek (Eurocord) (“l-applikant”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ aktar minn 50 % tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ ħbula ta’ fibra sintetika. |
|
(4) |
It-talba saret fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li kienet se tirriżulta f’rikorrenza ta’ dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(5) |
Hekk kif stabbilixxiet, wara li kkonsultat lill-Kumitat ta’ Konsulenza, li kien hemm biżżejjed provi biex tinbeda reviżjoni, il-Kummissjoni ħabbret fis- 7 ta’ Ottubru 2009, permezz ta’ avviż ta’ bidu ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (“l-avviż ta’ bidu”), li kienet se tagħti bidu għal reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
3. Investigazzjoni
3.1. Perjodu ta’ investigazzjoni
|
(6) |
L-investigazzjoni dwar il-probabbiltà li jissokta jew jerġa' jseħħ dumping kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2008 u t-30 ta’ Settembru 2009 (“il-‘perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà li jissokta jew jerġa' jseħħ id-dannu kopra l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u t-tmiem tal-PIR (il-“perjodu kkunsidrat”). |
3.2. Partijiet ikkonċernati minn din l-investigazzjoni
|
(7) |
Il-Kummissjoni tat avviż uffiċjali dwar il-bidu tar-reviżjoni tal-iskadenza lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-esportaturi u lill-produtturi-esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi kif ukoll lil assoċjazzjoni ta’ utenti li kienu magħrufa li kienu kkonċernati. |
|
(8) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fit-termini ta’ skadenza ffissati fl-avviż ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha, li għamlu talba f’dan is-sens u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari biex jinstemgħu, ingħataw seduta. |
4. Kampjunament
|
(9) |
Minħabba li kien jidher li kien hemm numru għoli ta’ produtturi tal-Unjoni u produtturi esportaturi fl-Indja, tqies li kien xieraq, b’mod konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jiġi eżaminat jekk għandhomx jittieħdu kampjuni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li jittieħdu kampjuni u, jekk iva, li jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu jippreżentaw lilhom infushom fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-reviżjoni u jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fl-avviż ta’ bidu. |
|
(10) |
Total ta’ ħames produtturi Indjani, tnejn minnhom mill-istess grupp, ressqu ’l quddiem u pprovdew l-informazzjoni mitluba fit-terminu ta’ skadenza mogħti u esprimew xewqa li jiġu inklużi fil-kampjun. Erba’ minn dawn il-ħames kumpaniji pproduċew u esportaw il-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni matul il-PIR. Il-ħames kumpanija ma esportatx il-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni matul il-PIR. Il-ħames kumpaniji kollha ġew meqjusa bħala kumpaniji li kkooperaw u ġew ikkunsidrati għall-kampjunament. Il-livell ta’ kooperazzjoni mill-Indja, jiġifieri l-perċentwal ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-kumpaniji Indjani li kkooperaw meta mqabbla mal-esportazzjonijiet kollha mill-Indja lejn l-Unjoni ma setax jiġi kkalkulat peress li l-esportazzjonijiet totali tal-Unjoni matul il-PIR irrapportati mill-ħames kumpaniji li kkooperaw kienu sostanzjalment ogħla mill-volum irreġistrat mill-Eurostat għall-esportazzjonijiet kollha mill-Indja, għar-raġunijiet spjegati fid-dettall fil-premessi 21 sa 23. |
|
(11) |
Il-kampjun intgħażel bi qbil mal-awtoritajiet Indjani u inkluda dawk l-erba’ kumpaniji li rrapportaw bejgħ b’esportazzjoni lejn l-Unjoni. Tnejn mill-erba’ kumpaniji li ttieħdu fil-kampjun kienu relatati. Għandu jiġi mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali kkoopera biss produttur-esportatur wieħed u preżentament huwa suġġett għal dazju anti-dumping individwali. Għandu jiġi mfakkar ukoll li fir-reviżjoni preċedenti tal-iskadenza l-ebda wieħed mill-produtturi-esportaturi Indjani ma kkoopera u b’hekk, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. |
|
(12) |
Tmintax-il produttur tal-Unjoni (il-ħmistax-il ilmentatur u tliet produtturi oħrajn, li flimkien jirrappreżentaw 78 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni) ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li ntbagħtet mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ ħames produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw madwar 40 % tal-industrija tal-Unjoni kif iddefinita fil-premessa 40 u madwar nofs il-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni kollha li kkooperaw lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. Il-kampjun intagħżel fuq il-bażi tal-akbar volum ta’ bejgħ rappreżentattiv u tal-kopertura ġeografika tal-produtturi fl-Unjoni li setgħu jiġu investigati b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Wieħed mill-ħames produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun beda jopera matul il-perjodu kkunsidrat, u b’hekk id-dejta tagħhom ma ntużatx fl-analiżi tax-xejriet tal-indikaturi tad-dannu, sabiex jiġi evitat tgħawwiġ f’dawk ix-xejriet. Madankollu ċ-ċifri tal-erba’ produtturi tal-Unjoni l-oħrajn li ttieħdu fil-kampjun u li ntużaw għall-analiżi ta’ dawk ix-xejriet baqgħu rappreżentattivi. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-ħames produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun kif ukoll lill-erba’ produtturi-esportaturi Indjani fil-kampjun. |
|
(14) |
Intbagħtu risposti għall-kwestjonarji mingħand il-ħames produtturi kollha tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun. Mill-erba’ produtturi-esportaturi Indjani u li ttieħdu fil-kampjun, wieħed waqaf jikkoopera waqt li t-tlieta l-oħrajn (li tnejn minnhom huma relatati) wieġbu għall-kwestjonarji fit-termini ta’ skadenza mogħtija. Għal din ir-raġuni, fl-aħħar nett il-kampjun ta’ produtturi-esportaturi Indjani kien jikkonsisti f’dawk it-tliet kumpaniji Indjani li wieġbu għall-kwestjonarju. |
5. Verifika tal-informazzjoni li ntbagħtet
|
(15) |
Il-Kummissjoni talbet u vverifikat l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa sabiex tiddetermina l-issoktar jew il-probabbiltà li jerġgħu jseħħu dumping u dannu għall-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: |
5.1. Produtturi-esportaturi fl-Indja
|
— |
Axiom Imex International Ltd., Boisar, |
|
— |
Tufropes Private Limited, Silvassa, |
|
— |
India Nets, Indore; |
5.2. Produtturi tal-Unjoni
|
— |
Cordoaria Oliveira SÁ (Portugal), |
|
— |
Eurorope SA (Greece), |
|
— |
Lanex A.S. (ir-Repubblika Ċeka), |
|
— |
Lankhorst Euronete Ropes (il-Portugall), |
|
— |
Teufelberger Ges.m.b.H. (l-Awstrija). |
B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
|
(16) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u huwa ddefinit skont kif ġej: spag, irbit, ħbula u kejbils, kemm jekk immaljati jew mibruma u kemm jekk le, u kemm jekk mimlija, miksija, mgħottija jew imlibbsa bil-lastku jew plastik, tal-polietilene jew polipropilene, u kemm jekk le, minbarra ħajt mibrum tat-tip binder u baler, b’kejl ta’ aktar minn 50 000 decitex (5 g/m), kif ukoll ta’ fibri sintetiċi oħrajn tan-najlon jew poliamidi oħrajn jew ta’ poliesters, b’kejl ta’ aktar minn 50 000 decitex (5 g/m). Dan bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 5607 49 11 , 5607 49 19 , 5607 50 11 u 5607 50 19 . Il-prodott ikkonċernat jintuża għal varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet marittimi u industrijali, b’mod partikolari għat-tbaħħir (speċjalment għal skopijiet ta’ rmiġġar), u fl-industrija tas-sajd. |
|
(17) |
Parti interessata waħda stqarret li l-ħbula ta’ rmiġġ imsemmija hawn fuq ma jaqgħux fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat billi, minħabba fil-ġonot (iċċumbar) marbuta ma’ dawn il-ħbula, prodotti bħal dawn għandhom ikunu ddikjarati bħala “oġġetti ta’ ħbula” li jappartjenu lil kodiċi ieħor tan-NM (ara wkoll fil-premessa 23). Għandha tinġibed l-attenzjoni, madankollu, li r-referenza għall-ħbula ta’ rmiġġ qed issir biss fil-kuntest tal-applikazzjonijiet tat-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat li huma kollha ddefiniti bħala ħbula ta’ fibra sintetika kif stipulat fil-premessa 16. |
2. Il-prodott simili
|
(18) |
Kif muri fl-investigazzjoni oriġinali, u kif ikkonfermat f’din l-investigazzjoni, il-prodott ikkonċernat u l-ħbula ta’ fibra sintetika prodotti u mibjugħa mill-produtturi-esportaturi Indjani fis-suq domestiku tagħhom, kif ukoll dawk prodotti u mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni huma identiċi f’kull aspett u għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi. Għalhekk, jitqiesu li huma simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(19) |
Parti interessata waħda asserixxiet li l-prodott immanifatturat mill-industrija tal-Unjoni mhuwiex kumparabbli mal-prodott ikkonċernat peress li l-produtturi tal-Unjoni kienu bdew jużaw tip ġdid ta’ materja prima magħrufa bħala Dyneema, li hija ħafna aktar għalja minn materja prima oħra peress li l-prodotti bbażati fuqha għandhom resistenza li hi ħafna aħjar. Tabilħaqq il-produtturi Indjani li ttieħdu fil-kampjun mhumiex qed jużaw dan it-tip ta’ materja prima. Madankollu, huwa ta’ min jinnota l-ewwelnett li l-prodotti inkwistjoni jirrappreżentaw biss parti żgħira tal-prodotti mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni. Tabilħaqq, għalkemm huwa korrett li dan it-tip ta’ fibra dejjem aktar qed jintuża minn uħud mill-produtturi tal-Unjoni, il-ħbula Dyneema jgħoddu biss għal frazzjoni żgħira mill-produzzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, waqt li d-differenza sinifikanti fl-ispiża tal-materja prima (potenzjalment madwar 25-30 darba aktar għalja) jista' jkollha xi impatt notevolment fuq l-indikatur tad-dannu li jikkonċerna l-prezz medju ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, l-impatt tal-ħbula Dyneema fuq l-evalwazzjoni globali jibqa' limitat minħabba fil-kwantità immensa ta’ ħbula “standard” prodotti fl-Unjoni. It-tieni, il-kalkoli kollha ta’ din ir-reviżjoni ta’ skadenza kienu msejsa fuq il-paragun tat-tipi ta’ prodotti korrispondenti, li jikkunsidra l-materja prima differentii Għalhekk il-kalkoli ma jistgħux jitgħawwġu minħabba f' differenza fit-taħlita tal-prodott. Fi kwalunkwe każ, il-prodott li juża' l-materja prima bħad-Dyneema, xorta waħda għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bħal tal-prodott ikkonċernat. It-talba, għalhekk, ma ntlaqgħetx. |
C. IL-PROBABBILTÀ LI D-DUMPING JISSOKTA JEW JERĠA’ JSEĦĦ
|
(20) |
B’mod konformi mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx probabbli li d-dumping jissokta jew jerġa’ jseħħ jekk possibbilment jiskadu l-miżuri fis-seħħ kontra l-Indja. |
1. Il-volum tal-importazzjonijiet
|
(21) |
Fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat, il-volum ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja kien insinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-PIR, il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indja kien ta’ 31 tunnellata, jiġifieri inqas minn 0,1 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR:
|
|||||||||||||||
|
(22) |
Madankollu, skont id-dejta vverifikata, it-tliet kumpaniji inklużi fil-kampjun bagħtu volumi sostanzjalment ogħla tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PIR mill-volumi rrapportati fl-Eurostat. F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, l-importaturi pprovdew informazzjoni li turi li xi wħud mill-kwantitajiet tal-prodott ikkonċernat mixtrija mill-Indja ma kinux ġew irrilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq tal-Unjoni iżda tpoġġew f’magazzini taħt kontroll doganali u nbigħu lil bastimenti li jbaħħru fl-oċeani jew lil pjattaformi offshore. Produttur ilmentatur wieħed tenna dan l-argument fl-investigazzjoni preżenti. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-kummerċjanti tal-port fl-investigazzjoni, din l-allegazzjoni ma setgħetx tiġi vverifikata. Madankollu, fuq il-bażi tal-lista ta’ klijenti sottomessa mill-produtturi-esportaturi li ttieħdu bħala kampjun, kien evidenti li l-biċċa l-kbira tal-klijenti kienu tabilħaqq fornituri tat-tbaħħir, marittimi u offshore fil-portijiet tal-Unjoni. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, jidher li d-differenza bejn id-dejta tal-istatistika u ċ-ċifri rrapportati hija minħabba f'bejgħ bħal dan. |
|
(23) |
Għandu jissemma wkoll li t-talba għal reviżjoni tal-iskadenza kienet tinkludi allegazzjonijiet dwar prattika ta’ elużjoni. F’dan ir-rigward, l-applikant allega li ċerti volumi ta’ ħbula ta’ fibra sintetika mill-Indja daħlu fl-Unjoni taħt l-intestatura NM 5609 (Oġġetti ta’ […] spag, irbit, ħbula jew kejbils) li mhijiex suġġetta għal miżuri. Madankollu, l-ebda informazzjoni ma nstabet f’din l-investigazzjoni biex tappoġġa din il-fehma. |
|
(24) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa kkunsidrat li 31 tunnellata tal-prodott ikkonċernat ġew attwalment importati mill-Indja fit-territorju doganali tal-Unjoni fil-PIR. Fir-rigward tal-bejgħ ivverifikat tal-esportazzjonijiet lejn il-portijiet tal-Unjoni, li ma kinux ġew irrilaxxati f’ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq tal-Unjoni mit-tliet produtturi Indjani li ttieħdu fil-kampjun, dan il-bejgħ tqies bħala parti mill-esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħra. |
|
(25) |
Minħabba n-nuqqas ta’ volumi ta’ importazzjoni sinifikanti mill-Indja lejn l-Unjoni, dawn ma fformawx bażi għal analiżi rappreżentattiva għall-probabbiltà li se jissokta d-dumping jew id-dannu. Tabilħaqq fid-dawl ta’ volumi ta’ importazzjoni attwali daqshekk limitati, wieħed ma jistax jikkonkludi li kien jeżisti dumping dannuż mill-Indja matul il-PIR. Għalhekk, l-analiżi ffukat fuq il-probabbiltà li d-dumping u d-dannu jerġgħu jseħħu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
2. Żvilupp probabbli tal-importazzjonijiet jekk il-miżuri jitneħħew
2.1. Il-kapaċità ta’ produzzjoni
|
(26) |
Ġie eżaminat jekk hemmx kapaċità ta’ produzzjoni mhux użata fil-pajjiż ikkonċernat li tista’ toħloq potenzjal li l-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jerġgħu jissoktaw f’każ li jitneħħew il-miżuri. |
|
(27) |
Instab li l-kapaċità ta’ produzzjoni tat-tliet produtturi-esportaturi li ttieħdu fil-kampjun żdiedet b’mod nett bejn l-2007 u l-PIR waqt li l-użu tal-kapaċità naqset fl-istess ħin. Il-kapaċitajiet liberi tat-tliet kumpaniji kienu ta’ madwar 75 % tal-konsum tal-Unjoni fil-PIR. Dan jindika li aktarx ikun hemm żieda fil-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(28) |
Meta jitqiesu l-produtturi l-oħrajn tal-ħbula ta’ fibra sintetika fl-Indja, huwa magħruf li Garware, il-kumpanija li waqfet tikkoopera wara l-fażi tat-teħid tal-kampjuni, hija produttur importanti u, skont il-websajt uffiċjali tagħha, għandha kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti. Flimkien ma’ dan, it-talba għar-reviżjoni tal-iskadenza telenka erba' produtturi Indjani kbar oħra. Hemm ukoll bosta produtturi Indjani ta’ daqs medju u żgħir li kellhom bejgħ prinċipalment domestiku. Fl-assenza tal-kooperazzjoni minn dawn il-produtturi Indjani, il-kapaċità ta’ produzjoni tagħhom mhijiex magħrufa, iżda wieħed jista' jassumi li x-xejra tal-kumpaniji li jikkooperaw hija komparabbli u għalhekk dawn il-produtturi għandhom aktar kapaċità libera. |
|
(29) |
