ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.322.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 322

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
8 ta' Diċembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż rigward l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni u fil-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja kollha (2007-2013)

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1137/2010 tas-7 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1138/2010 tas-7 ta’ Diċembru 2010 li jemenda għall-140 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1139/2010 tas-7 ta’ Diċembru 2010 li jemenda għall-141 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk ta' Al-Qaida u t-Taliban

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1140/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jqassam, għas-sena tas-suq 2010/2011, 5000 tunnellata ta' fibra qasira tal-kittien u ta' fibra tal-qanneb bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti bejn id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja u l-Lussemburgu

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi ( 1 )

10

 

*

Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 1142/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri tranżizzjonali li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta' ċerti annimali mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ( 1 )

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1143/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa ( 1 )

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1144/2010 tat-3 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-tusk fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1145/2010 tat-3 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-tusk fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1146/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIII, IX u X; u fl-ilmijiet tas-CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

28

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1147/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Estonja

30

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1148/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1149/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Komunità u f’dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni V, VI, VII u XII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

34

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1150/2010 tas-7 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

36

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/90/UE tas-7 ta' Diċembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tiġi inkluża l-piridaben bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE ( 1 )

38

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/757/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010 għan-nomina tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2015 fil-Belġju

42

 

 

2010/758/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2010 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Bulgarija

43

 

 

2010/759/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2010 biex il-4-metilmetkatinon (mefredron) jiġi sottomess għal miżuri ta’ kontroll

44

 

 

2010/760/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2010 dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju maħsuba biex jitqassmu jew biex ikunu disponibbli mingħajr ħlas għall-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8482)

46

 

 

2010/761/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2010 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ miżuri nazzjonali approvati mill-Ungerija u r-Renju Unit għall-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8617)  ( 1 )

47

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/89/UE tas-6 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tiġi inkluża l-quinmerac bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE ( ĠU L 320, 7.12.2010 )

50

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/1


Avviż rigward l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u fil-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja kollha (2007-2013)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u fil-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja kollha (2007-2013) (1), iffirmat fi Brussell fil-15 ta’ Frar 2010, ser jiġi applikat b’mod proviżorju, bis-saħħa tal-Artikolu 5, it-tieni subparagrafu tal-Ftehim, mill-1 ta’ Jannar 2011.


(1)  ĠU L 87, 7.4.2010, p. 9.


REGOLAMENTI

8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1137/2010

tas-7 ta’ Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 (2) jimponi projbizzjoni ġenerali fuq il-provvista ta’ parir tekniku, assistenza, taħriġ, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.

(2)

Permezz tal-paragrafu 7 tar-Riżoluzzjoni 1907 (2009), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għamel sejħa lill-Istati Membri biex jispezzjonaw kull tagħbija lejn u mis-Somalja, fejn huma jemmnu li t-tagħbija jkun fiha oġġetti projbiti jew mill-paragrafi 5 u 6 ta’ dik ir-Riżoluzzjoni jew mill-embargo ġenerali u komplet tal-armi kontra s-Somalja, bl-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni stretta ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tipprevedi l-ispezzjoni ta’ ċerti tagħbijiet lejn u mis-Somalja u, fil-każ ta’ inġenji tal-ajru u bastimenti, għall-provvista ta’ informazzjoni addizzjonali ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq rigward oġġetti li ddaħħlu fl-Unjoni jew inħarġu minnha. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta konformement mad-dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3).

(4)

Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, tinħtieġ leġiżlazzjoni fuq il-livell tal-Unjoni sabiex tkun tista’ tiġi implimentata.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit fir-Regolament (KE) Nru 147/2003:

“Artikolu 3a

1.   Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni stretta tal-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (*), l-oġġetti kollha li jiddaħħlu jew li joħorġu mit-territorju doganali tal-Unjoni lejn u mis-Somalja għandhom ikunu soġġetti għall-provvista ta’ informazzjoni ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq li għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

2.   Ir-regoli li jirregolaw l-obbligu tal-provvista ta’ informazzjoni ta’ qabel il-wasla jew ta’ qabel it-tluq, b’mod partikolari rigward il-persuna li tipprovdi dik l-informazzjoni, il-limiti ta’ żmien li għandhom jiġu rispettati u d-data meħtieġa, għandhom jiġu ddeterminati fid-dispożizzjonijiet rilevanti rigward id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tad-dwana stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (**) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (***).

3.   Barra minn dan, il-persuna li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (****) u, jekk l-esportazzjoni tagħhom hija soġġetta għal eżenzjoni, tispeċifika l-partikolaritajiet tal-liċenzja tal-esportazzjoni mogħtija.

4.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010 d-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ u l-elementi addizzjonali meħtieġa kif imsemmi f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu ppreżentati bil-miktub bl-użu ta’ dokumentazzjoni kummerċjali, portwali jew ta’ trasport, sakemm dawn ikun fihom id-dettalji neċessarji.

5.   Mill-1 ta’ Jannar 2011 l-elementi addizzjonali meħtieġa, kif imsemmi fil-paragrafu 3, għandhom jiġu ppreżentati jew bil-miktub jew bl-użu ta’ dikjarazzjoni tad-dwana kif adatt.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REYNDERS


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.

(2)  OJ L 24, 29.1.2003, p. 2.

(3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1138/2010

tas-7 ta’ Diċembru 2010

li jemenda għall-140 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7c(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2006 (2) Sanabel Relief Agency Limited (Sanabel) ġiet miżjuda mal-Anness I.

(2)

Fid-29 ta’ Settembru 2010 l-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 safejn jikkonċerna lil Sanabel (3) minħabba li ssostni li d-drittijiet tad-difiża, id-dritt għal reviżjoni ġudizzjarja u d-dritt għall-proprjetà ma kinux ġew rispettati.

(3)

Wara li rċeviet dikjarazzjoni tar-raġunijiet mill-Kumitat tan-NU għas-Sanzjonijiet kontra Al Qaida u t-Taliban, il-Kummissjoni kkomunikat din id-dikjarazzjoni lil Sanabel f'Awwissu 2009. F'Lulju 2010 kkomunikat dikjarazzjoni ta’ raġunijiet relatata li kienet għadha kemm irċeviet mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. Sanabel issottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha dwar dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet.

(4)

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi, stabbilita mill-Kumitat tan-NU għas-Sanzjonijiet kontra Al Qaida u t-Taliban, li bħalissa tinkludi lil Sanabel.

(5)

Skont l-Artikolu 7c(3) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, wara kunsiderazzjoni bir-reqqa tal-osservazzjonijiet riċevuti mingħand Sanabel, u minħabba n-natura preventiva tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi, il-Kummissjoni tqis li l-elenkar ta’ Sanabel huwa ġustifikat għal raġunijiet tal-assoċjazzjoni tagħha mat-Taliban, ma’ Usama bin Laden jew man-netwerk tal-Al-Qaida.

(6)

Fid-dawl ta’ dan, id-deċiżjoni ta’ elenkar fil-lista li tikkonċerna lil Sanabel għandha tiġi sostitwita minn deċiżjoni ġdida li tikkonferma l-inklużjoni tagħha fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002.

(7)

Din id-deċiżjoni ġdida għandha tapplika mill-11 ta’ Frar 2006, minħabba n-natura u l-għanijiet preventivi tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 u l-ħtieġa li jiġu mħarsa l-interessi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi, li ilhom iserrħu fuq id-deċiżjoni li saret fl-2006.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għar-Reviżjoni tal-annotazzjonijiet fil-Listi taħt ir-Regolament 881/2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru No 881/2002 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2010.

Japplika mill-11 ta’ Frar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  ĠU L 40, 11.2.2006, p. 13.

(3)  Il-Kawża T-136/06 (Sentenza fil-kawżi konġunti T-135/06 sa T-138/06).


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” hija kkonfermata:

“Sanabel Relief Agency Limited (alias (a) Sanabel Relief Agency (b) Sanabel L’il-Igatha, (c) SRA, (d) Sara, (e) Al-Rahama Relief Foundation Limited). Indirizz: (a) 63 South Rd, Sparkbrook, Birmingham B 111 EX, ir-Renju Unit (b) 1011 Stockport Rd, Levenshulme, Manchester M9 2TB, ir-Renju Unit (c) Kaxxa Postali 50, Manchester M19 25P, ir-Renju Unit (d) 98 Gresham Road, Middlesbrough, ir-Renju Unit (e) 54 Anson Road, Londra NW2 6AD, ir-Renju Unit. Tagħrif ieħor: (a) numru tal-organizzazzjoni tal-karità: 1083469, (b) numru tar-reġistrazzjoni: 3713110. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 7.2.2006.”


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1139/2010

tas-7 ta’ Diċembru 2010

li jemenda għall-141 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk ta' Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 246/2006 (2) Ghunia Abdrabbah, Al-Bashir Mohammed Al-Faqih u Tahir Nasuf ġew miżjuda fl-Anness I. Dan seħħ wara d-deċiżjoni tal-Kumitat tan-NU għas-Sanzjonijiet kontra Al Qaida u t-Taliban, li ġiet stabbilita wara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1267(1999) rigward Al-Qaida u t-Taliban u l-Individwi u Entitajiet Assoċjati, sabiex jiżdiedu mal-Lista Konsolidata tiegħu.

(2)

Fid-29 ta' Settembru 2010 l-Qorti Ġenerali (3) annullat ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 safejn jikkonċerna lis-Sur Abdrabbah, lis-Sur Al-Faqih u lis-Sur Nasuf minħabba li ssostni li d-drittijiet tad-difiża, id-dritt għal reviżjoni ġudizzjarja u d-dritt għall-proprjetà ma kinux ġew rispettati.

(3)

Dikjarazzjoni ta' raġunijiet ġiet ipprovduta mill-Kummissjoni lis-Sur Abdrabbah, lis-Sur Al-Faqih u lis-Sur Nasuf, rispettivament, fit-22 ta' Settembru 2009, fis-7 ta' Awwissu 2009 u fil-11 ta' Awwissu 2009, wara li beda l-proċess tal-Qorti msemmi hawn fuq. Għaldaqstant, in-nuqqas identifikat mill-Qorti Ġenerali ġie indirizzat.

