ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.314.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 314

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
30 ta' Novembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku ( 1 )

17

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi ( 1 )

47

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins ( 1 )

64

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

30.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1059/2010

tat-28 ta' Settembru 2010

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti tal-enerġija relatati (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE tirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar ta' prodotti tal-enerġija relatati li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u li għandhom differenza wiesgħa fil-livelli ta' prestazzjoni b'funzjonalità ekwivalenti.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE tas-16 ta' April 1997 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum ta' enerġija tal-magni tad-dar tal-ħasil tal-platti (2) stabbilixxiet dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(3)

Parti kbira mid-domanda totali għall-konsum domestiku tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea tintuża mill-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti. Barra mit-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li diġà sar, għad hemm bżonn ta' ħafna iktar tnaqqis fil-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(4)

Id-Direttiva 97/17/KE għandha titħassar u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet ġodda minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat li t-tikketta dwar l-enerġija tipprovdi inċentivi dinamiċi għall-fornituri sabiex ikomplu jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti u titħaffef it-trasformazzjoni tas-suq lejn teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

(5)

L-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta għandha tinkiseb permezz ta' proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar riċenti u avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti tekniċi u tar-regoli tas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (3).

(6)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketta tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(7)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti fir-rigward tad-dokumentazzjoni teknika u l-iskeda għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(8)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tingħata waqt bejgħ tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jsir mill-bogħod, fil-pubbliċità u fil-materjal promozzjonali ta' natura teknika.

(9)

Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li tqis il-progress teknoloġiku.

(10)

Sabiex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni mid-Direttiva 97/17/KE għal dan ir-Regolament, il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom tikketta skont dan ir-Regolament għandhom jitqiesu konformi mad-Direttiva 97/17/KE.

(11)

Id-Direttiva 97/17/KE għandha għalhekk tiġi mħassra,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u għall-forniment ta' informazzjoni addizzjonali dwar il-prodotti għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li joperaw permezz tal-elettriku u għall-magni tal-ħasil tal-platti li joperaw permezz tal-elettriku li jistgħu joperaw ukoll permezz tal-batteriji, inkluż dawk li jinbigħu għal użu mhux domestiku u tagħmir ingastat (built-in).

Artikolu 2

Tifsiriet

Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“magna domestika tal-ħasil tal-platti” tfisser magna li tnaddaf, tlaħlaħ u tnixxef il-platti, oġġetti tal-ħġieġ, pożati u oġġetti tat-tisjir b'mezzi kimiċi, mekkaniċi, termali u elettriċi u li hija magħmula l-aktar biex tintuża għal skopijiet mhux professjonali;

(2)

“magna domestika tal-ħasil tal-platti ingastata” tfisser magna domestika tal-ħasil tal-platti magħmula biex tiġi installata f'armarju, fi spazju vojt f'ħajt jew f'xi post simili, u li teħtieġ elementi oħra biex tkun kompleta;

(3)

“sett individwali” tfisser sett definit ta' fajjenza, oġġetti tal-ħġieġ u pożati għall-użu ta' persuna waħda;

(4)

“kapaċità nominali” tfisser l-akbar numru ta' settijiet individwali, flimkien mal-għadd ta' oġġetti li jintużaw għas-servizz tal-mejda kif iddikkjarat mill-manifattur, li magna domestika tal-ħasil tal-platti tista' taħsel u tnixxef, bil-programm magħżul, meta timtela skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(5)

“programm” tfisser serje ta' operazzjonijiet li jkunu definiti minn qabel u li l-fornitur jiddikjarhom bħala adegwati għall-ħasil ta' livelli speċifikati ta' ħmieġ jew tipi ta' tagħbija, jew tat-tnejn, u li flimkien jifformaw ċiklu sħiħ;

(6)

“il-ħin tal-programm” tfisser il-ħin li jgħaddi mill-bidu tal-programm sat-tmiem tal-programm u li jeskludi kwalunkwe dewmien ipprogrammat mill-utent aħħari;

(7)

“ċiklu” tfisser proċess sħiħ ta' tindif, tlaħliħ u tnixxif, kif definit għall-programm magħżul;

(8)

“modalità mitfija” tfisser il-kundizzjoni li fiha, il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun mitfija permezz ta' kontrolli jew swiċċijiet tat-tagħmir li jkunu aċċessibbli u magħmulin biex jintużaw mill-utent aħħari waqt l-użu normali tal-magna biex jinkiseb l-inqas konsum possibbli tal-enerġija li jista' jibqa' għaddej għal ħin indefinit waqt li l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun imqabbda mas-sors tal-enerġija u tintuża skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur; meta l-magna ma jkollhiex kontrolli jew swiċċijiet li jkunu aċċessibbli għall-utent aħħari, “modalità mitfija” tfisser il-kundizzjoni li l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tispiċċa fiha meta titħalla terġa' lura waħidha għal stat kostanti ta' konsum tal-enerġija;

(9)

“modalità mixgħula u inattiva” tfisser il-modalità li fiha jseħħ l-inqas konsum tal-enerġija li jista' jibqa' għaddej għal ħin indefinit wara li l-programm ikun intemm u l-magna domestika tal-ħasil tal-platti titbattal mingħajr ebda intervent ieħor mill-utent aħħari;

(10)

“magna domestika tal-ħasil tal-platti ekwivalenti” tfisser mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti li titqiegħed fis-suq bl-istess kapaċità nominali, karatteristiki tekniċi u ta' prestazzjoni, konsum tal-enerġija u tal-ilma u emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja bħal mudell ieħor ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti li titqiegħed fis-suq mill-istess fornitur iżda b'numru tal-kodiċi kummerċjali differenti.

(11)

“utent aħħari” tfisser konsumatur li jixtri jew li hu mistenni jixtri magna domestika tal-ħasil tal-platti;

(12)

“il-punt tal-bejgħ” tfisser il-post fejn il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti jitpoġġew għall-wiri jew jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew biex jinxtraw bin-nifs.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri

Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

(a)

kull magna domestika tal-ħasil tal-platti jkollha tikketta stampata fil-format u bil-kontenut kif stipulat fl-Anness I;

(b)

ikun hemm disponibbli skeda tal-prodott kif stipulat fl-Anness II;

(c)

fuq talba jkun hemm disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dokumentazzjoni teknika kif stipulat fl-Anness III;

(d)

jekk tkun qed tagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz, kwalunkwe pubbliċità għal mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti tindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

(e)

kwalunkwe materjal tekniku ta' pubbliċità dwar mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti li tiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tindika l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' dak il-mudell.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-bejjiegħa

Il-bejjiegħa għandhom jiżguraw li:

(a)

kull magna domestika tal-ħasil tal-platti, fil-punt tal-bejgħ, ikollha t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(a) fuq il-faċċata jew fuq il-wiċċ ta' fuq tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti, b'tali mod li tkun tidher ċar;

(b)

il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fejn l-utent aħħari ma jistax ikun mistenni li jara l-prodott muri, ikunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni li għandha tingħata mill-fornituri skont l-Anness IV;

(c)

kwalunkwe pubbliċità għal mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti jkun fiha referenza għall-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tagħha, jekk il-pubbliċità tkun qed tagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz;

(d)

kwalunkwe materjal tekniku ta' pubbliċità dwar mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi jkun fih il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' dak il-mudell.

Artikolu 5

Metodi tal-kejl

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta' metodi ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxuti.

Artikolu 6

Proċedura tal-verifika għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness V meta jivvalutaw il-konformità tal-klassi ddikjarata tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-konsum annwali tal-enerġija, il-konsum annwali tal-ilma, l-indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif, il-ħin tal-programm, il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva, it-tul tal-modalità mixgħula u inattiva u l-emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tanalizza dan ir-Regolament fid-dawl ta' progress teknoloġiku mhux aktar tard minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-analiżi għandha tivvaluta b'mod partikolari t-tolleranzi tal-verifika stipulati fl-Anness V.

Artikolu 8

Revoka

Id-Direttiva 97/17/KE għandha tiġi revokata mill-20 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-Artikolu 3 (d) u (e) u l-Artikolu 4 (b), (c) u (d) ma għandhomx japplikaw għall-pubbliċità stampata u għal materjal tekniku ta' promozzjoni stampat ippubblikati qabel it-30 ta' Marzu 2012.

2.   Il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti mqiegħda fis-suq qabel it-30 ta' Novembru 2011 għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 97/17/KE.

3.   F'każ li tiġi adottata miżura ta' implimentazzjoni għad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti, il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din il-miżura ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rekwiżiti tal-effiċjenza tat-tindif u mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u li jitqegħdu fis-suq jew għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs qabel l-20 ta' Diċembru 2011 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 97/17/KE.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-20 ta' Diċembru 2011. Madankollu, l-Artikolu 3 (d) u (e) u l-Artikolu 4 (b), (c) u (d) għandhom japplikaw mill-20 ta' April 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 118, 7.5.1997, p. 1.

(3)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(4)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.


ANNESS I

Tikketta

1.   TIKKETTA

Image

(1)

It-tikketta għandha tinkludi din l-informazzjoni:

I.

l-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali;

II.

identifikatur tal-fornitur tal-mudell, fejn ‘identifikatur tal-mudell’ tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur;

III.

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ddeterminata skont l-Anness VI, punt 1; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija rilevanti;

IV.

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f'kWh fis-sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ integer u kkalkulat skont il-punt 1(b) tal-Anness VII;

V.

il-konsum annwali tal-ilma (AW C) f'litri fis-sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness VII;

VI.

il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif iddeterminata skont l-Anness VI, punt 2;

VII.

il-kapaċità nominali, f'għadd ta' settijiet individwali standard, għaċ-ċiklu standard tat-tindif;

VIII.

l-emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja espressi f'dB(A) re1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ.

(2)

Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 2. Permezz ta' deroga, meta mudell ikun ingħata ‘ekotikketta tal-UE’ skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), tista' tingħata wkoll kopja tal-ekotikketta.

2.   DISINN TAT-TIKKETTA

Id-disinn tat-tikketta għandu jkun kif jidher fid-disinn hawn taħt.

Image

Fejn:

(a)

It-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 110 mm u twila 220 mm. Meta t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-Disinn ta' hawn fuq):

Image

Linja tal-Bordura: 5 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Image

Logo tal-UE – kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

Logo tal-enerġija

:

kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija; Il-logo tal-UE u l-logo tal-enerġija (flimkien): wisa': 92 mm, għoli: 17 mm.

Image

Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 92,5 mm.

Image

Skala A-G

Vleġeġ: għoli: 7 mm, spazju bejn vleġġa u oħra: 0,75 mm – kuluri:

L-ewwel klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00.

Test: Calibri bold 18 pt, b'ittri kbar, abjad; “+” simboli: Calibri bold 12 pt, b'ittri kbar, abjad, allinejati fuq ringiela waħda.

Image

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Vleġeġ: wisa': 26 mm, għoli: 14 mm, 100 % iswed.

Test: Calibri bold 29 pt, b'ittri kbar, abjad; “+” simboli: Calibri bold 18 pt, b'ittri kbar, abjad, allinejati fuq ringiela waħda.

Image

Enerġija

Test: Calibri regular 11 pt, ittri kapitali, 100 % iswed.

Image

Konsum annwali tal-enerġija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 37 pt, 100 % iswed;

It-tieni linja: Calibri regular 17 pt, 100 % iswed.

Image

Konsum annwali tal-ilma

Pittogramma kif murija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 24 pt, 100 % iswed; u Calibri regular 16 pt, 100 % iswed.

Image

Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif:

Pittogramma kif murija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Valur: Calibri regular 16 pt, skala orizzontali 75 %, 100 % iswed; u Calibri bold 22 pt, skala orizzontali 75 %, 100 % iswed.

Image

Kapaċità nominali:

Pittogramma kif murija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 24 pt, 100 % iswed; u Calibri regular 16 pt, 100 % iswed.

Image

Emissjonijiet tal-istorbju:

Pittogramma kif murija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 24 pt, 100 % iswed; u Calibri regular 16 pt, 100 % iswed.

Image

L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur

Image

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta' 92 × 5 mm.

Image

Innumerar tar-Regolament: Calibri bold 9 pt, 100 % iswed;


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS II

Skeda tal-prodott

1.

L-informazzjoni fl-iskeda tal-prodott tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti għandha tingħata fl-ordni li ġej u għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’letteratura oħra mogħtija mal-prodott:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

(b)

l-identifikatur tal-fornitur tal-mudell, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur.

(c)

il-kapaċità nominali, f’għadd ta’ settijiet individwali standard, għaċ-ċiklu standard tat-tindif;

(d)

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija skont l-Anness VI, il-punt 1;

(e)

fejn il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun ingħatat “Ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, din l-informazzjoni tista tiġi inkluża;

(f)

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 1(b) tal-Anness VII. Dan għandu jkun deskritt bħala “Konsum tal-Enerġija ‘X’ kWh fis-sena, abbażi ta’ 280 ċiklu standard tat-tindif li fihom jintużaw ilma kiesaħ u modalitajiet b’konsum baxx. Il-konsum proprju tal-enerġija jiddependi minn kif jintuża l-apparat.”;

(g)

il-konsum tal-enerġija (Et ) taċ-ċiklu standard tat-tindif;

(h)

il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva (Po u Pl );

(i)

il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri fis-sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness VII; dan għandu jiġi deskritt kif ġej: “Konsum tal-ilma ‘X’ litri fis-sena, abbażi ta’ 280 ċiklu standard tat-tindif. Il-konsum proprju tal-ilma jiddependi minn kif jintuża t-tagħmir.”;

(j)

il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif stabbilita skont l-Anness VI, punt 2 u espressa bħala “klassi ‘X’ tal-effiċjenza tat-tnixxif fuq skala minn G (l-inqas effiċjenti) sa A (l-aktar effiċjenti)”; Meta din l-informazzjoni tkun ipprovduta f’forma ta’ tabella, din tista’ tiġi espessa permezz ta’ mezzi oħra, dejjem jekk jibqa’ ċar li l-iskala tkun minn G (l-inqas effiċjenti) sa A (l-aktar effiċjenti);

(k)

indikazzjoni li “l-programm standard” huwa l-programm standard tat-tindif li tirreferi għalih l-informazzjoni fit-tikketta u l-iskeda, li dan il-programm huwa adatt biex inaddaf oġġetti tal-mejda li jkollhom ħmieġ normali, u li huwa l-aktar programm effiċjenti f’termini tal-konsum ikkombinat ta’ enerġija u ta’ ilma;

(l)

il-ħin tal-programm għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’minuti u aġġustat sal-eqreb minuta;

(m)

it-tul ta’ ħin tal-modalità mixgħula u inattiva (Tl ) jekk il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun mgħammra b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija;

(n)

l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja espressi f’dB(A) re 1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;

(o)

f’każ li l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun inkorporata, indikazzjoni ta’ dan.

2.

Skeda waħda tista’ tkopri għadd ta’ mudelli ta’ magni domestiċi tal-ħasil tal-platti fornuti mill-istess fornitur.

3.

L-informazzjoni fl-iskeda tista’ tingħata f’forma ta’ kopja tat-tikketta, bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Fejn dan ikun il-każ, l-informazzjoni mniżżla fil-punt 1 li mhux diġà tidher fuq it-tikketta għandha tingħata wkoll.


ANNESS III

Dokumentazzjoni teknika

1.

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(c) għandha tinkludi:

(a)

isem u indirizz il-fornitur;

(b)

deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-magna tal-ħasil tal-platti, ċara biżżejjed biex il-mudell ikun jista' jiġi identifikat bla dubju u faċilment;

(c)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(e)

identifikazzjoni u firma tal-persuna awtorizzata li tiffirma d-dikjarazzjoni f'isem il-fornitur;

(f)

parametri tekniċi għall-kejl kif ġej:

(i)

il-konsum tal-enerġija;

(ii)

il-konsum tal-ilma;

(iii)

il-ħin tal-programm;

(iv)

l-effiċjenza tat-tnixxif;

(v)

il-konsum ta’ enerġija fil-“modalità mitfija”;

(vi)

il-konsum tal-enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva”;

(vii)

il-ħin li ddum fil-“modalità mixgħula u inattiva”;

(viii)

l-emmissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja;

(g)

ir-riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness VII.

2.

Meta l-informazzjoni inkluża fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika ta’ mudell partikolari ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun ir-riżultat ta’ kalkolu li jsir abbażi tad-disinn, jew ta’ estrapolazzjoni minn magni domestiċi tal-ħasil tal-platti ekwivalenti oħra, jew abbażi tat-tnejn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji tat-tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn, u ta’ testijiet li l-fornituri jwettqu biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli mwettqa. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta’ magni domestiċi tal-ħasil tal-platti ekwivalenti li għalihom l-informazzjoni tkun inkisbet fuq l-istess bażi.


ANNESS IV

Informazzjoni li għandha tingħata f’każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax ikun mistenni li jara l-prodott muri

1.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(b) għandha tkun ipprovduta fl-ordni li ġejja:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, kif definit fl-Anness VI, il-punt 1;

(b)

il-kapaċità nominali, f’għadd ta' settijiet individwali standard, għaċ-ċiklu standard tat-tindif;

(c)

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ), indikat f’kWh fis-sena u aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 1(b);

(d)

il-konsum annwali tal-ilma (AWC ), indikat f’litri fis-sena u aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 3;

(e)

il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif skont l-Anness VI, il-punt 2;

(f)

l-emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja, indikati f’dB(A) re1 pW u aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;

(g)

f’każ li l-mudell huwa magħmul sabiex ikun ingastat, indikazzjoni ta' dan.

2.

Fejn tingħata wkoll informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda dwar il-prodott, din għandha tkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness II.

3.

Id-daqs u t-tipa, li bihom tkun stampata jew murija l-informazzjoni kollha msemmija f’dan l-Anness, għandha tkun leġġibbli.


ANNESS V

Proċedura tal-verifika għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq

Għall-finijiet ta' verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti. F’każ li l-parametri mkejla ma jaqblux mal-valuri ddikjarati mill-fornitur fil-firxa stipulata fit-Tabella 1, il-kejl għandu jitwettaq fuq tliet magni domestiċi tal-ħasil tal-platti oħra. Il-medja aritmetika tal-valuri mkejla ta' dawn it-tliet magni domestiċi tal-ħasil tal-platti għandha taqbel mal-valuri ddikjarati mill-fornitur fil-firxa stipulata fit-Tabella 1, minbarra għall-konsum tal-enerġija fejn il-valuri mkejla ma għandhomx ikunu ogħla mill-valur nominali ta' Et b’iktar minn 6 %.