Wara l-iżvelar tal-konklużjonijiet, il-produtturi Indjani kollha li ttieħdu fil-kampjun sfidaw id-dejta relatata mal-kapaċità libera aggregata tagħhom. Madankollu, din id-dejta attwalment kienet ġiet rappurtata mill-kumpaniji nfushom u kienet ġiet verifikata permezz ta’ investigazzjonijiet fuq il-post għal kull waħda minnhom. Għalhekk dawn it-talbiet ma ntlaqgħux. |
2.2. Il-volumi tal-bejgħ lill-portijiet tal-Unjoni u lil swieq oħra tal-esportazzjoni
|
(30) |
Il-volum tal-bejgħ ta’ esportazzjoni tat-tliet produtturi li ttieħdu fil-kampjun lejn pajjiżi terzi oħrajn, inklużi bejgħ fil-portijiet tal-Unjoni li ma jidħolx fit-territorju doganali tal-Unjoni, huwa sinifikanti u żdied b’madwar 80 % matul il-perjodu kkunsidrat, u jirrappreżenta kważi nofs il-bejgħ totali tal-produtturi li esportaw matul il-PIR. |
|
(31) |
L-importazzjonijiet attwali lejn l-Unjoni prattikament waqfu wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali. Madankollu, għandu jiġi osservat li l-volum ta’ bejgħ b’esportazzjoni tal-produtturi li ttieħdu fil-kampjun lejn portijiet tal-Unjoni żdied b’mod konsiderevoli fil-perjodu kkunsidrat, minn 61 sa 785 tunnellata. Peress li l-bejgħ attwali b’importazzjoni lejn l-Unjoni isir parzjalment permezz tal-istess kanali ta’ bejgħ bħall-prodotti mibjugħa fil-portijiet tal-Unjoni, din il-preżenza dejjem akbar fuq l-għatba tas-suq tal-Unjoni tista’ tindika li, fin-nuqqas ta’ miżuri, il-produtturi Indjani li ttieħdu fil-kampjun – u forsi oħrajn ukoll – jistgħu jibdew ibiegħu kwantitajiet sostanzjali tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni f’perjodu ta’ żmien qasir. |
|
(32) |
Fid-dawl tal-orjentament tal-esportazzjoni msemmi hawn fuq tal-produtturi Indjani kif ukoll il-preżenza tagħhom li dejjem qed tikber fil-portijiet tal-Unjoni, jista' jiġi konkluż li huwa ferm probabbli li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu l-kwantitajiet ta’ esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni jiżdiedu b'mod sinifikanti. |
|
(33) |
Wara l-iżvelar tal-konklużjonijiet tar-reviżjoni, produttur Indjan ġibed l-attenzjoni li l-esportazzjonijiet mill-Indja huma ddiversifikati sew madwar id-dinja, fost swieq b'potenzjal ta’ tkabbir, għalhekk l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ma jerġgħux jibdew fi kwantitajiet sostanzjali fin-nuqqas tal-miżuri. Qed jiġi rikonoxxut li xi produtturi Indjani għandhom mnejn iddeversifikaw il-bejgħ ta’ esportazzjonijiet lejn swieq differenti; madankollu, dan ma jistax jitqies bħala biżżejjed biex ibiddel il-konklużjonijiet li ttieħdu fuq il-bażi tal-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq. |
2.3. Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-valur normali
|
(34) |
Sar kalkolu indikattiv tad-dumping fuq il-bażi tal-bejgħ ivverifikat lill-portijiet tal-Unjoni tat-tliet produtturi-esportaturi li ttieħdu fil-kampjun, li, għalkemm tqiesu bħala parti mill-bejgħ b'esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn, jipprovdu indikazzjoni tajba għal prezzijiet potenzjali ta’ ħbula ta’ fibra sintetika mill-Indja fin-nuqqas ta’ dazji. Il-valuri normali kienu bbażati fuq il-prezzijiet domestiċi fis-suq Indjan. Fuq il-bażi ta’ dawn il-figuri, id-dumping kien stabbilit għal tnejn mit-tliet produtturi Indjani li ttieħdu fil-kampjun. Il-marġni tad-dumping instabu li bħala medja kienu ta’ 10 % li jistgħu jitqiesu bħala sinifikanti għalkemm ħafna aktar baxxi minn dawk stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(35) |
Tqabbil tal-prezzijiet miksuba mit-tliet produtturi-esportaturi li ttieħdu fil-kampjun fis-swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn (exkluż il-bejgħ fil-portijiet tal-Unjoni) mal-prezzijiet domestiċi tagħhom wera riżultat simili għalkemm il-marġni tad-dumping stabbiliti fuq din il-bażi kienu aktar baxxi. |
|
(36) |
Wara l-iżvelar tal-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni, produttur Indjan wieħed stqarr li ma nstab l-ebda dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni. Madankollu, ma kien hemm kważi l-ebda importazzjoni attwali. Flimkien ma’ dan, ġie stabbilit id-dumping kemm fil-bejgħ lill-portijiet tal-Unjoni kif ukoll fil-bejgħ lil pajjiżi terzi. Għalhekk din it-talba ma ntlaqgħetx. |
|
(37) |
Parti interessata oħra stqarret li l-marġnijiet ta’ dumping stabbiliti permezz ta’ din ir-reviżjoni ma jistgħux jitqiesu bħala sinfikanti meta mqabbla mal-livelli ta’ dazju eżistenti, minħabba fid-differenza sinfikanti fil-prezz tax-xogħol bejn l-Unjoni u l-Asja. Għandu jiġi osservat madankollu, li l-prezzijiet tax-xogħol fl-Unjoni mhumiex rilevanti għall-kalkolu tal-marġni ta’ dumping. |
3. Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà li jerġa’ jseħħ dumping
|
(38) |
Fuq il-bażi tal-analiżi li saret hawn fuq, il-konklużjoni hija li l-produtturi-esportaturi għandhom potenzjal ta’ produzzjoni enormi biex jerġgħu jibdew jesportaw lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Rigward il-prezzijiet, żewġ produtturi li ttieħdu fil-kampjun instabu li qed ibiegħu lil pajjiżi terzi oħrajn bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, meta titqies ukoll Garware li waqfet tikkoopera, hemm ħames produtturi-esportaturi kbar oħrajn elenkati fl-ilment li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, jistgħu jiġu preżunti li x-xejra tal-kumpaniji li nstabu li jbiegħu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping lil pajjiżi terzi oħrajn. |
|
(39) |
L-indikazzjoni li produtturi-esportaturi Indjani jżommu interess strateġiku fis-suq tal-Unjoni, kif jirriżulta mill-volumi tagħhom li dejjem jikber ta’ bejgħ b’esportazzjoni lil portijiet tal-Unjoni, flimkien mal-kapaċità libera enormi tagħhom jagħmluha probabbli li huma jerġgħu jibdew jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jintemmu. Meta titqies l-imġieba fil-prezzijiet tal-esportaturi Indjani fi swieq ta’ pajjiżi terzi, huwa ferm probabbli li jekk l-esportazzjonijiet jerġgħu jibdew, dawn isiru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għaldaqstant huwa konkluż li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal rikorrenza tad-dumping. |
D. DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
|
(40) |
Il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. In-numru ta’ produtturi tal-Unjoni jista’ jiġi stmat għal madwar erbgħin. |
|
(41) |
Il-ħmistax-il produttur tal-Unjoni li f’isimhom ġiet ippreżentata t-talba għar-reviżjoni tal-iskadenza mill-assoċjazzjoni li għamlet l-ilment, u tliet produtturi oħrajn tal-Unjoni ssottomettew informazzjoni għall-għażla tal-kampjun mitlub fl-avviż ta’ bidu. Kif imsemmi fil-premessa 12 iktar ’il fuq, kampjun ta’ ħames produtturi, li jirrappreżentaw madwar 40 % tal-industrija tal-Unjoni, ġew investigati fid-dettall. Il-kampjun ikkonsista f’dawn il-kumpaniji:
|
|
(42) |
Kif diġà ntqal fil-premessa 12, it-tmintax-il produttur tal-Unjoni li kkooperaw irrappreżentaw 78 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR. |
E. IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI
1. Il-konsum fis-suq tal-Unjoni
|
(43) |
Il-konsum fl-Unjoni ta’ ħbula ta’ fibra sintetika ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (inkluż il-bejgħ minn produtturi tal-Unjoni li ma jikkooperawx kif stmat mill-assoċjazzjoni li għamlet l-ilment) flimkien mal-importazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni, kif ibbażati fuq Eurostat. |
|
(44) |
Fuq il-bażi mogħtija hawn fuq jista’ jiġi stabbilit li matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum fl-Unjoni naqas b’7 %. B’mod partikolari, wara li żdied b’16 % bejn l-2006 u l-2007, il-konsum naqas b’20 % bejn l-2007 u l-PIR.
|
||||||||||||||||||||
2. Importazzjonijiet mill-Indja
|
(45) |
Kif issemma fil-premessa 21, l-importazzjonijiet attwali mill-Indja lejn l-Unjoni kienu negliġibbli matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-miżuri anti-dumping effettivi fis-seħħ. |
|
(46) |
Madankollu, kif spjegat fil-premessa 22, hemm preżenza li dejjem qed tikber ta’ produtturi Indjani fuq l-għatba tas-suq tal-Unjoni, permezz ta’ bejgħ b’esportazzjoni lejn il-portijiet tal-UE li mhumiex qed jiġu suġġetti għall-approvazzjoni doganali u li b’hekk huma ħielsa mill-imsemmija dazji anti-dumping. |
3. Prezzijiet u volum ta’ esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn
|
(47) |
Peress li l-importazzjonijiet attwali mill-Indja lejn l-Unjoni kienu negliġibbli, sar tqabbil bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn (inklużi l-esportazzjonijiet mibjugħa lil portijiet tal-Unjoni mhux suġġetti għad-dazji anti-dumping) u prezzijiet ta’ bejgħ tal-Unjoni li saru mill-produtturi tal-industrija tal-Unjoni li ttieħdu bħala kampjun. |
|
(48) |
Fuq din il-bażi ġie stabbilit li l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn saru bi prezzijiet ta’ bejgħ li kienu sostanzjalment orħos minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Id-differenza fil-prezz stabbilita b’dan il-mod laħqet il-livell ta’ 46 % u bħala medja ammontat għal 18 %. |
|
(49) |
Il-valur tal-bejgħ b’esportazzjoni mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn żdied b’aktar minn 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dak il-bejgħ irrappreżenta kważi nofs il-fatturat totali tal-produtturi-esportaturi Indjani u li ttieħdu fil-kampjun matul il-PIR. |
4. Importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn
|
(50) |
Minkejja t-tnaqqis fil-konsum b’7 % fis-suq tal-Unjoni, il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żdied matul il-perjodu kkunsidrat bi 18 %. B’hekk is-sehem mis-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 17 % għal 22 %. |
|
(51) |
Għandu jiġi osservat li l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) żdiedu b’46 % matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqu sehem mis-suq ta’ 8,6 % (’il fuq minn 5,5 % fl-2006). Għalkemm ma jistax isir tqabbil preċiż peress li d-dejta tal-Eurostat hija ta’ natura ġenerika u ma tispeċifikax it-tip ta’ prodott, jidher li l-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni huwa sostanzjalment ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ b'esportazzjoni mill-Indja. Barra minn hekk, il-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jidher li huwa konformi mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(52) |
L-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”) lejn l-Unjoni kellhom sehem mis-suq li kostantament baqa’ madwar il-livell ta’ 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, il-volum ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas b’6 % b’mod parallel mat-tnaqqis fil-konsum. |
|
(53) |
L-importazzjonijiet minn kwalunkwe pajjiż terz ieħor irrappreżentaw inqas minn 2 % tas-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni tal-ħbula ta’ fibra sintetika matul il-PIR. |
5. Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.1. Rimarki preliminari
|
(54) |
L-indikazzjonijiet kollha ta’ dannu elenkati fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku ġew analizzati. Fir-rigward tal-indikaturi dwar il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni, dawn ġew analizzati fuq il-bażi tad-dejta miġbura għall-produtturi kollha tal-Unjoni, jiġifieri, l-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward tal-indikaturi tad-dannu l-oħrajn kollha, l-eżami tagħhom kien ibbażat fuq l-informazzjoni sottomessa mill-produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun kif ivverifikat fil-bini ta’ kull kumpanija msemmija fil-premessa 15. Kif diġà ntqal fil-premessa 12 iktar ’il fuq, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni beda jopera matul il-perjodu kkunsidrat, u b’hekk id-dejta tagħhom ma ntużatx fl-analiżi tax-xejriet tal-indikaturi tad-dannu, sabiex jiġi evitat tgħawwiġ f’dawk ix-xejriet. |
5.2. Volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni
|
(55) |
Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sostanzjali bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kif diġà ntqal fil-premessa 44 iktar ’il fuq, il-konsum tal-Unjoni żdied b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat, bi tnaqqis partikolarment qawwi li beda mis-sena 2007. Għandu jiġi enfasizzat li l-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’pass aktar rapidu minn dik tat-tnaqqis fil-konsum:
|
||||||||||||||||||||
5.3. Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni
|
(56) |
L-iżviluppi ppreżentati fil-premessa preċedenti u fit-tabella ta’ hawn fuq irriżultaw f’telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2006 u l-PIR. It-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien kontinwu, bin-nuqqas jammonta għal 4,6 punt perċentwali:
|
||||||||||||||||||||
|
(57) |
Għandu jiġi osservat li t-telf imsemmi hawn fuq tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien fil-biċċa l-kbira dovut għas-sehem akbar mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (ara l-premessa 50). |
5.4. Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(58) |
B'mod parallel mal-iżvilupp fil-volumi tal-bejgħ, il-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun waqa’ b’rata kumparabbli, bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet b’5 % matul l-istess perjodu. Din wasslet għal tnaqqis ta’ 20 % fl-użu tal-kapaċità bejn l-2008 u l-PIR:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5.5. Stokks
|
(59) |
Rigward l-istokks, b’mod ġenerali l-produtturi ta’ ħbula ta’ fibra sintetika jżommu l-livelli tal-istokks tagħhom f’livell pjuttost baxx peress li l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni ssir fuq talba. Jista’ jiġi osservat li matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm tnaqqis fl-istokks medji, b’mod partikolari fil-PIR, li kien dovut l-aktar għat-tnaqqis fil-manifattura ta’ ħbula ta’ fibra sintetika.
|
||||||||||||||||||||
5.6. Prezzijiet tal-bejgħ
|
(60) |
Il-prezzijiet medji tal-prodott simili mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni meħuda fil-kampjun żdiedu sa ċertu grad matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari bejn l-2007 u l-PIR:
|
||||||||||||||||||||
|
(61) |
Għandu jiġi osservat, madankollu, li l-prezz tal-bejgħ ’il fuq mill-medja huwa kkalkulat fuq il-bażi tat-tipi kollha ta’ prodotti inklużi ħbula ta’ fibra sintetika tal-ogħla valur, pereżempju ħbula ta’ fibra sintetika bbażati fuq materja prima magħrufa bħala Dyneema. Il-varjazzjoni fil-prezz fost dawn it-tipi ta’ prodotti differenti hija tabilħaqq kbira (ara l-premessa 19). F’dawn l-aħħar snin, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-manifattura ta’ prodotti ta’ valur ogħla biex b’hekk dawk il-ħbula ta’ fibra sintetika jirrappreżentaw sehem dejjem akbar fi ħdan it-taħlita ta’ prodotti tagħha. Dawn il-bidliet reċenti fit-taħlita ta’ prodotti huma waħda mir-raġunijiet għaż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-unità medja tal-industrija tal-Unjoni. |
5.7. Profitabbiltà
|
(62) |
Bis-saħħa, minn naħa waħda, tal-miżuri effettivi fis-seħħ, u min-naħa l-oħra tad-diversifikazzjoni fit-taħlita tal-prodotti tagħhom, il-produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun kienu kapaċi jżommu livell stabbli u b’saħħtu ta’ profitabbiltà matul il-perjodu kkunsidrat:
|
||||||||||||||||||||
5.8. Investimenti u abbiltà li jinġabar il-kapital
|
(63) |
L-investimenti kienu f’livelli relattivament għoljin fl-2006 u 2007, u sussegwentement waqgħu għal nofs l-ammont preċedenti. Matul il-PIR prattikament ma sar l-ebda investiment.
|
||||||||||||||||||||
5.9. Redditu fuq l-investimenti
|
(64) |
B’mod parallel mat-tendenza ta’ profitabbiltà stabbli, ir-redditu fuq l-investimenti żdied ukoll matul il-perjodu kkunsidrat.