(4)

Fid-dawl ta' dan, id-deċiżjoni ta' elenkar fil-lista rigward is-Sur Abdrabbah, is-Sur Al-Faqih u s-Sur Nasuf għandha għalhekk tiġi sostitwita b'deċiżjoni ġdida li saret skont l-Artikolu 7a(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-deċiżjoni tal- Kumitat tan-NU għas-Sanzjonijiet kontra Al Qaida u t-Taliban filwaqt li jiġu kkunsidrati l-għanijiet tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 881/2002.

(5)

Din id-deċiżjoni ġdida għandha tapplika mill-11 ta' Frar 2006, minħabba n-natura u l-għanijiet preventivi tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 u l-ħtieġa li jiġu mħarsa l-interessi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi, li kienu qed iserrħu fuq id-deċiżjoni li saret fl-2006.

(6)

Is-Sur Abdrabbah, is-Sur Al-Faqih u s-Sur Nasuf diġà kellhom opportunità li jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-dikjarazzjonijiet ta' raġunijiet li ngħatawlhom kif stipulat mill-Artikoli 7a(3) u 7c(3) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002. Il-Kummissjoni kkomunikat dawk l-osservazzjonijiet lill-Kumitat għas-Sanzjonijiet u bħalissa qegħda fil-proċess li tagħmel reviżjoni tad-deċiżjoni tagħha biex timponi miżuri restrittivi fuqhom, li qed isir skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7b(2) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002. Ir-riżultati tar-reviżjoni se jiġu kkomunikati lis-Sur Abdrabbah, lis-Sur Al-Faqih u lis-Sur Nasuf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru No 881/2002 huwa b'dan emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-11 ta' Frar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  ĠU L 40, 11.2.2006, p. 13.

(3)  Kawżi Konġunti T-135/06 sa T-138/06.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

Dawn l-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura 'Persuni fiżiċi' huma kkonfermati.

(a)

Ghuma Abd’rabbah (magħruf ukoll bħala (a) Ghunia Abdurabba, (b) Ghoma Abdrabba, (c) Abd’rabbah, (d) Abu Jamil, (e) Ghunia Abdrabba). Indirizz: Birmingham, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 2.9.1957. Post tat-twelid: Benghazi, il-Libja. Nazzjonalità: Brittanika. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 7.2.2006.

(b)

Abd Al-Rahman Al-Faqih (magħruf ukoll bħala (a) Mohammed Albashir, (b) Muhammad Al-Bashir, (c) Bashir Mohammed Ibrahim Al-Faqi, (d) Al-Basher Mohammed, (e) Abu Mohammed, (f) Mohammed Ismail, (g) Abu Abd Al Rahman, (h) Abd Al Rahman Al-Khatab, (i) Mustafa, (j) Mahmud, (k) Abu Khalid). Indirizz: Birmingham, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 15.12.1959. Post tat-twelid: il-Libja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 7.2.2006.

(c)

Tahir Nasuf (magħruf ukoll bħala (a) Tahir Mustafa Nasuf, (b) Tahar Nasoof, (c) Taher Nasuf, (d) Al-Qa’qa, (e) Abu Salima El Libi, (f) Abu Rida, (g) Tahir Moustafa Nasuf, (h) Tahir Moustafa Mohamed Nasuf). Indirizz: Manchester, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: (a) 4.11.1961, (b) 11.4.1961. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Nazzjonalità: Libjan. Nru tal-Passaport: RP0178772 (numru tal-passaport Libjan). Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: PW548083D (Nru tal-Assikurazzjoni Nazzjonali Britannika). Tagħrif ieħor: Residenti fir-Renju Unit f'Jannar 2009. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 7.2.2006.


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1140/2010

tas-7 ta' Diċembru 2010

li jqassam, għas-sena tas-suq 2010/2011, 5 000 tunnellata ta' fibra qasira tal-kittien u ta' fibra tal-qanneb bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti bejn id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja u l-Lussemburgu

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta'Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta'swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 95 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2008 tas- 6 ta'Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (2) jistipula li l-5 000 tunnellata ta'fibra qasira tal-kittien u ta'fibra tal-qanneb għandhom jitqassmu bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti, kif stipulat fl-Artikolu 94(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għas-sena tas-suq 2010/2011, qabel is-16 ta'Novembru tas-sena tas-suq li tkun għaddejja.

(2)

Għal dak il-għan, id-Danimarka bagħtet lill-Kummissjoni tagħrif relatat maż-żoni koperti b'kuntratti ta'bejgħ/xiri, mal-impenji ta'pproċessar u l-kuntratti ta'pproċessar, u stima tar-rendiment tat-tiben u tal-fibra tal-kittien u tal-qanneb.

(3)

Min-naħa l-oħra, l-ebda fibra tal-kittien jew tal-qanneb mhi se tiġi prodotta għas-sena tas-suq 2010/2011 fl-Italja, il-Greċja, l-Irlanda jew il-Lussemburgu.

(4)

Abbażi ta'stimi tal-produzzjoni li jirriżultaw mit-tagħrif ipprovdut, il-produzzjoni totali fil-ħames Stati Membri kkonċernati mhix se tilħaq il-kwantità totali ta'5 000 tunnellata allokati lilhom, u l-kwantitajiet nazzjonali garantiti li jidhru hawn taħt għandhom jiġu stabbiliti.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta'Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2010/2011, it-tqassim fi kwantitajiet nazzjonali garantiti stipulat fl-Artikolu 94(1a) flimkien mal-Anness XI A.II.(b) għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jsir kif ġej:

Id-Danimarka

84 tunnellata;

Il-Greċja

L-ebda tunnellata (0);

L-Irlanda

0 tunnellati;

L-Italja

L-ebda tunnellata (0);

Il-Lussemburgu

L-ebda tunnellata (0).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis- 16 ta'Novembru 2010 'l quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 149, 7.6.2008, p. 38.


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1141/2010

tas-7 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tistabbilixxi li, fuq talba, l-inklużjoni ta' sustanza attiva tista’ tiġġedded.

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet ittri minn diversi produtturi li jitolbu tiġdid għal sustanzi attivi inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE u li l-perjodu ta' inklużjoni għalihom se jagħlaq fl-2011 u fl-2012.

(3)

Huwa meħtieġ li tiġi pprovduta proċedura għat-tressiq u l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta' dawk is-sustanzi attivi.

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti perjodi għall-passi differenti ta' dik il-proċedura sabiex jiġi żgurat li dawn jitwettqu mingħajr dewmien.

(5)

Produtturi li juru x-xewqa li jiżguraw it-tiġdid ta' sustanzi attivi koperti minn dan ir-Regolament għandhom jintalbu jressqu applikazzjoni lill-Istat Membru relatur relevanti.

(6)

Fejn ikunu tressqu separatament żewġ applikazzjonijiet jew aktar għall-istess sustanza attiva, u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti, l-Istati Membri relaturi għandhom jikkomunikaw id-dettalji aġġornati fejn jiġu kkuntattjati l-applikanti lill-applikanti l-oħrajn sabiex jiffaċilitaw it-tressiq ta' dossiers konġunti u sabiex jevitaw, meta possibbli, id-duplikazzjoni ta' studji li jinvolvu annimali vertebrati.

(7)

Sabiex jiżguraw l-effiċjenza tal-proċeduri ta' tiġdid, l-Istati Membri relaturi għandhom, qabel it-tressiq tad-dossiers, jorganizzaw laqgħa biex jiddiskutu l-adegwatezza tas-sustanza attiva u jikkunsidraw, kemm-il darba jkun meħtieġ, jekk għandhomx jiġu aġġornati d-dossiers imressqa għall-ewwel inklużjoni.

(8)

Id-dossiers imressqa għat-tiġdid għandhom jinkludu dejta ġdida relevanti għas-sustanza attiva u valutazzjonijiet tar-riskji ġodda biex jirriflettu kwalunkwe bidliet fir-rekwiżiti tad-dejta u kwalunkwe bidliet fl-għarfien xjentifiku jew tekniku minn meta s-sustanza attiva kienet inkluża għall-ewwel darba fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, kif rifless fid-dokumenti ta' gwida ppubblikati mill-Kummissjoni u fl-opinjonijiet relevanti mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti jew l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”). Il-firxa ta' użi mressqa jridu jirriflettu l-użi rappreżentattivi. L-applikant għandu juri, fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata, li għal preparazzjoni waħda jew aktar, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/414/KEEse jkunu ssodisfati.

(9)

L-applikanti għandhom jelenkaw separatament l-istudji dwar il-vertebrati li jkunu se jitressqu mad-dossier u, meta jintalbu, l-Istati Membri relaturi għandhom jagħmlu dawn il-listi disponibbli sabiex jippromwovu diskussjonijiet bikrija dwar l-iskambju ta' dejta dwar il-vertebrati bil-għan li jevitaw id-duplikazzjoni ta' studji dwar annimali vertebrati.

(10)

L-informazzjoni teknika jew xjentifika dwar sustanza attiva, b’mod partikolari fir-rigward ta' effetti potenzjalment perikolużi, imressqa matul il-perjodu relevanti minn partijiet terzi, ma għandhiex tiġi kkunsidrata fl-evalwazzjonijiet. L-applikanti għandhom jingħataw l-opportunità li jikkummentaw dwar din l-informazzjoni.

(11)

Ir-rapporti dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid imħejjija mill-Istati Membri relaturi jistgħu, fejn meħtieġ, ikunu s-suġġett ta' konsultazzjoni mal-esperti organizzata mill-Awtorità fuq talba tal-Kummissjoni qabel jintbagħtu lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(12)

Ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/414/KEE huma intiżi biex jipprovdu inċentiv lill-applikanti biex jiġbru l-istudji dettaljati meħtieġa skont l-Annessi II u III għal dik id-Direttiva. Madankollu, il-protezzjoni tad-dejta ma għandhiex tiġi estiża artifiċjalment mill-produzzjoni ta' studji ġodda li mhumiex meħtieġa sabiex tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid ta' sustanza attiva. Għal dan il-għan, l-applikanti għandhom jintalbu jidentifikaw espliċitament liema studji huma ġodda meta mqabbla mad-dossier oriġinali użat għall-ewwel inklużjoni tas-sustanza fl-Anness I għad-Direttiva 91/414 u jipprovdu ġustifikazzjoni għat-tressiq tagħhom.