Jekk ma taqbilx, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha ta' magni domestiċi tal-ħasil tal-platti għandhom jitqiesu bħala mudelli li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-iktar avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali, inklużi l-metodi stabbiliti f’dokumenti li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tabella 1

Parametri mkejla

Tolleranzi ta' verifika

Konsum annwali tal-enerġija

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur nominali (*) tal-AEC b’aktar minn 10 %.

Konsum tal-ilma

Il-valur imkejjel ma għandux jaqbeż il-valur nominali ta' Wt b’iktar minn 10 %.

Indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur nominali ta' ID b’aktar minn 19 %.

Konsum tal-enerġija

Valur imkejjel ma għandux jaqbeż il-valur nominali ta' Et b’iktar minn 10 %.

Il-ħin tal-programm

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur nominali ta' Tt b’aktar minn 10 %.

Konsum tal-enerġija meta mitfija u meta tibqa’ mixgħula u inattiva

Il-valur imkejjel ta' konsum tal-enerġija Po u Pl li jkun akbar minn 1.00 W ma għandux ikun akbar mill-valur nominali b’aktar minn 10 %. Il-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta' 1.00 W jew inqas ma għandux ikun ogħla mill-valur nominali b’aktar minn 0,10 W.

Tul ta' żmien fil-modalità mixgħula u inattiva

Il-valur imkejjel ma għandux ikun itwal mill-valur nominali ta' Tl b’aktar minn 10 %.

Emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja

Il-valur imkejjel għandu jilħaq il-valur nominali.


(*)  “valur nominali” tfisser valur li jiġi ddikjarat mill-fornitur


ANNESS VI

Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif

1.   KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti għandha tiġi determinata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) kif stipulat fit-Tabella 1.

L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-użi tal-Enerġija (EEI) ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness VII, punt 1.

Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Indiċi tal-Effiċjenza fl-użu tal-Enerġija

A+++ (l-iktar effiċjenti)

EEI < 50

A++

50 ≤ EEI < 56

A+

56 ≤ EEI < 63

A

63 ≤ EEI < 71

B

71 ≤ EEI < 80

C

80 ≤ EEI < 90

D (l-anqas effiċjenti)

EEI ≥ 90

2.   KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA TAT-TNIXXIF

Il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti għandha tiġi determinata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) kif stipulat fit-Tabella 2.

L-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) għandu jiġi stabbilit skont l-Anness VII, punt 2.

Tabella 2

Klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif

Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif

Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif

A (l-iktar effiċjenti)

ID > 1,08

B

1,08 ≥ ID > 0,86

C

0,86 ≥ ID > 0,69

D

0,69 ≥ ID > 0,55

E

0,55 ≥ ID > 0,44

F

0,44 ≥ ID > 0,33

G (l-inqas effiċjenti)

0,33 ≥ ID


ANNESS VII

Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija, l-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif u l-konsum tal-ilma

1.   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-użu tal-Enerġija (EEI), ta’ mudell ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti, il-konsum annwali tal-enerġija tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti jitqabbel mal-konsum standard annwali tal-enerġija.

(a)

L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) jiġi kkalkulat u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

Formula

fejn:

AEC

=

il-konsum annwali tal-enerġija tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti

SAEC

=

il-konsum annwali tal-enerġija standard tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti.

(b)

Il-konsum annwali tal-enerġija (AEc ) jiġi kkalkulat, f’ kWh/sena u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

(i)

Formula

fejn:

Et

=

il-konsum tal-enerġija għaċ-ċiklu standard, li jiġi indikat f’kWh u aġġustat sa tliet ċifri wara l-punt deċimali;

Pl

=

l-enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva” għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li tiġi indikata f’W u aġġustata sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

Po

=

l-enerġija fil-“modalità mitfija” għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li tiġi indikata f’W u aġġustata sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

Tt

=

il-ħin tal-programm għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’minuti u aġġustat sal-eqreb minuta;

280

=

l-għadd totali ta’ ċikli standard tat-tindif kull sena.

(ii)

Meta l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun mgħammra b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija, u, wara li jintemm il-programm, il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tidħol awtomatikament fil-“modalità mitfija”, AEC jiġi kkalkulat b’qies għat-tul taż-żmien effettiv li fih il-magna tkun fil-“modalità mixgħula u inattiva”, permezz ta’ din il-formula:

Formula

fejn:

Tl

=

il-ħin imkejjel ta’ kemm il-magna ddum fil-“modalità mixgħula u inattiva” għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’minuti u aġġustat sal-eqreb minuta;

280

=

l-għadd totali ta’ ċikli standard tat-tindif kull sena.

(c)

Il-konsum standard annwali tal-enerġija (SAEC ) jiġi kkalkulat f’kWh/sena skont il-formula li ġejja u jinġieb sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali:

(i)

għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta ps ≥ 10 u wisa’ ta’ > 50 cm:

SAEC = 7,0 × ps + 378

(ii)

għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ ps ≤ 9 u għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ 9 < ps ≤ 11 u wisa’ ta’ ≤ 50 cm:

SAEC = 25,2 × ps + 126

fejn:

ps

=

għadd ta’ settijiet individwali.

2.   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA TAT-TNIXXIF

Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) ta’ mudell ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti, l-effiċjenza tat-tnixxif tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti tiġi mqabbla mal-effiċjenza tat-tnixxif ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti ta’ referenza fejn din tal-aħħar ikollha l-karatteristiċi indikati fil-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(a)

L-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) jiġi kkalkulat u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

Formula

ID = exp(lnID )

fejn:

DT,i

=

l-effiċjenza tat-tnixxif tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti li tkun qed tiġi ttestjata, għal ċiklu wieħed ta’ ttestjar (i);

DR,i

=

l-effiċjenza tat-tnixxif tal-magna tal-ħasil tal-platti ta’ referenza għal ċiklu wieħed ta’ ttestjar (i);

n

=

l-għadd ta’ ċikli ta’ ttestjar, n ≥ 5

(b)

L-effiċjenza tat-tnixxif (D) hija l-medja tal-grad tat-tixrib ta’ kull oġġett li jiddaħħal fil-magna, wara li ċ-ċiklu standard tat-tindif ikun tlesta. Il-grad tat-tixrib jiġi kkalkulat kif muri fit-Tabella 1:

Tabella 1

L-għadd ta’ traċċi tal-ilma (WT ) jew ta’ linji mxarrbin (WS )

L-erja totali imxarrba (Aw) f’ mm2

Grad tat-tixrib

WT = 0 u WS = 0

Mhux applikabbli

2 (l-aktar effiċjenti)

1 < WT ≤ 2 jew WS = 1

Aw < 50

1

2 < WT jew WS = 2

jew WS = 1 u WT = 1

Aw > 50

0 (l-inqas effiċjenti)

3.   KALKOLU TAL-KONSUM ANNWALI TA’ ILMA

Il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti jiġi kkalkulat f’litri, u aġġustat sal-eqreb numru sħiħ, permezz ta’ din il-formula:

AWC = Wt × 280

fejn:

Wt

=

il-konsum tal-ilma għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’litri u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali.


30.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/17


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1060/2010

tat-28 ta’ Settembru 2010

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta’ tikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE titlob li l-Kummissjoni tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar tal-prodotti marbutin mal-enerġija li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u li għandhom differenzi kbar fil-livelli tal-prestazzjoni iżda b’funzjonalità ekwivalenti.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE tal-21 ta’ Jannar 1994 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE fir-rigward tal-ittikkettjar tal-enerġija ta’ refriġeraturi, freezers elettriċi domestiċi u l-kombinazzjonijiet tagħhom (2) stabbiliet dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-enerġija fuq it-tagħmir refriġeranti domestiku.

(3)

L-elettriku ġġenerat mit-tagħmir refriġeranti domestiku jammonta għal parti sinifikanti mid-domanda totali għall-elettriku mid-djar fl-Unjoni. Barra mit-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li diġà sar, għad hemm lok sostanzjali għal aktar tnaqqis fil-konsum tal-enerġija għat-tagħmir refriġeranti domestiku.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/2/KE għandha tiġi revokata u dispożizzjonijiet ġodda għandhom jiġu stipulati b’dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li t-tikketta tal-enerġija tipprovdi inċentivi dinamiċi għall-manifatturi sabiex ikomplu jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku u sabiex it-trasformazzjoni tas-suq lejn teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija sseħħ aktar malajr.

(5)

L-effett konġunt tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, u fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 643/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tagħmir refriġeranti domestiku (3), jista’ jkun li sal-2020 jiġu ffrankati 6 TWh ta’ elettriku fis-sena (4) meta mqabbel mas-sitwazzjoni fejn ma tittieħed l-ebda miżura.

(6)

Hemm opportunità wkoll li tkun iffrankata l-enerġija permezz ta’ prodotti fis-swieq li qegħdin jiżviluppaw għat-tagħmir refriġeranti tat-tip bl-assorbiment u tagħmir fejn jinħażen l-inbid. Dan it-tagħmir għandu għalhekk ikun inkluż fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Tagħmir refriġeranti tat-tip bl-assorbiment ma jagħmilx storbju, imma jikkonsma ħafna iktar enerġija mit-tagħmir tat-tip bil-kompressjoni. Sabiex l-utent aħħari jieħu deċiżjoni infurmata, it-tikketta għandha tinkludi informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja minn tagħmir refriġeranti domestiku.

(8)

L-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta għandha tinkiseb bis-saħħa ta’ proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar riċenti u avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti tekniċi u tar-regoli tas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (5).

(9)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketta tat-tagħmir refriġeranti domestiku.

(10)

Barra minn hekk, dan ir-Reoglament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni teknika u l-fiche għat-tagħmir refriġeranti domestiku.

(11)

Fuq kollox, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tingħata waqt bejgħ ta’ tagħmir refriġeranti domestiku li jsir mill-bogħod, permezz ta’ reklami u materjal promozzjonali ta’ natura teknika.

(12)

Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal analiżi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jqis il-progress teknoloġiku.

(13)

Sabiex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni mid-Direttiva 94/2/KE għal dan ir-Regolament, it-tagħmir refriġeranti domestiku li jkollu tikketta skont dan ir-Regolament għandu jitqies konformi mad-Direttiva 94/2/KE.

(14)

Id-Direttiva 94/2/KE għandha għalhekk tiġi mħassra,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar u d-dispożizzjoni tal-informazzjoni supplimentari dwar il-prodott tat-tagħmir refriġeranti domestiku li jaħdem bl-elettriku li jkollu kapaċità ta’ ħżin bejn 10 u 1 500 litru.

2.   Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għal tagħmir refriġeranti domestiku li jopera permezz tal-elettriku, li jinkludi t-tagħmir li jinbiegħ għal użu mhux fi djar jew għal refriġerazzjoni ta’ oġġetti mhux tal-ikel u li jinkludi tagħmir ingastat.

Għandu japplika wkoll għat-tagħmir refriġeranti domestiku li jaħdem bl-elettriku u li jista’ jaħdem bil-batterija wkoll.

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)

tagħmir refriġeranti li s-sors prinċipali tal-enerġija tiegħu mhuwiex l-elettriku, imma fjuwils bħall-gass illikwifikat taż-żejt mhux raffinat (LPG), il-pitrolju u l-bijodiżil;

(b)

tagħmir refriġeranti li jaħdem bil-batterija li jista’ jitqabbad mad-dawl permezz ta’ konverter AC/DC, li jinxtara separatament;

(c)

tagħmir refriġeranti magħmul ta’ darba u apposta għal użu partikolari (custom-made) u li mhux ekwivalenti għal mudelli oħra ta’ tagħmir refriġeranti;

(d)

tagħmir ta’ refriġerazzjoni għal użu fis-settur terzjarju fejn it-tneħħija tal-oġġetti tal-ikel minn ġo fih tingħaraf elettronikament u dik l-informazzjoni tkun tista’ tiġi trażmessa awtomatikament minn konnessjoni ta’ netwerk lejn sistema ta’ kontroll remota għal fini ta’ kontabilità;

(e)

tagħmir li l-funzjoni primarja tiegħu ma tkunx il-konservazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel permezz tar-refriġerazzjoni, pereżempju il-magni indipendenti li jipproduċu s-silġ jew id-dispensers tax-xarbiet imkessħin.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xarbiet inkluż l-inbid u prodotti oħra bil-ħsieb ewlieni li jiġu kkunsmati u li jeħtieġu t-tkessiħ f’temperaturi speċifiċi;

(2)

“tagħmir refriġeranti domestiku” tfisser armarju iżolat, b’kompartiment wieħed jew aktar, magħmul biex ikessaħ jew jiffriża oġġetti tal-ikel, jew għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel imkessħin jew iffriżati għal skopijiet mhux professjonali, imkessaħ permezz ta’ proċess jew proċessi li jikkonsmaw l-enerġija, inkluż tagħmir li jinbiegħ bħala kitt li jintrama mill-utent aħħari;

(3)

“tagħmir ingastat” tfisser tagħmir refriġeranti fiss magħmul biex jiġi installat f’armarju, fi spazju vojt f’ħajt jew f’xi post simili, u li jeħtieġ elementi oħra biex ikun komplet;

(4)

“friġġ” tfisser tagħmir refriġeranti magħmul għall-preservazzjoni tal-oġġetti tal-ikel għall-anqas b’kompartiment wieħed għall-ħżin tal-ikel frisk u/jew xarbiet inkluż l-inbid;

(5)

“tagħmir refriġeranti tat-tip bil-kompressjoni” (compression-type) tfisser tagħmir refriġeranti fejn ir-refriġerazzjoni ssir permezz ta’ kumpressur li jaħdem b’mutur;

(6)

“tagħmir refriġeranti tat-tip bl-assorbiment” (absorption-type) tfisser tagħmir refriġeranti fejn ir-refriġerazzjoni ssir permezz ta’ proċess ta’ assorbiment li juża s-sħana bħala s-sors tal-enerġija;

(7)

“friġġ-friżer” tfisser tagħmir refriġeranti għall-anqas b’kompartiment wieħed fejn jinħażen l-ikel frisk u jkollu għall-anqas kompartiment wieħed għall-iffriżar tal-ikel frisk u l-ħżin tal-oġġetti tal-ikel iffriżati taħt il-kundizzjonijiet ta’ ħżin bi “tliet stilel” (il-kompartimanet fejn jiġi ffriżat l-ikel);

(8)

“armarju għall-ħżin tal-ikel iffriżat” tfisser tagħmir refriġeranti b’wieħed jew iktar kompartimenti magħmul għall-ħżin tal-oġġetti tal-ikel iffriżati;

(9)

“friżer tal-ikel” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu kompartiment wieħed jew aktar adegwati għall-iffriżar ta’ oġġetti tal-ikel f’temperaturi li jvarjaw mit-temperatura tal-ambjent sa – 18 °C, u li jkun adegwat ukoll għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel iffriżati b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi “tliet stilel”; friżer tal-ikel jista’ jinkludi wkoll taqsimiet u/jew kompartimenti b’ “żewġ stilel” ġewwa l-kompartiment jew l-armarju;

(10)

“tagħmir għall-ħżin tal-inbid” tfisser tagħmir refriġeranti li ma għandux kompartiment ieħor għajr kompartiment wieħed jew iktar għall-ħżin tal-inbid;

(11)

“tagħmir b’diversi użi” tfisser tagħmir refriġeranti li ma għandux kompartiment għajr kompartiment wieħed jew iktar li għandhom diversi użi;

(12)

“tagħmir refriġeranti ekwivalenti domestiku” tfisser mudell ta’ tagħmir refriġeranti domestiku li jitqiegħed fis-suq li jkollu l-istess volum gross, l-istess volum ta’ ħżin, l-istess karatteristiċi tekniċi, ta’ effiċjenza u ta’ prestazzjoni, u l-istess tipi ta’ kompartimenti bħal mudell ta’ tagħmir refriġeranti ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur iżda b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti;

(13)

“utent aħħari” tfisser konsumatur li jixtri jew li hu mistenni jixtri tagħmir refriġeranti domestiku;

(14)

“il-punt tal-bejgħ” tfisser il-post fejn it-tagħmir refriġeranti domestiku jitpoġġa għall-wiri jew jiġi offrut għall-bejgħ, għall-kiri jew biex jinxtara bin-nifs.

It-tifsiriet li jinsabu fl-Anness I għandhom japplikaw ukoll.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri

Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

(a)

kull tagħmir refriġeranti domestiku ikollu tikketta stampata fil-format u bil-kontenut kif stipulat fl-Anness II;

(b)

ikun hemm disponibbli skeda tal-prodott kif stipulat fl-Anness III;

(c)

fuq talba jkun hemm disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membru u l-Kummissjoni dokumentazzjoni teknika kif stipulat fl-Anness IV;

(d)

kull reklamar għal mudell speċifiku ta’ tagħmir refriġeranti domestiku ikun fih il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, jekk ir-reklam ikun qed jagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz;

(e)

kull materjal tekniku ta’ reklamar dwar mudell speċifiku ta’ tagħmir refriġeranti domestiku li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi jkun fih il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta’ dak il-mudell.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tan-negozjanti

Il-bejjiegħa għandhom jiżguraw li:

(a)

kull tagħmir refriġeranti domestiku, fil-punt tal-bejgħ, ikollu t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(a) fuq il-faċċata jew fuq il-wiċċ ta’ fuq tat-tagħmir, b’tali mod li tkun tidher ċar;

(b)

it-tagħmir refriġeranti domestiku offrut għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fejn l-utent aħħari ma jistax ikun mistenni li jara l-prodott muri jkun ikkummerċjalizzat bl-informazzjoni li għandha tingħata mill-fornituri skont l-Anness V;

(c)

kull reklam għal mudell speċifiku ta’ tagħmir refriġeranti domestiku ikun fih il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, jekk ir-reklamar ikun qed jagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz;

(d)

kull materjal tekniku ta’ reklamar dwar mudell speċifiku ta’ tagħmir refriġeranti domestiku li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi jkun fih il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta’ dak il-mudell.