|
||||||||||||||||||||
5.10. Fluss ta’ flus
|
(65) |
Il-fluss ta’ flus tal-produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun baqa’ f’livelli relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat:
|
||||||||||||||||||||
5.11. Impjiegi, produttività u spejjeż tax-xogħol
|
(66) |
Il-qagħda tal-impjiegi tal-produtturi tal-Unjoni li ttieħdu fil-kampjun kienet qed tiżviluppa b’mod pożittiv bejn l-2006 u l-2008. Madankollu, mill-2008 sal-PIR kien hemm tnaqqis fl-impjiegi minħabba t-tnaqqis fid-domanda fis-suq. It-tnaqqis fid-domanda, li rriżulta fi tnaqqis fil-produzzjoni, wassal ukoll għal tnaqqis fil-produttività bejn l-2008 u l-PIR. Fir-rigward tal-ispejjeż annwali tax-xogħol għal kull impjegat, dawn żdiedu sal-2008, segwiti bi tnaqqis żgħir matul il-PIR.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5.12. Tkabbir
|
(67) |
Bejn l-2006 u l-PIR, waqt li l-konsum tal-Unjoni naqas b’7 % (ara l-premessa 44), il-volum tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 %, u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’6 punti perċentwali (ara l-premessi 55 u 56). Min-naħa l-oħra, waqt li l-volum ta’ importazzjonijiet attwali mill-Indja baqa’ negliġibbli minħabba l-miżuri fis-seħħ, il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn żdied bi 18 % (l-aktar minħabba importazzjonijiet mir-RPĊ), biex b’hekk kiseb 5 punti perċentwali tas-sehem mis-suq (ara l-premessa 50). Qed jiġi għalhekk konkluż li l-industrija tal-Unjoni kienet aktar affettwata mit-tnaqqis fil-konsum u b’hekk esperjenzat tnaqqis aktar sostanzjali fil-volum tal-bejgħ mill-protagonisti l-oħrajn fis-suq. |
5.13. Id-daqs tal-marġni tad-dumping
|
(68) |
Minħabba l-fatt li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja matul il-PIR kienu negliġibbli, l-ebda marġni ta’ dumping ma seta’ jiġi stabbilit għal importazzjonijiet attwali mill-Indja. Għandu jiġi osservat madankollu, li l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn il-portijiet tal-Unjoni, mhux suġġetti għall-approvazzjoni doganali, żdiedu b’mod sostanzjali u parti minn dak il-bejgħ instab li sar bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
5.14. Irkupru minn dumping fil-passat
|
(69) |
Ġie analizzat jekk l-industrija tal-Unjoni għadhiex fil-proċess li tirkupra mill-effetti ta’ dumping fil-passat. Ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni kien diġà rnexxielha tirkupra sew minn tali effetti peress li miżuri anti-dumping effettivi kien ilhom fis-seħħ għal perjodu ta’ żmien twil. |
5.15. Il-konklużjoni dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni
|
(70) |
Bis-saħħa tal-fatt li kien hemm fis-seħħ dazji effettivi anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ħbula ta’ fibra sintetika li joriġinaw mill-Indja, l-industrija tal-Unjoni tidher li rnexxielha tirkupra sew mill-effetti ta’ dumping dannuż fil-passat. |
|
(71) |
Madankollu ma jistax jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni tinsab f’qagħda soda. Għalkemm ċerti indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni – b’mod partikolari l-profitabbiltà, ir-redditu fuq l-investimenti u l-fluss tal-flus – donnhom juru stampa relattivament stabbli, indikaturi tad-dannu oħrajn – b’mod partikolari l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità kif ukoll l-investimenti – jindikaw biċ-ċar li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha f’qagħda pjuttost fraġli fit-tmiem tal-PIR. Wara l-iżvelar tal-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni, produttur Indjan wieħed allega li l-industrija tal-Unjoni ma sofriet l-ebda dannu matul il-PIR. F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li ma ntqalx li l-industrija tal-Unjoni kienet qed issofri minn dannu materjali matul il-PIR. Minflok, il-konklużjoni li nġibdet fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tar-reviżjoni kienet li xi wħud mill-indikaturi kienu juru stampa stabbli filwaqt li kien hemm xi sinjali ta’ dannu fir-rigward ta’ indikaturi oħra. |
|
(72) |
Xi partijiet sqarrew li x-xejriet negattivi ta’ wħud mill-indikaturi ta’ dannu mhumiex ikkawżati mill-importazzjonijiet mill-Indja iżda huma kkawżati mill-kriżi ekonomika globali u ż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-iżvilupp negattiv ta’ ċerti indikaturi ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet mill-Indja li huma kważi ineżistenti. Barra dan, iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina ġiet eżaminata u ma kellhiex impatt fuq l-analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping dannuż. |
|
(73) |
Fir-rigward tal-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni b’mod ġenerali, għandu jiġi osservat li l-introduzzjoni gradwali ta’ diversi prodotti ta’ valur għoli fis-suq – kemm fl-Unjoni kif ukoll fis-swieq ta’ pajjiżi terzi – tidher li tpoġġi l-kompetittività fit-tul tal-industrija tal-Unjoni f’perspettiva pożittiva, meta jitqies li n-numru ta’ produtturi li jimmanifatturaw tali ħbula ta’ fibra sintetika ta’ kwalità għolja huwa limitat fil-preżent fis-suq globali. |
F. PROBABBILTÀ LI D-DANNU JERĠA’ JSEĦĦ
|
(74) |
Kif imsemmi fil-premessa 25, minħabba l-volum negliġibbli ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja matul il-PIR, l-analiżi ffukat fuq il-probabbiltà li d-dumping u d-dannu jerġgħu jseħħu. |
|
(75) |
Kif diġà ġie spjegat fil-premessi 26 sa 28, il-produtturi-esportaturi Indjani għandhom kapaċitajiet liberi enormi għad-dispożizzjoni tagħhom. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi 30 sa 32, il-produtturi Indjani għandhom orjentament b’saħħtu u inċentiv biex ibiegħu l-prodotti tagħhom f’volumi kbar fis-swieq tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa 31, il-produtturi Indjani għandhom preżenza b’saħħitha li qiegħda dejjem tiżdied fil-portijiet tal-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet jista’ jiġi konkluż li hemm probabbiltà kbira li l-importazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni jilħqu kwantitajiet sinifikanti f’perjodu ta’ żmien qasir jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(76) |
Kif intqal fil-premessi 34 u 35, fin-nuqqas ta’ miżuri, l-importazzjonijiet mill-Indja aktarx li jerġgħu jissoktaw bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessi 47 u 48, instab ukoll li l-fatt li l-prezz tal-bejgħ tal-produtturi Indjani huma bħala medja 18 % irħas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni (u din id-differenza fil-prezz tista’ tilħaq il-livell ta’ 46 %) donnu jindika li fin-nuqqas ta’ miżuri, il-produtturi Indjani aktarx li jesportaw il-prodott ikkonċerat lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet konsiderevolment irħas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri aktarx li jwaqqgħu l-prezz għal livell ferm taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(77) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li fin-nuqqas ta’ miżuri, huwa wisq probabbli li l-importazzjonijiet mill-Indja tal-prodott ikkonċernat jerġgħu jissoktaw fi kwantitajiet sostanzjali u bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet b’mod konsiderevoli taħt dawk tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(78) |
Minħabba l-qagħda relattivament fraġli tal-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-premessi 71 u 72, rikorrenza potenzjalment massiva ta’ importazzjonijiet mill-Indja li jkunu l-oġġett ta’ dumping bi twaqqigħ tal-prezzijiet taħt dawk fl-Unjoni aktarx li jkollha impatt dannuż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. B’mod partikolari, jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jerġgħu jissoktaw fuq skala mdaqqsa, dan aktarx li jwassal għal telf ulterjuri tas-sehem mis-suq u tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, bil-konsegwenza li jkun hemm tnaqqis fil-manifattura u fl-impjiegi. Dan, flimkien ma’ pressjoni sostanzjali fil-prezzijiet minħabba importazzjonijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet taħt il-livelli tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, iwasslu għal deterjorament rapidu u serju tal-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(79) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa konkluż li f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, ikun hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu mill-importazzjoni mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat mill-Indja li huwa l-oġġett ta’ dumping. |
G. L-INTERESS TAL-UNJONI
1. Rimarki preliminari
|
(80) |
B’mod konformi mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni fit-totalità tagħha. |
|
(81) |
Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi kollha involuti, jiġifieri dawk tal-industrija, tal-importaturi, tal-kummerċjanti, tal-bejjiegħa bl-ingrossa u tal-utenti industrijali tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. |
|
(82) |
Għandu jiġi mfakkar li, fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma kinitx meqjusa li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, din l-investigazzjoni hija reviżjoni tal-iskadenza, u b’hekk tanalizza sitwazzjoni fejn miżuri anti-dumping ikunu fis-seħħ. |
|
(83) |
Fuq din il-bażi ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu, jeżistux raġunijiet kostrinġenti li jwasslu għall-konklużjoni, f’dan il-każ partikolari, li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri. |
2. L-interessi tal-industrija tal-Unjoni
|
(84) |
Kif diġà ssemma fil-premessi 56 u 73, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżomm sehem mis-suq sostanzjali għalkemm dejjem iżgħar waqt li tiddiversifika t-taħlita ta’ prodotti tagħha billi introduċi ħbula ta’ fibra sintetika ta’ kwalità ogħla. Għalhekk jista’ jitqies li l-industrija tal-Unjoni baqgħet strutturalment vijabbli. |
|
(85) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mogħtija fil-premessi 70 sa 72, u skont l-argumenti dwar l-analiżi tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kif spjegat fil-premessi 74 sa 79, jista’ jitqies ukoll li l-industrija tal-Unjoni aktarx li tesperjenza deterjorament serju fil-qagħda finanzjarja tagħha f’każ li d-dazji anti-dumping jitħallew jiskadu, u dan iwassal għal rikorrenza tad-dannu materjali. |
|
(86) |
Tabilħaqq, meta jitqiesu l-volumi mistennija u l-prezzijiet mistennija tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja, l-industrija tal-Unjoni tkun qed titpoġġa f’riskju serju. Kif ġie spjegat fil-premessa 78, importazzjonijiet bħal dawn iwasslu għal tnaqqis ulterjuri fis-sehem mis-suq, il-volum tal-bejgħ u l-impjiegi tagħha, u jbaxxu wkoll il-prezzijiet tagħha biex eventwalment ikun hemm deterjorament tal-profitabbiltà tagħha, b’mod simili għal-livelli negattivi misjuba fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(87) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni kuntrarja, huwa konkluż li ż-żamma tal-miżuri eżistenti ma tmurx kontra l-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
3. L-interess ta’ importaturi/kummerċjanti mhux relatati
|
(88) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil għaxar importaturi/kummerċjanti mhux relatati. Waħda biss minn dawk il-kumpaniji wieġbet, u esprimiet l-oġġezzjoni tagħha għall-każ. Madankollu, peress li l-kumpanija hija relatata ma’ produttur Indjan ta’ ħbula ta’ fibra sintetika, ma tistax titqies bħala importatur mhux relatat. Peress li l-kumpanija hija importatur relatat, l-interess tagħha huwa intrinsikament marbut mal-interess tal-produttur Indjan relatat magħha. |
|
(89) |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa konkluż li ma jidher li hemm l-ebda raġuni kostrinġenti li tindika li l-kontinwazzjoni ta’ miżuri se taffettwa b’mod negattiv sa grad għoli l-importaturi/kummerċjanti mhux relatati kkonċernati. |
4. L-interess tal-utenti
|
(90) |
Il-Kummissjoni bagħtet ittra lil assoċjazzjoni industrijali waħda ta’ utenti tal-prodott ikkonċernat. Ebda utent ma ssottometta risposta kompluta għall-kwestjonarju, u ma ġew riċevuti ebda sottomissjonijiet bil-miktub mill-assoċjazzjoni. |
|
(91) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-utenti, u l-fatt li l-impatt ta’ miżuri anti-dumping aktarx li jkun negliġibbli meta mqabbel ma’ spejjeż oħrajn imġarrba mill-industriji ewlenin tal-utenti bħall-bini ta’ bastimenti, l-inġinerija mekkanika u l-operat ta’ pjattaformi offshore, huwa konkluż li l-kontinwazzjoni ta’ miżuri mhux se jkollha impatt sostanzjalment negattiv fuq dawk l-utenti. |
5. Konklużjoni
|
(92) |
Il-kontinwazzjoni tal-miżuri tista’ tiġi mistennija li tiżgura li l-importazzjonijiet mill-Indja li huma l-oġġett ta’ dumping ma jerġgħux jissoktaw fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sostanzjali matul perjodu ta’ żmien qasir. B’hekk l-industrija tal-Unjoni se tkompli tibbenefika mill-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq tal-Unjoni u mit-tnaqqis tat-theddida ta’ għeluq u telf ta’ impjiegi. L-effetti benefiċjali huma mistennija wkoll li jiggarantixxu l-kundizzjonijiet għall-industrija tal-Unjoni biex tiżviluppa prodotti innovattivi ta’ teknoloġija aktar avvanzata għal applikazzjonijiet ġodda u speċjalizzati. |
|
(93) |
Għandu jiġi osservat ukoll li, wara li ġie kkunsidrat l-interess tal-importaturi/kummerċjanti kif ukoll tal-utenti fl-Unjoni, ma jidher li hemm ebda raġuni kostrinġenti li tindika li l-kontinwazzjoni tal-miżuri se jkollha impatt fil-biċċa l-kbira negattiv. |
|
(94) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet mogħtija hawn fuq dwar l-impatt tal-kontinwazzjoni tal-miżuri fuq id-diversi protagonisti fis-suq tal-Unjoni, huwa konkluż li l-kontinwazzjoni ta’ miżuri ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. |
H. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(95) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jiġifieri inter alia l-kapaċitajiet liberi enormi tal-produtturi Indjani, l-orjentament b’saħħtu tagħhom lejn l-esportazzjoni u l-preżenza dejjem akbar tagħhom fuq l-għatba tas-suq tal-Unjoni, il-prezzijiet tagħhom tal-bejgħ bl-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn li nstabu li huma taħt il-valur normali kif ukoll ferm ’l isfel mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR, kif ukoll il-qagħda relattivament fraġli tal-industrija tal-Unjoni, aktarx li d-dumping dannuż jerġa’ jseħħ mill-Indja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(96) |
Il-partijiet kollha kkonċernati ġew infurmati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li tiġi rrakkomandata ż-żamma ta’ miżuri eżistenti fil-forma preżenti tagħhom. Ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar, iżda ħadd minnhom ma għamel rappreżentazzjonijiet li setgħu jiġġustifikaw il-bidla tal-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq. It-talbiet relatati mal-iżvelar tal-konklużjonijiet ġew indirizzati fil-premessi rispettivi ta’ dan ir-Regolament. |
|
(97) |
Isegwi minn dak li ntqal hawn fuq li, kif ipprovdut fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, id-dazji anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1736/2004 għandhom jinżammu. |
|
(98) |
Madankollu, u mingħajr ma jiġi injorat il-fatt li l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping dannuż ġiet stabbilita, dan il-proċediment preżenti huwa kkaratterizzat minn ċirkustanzi partikolari, notevolment it-tul ta’ żmien twil tal-miżuri fis-seħħ li diġà ġew estiżi darba, u l-kwantitajiet ferm limitati ta’ importazzjonijiet attwali mill-Indja kif imsemmi fil-premessi 21 sa 24. Dawn il-fatti għandhom ikunu riflessi wkoll b’mod adegwat fit-tul ta’ żmien tal-miżuri anti-dumping estiżi għal darba oħra, li għandu jkun ta’ tliet snin. Wara l-iżvelar, l-applikant stqarr li l-miżuri għandhom jiġu estiżi għal ħames snin u li r-raġunament spjegat hawn fuq għal estensjoni iqsar mhuwiex ġustifikat. |
|
(99) |
Normalment, l-estensjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażku japplika għal perjodu ta’ ħames snin. L-investigazzjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha f'qagħda fraġli fi tmiem il-PIR; ilha f'diffikultajiet finanzjarji għal perjodu ta’ żmien twil kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Minħabba f'dan, għadha ma rkupratx bis-sħiħ mid-dumping dannuż. Madankollu, għadd ta’ indikaturi ta’ dannu wrew li l-impożizzjoni ta’ miżuri diġà tat lok għal xi titjib sostanzjarju. Mill-analiżi ta’ din il-qagħda kumplessa, qed jiġi konkluż li rkupru sħiħ u solidu minn kwalunkwe effett ta’ dumping dannuż fl-imgħoddi x'aktarx li jinkiseb f'perjodu ta’ żmien iqsar mill-medda normali ta’ ħames snin. Ġie evalwat li, meta titqies l-analiżi dannuża ġenerali u l-iżviluppi probabbli tas-suq bil-miżuri fis-seħħ, perjodu ta’ tliet snin għandu jkun biżżejjed għall-industrija tal-Unjoni biex tikseb l-irkupru ekonomiku u finanzjarju tagħha. Għal dawn ir-raġunijiet ma jidhirx meħtieġ li jinżammu l-miżuri fuq perjodu itwal. |
|
(100) |
Għalhekk, huwa meqjus li estensjoni tal-miżuri għall-perjodu sħiħ ta’ ħames snin mhijiex appoġġata bis-sħiħ mill-fatti stabbiliti mill-investigazzjoni, u li t-tul taż-żmien tal-miżuri għandu bħala konsegwenza jkun limitat għal tliet snin. |
|
(101) |
Ir-rata individwali ta’ dazju anti-dumping speċifikata fl-Artikolu 1 ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward tal-kumpanija kkonċernata. Din ir-rata ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) b’hekk hija applikabbli esklużivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u li huma prodotti mill-kumpanija kkonċernata u b’hekk mill-entità legali speċifika msemmija. Prodotti importati manifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fl-Artikolu 1, inklużi entitajiet relatati ma’ dik il-waħda msemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn din ir-rata u għandhom ikunu suġġetti għad-dazju li japplika għall-pajjiż kollu. |
|
(102) |
Kull talba għall-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju anti-dumping għal kumpanija individwali (e.ż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew bejgħ) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni minnufih flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u b’esportazzjoni assoċjat ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ. Jekk ikun xieraq, dan ir-Regolament għandu jiġi emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw minn dazji individwali, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa b'dan impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ spag, irbit, ħbula u kejbils, kemm jekk immaljati jew mibruma u kemm jekk le, u kemm jekk mimlija, miksija, mgħottija jew imlibbsa bil-lastku jew plastik, tal-polietilene jew polipropilene, u kemm jekk le, minbarra ħajt mibrum tat-tip binder u baler, b’kejl ta’ aktar minn 50 000 decitex (5 g/m), kif ukoll ta’ fibri sintetiċi oħrajn tan-najlon jew poliamidi oħrajn jew ta’ poliesters, b’kejl ta’ aktar minn 50 000 decitex (5 g/m), li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 5607 49 11 , 5607 49 19 , 5607 50 11 u 5607 50 19 u li joriġinaw mill-Indja.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn isfel għandha tkun kif ġej:
|
Kumpanija |
Rata ta’ dazju |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Garware Wall Ropes Ltd |
53,0 % |
8755 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
82,0 % |
8900 |
3. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tad-dazji doganali għandhom japplikaw.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika għal perjodu ta’ tliet snin.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SCHAUVLIEGE
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 183, 26.6.1998, p. 1.
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1243/2010
tal-20 ta’ Diċembru 2010
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina prodotti minn Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd.