(13)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolari, fejn partijiet mill-proċedura ta' tiġdid għadhom fis-seħħ waqt li tapplika d-Direttiva 91/414/KEE, filwaqt li d-deċiżjonijiet dwar it-tiġdid sejrin jittieħdu skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2), l-applikanti huma mħeġġa, fir-rigward tal-format tad-dikjarazzjoni ta' aġġornament u l-format u l-kontenut tad-dossier, biex jagħtu attenzjoni partikolari lid-dokumenti ta' gwida speċifiċi ppubblikati mill-Kummissjoni.

(14)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“produttur” tfisser il-persuna li waħidha timmanifattura s-sustanza attiva jew il-persuna li tgħaddi l-kuntratt għall-manifattura lil parti oħra jew lil persuna magħżula mill-manifattur bħala r-rappreżentanta waħdanija tiegħu għall-għan ta' konformità ma' dan ir-Regolament;

(b)

“applikant” tfisser produttur li japplika għat-tiġdid tal-inklużjoni ta' sustanza attiva msemmija fil-kolonna A tal-Anness I;

(c)

“Stat Membru relatur” tfisser l-Istat Membru li jevalwa sustanza attiva, kif elenkat fil-kolonna B tal-Anness I għas-sustanza attiva rispettiva;

(d)

“Stat Membru korelatur” tfisser Stat Membru li jikkoopera fl-evalwazzjoni mwettqa mill-Istat Membru relatur, kif elenkat fil-kolonna Ċ tal-Anness I għas-sustanza attiva rispettiva;

(e)

“inklużjoni” tfisser l-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE;

(f)

“tiġdid” tfisser it-tiġdid tal-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 3

L-awtorità ta' koordinazzjoni tal-Istat Membru

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità, minn hawn ‘il quddiem “l-awtorità ta' koordinazzjoni”, li tikkoordina u tiżgura l-kuntatti mal-applikanti, Stati Membri oħrajn, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”, b’konformità ma' dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità ta' koordinazzjoni tiegħu u kwalunkwe modifika lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista li tinkludi l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet ta' koordinazzjoni tal-Istati Membri. Hija għandha żżomm dik il-lista aġġornata skont il-modifiki kkomunikati lilha.

Artikolu 4

It-tressiq tal-applikazzjoni

1.   Produttur li juri x-xewqa li jġedded l-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanza attiva msemmija fil-kolonna A tal-Anness I għal dan ir-Regolament, jew kwalunkwe varjanti tagħha, għandu, għal kull sustanza attiva separatament, jissottometti applikazzjoni lill-Istat Membru relatur u lill-Istat Membru korelatur mhux iktar tard mit-28 ta' Marzu 2011.

2.   Meta jissottometti applikazzjoni, l-applikant jista’, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE, jitlob biex ċerti partijiet tal-informazzjoni jinżammu kunfidenzjali. Huwa għandu jippreżenta dawn il-partijiet tal-applikazzjoni separatament, billi jindika r-raġunijiet għat-talba tal-kunfidenzjalità.

Fl-istess ħin, l-applikant għandu jissottometti kwalunkwe talba għall-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/414/KEE.

3.   L-applikant għandu jibgħat kopja tal-applikazzjoni, mingħajr id-dikjarazzjoni tal-aġġornament imsemmija fl-Artikolu 5(2), lill-Kummissjoni u lill-Awtorità.

4.   Meta jkun hemm diversi produtturi li juru x-xewqa li jġeddu l-inklużjoni tal-istess sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, tista’ titressaq applikazzjoni konġunta minn rappreżentant konġunt.

5.   Fejn applikabbli, meta titressaq applikazzjoni għandha titħallas miżata, kif imsemmi fl-Artikolu 19.

Artikolu 5

Il-format u l-kontenut tal-applikazzjoni

1.   L-applikazzjoni għandha tintbagħat fil-format stabbilit fl-Anness II.

2.   L-applikazzjoni għandha tindika liema sezzjonijiet tad-dossiers li tressqu għall-ewwel inklużjoni tas-sustanza attiva jeħtieġ li jiġu aġġornati b’informazzjoni ġdida.

Minn hawn ‘il quddiem, dik il-parti tal-applikazzjoni tissejjaħ “id-dikjarazzjoni tal-aġġornament”.

3.   Id-dikjarazzjoni tal-aġġornament għandha telenka l-informazzjoni ġdida li l-applikant ikollu l-ħsieb li jressaq u turi li dik l-informazzjoni hija meħtieġa, minħabba rekwiżiti tad-dejta jew kriterji li ma kinux applikabbli fil-ħin tal-ewwel inklużjoni tas-sustanza attiva jew minħabba bidliet fl-użi rappreżentattivi jew inkella minħabba li l-applikazzjoni hija għal tiġdid emendat.

Id-dikjarazzjoni tal-aġġornament għandha telenka separatament l-istudji ġodda li l-applikant ikollu l-ħsieb li jressaq dwar l-annimali vertebrati.

4.   Fuq talba minn kwalunkwe parti interessata, l-Istat Membru relatur għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni elenkata mill-applikant kif imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 6

L-iċċekkjar tal-applikazzjoni

1.   Fi żmien xahar minn meta tasal l-applikazzjoni, l-Istat Membru relatur għandu jiċċekkja jekk l-applikazzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5.

2.   Meta l-Istat Membru relatur iqis li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5, huwa għandu, matul il-perjodu ta' xahar previst fil-paragrafu 1, jinforma lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar id-data tar-riċeviment tal-applikazzjoni u li dik l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti.

3.   Meta l-Istat Membru relatur iqis li l-applikazzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5, huwa għandu, matul il-perjodu ta' xahar previst fil-paragrafu 1, jinforma lill-applikant dwar id-data tar-riċeviment tal-applikazzjoni u jispjega liema rekwiżiti ma ġewx issodisfati. Fl-istess ħin, huwa għandu jistabbilixxi perjodu ta' 14-il ġurnata sabiex l-applikant ikun jista’ jagħmel l-applikazzjoni konformi. Dak il-perjodu għandu jestendi l-perjodu ta' xahar stabbilit fil-paragrafu 1. Meta, fi tmiem il-perjodu stabbilit sabiex l-applikazzjoni ssir konformi, l-Istat Membru relatur iqis li l-applikazzjoni saret tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5, il-paragrafu 2 għandu jkun applikabbli.

Meta, fi tmiem il-perjodu stabbilit sabiex l-applikazzjoni ssir konformi, l-Istat Membru relatur iqis li l-applikazzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5, huwa għandu, billi jiddikjara r-raġunijiet tiegħu, jinforma minnufih b’dan lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità.

Wara li tirċievi l-komunikazzjoni mill-Istat Membru relatur, il-Kummissjoni għandha, billi tqis l-opinjoni tal-Istat Membru relatur, tiddeċiedi jekk l-applikazzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5 u tinforma lill-Istat Membru relatur, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Awtorità bid-deċiżjoni tagħha. L-Istat Membru relatur għandu jinforma minnufih lill-applikant b’dik id-deċiżjoni.

4.   Meta għal sustanza attiva ma jkun hemm ebda applikazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, is-sustanza attiva għandha titneħħa mill-Anness I għal dik id-Direttiva. Għandhom jiġu stabbiliti n-nuqqas ta' inklużjoni tagħha u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva.

5.   Fejn żewġ applikazzjonijiet jew aktar għall-istess sustanza attiva jkunu ġew sottomessi separatament u kull waħda titqies bħala li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5, l-Istat Membru relatur għandu jikkomunika d-dettalji ta' kuntatt ta' kull applikant lill-applikanti l-oħrajn.

6.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika, għal kull sustanza attiva, l-ismijiet u l-indirizzi tal-applikanti li l-applikazzjonijiet tagħhom jitqiesu bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5.

Artikolu 7

Kuntatti qabel it-tressiq

Meta applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5, l-applikant jista’ jitlob li ssir laqgħa mal-Istat Membru relatur u l-Istat Membru korelatur sabiex jiddiskutu d-dikjarazzjoni tal-aġġornament. Jekk jintalbu, dawn il-kuntatti qabel it-tressiq għandhom isiru qabel it-tressiq tad-dossiers supplimentari, kif stabbilit fl-Artikolu 9.

Artikolu 8

Aċċess għall-applikazzjoni

Fuq talba minn kwalunkwe parti interessata, l-Istat Membru relatur għandu jagħmel l-applikazzjoni disponibbli, minbarra kwalunkwe informazzjoni li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali u li jkun ġustifikat skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 9

It-tressiq tad-dossiers supplimentari

1.   Meta l-Istat Membru relatur ikun informa lill-applikant, b’konformità mal-Artikolu 6(2), li l-applikazzjoni tiegħu tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5, l-applikant għandu jippreżenta lill-Istat Membru relatur u lill-Istat Membru korelatur b’sommarju ta' dossier supplimentari u dossier supplimentari komplet, minn hawn ‘il quddiem “id-dossiers supplimentari”. Id-dossiers supplimentari għandhom jiġu miżjuda mad-dossiers imressqa għall-ewwel inklużjoni, bl-aġġornamenti sussegwenti tagħhom, minn hawn ‘il quddiem “id-dossiers oriġinali”.

2.   Il-kontenut tad-dossiers supplimentari għandu jkun konformi mal-Artikolu 10.

3.   Id-dossiers supplimentari għandhom jitressqu sad-data stabbilita għas-sustanza attiva rispettiva fil-kolonna D tal-Anness I.

4.   Fuq it-talba tal-Awtorità jew ta' Stat Membru, l-applikant għandu jagħmel id-dossiers oriġinali disponibbli, meta jkollu aċċess għalihom.

5.   Meta jkun hemm aktar minn applikant wieħed li jitolbu t-tiġdid tal-istess sustanza attiva, dawk l-applikanti għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex iressqu d-dossiers tagħhom flimkien. Meta d-dossiers ma jitressqux flimkien mill-applikanti kkonċernati, ir-raġunijiet għandhom jiġu stabbiliti fid-dossiers. Għal kull studju li jinvolvi annimali vertebrati, l-applikanti kkonċernati għandhom jagħtu spjegazzjoni dettaljata dwar it-tentattivi li jkunu saru sabiex jiġi evitat ittestjar doppju u jiġġustifikaw, jekk ikun applikabbli, il-ħtieġa għat-twettiq ta' studju doppju.