Artikolu 5

Metodi tal-kejl

L-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta fl-Artikolu 3 għandha tinkiseb permezz ta’ proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-iktar riċenti ta’ kejl rikonoxxuti b’mod ġenerali, kif stipulat fl-Anness VI.

Artikolu 6

Proċedura tal-verifika għal finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness VII meta jevalwaw il-konformità tal-klassi dikjarata tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-konsum tal-enerġija annwali, il-volumi ta’ ikel frisk u ffriżat, kemm it-tagħmir jiflaħ jiffriża u l-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tanalizza dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku mhux aktar tard minn erba’ snin wara li jidħol fis-seħħ. Ir-reviżjoni għandha b’mod partikolari tevalwa t-tolleranzi tal-verifika tal-Anness VII u l-possibiltajiet għat-tneħħija jew għat-tnaqqis tal-valuri tal-fatturi tal-korrezzjoni li jinsabu fl-Anness VIII.

Artikolu 8

Revoka

Id-Direttiva 94/2/KE hija revokata mit-30 ta’ Novembru 2011.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-Artikoli 3 (d) u (e) u l-Artikoli 4 (b), (c) u (d) ma għandhomx japplikaw għar-reklamar stampat u għal materjal tekniku ta’ promozzjoni ppubblikat qabel it-30 ta’ Marzu 2012.

2.   It-tagħmir refriġeranti domestiku imqiegħed fis-suq qabel it-30 ta’ Novembru 2012 għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 94/2/KE.

3.   It-tagħmir refriġeranti domestiku li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u li jitqiegħed fis-suq jew li jiġi offrut għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nofs qabel it-30 ta’ Novembru 2011 għandu jitqies konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 94/2/KE.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mit-30 ta’ Novembru 2011. Madankollu, l-Artikolu 3 (d) u (e) u l-Artikolu 4 (b), (c) u (d) għandhom japplikaw mit-30 ta’ Marzu 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  OJ L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 45, 17.2.1994, p. 1.

(3)  ĠU L 191, 23.7.2009, p. 53.

(4)  Meta mqabbla skont l-istandard EN 153 tas-CENELEC (Kumitat Ewropew għall-istandardazzjoni Elettroteknika), Frar 2006/EN ISO 15502, Ottubru 2005.

(5)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.


ANNESS I

Tifsiriet applikabbli għall-finijiet tal-Annessi II sa IX

Għall-finijiet tal-Annessi II sa IX, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a)

“sistema li ma tipproduċix silġ (frost-free)” tfisser sistema li topera awtomatikament biex ma tħallix silġ jifforma b’mod permanenti, fejn it-tkessiħ isir permezz ta’ ċirkulazzjoni furzata tal-arja, is-silġ jitwaqqa’ minn fuq l-evaporatur jew l-evaporaturi b’sistema awtomatika tat-twaqqigħ tas-silġ, u l-ilma prodott mit-twaqqigħ tas-silġ jintrema awtomatikament;

(b)

“kompartiment mingħajr silġ” tfisser kwalunkwe kompartiment li s-silġ tiegħu jitwaqqa’ permezz ta’ sistema li ma tipproduċix silġ;

(c)

“friġġ b’kompartiment b'temperatura moderata” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu mill-inqas kompartiment wieħed għall-ħżin tal-ikel frisk u kompartiment ieħor b’temperatura moderata, iżda ebda kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat, għat-tkessiħ jew li fih isir is-silġ;

(d)

“tagħmir b'temperatura moderata” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu biss kompartiment b’temperatura moderata wieħed jew aktar;

(e)

“friġġ-chiller” tfisser tagħmir refriġeranti li jkollu mill-inqas kompartiment wieħed għall-ħżin tal-ikel frisk u kompartiment ieħor taċ-chiller, iżda ebda kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat;

(f)

“kompartimenti” tfisser kwalunkwe wieħed mill-kompartimenti elenkati fil-punti (g) sa (n);

(g)

“kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk” tfisser kompartiment magħmul għall-ħżin tal-ikel mhux iffriżat, li huwa stess ikun maqsum f’kompartimenti iżgħar;

(h)

“kompartiment b’temperatura moderata” tfisser kompartiment magħmul għall-ħżin tal-oġġetti tal-ikel jew xorb partikolari f’temperatura ogħla minn dik ta’ kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk;

(i)

“kompartiment għat-tkessiħ” tfisser kompartiment magħmul speċifikament għall-ħżin tal-oġġetti tal-ikel li jeħżienu malajr;

(j)

“kompartiment li fih isir is-silġ” tfisser kompartiment li jkollu temperatura baxxa u li jkun magħmul speċifikament għall-iffriżar u l-ħżin tas-silġ;

(k)

“kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat” tfisser kompartiment li jkollu temperatura baxxa u li jkun magħmul speċifikament għall-ħżin tal-oġġetti tal-ikel iffriżati u kklassifikat skont it-temperatura kif ġej:

(i)   “kompartiment bi stilla waħda”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat fejn it-temperatura ma tkunx ogħla minn -6 °C;

(ii)   “kompartiment b’żewġ stilel”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat fejn it-temperatura ma tkunx ogħla minn -12 °C;

(iii)   “kompartiment bi tliet stilel”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat fejn it-temperatura ma tkunx ogħla minn -18 °C;

(iv)   “kompartiment għall-iffriżar tal-ikel” (jew “kompartiment b’erba’ stilel”): kompartiment li jkun adegwat għall-iffriżar ta’ mill-inqas 4,5 kg ta’ oġġetti tal-ikel għal kull 100 l ta’volum ta’ ħżin, u fl-ebda każ ta’ inqas minn 2 kg, mit-temperatura tal-ambjent sa -18 °C f’perjodu ta’ 24 siegħa, li jkun adegwat ukoll għall-ħżin ta’ ikel iffriżat b’kundizzjonijiet ta’ ħżin bi tliet stilel, u li fil-kompartiment jista’ jkollu taqsimiet b’ żewġ stilel;

(v)   “kompartiment 0-stilel”: kompartiment għall-ħżin tal-ikel iffriżat li jkollu temperatura ta’ < 0 °C u li jista’ jintuża għall-iffriżar u l-ħżin tas-silġ iżda mhux magħmul għall-ħżin tal-oġġetti tal-ikel li jeħżienu malajr;

(l)

“kompartiment għall-ħżin tal-inbid” tfisser kompartiment li jkun ġie magħmul esklussivament biex l-inbid jinżamm fih għal perjodu ta’ żmien qasir sakemm jilħaq l-aħjar temperatura għax-xorb jew biex l-inbid jinżamm fih għal perjodu ta’ żmien twil sakemm jimmatura, u li jkollu dawn il-karatteristiċi:

(i)

temperatura tal-ħżin kontinwu, issettjata minn qabel mill-manifattur jew issettjata manwalment skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, fil-medda ta’ bejn + 5 °C u + 20 °C;

(ii)

temperatura(i) tal-ħżin li maż-żmien tvarja/ivarjaw b’anqas minn 0,5 K f’kull temperatura tal-ambjent iddikjarata speċifikata skont il-klassi klimatika tat-tagħmir refriġeranti domestiku;

(iii)

kontroll attiv jew passiv tal-umdità fil-kompartiment f’medda ta’ bejn 50 % u 80 %;

(iv)

magħmul biex inaqqas it-trażmissjoni tal-vibrazzjoni lejn il-kompartiment, kemm min-naħa tal-kumpressur tat-tagħmir refriġeranti kif ukoll min-naħa ta’ kwalunkwe sors estern;

(m)

“kompartiment b’diversi użi” tfisser kompartiment magħmul biex jintuża f’żewġ temperaturi jew aktar tal-kompartimenti u li jkun jista’ jiġi ssettjat mill-utent aħħari b’mod li jżomm kontinwament il-medda ta’ temperaturi ta’ operazzjoni applikabbli għal kull tip ta’ kompartiment skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; madankollu, jekk xi funzjoni tippermetti li t-temperaturi ta’ kompartiment ikunu jistgħu jinbidlu għal medda ta’ temperaturi ta’ operazzjoni differenti għal perjodu ta’ żmien limitat biss (bħall-funzjoni ta’ ffriżar rapidu) il-kompartiment mhuwiex “kompartiment b’diversi użi” kif imfisser f’dan ir-Regolament;

(n)

“kompartiment ieħor” tfisser kompartiment, li mhux kompartiment għall-ħżin tal-inbid, magħmul għall-ħżin tal-oġġetti tal-ikel partikolari f’temperaturi ogħla minn + 14 °C;

(o)

“taqsima b’żewġ stilel” tfisser parti minn friżer tal-ikel, kompartiment għall-iffriżar tal-ikel, kompartiment bi tliet stilel jew armarju għall-ħżin tal-ikel iffriżat b’kundizzjonijiet ta’ tliet stilel li ma jkollhomx bieb jew għatu tagħhom u li t-temperatura tagħhom ma tkunx ogħla minn -12 °C;

(p)

“chest freezer” tfisser friżer tal-ikel li l-kompartiment/i tiegħu jkun/u aċċessibbli min-naħa ta’ fuq tat-tagħmir jew li jkollu kompartimenti tat-tip li jinfetħu minn fuq u oħrajn tat-tip li jinfetħu min-naħa ta’ quddiem iżda fejn il-volum gross tal-kompartiment/i li jinfetaħ/jinfetħu minn fuq ikun ogħla minn 75 % tal-volum gross totali tat-tagħmir;

(q)

“tat-tip li jinfetħu minn fuq” jew “tat-tip chest” tfisser tagħmir refriġeranti li l-kompartiment/i tiegħu jkun/u aċċessibbli min-naħa ta’ fuq tat-tagħmir;

(r)

“tat-tip li jinfetħu minn quddiem (upright)” tfisser tagħmir refriġeranti li l-kompartiment/i tiegħu jkun/u aċċessibbli min-naħa ta’ quddiem fuq tat-tagħmir;

(s)

“iffriżar rapidu” tfisser funzjoni riversibbli li l-utent aħħari jista’ jattiva skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur biex inaqqas it-temperatura tal-ħżin tal-friżer jew tal-kompartiment tal-friżer biex jiffriża l-oġġetti tal-ikel mhux iffriżati fi żmien iqsar;

(t)

“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell ta’ tagħmir refriġeranti speċifiku minn mudelli oħra li jkollhom l-istess trejdmark jew l-istess isem ta’ fornitur.


ANNESS II

Tikketta

1.   TIKKETTA GĦAT-TAGĦMIR REFRIĠERANTI DOMESTIKU IKKLASSIFIKAT FI KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA A+++ SA C

Image

(1)

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:

I.

l-isem tal-fornitur jew il-trejdmark.

II.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

III.

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ddeterminata skont l-Anness IX; it-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fih tidher il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija rilevanti.

IV.

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) espress f'kWh kull sena aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3(2) tal-Anness VIII;

V

it-total tal-volumi ta' ħżin tal-kompartimenti kollha li ma jistħoqqilhomx jiġu kklassifikati f'kategorija ta' stilel (jiġifieri temperatura ta' operazzjoni > – 6 °C) aġġustat sal-eqreb numru sħiħ;

VI.

it-total tal-volumi ta' ħżin tal-kompartimenti kollha għall-ħżin tal-ikel iffriżat li jistħoqqilhom jiġu kklassifikati f'kategorija ta' stilel (jiġifieri t-temperatura li topera ≤ – 6 °C), aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u l-klassifikazzjoni tal-kompartiment bl-ikbar sehem minn dak it-total f'kategorija ta' stilel; f'każ li t-tagħmir refriġeranti domestiku ma għandux kompartiment(i) għall-ħżin tal-ikel iffriżat il-fornitur għandu jiddikjara “- L” minflok xi valur u jħalli l-pożizzjoni għall-klassifikazzjoni tal-istilel vojta;

VII.

emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja espressi f'dB(A) re1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ.

Madankollu, għat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid, il-punti V u VI huma mibdula mill-kapaċità nominali li tkun ikklassifikata f'għadd ta' fliexken ta' kapaċità standard ta' 75 ċentilitru li hemm post għalihom fit-tagħmir skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(2)

Id-disinn tal-ekotikketta għandu jkun skont il-punt 3(1) ta' dan l-Anness. Permezz ta' deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-Unjoni Ewropea” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), tista’ tingħata wkoll kopja tal-Ekotikketta tal-UE.

2.   TIKKETTA GĦAT-TAGĦMIR REFRIĠERANTI DOMESTIKU IKKLASSIFIKAT FI KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA D SA G

Image

(1)

Din it-tikketta għandha tinkludi l-informazzjoni elenkata fil-punt 1(1).

(2)

Id-disinn tal-ekotikketta għandu jkun skont il-punt 3(2) ta' dan l-Anness. Permezz ta' deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-Unjoni Ewropea” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, tista' tingħata wkoll kopja tal-Ekotikketta tal-UE.

3.   DISINN TAT-TIKKETTA

(1)

Għat-tagħmir refriġeranti domestiku ikklassifikat fi klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija A+++ to C, ħlief għat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid, id-disinn tat-tikketta għandu jkun kif ġej:

Image

Billi:

(a)

It-tikketta għandha tkun mill-inqas 110 mm wiesgħa u 220 mm twila. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.

(b)

L-isfond tat-tikketta għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għad-dijagramma li tidher hawn fuq):

Image

Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Image

Il-logo tal-UE – kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

It-tikketta tal-enerġija

:

kulur: X-00-00-00.

Pittogramma kif murija: Il-logo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa': 92 mm, tul: 17 mm.

Image

Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 92.5 mm.

Image

Skala A-G

Vleġġa: għoli: 7 mm, spazju bejn vleġġa u oħra: 0,75 mm – kuluri:

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00.

Test: Calibri tipa skura 19 pt, b'ittri kbar, abjad; “+” simboli: Calibri bold 13 pt, b'ittri kbar, abjad, allinejati fuq ringiela waħda.

Image

Il-klassi tal-effiċjenza tal-uzu tal-enerġija

Vleġġa: wisa': 26 mm, għoli: 14 mm, 100 % iswed;

Test: Calibri tipa skura 29 pt, b'ittri kbar, abjad; “+” simboli: Calibri bold 18 pt, b'ittri kbar, abjad u allinejati fuq ringiela waħda.

Image

Enerġija

Test: Calibri regular 11 pt, ittri kapitali, iswed.

Image

Konsum annwali tal-enerġija,

Bordura: 3 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur: Calibri tipa skura 45 pt, 100 % iswed;

It-tieni linja: Calibri regolari 17 pt, 100 % iswed;

Image

Volumi ta' ħżin tal-kompartimenti kollha li ma jistħoqqilhomx jiġu kklassifikati f'kategorija ta' stilel:

Bordura: 3 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur: Calibri tipa skura 25 pt 100 % iswed; Calibri regolari 17 pt, 100 % iswed;

Image

Emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja:

Bordura: 3 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur

:

Calibri bold 25 pt 100 % iswed;

Calibri regolari 17 pt, 100 % iswed;

Image

Volumi ta' ħżin tal-kompartimenti kollha għall-ħżin tal-ikel iffriżat li jistħoqqilhom jiġu kklassifikati f'kategorija ta' stilel:

Bordura: 3 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur

:

Calibri bold 25 pt, 100 % iswed;

Calibri regolari 17 pt, 100 % iswed;

Image

L-isem tal-fornitur jew il-trejdmark

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur

Image

Isem il-fornitur jew tal-trejdmark u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta' 90 x 15 mm.

Image

Innumerar tar-Regolament

Test: Calibri tipa skura 11 pt.

(2)

Għat-tagħmir refriġeranti domestiku ikklassifikat fi klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija D sa G, ħlief għat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid, id-disinn tat-tikketta għandu jkun kif ġej:

Image

Billi:

Id-disinn tal-ekotikketta għandu jkun skont il-punt 3(1) ta' dan l-Anness ħlief għall-punt numru 8 fejn għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

Image

Konsum annwali tal-enerġija:

Bordura: 3 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur: Calibri tipa skura 32 pt, 100 % iswed;

It-tieni linja: Calibri regolari 14 pt, 100 % iswed;

(3)

Għat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid, id-disinn tat-tikketta għandu jkun bħal dak li jidher hawn taħt:

Image

Billi:

(a)

It-tikketta għandha tkun mill-inqas wiesgħa 110 mm u twila 220 mm. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda jibqa' proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq.

(b)

L-isfond tat-tikketta għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għad-dijagramma li tidher hawn fuq):

Image

Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Image

Il-logo tal-UE – kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

It-tikketta tal-enerġija

:

kulur: X-00-00-00.

Pittogramma kif murija: Il-logo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa': 92 mm, għoli: 17 mm.

Image

Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 92,5 mm.

Image

Skala A-G

Vleġġa: għoli: 7 mm, spazju bejn vleġġa u oħra: 0,75 mm – kuluri:

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-aħħar klassi(jiet): 00-X-X-00.

Test: Calibri bold 19 pt, b'ittri kbar, abjad; “+” simboli: Calibri bold 13 pt, b'ittri kbar, abjad, allinejati fuq ringiela waħda.

Image

Il-klassi tal-effiċjenza tal-uzu tal-enerġija

Vleġġa: wisa': 26 mm, għoli: 14 mm, 100 % iswed;

Test: Calibri tipa skura 29 pt, b'ittri kbar, abjad; “+” simboli: Calibri tipa skura 18 pt, b'ittri kbar, abjad, allinejati fuq ringiela waħda.

Image

Enerġija

Test: Calibri regolari 11 pt, ittri kapitali, iswed.

Image

Konsum annwali tal-enerġija:

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur: Calibri tipa skura 30 pt, 100 % iswed;

It-tieni linja: Calibri regolari 14 pt, 100 % iswed;

Image

Kapaċità nominali f'għadd ta' fliexken tal-inbid li jkollhom kapaċità standard:

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur

:

Calibri bold 28 pt, 100 % iswed;

Calibri regolari 15 pt, 100 % iswed;

Image

Emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja:

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur

:

Calibri tipa skura 25 pt, 100 % iswed;

Calibri regolari 17 pt, 100 % iswed;

Image

L-isem tal-fornitur jew il-trejdmark

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur

Image

Isem il-fornitur jew tal-trejdmark u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta' 90 x 15 mm

Image

Innumerar tar-Regolament:

Test: Calibri tipa skura 11 pt.


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS III

Skeda tal-prodott

1.

