ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.291.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 291

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
9 ta' Novembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/674/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2009-2014, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż 2009-2014, Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda, li jikkonċerna dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd għall-perijodu 2009-2014 u Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u n-Norveġja, li jikkonċerna dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd għall-perijodu 2009-2014

1

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014

4

Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014

10

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda

14

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

18

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni għall-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni fuq wara fuq vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom ( 1 )

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1004/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar it-tnaqqis ta’ ċerti kwoti tas-sajd għall-2010 minħabba sajd żejjed tal-ħut fis-sena ta’ qabel

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1005/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' apparat għall-irmunkar tal-vetturi motorizzati u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom ( 1 )

36

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

43

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1007/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

45

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/675/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7579)  ( 1 )

47

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

9.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Lulju 2010

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2009-2014, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż 2009-2014, Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda, li jikkonċerna dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd għall-perijodu 2009-2014 u Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u n-Norveġja, li jikkonċerna dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd għall-perijodu 2009-2014

(2010/674/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Mekkaniżmi Finanzjarju u l-Programmi ta’ Koperazzjoni li ġejjin skadew fit-30 ta’ April 2009:

il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2004-2009 previst fil-Protokoll 38a għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim taż-ŻEE”) (1), kif sussegwentement supplimentat b’addendum fl-2007 meta l-Bulgarija u r-Rumanija saru partijiet kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE (2);

il-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2004-2009 previst fil-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014 (3);

il-Programm ta’ Koperazzjoni msemmi fil-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta’ Koperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fil-Bulgarija (4); u

il-Programm ta’ Koperazzjoni msemmi fil-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta’ Koperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fir-Rumanija (5).

(2)

Il-bżonn li jittaffew id-differenzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea għadu hemm. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmu l-ġdid għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati tal-EFTA taż-ŻEE u mekkaniżmu finanzjarju Norveġiż ġdid.

(3)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, ftehim mal-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja dwar mekkaniżmu finanzjarju ġdid taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014 kif ukoll dwar anness ta’ dak il-ftehim. L-anness ser jieħu l-forma ta’ protokoll, li jissemma l-Protokoll 38b għall-Ftehim taż-ŻEE. Għal l-istess għan, il-Kummissjoni nnegozjat ukoll, f’isem l-Unjoni, ftehim man-Norveġja dwar mekkaniżmu finanzjarju Norveġiż ġdid għall-perjodu 2009-2014.

(4)

Suġġett għall-konklużjoni tagħhom f’data aktar tard, dawn il-ftehimiet għandhom jiġu ffirmati.

(5)

Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Islanda u fin-Norveġja, previsti fil-protokolli li ġejjin, skadew fit-30 ta’ April 2009 u għandhom jiġu riveduti skont l-Artikolu 2 ta’ kull wieħed minn dawk il-protokolli:

il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda bħala riżultat tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea (6);

il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja bħala riżultat tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea (7);

il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda bħala riżultat tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (8);

il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja bħala riżultat tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (9).

(6)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, protokolli addizzjonali ġodda għal dawn il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, rispettivament mal-Islanda u n-Norveġja biex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Islanda u fin-Norveġja għall-perjodu 2009-2014.

(7)

Suġġett għall-konklużjoni tagħhom aktar ‘il quddiem, dawn il-protokolli addizzjonali għandhom jiġu ffirmati.

(8)

Is-sostituzzjoni tal-mekkaniżmi finanzjarji eżistenti b’mekkaniżmi finanzjarji ġodda, li huma relattivi għal perijodi differenti ta’ żmien, ammonti differenti ta’ fondi u dispożizzjonijiet differenti ta’ implimentazzjoni, kif ukoll it-tiġdid u l-estensjoni ta’ konċessjonijiet relattivi għal ċerti prodotti ta’ ħut u prodotti tal-baħar, ikkunsidrati komplessivament, jikkostitwixxu żvilupp importanti tal-assoċjazzjoni mal-Istati taż-ŻEE u tal-EFTA, li jiġġustifika l-użu tal-Artikolu 217 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħhom, il-Ftehimiet imsemmija fil-premessa (4) u l-Protokolli msemmija fil-premessa (7) għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-ftehimiet u l-protokolli li ġejjin huwa b’dan awtorizzat, f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tagħhom:

il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2009-2014 u l-Anness tiegħu;

il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014;

il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u l-Anness tiegħu;

il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Anness tiegħu.