Artikolu 10

Il-kontenut tad-dossiers supplimentari

1.   Is-sommarju tad-dossier supplimentari għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a)

kopja tal-applikazzjoni, fejn l-applikant jissieħeb minn applikant ieħor, l-isem u l-indirizz ta' dak l-applikant u tar-rappreżentant konġunt, stabbilit fl-Artikolu 4(4), fejn l-applikant jiġi sostitwit minn applikant ieħor, l-isem u l-indirizz ta' dak l-applikant;

(b)

informazzjoni fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-użi rappreżentattivi fuq għelejjel imkabbra bil-bosta ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva, li turi li r-rekwiżiti tal-inklużjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 91/414/KEE huma ssodisfati; meta l-informazzjoni sottomessa ma tkunx tikkonċerna għelejjel imkabbra bil-bosta, għandha tiġi ppreżentata ġustifikazzjoni;

(c)

id-dejta u l-valutazzjonijiet tar-riskji li ma kinux parti mid-dossiers oriġinali u li huma meħtieġa biex jirriflettu l-bidliet:

(i)

fir-rekwiżiti taħt l-Annessi II u III għad-Direttiva 91/414/KEE,

(ii)

fl-għarfien xjentifiku u tekniku sa mill-ewwel inklużjoni tas-sustanza attiva kkonċernata jew

(iii)

fl-użi rappreżentattivi;

(d)

għal kull punt tar-rekwiżiti għas-sustanza attiva msemmija fl-Anness II għad-Direttiva 91/414/KEE, li għalihom tkun meħtieġa dejta ġdida skont it-tifsira tal-punt (c), is-sommarji u r-riżultati tat-testijiet u l-istudji, l-isem tal-proprjetarju tagħhom u tal-persuna jew tal-istitut li wettaq it-testijiet u l-istudji u r-raġuni għala kull test jew studju huwa meħtieġ fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali jew inkella fid-dawl ta' tiġdid emendat;

(e)

għal kull punt tar-rekwiżiti għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti msemmi fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE, li għalihom tkun meħtieġa dejta ġdida skont it-tifsira tal-punt (c), is-sommarji u r-riżultati tat-testijiet u l-istudji, l-isem tal-proprjetarju tagħhom u tal-persuna jew tal-istitut li wettaq it-testijiet u l-istudji, għal prodott wieħed jew aktar għall-protezzjoni tal-pjanti li huma rappreżentattivi tal-użi sostnuti, u r-raġuni għala kull test jew studju huwa meħtieġ fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali jew inkella fid-dawl ta' tiġdid emendat tas-sustanza attiva;

(f)

għal kull test jew studju li jinvolvi annimali vertebrati, deskrizzjoni tal-passi meħuda sabiex jiġu evitati l-ittestjar fuq l-annimali u d-duplikazzjoni tat-testijiet u l-istudji dwar annimali vertebrati;

(g)

fejn relevanti, kopja ta' applikazzjoni għal livelli ta' residwu massimi kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(h)

valutazzjoni tal-informazzjoni kollha mressqa;

(i)

lista ta' kontroll li turi li d-dossiers supplimentari msemmija fil-paragrafu 3 huma kompleti, b’indikazzjoni ta' liema dejta hija ġdida.

2.   L-użi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom, fejn xieraq, jinkludu l-użi evalwati għall-ewwel inklużjoni. Mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti msemmi fil-punt (b) ma għandu jkun fih ebda sustanza attiva oħra, fejn tali prodott ikun jeżisti għal użu rappreżentattiv.

3.   Id-dossiers supplimentari kompleti għandhom jinkludu t-test sħiħ ta' kull rapport ta' test u studju msemmi fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1.

Artikolu 11

Iċċekkjar tad-dossiers supplimentari

1.   L-Istat Membru relatur għandu, fi żmien xahar minn meta jirċievi d-dossiers supplimentari, jiċċekkja jekk id-dossiers supplimentari tressqux sad-data stipulata fil-kolonna D tal-Anness I għas-sustanza attiva rispettiva u jekk dawn id-dossiers fihomx l-elementi kollha previsti fl-Artikolu 10(1) u 10(3), billi juża l-lista ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 10(1)(i).

2.   Meta d-dossiers supplimentari jkunu tressqu sad-data applikabbli u jkun fihom l-elementi kollha previsti fl-Artikolu 10(1) u 10(3), l-Istat Membru relatur għandu, matul il-perjodu previst fil-paragrafu 1, jinforma lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar id-data meta jaslu d-dossiers u li dawn id-dossiers jitqiesu bħala kompleti.

L-Istat Membru relatur għandu mbagħad jibda jivvaluta s-sustanza attiva.

3.   Meta d-dossiers supplimentari ma jkunux tressqu sad-data applikabbli jew ma jkunx fihom l-elementi kollha previsti fl-Artikolu 10(1) u 10(3), l-Istat Membru relatur għandu, matul il-perjodu previst fil-paragrafu 1, jinforma lill-applikant dwar id-data meta jaslu d-dossiers u jispjega liema elementi huma neqsin. Fl-istess ħin, huwa għandu jistabbilixxi perjodu ta' 14-il ġurnata sabiex l-applikant ikun jista’ jġib id-dossier konformi. Dak il-perjodu għandu jestendi l-perjodu ta' xahar previst fil-paragrafu 1.

Meta, fi tmiem il-perjodu stabbilit sabiex id-dossiers supplimentari jinġiebu f’konformità, id-dossiers ikun fihom l-elementi kollha previsti fl-Artikolu 10(1) u 10(3), il-paragrafu 2 għandu jkun applikabbli.

Meta, fi tmiem il-perjodu stabbilit sabiex id-dossiers supplimentari jinġiebu f’konformità, id-dossiers xorta ma jkunx fihom l-elementi kollha previsti fl-Artikolu 10(1) u 10(3), l-Istat Membru relatur għandu jinforma minnufih lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità li l-applikazzjoni ġiet irrifjutata, billi jispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

4.   Meta, għal sustanza attiva, ma jkun tressaq ebda dossier supplimentari li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 10(1) u 10(3) sad-data applikabbli, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, is-sustanza attiva għandha titneħħa mill-Anness I għal dik id-Direttiva. Għandhom jiġu stabbiliti n-nuqqas ta' inklużjoni tagħha u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva.

Artikolu 12

L-irtirar u s-sostituzzjoni tal-applikant

1.   Applikant jista’ jirtira l-applikazzjoni tiegħu billi jinforma lill-Istat Membru relatur. F’dak il-każ, l-applikant għandu fl-istess ħin jinforma b’dan l-irtirar lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità u lil kwalunkwe applikanti oħrajn li jkunu ressqu applikazzjoni għall-istess sustanza attiva.

2.   Applikant jista’ jiġi sostitwit minn produttur ieħor fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi kollha tiegħu skont dan ir-Regolament billi jinforma lill-Istat Membru relatur, permezz ta' dikjarazzjoni konġunta mill-applikant u l-produttur l-ieħor. F’dak il-każ, l-applikant u l-produttur l-ieħor għandhom fl-istess ħin jinformaw b’dan it-tibdil lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità u lil kwalunkwe applikanti oħrajn li jkunu ressqu applikazzjoni għall-istess sustanza attiva.

3.   Meta applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu u meta ma tkun tressqet ebda applikazzjoni oħra għall-istess sustanza attiva li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 4, 5, 9 u 10, is-sustanza attiva għandha titneħħa mill-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Għandhom jiġu stabbiliti n-nuqqas ta' inklużjoni tagħha u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva.

4.   Il-paragrafu 3 ma għandux japplika meta jkun hemm diversi applikanti li ppreżentaw id-dossiers tagħhom flimkien u mhux l-applikanti kollha jkunu rtiraw l-applikazzjoni tagħhom. F’każ bħal dan, il-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tas-sustanza attiva għandha tkompli fuq il-bażi tad-dossiers imressqa.

Artikolu 13

Tressiq ta' informazzjoni minn partijiet terzi

Kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jixtieq jibgħat informazzjoni li tista’ tikkontribwixxi għall-valutazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-effetti potenzjalment perikolużi tas-sustanza attiva jew tar-residwi tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u fuq l-ambjent, għandu jagħmel dan lill-Istat Membru relatur sad-data stipulata għas-sustanza attiva rispettiva fil-kolonna D tal-Anness I.

L-Istat Membru relatur għandu jikkomunika mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni li tasal lill-Istat Membru korelatur, lill-Awtorità u lill-applikant. L-applikant jista’ jibgħat il-kummenti tiegħu dwar l-informazzjoni ppreżentata lill-Istat Membru relatur u lill-partijiet l-oħrajn ikkonċernati sa mhux aktar tard minn xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni.

Artikolu 14

Valutazzjoni mill-Istat Membru relatur u mill-Istat Membru korelatur

1.   Fi żmien ħdax-il xahar minn meta l-applikant jkun ġie informat li d-dossiers supplimentari jitqiesu bħala kompleti b’konformità mal-Artikolu 11(2), l-Istat Membru relatur għandu, wara li jikkonsulta mal-Istat Membru korelatur, jipprepara u jippreżenta lill-Kummissjoni, b’kopja lill-Awtorità, rapport li jivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li s-sustanza attiva tkompli tissodisfa r-rekwiżiti għall-inklużjoni, kif previst fl-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 91/414/KEE, minn hawn ‘il quddiem “ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid”.

Ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid għandu jinkludi wkoll dawn li ġejjin:

(a)

rakkomandazzjoni fir-rigward tat-tiġdid tal-inklużjoni;

(b)

fejn relevanti, suġġeriment biex jiġu stabbiliti livelli ta' residwu massimi;

(c)

konklużjoni dwar liema mill-istudji l-ġodda inklużi fid-dossiers supplimentari huma relevanti għall-valutazzjoni;

(d)

rakkomandazzjoni rigward il-partijiet tar-rapport li għalihom għandha tiġi organizzata konsultazzjoni ta' esperti skont l-Artikolu 16(2);

(e)

il-punti li fuqhom l-Istat Membru korelatur ma qabilx mal-valutazzjoni mill-Istat Membru relatur, fejn relevanti.

2.   Għall-valutazzjoni, l-Istat Membru relatur għandu jieħu f’kunsiderazzjoni d-dossiers supplimentari, kwalunkwe informazzjoni ppreżentata minn parti terza, kummenti dwar tali informazzjoni mibgħuta mill-applikant u, fejn xieraq, id-dossiers oriġinali.