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A PROĊEDURA
1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Wara investigazzjoni dwar l-anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) u l-Ukraina (“l-ewwel investigazzjoni”), ġew imposti miżuri anti-dumping bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007 tat-23 ta’ April 2007 (2). Dak ir-Regolament daħal fis-seħħ fis-27 ta’ April 2007. |
|
(2) |
Ta’ min ifakkar li r-rata tad-dazju anti-dumping definittiv fuq it-twavel għall-mogħdija prodotti mill-produttur esportatur Ċiniż Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd. (“Since Hardware”) kienet 0 % filwaqt li varjat bejn 18,1 % u 38,1 % għal produtturi esportaturi Ċiniżi oħra. Wara reviżjoni interim sussegwenti, dawn ir-rati tad-dazju ġew miżjuda sa 42,3 % b’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 270/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 452/2007 (3). |
2. Bidu tal-proċedura kurrenti
|
(3) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ notifika ta’ bidu ppubblikata f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (“notifika tal-bidu”), il-bidu ta’ investigazzjoni dwar anti-dumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku li tikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mill-RPĊ, limitata għal Since Hardware. Fin-notifika tal-bidu, il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta’ reviżjoni skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001 (“reviżjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001”) sabiex tippermetti kwalunkwe emenda neċessarja tar-Regolament (KE) Nru 452/2007 fid-dawl tal-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO intitolat “Messiku - Miżuri anti-dumping definittivi fuq il-Laħam taċ-Ċanga u r-Ross” (AB-2005-6) (5) (“ir-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO”). |
|
(4) |
L-investigazzjoni dwar l-anti-dumping bdiet wara lment ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2009 minn tliet produtturi tal-Unjoni, Colombo New Scal S.p.A., Pirola S.p.A. u Vale Mill (Rochdale) Ltd. (“il-kwerelanti”), li jirrappreżentaw proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tat-twavel għall-mogħdija. |
|
(5) |
Ta’ min ifakkar li investigazzjoni ġdida dwar l-anti-dumping ibbażata fuq l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku kienet inbdiet kontra Since Hardware aktar milli reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, fid-dawl tar-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO. Dan ir-rapport jistipula fil-paragrafi 305 u 306 li produttur esportatur li ma jinstabx li qed jagħmel dumping f’investigazzjoni oriġinali għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-miżura definittiva imposta bħala riżultat tat-tali investigazzjoni u ma jistax ikun suġġett għal reviżjonijiet amministrattivi u ta’ ċirkustanzi mibdula. |
|
(6) |
Since Hardware stqarret li l-Kummissjoni ma setgħatx tibda investigazzjoni ġdida dwar l-anti-dumping abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku kontra kumpanija waħda għaliex din kienet tmur kontra l-prinċipju ġenerali mnaqqax fl-Artikolu VI ta’ GATT u l-Ftehim dwar Anti-Dumping tad-WTO (WTO ADA) kif ukoll li fir-Regolament bażiku li l-proċeduri tal-anti-dumping kienu mmirati kontra l-importazzjonijiet ta’ pajjiżi u mhux kumpaniji individwali. B’mod partikolari Since Hardware stqarret li l-Kummissjoni kienet kisret l-Artikoli 9(3) u 11(6) tar-Regolament bażiku meta bdiet investigazzjoni dwar anti-dumping abbażi tal-Artikolu 5 minflok tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Since Hardware argumentat ukoll li fl-assenza ta’ effett dirett tar-regoli tad-WTO fl-ordni legali tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma setgħatx tiddeċiedi li tinjora d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq tar-Regolament bażiku sabiex timplimenta awtomatikament deċiżjoni tad-WTO, mingħajr modifika minn qabel mill-Kunsill tar-Regolament bażiku. |
|
(7) |
F’dan ir-rigward, huwa rikonoxxut li l-proċeduri anti-dumping normalment jinbdew kontra importazzjonijiet minn pajjiż u mhux minn kumpaniji individwali. Madankollu, il-każ preżenti huwa eċċezzjoni għar-regola hawn fuq minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali li ġejjin. Ir-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO jesponi fil-paragrafi 216 sa 218 li l-Artikolu 5.8 tad-WTO ADA jeħtieġ awtorità investigattiva sabiex ittemm l-investigazzjoni fir-rigward ta’ esportatur li nstab li ma għandux marġni ’l fuq minn de minimis f’investigazzjoni oriġinali u, fil-paragrafu 305, li l-esportatur konsegwentement għandu jiġi eskluż minn miżuri definittivi anti-dumping u li ma jistax ikun suġġett għal reviżjonijiet amministrattivi u ta’ ċirkostanzi mibdula. Huwa veru li n-nuqqas ta’ effett dirett tar-regoli tad-WTO jfisser li l-legalità tal-miżuri adottati mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni (l-“Istituzzjonijiet”) normalment ma jistgħux jiġu riveduti fid-dawl tal-ftehim tad-WTO. Madankollu, dan ma jfissirx, f’dan il-każ partikolari, li l-Istituzzjonijiet għandhom jinjoraw ir-regoli tad-WTO, u b’mod partikolari r-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO. Ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001 ġie adottat speċifikament biex jippermetti lill-Istituzzjonijiet biex iġibu miżura meħuda taħt ir-Regolament bażiku konformi mad-deċiżjonijiet li hemm f’rapport adottat mill-Korp għar-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim kif imsemmi fil-premessa (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 mingħajr emenda minn qabel tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001 għalhekk, b’mod partikolari, jippermetti lill-Istituzzjonijiet biex jeskludu formalment esportaturi li jkunu nstabu, matul investigazzjoni oriġinali preċedenti, li mhumiex qed jagħmlu dumping, mill-ambitu tar-Regolament li ġie adottat fl-aħħar ta’ dik l-investigazzjoni. Sabiex jagħmlu dan, infetħet ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 452/2007 b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1515/2001. |
|
(8) |
Barra minn hekk, l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku ma teskludi l-ftuħ ta’ investigazzjoni ġdida dwar anti-dumping abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku kontra kumpanija. Barra minn hekk, il-leġislazzjoni tal-Unjoni għandha, safejn possibbli, tiġi interpretata b’mod li huwa konsistenti mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari fejn id-dispożizzjonijiet ikkonċernati huma maħsuba biex idaħħlu fis-seħħ ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni. Minħabba li d-WTO ADA min-naħa waħda jippermetti lill-membri tad-WTO jimponu dazji biex jikkontrobattu dumping li jagħmel dannu, iżda min-naħa l-oħra ġie interpretat mill-Korp tal-Appell fir-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO li ma jippermettix reviżjonijiet ta’ kumpaniji li ma jinstabux li qed jagħmlu dumping matul investigazzjoni oriġinali, ir-Regolament bażiku għandu għalhekk jiġi interpretat li jippermetti lill-Unjoni tiftaħ investigazzjoni taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku f’każ bħal dak preżenti. |
|
(9) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1241/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 (*1), Since Hardware ġie eskluż mill-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 452/2007. |
|
(10) |
Għalhekk, minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali tal-każ, il-bidu ta’ investigazzjoni dwar anti-dumping abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku kontra Since Hardware huwa skont il-liġi. |
3. Il-partijiet ikkonċernati
|
(11) |
Il-Kummissjoni infurmat b’mod uffiċjali lil Since Hardware, l-importaturi u l-produtturi tal-Unjoni kkonċernati, ir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat, u l-produtturi f’pajjiżi analogi potenzjali bil-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità sabiex jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Avviż tal-bidu. |
|
(12) |
Sabiex Since Hardware tkun tista’ tissottometti talba għal trattament tal-ekonomija tas-suq (“MET”) jew trattament individwali (“IT”), jekk mixtieq, il-Kummissjoni bagħtet formola ta’ talba lill-produttur esportatur. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lil Since Hardware. Il-produttur esportatur issottometta talba kompluta ta’ MET/IT u wieġeb għall-kwestjonarju. |
|
(13) |
Minħabba n-numru għoli ta’ produtturi tal-Unjoni, kien previst it-teħid ta’ kampjuni fin-notifika tal-bidu għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għad-danni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Ħames produtturi tal-Unjoni resqu u pprovdew l-informazzjoni meħtieġa għat-teħid ta’ kampjuni fil-limiti taż-żmien stabbiliti fin-notifika tal-bidu. |
|
(14) |
Mill-ħames produtturi tal-Unjoni hawn fuq, it-tliet kwerelanti biss ifformaw parti mill-industrija tal-Unjoni fl-ewwel investigazzjoni. Minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ dan il-każ, kif imsemmi fil-premessi (57) sa (60), ġie deċiż li jintbagħtu kwestjonarji biss lil dawn it-tliet produtturi tal-Unjoni filwaqt li ż-żewġ produtturi l-oħra tal-Unjoni ġew mitluba jissottomettu kwalunkwe kummenti addizzjonali li jistgħu jassistu lill-Kummissjoni sabiex taċċerta jekk l-importazzjonijiet tal-prodotti manifatturati minn Since Hardware kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni. It-tliet produtturi kwerelanti tal-Unjoni kollha ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarji. Iż-żewġ produtti l-oħra tal-Unjoni ma ssottomettewx iżjed kummenti dwar il-proċedura. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lill-produtturi kollha magħrufa fil-pajjiżi analogi potenzjali u lill-importaturi kollha kkonċernati u mhux relatati ma’ Since Hardware. Fir-rigward tal-importaturi mhux relatati fl-Unjoni, kien hemm inizjalment żewġ kumpaniji li kienu qed jikkooperaw fl-investigazzjoni. Madankollu, waħda minnhom ma kinitx f’pożizzjoni li tkompli tikkoopera. L-importatur l-ieħor kien tal-istess kumpanija bħal wieħed mill-produtturi mhux kwerelant tal-Unjoni. Dan issottometta tweġiba għall-kwestjonarji tal-importaturi. Barra minn hekk, assoċjazzjoni waħda tal-kummerċ ikkooperat ukoll fl-investigazzjoni u ssottomettiet il-kummenti tagħha. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għall-valutazzjoni ta’ MET u għad-determinazzjoni tad-dumping, il-kontribuzzjoni għad-dannu u l-interessi tal-Unjoni. Żjara ta’ verifika twettqet fil-post ta’ Since Hardware f’Guangzhou fl-RPĊ u ta’ Vale Mill (Rochdale) Ltd. fir-Renju Unit. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li minħabba l-isfond legali kumpless konness mal-investigazzjoni preżenti (ara l-premessa (3) et seq. hawn fuq), qieset iżjed xieraq li ma timponix miżuri provviżorji f’dan il-każ iżda li tkompli l-investigazzjoni. Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni minn kwalunkwe parti. |
|
(18) |
Il-partijiet interessati ġew infurmati dwar il-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv u ngħataw opportunità jikkumentaw. Il-kummenti sottomessi mill-partijiet ġew kkunsidrati u, fejn xieraq, il-konklużjonijiet ġew modifikati kif meħtieġ. |
4. Il-perjodu ta’ investigazzjoni
|
(19) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tat-twaqqigħ tal-prezzijiet kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “IP”). L-eżami tal-volumi tal-importazzjoni tal-prodotti ta’ Since Hardware rilevanti għall-valutazjoni tal-kontribuzzjoni għad-dannu dannu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-aħħar tal-IP (il-“perjodu kkunsidrat”). Madankollu, minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ dan il-każ - jiġifieri li investigazzjoni oħra oriġinali dwar l-istess prodott u pajjiż terz saret ftit snin ilu biss, u minħabba li d-dazji li rriżultaw minn dik l-investigazzjoni għadhom fis-seħħ - f’dik l-analiżi tad-danni għandha ssir ukoll referenza għall-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ dik l-investigazzjoni iżjed bikrija (“IP tal-ewwel investigazzjoni”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
|
(20) |
Il-prodott ikkonċernat hu t-twavel għall-mogħdija, irrispettivament jekk joqogħdux weqfin waħedhom jew le, bi jew mingħajr tixrib bl-istim u/jew wiċċ tat-tisħin u/jew wiċċ tal-infiħ, inklużi bords għall-kmiem, u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ u l-appoġġ tal-ħadida li joriġinaw mill-RPĊ u huma prodotti minn Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd. (“il-prodott ikkonċernat”), li fil-preżent jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3924 90 00 , ex 4421 90 98 , ex 7323 93 90 , ex 7323 99 91 , ex 7323 99 99 , ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00 . |
|
(21) |
L-investigazzjoni wriet li hemm tipi differenti ta’ twavel għall-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom jiddependu l-aktar fuq il-kostruzzjoni u d-daqs tagħhom, il-materjal tal-kostruzzjoni u l-aċċessorji tagħhom. Madankollu, it-tipi kollha differenti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u użi. |
|
(22) |
'Il-produttur esportatur stqarr li l-partijiet essenzjali tat-twavel għall-mogħdija ma għandhomx ikunu koperti bl-investigazzjoni għaliex it-twavel għall-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom (jiġifieri s-saqajn, l-uċuħ u l-appoġġi għall-ħadida), ma jikkostitwixxux prodott wieħed u għalhekk ma jistgħux ikunu parti tal-istess prodott ikkonċernat f’investigazzjoni waħda. Dan l-argument ma ġiex ikkonfermat mill-investigazzjoni. Instab fl-investigazzjoni preżenti li l-partijiet essenzjali tal-ħdejjed għall-mogħdija għandhom ikunu koperti minħabba li s-saqajn, l-uċuħ u l-appoġġi għall-ħadida jiddeterminaw il-karatteristiċi tal-prodott lest u ma jistgħux ikollhom użu finali ieħor ħlief li jkunu inkorporati fil-prodott finali (jiġifieri fit-tavla għall-mogħdija) u, għalhekk, mhumiex prodott distint. Dan huwa konformi ma’ numru ta’ investigazzjonijiet oħra li fihom il-prodotti lesti u komponenti ewlenin kienu kkunsidrati bħala prodott wieħed. Bħala konsegwenza, is-similarità tal-ewwel investigazzjoni, it-tipi kollha eżistenti tat-twavel għall-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom huma kkunsidrati bħala prodott wieħed għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni. |
2. Prodott simili
|
(23) |
Ma nstabu l-ebda differenzi bejn il-prodott ikkonċernat u t-twavel għall-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom prodotti mill-kwerelanti u produtturi oħra tal-Unjoni li kkooperaw u mibjugħin fis-suq tal-Unjoni li fl-aħħar serva wkoll bħala pajjiż analogu. It-tnejn għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u użi u huma interkambjabbli ma’ xulxin. |
|
(24) |
Bħala konsegwenza, it-twavel għall-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom prodotti u mibjugħin fl-Unjoni u l-prodott ikkonċernat huma kkunsidrati bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. DUMPING
1. Trattament tal-Ekonomija tas-Suq (MET)
|
(25) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet dwar l-anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fl-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi determinat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku għal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tiegħu, jiġifieri fejn jidher li l-kondizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq jipprevalu fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott simili. Fil-qosor, u għall-faċilitazzjoni tar-referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti f’forma mqassra hawn taħt:
|
|
(26) |
Since Hardware talbet MET skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u ntalbet timla formola ta’ talba ta’ MET. |
|
(27) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet li Since Hardware ma kinitx tissodisfa l-kriterju ta’ MET imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(c) (kriterju 1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-ispejjeż tal-inputs maġġuri. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbilixxiet li Since Hardware ma kinitx tissodisfa l-kriterju ta’ MET imsemmi fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(7)(c) (kriterju 2) tar-Regolament bażiku. Il-konklużjonijiet ewlenin ta’ MET huma stabbiliti hawn taħt. |
|
(28) |
Fir-rigward tal-kriterju 1, jiġifieri li d-deċiżjonijiet tan-negozju jittieħdu bħala reazzjoni għas-sinjali tas-suq, mingħajr interferenza sinifikanti tal-Istat, u li l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq, huwa nnotat li Since Hardware stqarret li bdiet tixtri l-materji primi ewlenin tagħha (prodotti tal-azzar) mis-suq domestiku Ċiniż, b’differenza mill-perjodu ta’ investigazzjoni fl-ewwel investigazzjoni meta Since Hardware importat dawn il-materji primi. Għalhekk, ġie eżaminat jekk is-suq domestiku Ċiniż għall-materji primi ewlenin jistax jitqies li jirrifletti l-valuri tas-suq. |
|
(29) |
Ġie stabbilit li wara l-perjodu ta’ investigazzjoni fl-ewwel investigazzjoni, jiġifieri wara l-2005, ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ġew imposti mill-Istat fuq diversi prodotti tal-azzar, inklużi l-materji primi ewlenin għall-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija, jiġifieri, pjanċi tal-azzar, pajpijiet tal-azzar u wajer tal-azzar. Ġie nnotat li l-ispejjeż ta’ dawn il-materji primi jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-ispejjeż totali tal-materji primi tal-prodott ikkonċernat. L-impożizzjoni tat-taxxi tal-esportazzjoni naqset l-inċentiv għall-esportazzjoni u għalhekk żiedet il-volumi disponibbli lokalment, li wassal għal prezzijiet iżjed baxxi. Madankollu, f’Ġunju 2009 (fl-aħħar tal-IP), il-politika Ċiniża lejn is-settur tal-azzar tidher li nbidlet mill-ġdid: ġiet abolita t-taxxa tal-esportazzjoni u ġiet introdotta rifużjoni ġdida tal-VAT fuq il-prodotti tal-azzar li toħloq ambjent iżjed favorevoli għall-esportazzjonijiet. Il-politika l-ġdida li ma għadhiex tiskoraġġixxi l-esportazzjonijiet tikkoinċidi mat-twaqqigħ fil-prezzijiet tal-azzar fuq swieq oħra dinjin u mal-allinjament tal-prezzijiet domestiċi Ċiniżi mal-prezzijiet internazzjonali tal-azzar, jiġifieri sitwazzjoni ta’ ebda periklu ta’ żieda fil-prezzijiet fis-suq domestiku. Dawn il-bidliet ripetuti fit-taxxa tal-esportazzjoni/reġim tal-VAT tal-azzar maż-żmien jidhru li seħħu sabiex jirregolaw is-suq u l-prezzijiet tal-azzar domestiċi Ċiniżi. Għalhekk, l-Istat ikompli jeżerċita influwenza importanti fuq is-suq tal-azzar domestiku u, għalhekk, il-prezzijiet tal-azzar fl-RPĊ għal dawn il-materji primi partikolari ma jsegwux liberalment it-tendenzi tas-suq dinji. |
|
(30) |
Fil-fatt ħafna studji u rapporti kif ukoll kontijiet disponibbli pubblikament ta’ numru ta’ produtturi tal-azzar (6) jikkonfermaw li l-Istat Ċiniż jappoġġja attivament l-iżvilupp tas-settur tal-azzar fl-RPĊ. |
|
(31) |