It-testi tal-Ftehimiet u Protokolli Addizzjonali kif ukoll tal-Annessi magħhom jinsabu mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw dawn il-Ftehimiet u Protokolli f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tagħhom.

Artikolu 3

Sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tagħhom, il-Ftehimiet u Protokolli msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja mid-dati li ġejjin:

il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014 u l-Anness miegħu, mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dan il-għan;

il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perijodu 2009-2014, mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dan il-għan;

il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u l-Anness miegħu, mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dan il-għan;

il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u l-Anness miegħu, mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-depożitu tal-aħħar notifika għal dan il-għan.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 130, 29.4.2004, p. 14.

(2)  ĠU L 221, 25.8.2007, p. 18.

(3)  ĠU L 130, 29.4.2004, p. 81.

(4)  ĠU L 221 25.8.2007, p. 46.

(5)  ĠU L 221 25.8.2007, p. 52.

(6)  ĠU L 130, 29.4.2004, p. 85.

(7)  ĠU L 130, 29.4.2004, p. 89.

(8)  ĠU L 221, 25.8.2007, p. 58.

(9)  ĠU L 221, 25.8.2007, p. 62.


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014

L-UNJONI EWROPEA,

L-ISLANDA,

IL-PRINĊIPALITÀ TAL-LIECHTENSTEIN,

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

BILLI l-Partijiet għal dan il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim taż-ŻEE’) qablu dwar il-bżonn li jitnaqqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni tagħhom bil-għan li jippromwovu it-tisħiħ kontinwu u bilanċjat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejniethom,

BILLI, sabiex jikkontribwixxu għal dak il-għan, l-Istati tal-EFTA stabilixxew Mekkaniżmu Finanzjarju fil-kuntest taż-Żona Ekonomika Ewropea,

BILLI d-dispożizzjonijiet li jiggvernaw il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2004-2009 ġew stabbiliti fil-Protokoll 38a u l-Addendum għall-Protokoll 38a għall-Ftehim taż-ŻEE,

BILLI l-bżonn li jitnaqqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea għadu hemm, u għalhekk għandhu jiġi stabbilit mekkaniżmu ġdid għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati tal-EFTA taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014,

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU L-FTEHIM LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-Protokoll 117 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Dispożizzjonijiet li jiggvernaw il-Mekkaniżmi Finanzjarji huma stipulati fil-Protokoll 38, il-Protokoll 38a u l-Addendum għall-Protokoll 38a, u l-Protokoll 38b.”.

Artikolu 2

Għandu jiddaħħal Protokoll 38b ġdid wara l-Protokoll 38a għall-Ftehim taż-ŻEE. It-test tal-Protokoll 38b huwa provdut fl-Anness għal dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet bi qbil mal-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta’ ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun ġie depożitat l-aħħar strument ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni.

Sa meta jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li tkun ġiet depożitata l-aħħar ratifika għal dan il-għan.

Artikolu 4

Dan il-Ftehim, imħejji f’eżemplari oriġinali wieħed bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż, Islandiż u Norveġiż, bit-test f’kull wieħed minn dawn l-ilsna ugwalment awtentiku, għandu jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet għal dan il-Ftehim.

Съставено в Брюксел на двадесет и осми юли две хиляди и десета година и деветнадесети август две хиляди и десета година.

Hecho en Bruselas, el veintiocho de julio de dos mil diez y el diecinueve de agosto de dos mil diez.

V Bruselu dne 28. července 2010 a 19. srpna 2010.

Udfærdiget i Bruxelles, den 28. juli 2010 og den 19. august 2010.