3.   Meta l-Istat Membru relatur jkun jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, huwa għandu jistabbilixxi perjodu għall-applikant biex jipprovdi dik l-informazzjoni. Dak il-perjodu ma għandux iwassal għal estensjoni tal-perjodu ta' ħdax-il xahar previst fil-paragrafu 1.

4.   L-Istat Membru relatur jista’ jikkonsulta mal-Awtorità u jitlob informazzjoni teknika jew xjentifika addizzjonali minn Stati Membri oħrajn. Dawn il-konsultazzjonijiet u talbiet ma għandhomx iwasslu għal estensjoni tal-perjodu ta' ħdax-il xahar previst fil-paragrafu 1.

5.   Informazzjoni ppreżentata mill-applikant mingħajr ma tkun mitluba, jew wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tagħha skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, ma għandhiex tittieħed f’kunsiderazzjoni, sakemm ma tiġix ippreżentata skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/KEE.

6.   Meta jippreżenta r-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-Kummissjoni, l-Istat Membru relatur għandu jitlob lill-applikant biex iressaq is-sommarju tad-dossier supplimentari, aġġornat biex jinkludi t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Istat Membru relatur skont il-paragrafu 3 jew ippreżentat skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/KEE, lill-Awtorità, lill-Istati Membri l-oħrajn u, fuq talba, lill-Kummissjoni.

Artikolu 15

Kummenti fuq ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid u aċċess għal dak ir-rapport u għas-sommarji tad-dossiers supplimentari

1.   Wara li tirċievi r-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid, l-Awtorità għandha tibagħtu minnufih lill-applikant u lill-Istati Membri sabiex jagħtu l-kummenti tagħhom dwaru. Dawn il-kummenti għandhom jintbagħtu lill-Awtorità fi żmien xahrejn, li min-naħa tagħha għandha tiġbor u tibgħat dawk il-kummenti, inklużi l-kummenti tagħha stess, lill-Kummissjoni.

2.   Fuq talba minn kwalunkwe parti interessata, l-Awtorità għandha tagħmel ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid disponibbli, għajr kwalunkwe informazzjoni li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali u jkun ġustifikat skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE.

3.   L-Awtorità għandha tagħmel is-sommarju tad-dossier supplimentari disponibbli għall-pubbliku, bl-eċċezzjoni ta' partijiet minnu li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali u jkun ġustifikat skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 16

Evalwazzjoni tar-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid

1.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, teżamina r-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid u l-kummenti li tirċievi skont l-Artikolu 15(1).

2.   Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta mal-Awtorità billi titlobha konklużjoni fuq il-valutazzjoni tar-riskju sħiħa jew fuq punti speċifiċi tagħha. Tali konsultazzjoni tista’ tinkludi talba biex tiġi organizzata konsultazzjoni ta' esperti. L-Awtorità għandha tuża d-dokumenti ta' gwida li jkunu disponibbli fil-ħin tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-Awtorità għandha tibgħat il-konklużjoni tagħha sa mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tirċievi t-talba.

Fejn japplika l-paragrafu 3, dak il-perjodu għandu jiġi estiż bil-perjodi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta' dak il-paragrafu.

3.   Meta l-Awtorità tqis li tkun meħtieġa informazzjoni jew dejta addizzjonali mill-applikant sabiex jikkonforma ma' talba magħmula mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2, hija għandha, b’konsultazzjoni mal-Istat Membru relatur, tistabbilixxi perjodu b’massimu ta' xahar sabiex l-applikant ikun jista’ jipprovdiha. Fl-istess ħin, hija għandha tinforma b’dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. L-applikant għandu jikkomunika l-informazzjoni mitluba lill-Awtorità, lill-Istat Membru relatur u lill-Istat Membru korelatur.

L-Istat Membru relatur għandu, fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni, jevalwa din l-evalwazzjoni u jibgħat l-evalwazzjoni tiegħu lill-Awtorità.

4.   L-informazzjoni ppreżentata mill-applikant mingħajr ma tkun intalbet, jew wara l-iskadenza tal-perjodu stabbilit għat-tressiq tagħha b’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, ma għandhiex tittieħed f’kunsiderazzjoni, sakemm ma tiġix ippreżentata skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 17

Rapport ta' reviżjoni u preżentazzjoni tal-abbozz tal-atti

1.   Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta' reviżjoni, minn hawn ‘il quddiem “ir-rapport ta' reviżjoni”, billi tieħu f’kunsiderazzjoni r-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid mill-Istat Membru relatur, il-kummenti msemmija fl-Artikolu 15(1) u, fejn applikabbli, il-konklużjoni tal-Awtorità.

L-applikant għandu jingħata l-possibbiltà li jressaq kummenti dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni matul perjodu stabbilit mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 91/414/KEE l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-kummenti msemmija fl-Artikolu 15(1) jew, meta l-Kummissjoni tkun għamlet konsultazzjoni skont l-Artikolu 16(2), minn meta tirċievi l-konklużjoni tal-Awtorità.

2.   Fuq il-bażi tar-rapport ta' reviżjoni u filwaqt li tieħu f’kunsiderazzjoni kwalunkwe kumment ippreżentat mill-applikant matul il-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kumitat:

(a)

abbozz ta' att li jġedded l-inklużjoni tas-sustanza attiva kkonċernata fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, li jistabbilixxi, fejn xieraq, il-kondizzjonijiet u r-restrizzjonijiet, inkluż il-perjodu għal tali inklużjoni; jew

(b)

abbozz ta' att li jneħħi s-sustanza attiva mill-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE u li jipprevedi n-nuqqas ta' inklużjoni tagħha u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva.

3.   L-abbozz tal-atti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 18

Aċċess għar-rapport ta' reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapport ta' reviżjoni disponibbli għall-pubbliku, bl-eċċezzjoni ta' partijiet minnu li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali u jkun ġustifikat skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE.

Article 19

Ħlasijiet u miżati

1.   L-Istati Membri jistgħu jirkupraw l-ispejjeż assoċjati ma' kwalunkwe xogħol li jwettqu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, permezz ta' ħlasijiet jew miżati.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħlasijiet jew miżati msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

ikunu stabbiliti b’mod trasparenti; u

(b)

jikkorrispondu għall-ispiża totali proprja tax-xogħol involut għajr jekk ikun fl-interess pubbliku li jitnaqqsu l-ħlasijiet jew miżati.

Il-ħlasijiet jew miżati jistgħu jinkludu skala ta' ħlasijiet fissi bbażati fuq l-ispejjeż medji għax-xogħol imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 20

Ħlasijiet, taxxi jew miżati oħrajn

L-Artikolu 19 huwa bla ħsara għad-drittijiet tal-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu, skont it-Trattat, ħlasijiet, taxxi jew miżati fir-rigward tal-awtorizzazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu u l-kontroll ta' sustanzi attivi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għajr għall-miżata prevista fl-Artikolu 19.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.


ANNESS I

Lista ta’ sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1 u l-Istati Membri relatur tagħhom (“RMS”), l-Istati Membri korelatur (“Ko-RMS”) u tad-dati finali għat-tressiq tad-dossiers

Kolonna A

 

Kolonna B

Kolonna Ċ

Kolonna D

Sustanza

RMS ġdid

Ko-RMS

Data tal-għeluq għat-tressiq tad-dossier

2,4-D

2012

EL

PL

fid-29 ta’ Frar 2012

Amitrole

2011

FR

HU

fid-29 ta’ Frar 2012

Esfenvalerate

2011

UK

PT

fid-29 ta’ Frar 2012

Flumioxazine

2012

CZ

FR

fid-29 ta’ Frar 2012

Lambda-Cyhalothrin

2011

SE

ES

fid-29 ta’ Frar 2012

Acibenzolar-s-methyl

2011

FR

ES

fid-29 ta’ Frar 2012

Bentazone

2011

NL

DE

fid-29 ta’ Frar 2012

Cyclanilide

2011

AT

EL

fid-29 ta’ Frar 2012

Fenhexamid

2011

UK

IT

fid-29 ta’ Frar 2012

Ferric phosphate

2011

DE

PL

fid-29 ta’ Frar 2012

Pymetrozine

2011

DE

BE

fid-29 ta’ Frar 2012

Flupyrsulfuron-methyl

2011

FR

DK

fil-31 ta’ Mejju 2012

Diquat

2011

UK

SE

fil-31 ta’ Mejju 2012

Glyphosate

2012

DE

SK

fil-31 ta’ Mejju 2012

Iprovalicarb

2012

IE

IT

fil-31 ta’ Mejju 2012

Paecylomyces fumosoroseus

2011

BE

NL

fil-31 ta’ Mejju 2012

Thiabendazole

2011

ES

NL

fil-31 ta’ Mejju 2012

Pyridate

2011

AT

LV

fil-31 ta’ Mejju 2012

Sulfosulfuron

2012

SE

IE

fil-31 ta’ Mejju 2012

Pyraflufen-ethyl

2011

NL

LT

fil-31 ta’ Mejju 2012

Prosulfuron

2012

FR

SK

fil-31 ta’ Mejju 2012

Thifensulfuron-methyl

2012

UK

AT

fil-31 ta’ Awwissu 2012

Cinidon-ethyl

2012

HU

UK

fil-31 ta’ Awwissu 2012

Cyhalofop butyl

2012

IT

AT

fil-31 ta’ Awwissu 2012

Florasulam

2012

PL

BE

fil-31 ta’ Awwissu 2012

Metalaxyl-M

2012

BE

EL

fil-31 ta’ Awwissu 2012

Picolinafen

2012

DE

LV

fil-31 ta’ Awwissu 2012

Isoproturon

2012

DE

CZ

fil-31 ta’ Awwissu 2012

Metsulfuron methyl

2011

SI

SE

fil-31 ta’ Awwissu 2012

Triasulfuron

2011

FR

DK

fil-31 ta’ Awwissu 2012

Famoxadone

2012

UK

FI

fil-31 ta’ Awwissu 2012


ANNESS II

Format għall-applikazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1)

L-applikazzjoni għandha tkun bil-miktub, iffirmata mill-applikant, u mibgħuta permezz ta’ posta rreġistrata lill-Istat Membru relatur elenkat fil-kolonna B tal-Anness I u lill-Istat Membru korelatur elenkat fil-kolonna Ċ tal-Anness I.