L-informazzjoni fl-iskeda tal-prodott tat-tagħmir refriġeranti domestiku għandha tingħata fl-ordni li ġej u għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f'letteratura oħra mogħtija mal-prodott.

(a)

isem il-fornitur jew it-trejdmark;

(b)

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur kif imfisser fl-Anness I, punt (t).

(c)

il-kategorija tal-mudell tat-tagħmir refriġeranti domestiku skont il-punt 1 tal-Anness VIII;

(d)

il-klassi ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-mudell skont l-Anness IX;

(e)

fejn il-mudell ikun ingħata l-“Ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, din l-informazzjoni tista' tiġi inkluża;

(f)

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) espress f'kWh kull sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3(2) tal-Anness VIII. Dan għandu jkun deskritt bħala: “Konsum ta' enerġija ‘XYX’ kWh fis-sena, ibbażat fuq riżultati ta' test standard għal 24 siegħa. Il-konsum propju ta' enerġija jiddependi fuq kif se jiġi użat it-tagħmir u fuq il-post ta' tqegħid tiegħu”;

(g)

il-volum ta' ħżin ta' kull kompartiment u l-klassifikazzjoni applikabbli f'kategorija ta' stilel skont il-punt 1(1) VI tal-Anness II, jekk huwa l-każ.

(h)

it-temperatura tad-disinn tal-“kompartimenti l-oħra” fit-tifsira tal-punt (n) tal-Anness I. Għall-ħżin tal-inbid fit-tagħmir, għandha tingħata t-temperatura l-iktar kiesħa għall-ħżin, kemm jekk tkun issettjata minn qabel u kemm jekk tkun tista' tiġi ssettjata minn utent aħħari u tkun tista' tinżamm b'mod kontinwu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(i)

il-kliem “ma tipproduċix silġ” għall-kompartiment(i) rilevanti, kif imfisser fil-punt (b) tal-Anness I;

(j)

“awtonomija tal-konservazzjoni tal-enerġija għal ‘X’ sigħat” tfisser “il-ħin li ddum tielgħa t-temperatura”;

(k)

“il-kapaċità li tiffriża” f'kg kull 24 siegħa;

(l)

“il-klassi klimatika” skont il-punt 1 tat-Tabella 3 tal-Anness VI, u espressa bħala: “Klassi klimatika: W [il-klassi klimatika]. Dan it-tagħmir huwa magħmul sabiex jintuża f'temperatura tal-ambjent li tkun bejn ‘X’ [l-iktar temperatura baxxa] °C u ‘X’ [l-ogħla temperatura] °C”;

(m)

l-emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja espressi f'dB(A) re1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;

(n)

f'każ li l-mudell huwa magħmul sabiex ikun ingastat, indikazzjoni ta' dan l-effett;

(o)

għat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid, għandha tiddaħħal l-informazzjoni li ġejja: ‘Dan it-tagħmir huwa iddisinjat għall-użu esklussiv tal-ħżin tal-inbid’. Dan il-punt ma għandux japplika għat-tagħmir refriġeranti domestiku li mhuwiex magħmul speċifikament għall-ħżin tal-inbid imma jista' madankollu jkun użat għal dan il-għan jew għat-tagħmir refriġeranti domestiku li għandu kompartiment għall-ħżin tal-inbid kif ukoll xi tip ta' kompartiment ieħor.

2.

Fiche waħda tista' tkopri għadd ta' mudelli ta' tagħmir refriġeranti fornuti mill-istess fornitur.

3.

L-informazzjoni fl-iskeda tista' tingħata f'forma ta' kopja tat-tikketta, bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Fejn dan ikun il-każ, l-informazzjoni mniżżla fil-punt 1 li mhux diġà tidher fuq it-tikketta għandha tingħata wkoll.


ANNESS IV

Dokumentazzjoni teknika

1.

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(c) għandha tinkludi:

(a)

isem u indirizz il-fornitur;

(b)

deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tat-tagħmir refriġeranti, li ma tħalli l-ebda dubju u li hija identifikata faċilment;

(c)

fejn xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(e)

identifikazzjoni u firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fornitur;

(f)

parametri tekniċi għall-kejl, stabbiliti skont l-Anness VIII:

(i)

dimensjonijiet globali;

(ii)

spazju globali meħtieġ għall-użu;

(iii)

Il-volum(i) gross totali;

(iv)

il-volum(i) tal-ħżin u volum(i) totali tal-ħżin;

(v)

il-klassifikazzjoni (klassifikazzjonijiet) tal-kompartimenti għall-ħżin tal-ikel iffriżat f'kategorija ta' stilel;

(vi)

it-tip tat-twaqqigħ tas-silġ;

(vii)

it-temperatura tal-ħżin;

(viii)

konsum ta' enerġija;

(ix)

il-ħin li jittieħed sabiex togħla t-temperatura;

(x)

il-kapaċità li tiffriża;

(xi)

il-konsum tal-qawwa elettrika;

(xii)

l-umdità fil-kompartiment għall-ħżin tal-inbid;

(xiii)

emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja;

(g)

riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness VIII.

2.

Fejn l-informazzjoni li tkun inkluża fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għal mudell ta' tagħmir refriġeranti partikolari domestiku tkun inkisbet permezz ta' kalkoli msejsa fuq id-disinn, jew fuq l-estrapolazzjoni minn tagħmir refriġeranti ekwivalenti ieħor, jew mit-tnejn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji ta' dawn il-kalkoli jew l-estrapolazzjonijiet, jew it-tnejn, u tat-testijiet li jkunu saru mill-fornituri sabiex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli li jsiru. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta' tagħmir refriġeranti domestiku li huma ekwivalenti fejn l-informazzjoni tkun inkisbet fuq l-istess sisien.


ANNESS V

Informazzjoni li għandha tingħata f'każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott muri

1.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(b) għandha tkun ipprovduta fl-ordni li ġejja:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-mudell kif imfissra fl-Anness IX;

(b)

il-konsum annwali tal-enerġija espress f'kWh kull sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3(2) tal-Anness VIII;

(c)

il-volum ta' ħżin ta' kull kompartiment u l-klassifikazzjoni applikabbli f'kategorija ta' stilel skont il-punt 1(1) VI tal-Anness II, jekk huwa l-każ;

(d)

“il-klassi klimatika” skont il-punt 1 tat-Tabella 3 tal-Anness VIII;

(e)

l-emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja espressi f'dB(A) re1 pW, aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;

(f)

f'każ li l-mudell huwa magħmul sabiex ikun ingastat, indikazzjoni ta' dan;

(g)

għat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid, għandha tiddaħħal l-informazzjoni li ġejja: ’Dan it-tagħmir huwa iddisinjat għall-użu esklussiv tal-ħżin tal-inbid’. Dan il-punt ma għandux japplika għat-tagħmir refriġeranti domestiku li mhuwiex magħmul speċifikament għall-ħżin tal-inbid imma jista' madankollu jkun użat għal dan il-għan jew għat-tagħmir refriġeranti domestiku li għandu kompartiment għall-ħżin tal-inbid kif ukoll xi tip ta' kompartiment ieħor.

2.

Fejn tingħata wkoll informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda dwar il-prodott, din għandha tkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness III.

3.

Id-daqs u t-tipa, li bihom tkun stampata jew murija l-informazzjoni kollha msemmija f'dan l-Anness, għandha tkun leġibbli.


ANNESS VI

Kejl

1.   Għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl għandu jitwettaq permezz ta' proċedura ta' kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta' kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f'dokumenti li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-ITTESTJAR

Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin għall-ittestjar ġenerali:

(1)

f'każ li t-tagħmir ikun armat b'reżistenzi li ma jħallux il-kondensazzjoni tifforma u li jista' jinxtegħel u jintefa mill-utent aħħari, dawn ir-reżistenzi għandhom jinxtegħlu u - jekk ikunu jistgħu jiġu aġġustati - jiġu ssettjati fil-pożizzjoni ta' tisħin massimu;

(2)

jekk it-tagħmir ikun armat b' “funzjonijiet operabbli minn fuq il-bieb” tagħhom (bħad-dispensers tas-silġ jew tal ilma/xorb imkessaħ) u li jkunu jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, dawn għandhom jinżammu mixgħulin waqt li jittieħed il-kejl tal-konsum tal-enerġija iżda ma jintużawx;

(3)

fit-tagħmir u kompartimenti b'diversi użi, it-temperatura tal-ħżin waqt li jittieħed il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandha tkun it-temperatura nominali tat-tip ta' kompartiment l-aktar kiesaħ kif iddikjarat għall użu kontinwu normali skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(4)

il-konsum tal-enerġija ta' tagħmir refriġeranti għandu jkun iddeterminat bl-aktar konfigurazzjoni kiesħa, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-użu normali kontinwu għal kwalunkwe “kompartiment ieħor” kif imfisser fit-Tabella 5 tal-Anness VIII.

3.   PARAMETRI TEKNIĊI

Għandhom ikunu stabbiliti l-parametri li ġejjin:

(a)

“dimensjonijiet globali”, li huma mkejla sal-eqreb millimetru;

(b)

“spazju globali meħtieġ għall-użu”, imkejjel sal-eqreb millimetru;

(c)

“volum(i) gross totali”, li huwa mkejjel sal-eqreb numru sħiħ ta' deċimetri kubi jew f'litri;

(d)

“volum(i) għall-ħżin u volum(i) totali għall-ħżin”, li huma mkejla sal-eqreb numru sħiħ ta' deċimetri kubi jew f'litri;

(e)

“it-tip tat-twaqqigħ tas-silġ”;

(f)

“it-temperatura tal-ħżin”;

(g)

“il-konsum tal-enerġija” li huwa espress f'sigħat ta' kilowatts kull 24 siegħa (kWh kull 24 siegħa), sa tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(h)

“il-ħin li jittieħed sabiex togħla t-temperatura”,

(i)

“il-kapaċità tal-iffriżar”;

(j)

“l-umdità fil-kompartiment għall-ħżin tal-inbid”, li tiġi indikata bħala perċentwali aġġustat sal-eqreb numru sħiħ; kif ukoll

(k)

“emissjonijiet ta' storbju akustiku fl-arja”.


ANNESS VII

Proċedura tal-verifika għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq

Għall-finijiet ta' verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda ta' tagħmir refriġeranti domestiku. F'każ li l-parametri mkejla ma jaqblux mal-valuri ddikjarati mill-fornitur fil-firxa mfissra fit-Tabella 1, il-kejl għandu jsir fuq tliet unitajiet oħra ta' tagħmir refriġeranti domestiku. Il-medja aritmetika tal-valuri mkejla ta' dawn it-tliet unitajiet ta' tagħmir refriġeranti domestiku għandha taqbel mar-rekwiżiti li hemm fil-firxiet imfissra fit-Tabella 1.

Jekk ma taqbilx, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha ta' tagħmir refriġenti domestiku għandhom jitqiesu bħala mudelli li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti.

Minbarra l-proċedura stipulata fl-Anness VI, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f'dokumenti li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tabella 1

Parametri mkejla

Tolleranzi tal-verifika

Il-volum gross nominali

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur nominali (*) b'iktar minn 3 % jew 1 l, skont liema hu l-ikbar valur.

Il-volum tal-ħżin nominali

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur nominali b'aktar minn 3 % jew 1 l, skont ma jkun l-ogħla valur. Meta l-utent ikun jista' jibdel il-volumi rispettivi tal-kompartiment b'temperatura moderata u tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk, din l-inċertezza fil-kejl tapplika meta l-kompartiment b'temperatura moderata jiċċekken għall-volum minimu tiegħu.

Kapaċità tal-iffriżar

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur nominali b'iktar minn 10 %.

Konsum ta' enerġija

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ikbar mill-valur nominali (E24h ) b'iktar minn 10 %.

Tagħmir għall-ħżin tal-inbid

Il-valur imkejjel tal-umdità relattiva ma għandux jaqbeż il-firxa nominali b'iktar minn 10 %.

Emissjonijiet ta&apos; storbju akustiku fl-arja

Il-valur imkejjel għandu jilħaq il-valur nominali.


(*)  “valur nominali” tfisser il-valur iddikjarat mill-manifattur.


ANNESS VIII

Klassifikazzjoni tat-tagħmir refriġeranti domestiku, metodu għall-kalkolu tal-volum ekwivalenti u l-Indiċi tal-Effiċjenza fl-użu tal-Enerġija

1.   KLASSIFIKAZZJONI TAT-TAGĦMIR REFRIĠERANTI DOMESTIKU

It-tagħmir refriġeranti domestiku huwa kklassifikat f'kategoriji kif elenkat fit-Tabella 1.

Kull kategorija hija mfissra skont il-kompożizzjoni tal-kompartimenti speċifiċi kif speċifikat fit-Tabella 2 irrelevanti minn kemm huwa l-għadd ta' bibien u/jew ta' kxaxen.

Tabella 1

Kategoriji għat-tagħmir refriġeranti domestiku

Kategorija

Tismija

1

Friġġ b'kompartiment wieħed jew iktar għall-ħżin tal-ikel frisk

2

Friġġ b'kompartiment b'temperatura moderata, tagħmir b'temperatura moderata għall-ħżin tal-inbid

3

Friġġ-chiller u friġġ b'kompartimenti b'0-stilel

4

Friġġ b'kompartiment bi stilla waħda

5

Friġġ b'kompartiment b'2 stilel

6

Friġġ b'kompartiment bi 3 stilel

7

Friġġ-friżer

8

Friżer li jinfetaħ minn quddiem

9

Chest friżer

10

Friġġ b'diversi użi u tagħmir refriġerenti ieħor

Tagħmir refriġerenti domestiku li ma jistax jiġi kklassifikat f'kategoriji 1 sa 9 minħabba li t-temperatura tal-kompartimenti hija kklassifikata fil-kategorija 10.

Tabella 2

Klassifikazzjoni tat-tagħmir refriġeranti domestiku u l-kompożizzjoni rilevanti tal-kompartiment

Temperatura nominali (għall-EEI) (°C)

Disinn T

+12

+12

+5

0

0

–6

–12

–18

–18

Kategorija

(numru)

Tipi ta' kompartimenti

Oħrajn

Għall-ħżin tal-inbid

Għall-fliexken

Għall-ħżin tal-ikel frisk ħażna

Kompartiment

0star/Li fih isir is-silġ

bi stilla waħda

b'2 stilel

bi 3 stilel

b'4 stilel

Kategorija tat-tagħmir

Kompożizzjoni tal-kompartimenti

Friġġ b'kompartiment wieħed jew iktar għall-ħżin tal-ikel frisk

L

L

L

I

L

L

L

L

L

L

1

FRIĠĠ B'KOMPARTIMENT B'TEMPERATURA MODERATA, KOMPARTIMENT B'TEMPERATURA MODERATA u TAGĦMIR GĦALL-ĦŻIN TAL-INBID

MO

MO

MO

I

L

L

L

L

L

L

2

MO

MO

I

L

L

L

L

L

L

L

L

I

L

L

L

L

L

L

L

L

FRIĠĠ-CHILLER u FRIĠĠ B'KOMPARTIMENT B'0-STILEL

MO

MO

MO

I

I

MO

L

L

L

L

3

MO

MO

MO

I

MO

I

L

L

L

L

FRIĠĠ B'KOMPARTIMENT BI STILLA WAĦDA

MO

MO

MO

I

MO

MO

I

L

L

L

4

FRIĠĠ B'KOMPARTIMENT B'2-STILEL

MO

MO

MO

I

MO

MO

MO

I

L

L

5

FRIĠĠ B'KOMPARTIMENT B'3-STILEL

MO

MO

MO

I

MO

MO

MO

MO

I

L

6

FRIĠĠ-FRIŻER

MO

MO

MO

I

MO

MO

MO

MO

MO

I

7

FRIŻER LI JINFETAĦ MINN QUDDIEM

L

L

L

L

L

L

L

MO

(Y) (1)

I

8

CHEST FRIŻER

L

L

L

L

L

L

L

O

L

I

9

KOMPARTIMENTI B'DIVERSI UŻI U TAGĦMIR IEĦOR

MO

MO

MO

MO

MO

MO

MO

MO

MO

MO

10

Noti:

I = għandu kompartiment; L = ma għandux kompartiment; MO – mhux obbligatorju li jkollu kompartiment;

Tagħmir refriġeranti domestiku huwa kklassifikat f'waħda jew iktar klassijiet klimatiċi kif speċifikat fit-Tabella 3.

Tabella 3

Klassijiet klimatiċi

Klassi

Simbolu

Temperatura medja tal-ambjent

°C

Temperatura moderata estiża

SN

+ 10 sa + 32

Temperatura moderata

N

+ 16 sa + 32

Temperatura subtropikali

ST

+ 16 sa + 38

Temperatura tropikali

T

+ 16 sa + 43

It-tagħmir refriġeranti għandu jkollu l-kapaċità li jżomm it-temperaturi ta' ħżin meħtieġa fid-diversi kompartimenti fl-istess ħin u fil-limitu permess ta' devjazzjoni tat-temperatura (matul iċ-ċiklu tat-twaqqigħ tas-silġ) kif speċifikat fit-Tabella 4 għat-tipi differenti ta' tagħmir refriġeranti domestiku u għall-klassijiet klimatiċi xierqa.