Geschehen zu Brüssel am 28. Juli 2010 und am 19. August 2010.

Brüsselis kahe tuhande kümnenda aasta juulikuu kahekümne kaheksandal ja augustikuu üheksateistkümnendal päeval

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις 28 Iουλίου 2010 και στις 19 Αυγούστου 2010.

Done at Brussels on the twenty-eighth day of July and on the nineteenth day of August in the year two thousand and ten.

Fait à Bruxelles, le vingt-huit juillet deux mil dix et le dix-neuf août deux mil dix.

Fatto a Bruxelles, addì ventotto luglio duemiladieci e diciannove agosto duemiladieci.

Briselē, 2010. gada 28. jūlijā un 2010. gada 19. augustā

Priimta Briuselyje 2010 m. liepos 28 d. ir 2010 m. rugpjūčio 19 d.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizedik év július havának huszonnyolcadik napján és a kétezer-tizedik év augusztus havának tizenkilencedik napján.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010 u d-19 ta’ Awwissu 2010.

Gedaan te Brussel, 28 juli 2010 en 19 augustus 2010.

Sporządzono w Brukseli dnia 28 lipca 2010 r. i 19 sierpnia 2010 r.

Feito em Bruxelas, em vinte e oito de Julho de dois mil e dez e em dezanove de Agosto de dois mil e dez.

Întocmit la Bruxelles, 28 iulie 2010 și 19 august 2010.

V Bruseli dvadsiateho ôsmeho júla dvetisícdesať a devätnásteho augusta dvetisícdesať.

V Bruslju, 28. julija 2010 in 19. avgusta 2010.

Tehty Brysselissä, kahdentenakymmenentenäkahdeksantena päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattakymmenen ja yhdeksäntenätoista päivänä elokuuta vuonna kaksituhattakymmenen

Som skedde i Bryssel den tjugoåttonde juli tjugohundratio och den nittonde augusti tjugohundratio.

Gert í Brussel, 28. júlí 2010 og 19. ágúst 2010.

Utferdiget i Brussel, den 28. juli 2010 og den 19. august 2010.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l’Union européenne

Per l’Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Fyrir Ísland

Image

Für das Fürstentum Liechtenstein

Image

For Konveriket Norge

Image

ANNESS

PROTOKOLL 38 B

DWAR IL-MEKKANIŻMU FINANZJARJU TAŻ-ŻEE (2009-2014)

Artikolu 1

L-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (“l-Istati tal-EFTA”) għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-differenzi ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea u għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet tagħhom mal-Pajjiżi Benefiċjarji, permezz tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji fis-setturi ta’ prijorità elenkati fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artiklu 1 għandha tkun ta’ EUR 988.5 miljun, li għandhom ikunu disponibbli biex jiġu kommessi f’porzjonijiet annwali ta’ EUR 197,7 miljun matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Mejju 2009 u t-30 ta’ April 2014, inklużi.

Artikolu 3

1.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu disponibbli fis-setturi ta’ prijorità segwenti:

(a)

Il-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent;

(b)

Il-bidla fil-klima u l-enerġija rinnovabbli;

(ċ)

Is-soċjetà ċivili;

(d)

L-iżvilupp uman u soċjali;

(e)

Il-ħarsien tal-wirt kulturali.

2.   Riċerka akkademika tista’ tkun eliġibbli għall-fondi sakemm tkun immirata għal settur jew aktar ta’ priorità.

3.   Il-mira ta’ allokazzjoni indikattiva għal kull Stat Benefiċjarju hija ta’ għall-anqas 30 fil-mija għas-setturi ta’ prijorità (a) u (b) magħquda, u 10 fil-mija għas-settur ta’ prijorità (c). Is-setturi ta’ prijorità għandhom, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8 paragrafu 2, jintgħażlu, jiġu konċentrati u adattati f’mod flessibbli, skont il-bżonnijiet differenti f’kull Stat Benefiċjarju, li jieħu kont tad-daqs u l-ammont tal-kontribuzzjoni.