Bħala konsegwenza, il-prezzijiet tal-azzar domestiċi fl-RPĊ kienu, matul l-ewwel nofs tal-perjodu ta’ investigazzjoni, ferm anqas mill-prezzijiet ta’ swieq dinjin imdaqqsin, notevolment il-prezzijiet tal-azzar fl-Amerika ta’ Fuq u fl-Ewropa tat-Tramuntana (7), u dawn id-differenzi fil-prezzijiet ma jistgħux jiġu spjegati minn kwalunkwe vantaġġ kompetittiv fil-produzzjoni tal-azzar. Fit-tieni nofs tal-IP, il-prezzijiet tal-azzar dinjin waqgħu b’mod sinifikanti fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq filwaqt li l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi waqgħu ferm anqas. Għalhekk id-differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-azzar Ċiniżi u dawk internazzjonali prattikament sparixxiet sal-aħħar tal-IP. Madankollu, il-miżuri meħuda mill-gvern Ċiniż biex jirregola s-suq tal-azzar Ċiniż wassal essenzjalment għal sitwazzjoni fejn il-prezzijiet tal-materja prima komplew ikunu r-riżultat ta’ intervent tal-Istat li għandu influwenza diretta fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanija meta takkwista materji primi. |
|
(32) |
Peress li Since Hardware xtrat il-materji primi tagħha matul dan l-IP fis-suq domestiku Ċiniż, kienet qed tibbenefika minn dawk il-prezzijiet tal-azzar artifiċjalment baxxi u distorti matul l-IP. |
|
(33) |
Għalhekk ġie konkluż li l-inputs maġġuri ta’ Since Hardware ma jirriflettux b’mod sostanzjali l-valuri tas-suq. Bħala konsegwenza, ġie konkluż li Since Hardware ma wrietx li hija tissodisfa l-kriterju 1 stabbilit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u, għalhekk, ma jistax jingħata MET. |
|
(34) |
Barra minn hekk, il-kumpanija ma setgħetx turi li għandha sett wieħed ċar ta’ rekords tal-kontabilità bażiċi li huma verifikati indipendentement konformement mal-IAS u applikati għall-iskopijiet kollha, għaliex il-kontijiet, u b’mod partikolari r-rapport ta’ verifika tal-kapital, ma semmew l-ebda tranżazzjoni importanti li seħħet matul l-IP. Barra minn hekk, l-awdituri ma kkummentawx dwar din it-tranżazzjoni importanti. Ukoll, tniżżil ta’ ammont sinifikanti nstab li ma kienx jirrispetta l-prinċipju tar-rappreżentazzjoni ġusta tal-kontijiet taħt l-IAS. L-awditur lanqas ma kkummenta dwar dan. Għalhekk ġie konkluż li l-kumpanija naqset ukoll milli turi li tissodisfa l-kriterju 2 stabbilit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
|
(35) |
Since Hardware, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċenat u l-industrija tal-Unjoni ngħataw l-opportunità jikkumentaw dwar dawn il-konklużjonijiet. Ġew sottomessi kummenti minn Since Hardware u l-industrija tal-Unjoni. |
|
(36) |
Since Hardware ressqet tliet argumenti prinċipali dwar il-konklużjoni ta’ MET. L-ewwel nett, qalet li d-deċiżjoni ta’ MET saret wara li l-Kummissjoni talbet u kisbet il-bejgħ u l-ispejjeż domestiċi tal-kumpanija li kienu jiksru t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. It-tieni nett, għalkemm Since Hardware ma taqbilx mal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-azzar bħala tali, stqarret li l-prezzijiet tal-materja prima Ċiniżi xorta kienu konformi mal-prezzijiet f’pajjiżi oħra u li l-prezz imħallas minn Since Hardware fis-suq Ċiniż kien ogħla mill-prezzijiet ta’ ħafna swieq tal-azzar fil-pajjiżi tal-ekonomija tas-suq mad-dinja. F’dan il-kuntest, il-kumpanija kellha dubji wkoll dwar ir-rilevanza tal-prezzijiet tas-suq tal-Ewropa tat-Tramuntana u tal-Amerika ta’ Fuq li kien qed isir tqabbil magħhom. Since Hardware stqarret li l-prezzijiet ta’ swieq internazzjonali oħra bħall-prezzijiet tal-esportazzjoni Torok u Ukraini kienu disponibbli wkoll, u li dawn kienu iżjed baxxi mill-prezzijiet domestiċi fl-RPĊ. It-tielet nett, Since Hardware argumentat li MET ma setax jinċaħad lil kumpanija li kienet attiva f’industrija waħda (it-twavel għall-mogħdija) għal fatturi relatati esklussivament ma’ industrija oħra (tal-azzar) u li l-Kummissjoni ma setgħetx tpaċi s-sussidji fis-suq upstream permezz taċ-ċaħda tat-talba ta’ MET fis-suq downstream. Barra minn hekk, Since Hardware stqarret li kien piż tal-provi mhux raġonevoli li kumpanija żgħira tat-twavel għall-mogħdija tintalab tipprovdi evidenza li l-industrija tal-azzar Ċiniża mhijiex sussidjata. |
|
(37) |
Fir-rigward tal-ewwel argument ta’ Since Hardware, ġie nnutat li skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, id-determinazzjoni ta’ jekk Since Hardware tissodisfax il-ħames kriterji rilevanti għandha ssir u li din id-determinazzjoni tibqa’ fis-seħħ matul l-investigazzjoni. Peress li l-investigazzjoni preżenti hija limitata għal produttur esportatur wieħed, il-Kummissjoni vverifikat it-talba ta’ MET u t-tweġiba għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping fl-istess ħin, fil-qafas tal-istess investigazzjoni fuq il-post. It-talba ta’ MET ġiet investigata fuq il-merti tagħha u irrispettivament mill-effetti li jista’ jkollha fuq il-kalkolazzjoni tal-marġni tad-dumping. Fil-fatt, il-kalkulazzjonijiet dettaljati tad-dumping għal Since Hardware ma setgħux isiru qabel ma ssir id-determinazzjoni ta’ MET fl-assenza ta’ dejta minn pajjiż tal-ekonomija tas-suq xieraq. Għaldaqstant, ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. |
|
(38) |
Rigward it-tieni talba ta’ Since Hardware, l-investigazzjoni wriet li għalkemm id-differenza fil-prezzijiet naqset fit-tieni nofs tal-IP u ġiet prattikament eliminata fl-aħħar tal-IP, huwa sostnut li anki dan l-allinjament tal-prezzijiet Ċiniżi mal-prezzijiet tas-suq internazzjonali kien ir-riżultat tal-intervent tal-Istat. Fil-fatt, fl-2009, meta l-prezzijiet fis-swieq internazzjonali tal-azzar waqgħu minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika, l-Istat abolixxa t-taxxi tal-esportazzjoni imposti preċedentement, u b’hekk ippermetta allinjament tal-prezzijiet domestiċi mal-prezzijiet internazzjonali mingħajr periklu ta’ żieda sinifikanti fil-prezzijiet għal dawk il-materji primi importanti fis-suq domestiku. Dan juri li s-suq għall-materji primi neċessarju għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat kompla jkun is-suġġett tal-intervent tal-Istat anki fit-tieni nofs tal-IP. |
|
(39) |
Huwa nnutat li l-informazzjoni dwar il-prezzijiet addizzjonali sottomessa minn Since Hardware appoġġjat il-konklużjoni li l-materji primi ewlenin għall-produzzjoni tat-twavel għall-mogħdija fl-ewwel nofs tal-IP kienu fil-medja irħas b’mod sinifikanti fis-suq domestiku Ċiniż milli fi swieq dinjin oħra mdaqqsa. Sar tqabbil bejn il-prezzijiet tal-azzar domestiċi Ċiniżi u l-prezzijiet domestiċi fi swieq oħra li huma komparabbli mas-suq Ċiniż f’termini ta’ volum (UE, l-Istati Uniti u l-Kanada) għaliex għandhom konsum għoli ta’ azzar u hemm ħafna produtturi attivi. Swieq oħra ssuġġeriti minn Since Hardware bħat-Turkija u l-Ukraina (swieq domestiċi u tal-esportazzjoni) ma nstabux li huma rappreżentattivi f’termini ta’ daqs u/jew numru ta’ produtturi ta’ dawn il-materji primi partikolari u għalhekk mhumiex komparabbli mas-suq domestiku Ċiniż. |
|
(40) |
Ta’ min ifakkar ukoll li r-Regolament bażiku jpoġġi l-piż tal-provi fuq il-kumpanija li tagħmel talba ta’ MET biex turi li tissodisfa l-kriterji rilevanti. Minħabba li l-Kummissjoni stabbiliet numru ta’ elementi li jippuntaw lejn l-ispejjeż tal-inputs maġġuri li ma jirriflettux il-valuri tas-suq, bħala konsegwenza l-kumpanija trid issib elementi li jiċħdu dan. |
|
(41) |
Barra minn hekk, ir-Regolament bażiku fl-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi espliċitament għall-possibbiltà li jiġi eżaminat jekk id-deċiżjonijiet tal-impriżi dwar, inter alia, inputs isirux bħala reazzjoni għas-sinjali tas-suq li jirriflettu l-provvista u d-domanda u mingħajr interferenza sinifikanti tal-Istat u jekk l-ispejjeż tal-inputs maġġuri jirriflettux b’mod sinifikanti l-valuri tas-suq. Bħala konsegwenza, jekk kumpanija ma tissodisfax dawn il-kondizzjonijiet, kif spjegat hawn fuq, MET jista’ jiġi rifjutat. Huwa nnotat ukoll li Since Hardware kienet timporta l-materji primi tagħha matul l-ewwel investigazzjoni iżda daret għal akkwisti Ċiniżi minħabba prezzijiet iżjed baxxi fis-suq Ċiniż. |
|
(42) |
Fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-kontabilità identifikati, Since Hardware stqarret li dawn mhumiex relatati mal-kontijiet ta’ Since Hardware u, f’kwalunkwe każ, ma kienx ifisser li l-kumpanija ma kkonformatx kompletament mal-istandards tal-kontabilità internazzjonali. Since Hardware stqarret ukoll li l-iżball tal-kontabilità identifikat kien immaterjali. |
|
(43) |
Il-fatt li l-kumpaniji Ċiniżi ma jistgħux ikunu suġġetti taħt il-liġi domestika tagħhom biex jikkonformaw ma’ ċerti standards tal-kontabilità ma għandux impatt fuq jekk il-kontijiet tagħhom jistgħux jiġu valutati fid-dawl ta’ dawk l-istandards għad-determinazzjoni ta’ MET. Il-preżentazzjoni ġusta tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija IAS bażiku u hija f’idejn il-kumpanija li turi li kwalunkwe ksur ta’ dawk l-istandards ma jikkostitwixxix ksur tat-tieni kriterju tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Dan ma sarx la għat-tranżazzjoni kkonċernata u lanqas għall-annotazzjoni żbaljata. Fi kwalunkwe każ, dan tal-aħħar ma jistax jitqies immaterjali għaliex jirrappreżenta perċentwal imdaqqas tal-esportazzjonijiet totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(44) |
Bħala konklużjoni, l-ebda mill-argrumenti li qajmet Since Hardware ma kienu tali li jwasslu għal valutazzjoni differenti tal-konklużjonijiet. Abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-konklużjonijiet kif ukoll il-konklużjoni li ma għandux jingħata MET lil Since Hardware ġew ikkonfermati. Għalhekk huwa konkluż b’mod definittiv li ma għandux jingħata MET lil Since Hardware. |
2. Trattament individwali (IT)
|
(45) |
Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, dazju nazzjonali, jekk hemm, huwa stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, minbarra f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji setgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha għal trattament individwali stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilitazzjoni ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:
|
|
(46) |
Since Hardware, minbarra li talbet għal MET, talbet ukoll IT fil-każ li ma jingħatax MET. |
|
(47) |
L-investigazzjoni wriet li Since Hardware ssodisfatt il-kriterji kollha msemmija u ġie konkluż li jingħata IT lil Since Hardware. |
3. Valur normali
|
(48) |
Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-ekonomija tas-suq u safejn MET ma setax jingħata, għall-pajjiżi speċifikati fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jiġi stabbilit abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz tal-ekonomija tas-suq (pajjiż analogu). |
|
(49) |
Fin-Notifika tal-bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Istati Uniti tal-Amerika (“USA”) bħala pajjiż analogu xieraq għall-istabbiliment tal-valur normali għall-RPĊ, iżda l-ebda produttur mill-USA ma kkoopera fl-investigazzjoni. Sussegwentement, il-kumpaniji Torok u Ukraini ġew avviċinati wkoll iżda ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mingħandhom lanqas. |
|
(50) |
Minħabba li l-ebda produttur ta’ pajiż terz ma kkoopera, il-produtturi tal-Unjoni ġew avviċinati abbażi tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku u wieħed minnhom ikkoopera. |
|
(51) |
L-ebda kummenti dwar l-użu tal-informazzjoni miksuba minn produttur tal-Unjoni għall-istabbiliment tal-valur normali ma ġew irċevuti minn Since Hardware. Għalhekk, il-valur normali ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku abbażi tal-informazzjoni verifikata rċevuta mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera. |
|
(52) |
Il-bejgħ domestiku tal-produttur tal-Unjoni tal-prodott simili nstab li huwa rappreżentattiv f’termini ta’ volum meta mqabbel mal-prodott konċernat esportat lejn l-Unjoni minn Since Hardware. |
|
(53) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għal Since Hardware ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni verifikata rċevuta mill-uniku produttur tal-Unjoni li qed jikkoopera, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli fis-suq tal-Unjoni għal tipi ta’ prodotti komparabbli, fejn dawn instabu li kienu saru fil-kors ordinarju tal-kummerċ, jew fuq valuri maħduma, fejn l-ebda bejgħ domestiku fil-kors ordinajru tal-kummerċ għal tipi ta’ prodotti komparabbli ma nstab, jiġifieri abbażi tal-ispejjeż tal-manifattura tat-twavel għall-mogħdija manifatturati mill-produttur tal-Unjoni flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u għall-qligħ. Il-marġni tal-qligħ użat huwa konformi ma’ dak użat fl-ewwel investigazzjoni. |
4. Prezz tal-esportazzjoni
|
(54) |
Fil-każijiet kollha l-prodott ikkonċernat ġie mibjugħ direttament għall-esportazzjoni lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, u għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet imħallsa attwalment jew pagabbli għall-prodott meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
5. Tqabbil
|
(55) |
Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ngħatat kunsiderazzjoni, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tad-differenzi fil-fatturi li ntalbu u wrew li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet. Abbażi ta’ dan, saru provvedimenti għall-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, it-tariffi tal-immaniġġjar, l-ispejjeż tal-kreditu u t-taxxi indiretti fejn applikabbli u ġustifikati. |
6. Marġni ta’ dumping
|
(56) |
Kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali tal-medja ddifferenzjata skont it-tip tqabbel mal-medja ddifferenzjata tal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping. |
|
(57) |
Il-marġni tad-dumping ta’ Since Hardware bħala perċentwal tal-prezz nett, ħieles fil-konfini tal-Unjoni nstab li huwa 51,7 %. |
D. DANNU
1. Ġenerali
1.1. Speċifiċitajiet ta’ din l-investigazzjoni
|
(58) |
L-eżaminazzjoni tad-dannu materjali sofrut mill-industrija tal-Unjoni normalment tkun ibbażata fuq l-importazzjonijiet kollha oġġett ta’ dumping li joriġinaw f’pajjiż tal-esportazzjoni wieħed jew iżjed, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(59) |
Madankollu, f’dan il-każ, analiżi sħiħa tad-dannu fir-rigward tal-importazzjonijiet kollha tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw, inter alia, mill-RPĊ saret diġà fil-qafas tal-ewwel investigazzjoni. Fil-fatt, f’dik l-investigazzjoni l-Kummissjoni stabbilixxiet li importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw, inter alia, mill-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Dawn il-konklużjonijiet, li saru skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, kienu bbażati fuq valutazzjoni tal-effetti tal-importazzjonijiet kollha li joriġinaw mill-RPĊ u fl-Ukraina, bl-esklużjoni unika tal-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija prodotti minn Since Hardware li nstabu li qed jinbiegħu għal prezzijiet li mhumiex l-oġġett ta’ dumping. |
|
(60) |
Bħala riżultat, matul l-IP, id-dazji anti-dumping kienu applikabbli għall-importazzjonijiet kollha minn dawk il-pajjiżi (Since Hardware biss kienet suġġetta għal dazju żero). Minħabba li l-industrija tal-Unjoni kienet diġà protetta kontra l-effetti li jagħmlu ħsara ta’ dawn l-importazzjonijiet matul l-IP, kien possibbli li titwettaq analiżi sħiħa normali tad-danni. Għalhekk, approċċ speċifiku ġie żviluppat, adattat għall-ispeċifiċitajiet ta’ din l-investigazzjoni, li fiha l-istituzzjonijiet iffukaw fuq indikaturi partikolari tad-danni. L-informazzjoni mitluba mill-industrija tal-Unjoni ffukat fuq jekk Since Hardware kenitx qed twaqqa’ l-prezzijiet tagħha u fuq x’kienet il-profitabilità ta’ dawk il-prezzijiet. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ntalbet tipprovdi kwalunkwe informazzjoni oħra li, fil-fehma tagħha, indikat li l-esportazzjonijiet ta’ Since Hardware lejn l-Unjoni kienu kkawżaw dannu. |
|
(61) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni eżaminat: i) l-iżvilupp tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tat-twavel għall-mogħdija prodotti minn Since Hardware; ii) jekk dawk l-importazzjonijiet kinux saru għal prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u x’kienet il-profitabilità tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni; u iii) kwalunkwe informazzjoni provduta mill-industrija tal-Unjoni li tindika li l-esportazzjonijiet ta’ Since Hardware lejn l-Unjoni kienu kkawżawlha dannu, pereżempju fir-rigward tat-telf tal-klijenti u ordnijiet tal-industrija tal-Unjoni li rebħithom Since Hardware u l-profitabilità tal-bejgħ tagħhom fl-Unjoni matul l-IP. |
1.2. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(62) |
L-ilment ġie sottomess minn tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon kbir tal-produzzjoni totali magħrufa tal-Unjoni tat-twavel għall-mogħdija, jiġifieri f’dan il-każ madwar 40 % tal-produzzjoni stmata tal-Unjoni. L-ebda mill-produtturi l-oħra tal-Unjoni ma opponew il-bidu tal-proċedura preżenti. |
|
(63) |
Kif imsemmi fil-premessa (14), mill-ħames produtturi li wieġbu għall-mistoqsijiet ta’ teħid ta’ kampjuni, tliet kwerelanti biss iffurmaw parti mill-industrija tal-Unjoni fl-ewwel investigazzjoni. Kif imsemmi hawn fuq, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet ta’ dan il-każ, il-kwestjonarji ntbagħtu biss lit-tliet produtturi tal-Unjoni magħżula li ffurmaw parti wkoll mill-industrija tal-Unjoni fl-ewwel investigazzjoni. |
1.3. Konsum tal-Unjoni
|
(64) |
Abbażi tal-informazzjoni provduta mill-industrija tal-Unjoni, jidher li l-konsum tat-twavel għall-mogħdija fl-Unjoni baqa’ sostanzjalment stabbli minn meta ġie ppubblikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2007, u żdied biss ftit b’mod proporzjonali maż-żieda fil-popolazzjoni tal-Unjoni minħabba l-aħħar tkabbir tal-Unjoni fl-2007. Il-konsum stmat tal-Unjoni għalhekk jammonta għal madwar 8,5 għal 9 miljun unità matul il-perjodu meqjus. |
1.4. Produzzjoni tal-Unjoni
|
(65) |
Il-produtturi tat-twavel għall-mogħdija jistgħu jinstabu f’ħafna Stati Membri inklużi l-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, il-Pajjiżi l-Baxxi, Spanja u r-Renju Unit. Il-volum totali tal-produzzjoni annwali tal-Unjoni tat-twavel għall-mogħdija jista’ jiġi stmat għal iżjed minn 5 miljun unità. |
2. Importazzjonijiet minn Since Hardware
2.1. Status tal-importazzjonijiet
|
(66) |
Kif deskritt fil-premessi (25) sa (57), din l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet minn Since Hardware huma l-oġġett ta’ dumping fuq is-suq tal-Unjoni. |
2.2. Volum ta’ importazzjonijiet huma l-oġġett ta’ dumping
|
(67) |
Matul il-perjodu meqjus, l-esportazzjonijiet ta’ Since Hardware lejn l-Unjoni żdiedu sew, b’64 % (8). Min-naħa l-oħra, l-importazzjonijiet ta’ produtturi oħra Ċiniżi u Ukraini naqsu b’mod kostanti wara l-impożizzjoni tad-dazji proviżorji fl-2006 (dejta kunfidenzjali bbażata fuq rapporti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku): Volum tal-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija prodotti minn Since Hardware
|
2.3. Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(68) |