Kopja tal-applikazzjoni mingħajr id-dikjarazzjoni aġġornata għandha tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi, it-taqsima E3, B-1049 Brussell, u lill-Awtorità, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, Largo N. Palli 5/A, I-43121 Parma.

L-applikazzjoni għandha titressaq skont il-mudell li ġej.

MUDELL

1.   Informazzjoni dwar l-applikant

1.1.

L-isem u l-indirizz tal-applikant, inkluż l-isem tal-persuna naturali responsabbli mill-applikazzjoni u impenji oħrajn li jirriżultaw minn dan ir-Regolament:

1.2.1.

 

(a)

Nru tat-telefon:

(b)

Nru tal-fax:

(c)

Indirizz tal-e-mail:

1.2.2.

 

(a)

Kuntatt:

(b)

Alternattiv:

2.   Informazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni

2.1.

Isem komuni (propost jew aċċettat mill-ISO) li jispeċifika, fejn relevanti, kwalunkwe varjanti tiegħu bħal melħ, esteri jew ammini prodotti mill-manifattur.

2.2.

Isem kimiku (nomenklatura IUPAC u CAS).

2.3.

Numri CAS, CIPAC u KEE (jekk disponibbli).

2.4.

Formola empirika u strutturali, massa molekulari.

2.5.

Speċifikazzjoni tal-purità tas-sustanza attiva fi g/kg li għandha tkun, kull meta possibbli, identika jew diġà aċċettata bħala ekwivalenti għal dik inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

2.6.

Klassifikazzjoni u ttikkettjar tas-sustanza attiva skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (1) (effetti fuq is-saħħa u l-ambjent).

Dikjarazzjoni ta’ aġġornament, kif prevista fl-Artikolu 5(2), għandha tiġi mehmuża bħala Anness għall-applikazzjoni.

L-applikant jikkonferma li l-informazzjoni ta’ hawn fuq, imressqa nhar il- … (data) hija korretta.

Firma (tal-persuna kompetenti biex taġixxi għall-applikant imsemmi taħt 1.1)


(1)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (UE) Nru 1142/2010

tas-7 ta' Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fir-rigward tal-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri tranżizzjonali li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta' ċerti annimali mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(c), l-Artikoli 11 u 12 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, tal-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (2), jistabbilixxi regoli dwar il-movimenti ta’ dawn l-annimali, f’dak li għandu x’jaqsam mal-bluetongue, fiż-żoni ristretti u 'l barra minnhom.

(2)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ stipulata fid-Direttiva 2000/75/KE. L-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament jistipula li l-movimenti tal-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijuni minn stabbiliment jew ċentru tal-ġbir jew il-ħżin tas-semen li jinsab f'żona ristretta lejn stabbiliment jew ċentru tal-ġbir jew il-ħżin tas-semen ieħor, għandhom jiġu eżentati minn dik il-projbizzjoni fuq il-ħruġ jekk ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness III ta' dak ir-Regolament jew ma' kwalunkwe garanzija oħra xierqa dwar is-saħħa tal-annimali abbażi ta' riżultat pożittiv ta' valutazzjoni tar-riskju tal-miżuri kontra t-tifrix tal-virus tal-bluetongue u l-protezzjoni kontra attakki mill-vetturi, li hija rikjesta mill-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini u approvata mill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, qabel ma jiġu mċaqilqa dawn l-annimali.

(3)

L-Artikolu 9(a) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 jistipula li, sal-31 ta' Diċembru 2010, b'deroga mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness III ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jirrikjedu li l-moviment ta’ ċerti annimali, li huma koperti mill-eżenzjoni stipulata fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament, ikollu kundizzjonijiet addizzjonali, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju li tqis il-kundizzjonijiet entomoloġiċi u epidemjoloġiċi li fihom qed jiddaħħlu l-annimali. Dawn il-kundizzjonijiet addizzjonali jispeċifikaw li l-annimali għandu jkollhom inqas minn 90 jum, għandhom ikunu nżammu mit-twelid f'post magħluq protett mill-vetturi u għandhom ikunu sarulhom ċerti testijiet imsemmija fl-Anness III ta' dak ir-Regolament.

(4)

Ħmistax-il Stat Membru u n-Norveġja nnotifikaw lill-Kummissjoni li kienu applikaw dik il-miżura tranżizzjonali. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju li saru, li ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni, juru li l-introduzzjoni tal-bluetongue f'dawk l-Istati Membri u fin-Norveġja minħabba l-movimenti tal-annimali minn żoni ristretti jista' jkollha impatt ħażin ħafna.

(5)

Is-sitwazzjoni ġenerali fil-Komunità fir-rigward tal-bluetongue tjiebet ferm mill-2008. Minkejja dan, il-virus għadu preżenti f’partijiet tal-Unjoni.

(6)

Biex ikun hemm armonizzazzjoni fl-implimentazzjoni, l-Istati Membri talbu biex ikun hemm kriterji speċifiċi għal “faċilità sikura kontra l-vetturi” li huwa rekwiżit importanti għal uħud mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 u għandu l-għan li jipproteġi l-annimali minn attakki tal-vetturi. Bħalissa, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) qed taħdem fuq definizzjoni ta' stabbiliment jew faċilità protetta mill-vetturi. Ir-riżultat ta' din il-ħidma għandha tgħin lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-kriterji għall-faċilità sikura kontra l-vetturi kif imsemmi fl-Anness III tar-Regolament.

(7)

Sakemm jiġu żviluppati l-kriterji għal faċilità sikura kontra l-vetturi, il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri tranżizzjonali stipulati fl-Artikolu 9(a) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 għandu jiżdied b'sitt xhur oħra.

(8)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-frażi introduttorja tal-Artikolu 9a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007, id-data “il-31 ta' Diċembru 2010” għandha tinbidel bid-data “it-30 ta' Ġunju 2011”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

(2)  ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1143/2010

tas-7 ta' Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċerti annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u partikolarment l-Artikolu 17(2), l-Artikoli 22 u 25 u l-Artikolu 61(3) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta' speċi li jgħaddu l-mard (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa.

(2)

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jistipula li ħut ornamentali ta' speċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE u maħsub għal faċilitajiet ornamentali magħluqa għandu jiġi impurtat fil-Komunità biss jekk ġej minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti elenkati fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. Is-sindromu epiżootiku li jrabbi l-ulċeri (EUS) huwa mniżżel fil-Parti II tal-Anness IV mad-Direttiva 2006/88/KE bħala marda eżotika ta' ċerti speċijiet suxxettibbli ta' ħut.

(3)

L-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 jistabbilixxi li għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2010, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali akkwatiċi ornamentali ta' speċi suxxettibbli għas-sindromu epiżotiku ulċerattiv (EUS) maħsuba esklużivament għal faċilitajiet ornamentali magħluqa minn pajjiżi terzi jew territorji li huma Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

(4)

Il-Parti II.2 taċ-ċertifikat li jservi ta' mudell tas-saħħa tal-annimali applikabbli għal annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet magħluqa elenkati fil-Parti B tal-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 tistabbilixxi ċerti rekwiżiti għall-importazzjoni relatati mal-EUS. It-tieni subparagrafu ta-Artikolu 20(5) ta' dak ir-Regolament jistipula li dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw waqt dak il-perjodu tranżizzjonali msemmi hawn fuq.

(5)

Attwalment hemm bżonn li jsiru iktar studji biex jiġu vvalutati b'mod iktar preċiż ir-riskji assoċjati mal-importazzjoni fl-Unjoni ta' annimali akkwatiċi ornamentali bħal dawn. Sabiex ma jkunx hemm xkiel għall-kummerċ f'dawn l-annimali, huwa xieraq li l-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri tranżizzjonali li attwalment huma stabbiliti fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, jiġi mtawwal sal-31 ta' Diċembru 2012.

(6)

Barra minn hekk, ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali oħra li attwalment huma stipulati fl-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament ma għadhomx applikabbli. Għall-finijiet ta' qosor u ċarezza fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huwa xieraq li dawk id-dispożizzjonijiet jitħassru.

(7)

Konsegwentement, ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandu jiġi emendat.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Peramanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 20

Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2012, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali akkwatiċi ornamentali ta' speċi suxxettibbli għas-sindromu epiżotiku ulċerattiv (EUS) maħsuba esklużivament għal faċilitajiet ornamentali magħluqa minn pajjiżi terzi jew territorji li huma Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);

Waqt dak il-perjodu tranżizzjonali, ir-rekwiżiti li jirrigwardaw l-EUS stabbiliti fil-Parti II.2 taċ-ċertifikat li jservi ta' mudell tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti B tal-Anness IV, ma għandhomx japplikaw għal annimali akkwatiċi ornamentali maħsubin esklużivament għal faċilitajiet ornamentali magħluqa.”

Artikolu 2

Fin-nota (3) għal Parti II.2 taċ-ċertifikat li jservi ta' mudell tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti B tal-Anness IV, id-data “l-1 ta' Jannar 2011” hija sostitwita b'“l-1 ta' Jannar 2013”.

Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2012, kunsinni ta' annimali akkwatiċi ornamentali akkumpanjati minn ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġin skont il-Parti B tal-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 qabel l-emendi introdotti bir-Regolament eżistenti, jistgħu jkomplu jiġi importati fl-Unjoni jew jgħaddu mill-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1144/2010

tat-3 ta' Diċembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-tusk fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

23/T&Q

Stat membru

IR-RENJU UNIT/GBR

Stokk

USK/567EI.

Speċi

Tusk (Brosme brosme)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

Data

21.5.2010


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1145/2010

tat-3 ta' Diċembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-tusk fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

22/T&Q

Stat membru

Spanja

Stokk

USK/567EI.