Artikolu 4

1.   Il-kontribuzzjoni tal-EFTA m’għandhiex taqbeż il-85 fil-mija tal-ispiża tal-programm. F’każijiet speċjali tkun sa 100 fil-mija tal-ispejjeż tal-programm.

2.   Ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna statali għandhom ikunu osservati.

3.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tanalizza l-programmi kollha u kull bidla sostanzjali f’kull programm biex tara li jkunu kumpatibbli mal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea.

4.   Ir-responsabbiltà tal-Istati tal-EFTA għall-proġetti hi limitata għall-provvista ta’ fondi skont il-pjan miftiehem. M’hi ser tkun assunta l-ebda responsabbiltà lejn partijiet terzi.

Artikolu 5

Il-fondi għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Benefiċjarji segwenti: Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, u s-Slovakkja.

EUR 45,85 miljun għandhom jiġu allokati lil Spanja għall-appoġġ tranżizzjonali mill-1 ta’ Mejju 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2013. Filwaqt li jittieħed kont tal-aġġustamenti tranżizzjonali, il-bqija tal-fondi għandhom isiru disponibbli skont id-distribuzzjoni segwenti:

 

Fondi

(miljuni ta’ EUR)

Il-Bulgarija

78,60

Ir-Repubblika Ċeka

61,40

L-Estonja

23,00

Il-Greċja

63,40

Cipru

3,85

Il-Latvja

34,55

Il-Litwanja

38,40

L-Ungerija

70,10

Malta

2,90

Il-Polonja

266,90

Il-Portugall

57,95

Ir-Rumanija

190,75

Is-Slovenja

12,50

Is-Slovakkja

38,35

Artikolu 6

Bil-għan li jiġu riallokati fondi disponibbli, li ma jkunux ġew kommessi, lill-proġetti bi priorità għolja ta’ kwalunkwe Stat Benefiċjarju, għandha ssir reviżjoni f’Novembru 2011 u għal darb’oħra f’Novembru 2013.

Artikolu 7

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista f’dan il-Protokoll għandha tkun koordinata mill-qrib mal-kontribuzzjoni bilaterali min-Norveġja prevista fil-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż.

2.   B’mod partikolari, l-Istati tal-EFTA għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ applikazzjoni u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni huma essenzjalment identiċi għaż-żewġ mekkaniżmi finanzjarji msemmija fil-paragrafu preċedenti.

3.   Kull bidla relevanti fil-politiki ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea għandha tkun ikkunsidrata, kif jixraq.

Artikolu 8

Dan li ġej għandu japplika fl-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE:

1.

L-ogħla grad ta’ trasparenza, responsabbiltà u effiċċjenza ekonomika għandhom ikunu applikati fil-fażijiet kollha ta’ implimentazzjoni, kif ukoll il-prinċipji ta’ governanza tajba, żvilupp sostenibbli u ugwaljanza bejn is-sessi. L-għanijiet tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għandhom jiġu segwiti fil-qafas tal-koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Benefiċjarji u l-Istati tal-EFTA.

2.

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċċjenti u mmirata, u biex jittieħed kont tal-prijoritajiet nazzjonali, l-Istati tal-EFTA għandhom jikkonkludu ma’ kull Stat Benefiċjarju, Memorandum ta’ Qbil li għandu jelenka l-qafas ta’ programmar multi-annwali u l-istrutturi għall-amministrazzjoni u l-kontroll.

3.

Wara li jiġi konkluż il-Memorandum ta’ Qbil, l-Istat Benefiċjarju għandu jissottometti l-proposti tal-programm. L-Istati tal-EFTA ser jivvalutaw u japprovaw il-proposti u jikkonkludu ftehimiet ta’ għotjiet mal-Istati Benefiċjarji għal kull programm. Il-livell ta’ dettall fil-programm għandu jieħu kont tad-daqs tal-kontribuzzjoni. Fi ħdan il-programmi, il-proġetti jistgħu f’każijiet eċċezzjonali jkunu speċifikati, inklużi l-kundizzjonijiet għall-għażla, l-approvazzjoni u l-kontroll, skont id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 8.