It-tagħmir u l-kompartimenti b'diversi użi għandhom ikollhom il-kapaċità li jżommu t-temperaturi ta' ħżin meħtieġa fid-diversi tipi ta' kompartimenti meta dawn it-temperaturi jkunu jistgħu jiġu ssettjati mill-utent aħħar skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Tabella 4

Temperaturi għall-ħżin

Temperaturi għall-ħżin (°C)

Kompartiment ieħor

Kompartiment għall-ħżin tal-inbid

Kompartiment b'temperatura moderata

Kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk

Kompartiment għat-tkessiħ

Kompartiment bi stilla waħda

Kompartiment/taqsima b'żewġ stilel:

Friżer għall-ikel u kompartiment/armarju bi tliet stilel:

tom

twma

tcm

t1m, t2m, t3m, tma

tcc

t*

t**

t***

> + 14

+ 5 ≤ twma ≤ + 20

+ 8 ≤ tcm ≤ + 14

0 ≤ t1m, t2m, t3m ≤ + 8; tma ≤ + 4

– 2 ≤ tcc ≤ + 3

≤ – 6

≤ – 12 (2)

≤ – 18 (2)

Noti:

tom: temperatura għall-ħżin tal-kompartiment l-ieħor

twma: temperatura tal-kompartiment għall-ħżin tal-inbid li tvarja b'0.5K.

tcm: temperatura għall-ħżin tal-kompartiment b'temperatura moderata

t1 m, t2 m, t3 m: temperaturi għall-ħżin tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk

tma: temperatura medja tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk

tcc: temperatura instantanja għall-ħżin tal-kompartiment għat-tkessiħ

t*, t**, t***: l-ogħla temperaturi tal-kompartimenti għall-ħżin tal-ikel iffriżat

temperatura għall-ħżin tal-kompartiment li fih isir is-silġ u għall-kompartiment b'0 stilel li tkun inqas minn 0 °C

2.   KALKOLU TAL-VOLUM EKWIVALENTI

Il-volum ekwivalenti ta' tagħmir refriġeranti domestiku huwa t-total tal-volumi ekwivalenti tal-kompartimenti kollha. Huwa kkalkulat f'litri u aġġustat sal-eqreb numru sħiħ permezz tal-formula:

Formula

fejn:

n huwa n-numru ta kompartimenti

Vc huwa l-volum tal-ħżin tal-kompartiment/i

Tc huwa t-temperatura nominali tal-kompartiment(i) kif imsemmi fit-Tabella 2

Formula huwa l-fattur termodinamiku kif imniżżel fit-Tabella 5

FFc , CC u BI huma l-fatturi ta' korrezzjoni tal-volum kif imniżżla fit-Tabella 6

Formula Il-fattur ta' korrezzjoni termodinamiku huwa d-differenza fit-temperatura bejn it-temperatura nominali ta' kompartiment Tc (kif definit fit-Tabella 2) u t-temperatura tal-ambjent ta' barra f'kundizzjonijiet ta' ttestjar standard b'temperatura ta' +25 °C, espressa bħala proporzjon mal-istess differenza għal kompartiment tal-ikel frisk b'temperatura ta' +5 °C.

Il-fatturi termodimaniċi għall-kompartimenti deskritti fil-punti (g) sa (n) tal-Anness I huma stipulati fit-Tabella 5.

Tabella 5

Fatturi termodinamiċi għall-kompartimenti tat-tagħmir refriġeranti

Kompartiment

Temperatura nominali

(25-Tc )/20

Kompartiment ieħor

Temperatura tad-disinn

Formula

Kompartiment b'temperatura moderata/Kompartiment għall-ħżin tal-inbid

+12  °C

0,65

Kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk

+5  °C

1,00

Kompartiment għat-tkessiħ

0  °C

1,25

Kompartiment li fih isir is-silġ b'0 stilel

0  °C

1,25

Kompartiment bi stilla waħda

–6  °C

1,55

Kompartiment b'żewġ stilel

–12  °C

1,85

Kompartiment bi tliet stilel

–18  °C

2,15

Kompartiment tal-friżer tal-ikel (kompartiment b'erba' stilel)

–18  °C

2,15

Noti:

(i)

għall-kompartimenti b'diversi użi, il-fattur termodinamiku jiġi ddeterminat skont it-temperatura nominali, li tidher fit-Tabella 2, tat-tip ta' kompartiment l-aktar kiesaħ li tista' tiġi ssettjata mill-utent aħħari u li tinżamm kontinwament skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(ii)

għal kwalunkwe taqsima b'żewġ stilel (fi friżer), il-fattur termodinamiku jiġi ddeterminat b'temperatura Tc = – 12 °C;

(iii)

għal kompartimenti oħrajn, il-fattur termodinamiku jiġi ddeterminat bit-temperatura tad-disinn l-aktar kiesħa li tista' tiġi ssettjata mill-utent aħħari u li tinżamm kontinwament skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Tabella 6

Il-valur tal-fatturi ta' korrezzjoni

Fattur ta' korrezzjoni

Valur

Kundizzjonijiet

FF (mingħajr silġ)

1,2

Għal kompartimenti li ma jipproduċux silġ għall-ħżin tal-ikel iffriżat

1

Fil-każijiet l-oħra

CC (klassi klimatika)

1,2

Għat-tagħmir tal-klassi T (tropikali)

1,1

Għat-tagħmir tal-klassi ST (subtropikali)

1

Fil-każijiet l-oħra

BI (ingastat, built-in)

1,2

Għat-tagħmir ingastat li jkollu wisa' ta' inqas minn 58 cm.

1

Fil-każijiet l-oħra

Noti:

(i)

FF huwa l-fattur ta' korrezzjoni tal-volum għal kompartimenti mingħajr silġ.

(ii)

CC huwa l-fattur ta' korrezzjoni tal-volum għal klassi klimatika partikolari. Jekk it-tagħmir refriġeranti jkun ikklassifikat f'aktar minn klassi klimatika waħda, għall-kalkolu tal-volum ekwivalenti tintuża l-klassi klimatika li jkollha l-ogħla fattur ta' korrezzjoni.

(iii)

BI huwa l-fattur ta' korrezzjoni tal-volum għal tagħmir ingastat.

3.   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) ta' mudell ta' tagħmir refriġeranti domestiku, il-konsum tal-enerġija annwali ta' kwalunkwe tat-tagħmir refriġeranti domestiku jiġi mqabbel mal-konsum tal-enerġija annwali standard.

(1)

L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-użu tal-Enerġija (EEI) jiġi kkalkulat u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

Formula

fejn:

AEC

=

il-konsum tal-enerġija annwali tat-tagħmir refriġeranti domestiku;

SAEC

=

il-konsum tal-enerġija annwali standard tat-tagħmir refriġeranti domestiku.

(2)

Il-konsum tal-enerġija annwali (AEC) jiġi kkalkulat, f'kWh/sena u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

AEC = E24h × 365

fejn:

E24h

huwa l-konsum tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku f'kWh/24h, aġġustat sa tliet ċifri wara l-punt deċimali.

(3)

Il-konsum standard tal-enerġija Annwali (SAEC) huwa kkalkulat f'kWh kull sena u aġġustat sal-ewwel żewġ ċifri wara l-punt deċimali, permezz tal-formula:

SAEC = Veq × MNCH

fejn:

 

Veq huwa l-volum ekwivalenti tat-tagħmir refriġeranti domestiku;

 

CH għandu valur ta' 50 kWh kull sena għal tagħmir refriġeranti domestiku li jkollu kompartiment għat-tkessiħ b'volum tal-ħżin għall-inqas minn 15-il litru;

 

il-valuri M u N huma mogħtija fit-Tabella 7 għal kull kategorija ta' tagħmir refriġeranti domestiku.

Tabella 7

Valuri tal-M u tal-N skont il-kategorija tat-tagħmir

Kategorija

M

N

1

0,233

245

2

0,233

245

3

0,233

245

4

0,643

191

5

0,450

245

6

0,777

303

7

0,777

303

8

0,539

315

9

0,472

286

10

 (*)

 (*)


(1)  tinkludi wkoll armarji għall-iffriżar tal-ikel bi 3 stilel.

(2)  għal tagħmir refriġeranti domestiku li ma jipproduċix silġ, waqt iċ-ċiklu tat-twaqqigħ tas-silġ, hija permessa devjazzjoni tat-temperatura ta' mhux iktar minn 3K f'perjodu ta' 4 sigħat jew f'perjodu ta' 20 % tat-tul taż-żmien taċ-ċiklu ta' tħaddim, skont liema jkun l-iqsar.

(*)  Nota: għat-tagħmir refriġeranti domestiku tal-Kategorija 10, il-valuri M u N jiddependu mit-temperatura u l-klassifikazzjoni f'kategorija ta' stilel tal-kompartiment li jkollu l-aktar temperatura tal-ħżin baxxa li tista' tiġi ssettjata mill-utent aħħari u li tista' tinżamm kontinwament skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Meta t-tagħmir ikollu biss “kompartiment ieħor” kif imfisser fit-Tabella 2 u fil-punt (n) tal-Anness I, jintużaw il-valuri M u N tal-Kategorija 1. It-tagħmir b'kompartimenti bi tliet stilel jew kompartimenti għall-iffriżar tal-ikel jitqiesu bħala friġġ-friżers.


ANNESS IX

Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Il-klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta' tagħmir refriġeranti domestiku għandu jkun iddeterminat skont l-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) kif jidher fit-Tabella 1 mill-20 ta’ Diċembru 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2014 u t-Tabella 2 mill-1 ta’ Lulju 2014.

L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija ta' tagħmir refriġeranti domestiku għandu jkun iddeterminat skont il-punt 3 tal-Anness VIII.

Tabella 1

Il-klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mit-30 ta' Ġunju 2014

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija

A+++ (l-iktar effiċjenti)

EEI < 22

A++

22 ≤ EEI < 33

A+

33 ≤ EEI < 44

A

44EEI < 55

B

55 ≤ EEI < 75

C

75 ≤ EEI < 95

D

95 ≤ EEI < 110

E

110 ≤ EEI < 125

F

125 ≤ EEI < 150

G (l-inqas effiċjenti)

EEI ≥ 150


Tabella 2

Il-klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mill-1 ta' Lulju 2014

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija

A+++ (l-iktar effiċjenti)

EEI < 22

A++

22 ≤ EEI < 33

A+

33 ≤ EEI < 42

A

42EEI < 55

B

55 ≤ EEI < 75

C

75 ≤ EEI < 95

D

95 ≤ EEI < 110

E

110 ≤ EEI < 125

F

125 ≤ EEI < 150

G (l-inqas effiċjenti)

EEI ≥ 150


30.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/47


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1061/2010

tat-28 ta’ Settembru 2010

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti tal-enerġija relatati (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE tirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar ta’ prodotti tal-enerġija relatati li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u li għandhom differenza wiesgħa fil-livelli ta’ prestazzjoni b’funzjonalità ekwivalenti.

(2)

Id-dispożizzjonijiet għat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi kienu stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE tat-23 ta’ Mejju 1995 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward tat-tikkettar li jindika l-konsum tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (2).

(3)

L-elettriku użat mill-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jgħodd għal parti sinifikanti mid-domanda totali għall-elettriku mid-djar fl-Unjoni. Barra mit-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li diġà sar, għad hemm lok sostanzjali għal aktar tnaqqis fil-konsum tal-enerġija mill-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi.

(4)

Id-Direttiva 95/12/KE għandha titħassar u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet ġodda minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat li t-tikketta dwar l-enerġija tipprovdi inċentivi dinamiċi għall-fornituri sabiex ikomplu jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u titħaffef it-trasformazzjoni tas-suq lejn teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

(5)

Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domenstiċi li jnixxfu wkoll ġew indirizzati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/60/KE tad-19 ta’ Settembru 1996 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija ta’ magni tad-dar għall-ħasil u għat-tnixxif tal-ħwejjeġ f’daqqa (3) u għandhom għalhekk jiġu eżentati mill-ambitu ta’ din id-Direttiva. Madankollu, peress li dawn joffru funzjonijiet simili għal dawk tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi, għandha titwettaq reviżjoni tad-Direttiva 96/60/KE malajr kemm jista’ jkun.

(6)

L-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta għandha tinkiseb bis-saħħa ta’ proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar riċenti u avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti tekniċi u tar-regoli tas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (4).

(7)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketta tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi.

(8)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni teknika u l-iskeda għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi.

(9)

Fuq kollox, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tingħata waqt bejgħ tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jsir mill-bogħod, fil-pubbliċità u l-materjal promozzjonali ta’ natura teknika.

(10)

Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal analiżi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jqis il-progress teknoloġiku.

(11)

Sabiex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni mid-Direttiva 95/12/KE għal dan ir-Regolament, għandhom isiru dispożizzjonijiet li l-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi ittikkettjati skont dan ir-Regolament għandhom jitqiesu konformi mad-Direttiva 95/12/KE.

(12)

Id-Direttiva 95/12/KE għandha għalhekk tiġi mħassra,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar u l-forniment tal-informazzjoni supplimentari dwar il-prodott tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jitħaddmu bl-elettriku mill-mejns u l-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li jitħaddmu bl-elettriku mill-mejns li jistgħu jitħaddmu wkoll bil-batteriji, inklużi dawk li jinbiegħu għal użu mhux domestiku u magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi inkorporati (built-in).

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal magni domestiċi li jaħslu kif ukoll inixxfu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

B’żjieda mad-definizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika li tnaddaf u tlaħlaħ it-tessuti billi tuża l-ilma, li għandha wkoll funzjoni ta’ estrazzjoni waqt it-tidwir (spin extraction function) u li hija ddisinjata biex prinċipalment tintuża għal skopijiet mhux professjonali;

(2)

“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika inkorporata” tfisser magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi magħmula biex jiġu installati f’armarju, fi spazju vojt f’ħajt jew f’xi post simili, u li jenħtiġilhom finitura ta’ għamara;

(3)

“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika” tfisser magna tal-ħasil fejn it-tagħbija tiġi trattata kompletament mill-magna mingħajr il-bżonn ta’ xi intervent mill-utent matul il-programm;

(4)

“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika li taħsel kif ukoll tnixxef” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika li tinkludi kemm funzjoni tal-estrazzjoni bit-tidwir kif ukoll mezz biex tnixxef it-tessuti, normalment permezz tat-tisħin u t-tgerbib;

(5)

“programm” tfisser serje ta’ operazzjonijiet li huma definiti minn qabel u li huma ddikjarati mill-fornitur bħala adatti għall-ħasil ta’ ċerti tipi ta’ tessuti;

(6)

“ċiklu” tfisser il-proċess sħiħ tal-ħasil, it-tlaħliħ u t-tidwir, kif definit għall-programm magħżul;

(7)

“tul tal-programm” tfisser il-ħin li jgħaddi minn x’ħin jibda l-programm sa x’ħin ilesti l-programm bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe dewmien programmat min-naħa tal-utent aħħari;

(8)

“kapaċità nominali” tfisser il-massa massima f’kilogrammi kif iddikjarat mill-fornitur, f’intervalli ta’ 0.5 kg ta’ tessuti xotti ta’ tip partikolari li jistgħu jiġu ttrattati f’magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika bil-programm magħżul, meta mgħobbija skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;

(9)

“tagħbija parzjali” tfisser nofs il-kapaċità nominali tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika għal programm partikolari;

(10)

“kontenut ta’ ndewwa residwali” tfisser l-ammont ta’ ndewwa li jkun hemm fit-tagħbija fit-tmiem il-fażi tad-dawran;

(11)

“modalità mitfija” tfisser kundizzjoni fejn il-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika tkun mitfija permezz tal-kontrolli jew l-iswiċċijiet aċċessibbli u intenzjonati biex jintużaw mill-utent aħħari waqt l-użu normali sabiex jinkiseb l-inqas konsum ta’ enerġija li jista’ jinżamm għal ħin indefinit filwaqt li l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika tkun imqabbda mas-sors tal-enerġija u użata skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur; fejn mhemmx kontrolli jew swiċċ li huwa aċċessibbli għall-utent aħħari, “modalità mitfija” tfisser il-kundizzjoni milħuqa wara li l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika titħalla tmur lura weħidha għal stat stabbli ta’ konsum tal-enerġija;

(12)

“modalità mixgħula u inattiva” tfisser l-aktar konsum baxx ta’ enerġija li jista’ jinżamm għal ħin indefinit wara li jitlesta l-programm mingħajr aktar intervent mill-utent aħħari apparti l-ħatt tat-tagħbija mill-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika;

(13)

“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika ekwivalenti” tfisser mudell ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika li tqiegħdet fis-suq li jkollha l-istess kapaċità nominali, karatteristiċi tekniċi u ta’ prestazzjoni, konsum ta’ enerġija u ilma u emissjonijiet fl-arja ta’ storbju akustiku matul il-ħasil u d-dawran bħal mudell ieħor ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika imqiegħed fis-suq b’numru differenti tal-kodiċi kummerċjali mill-istess fornitur;

(14)

“utent aħħari” tfisser konsumatur li jixtri jew mistenni jixtri magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika;

(15)

“punt ta’ bejgħ” tfisser post minn fejn magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi jitpoġġew għall-wiri u/jew jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri

Il-fornituri għandhom jiżguraw li:

(a)

kull magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jkollha tikketta pprintjata fil-format u bil-kontenut kif stipulat fl-Anness I;

(b)

ikun hemm disponibbli skeda tal-prodott kif stipulat fl-Anness II;

(c)

fuq talba jkun hemm disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membru u l-Kummissjoni dokumentazzjoni teknika kif stipulat fl-Anness II

(d)

kull pubbliċità għal mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jkun fiha l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, jekk il-pubbliċità tkun qed tagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz;

(e)

kull materjal tekniku ta’ pubbliċità dwar mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika li tiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi jkun fiha l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta’ dak il-mudell.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tan-negozjanti

Il-bejjiegħa għandhom jiżguraw li:

(a)

kull magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika, fil-punt tal-bejgħ, ikollha t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(a) fuq il-faċċata jew fuq il-wiċċ ta’ fuq tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika, b’tali mod li tkun tidher ċar;

(b)

il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi offruti għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fejn l-utenti aħħari ma jistax ikun mistenni li jara l-prodott muri jkunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni li għandha tingħata mill-fornituri skont l-Anness IV;

(c)

kull pubbliċità għal mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jkun fiha referenza għall-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, jekk il-pubbliċità tkun qed tagħti informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz;

(d)

kull materjal tekniku ta’ pubbliċità dwar mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi jkun fih il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta’ dak il-mudell.

Artikolu 5

Metodi tal-kejl

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-aqwa metodi ta’ kejl rikonoxxuti.

Artikolu 6

Proċedura tal-verifika għal finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness V meta jivvalutaw il-konformità tal-klassi ddikjarata tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-konsum annwali tal-enerġija, il-konsum annwali tal-ilma, il-klassi ta’ effiċjenza tat-tnixxif bit-tidwir, il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva, it-tul tal-modalità mixgħula u inattiva, il-kontenut ta’ ndewwa residwali, il-veloċità tat-tidwir u l-emissjonijiet fl-arja ta’ storbju akustiku.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tanalizza dan ir-Regolament fid-dawl ta’ progress teknoloġiku mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-analiżi għandha tivvaluta b’mod partikolari t-tolleranzi tal-verifika stipulati fl-Anness V.