Speċi

Tusk (Brosme brosme)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

Data

27.6.2010


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1146/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIII, IX u X; u fl-ilmijiet tas-CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE, u għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

24/T&Q

Stat membru

Spanja

Stokk

PLE/8/3411

Speċi

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Żona

Iż-żoni VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.1

Data

27.6.2010


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1147/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Estonja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f’dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

28/T&Q

Stat membru

L-Estonja

Stokk

COD/N3M.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

NAFO 3M

Data

1.8.2010


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1148/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

48/T&Q

Stat membru

Spanja

Stokk

COD/N3M.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

NAFO 3M

Data

7.10.2010


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1149/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Komunità u f’dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni V, VI, VII u XII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2009 u l-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

25/T&Q

Stat Membru

Spanja

Stokk

BSF/56712-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi taż-żoni V, VI, VII u XII

Data

27.6.2010


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1150/2010

tas-7 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

63,0

MA

88,9

MK

66,1

TR

139,6

ZZ

89,4

0707 00 05

EG

145,5

TR

89,1

ZZ

117,3

0709 90 70

MA

87,7

TR

81,1

ZZ

84,4

0805 10 20

AR

50,8

BR

57,8

MA

57,1

TR

50,8

ZA

51,6

ZW

48,4

ZZ

52,8

0805 20 10

MA

68,5

ZZ

68,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

72,2

TR

68,8

ZZ

70,5

0805 50 10

AR

45,9

TR

52,3

UY

57,1

ZZ

51,8

0808 10 80

AR

74,9

AU

187,9

BR

50,3

CA

100,0

CL

84,2

CN

95,3

MK

26,7

NZ

99,2

US

116,9

ZA

113,0

ZZ

94,8

0808 20 50

CN

84,3

US

125,5

ZA

143,3

ZZ

117,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/38


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/90/UE

tas-7 ta' Diċembru 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tiġi inkluża l-piridaben bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi il-piridaben.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, l-applikant irtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta’ din is-sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mill-wasla tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni. B'riżultat ta’ dan, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (4) ġiet applikata rigward in-noninklużjoni tal-piridaben.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali (minn hawn 'il quddiem “l-applikant”) ressaq applikazzjoni ġdida li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura aċċelerata prevista fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5).

(4)

L-applikazzjoni tressqet lill-Pajjiżi Baxxi, li kienu nħatru bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Il-perjodu ta’ żmien għall-proċedura aċċellerata ġie rispettat. L-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva u l-użi sostnuti huma l-istess kif kien is-suġġett tad-Deċiżjoni 2008/934/KE. L-applikazzjoni tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi li fadal tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

(5)

Il-Pajjiżi l-Baxxi vvalutaw id-dejta addizzjonali mressqa mill-applikant u ppreparaw rapport addizzjonali. Bagħtu dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Ġunju 2009. L-Awtorità kkomunikat ir-rapport ta’ valutazzjoni lill-applikant u lill-Istati Membri kollha u bagħtet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. B'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 33/2008 u fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjoni tagħha fuq il-piridaben lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Mejju 2010 (6). L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, ir-rapport addizzjonali u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u ġew iffinalizzati fit-28 ta’ Ottubru 2010 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni għall-piridaben tal-Kummissjoni.

(6)

Ħareġ ċar minn diversi eżamijiet li saru li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-piridaben huma mistennija jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari dwar l-użi tagħhom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettall fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-piridaben tiġi inkluża fl-Anness I biex ikun żgurat li, fl-Istati Membri kollha, ikunu jistgħu jingħataw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(7)

Bla ħsara għal din il-konklużjoni, jixraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista' tkun suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Għalhekk jixraq li l-applikant jintalab jippreżenta aktar tagħrif li jikkonferma r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju abbażi tal-iżjed tagħrif xjentifiku riċenti dwar il-kuntatt mal-metaboliti W-1 u B-3 tal-fotoliżi akkwea, dwar ir-riskju fuq medda twila ta’ żmien għall-mammiferi, u dwar il-valutazzjoni tar-reżidwi li jinħallu fix-xaħam.

(8)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma tiġi inkluża sustanza attiva fl-Anness I biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jingħataw ċans jippreparaw irwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Mingħajr ħsara għall-obbligazzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE konsegwenza tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-piridaben biex jaċċertaw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha, u l-kondizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif ikun meħtieġ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta’ deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-fajl sħiħ tal-Anness III dwar kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7), uriet li jistgħu jinħolqu d-diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi ta’ dawk li għandhom f'idhom awtorizzazzjonijiet eżistenti b'rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, biex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni jkollu x'juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew dawk li għandhom l-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sal-ġurnata preżenti li jemendaw l-Anness I.

(11)

Għalhekk jixraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(12)

Id-Deċiżjoni 2008/934/KE tipprevedi li l-piridaben ma tkunx inkluża u li l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza jkunu rtirati sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li tiġi mħassra l-linja dwar il-piridaben fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(13)

Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2008/934/KE skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-linja dwar il-piridaben fl-Anness għad-Deċiżjoni 2008/934/KE hija mħassra.

Artikolu 3

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2011, l-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom, b'konformità mad-Direttiva 91/414/KEE u fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-piridaben bħala sustanza attiva sal-1 ta’ Novembru 2011.

Sa dik id-data huma għandhom b'mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għad-Direttiva li jikkonċernaw il-piridaben ikunu sodisfatti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tar-referenza li tikkonċerna din is-sustanza attiva; u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f'idejh dossier, jew inkella jkollu aċċess għalih, li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-piridaben bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2011, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, abbażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ din id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I għal din id-Direttiva li tikkonċerna l-piridaben. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li dan jiġi ddeterminat, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-piridaben bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2015; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-piridaben bħala waħda minn numru ta’ sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, kif meħtieġ, sat-30 ta’ April 2015 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-irtirar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema minnhom tkun l-aktar riċenti.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2011.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.

(6)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance pyridaben. The EFSA JOURNAL 2010; 8(6):1632. [70 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1632. Disponibbli fl-internet: www.efsa.europa.eu

(7)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem skont il-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“318

Piridaben

Nru CAS: 96489-71-3

Nru CIPAC: 583

2-terz-butil-5-(4-terz-butilbenżiltijo)-4-kloropirididażin-3(2H)-on

> 980 g/kg

l-1 ta' Mejju 2011

it-30 ta' April 2021

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala insettiċidi u akariċidi.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-piridaben, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta' Ottubru 2010.

F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti dwar dan li ġej:

is-sikurezza tal-operaturi u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali fejn xieraq;

ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi, l-għasafar u l-mammiferi.

ir-riskju għall-artropodi li mhumiex fil-mira, inklużi n-naħal.

Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni u għandhom jinbdew programmi ta' sorveljanza biex tiġi vverifikata l-esponiment reali tan-naħal għall-piridaben f'żoni fejn dawn in-naħal l-iżjed ifittxu l-ikel, jew fejn jinżammu l-iżjed minn dawk li jrabbu n-naħal, skont kif ikun rilevanti.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu li jitressaq tagħrif ta' konferma rigward:

ir-riskji għall-korpi tal-ilma mill-esponiment għall-metaboliti W-1 u B-3 tal-fotoliżi akkwea,

ir-riskju potenzjali għall-mammiferi fuq medda twila ta' żmien,

il-valutazzjoni ta' reżidwi li jinħallu fix-xaħam.

Għandhom jiżguraw li l-applikant jipprovdi dan it-tagħrif konfermatorju lill-Kummissjoni sat-30 ta' April 2013.”


(1)  Jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva fir-rapport ta' reviżjoni.


DEĊIŻJONIJIET

8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Novembru 2010

għan-nomina tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2015 fil-Belġju

(2010/757/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2007 sa 2019 (1), partikolarment l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-rapporti tal-Bord tal-Għażla ta’ Frar 2010 dwar il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fil-Belġju,

Billi:

Filwaqt li qies li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE huma mwettqa bis-sħiħ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mons ġiet innominata bħala “Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2015” fil-Belġju.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

F. LAANAN


(1)  ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1.


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Diċembru 2010

dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Bulgarija

(2010/758/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1)

Skont il-Protokoll (Nru 36) dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2)

Konformement ma’ dan, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u jeħtieġ li l-Kunsill jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri jkunux implimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprevedi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbazi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u eżerċizzju pilota.

(4)

Konformement mal-Kapitolu 4, punt 1.1 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jintwieġeb minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti tad-data.

(5)

Il-Bulgarija kkompletat il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta’ data dattiloskopika.

(6)

Il-Bulgarija wettqet b’suċċess eżerċizzju pilota mal-Awstrija.

(7)

Fil-Bulgarija saret żjara ta’ evalwazzjoni u ġie prodott rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni mill-iskwadra ta’ evalwazzjoni Awstrijaka/Spanjola u ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(8)

Rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, iż-żjara ta’ evalwazzjoni u l-eżerċizzju pilota dwar l-iskambju ta’ data dattiloskopika ġie ppreżentat lill-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ tfittxija awtomatizzata tad-data dattiloskopika, il-Bulgarija implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għandha d-dritt li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta’ dik id-Deċiżjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Diċembru 2010

biex il-4-metilmetkatinon (mefredron) jiġi sottomess għal miżuri ta’ kontroll

(2010/759/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta’ Mejju 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Abbażi tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI, tħejja rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju dwar il-4-metilmetkatinon (mefedron) minn sessjoni speċjali tal-Kumitat Xjentifiku estiż taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, u sussegwentement wasal għand il-Kummissjoni fit-3 ta’ Awwissu 2010.

(2)

Il-mefedron huwa katinon sintetiku li huwa manifatturat u mqassam legalment prinċipalment fl-Asja, filwaqt li jidher li l-imballaġġ aħħari jidher li jseħħ fl-Ewropa. Il-mefedron jinbiegħ l-aktar bħala trab, iżda wkoll bħala kapsuli jew pilloli. Jinkiseb b’mod kummerċjali minn fuq l-Internet, minn ħwienet li jbiegħu sustanzi psikotropiċi legali (“head shops”) u minn bejjiegħa fit-toroq. Fuq l-Internet, il-mefedron spiss jiġi kkumerċjalizzat bħala “fertilizzant għall-pjanti”, “melħ għall-banju” jew “kimika għar-riċerka”. Huwa rari ħafna li jiġi kkummerċjalizzat bħala “stimulant legali” (sustanza psikoattiva leċita) u normalment ma jkun hemm l-ebda referenza jew informazzjoni konkreta dwar l-effetti psikoattivi potenzjali tiegħu.