Minħabba li l-konsum tal-Unjoni baqa’ sostanzjalment stabbli matul il-perjodu meqjus minbarra għal żidiet żgħar bejn l-2006 u l-2007 kif imsemmija fil-premessa (63) hawn fuq, is-sehem tas-suq ta’ Since Hardware ġie żviluppat f’konformità mal-volumi tal-importazzjoni murija hawn fuq. Għandu jkun innotat li fl-2006, is-sehem tas-suq tal-Unjoni ta’ Since Hardware kien jirrappreżenta madwar kwint tas-sehem totali tas-suq tal-produtturi l-oħra Ċiniżi u Ukraini, filwaqt li sal-IP, is-sehem tas-suq ta’ Since Hardware ammonta għal kważi nofs is-sehem totali tas-suq tal-produtturi l-oħra Ċiniżi u Ukraini. Kemm iż-żieda sostanzjali tal-volum tal-importazzjoni ta’ Since Hardware kif ukoll is-sehem tas-suq tagħha jistgħu jiġu spjegati bil-fatt li dan kien l-uniku produttur Ċiniż li għandu dazju anti-dumping żero u għalhekk l-opportunitajiet tas-suq tagħha fil-fatt tjiebu minn meta ġew imposti d-dazji proviżorji fl-2006. Dan jista’ jiġi kkonfermat ukoll mill-iżvilupp pożittiv oppost, pronunzjat tal-volumi tal-importazzjoni tagħha mqabbel mat-tendenza tat-tnaqqis fil-volumi tal-importazzjoni tal-produtturi l-oħra Ċiniżi u Ukraini. Fil-fatt, meta wieħed iħares lejn il-perjodu meqjus, instabet l-evoluzzjoni maqluba li ġejja tal-ishma tas-suq: Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija prodotti minn Since Hardware
|
|
(69) |
Jidher ċar mit-tabelli hawn fuq li Since Hardware rnexxielha żżid b’mod sinifikanti l-volumi tal-importazzjonijiet u s-sehem tas-suq tagħha (9). |
|
(70) |
Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni stqarret li tilfet ħafna ordnijiet ta’ klijenti minħabba Since Hardware f’dawn l-aħħar snin. Fil-fatt hemm indikazzjonijiet ċari li ċerti klijenti importanti tal-industrija tal-Unjoni bidlu l-fornituri tagħhom, u akkwistaw iżjed prodotti minn Since Hardware u anqas mill-industrija tal-Unjoni minn qabel. |
|
(71) |
Pereżempju, id-dejta miġbura mill-Kummissjoni fl-ewwel investigazzjoni turi li produttur tal-Unjoni biegħ numru sinifikanti ta’ biċċiet lil klijent tal-Unjoni fl-IP tal-ewwel investigazzjoni (2005), filwaqt li fl-investigazzjoni kurrenti qal li biegħ ħafna anqas (bejn 10 % u 30 % ta’ dik il-kwantità) lill-istess klijenti fl-IP kurrenti. B’kuntrast, Since Hardware biegħet numru iżgħar ta’ biċċiet lil dan il-klijent tal-Unjoni fl-IP tal-ewwel investigazzjoni, iżda biegħet ħafna iżjed (bejn 300 % u 500 % ta’ dik il-kwantità) lil dak il-klijent matul l-IP tal-investigazzjoni kurrenti. |
|
(72) |
Barra minn hekk, id-dejta miġbura mill-Kummissjoni fl-ewwel investigazzjoni turi li l-bejgħ ta’ produttur tal-Unjoni lil klijent ieħor tal-Unjoni fl-IP tal-ewwel investigazzjoni waqa’ konsiderevolment (bejn 30 % u 50 %) fl-IP kurrenti. B’kuntrast għal darb’oħra, filwaqt li Since Hardware ma biegħet xejn lil dan il-klijenti fl-IP tal-ewwel investigazzjoni, biegħet kwantità sostanzjali fl-IP kurrenti. Dik il-kwantità hija bejn 60 % u 80 % tal-kwantità li biha l-bejgħ tal-prodottur tal-Unjoni lil dak il-klijent naqas bejn l-IP tal-ewwel investigazzjoni u l-IP kurrenti. |
2.4. Twaqqigħ tal-prezzijiet
|
(73) |
Għall-finijiet tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ Since Hardware tqabblu mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, abbażi tal-medji peżati għat-tipi ta’ prodotti komparabbli matul l-IP. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ġew aġġustati għal livell ex-works, u mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-konfini tal-Unjoni CIF, flimkien mad-dazji tad-dwana fejn applikabbli. Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut fejn neċessarju, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. |
|
(74) |
Il-marġni medju tat-twaqqigħ tal-prezzijiet li nstab għal Since Hardware, espress bħala perċentwal tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni, huwa 16,1 %. |
|
(75) |
Huwa nnutat li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni nstabu li bħala total kienu qed jagħmlu telf fl-IP. |
3. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(76) |
Il-fatti msemmija hawn fuq juru li l-industrija tal-Unjoni qed issofri dannu minħabba l-kwantitajiet oġġett ta’ dumping mibjugħin minn Since Hardware fis-suq tal-Unjoni li kieku kienu jiġu forniti mill-industrija tal-Unjoni. |
E. KAWŻALITÀ
|
(77) |
Kif muri hawn fuq, Since Hardware offriet il-prodotti tagħha, matul l-IP, għal prezzijiet oġġett ta’ dumping ħafna li naqqsu sew il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Bħala riżultat, irnexxiela tbiegħ kwantitajiet matul l-IP li kienu ferm ogħla minn dawk, pereżempju, tal-2005 jew 2006. Għaldaqstant Since Hardware kkawżat id-dannu li nstab hawn fuq. |
|
(78) |
Importatur wieħed qal li r-rata tal-kambju tal-EUR/USD kienet il-kawża tal-preżenza b’saħħitha tat-twavel għall-mogħdija ta’ Since Hardware fis-suq tal-Unjoni aktar milli l-prattiki ta’ dumping. Madankollu, jekk dan huwa veru, l-importazzjonijiet kollha fatturati f’USD kien ikollhom vantaġġ fil-kompetizzjoni tagħhom mal-oġġetti fatturati fl-euro. Minflok, kif stabbilit fil-premessi (67) u (68), l-importazzjonijiet minn produtturi oħra Ċiniżi u Ukraini, li kienu wkoll qed ibigħu f’USD, naqsu b’mod kostanti bejn l-2006 u l-IP, jiġifieri fil-perjodu li matulu r-rati tal-kambju tal-EUR/USD inbidlu kultant, b’kuntrast maż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet minn Since Hardware matul l-istess perjodu. Għalhekk, din l-allegazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(79) |
Ma ġew irċevuti l-ebda kummenti oħra. Għalhekk ġie konkluż li l-ebda fattur ma jidher li jeżisti li jista’ jikser il-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn Since Hardware u l-kontribuzzjoni tagħhom għad-dannu li nstab hawn fuq. |
F. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(80) |
Kif imsemmi fil-premessa (15), assoċjazzjoni tal-kummerċ waħda kkooperat fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-produtturi u l-importaturi tal-Unjoni li qed jikkooperaw intalbu wkoll jikkumentaw dwar jekk fil-fehma tagħhom l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping possibbli fuq Since Hardware tbiddilx il-konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni li ntlaħqet fil-premessi (51) sa (62) tar-Regolament (KE) Nru 452/2007. |
|
(81) |
Skont il-produtturi tal-Unjoni, l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq Since Hardware ma tbiddilx il-konklużjonijiet dwar l-interess tal-Unjoni kif stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 452/2007. |
|
(82) |
L-assoċjazzjoni tal-kummerċ li qed tikkoopera qalet li l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq Since Hardware normalment għandu jkollu impatt negattiv fuq il-profitabilità tal-importaturi u l-bejjiegħa bl-imnut jew id-distributuri kkonċernati. Madankollu, skont l-assoċjazzjoni tal-kummerċ, il-membri tagħha - inklużi l-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut kbar - ukoll ikkonfermaw li l-prodott li qed jiġi investigat huwa wieħed fejn iż-żidiet fil-prezzijiet bħal dawk li jirriżultaw mill-miżuri ta’ anti-dumping jistgħu jitgħaddew mingħajr ma jkollhom impatt sostanzjali fuq il-perċezzjoni tal-konsumaturi. Għalhekk, ma ġie sottomess ebda element li għandu jbiddel il-konklużjonijiet dwar l-interess tal-Unjoni stabbiliti miż-żewġ Regolamenti msemmija. |
|
(83) |
Minħabba dak imsemmi ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq Since Hardware ma għandux jaffettwa b’mod sostanzjali l-konklużjonijiet dwar l-interess tal-Unjoni li ntlaħqu fil-premessi (51) sa (62) tar-Regolament (KE) Nru 452/2007. L-ebda raġunijiet ma ngħataw dwar għaliex l-analiżi ma għandhiex tapplika, mutatis mutandis, għall-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq Since Hardware. |
G. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI WARA L-IŻVELAR
|
(84) |
Saru rappreżentazzjonijiet bil-miktub u bil-fomm wara l-iżvelar finali tal-konklużjonijiet mill-industrija tal-Unjoni u minn Since Hardware. L-industrija tal-Unjoni taqbel mal-konklużjonijiet żvelati. Il-kummenti ta’ Since Hardware ġew eżaminati, iżda, ebda wieħed minnhom ma kien tali li jista’ jibdel il-konklużjonijiet ta’ hawn fuq. L-argumenti ewlenin imqajma minn Since Hardware kienu kif ġej. |
|
(85) |
Since Hardware tenniet it-talbiet tagħha ta’ qabel dwar l-illegalità allegata ta’ bidu ta’ investigazzjoni oriġinali kontra kumpanija waħda u dwar il-konklużjonijiet MET allegatament mhux korretti. Dawn it-talbiet ġew deskritti u ribattuti fil-premessi (6) sa (10) u (36) sa (44). Dwar xi punti fid-dettall magħmula minn Since Hardware fuq l-ewwel punt (li sar għadd minnhom matul seduta minnhom) jista’ jingħad dan l-ġej: |
|
(86) |
|
|
(87) |
|
|
(88) |
|
|
(89) |
|
|
(90) |
|
|
(91) |
|
|
(92) |
|
|
(93) |
Fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-MET, Since Hardware argumentat ukoll li kellha piż eċċessiv biex tipprova li kienet konformi mal-kriterji għall-MET, b’mod partikolari għal dak li huwa ndħil tal-Istat fil-prezzijiet tal-materja prima ewlenija tagħha. Iżda, l-MET hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali u kull deroga mir-regola ġenerali jew eċċezzjoni trid tiġi interpretata b’mod strett. L-MET tista’ tingħata biss jekk jintwera li jeżistu kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq għall-produttur esportatur inkwistjoni. Kif diġa ssemma fil-premessa (40), ir-responsabbiltà tal-prova hija tal-produttur esportatur li jkun jixtieq igawdi l-istatus ta’ ekonomija tas-suq. It-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza. Ma hemm l-ebda obbligu li l-Kummissjoni tipprova li l-produttur esportatur ma jissodisfax il-kriterji tal-MET. Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk l-evidenza pprovduta mill-produttur esportatur hijiex biżżejjed biex turi li l-kriterji huma sodisfatti. Billi l-Kummissjoni stabbilixxiet għadd ta’ elementi li jindikaw indħil sinifikanti mill-Istat fir-rigward tal-kosti ta’ inputs ewlenin, huwa għaldaqstant dmir tal-kumpanija li turi li dan l-indħil mill-Istat ma jeżistix u/jew ma affettwax id-deċiżjonijiet tal-kumpanija (il-kriterju 1 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku). F’kull każ, kif stabbilit fil-premessi (34) u (43) hawn fuq, Since Hardware naqset milli turi li tissodisfa l-kriterju 2 tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku dwar il-kontabilità li dwarha stqarriet li kellha piż eċċessiv x’tipprova. |
|
(94) |
Barra minn dan ta’ hawn fuq, Since Hardware għamlet żewġ talbiet ġodda fil-kummenti tagħha dwar id-dokument ta’ żvelar finali. L-ewwel nett, Since Hardware stqarret li l-valur normali kellu jiġi aġġustat skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku minħabba li l-materja prima (prodotti tal-azzar) fl-RPĊ għandhom prezz iktar baxx milli fis-suq tal-pajjiż analogu. Din it-talba ma tistax tintlaqa’. Tabilħaqq, ta’ min ifakkar li Since Hardware ġiet imċaħħda mill-MET. Għaldaqstant, il-valur normali huwa stabbilit skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku abbażi tal-prezz jew il-valur kostruwit f’pajjiż terz li għandu ekonomija tas-suq. Dan bilfors jimplika li l-prezzijiet u l-kosti fl-RPĊ jitqiesu bħala mhux affidabbli għad-determinazzjoni tal-valur normali u ma jistgħux jintużaw fid-determinazzjoni jew l-aġġustament mod ieħor ta’ dan tal-aħħar. Ta’ min jinnota wkoll li aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku kif stqarret Since Hardware ma jistax isir jekk ma jiġix ippruvat li l-konsumaturi konsistentement iħallsu prezzijiet differenti għall-istess prodott fis-suq domestiku, f’dan il-każ fis-suq tal-pajjiż analogu, minħabba differenzi fil-prezzijiet tal-materja prima. Since Hardware ma ppruvatx differenzi fil-prezz bħal dawn. |
|
(95) |
It-tieni, Since Hardware stqarret li l-Kummissjoni ma wettqitx analiżi biżżejjed fid-dettall tad-danni fl-investigazzjoni attwali. Hija qalet ukoll li b’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha tinvestiga l-indikaturi kollha ta’ dannu. Ta’ min jinnota madankollu, li l-Kummissjoni sabet (ara b’mod partikolari l-parti D) li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn Since Hardware żdiedu sostanzjalment matul il-perjodu meqjus filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom instabu li kienu qed jimminaw dawk tal-industrija tal-Unjoni. Din il-konklużjoni hija msejsa fuq eżami oġġettiv ta’ evidenza pożitiva. Għalhekk hija konformi mal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. |
|
(96) |
Huwa veru li mhux il-fatturi kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku ġew eżaminati. Iżda, ta’ min ifakkar li f’sitwazzjoni fejn Since Hardware kienet għadha ma nstabitx li qed twettaq dumping, jiġifieri matul l-ewwel investigazzjoni, diġà kien instab, mill-eżami ta’ dawk il-fatturi, li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-RPĊ ikkawżaw dannu. Li jerġgħu jiġu eżaminati dawk il-fatturi kien ikun għal xejn, peress li anki jekk wieħed jassumi li dawk il-fatturi issa kollha saru pożittivi, dan kien ikun (almenu parzjalment) minħabba l-fatt li l-industrija tal-Unjoni issa hija protetta kontra kull (12) esportazzjoni oġġett ta’ dumping mill-RPĊ u l-Ukraina (għajr għal dawk minn Since Hardware). Barra minn hekk, ebda fattur ma ġie identifikat li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn Since Hardware u l-effetti negattivi tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, li wieħed ma jimponix miżuri kontra Since Hardware ikun diskriminatorju fil-konfront tal-produtturi esportaturi suġġetti għall-miżura imposta wara l-ewwel investigazzjoni oriġinali. |
H. MIŻURI DEFINITTIVI ANTI-DUMPING
|
(97) |
Minħabba l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, il-kontribuzzjoni għad-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-RPĊ, prodott minn Since Hardware, għandhom jiġu imposti. |
1. Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu
|
(98) |
Il-livell tal-miżuri definittivi anti-dumping għandu jkun biżżejjed biex jelimina d-dannu lill-industrija tal-Unjoni kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jaqbeż il-marġni ta’ dumping li nstab. Kif imsemmi fil-premessa (75), il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni nstabu li kellhom telf totali matul l-IP. Għalhekk, ma jkunx xieraq li d-dazju jiġi bbażat biss fuq il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet. |
|
(99) |
Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju neċessarju għat-tneħħija tal-effetti tad-dumping dannuż, ġie kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tħalli lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tagħha u tagħmel qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb raġonevolment taħt kondizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Il-marġni tal-qligħ ta’ qabel it-taxxa użat għal din il-kalkulazzjoni kien 7 % tad-dħul. Kif imsemmi fil-premessa (63) tar-Regolament (KE) Nru 452/2007, intwera matul l-ewwel investigazzjoni li dan kien il-livell tal-qligħ li jista’ jkun mistenni raġonevolment fl-assenza ta’ dumping dannuż. Abbażi ta’ dan, prezz mhux dannuż ġie kkalkulat għall-industrija tal-Unjoni ta’ prodott bħal dan. Għal dan l-iskop, inġabret informazzjoni mill-industrija tal-Unjoni sabiex tiġi kkalkulata l-medja differenzjata tal-marġni attwali ta’ qligħ/telf tagħhom matul l-IP kurrenti. Il-prezz mhux dannuż inkiseb bit-tnaqqis tal-marġni attwali ta’ qligħ/telf ikkalkulat tal-industrija tal-Unjoni mill-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom u biż-żieda tal-marġni ta’ qligħ li jrid jinkiseb imsemmi ta’ 7 %. |
|
(100) |
Iż-żieda fil-prezz neċessarja ġiet determinata abbażi ta’ tqabbil tal-medja differenzjata tal-prezz ta’ importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkulazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, mal-prezz medju mhux dannuż tal-prodotti mibjugħin mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju CIF tal-importazzjoni. Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu ta’ 35,8 % b’hekk ġie stabbilit, li kien taħt il-marġni ta’ dumping misjub għal Since Hardware. |
2. Esklużjoni ta’ Since Harware mill-miżura definittiva anti-dumping imposta mir-Regolament (KE) Nru 452/2007
|
(101) |
Fil-kuntest tar-reviżjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001 u fid-dawl tar-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO kif adottat mill-Korp għar-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim tad-WTO, u b’mod partikolari l-paragrafi 305 u 306 tiegħu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1241/2010 eskluda lil Since Hardware mill-miżura definittiva anti-dumping imposta mir-Regolament (KE) Nru 452/2007. |
|
(102) |
Għalhekk issa tista’ imposta miżura ġdida fuq Since Hardware. |
3. Forma u livell tal-miżura
|
(103) |
Fid-dawl ta’ dak imsemmi, u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, huwa meqjus li dazju anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-RPĊ u prodotti minn Since Hardware fil-livell li jelimina d-dannu. |
|
(104) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rata tad-dazju definittiv għal dawn l-importazzjonijiet hija ta’ 35,8 %. |
|
(105) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping normalment japplikaw għal ħames snin, sakemm ma hemmx raġunijiet jew ċirkostanzi speċifiċi li jeħtieġu perjodu iqsar. Fil-każ kurrenti, jitqies xieraq li jiġi limitat id-dewmien tal-miżura sabiex iddum sal-iskadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw, inter alia, mill-RPĊ imposti bir-Regolament (KE) Nru 452/2007. Dan għandu jagħti l-opportunità li fl-istess ħin titqies kwalunkwe talba għal reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ għall-importazzjonijiet kollha li joriġinaw, inter alia, mill-RPĊ. Ovvjament, l-operaturi kkonċernati, u b’mod partikolari Since Hardware u/jew l-industrija tal-Unjoni, jistgħu, qabel is-27 ta’ April 2012, jitolbu reviżjonijiet oħra, b’mod partikolari reviżjoni interim, ta’ dan ir-Regolament, sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha għal dan. |
|
(106) |
Kwalunkwe allegazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ din ir-rata tad-dazju anti-dumping għal kumpaniji individwali (pereżempju wara bidla fl-isem ta’ entità jew wara l-istabbiliment ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (13) minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija konnessi mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjati ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk xieraq, dan ir-Regolament għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Huwa b’dan impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija, irrispettivament joqogħdux weqfin waħedhom jew le, bi jew mingħajr tixrib bl-istim u/jew wiċċ tat-tisħin u/jew wiċċ tal-infiħ, inklużi bords għall-kmiem, u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ u l-appoġġ għall-ħadida li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3924 90 00 , ex 4421 90 98 , ex 7323 93 90 , ex 7323 99 91 , ex 7323 99 99 , ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00 (kodiċi TARIC3924 90 00 10, 4421 90 98 10, 7323 93 90 10, 7323 99 91 10, 7323 99 99 10, 8516 79 70 10 u 8516 90 00 51).
Artikolu 2
1. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti mmanifatturati mill-kumpanija speċifikata hawn taħt għandha tkun li ġejja:
|
Manifattur |
Rata tad-dazju |
Kodiċi Taric addizzjonali |
|
Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou |
35,8 % |
A784 |
2. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sakemm ma jiġix rivedut taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, għandu jibqa’ fis-seħħ sas-27 ta’ April 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SCHAUVLIEGE
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 109, 26.4.2007, p. 12.
(3) ĠU L 84, 31.3.2010, p. 13.
(4) ĠU C 237, 2.10.2009, p. 5.
(5) WT/DS295/AB/R, 29 ta’ Novembru 2005.