Artikolu 8

Revoka

Id-Direttiva 95/12/KE għandha tiġi revokata mill-20 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-Artikoli 3 (d) u (e) u l-Artikolu 4 (b), (c) u (d) ma għandhomx japplikaw għall-pubbliċità pprintjata u għal materjal tekniku ta’ promozzjoni pprintjat qabel l-20 ta’ April 2012.

2.   Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi mqiegħda fis-suq qabel l-20 Diċembru 2011 għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 95/12/KE.

3.   Jekk kienet adottata miżura implimentattiva għad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi, li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-miżura implimentattiva fir-rigward tar-rekwiżiti tal-effiċjenza tal-ħasil u mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u li huma mqiegħda għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs qabel l-20 ta’ Diċembru 2011 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 95/12/KE.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-20 ta’ Diċembru 2011. Madankollu, l-Artikolu 3 (d) u (e) u l-Artikolu 4 (b), (c) u (d) għandhom japplikaw mill-20 ta’ April 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 47, 24.2.1996, p. 35.

(3)  ĠU L 266, 18.10.1996, p. 1.

(4)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(5)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.


ANNESS I

Tikketta

1.   TIKKETTA

Image

(1)

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:

I.

l-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali;

II.

l-identifikatur tal-fornitur tal-mudell, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur;

III.

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ddeterminata skont l-Anness I, il-punt 1; it-tarf tal-vleġġa fejn tidher il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika għandha titpoġġa fl-istess livell tat-tarf tal-vleġġa fejn tidher il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija rilevanti;

IV.

il-konsum annwali ta’ enerġija ppeżat (AEC ) f’kWh kull sena, aġġustat għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII;

V.

il-konsum annwali tal-ilma ppeżat (AWC ), f’litri kull sena, aġġustat għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII;

VI.

il-kapaċità nominali, f’kilogrammi, għall-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa jew għall-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija sħiħa, skont liema tkun l-inqas;

VII.

il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bid-dawran kif stipulat fl-Anness VI, il-punt 2;

VIII.

emissjonijiet fl-arja ta’ storbju akustiku, waqt il-fażijiet tal-ħasil u d-dawran għall-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa espressi f’dB(A) re 1 pW u aġġustati għall-eqreb numru sħiħ.

(2)

Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 2. Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-Unjoni Ewropea” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), tista’ tiżdied kopja tal-Ekotikketta tal-UE.

2.   DIŻINN TAT-TIKKETTA

Id-diżinn tat-tikketta għandu jkun kif stipulat fid-diżinn hawn taħt.

Image

Fejn:

(a)

It-tikketta għandha tkun mill-inqas 110 mm wiesgħa u 220 mm għolja. Meta t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar, u iswed – skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għad-dijagramma li tidher hawn fuq):

Image

Linja tal-Bordura: 5 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Image

Logo tal-UE – kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

Logo tal-enerġija: kulur: X-00-00-00.

Pittogramma kif murija: Logo tal-UE u logo tal-enerġija (flimkien): wisa’: 92 mm, għoli: 17 mm.

Image

Linja tal-bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 92,5 mm.

Image

Skala A-G

Vleġġa: għoli: 7 mm, spazju bejn vleġġa u oħra: 0,75 mm – kuluri:

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-aħħar klassi: 00-X-X-00.

Test: Calibri bold 18 pt, b’ittri kbar, abjad; “+” simboli: Calibri bold 12 pt, b’ittri kbar, abjad, allinejati fuq ringiela waħda.

Image

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Vleġġa: wisa’: 26 mm, għoli: 14 mm, 100 % iswed;

Test: Calibri bold 29 pt, b’ittri kbar, abjad; “+” simboli: Calibri bold 18 pt, b’ittri kbar, abjad, allinejati fuq ringiela waħda.

Image

Enerġija: Test: Calibri regular 11 pt, ittri kapitali, 100 % iswed.

Image

Konsum annwali ta’ enerġija ppeżat

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 42 pt, 100 % iswed; u Calibri regular 17 pt, 100 % iswed.

Image

Konsum annwali ta’ ilma ppeżat

Pittogramma kif murija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 24 pt, 100 % iswed; u Calibri regular 16 pt, 100 % iswed.

Image

Kapaċità nominali

Pittogramma kif murija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 24 pt, 100 % iswed; u Calibri regular 16 pt, 100 % iswed.

Image

Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bid-dawran

Pittogramma kif murija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur: Calibri regular 16 pt, skala orizzontali 75 %, 100 % iswed u Calibri bold 22 pt, skala orizzontali 75 %, 100 % iswed.

Image

Emissjonijiet ta’ storbju akustiku trażmess bl-arja

Pittogrammi kif murija

Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 24 pt, 100 % iswed; u Calibri regular 16 pt 100 % iswed.

Image

L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali.

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur

Image

Isem il-fornitur jew tal-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 92 × 15 mm.

Image

Innumerar tar-Regolament Calibri bold 12 pt, 100 % iswed;


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS II

Skeda tal-prodott

1.

L-informazzjoni fl-iskeda tal-prodott tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika għandha tingħata fl-ordni li ġej u għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f'letteratura oħra mogħtija mal-prodott:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

(b)

l-identifikatur tal-fornitur tal-mudell, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur;

(c)

il-kapaċità nominali f'kilogrammi ta' qoton, għall-programm standard b'temperatura ta' 60 °C b'tagħbija sħiħa jew għall-programm standard għall-qoton b'temperatura ta' 40 °C b'tagħbija sħiħa, skont liema tkun l-inqas;

(d)

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija skont l-Anness VI, il-punt 1;

(e)

fejn il-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika tkun ingħatat “premju tal-UE tal-Ekotikketta” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), din l-informazzjoni tiġi inkluża;

(f)

il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat (AEC ) f'kWh fis-sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ; għandu jiġi deskritt kif ġej: “Konsum ta' enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 220 ċiklu standard ta' ħasil għall-programm għall-qoton b'temperatura ta' 60 °C u 40 °C b'tagħbija sħiħa u parzjali, u l-konsum tal-modalitajiet ta' enerġija baxxa. Il-konsum proprju ta' enerġija jiddependi minn kif jintuża l-t-tagħmir.”;

(g)

il-konsum tal-enerġija (Et,60 , Et,60½ , Et,40½ ) għall-programm għall-qoton b'temperatura ta' 60 °C b'tagħbija sħiħa u parzjali u għall-programm għall-qoton b'temperatura ta' 40 °C b'tagħbija parzjali;

(h)

il-konsum tal-enerġija ppeżat tal-modalità mitfija u tal-modalità mixgħula u inattiva;

(i)

il-konsum annwali tal-ilma ppeżat (AW C) f'litri fis-sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ; għandu jiġi deskritt kif ġej: “Konsum ta' ilma ‘X’ litri fis-sena, ibbażat fuq 220 ċiklu standard ta' ħasil għall-programmi għall-qoton b'temperatura ta' 60 °C u 40 °C b'tagħbija sħiħa u parzjali. Il-konsum proprju tal-ilma jiddependi minn kif jintuża t-tagħmir.”;

(j)

il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bid-dawran stabbilita skont l-Anness VI, il-punt 2, espressi bħala “klassi ‘X’ tal-effiċjenza tat-tnixxif bid-dawran fuq skala minn G (l-inqas effiċjenti) sa A (l-aktar effiċjenti)”; din tista' tiġi espressa b'mezzi oħra sakemm ikun ċar li l-iskala hija minn G (l-inqas effiċjenti) sa A (l-aktar effiċjenti);

(k)

il-veloċità massima tad-dawran li tintlaħaq għall-programm standard għall-qoton b'temperatura ta' 60 °C b'tagħbija sħiħa jew għall-programm standard għall-qoton b'temperatura ta' 40 °C b'tagħbija parzjali, skont liema tkun l-inqas u l-kontenut ta' ndewwa residwali miksub għall-program standard għall-qoton b'temperatura ta' 60 °C b'tagħbija sħiħa jew għall-program standard għall-qoton b'temperatura ta' 40 °C b'tagħbija parzjali, skont liema tkun l-akbar;

(l)

l-indikazzjoni li “l-programm standard għall-qoton b'temperatura ta' 60 °C” u “l-programm standard għall-qoton b'temperatura ta' 40 °C” huma l-programmi standard tal-ħasil li tirreferi għalihom l-informazzjoni fit-tikketta u l-iskeda, li dawn il-programmi huma adatti biex inaddfu ħasla tal-qoton bi ħmieġ normali u li huma l-aktar programmi effiċjenti f'termini ta' konsum ikkombinat ta' enerġija u ilma;

(m)

it-tul ta' ħin tal-“programm standard għall-qoton b'temperatura ta' 60 °C” b'tagħbija sħiħa u parzjali u “l-programm standard għall-qoton b'temperatura ta' 40 °C” b'tagħbija parzjali, f'minuti u aġġustat għall-eqreb minuta;

(n)

It-tul ta' ħin tal-modalità mixgħula u inattiva (Tl ) jekk il-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika tkun mgħammra b'sistema ta' ġestjoni tal-enerġija;

(o)

l-emissjonijiet fl-arja ta' storbju akustiku, waqt il-fażijiet tal-ħasil u d-dawran għall-programm standard għall-qoton b'temperatura ta' 60 °C b'tagħbija sħiħa espressi f'dB(A) re 1 pW u aġġustati għall-eqreb numru sħiħ;

(p)

f'każ li l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika tkun inkorporata, indikazzjoni ta' dan.

2.

Skeda waħda tista' tkopri għadd ta' mudelli ta' magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi fornuti mill-istess fornitur.

3.

L-informazzjoni fl-iskeda tista' tingħata f'forma ta' kopja tat-tikketta, bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Fejn dan ikun il-każ, l-informazzjoni mniżżla fil-punt 1 li mhux diġà tidher fuq it-tikketta għandha tingħata wkoll.


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS III

Dokumentazzjoni teknika

1.

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(c) għandha tinkludi:

(a)

isem u indirizz il-fornitur;

(b)

deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika, suffiċjenti biex tkun identifikata faċilment u bla ebda dubju;

(c)

fejn xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(e)

identifikazzjoni u firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fornitur;

(f)

indikazzjoni li turi jekk il-mudell tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika tirrilaxxax jew le joni tal-fidda matul iċ-ċiklu tal-ħasil kif ġej: “Dan il-prodott jirrilaxxa/ma jirrilaxxax joni tal-fidda matul iċ-ċiklu tal-ħasil.”;

(g)

parametri tekniċi għall-kejl kif ġej:

(i)

konsum ta’ enerġija;

(ii)

tul ta’ ħin tal-programm;

(iii)

konsum ta’ ilma;

(iv)

konsum ta’ enerġija fil-“modalità mitfija”;

(v)

konsum ta’ enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva”;

(vi)

ħin li ddum fil-“modalità mixgħula u inattiva”;

(vii)

kontenut ta’ ndewwa residwali;

(viii)

emmissjonijiet fl-arja ta’ storbju akustiku;

(ix)

veloċità massima tat-tidwir;

(h)

riżultati tal-kalkoli mwettqa skont l-Anness VII.

2.

Fejn l-informazzjoni inkluża fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika tkun inkisbet b’kalkolu abbażi tad-disinn, jew mill-estrapolazzjoni minn magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi ekwivalenti, jew mit-tnejn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi d-dettalji ta’ dawn il-kalkoli jew l-estrapolazzjonijiet jew it-tnejn, u tat-testijiet imwettqa mill-fornituri sabiex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkoli mwettqa. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta’ magni tal-ħasil domestiċi tal-ħwejjeġ ekwivalenti minn fejn l-informazzjoni tkun inkisbet fuq l-istess bażi.


ANNESS IV

Informazzjoni li għandha tingħata f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw fuq il-prodott muri

1.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(b) għandha tkun ipprovduta fl-ordni li ġejja:

(a)

il-kapaċità nominali f’kilogrammi ta’ qoton, għall-programm standard b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa jew għall-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija sħiħa, skont liema tkun l-inqas;

(b)

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kif definit fl-Anness VI, il-punt 1;

(c)

il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat, indikat f’kWh fis-sena u aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 1(c);

(d)

il-konsum annwali tal-ilma ppeżat, indikat f’litri fis-sena u aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 2(a);

(e)

il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bid-dawran skont l-Anness VI, il-punt 2;

(f)

il-veloċità massima tad-dawran li tintlaħaq għall-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa jew għall-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija parzjali, skont liema tkun l-inqas u l-kontenut ta’ ndewwa residwali miksub għall-program standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa jew għall-program standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija parzjali, skont liema tkun l-akbar;

(g)

emissjonijiet fl-arja ta’ storbju akustiku, waqt il-fażijiet tal-ħasil u tad-dawran għall-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa espressi f’dB(A) re 1 pW u aġġustati għall-eqreb numru sħiħ;

(h)

f’każ li l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika hija prodotta sabiex tkun inkorporata, indikazzjoni ta’ dan.

2.

Fejn tingħata wkoll informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda dwar il-prodott, din għandha tkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness II.

3.

Id-daqs u t-tipa, li bihom tkun stampata jew murija l-informazzjoni kollha msemmija f’dan l-Anness, għandha tkun tista’ tinqara.


ANNESS V

Proċedura tal-verifika għal finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika waħda. F'każ li l-parametri mkejla ma jilħqux il-valuri ddikjarati mill-fornitur fil-firxa stipulata fit-Tabella 1, il-kejl għandu jitwettaq fuq tliet magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi oħra. Il-medja aritmetika tal-valuri mkejla ta’ dawn it-tliet magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi għandhom jilħqu l-valuri ddikjarati mill-fornitur fil-firxa stipulata fit-Tabella 1, minbarra għall-konsum ta’ enerġija fejn il-valuri mkejla ma għandhomx ikunu aktar mill-valur nominali ta’ Et b'iktar minn 6 %.

F'każ kuntrarju, il-mudell tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu mhux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar riċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inklużi l-metodi stipulati f'dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tabella 1

Parametri mkejla

Tolleranzi tal-verifika

Konsum annwali tal-enerġija

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur nominali (*) ta’ AEC b'aktar minn 10 %.

Konsum ta’ enerġija

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ikbar mill-valur nominali ta’ Et b'aktar minn 10 %.

Tul ta’ ħin tal-programm

Il-valur imkejjel ma għandux jaqbeż il-valur nominali ta’ Tt b'iktar minn 10 %.

Konsum ta’ ilma

Il-valur imkejjel ma għandux jaqbeż il-valur nominali ta’ Wt b'iktar minn 10 %.

Kontenut ta’ ndewwa residwali

Il-valur imkejjel ma għandux jaqbeż il-valur nominali ta’ D b'iktar minn 10 %.

Veloċità tad-dawran

Il-valur imkejjel ma għandux jaqbeż il-valur nominali b'iktar minn 10 %.

Konsum tal-enerġija meta mitfija u meta tibqa' mixgħula u inattiva

Il-valur imkejjel ta’ konsum tal-enerġija Po u Pl li jkun akbar minn 1.00 W ma għandux ikun akbar mill-valur nominali b'aktar minn 10 %. Il-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta’ 1,00 W jew inqas ma għandux ikun ogħla mill-valur nominali b'aktar minn 0,10 W.

Tul ta’ ħin fil-modalità mixgħula u inattiva

Il-valur imkejjel ma għandux ikun itwal mill-valur nominali ta’ Tl b'iktar minn 10 %.

Emissjonijiet ta’ storbju akustiku trażmess bl-arja

Il-valur imkejjel għandu jilħaq il-valur nominali.


(*)  “Valur nominali” tfisser il-valur iddikjarat mill-fornitur.


ANNESS VI

Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif bid-dawran

1.   KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi għandha tiġi determinata abbażi tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) kif stipulat fit-Tabella 1.

L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) ta' magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika għandu jiġi determinat skont l-Anness VII, il-punt 1.

Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Indiċi tal-Effiċjenza fl-użu tal-Enerġija

A+++ (l-iktar effiċjenti)

EEI < 46

A++

46 ≤ EEI < 52

A+

52 ≤ EEI < 59

A

59 ≤ EEI < 68

B

68 ≤ EEI < 77

C

77 ≤ EEI < 87

D (l-anqas effiċjenti)

EEI ≥ 87

2.   KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA TAT-TNIXXIF BID-DAWRAN

Il-klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bid-dawran ta' magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika għandha tiġi determinata abbażi tal-kontenut ta' ndewwa residwali (D) kif stipulat fit-Tabella 2.

Il-kontenut ta' ndewwa residwali (D) ta' magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika għandu jiġi determinat skont l-Anness VII, il-punt 3.

Tabella 2

Klassijiet tal-effiċjenza tat-tnixxif bid-dawran

Klassi tal-effiċjenza tat-tnixxif bid-dawran

Kontenut ta’ ndewwa residwali

A (l-iktar effiċjenti)

D < 45

B

45 ≤ D < 54

C

54 ≤ D < 63

D

63 ≤ D < 72

E

72 ≤ D < 81

F

81 ≤ D < 90

G (l-anqas effiċjenti)

D ≥ 90


ANNESS VII

Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija, il-konsum annwali ta’ ilma u l-kontenut ta’ ndewwa residwali

1.   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) ta’ mudell ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika, il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika għall-programm standard għall-qoton f’60 °C b’tagħbija sħiħa jew parzjali u għall-programm standard għall-qoton f’40 C b’tagħbija parzjali jitqabbel mal-konsum standard annwali tal-enerġija tagħha.

(a)

L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) huwa kkalkulat u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, permezz ta’ din il-formula:

Formula

fejn:

AEC

=

il-konsum annwali ta’ enerġija tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika;

SAEC

=

il-konsum standard annwali tal-enerġija tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika.

(b)

Il-konsum standard annwali tal-enerġija (SAEC ) jiġi kkalkulat f’kWh/sena kif ġej u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali:

SAEC = 47,0 × c + 51,7

fejn:

c

=

il-kapaċità nominali tal-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika għall-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa jew għall-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija sħiħa, liema minnhom hija l-inqas.

(c)

Il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) jiġi kkalkulat f’kWh/sena kif ġej u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali:

(i)

Formula

fejn:

Et

=

il-konsum ta’ enerġija ppeżat;

Po

=

l-enerġija ppeżata meta tkun “fil-modalità mitfija”;

Pl

=

l-enerġija ppeżata meta tkun “fil-modalità mixgħula u inattiva”;

Tt

=

it-tul ta' ħin ippeżat tal-programm;

220

=

l-għadd totali taċ-ċikli tal-ħasil standard fis-sena.