(3)

Huwa diffiċli li wieħed jevalwa l-effetti speċifiċi tal-mefedron għaliex prinċipalment jintuża flimkien ma’ sustanzi bħall-alkoħol u stimulanti oħra. Il-mefedron jitqies bħala li għandu effetti fiżiċi simili għal drogi stimulanti oħra, b’mod partikolari d-droga ecstasy (MDMA). Madankollu, peress li l-effetti tiegħu huma relattivament qosra, b’mod li dak li jkun jieħu dożi ripetuti, aktar jista’ jitqabbel mal-kokaina. Hemm provi li juru li jista’ jintuża bħala alternattiva għal stimulanti illeċiti, li hemm it-tendenza li jsir abbuż kbir minnu u li għandu l-potenzjal li jikkawża d-dipendenza. Jkun hemm bżonn aktar studji profondi biex jiġi eżaminat fid-dettall il-potenzjal ta’ dipendenza ta’ din id-droga.

(4)

Hemm żewġ każijiet rappurtati ta’ mewt fl-Unjoni li fihom jidher li l-mefedron kien il-kawża unika tal-mewt. Hemm mill-anqas 37 każ ieħor ta’ mewt li fihom instabet kwantità ta’ mefedron f’kampjuni meħuda f’analiżi wara l-mewt.

(5)

Wieħed u għoxrin Stat Membru rrappurtaw il-qabda ta’ mefedron bħala trab jew bħala pilloli. Ftit hemm tagħrif li jista’ jindika ipproċessar jew tqassim fuq skala kbira u l-involviment tal-kriminalità organizzata. Xi provi jindikaw li fejn sar kontroll fuq il-mefedron, id-droga tibqa’ aċċessibbli fuq is-suq illeċitu.

(6)

Il-mefedron ma għandu l-ebda valur mediku jew użu stabbilit jew magħruf fl-Unjoni u ma hemm l-ebda indikazzjoni li jista’ jintuża għal xi skopijiet leġittimi oħra.

(7)

Il-mefedron bħalissa ma jinsab għaddej minn taħt l-ebda proċess ta’ valutazzjoni u ma għadda mill-ebda proċess ta’ valutazzjoni mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti. Ħdax-il Stati Membru jikkontrollaw il-mefedron bil-leġislazzjoni dwar il-kontroll tad-droga bis-saħħa tal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971. Żewġ Stati Membri japplikaw miżuri ta’ kontroll fuq il-mefedron skont il-leġislazzjoni tagħhom dwar il-mediċini.

(8)

Il-valutazzjoni tar-riskju tiżvela provi xjentifiċi limitati u tindika li hemm bżonn li jsiru aktar studji dwar ir-riskji ġenerali għas-saħħa u dawk soċjali tal-mefedron. Madankollu, minħabba il-proprjetajiet stimulanti tiegħu, l-abbiltà tiegħu li jikkawża d-dipendenza fost dawk li jużawh, l-attrazzjoni potenzjali li għandu, ir-riskju għas-saħħa, in-nuqqas ta’ benefiċċji mediċi, u għaldaqstant il-ħtieġa li tintuża l-prekawzjoni, il-mefedron għandu jiġi kkontrollat.

(9)

Minħabba li ħdax-il Stat Membru diġà jikkontrollaw il-mefedron, il-fatt li jitqiegħed taħt kontroll madwar l-Unjoni jista’ jgħin biex jiġu evitati problemi ta’ infurzar tal-liġi transkonfinali kif ukoll problemi ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, biex il-4-metilmetkatinon (mefedron) jitpoġġa taħt miżuri ta’ kontroll kif ukoll ta’ pieni kriminali, skont kif stipulat mil-leġislazzjoni tagħhom f’konformità mal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sostanzi Psikotropiċi tal-1971.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Diċembru 2010

dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju maħsuba biex jitqassmu jew biex ikunu disponibbli mingħajr ħlas għall-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8482)

(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)

(2010/760/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba tat-2 ta’ Ġunju 2010 magħmula mill-Gvern tal-Ungerija, għall-importazzjoni bla dazju ta’ oġġetti maħsuba biex ikunu disponibbli mingħajr ħlas għall-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija,

Billi:

(1)

L-għarar jikkostitwixxi diżastru skont it-tifsira tal-Kapitolu XVII C tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009; billi, konsegwentament hemm raġuni għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 74 sa 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 msemmi hawn fuq.

(2)

Sabiex il-Kummissjoni tkun infurmata kif xieraq dwar l-użu tal-oġġetti ammessi bla dazju, il-Gvern tal-Ungerija għandu jikkomunika l-miżuri meħuda sabiex jipprevjeni li dawn l-oġġetti impurtati bla dazju jiġu użati b’mod differenti mill-użu stabbilit.

(3)

Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata wkoll dwar il-livell u n-natura tal-importazzjonijiet li jkunu saru.

(4)

L-Istati Membri l-oħra ġew ikkonsultati kif stabbilit fl-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-oġġetti impurtati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa mill-entitajiet tal-Istat jew l-organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet Ungeriżi kompetenti bl-iskop li huma jqassmuhom mingħajr ħlas lill-vittmi tal-għarar li seħħ fir-Rebbiegħa tal-2010 fl-Ungerija, jew li jkunu disponibbli għalihom mingħajr ħlas filwaqt li jibqgħu l-proprjetà tal-organizzazzjonijiet ikkonċernati, għandhom ikunu ammessi bla dazji fuq l-importazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.

2.   L-oġġetti impurtati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa minn aġenziji ta’ assistenza sabiex jilħqu l-ħtiġijiet tagħhom matul il-perjodu tal-attività tagħhom għandhom ukoll ikunu ammessi bla dazju.

Artikolu 2

Il-Gvern tal-Ungerija għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011, il-lista tal-organizzazzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 3

Il-Gvern tal-Ungerija għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011, skont kategorija wiesgħa ta’ prodotti, l-informazzjoni kollha relatata man-natura u l-kwantitajiet ta’ diversi oġġetti ammessi bla dazju f’konformità mal-Artikolu 1.

Artikolu 4

Il-Gvern tal-Ungerija għandu jinforma lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011, bil-miżuri li qed jieħu sabiex jiżgura li l-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 qed jiġu rrispettati.

Artikolu 5

L-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni għandu japplika għall-importazzjonijiet li jsiru fl-1 ta’ Mejju 2010 jew wara, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.


8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Diċembru 2010

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ miżuri nazzjonali approvati mill-Ungerija u r-Renju Unit għall-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8617)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/761/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (2) tippermetti li ċerti Stati Membri japplikaw restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u għall-importazzjoni fuq kunsinni ta’ dawk l-annimali sabiex jevitaw l-introduzzjoni ta’ ċertu mard, inkluża l-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC), sakemm l-Istati Membri wrew li huma, jew ċerti żoni demarkati, ħielsa mill-marda kkonċernata (“żoni ħielsa mill-mard”) jew li stabbilixxew programm ta’ qerda biex jiksbu t-tali ħelsien.

(2)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE jelenka ż-żoni li huma ħielsa mill-mard u l-Anness II tagħha jelenka ż-żoni bi programmi ta’ qerda approvati.

(3)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/221/UE attwalment jelenka lill-Gran Brittanja bħala żona tar-Renju Unit bi programm ta’ qerda approvat għall-SVC. Dak l-Istat Membru issa ressaq informazzjoni li turi li l-programm ta’ qerda tiegħu tlesta b'suċċess u li l-Gran Brittanja għandha titqies bħala ħielsa mill-SVC u tiġi elenkata fl-Anness I, minflok l-Anness II, ta’ dik id-Deċiżjoni fir-rigward ta’ dik il-marda.

(4)

L-Ungerija ressqet applikazzjonijiet lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni ta’ miżuri nazzjonali fir-rigward tal-SVC. L-Ungerija wettqet ukoll sorveljanza mmirata tal-SVC għall-aħħar sentejn li wriet li t-territorju kollha tagħha huwa ħieles mill-SVC. L-Ungerija għalhekk għandha tiġi elenkata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE bħala ħielsa mill-SVC.

(5)

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/221/UE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/221/UE għandhom jiġu sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7.


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/221/UE għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

ANNESS I

L-Istati Membri u ż-żoni li huma meqjusa ħielsa mill-mard elenkat fit-tabella u approvati biex jieħdu miżuri nazzjonali biex jevitaw l-introduzzjoni ta' dak il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

Marda

Stat Membru

Kodiċi

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b'miżuri nazzjonali approvati

Il-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC)

Id-Danimarka

DK

It-territorju kollu

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

L-Ungerija

HU

It-territorju kollu

Il-Finlandja

FI

It-territorju kollu

L-Isvezja

SE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju kollu tar-Renju Unit; it-territorji ta' Guernsey, Jersey u l-Isle of Man.

Mard batteriku tal-kliewi (BKD)

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju tal-Irlanda ta' Fuq; it-territorji ta' Jersey u l-Isle of Man.

Vajrus tan-Nekrożi Pankreatika Infettiva (IPN)

Il-Finlandja

FI

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

L-Isvezja

SE

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju tal-Isle of Man

Infezzjoni bil- Gyrodactylus salaris (GS)

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Il-Finlandja

FI

Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta' Tenojoki u Näätämönjoki; Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta' Paatsjoki, Luttojoki, u Uutuanjoki huma kkunsidrati bħala żoni ta' lqugħ.

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju kollu tar-Renju Unit; it-territorji ta' Guernsey, Jersey u l-Isle of Man.

ANNESS II

L-Istati Membri u ż-żoni bi programmi ta’ qerda fir-rigward ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura, u approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali biex jikkontrollaw dak il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

Marda

Stat Membru

Kodiċi

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b'miżuri nazzjonali approvati

Mard batteriku tal-kliewi (BKD)

Il-Finlandja

FI

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

L-Isvezja

SE

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju tal-Gran Brittanja

Vajrus tan-Nekrożi Pankreatika Infettiva (IPN)

L-Isvezja

SE

Il-partijiet kostali tat-territorju


Rettifika

8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/50


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/89/UE tas-6 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tiġi inkluża l-quinmerac bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni 2008/934/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 320 tas-7 ta’ Diċembru 2010 )

Fit-titolu fil-qoxra u f’paġna 3, u fil-firma f’paġna 5:

minflok:

“6 ta’ Novembru 2010”;

aqra:

“6 ta’ Diċembru 2010”.