(*1) Ara paġna 8 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) Pereżempju “L-Għaqda tal-Istat-Negozju fl-Industrija tal-Azzar taċ-Ċina – Distorsjonijiet tas-Suq Ċiniż fil-Perspettiva Domestika u Internazzjonali” (“The State-Business Nexus in China’s Steel Industry — Chinese Market Distortions in Domestic and International Perspective”) mill-Prof. Dr. Markus Taube & Dr. Christian Schmidkonz ta’ THINK!DESK China Research & Consulting datat 25 ta’ Frar 2009; l-istudju ppreparat mill-Kamra tal-Kummerċ tal-UE fiċ-Ċina ma’ Roland Berger li jiffoka fuq il-kapaċitajiet żejda li huma r-riżultat inter alia tal-intervent tal-istat datat Novembru 2009 (http://www.euccc.com.cn/view/static/?sid=6388); “Flus għall-Metall: Eżaminazzjoni dettaljata tas-Sussidji tal-Gvern Ċiniż lill-Industrija tal-Azzar tiegħu” (“Money for Metal: A detailed Examination of Chinese Government Subsidies to its Steel Industry”) ta’ Wiley Rein LLP, Lulju 2007, “Stħarriġ dwar is-Sussidji tal-Gvern taċ-Ċina” (“China Government Subsidies Survey”) ta’ Anne Stevenson-Yang, Frar 2007, “Ħarsa lejn is-Sussidji tal-Enerġija fiċ-Ċina: Analiżi tal-Industrija tal-Azzar taċ-Ċina mill-2000-2007” (“Shedding Light on Energy Subsidies in China: An Analysis of China’s Steel Industry from 2000-2007”) ta’ Usha C.V. Haley, “Sussidji għall-Azzar Speċjalizzat taċ-Ċina: Massivi, Pervażivi u Illegali” (“China’s Specialty Steel Subsidies: Massive, Pervasive and Illegal”) minn Speciality Steel Industry of North America, “Is-Sindromu taċ-Ċina: Kif is-Sussidji u l-Intervent tal-Gvern Ħolqu l-Akbar Industrija tal-Azzar Dinjija” (“The China Syndrome: How Subsidies and Government Intervention Created the World’s Largest Steel Industry”) ta’ Wiley Rein & Fielding LLP, Lulju 2006.
(7) Sors: Tagħrif dwar in-Negozju tal-Azzar.
(8) Għalkemm din il-konklużjoni hija diġà biżżejjed – flimkien mal-konklużjonijiet l-oħra relatati mal-perjodu kkunsidrat – biex jinstab dannu, huwa nnutat li hija konfermata mill-fatt li meta paragunata mal-PI tal-ewwel investigazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija prodotti minn Since Hardware – li kien diġà sinikanti matul il-PE msemmi – kwazi rdoppja sal-PI kurrenti.
(9) Għalkemm anki din il-konklużjoni hija biżżejjed – flimkien mal-konklużjonijiet l-oħra kollha relatati mal-perjodu kkunsidrat – għall-konklużjoni ta’ eżistenza ta’ dannu, huwa nnutat li hija kkonfermata bil-fatt li meta titqabbel mal-IP tal-ewwel investigazzjoni, is-sehem tas-suq ta’ Since Hardware kiber b’89% sal-IP kurrenti.
(10) Fid-dawl tal-obbligu li l-liġi tal-Unjoni tkun interpretata kemm jista’ jkun f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-UE.
(11) Tubi tal-azzar wweldjati minn inter alia t-Turkija, li jirrigwardaw il-kumpanija Noksel, ĠU L 343, 19.12.2008, premessa (143).
(12) Huwa veru, matul ċertu perjodu, minħabba l-annullament mill-Qorti tal-Ġustizzja tar-Regolament (KE) Nru 452/2007 fir-rigward ta’ Foshan Shunde, de facto dazju ta’ żero applikat ukoll lil dik il-kumpanija, iżda dan ma jagħmel ebda differenza materjali, b’mod partikolari, minħabba li dan tqajjem biss xi snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament.
(13) European Commission, Directorate General for Trade, Directorate H, Office N-105 4/92, 1049 Brussels, BELGIUM.
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/35 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1244/2010
tad-9 ta’ Diċembru 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004
(Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali (1).
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 92 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Żewġ Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom talbu li jiġu emendati l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. |
|
(2) |
Xi Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom talbu li jiġu emendati l-Annessi 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. |
|
(3) |
L-Annessi VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Annessi 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jeħtieġ li jiġu adattati ħalli jitqiesu l-iżviluppi riċenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u biex tiġi garantita t-trasparenza u ċ-ċertezza legali għall-partijiet interessati. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni Amministrattiva dwar il-Koordinament tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali qablet mal-emendi. |
|
(5) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 għalhekk għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
Fl-Anness IX, Parti I, it-taqsima “IL-PAJJIŻI L-BAXXI” hija emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
Fl-Anness 2, it-titolu, “Artikoli 31 u 41” jiġi sostitwit minn “Artikoli 32 (2) u 41 (1)”. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1245/2010
tal-21 ta’ Diċembru 2010
li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għas-sena 2011, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tas-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 144(1) u 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Kwoti tariffarji tal-Unjoni għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż għandhom jinfetħu għall-2011. Id-dazji u l-kwantitajiet għandhom ikunu ffissati skont il-ftehimiet internazzjonali rispettivi li jkunu fis-seħħ fis-sena 2011. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, minn naħa oħra (2) stipula kwota tariffarja bilaterali addizzjonali ta' 2 000 tunnellata b'żieda ta' 10 % kull sena tal-kwantità oriġinali li għandha tinfetaħ għall-kodiċi tal-prodott 0204 mill-1 ta' Frar 2003. Għaldaqstant, għandhom jiżdiedu 200 tunnellata oħra mal-kwota tal-GATT/WTO għaċ-Ċilì u ż-żewġ kwoti għandhom ikomplu jintużaw bl-istess mod matul l-2011. |
|
(3) |
Ċerti kwoti huma definiti għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u li jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Billi l-importazzjonjiet skont dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti fuq bażi ta’ sena kalendarja, il-kwantitajiet rispettivi li se jkunu ffissati għas-sena kalendarja 2011 fir-rigward tal-kwoti kkonċernati, huma t-total ta’ nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 u nofs il-kwantità għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jiġi ffissat ekwivalenti ta’ piż ta' karkassi sabiex jiġi żgurat li jkun hemm tħaddim xieraq tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni. |
|
(5) |
B’deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (3), il-kwoti għal prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandhom ikunu ġestiti f'konformità mal-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b, u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (4). |
|
(6) |
Il-kwoti tariffarji skont dan ir-Regolament inizjalment iridu jitqiesu bħala mhux kritiċi fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 meta jitħaddmu bis-sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Għalhekk, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu awtorizzati li jirrevokaw ir-rekwiżit għas-sigurtà ta' oġġetti li inizjalment ikunu ġew importati taħt dawk il-kwoti skont l-Artikoli 308c(1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Minħabba l-partikolaritajiet tat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni waħda għall-oħra, l-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament m’għandux japplika. |
|
(7) |
Għandu jiġi ċċarat liema tip ta' prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta mill-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji skont is-sistema ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. |
|
(8) |
Meta operaturi jippreżentaw prodotti tal-laħam tan-nagħaġ lill-awtoritajiet doganali għall-importazzjoni, ikun diffiċli għal dawk l-awtoritajiet biex jistabbilixxu jekk dawn joriġinawx minn nagħaġ domestiċi jew minn nagħaġ oħra, differenza li tiddetermina l-applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju differenti. Għalhekk, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li l-prova tal-oriġini tikkjarifika dan. |
|
(9) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2009 tal-15 ta' Diċembru 2009 li jiftaħ il-kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2010, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (5) ma jibqax jintuża fl-aħħar tas-sena 2010. Għal din ir-raġuni għandu jiġi rrevokat. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni tal-importazzjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ, u għal-laħam tal-mogħoż għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 2
Id-dazji doganali applikabbli għall-prodotti skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, il-Kodiċi NM, il-pajjiżi tal-oriġini, elenkati skont il-grupp tal-pajjiż, u n-numri tas-serje huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 3
1. Il-kwantitajiet, espressi f’ekwivalenza għall-piż ta’ karkassi, għall-importazzjoni ta’ prodotti skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1, għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness.
2. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kwantitajiet ta’ “ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi” imsemmi fil-paragrafu 1, il-piż nett ta’ prodotti tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandu jkun immultiplikat bil-koeffiċjenti li ġejjin:
|
(a) |
għal annimali ħajjin: 0,47; |
|
(b) |
għall-ħaruf bla għadam u għal-laħam tal-gidi bla għadam: 1,67; |
|
(c) |
għal-laħam tal-muntun, tan-nagħaġ u tal-mogħoż bla għadam, għajr dak tal-gidi u taħlitiet ta’ kwalunkwe minn dawn: 1,81; |
|
(d) |
għal prodotti tal-laħam bl-għadam: 1,00. |
“Gidi” għandha tfisser ferħ ta’ mogħża li ma għandux aktar minn sena.
Artikolu 4
Bħala deroga mit-Titolu II (A) u (B) tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jitmexxew fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma għandux japplika. M’hemmx bżonn ta’ liċenzji ta' importazzjoni.
Artikolu 5
1. Biex wieħed jibbenifika mill-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness, għandha titressaq lill-awtoritajiet doganali tal-Unjoni prova valida tal-oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat kif ukoll dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-oġġetti kkonċernati.
L-oriġini ta’ prodotti suġġetti għal kwoti tariffarji barra dawk li jirriżultaw minn ftehimiet dwar tariffa preferenzjali għandha tiġi deteminata skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Unjoni.
2. Il-prova tal-oriġini msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej:
|
(a) |
fil-każ ta’ kwota tariffarja li hija parti minn ftehim dwar tariffa preferenzjali, din għandha tkun il-prova tal-oriġini kif stipulata fil-ftehim; |
|
(b) |
fil-każ ta’ kwoti tariffarji oħrajn, għandha tkun prova stabbilita skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u, flimkien mal-elementi pprovduti f’dak l-Artikolu, id-dejta li ġejja:
|
|
(c) |
fil-każ ta’ pajjiż li l-kwota tiegħu taqa’ taħt il-punti (a) u (b) u huma magħqudin, għandha tkun il-prova msemmija fil-punt (a). |
Fejn il-prova tal-oriġini msemmija fil-punt (b) hija preżentata bħala dokument ta’ appoġġ għal dikjarazzjoni waħda biss għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, jista’ jkun fiha diversi numri tas-serje. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jkun fiha biss numru wieħed tas-serje.
Artikolu 6
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2009 huwa mħassar.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (f’tunnellati (t) ta’ ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi) KWOTI TARIFFARJI TAL-UNJONI GĦALL-2011
|
Nru tal-Grupp tal-Pajjiż |
Kodiċi NM |
Dazju “Ad valorem” % |
Dazju speċifiku EUR/100 Kg |
Numru tas-serje skont “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” |
Oriġini |
Volum fis-sena f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ piż ta’ karkassi |
|||
|
Annimali ħajjin (Koeffiċjent = 0.47) |
Mingħajr Għadam ħaruf (1) (Koeffiċjent = 1.67) |
Laħam tal-muntun/tan-nagħaġ bla għadma (2) (Koeffiċjent = 1.81) |
Karkassa u laħam bl-għadam (Koeffiċjent = 1.00) |
||||||
|
1 |
0204 |
Żero |
Żero |
— |
09.2101 |
09.2102 |
09.2011 |
L-Arġentina |
23 000 |
|
— |
09.2105 |
09.2106 |
09.2012 |
L-Awstralja |
18 786 |
||||
|
— |
09.2109 |
09.2110 |
09.2013 |
In-New Zealand |
227 854 |
||||
|
— |
09.2111 |
09.2112 |
09.2014 |
L-Urugwaj |
5 800 |
||||
|
— |
09.2115 |
09.2116 |
09.1922 |
Iċ-Ċilì |
6 600 |
||||
|
— |
09.2121 |
09.2122 |
09.0781 |
In-Norveġja |
300 |
||||
|
— |
09.2125 |
09.2126 |
09.0693 |
Il-Groenlandja |
100 |
||||
|
— |
09.2129 |
09.2130 |
09.0690 |
Il-Gżejjer Faeroe |
20 |
||||
|
— |
09.2131 |
09.2132 |
09.0227 |
It-Turkija |
200 |
||||
|
— |
09.2171 |
09.2175 |
09.2015 |
Oħrajn (3) |
200 |
||||
|
2 |
0204 , 0210 99 21 , 0210 99 29 , 0210 99 60 |
Żero |
Żero |
— |
09.2119 |
09.2120 |
09.0790 |
l-Islanda |
1 850 |
|
3 |
0104 10 30 0104 10 80 0104 20 90 |
10 % |
Żero |
09.2181 |
— |
— |
09.2019 |
Erga omnes (4) |
92 |
(1) U laħam tal-gidi.
(2) U laħam tal-mogħoż barra dak tal-gidi.
(3) “Oħrajn” għandha tirreferi għall-oriġinijiet kollha, għajr il-pajjiżi l-oħra msemmija f’din it-tabella.
(4) “ Erga omnes ” għandha tirreferi għall-oriġinijiet kollha, inklużi l-pajjiżi msemmija f’din it-tabella.
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/40 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1246/2010
tal-21 ta’ Diċembru 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Diċembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
87,5 |
|
MA |
42,8 |
|
|
TR |
107,4 |
|
|
ZZ |
79,2 |
|
|
0707 00 05 |
EG |
140,2 |
|
JO |
158,2 |
|
|
TR |
84,2 |
|
|
ZZ |
127,5 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
83,7 |
|
TR |
115,9 |
|
|
ZZ |
99,8 |
|
|
0805 10 20 |
AR |
43,0 |
|
BR |
41,5 |
|
|
MA |
60,3 |
|
|
PE |
58,9 |
|
|
TR |
66,6 |
|
|
UY |
48,7 |
|
|
ZA |
50,2 |
|
|
ZZ |
52,7 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
61,9 |
|
ZZ |
61,9 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
HR |
61,3 |
|
IL |
72,0 |
|
|
JM |
144,2 |
|
|
TR |
71,6 |
|
|
ZZ |
87,3 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
49,2 |
|
TR |
55,5 |
|
|
UY |
49,2 |
|
|
ZZ |
51,3 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
74,9 |
|
CA |
84,9 |
|
|
CL |
84,2 |
|
|
CN |
83,7 |
|
|
MK |
29,3 |
|
|
NZ |
74,9 |
|
|
US |
104,8 |
|
|
ZA |
124,1 |
|
|
ZZ |
82,6 |
|
|
0808 20 50 |
CN |
63,6 |
|
US |
134,5 |
|
|
ZZ |
99,1 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/42 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1247/2010
tal-21 ta’ Diċembru 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 1230/2010 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Diċembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-22 ta’ Diċembru 2010
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
66,09 |
0,00 |
|
1701 11 90 (1) |
66,09 |
0,00 |
|
1701 12 10 (1) |
66,09 |
0,00 |
|
1701 12 90 (1) |
66,09 |
0,00 |
|
1701 91 00 (2) |
59,68 |
0,00 |
|
1701 99 10 (2) |
59,68 |
0,00 |
|
1701 99 90 (2) |
59,68 |
0,00 |
|
1702 90 95 (3) |
0,60 |
0,17 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
DIRETTIVI
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/44 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/92/UE
tal-21 ta’ Diċembru 2010
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-bromukonażol bħala sustanza attiva
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi l-bromukonażol. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/832/KE (4) ġie deċiż li l-bromukonażol ma jkunx inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali, minn hawn 'il quddiem “l-applikant”, ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċellerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5). |
|
(3) |
L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Belġju, li kien inħatar bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess bħal dawk li kienu s-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/832/KE. Dik l-applikazzjoni tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sustantivi li fadal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008. Il-Belġju vvaluta l-informazzjoni l-ġdida u d-dejta mressqa mill-applikant u ħejja rapport addizzjonali. Huwa kkomunika dak ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-8 ta' Ottubru 2010. |
|
(4) |
L-Awtorità kkomunikat ir-rapport ta' valutazzjoni lill-applikant u lill-Istati Membri kollha u bagħtet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, ir-rapport addizzjonali saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-Awtorità. L-Awtorità mbagħad ippreżentat il-konklużjoni tagħha dwar il-bromukonażol lill-Kummissjoni nhar id-29 ta' Lulju 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fit-23 ta' Novembru 2010 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni għall-bromukonażol. |
|
(5) |
Ir-rapport addizzjonali mill-Istat Membru relatur u l-konklużjoni l-ġdida mill-Awtorità jikkonċentraw fuq it-tħassib li jwassal għan-noninklużjoni. Dak it-tħassib kien, b'mod partikolari, ir-riskju għoli ta' organiżmi akkwatiċi u n-nuqqas ta' informazzjoni disponibbli biex tiġi vvalutata l-kontaminazzjoni potenzjali tal-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art. |
|
(6) |
L-informazzjoni l-ġdida li ntbagħtet mill-applikant ippermettiet il-valutazzjoni tal-kontaminazzjoni potenzjali tal-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art. L-informazzjoni disponibbli bħalissa tindika li r-riskju ta' kontaminazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art huwa baxx u li r-riskju għall-organiżmi akkwatiċi huwa aċċettabbli. |
|
(7) |
Għaldaqstant, id-dejta u l-informazzjoni addizzjonali pprovduti mill-applikant jippermettu li jiġu eliminati l-punti speċifiċi ta' tħassib li wasslu għan-noninklużjoni. Ma tqajmet l-ebda mistoqsija xjentifika miftuħa oħra. |
|
(8) |
Mill-bosta eżamijiet li saru ħareġ li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bromukonażol jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u rrapportati fid-detall fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-bromukonażol jiġi inkluż fl-Anness I, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. |
|
(9) |
Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif ta' konferma dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li l-applikant ikun mitlub jibgħat informazzjoni ulterjuri dwar residwi ta' metaboliti b'derivativ ta' triażol (TDMs) f'għelejjel ewlenin, għelejjel rotazzjonali u prodotti ta' oriġini mill-annimali, minbarra informazzjoni rigward ir-riskju fit-tul ta' mammiferi erbivori. Biex tkun irfinuta aktar il-valutazzjoni tal-proprjetajiet potenzjali li jħarbtu l-endokrina, huwa xieraq li jintalab li l-bromukonażol ikun soġġett għal aktar ittestjar hekk kif ikunu jeżistu jew linji gwida tat-test tal-OECD dwar it-tħarbit endokrinali, jew alternattivament, linji gwida tat-test Komunitarji maqbul. |
|
(10) |
Għalhekk jixraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma' din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2011.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.
(3) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.
(4) ĠU L 295, 4.11.2008, p. 53.
(6) L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel: Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva bromukonażol Il-Ġurnal EFSA 2010; 8(8):1704. [84 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1704. Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal –.