(ii)

Meta l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika hija mgħammra b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija u l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika tintefa awtomatikament meta jintemm il-programm, il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat (AEC ) jiġi kkalkulat billi jitqies il-ħin li matulu l-magna effettivament “tibqa’ mixgħula u inattiva”, skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

Tl

=

il-ħin li matulu “tibqa’ mixgħula u inattiva”;

(d)

Il-konsum ta’ enerġija ppeżat (Et ) jiġi kkalkulat, f’kWh kif ġej u aġġustat sat-tielet ċifra wara l-punt deċimali:

Et = [3 × Et,60 + 2 × Et,60½ + 2 × Et,40½ ]/7

fejn:

Et,60

=

il-konsum ta’ enerġija tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa;

Et,60½

=

il-konsum ta’ enerġija tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija parzjali;

Et,40½

=

il-konsum ta’ enerġija tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija parzjali.

(e)

L-enerġija ppeżata fil-“modalità mitfija” (Po ) tiġi kkalkulata f’W skont il-formula li ġejja u aġġustata sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali:

Po = (3 × Po,60 + 2 × Po,60½ + 2 × Po,40½ )/7

fejn:

Po,60

=

il-konsum ta’ enerġija fil-“modalità mitfija” tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa;

Po,60½

=

il-konsum ta’ enerġija fil-“modalità mitfija” tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija parzjali;

Po,40½

=

il-konsum ta’ enerġija fil-“modalità mitfija” tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija parzjali.

(f)

L-enerġija ppeżata fil-“modalità mixgħula u inattiva” (Pl ) tiġi kkalkulata f’W skont il-formula li ġejja u aġġustata sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali:

Pl = (3 × Pl,60 + 2 × Pl,60½ + 2 × Pl,40½ )/7

fejn:

Pl,60

=

il-konsum ta’ enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva” tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa;

Pl,60½

=

il-konsum ta’ enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva” tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija parzjali;

Pl,40½

=

il-konsum ta’ enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva” tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija parzjali.

(g)

It-tul ta’ ħin tal-programm ippeżat (Tt ) jiġi kkalkulat f’minuti skont il-formula li ġejja u aġġustat sal-eqreb minuta:

Tt = (3 × Tt,60 + 2 × Tt,60½ + 2 × Tt,40½ )/7

Fejn:

Tt,60

=

it-tul ta’ ħin tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa;

Tt,60½

=

it-tul ta’ ħin tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija parzjali;

Tt,40½

=

it-tul ta’ ħin tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija parzjali.

(h)

It-tul ta’ ħin ippeżat tal-“modalità mixgħula u inattiva” (Tl ) jiġi kkalkulat f’minuti kif ġej u aġġustat għall-eqreb minuta:

Tl = (3 × Tl,60 + 2 × Tl,60½ + 2 × Tl,40½ )/7

fejn:

Tl,60

=

it-tul ta’ ħin tal-“modalità mixgħula u inattiva” tal-programm standard għall-qoton f’60 °C b’tagħbija sħiħa;

Tl,60½

=

it-tul ta’ ħin tal-“modalità mixgħula u inattiva” tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija parzjali;

Tl,40½

=

it-tul ta’ ħin tal-“modalita’ mixgħula u inattiva” tal-programm standard għall-qoton f’40 °C b’tagħbija parzjali.

2.   KALKOLU TAL-KONSUM ANNWALI TA’ ILMA PPEŻAT

(a)

Il-konsum annwali ta’ ilma ppeżat (AWC ) ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkulat kif ġej u aġġustat għal numru sħiħ:

AWc = Wt × 220

fejn:

Wt

=

il-konsum annwali ta’ ilma ppeżat;

220

=

l-għadd totali taċ-ċikli tal-ħasil standard fis-sena.

(b)

Il-konsum tal-ilma ppeżat (Wt ) jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja u aġġustat għal numru sħiħ

Wt = (3 × Wt,60 + 2 × Wt,60½ + 2 × Wt,40½ )/7

fejn:

Wt,60

=

il-konsum ta’ ilma tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa;

Wt,60½

=

il-konsum ta’ ilma tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija parzjali;

Wt,40½

=

il-konsum ta’ ilma tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija parzjali.

3.   KALKOLU TAL-KONTENUNT TA’ NDEWWA RESIDWALI PPEŻAT

Il-kontenut ta’ ndewwa residwali ppeżat (D) ta’ magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika jiġi kkalkulat f’perċentwali kif ġej u aġġustat għall-eqreb perċentwali sħiħ:

D = (3 × D60 + 2 × D60½ + 2 × D40½ )/7

fejn:

D60

huwa l-kontenut residwali ta’ ndewwa għall-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa, f’perċentwali u aġġustat għall-eqreb perċentwali sħiħ;

D60½

huwa l-kontenut residwali ta’ ndewwa għall-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija parzjali, f’perċentwali u aġġustat għall-eqreb perċentwali sħiħ;

D40½

huwa l-kontenut residwali ta’ ndewwa għall-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija parzjali, f’perċentwali u aġġustat għall-eqreb perċentwali sħiħ.


30.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/64


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1062/2010

tat-28 ta’ Settembru 2010

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbuta mal-enerġija (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE tirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar ta' prodotti marbuta mal-enerġija li jirrappreżentaw potenzjal sostanzjali għall-iffrankar fl-enerġija u li għandhom differenzi estensivi fil-livelli ta' prestazzjoni b’funzjonalià ekwivalenti.

(2)

L-elettriku użat mit-televixins jokkupa parti sinifikanti tal-elettriku totali mitlub mid-djar fl-Unjoni u t-televixins b’funzjonalità ekwivalenti għandhom differenzi estensivi f’termini ta' effiċjenza enerġetika. L-effiċjenza enerġetika tat-televixins tista’ titjieb b’mod sostanzjali. Għalhekk, it-televixins għandhom ikunu koperti bir-rekwiżiti dwar l-ittikkettar enerġetiku.

(3)

Dispożizzjonijiet armonizzati għall-indikazzjoni tal-effiċjenza u l-konsum tal-enerġija tat-televixins permezz tat-tikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott għandhom jiġu stabbiliti sabiex jipprovdu inċentivi lill-produtturi biex itejbu l-effiċjenza enerġetika tat-televixins, iħeġġu lill-utenti aħħara biex jixtru mudelli enerġetikament effiċjenti, jitnaqqas il-konsum tal-elettriku minn dawn il-prodotti, u jingħata kontribut favur il-funzjonament tas-suq intern.

(4)

L-effett kumplessiv tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009/KE tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodiżinn għat-televixins (2) jista’ jwassal għal iffrankar tal-elettriku ta' 43 TWh fis-sena sal-2020, meta mqabbel mas-sitwazzjoni fejn ma tittieħdet ebda miżura.

(5)

L-informazzjoni li tingħata fuq it-tikketta għandha tinkiseb permezz ta' proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jqisu metodi ta' kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxibbli, inkluż fejn disponibbli, l-istandards armonizzati adottati mill-entitajiet Ewropej għal-istandardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (3).

(6)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketta għat-televixins.

(7)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti fir-rigward tad-dokumentazzjoni teknika u l-iskeda għat-televixins.

(8)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti fir-rigward tal-informazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-bejgħ mill-bogħod, ir-reklami u l-materjal promozzjonali tekniku għat-televixins.

(9)

Sabiex tiġi mħeġġa l-produzzjoni tat-televixins li huma effiċjenti fl-enerġija, il-fornituri li jixtiequ jqiegħdu fis-suq televixins li jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti għal klassijiet ogħla ta' effiċjenza enerġetika għandhom jitħallaw jipprovdu tikketti li juru l-klassijiet qabel id-data għall-wiri mandatorju ta' dawn il-klassijiet.

(10)

Għandha ssir proviżjoni għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament billi jitqies il-progress teknoloġiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar tat-televixins u l-forniment ta' informazzjoni supplimentari dwar il-prodott għat-televixins.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“televixin” tfisser sett tat-televixin jew moniter tat-televixin;

(2)

“sett tat-televixin” tfisser prodott primarjament iddisinnjat għall-wiri u l-qbid ta' sinjali awdjoviżivi li jitqiegħed fis-suq taħt tismija waħda ta' mudell jew sistema, u li jikkonsisti minn:

(a)

unità tal-wiri;

(b)

tjuner/riċevitur wieħed jew aktar u funzjonijiet fakultattivi addizzjonali għall-ħżin tad-dejta u/jew il-wiri bħal diska diġitali versatili (DVD), id-diska riġida (HDD) jew reġistratur tal-vidjokażetts (VCR), jew f’unità waħdanija flimkien mal-unità tal-wiri, jew f’unità għaliha waħda jew aktar.

(3)

“moniter tat-televixin” tfisser prodott iddisinnjat biex juri fuq skrin integrat sinjal vidjo minn għadd ta' sorsi, inkluż sinjali tax-xandir televiżiv, li fakultattivament jikkontrolla u jirriproduċi sinjali awdjo minn apparat sors estern, li jkun imqabbad bis-saħħa ta' mogħdijiet standardizzati għas-sinjali vidjo inkluż konnetturi cinch (komponenti, kompożitu), SCART, HDMI, u standards bla fili tal-ġejjieni (iżda bl-esklużjoni ta' mogħdijiet mhux standardizzati tas-sinjal vidjo bħal DVI u SDI), imma li ma jistax jirċievi u jipproċessa sinjali tax-xandir;

(4)

“modalità Mixgħul” tfisser il-kundizzjoni meta t-televixin ikun imqabbad mal-mejn tad-dawl u jipproduċi ħoss u stampa;

(5)

“modalità Dar” tfisser il-konfigurazzjoni tat-televixin li tkun irrakkomandata mill-manifattur għal użu normali domestiku;

(6)

“modalità/ajiet Stennija” tfisser kundizzjoni li fih l-apparat ikun imqabbad mal-mejn tad-dawl, jiddependi fuq enerġija li ġejja mis-sors tal-elettriku tal-mejn biex jaħdem kif suppost, u joffri l-funzjonijiet li ġejjin biss, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit:

(a)

funzjoni ta' riattivazzjoni, inkella funzjoni ta' riattivazzjoni u sempliċement indikazzjoni li din il-funzjoni ġiet attivata, u/jew

(b)

skrin ta' informazzjoni jew status;

(7)

“modalità Mitfi” tfisser kundizzjoni meta t-tagħmir ikun imqabbad mad-dawl tal-mejn u ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni; dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin huma wkoll meqjusa bħala modalità Mitfi:

(a)

kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta' modalità Mitfi;

(b)

kundizzjonijiet li jipprovdu biss funzjonalitajiet maħsuba biex jiżguraw kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(8)

“funzjoni ta' riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tippermetti l-attivazzjoni ta' modalitajiet oħra, fosthom il-modalità Mixgħul, permezz ta' swiċċ imbiegħed li jinkludi l-apparat tal-kontroll mill-bogħod, sonda interna, arloġġ għal kundizzjoni li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, fosthom il-modalità Mixgħul;

(9)

“displej ta' informazzjoni jew status” tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-istatus tat-tagħmir fuq displej, inklużi arloġġi;

(10)

“menu obbligatorju” tfisser sett ta' konfigurazzjonijiet tat-televixin definit minn qabel mill-manifattur, li l-utent tat-televixin jrid jagħżel minnhom konfigurazzjoni partikolari malli jinxtegħel għall-ewwel darba t-televixin;

(11)

“il-proporzjon tal-luminanza massima” tfisser il-proporzjon tal-luminanza massima tal-kundizzjoni tal-modalità Dar jew tal-kundizzjoni tal-modalità Mixgħul tat-televixin kif konfigurata mill-fornitur, kif applikabbli u l-luminanza massima tal-kundizzjoni tal-ogħla luminoniżità;

(12)

“punt tal-bejgħ” tfisser post fejn it-televixins jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ, kiri, jew xiri bin-nifs;

(13)

“utent aħħari” tfisser konsumatur li jixtri jew ikun mistenni jixtri televixin.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri

1.   Il-fornituri għandhom jiżġuraw li:

(a)

Kull televixin ikun fornut b’tikketta stampata skont it-taqsim u bl-informazzjoni stipulati fl-Anness V;

(b)

għandha tkun disponibbli skeda tal-prodott kif stipulat fl-Anness III;

(c)

id-dokumentazzjoni teknika, kif stipulata fl-Anness IV, tkun disponibbli fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni;

(d)

kull reklam għal mudell speċifiku tat-televixin għandu jinkudi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika, f’każ li r-reklam jipprovdi informazzjoni marbuta mal-enerġija jew il-prezz;

(e)

kull materjal tekniku promozzjonali li jikkonċerna mudell speċifiku ta' televixin, li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi tiegħu, li jinkludi l-klassi ta' effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

2.   Il-klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu msejsa fuq l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika li jiġi kkalkulat skont l-Anness II.

3.   It-taqsim tat-tikketta stipulata fl-Anness V se japplika skont l-iskeda li ġejja:

(a)

għat-televixins li tqiegħdu fis-suq mill-[id-data tiżdied aktar tard: 12-il xahar wara l-publikazzjoni ta' dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea] tikketta bil-klassijiet ta' effiċjenza enerġetika:

(i)

A, B, C, D, E, F u G għandhom ikunu skont il-punt 1 tal-Anness V jew, fejn il-fornituri jaraw li hu xieraq, skont il-punt 2 ta' dak l-Anness;

(ii)

A+ għandha tkun skont il-punt 2 tal-Anness V;

(iii)

A++ għandha tkun skont il-punt 3 tal-Anness V;

(iv)

A+++ għandha tkun skont il-punt 4 tal-Anness V.

(b)

Għat-televixins imqiegħda fis-suq mill-1 ta' Jannar 2014 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+, A, B, C, D, E, F, it-tikketti għandhom ikunu skont il-punt 2 tal-Anness V jew, fejn il-fornituri jaraw li hu xieraq, skont il-punt 3 ta' dak l-Anness.

(c)

Għat-televixins imqiegħda fis-suq mill-1 ta' Jannar 2017 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A++, A+, A, B, C, D, E, it-tikketti għandhom ikunu skont il-punt 3 tal-Anness V jew, fejn il-fornituri jaraw li hu xieraq, skont il-punt 4 ta' dak l-Anness.

(d)

Għat-televixins imqiegħda fis-suq mill-1 ta' Jannar 2020 bil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++, A++, A+, A, B, C, D, it-tikketti għandhom ikunu skont il-punt 4 tal-Anness V.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tan-negozjanti

In-negozjanti għandhom jiżguraw li:

(a)

kull televixin, fil-punt tal-bejgħ, għandu juri t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1) fuq quddiem tat-televixin, b’mod li tkun tidher ċara;

(b)

it-televixins offruti għall-bejgħ, kiri jew biex jinxtraw bin-nifs, fejn l-utent aħħari ma jistax ikun mistenni li jara t-televixin muri, għandhom ikunu kkummerċjalizzati bl-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Anness VI;

(c)

kull reklam għal mudell speċifiku tat-televixin għandu jinkudi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika, f’każ li r-reklam jipprovdi informazzjoni marbuta mal-enerġija jew il-prezz;

(d)

kull materjal tekniku promozzjonali li jikkonċerna mudell speċifiku ta' televixin, li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi tiegħu, li jinkludi l-klassi ta' effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

Artikolu 5

Metodi tal-kejl

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb bis-saħħa ta' proċeduri ta' kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta' kejl l-aktar avanzati u riċenti rikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness VII.

Artikolu 6

Proċedura ta' verifika għall-finijiet ta' sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness VIII meta jivvalutaw il-konformità tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika ddikjarata.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawk tal-progress teknoloġiku mhux aktar tard minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

L-Artikoli 3(1)(d) u (e) u l-Artikolu 4(b), (c) u (d) mhux se japplikaw għar-reklamar stampat u għall-materjal tekniku promozzjonali stampat qabel it-30 ta' Marzu 2012.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn [id-data tiżdied aktar tard: 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dan ir-Regolament]. Madankollu, l-Artikolu 3(1) (d) u (e) u l-Artikolu 4(b), (c) u (d) se japplikaw mit-30 ta' Marzu 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 191, 23.7.2009, p. 42.

(3)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(4)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.


ANNESS I

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ televixin għandha tkun iddeterminata skont l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) kif stipulat fit-Tabella 1. L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika ta’ televixin għandha tkun iddeterminata skont il-punt 1 tal-Anness II.

Tabella 1

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ televixin

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika

A+++ (l-iktar effiċjenti)

EEI < 0,10

A++

0,10 ≤ EEI < 0,16

A+

0,16 ≤ EEI < 0,23

A

0,23 ≤ EEI < 0,30

B

0,30 ≤ EEI < 0,42

C

0,42 ≤ EEI < 0,60

D

0,60 ≤ EEI < 0,80

E

0,80 ≤ EEI < 0,90

F

0,90 ≤ EEI < 1,00

G (l-anqas effiċjenti)

1,00 ≤ EEI


ANNESS II

Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika u l-konsum annwali tal-enerġija bil-modalità Mixgħul

1.

L-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) huwa kkalkolat EEI = P/Pref (A), fejn:

Pref (A)

=

Pbasic + A × 4,3224 Watt/dm2;

Pbasic

=

20 Watt għas-settijiet tat-televixin bi tjuner/riċevitur wieħed u mingħajr diska riġida;

Pbasic

=

24 Watt għas-settijiet tat-televixin b'diska/i riġida/i;

Pbasic

=

24 Watt għas-settijiet tat-televixin b'żewġ tjuners/riċevituri jew aktar;

Pbasic

=

28 Watt għas-settijiet tat-televixin b'diska/i riġida/i b'żewġ tjuners/riċevituri jew aktar;

Pbasic

=

15 Watt għall-moniters tat-televixin;

A huwa l-erja viżibbli tal-iskrin espressa f'dm2;

P huwa l-konsum tal-enerġija bil-modalità Mixgħul f'Watt imkejla skont l-Anness VII approssimat għal punt deċimali wieħed.

2.

Il-konsum annwali tal-enerġija bil-modalità Mixgħul E f'kWh jiġi kkalkolat E = 1,46 × P.

3.