ANNESS
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KE:
|
Nru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem skont l-IUPAC |
Purità (*1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza tal-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||
|
“323 |
Bromukonażol Nru CAS: 116255-48-2 Nru CIPAC: 680 |
1-[(2RS,4RS:2RS,4SR)-4-bromo-2-(2,4-diklorofenil) tetraidrofurfuril]-1H-1,2,4-triażol |
≥ 960 g/kg |
1 ta' Frar 2011 |
31 ta' Jannar 2021 |
PARTI A L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-bromukonażol, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-23 ta’ Novembru 2010. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant jippreżenta lill-Kummissjoni:
Huma għandhom jiżguraw li l-applikant, li fuq talba tiegħu il-bromukonażol ġie inkluż f’dan l-Anness, jipprovdi informazzjoni konfermatorja tali lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-applikant jibgħat aktar informazzjoni li tindirizza l-proprjetajiet potenzjali endokrinali li jħarbtu tal-bromukonażol lill-Kummissjoni fi żmien sentejn wara l-adozzjoni tal-linji gwida tat-test tal-OECD dwar it-tħarbit endokrinali, jew alternattivament, tal-linji gwida tat-test Komunitarji maqbula.” |
(*1) Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport ta' reviżjoni.
DEĊIŻJONIJIET
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Diċembru 2010
li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu
(2010/795/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1),
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 3(3), ir-raba’ subinċiż, tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji annes għat-Trattati jipprovdi li, sal-31 ta’ Ottubru 2014, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni kalkolata abbażi taċ-ċifri tal-popolazzjoni mniżżla fl-Artikolu 1 tal-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (minn issa msejjħa “ir-Regoli ta’ Proċedura”). |
|
(2) |
L-Artikolu 2(2) tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura jipprovdi li, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu, konformement mad-data disponibbli fl-Uffiċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, jaddatta ċ-ċifri li jidhru fl-Artikolu 1 ta’ dak l-Anness. |
|
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu emendati għas-sena 2011, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(5) tat-TFUE u tal-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, il-popolazzjoni totali ta’ kull Stat Membru għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011, għandha tkun kif ġej:
|
Stat Membru |
Popolazzjoni (× 1 000 ) |
|
Ġermanja |
81 802,3 |
|
Franza |
64 714,1 |
|
Renju Unit |
62 008,0 |
|
Italja |
60 340,3 |
|
Spanja |
45 989,0 |
|
Polonja |
38 167,3 |
|
Rumanija |
21 462,2 |
|
Pajjiżi l-Baxxi |
16 575,0 |
|
Greċja |
11 305,1 |
|
Belġju |
10 827,0 |
|
Portugall |
10 637,7 |
|
Repubblika Ċeka |
10 506,8 |
|
Ungerija |
10 014,3 |
|
Svezja |
9 340,7 |
|
Awstrija |
8 375,3 |
|
Bulgarija |
7 563,7 |
|
Danimarka |
5 534,7 |
|
Slovakkja |
5 424,9 |
|
Finlandja |
5 351,4 |
|
Irlanda |
4 467,9 |
|
Litwanja |
3 329,0 |
|
Latvja |
2 248,4 |
|
Slovenja |
2 047,0 |
|
Estonja |
1 340,1 |
|
Ċipru |
803,1 |
|
Lussemburgu |
502,1 |
|
Malta |
413,0 |
|
Total |
501 090,4 |
|
Livell minimu (62 %) |
310 676,1 ” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/KE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li taddotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPOL COPPS/1/2010
tal-21 ta’ Diċembru 2010
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
(2010/796/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/784/PESK tas-17 ta' Diċembru 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Taħt l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/784/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, b’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u jieħu t-tmexxija strateġika tal-Missjoni EUPOL COPPS, inkluża b'mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Ġiet proposta, mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, estensjoni tal-mandat tas-Sur Henrik MALMQUIST bħala l-Kap tal-Missjoni EUPOL COPPS, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Henrik MALMQUIST bħala Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa b'dan estiż mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika sat-31 ta' Diċembru 2011.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/50 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI
tal-1 ta’ Diċembru 2010
rigward l-emenda tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim
(2010/797/UE)
IL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Agrikolu”), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Agrikolu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. |
|
(2) |
Taħt l-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu l-Kumitat Veterinarju Konġunt huwa responsabbli biex jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni li tinqala’ b’rabta ma’ dan l-Anness u l-implimentazzjoni tiegħu u għat-twettiq tal-kompiti previsti fih. L-Artikolu 19(3) ta’ dak l-Anness jawtorizza lill-Kumitat Veterinarju konġunt biex jemenda l-Appendiċi tiegħu, b’mod partikolari bil-ħsieb li dawn jiġu adattati u aġġornati. |
|
(3) |
L-Appendiċi tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu ġew emendati għall-ewwel darba mid-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tal-25 ta’ Novembru 2003 li jemenda l-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim (1). |
|
(4) |
L-Appendiċi tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġew emendati l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tat-23 ta’ Diċembru 2008 rigward l-emendar tal-Appendiċi 2, 3, 4, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim (2). |
|
(5) |
Il-Konfederazzjoni Svizzera talbet estensjoni għad-deroga preċedentement mogħtija fir-rigward tal-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat-Trichinella fil-karkassi u l-laħam ta’ ħnieżer domestiċi maħsuba għat-tismin u għall-biċċerija fl-istabbilimenti tal-qatla b’kapaċità baxxa. Billi dawn il-karkassi u l-laħam tal-ħnieżer domestiċi, kif ukoll il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti proċessati tal-laħam li ġejjin minnhom, ma jistgħux ikunu oġġett ta’ skambji mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(a) tal-Ordinanza Svizzera dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali tad-Département Fédéral de l’Intérieur (RS 817.022.108), din it-talba tista’ tiġi sodisfatta. Id-deroga in kwistjoni għandha, għalhekk, issir applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2014. |
|
(6) |
Wara l-aħħar emendar tal-Appendiċi tal-Anness 11 tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet leġislattivi tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 għal dak il-Ftehim ġew emendati wkoll. Il-punti ta’ kuntatt imsemmija fl-Appendiċi 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu għandhom għalhekk jiġu aġġornati. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandhom jiġu emendati f’konformità mal-Annessi I sa VI għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni, mfassla f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mill-kopresidenti jew persuni oħra bis-setgħa li jaġixxu f’isem il-partijiet.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta ż-żewġ partijiet ikunu ffirmawha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Iffirmat f’Berna, l-1 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Konfederazzjoni Svizzera
Il-Kap tad-Delegazzjoni
Hans WYSS
Iffirmat fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Unjoni Ewropea
Il-Kap tad-Delegazzjoni
Paul VAN GELDORP
ANNESS I
I.
Il-Kapitolu V, “Influwenza Avjarja” tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:“V. Influwenza avjarja
A. LEĠISLAZZJONI (*1)
|
L-Unjoni Ewropea |
L-Isvizzera |
||||||
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16). |
|
B. REGOLI U PROĊEDURI SPEĊJALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI
|
1. |
Il-laboratorju ta’ referenza għall-influwenza avjarja tal-Unjoni Ewropea għandu jkun is-Central Veterinary Laboratory, New Haw, Weybridge, Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Isvizzera għandha tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għall-attivitajiet imwettqa mil-laboratorju f’dik il-kapaċità. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness VII (2) tad-Direttiva 2005/94/KE. |
|
2. |
Skont l-Artikolu 97 tal-Ordinanza dwar l-epiżutija, l-Isvizzera stabbiliet pjan ta’ kontinġenza, li huwa ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-Office Vétérinaire Fédéral. |
|
3. |
L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 60 tad-Direttiva 2005/94/KE u l-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija. |
(*1) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.” "
II.
Il-Kapitolu VII, “Mard tal-ħut u l-molluski”, tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:“VII. Mard tal-ħut u tal-molluski
A. LEĠISLAZZJONI (*2)
|
L-Unjoni Ewropea |
L-Isvizzera |
||||
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14). |
|
B. REGOLI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI
|
1. |
Bħalissa t-trobbija tal-gajdri ċatti mhijiex prattikata fl-Isvizzera. Fil-każ li jfeġġu l-Bonamiosis jew il-Marteiliosis, l-Office Vétérinaire Fédéral jintrabat li jieħu l-miżuri ta’ emerġenza meħtieġa f’konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija. |
|
2. |
Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-mard tal-ħut u tal-molluski, l-Isvizzera għandha tapplika l-Ordinanza dwar l-epiżutija, b’mod partikolari l-Artikoli 61 (obbligi tal-lokaturi ta’ drittijiet ta’ sajd u tal-organi responsabbli għas-sorveljanza tas-sajd), 62 sa 76 (miżuri ġenerali għall-ġlieda kontra l-mard), 275 sa 290 (miżuri speċifiċi fir-rigward tal-mard tal-ħut, laboratorji ta’ dijanjożi) u 291 (epiżutija li għandha tiġi ssorveljata). |
|
3. |
Il-laboratorju ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji tal-Unjoni Ewropea għandu jkun is-Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit. Il-laboratorju ta’ referenza għall-mard tal-ħut tal-Unjoni Ewropea għandu jkun in-National Veterinary Institute, Technical University of Denmarkiet, Hangövej 2, 8200 Århus, id-Danimarka. Il-laboratorju ta’ referenza għall-mard tal-molluski tal-Unjoni Ewropea għandu jkun il-Laboratoire IFREMER, BP 133, 17390 La Tremblade, Franza. L-Isvizzera għandha tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal attivitajiet imwettqa fil-kapaċità msemmija hawn fuq. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dawn il-laboratorji għandhom ikunu kif stabbiliti fil-Parti I tal-Anness VI tad-Direttiva 2006/88/KE. |
|
4. |
L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/88/KE u l-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija. |
(*2) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-Att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.” "
(*1) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.”
(*2) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-Att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.” ”
ANNESS II
1.
Il-Paragrafu 7(d) tal-Parti B, “Regoli u proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni” tal-Kapitolu I, “Annimali bovini u ħnieżer”, tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:|
“(d) |
l-iżolament għandu jintemm meta, wara t-tneħħija tal-annimali infettati, żewġ eżamijiet seroloġiċi tal-annimali kollha ta’ trobbija u ta’ għadd rappreżentattiv ta’ annimali tat-tismin li jitwettqu f’intervall ta’ mill-inqas 21 jum jagħtu riżultati negattivi; Minħabba l-istatus rikonoxxut tal-Isvizzera, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/185/KE (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19), emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2009/248/KE (ĠU L 73, 19.3.2009, p. 22), għandhom japplikaw mutatis mutandis.” |
2.
Il-Paragrafu 11 tal-Parti B, “Regoli u proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni” tal-Kapitolu I, “Annimali bovini u ħnieżer” tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:|
“11. |
L-annimali bovini u l-ħnieżer li huma l-oġġett ta’ skambji bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikati sanitarji f’konformità mal-mudelli stabbiliti fl-Anness F għad-Direttiva 64/432/KEE. Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
|
3.
Il-Paragrafu 4 tal-Parti B, “Regoli u proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni” tal-Kapitolu IV, “Tjur u bajd tat-tfaqqis”, tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b'dan li ġej:|
“4. |
Għall-kunsinni ta’ bajd għat-tfaqqis lejn l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet Svizzeri jintrabtu li jikkonformaw mar-regoli ta’ mmarkar stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tfaqqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 5).”. |
4.
Il-Kapitolu V, “Annimali u prodotti tal-akkwakultura”, tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:“V. Annimali u prodotti tal-akkwakultura
A. LEĠISLAZZJONI (*1)
|
L-Unjoni Ewropea |
L-Isvizzera |
||||||
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14). |
|
B. REGOLI U PROĊEDURI SPEĊJALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI
|
1. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-Isvizzera hi rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-anemija infettiva tas-salamun u minn infezzjonijiet mill-Marteilia refringens u mill-Bonamia ostreae. |
|
2. |
Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe applikazzjoni tal-Artikoli 29, 40, 41, 43, 44, 50 tad-Direttiva 2006/88/KE. |
|
3. |
Il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali akkwatiċi ornamentali, annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, inklużi żoni ta’ stabbiliment mill-ġdid, ta’ pixkeriji u ta’ faċilitajiet ornamentali miftuħa, kif ukoll għar-ripopolazzjoni u tal-annimali tal-akkwakultura u tal-prodotti tal-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41). |
|
4. |
L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/88/KE u l-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija. |
(*1) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.” "
(*1) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.” ”
ANNESS III
Il-Parti A, “Identifikazzjoni tal-annimali” tal-Kapitolu V tal-Appendiċi 5 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“A. Identifikazzjoni tal-annimali
A. LEĠISLAZZJONI (*1)
|
L-Unjoni Ewropea |
L-Isvizzera |
||||||||
|
|
B. REGOLI U PROĊEDURI SPEĊJALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI
|
a) |
Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/71/KE. |
|
b) |
L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 1760/2000, l-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija u l-Artikolu 1 tal-Ordinanza tal-14 ta’ Novembru 2007 dwar il-koordinazzjoni tal-ispezzjonijiet fl-azjendi agrikoli (OCI, RS 910.15). |
(*1) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.” ”
ANNESS IV
1.
Il-paragrafu (6) tat-Taqsima “Kondizzjonijiet speċjali” tal-Kapitolu I tal-Appendiċi 6 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:|
“(6) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jistgħu jidderogaw mill-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat-Trichinella fil-karkassi u l-laħmijiet ta’ ħnieżer domestiċi miżmuma għat-tismin u għall-qtil fl-istabbilimenti tal-qtil b’kapaċità baxxa.
Din id-dispożizzjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2014. B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(3) tal-Ordinanza tad-DFE tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene matul il-qtil tal-annimali (OhyAb; RS 817 190.1) u tal-Artikolu 9(8), tal-Ordinanza tad-DFI tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (RS 817 022 108), dawn il-karkassi u l-laħmijiet tal-ħnieżer domestiċi miżmuma għat-tismin u għall-qtil kif ukoll il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti proċessati tal-laħam li ġejjin minnhom għandhom ikunu mmarkati b’timbru speċjali tas-saħħa f’konformità mal-mudell speċifikat fl-aħħar subparagrafu tal-Anness 9 tal-Ordinanza tad-DFE tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene matul il-qtil tal-annimali (OhyAb; RS 817 190.1). Dawn il-prodotti ma jistgħux ikunu oġġett ta’ skambji mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9a tal-Ordinanza tad-DFI dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (RS 817 022 108).”. |
2.
Il-Paragrafu (11) tat-Taqsima “Kondizzjonijiet speċjali” tal-Kapitolu I tal-Appendiċi 6 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:|
“11. |
|
ANNESS V
Il-Kapitolu V tal-Appendiċi 10 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa b’dan emendat kif ġej:
|
1. |
Jitħassru l-paragrafi 3, 6, 7, 8, 9 u 14 tal-Parti 1.A. |
|
2. |
Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu mal-parti 1.A:
|
ANNESS VI
L-Appendiċi 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Appendiċi 11
Punti ta’ kuntatt
|
1. |
Għall-Unjoni Ewropea:
|
|
2. |
Għall-Isvizzera:
Kuntatt ieħor importanti:
|
III Atti oħrajn
ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/60 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 291/10/COL
tas-7 ta' Lulju 2010
rigward ir-rikonoxximent taż-żoni approvati fin-Norveġja fir-rigward tal-Bonamia ostreae u l-Marteilia refringens
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, partikolarment l-Artikolu 109 u Protokoll 1 tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja, partikolarment l-Artikolu 5(2)(d) u l-Protokoll 1 tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 4.1.5a tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE, Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal- 24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), kif adottat permezz tal-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, b'mod partikolari l-Artikolu 53 ta' dak l-Att.
Billi:
Bid-Deċiżjoni tagħha Nru 225/04/COL tad- 9 ta' Settembru 2004, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA rrikonoxxiet il-kosta sħiħa tan-Norveġja bħala żona approvata fir-rigward tal-Bonamia ostreae u l-Marteilia refringens.
In-Norveġja informat lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA b'email fit- 3 ta' Ġunju 2009 li l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae instabet fil-gandoffli slavaġ fil-kontea ta' Aust-Agder fin-Nofsinhar tan-Norveġja u li kienet ġiet stabbilita żona ta' kontroll u żona ta' sorveljanza madwar iż-żona affettwata.
B'ittra datata t- 23 ta' April 2010 (avveniment Nru 554681), in-Norveġja kkonfermat lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA li l-preżenza tal-Bonamia ostreae fil-gandoffli slavaġ mill-kontea ta' Aust-Agder fin-Nofsinhar tan-Norveġja ma setgħetx tiġi eskluża u, għalhekk, ebda evidenza konklusiva ma setgħet tiġġustifika t-tneħħija taż-żona ta' kontroll u sorveljanza madwar iż-żona relevanti.
L-Artikolu 53(3) tad-Direttiva 2006/88/KE jipprovdi li fejn l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma probabbiltà sinifikanti li ġrat l-infezzjoni, għandu jiġi rtirat l-istatus ta' ħelsien mill-mard tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment, skont il-proċedura li taħtha kien iddikjarat dak l-istatus. Skont ir-riżultati tal-investigazzjoni epidemoloġika li twettqet min-Norveġja u r-riżultat tad-diskussjonijiet bejn l-Istitut Veterinarju Nazzjonali Norveġiż u l-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tqis li l-kundizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet għall-irtirar tal-istatus ta' ħelsien mill-mard għaż-żona affettwata ta' Aust-Agder fin-Nofsinhar tan-Norveġja huma sodisfatti.
Għalhekk, id-Deċiżjoni Nru 225/04/COL għandha tiġi revokata.
Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iż-żoni approvati fir-rigward tal-Bonamia ostreae u l-Marteilia refringens għan-Norveġja huma mniżżla f'lista fl-Anness.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni Nru 225/04/COL qed tiġi revokata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Lulju 2010.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lin-Norveġja.
Artikolu 5
It-test Ingliż biss tad-deċiżjoni hi kkunsidrata bħala awtentika.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2010.
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
Per SANDERUD
President
Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON
Membru tal-Kulleġġ
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 17.6.2010, p. 1. Din id-Direttiva għadha mhix pubblikata bin-Norveġiż.
ANNESS
1.
l-kosta sħiħa tan-Norveġja hija żona approvata fir-rigward tal-Marteilia refringens.
2.
l-kosta sħiħa tan-Norveġja hija żona approvata fir-rigward tal-Bonamia ostreae bl-eċċezzjoni ta'|
— |
il-kontea ta' Aust-Agder fin-Nofsinhar tan-Norveġja. |
Rettifika
|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/62 |
Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta' xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (ECSA) u l-Federazzjoni ta' l-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FST)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 167 tat-2 ta’ Lulju 1999 )
(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Volum 3, p. 363)
Paġna 365, Il-Klawsola 5(1)(b)(ii):
Flok:
|
“(ii) |
72 siegħa fi kwalunkwe perjodu ta' sebat ijiem.”, |
Aqra:
|
“(ii) |
77 siegħa fi kwalunkwe perjodu ta' sebat ijiem.”. |