Televixins bil-kontroll awtomatiku tal-luminożità

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika u l-konsum annwali tal-enerġija tal-modalità Mixgħul imsemmi fil-punti 1 u 2, il-konsum tal-enerġija tal-modalità Mixgħul kif stabbilit skont il-proċedura stipulata fl-Anness VII titnaqqas b'5 % jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati meta jitqiegħed televixin fis-suq:

(a)

il-luminanza tat-televixin fil-kundizzjoni ta' modalità Dar jew fil-modalità Mixgħul kif stabbilita mill-fornitur, titnaqqas awtomatikament bejn l-intensità tad-dawl tal-ambjent tal-anqas ta' 20 lux u 0 lux;

(b)

il-kontroll awtomatiku tal-luminoniżità huwa attivat fil-kundizzjoni tal-modalità Dar jew tal-modalità Mixgħul tat-televixin kif stabbilit mill-fornitur.


ANNESS III

Skeda tal-Prodott

1.

L-informazzjoni fl-iskeda tal-prodott għat-televixin għandha tiġi pprovduta fl-ordni li ġej, u għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew materjal ieħor għall-qari pprovdut mal-prodott:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

(b)

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur; fejn l-identifikatur tal-mudell ikun ifisser il-kodiċi, normalment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku tat-televizjoni minn mudelli oħra tal-istess trade mark jew isem fornitur;

(c)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell kif iddefinita fl-Anness I, fit-Tabella 1; fejn it-televixin ngħata ‘Ekotikketta tal-UE’ skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), din l-informazzjoni tista’ tiġi inkluża;

(d)

l-iskrin viżibbli djagonali f’ċentimetri u f’pulzieri;

(e)

il-konsum tal-enerġija bil-modalità Mixgħul skont il-proċedura stipulata fl-Anness VII;

(f)

il-konsum annwali tal-Enerġija kif stipulat fl-Anness II f’kWh fis-sena, approssimat għall-ewwel numru sħiħ; dan għandu jiġi deskritt kif ġej: ‘Konsum tal-enerġija XYZ kWh fis-sena, abbażi ta’ konsum tal-enerġija tat-televixin imħaddem għal 4 sigħat kuljum għal 365 jum. Il-konsum reali tal-enerġija jiddependi fuq kif jintuża t-televixin.’;

(g)

il-konsum tal-enerġija bil-modalità Stennija u/jew Mitfi, imkejjel skont il-proċedura stipulata fl-Anness VII;

(h)

ir-riżoluzzjoni tal-iskrin fl-għadd ta’ tikek fiżiċi orizzontali u vertikali.

2.

Skeda waħda tista’ tkopri għadd ta’ mudelli tat-televixin fornuti mill-istess fornitur.

3.

L-informazzjoni fuq l-iskeda tista’ tingħata fil-forma ta’ kopja tat-tikketta, jew bil-kulur jew abjad u iswed. Fejn dan ikun il-każ, l-informazzjoni elenkata fil-punt 1 li ma tkunx diġà tidher fuq it-tikketta trid tiġi pprovduta wkoll.


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS IV

Dokumentazzjoni teknika

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-fornitur;

(b)

deskrizzjoni ġenerali tal-mudell tat-televixin, suffiċjenti li ma tħalli l-ebda dubju u tkun faċilment identifikata;

(c)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra użati;

(e)

identifikazzjoni u firma tal-persuna awtorizzata li tiffirma d-dikjarazzjoni f’isem il-fornitur;

(f)

il-parametri tal-ittestjar għall-kejl:

(i)

it-temperatura ambjentali;

(ii)

il-vultaġġ tat-test f’V u l-frekwenza f’Hz;

(iii)

id-distorsjoni armonika totali tas-sistema tal-provvista tal-elettriku;

(iv)

it-terminal tad-dħul għas-sinjali tat-test awdjo u vidjow;

(v)

informazzjoni u dokumentazzjoni dwar l-istrumentazzjoni, l-immuntar u ċ-ċirkuwiti użati għall-ittestjar tal-elettriku;

(g)

parametri għall-modalità Mixgħul:

(i)

id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija f’Watt approssimata sal-ewwel punt deċimali għal-kejl tal-qawwa sa 100 Watt, u sal-ewwel numru sħiħ għall-kejl tal-qawwa ‘il fuq minn 100 Watt;

(ii)

il-karatteristiċi tas-sinjal vidjo dinamiku b’kontenut ta’ xandir li jirrappreżenta kontenut tipiku tax-xandir televiżiv;

(iii)

is-sekwenza tal-passi biex tintlaħaq kundizzjoni stabbli fir-rigward tal-konsum tal-enerġija;

(iv)

għat-televixins b’menu obbligatorju, il-proporzjon tal-quċċata tal-luminanza tal-modalità Dar u l-quċċata tal-luminanza tal-kundizzjoni tal-ogħla luminoniżità fuq il-modalità Mixgħul ipprovduta mit-televixin, espressa bħala persentaġġ;

(v)

għall-moniters tat-televixin, deskrizzjoni tal-karatteristiċi rilevanti għat-tjuner użat għall-kejl;

(h)

għal kull modalità standby u/jew modalità mitfi:

(i)

id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija f’Watt, approssimata sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali;

(ii)

il-metodu tal-kejl użat;

(iii)

id-deskrizzjoni ta’ kif intgħażlet jew ġiet ipprogrammata l-modalità tal-apparat;

(iv)

is-sekwenza tal-avvenimenti biex jintlaħaq il-modalità li biha l-apparat awtomatikament jibdel il-modalitajiet.


ANNESS V

Tikketta

1.   TIKKETTA 1

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi din l-informazzjoni:

I.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

II.

l-identifikatur tal-mudell mill-fornitur, fejn “l-identifikatur tal-mudell” ikun ifisser il-kodiċi, normalment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku tat-televizjoni minn mudelli oħra tal-istess marka kummerċjali jew isem il-fornitur;

III.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-televixin, li tkun iddeterminata skont l-Anness I. Ras il-vleġġa li jkun fiha l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-televixin għandha titqiegħed fl-istess għoli ta’ ras il-vleġġa tal-klassi rilevanti tal-effiċjenza enerġetika;

IV.

il-konsum tal-enerġija tal-modalità Mixgħul f’Watt, approssimat għall-ewwel numru sħiħ;

V.

il-konsum annwali tal-enerġija tal-modalità Mixgħul ikkalkolat kif deskritt fil-punt 2 tal-Anness II, f’kWh, approssimat għall-ewwel numru sħiħ;

VI.

l-iskrin viżibbli djagonali f’ċentimetri u f’pulzieri.

Għat-televixins bi swiċċ faċilment viżibbli, li jagħmel it-televixin f’kundizzjoni ta’ konsum tal-enerġija li ma jaqbiżx 0,01 Watt meta jitħaddem fil-modalità Mitfi, jista’ jiżdied is-simbolu ddefinit fil-punt 8 tal-punt 5.

Meta mudell ikun ingħata “Ekotikketta tal-Unjoni Ewropea” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 5.

2.   TIKKETTA 2

Image

(a)

L-informazzjoni mniżżla fil-punt 1(b) għandha tiġi inkluża fit-tikketta.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 5.

3.   TIKKETTA 3

Image

(a)

L-informazzjoni mniżżla fil-punt 1(b) għandha tiġi inkluża fit-tikketta.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 5.

4.   TIKKETTA 4

Image

(a)

L-informazzjoni mniżżla fil-punt 1(b) għandha tiġi inkluża fit-tikketta.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għandhom ikunu skont il-punt 5.

5.   Id-disinn tat-tikketta għandu jkun li ġej:

Image

Fejn:

(a)

It-tikketta trid tkun tal-inqas 60 mm wiesgħa u 120 mm twila. Meta t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

(b)

Għat-televixins b’erja tal-iskrin li jaqbeż id-29 dm2 l-isfond għandu jkun abjad. Għat-televixins b’erja tal-iskrin li ta’ 29 dm2 jew anqas l-isfond għandu jkun abjad jew trasparenti.

(ċ)

Il-kuluri huma CMYK — cyan, maġenta, isfar, u iswed — u jingħataw skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn ta’ hawn fuq):

Image

Linja tal-Bordura: 3 pt — kulur: Cyan 100 % — kantunieri tondi: 3,5 mm.

Image

Il-logo tal-UE — kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

Logos tat-tikketta:

kulur: X-00-00-00

Pittogramma kif murija; Logo tal-UE u logo tat-tikketta (ikkombinati): wisa’: 51 mm, għoli: 9 mm.

Image

Il-linja tal-bordura f’logos iżgħar: 1 pt — kulur: Cyan 100 % — tul: 51 mm.

Image

Skala A-G

Vleġġa: għoli: 3,8 mm, spazju bejn vleġġa u oħra: 0,75 mm — kulur:

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

Ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

L-ogħla klassi: 00-X-X-00.

Test: Calibri bold 10 pt, kapitali, abjad. simboli “+”: Calibri bold 7 pt, kapitali, abjad.

Image

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika

Vleġġa: wisa’: 26 mm, għoli: 8 mm, 100 % iswed;

Test: Calibri bold 15 pt, kapitali, abjad. simboli “+”: Calibri bold 10 pt, kapitali, abjad.

Image

Enerġija

Test: Calibri regular 7 pt, kapitali, 100 % iswed.

Image

Logo tas-swiċċ:

Pittogramma kif murija, Bordura: 1 pt — kulur: Cyan 100 % — kantunieri tondi: 3,5 mm.

Image

Test b’rabta mal-konsum tal-enerġija tal-modalità Mixgħul:

Bordura: 1 pt — kulur: Cyan 100 % — kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 14 pt, 100 % iswed.

It-tieni linja: Calibri regular 11 pt, 100 % iswed.

Image

Il-qies djagonali tal-iskrin tat-televixin:

Pittogramma kif murija

Bordura: 1 pt — kulur: Cyan 100 % — kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 14 pt, 100 % iswed. Calibri regular 11 pt, 100 % iswed.

Image

Test b’rabta mal-konsum tal-enerġija annwali:

Bordura: 2 pt — kulur: Cyan 100 % — kantunieri tondi: 3,5 mm.

Valur: Calibri bold 25 pt,100 % iswed.

It-tieni linja: Calibri regular 11 pt, 100 % iswed.

Image

L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur

Image

L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-informazzjoni tal-mudell għandhom jitqiegħdu fi spazju ta’ 51 × 8 mm.

Image

Perjodu ta’ referenza

Test: Calibri bold 8 pt

Test: Calibri light 9 pt


ANNESS VI

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’każijiet fejn l-utenti aħħara ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott muri

1.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(b) għandha tingħata fl-ordni li ġejja:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell kif iddefinita fl-Anness I;

(b)

il-konsum tal-enerġija tal-modalità Mixgħul kif imsemmi fil-punt 1 tal-Anness II;

(c)

il-konsum tal-enerġija annwali skont il-punt 2 tal-Anness II;

(d)

id-djagonali tal-iskrin viżibbli.

2.

Fejn tingħata wkoll informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, din għandha tkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness III.

3.

Id-daqs u t-tipa, li bihom tkun stampata jew murija l-informazzjoni kollha msemmija f’dan l-Anness, għandha tkun leġibbli.


ANNESS VII

Kejl

1.   Għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl għandu jitwettaq permezz ta’ proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Kejl tal-konsum tal-enerġija tal-modalità Mixgħul kif imsemmi fil-punt 1 tal-Anness II

(a)

Kundizzjonijiet ġenerali

(i)

il-kejl għandu jsir f’temperatura ambjentali ta’ 23 °C +/– 5 °C;

(ii)

il-kejl għandu jsir bl-użu ta’ sinjal vidjo dinamiku b’kontenut ta’ xandir li jirrappreżenta kontenut tipiku tax-xandir televiżiv; Il-kejl għandu jkun il-konsum medju tal-enerġija fuq għaxar minuti konsekuttivi;

(iii)

il-kejl għandu jsir wara li t-televixin jkun fil-modalità Mitfi għal minimu ta’ siegħa segwita minnufih minn minimu ta’ siegħa fil-modalità Mixgħul u għandu jitlesta qabel massimu ta’ tliet siegħat fil-modalità Mixgħul. Is-sinjal vidjo rilevanti għandu jintwera tul il-ħin kollu li ddum il-modalità Mixgħul. Għat-televixins magħrufin li jistabilizzaw fi żmien siegħa, dan id-dewmien jista’ jitnaqqas jekk il-kejl li jirriżulta jista’ jintwera li qiegħed fi ħdan 2 % tar-riżultati li kieku jintlaħqu bid-dewmien deskritt hawn;

(iv)

il-kejl għandu jsir b’inċertezza ta’ 2 % jew inqas b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %;

(v)

il-kejl għandu jsir billi tiġi diżattivata l-funzjoni tal-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità jekk teżisti funzjoni bħal din. Jekk tkun teżisti l-funzjoni tal-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità u ma tistax tiġi diżattivata, mela l-kejl għandu jseħħ bid-dawl dieħel direttament fis-sonda tad-dawl ambjentali b’livell ta’ 300 lux jew aktar.

(b)

Kundizzjonijiet għall-kejl tal-konsum tal-enerġija tal-modalità Mixgħul tat-televixins:

(i)

is-settijiet tat-televixin mingħajr menu obbligatorju: Il-konsum tal-enerġija għandu jitkejjel fil-kundizzjoni Mixgħul tat-televixin kif maħruġ mill-produttur, jiġifieri, il-kontrolli tal-luminoniżità tat-televixin għandhom ikunu fil-pożizzjoni aġġustata mill-produttur għall-utent aħħari;

(ii)

is-settijiet tat-televixin b’menu obbligatorju: Il-konsum tal-enerġija għandu jitkejjel fil-kundizzjoni tal-modalità Dar;

(iii)

il-moniters tat-televixin mingħajr menu obbligatorju: Il-moniter tat-televixin għandu jitqabbad ma’ tjuner apposta. Il-konsum tal-enerġija għandu jitkejjel fil-kundizzjoni Mixgħul tat-televixin kif maħruġ mill-produttur, jiġifieri, il-kontrolli tal-luminoniżità tal-moniter tat-televixin għandhom ikunu fil-pożizzjoni aġġustata mill-produttur għall-utent aħħari. Il-konsum tal-enerġija tat-tjuner mhuwiex rilevanti għall-kejl tal-konsum tal-enerġija fil-modalità Mixgħul tal-moniter tat-televixin;

(iv)

il-moniters tat-televixin b’menu obbligatorju: Il-moniter tat-televixin għandu jitqabbad ma’ tjuner apposta. Il-konsum tal-enerġija għandu jitkejjel fil-kundizzjoni tal-modalità Dar.

3.   Kejl tal-konsum tal-enerġija tal-modalità Mixgħul/Stennija kif imsemmi fil-punt 1(g) tal-Anness III

Il-kejl ta’ enerġija ta’ 0,50 Watt jew aktar għandu jsiru b’inċertezza ta’ 2 % jew inqas b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. Il-kejl ta’ enerġija ta’ inqas minn 0,50 Watt għandu jsir b’inċertezza ta’ 0,01 Watt jew inqas b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %.

4.   Il-kejl tal-luminanza massima msemmi fil-punt 2(c) tal-Anness VIII

(a)

Il-kejl tal-luminanza massima għandu jsir b’miter tal-luminanza, li jaqra l-parti tal-iskrin li turi immaġni bajda sħiħa (100 %), li tkun parti minn skema ta’ testijiet ta’ “test ta’ skrin sħiħ” li ma jaqbiżx il-punt tal-livell medju tal-istampa (average picture level — APL) fejn jokkorri xi llimitar tal-enerġija fis-sistema tat-trażmissjoni tal-luminanza tal-unità tal-wiri.

(b)

Il-kejl tal-proporzjon tal-luminanza massima għandu jsir mingħajr ma jintilef il-punt tal-qari tal-miter tal-luminanza fuq l-unità tal-wiri waqt il-qlib bejn il-kundizzjoni tal-modalità Dar jew il-kundizzjoni tal-modalità Mixgħul tat-televixin kif konfigurata mill-fornitur, kif applikabbli, u l-kundizzjoni tal-ogħla luminoniżità tal-modalità Mixgħul.


ANNESS VIII

Proċedura ta' verifika għall-finijiet ta' sorveljanza tas-suq

Għall-finijiet ta' verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għall-konsum tal-enerġija għall-modalità Mixgħul imsemmi fil-punt 1 tal-Anness II u l-konsum tal-enerġija għall-modalità Stennija/Mitfi msemmi fil-punt 1(g) tal-Anness III.

(1)

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw biss unità waħda.

(2)

Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mal-valur dikjarat tal-konsum tal-enerġija tal-modalità Mixgħul u l-valuri dikjarati tal-konsum tal-enerġija tal-modalità Stennija u/jew Mitfi, jekk:

(a)

ir-riżultat għall-konsum tal-enerġija fil-modailtà Mixgħul ma jaqbiżx il-valur dikjarat tal-konsum tal-enerġija b'aktar minn 7 %; kif ukoll

(b)

ir-riżultati għall-konsum tal-enerġija fil modalità Stennija/Mitfi, kif applikabbli, ma jaqbżux il-valuri dikjarati ta' konsum tal-enerġija b'aktar minn 0,10 Watt; kif ukoll

(c)

ir-riżultat tal-proporzjon tal-luminanza massima jkun ogħla minn 60 %.

(3)

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punt 2(a) jew (b) jew (c) ma jintlaħqux, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra tal-istess mudell.

(4)

Wara li jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell, il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mal-valur dikjarat tal-konsum tal-enerġija tal-modalità Mixgħul u l-valuri dikjarati tal-konsum tal-enerġija tal-modalità Stennija u Mitfi, jekk:

(a)

il-medja tar-riżultat għall-aħħar tliet unitajiet għall-konsum tal-enerġija fil-modailtà Mixgħul ma taqbiżx il-valur dikjarat tal-konsum tal-enerġija msemmi b'aktar minn 7 %; kif ukoll

(b)

il-medja tar-riżultati għall-aħħar tliet unitajiet għall-kundizzjonijiet Stennija/Mitfi, kif applikabbli, ma taqbiżx il-valuri dikjarati skont l-Anness III, fil-punt g b'aktar minn 0,10 Watt; kif ukoll

(c)

il-medja tar-riżultati tal-aħħar tliet unitajiet għall-proporzjon tal-luminanza massima jkun ogħla minn 60 %.

(5)

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 4(a) jew (b) jew (c) ma jintlaħqux, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi mar-rekwiżiti.