L-implimentazzjoni tal-programmi maqbula għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Benefiċjarji. L-Istati Benefiċjarji għandhom jipprovdu sistema adatta ta’ immaniġġjar u kontroll sabiex jiżguraw sistema soda ta’ implimentazzjoni u immaniġġjar.

4.

Fejn ikun il-każ, is-sħubiji għandhom ikunu applikati fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni wiesgħa. Is-sħubiji jistgħu jinkludu, inter alia, livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll is-settur privat, is-soċjetà ċivili u s-sieħba soċjali fl-Istati Benefiċjarji u l-Istati tal-EFTA.

5.

Is-sistema ta’ kontroll prevista għall-amministrazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għandu jiżgura r-rispett tal-prinċipju tal-amministrazzjoni finanzjarja tajba. L-Istati tal-EFTA jistgħu jwettqu kontrolli skont il-kundizzjonijiet interni tagħhom. L-Istati Benefiċjarji għandhom jipprovdu l-għajnuna, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa għal dan il-għan. L-Istati tal-EFTA jistgħu jissospendu l-iffinanzjar u jobbligaw l-irkuprar tal-fondi fil-każ ta’ irregolaritajiet.

6.

Kull proġett taħt il-qafas ta’ programmar multi-annwali fl-Istati Benefiċjarji jista’ jiġi implimentat f’koperazzjoni bejn l-entitajiet bażati fl-Istati Benefiċjarji u fl-Istati tal-EFTA, skont ir-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.

7.

L-ispejjeż tal-ġestjoni tal-Istati tal-EFTA għandhom jiġu koperti mill-ammont ġenerali msemmi fl-Artikolu 2 u jkunu speċifikati fid-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 8.

8.

L-Istati tal-EFTA għandhom iwaqqfu Kumitat għall-ġestjoni ġenerali tal-Mekkaniżmu Finanzjarju ta-ŻEE. Dispożizzjonijiet ulterjuri għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE ser jinħarġu mill-Pajjiżi tal-EFTA wara konsultazzjoni mal-Istati Benefiċjarji. L-Istati tal-EFTA għandhom jaraw li jippubblikaw dawn id-dispożizzjonijiet qabel jiffirmaw il-Memoranda ta’ Qbil.

Artikolu 9

Fit-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u d-dmirijiet skont il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti, fid-dawl tal-Artikolu 115 tal-Ftehim, ser jirrivedu l-bżonn li jkunu indirizzati d-differenzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea.


FTEHIM

bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014

Artikolu 1

Ir-Renju tan-Norveġja jimpenja ruħu li jikkontribwixxu perjodu ta’ ħames snin għat-tnaqqis tad-differenzi ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet tiegħu mal-Istati Benefiċjarji, permezz ta’ Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż fis-setturi ta’ prijorità elenkati fl-Artikolu 3.

Artikolu 2

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artiklu 1 għandha tkun ta’ EUR 800 miljun, li għandhom ikunu disponibbli biex jiġu kommessi f’porzjonijiet annwali ta’ EUR 160 miljun matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Mejju 2009 u t-30 ta’ April 2014, inklużi.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu disponibbli fis-setturi ta’ prijorità segwenti:

(a)

Il-Ġabra u l-Ħażna tal-Karbonju;

(b)

L-Innovazzjoni tal-Industrija Ekoloġika;

(ċ)

Ir-Riċerka u l-Boroż tal-Istudju;

(d)

L-iżvilupp Uman u Soċjali;

(e)

Il-Ġustizzja u l-Intern;

(f)

Il-Promozzjoni ta’ Xogħol Diċenti u d-Djalogu Tripartitiku.

Il-mira tal-allokazzjoni għas-settur ta’ prijorità (a) għandu jkun ta’ għall-anqas 20 fil-mija. Għandu jingħata importanza xierqa lill-bżonnijiet different u tad-daqs ta’ kull Stat Benefiċjarju.

Wieħed fil-mija tal-allokazzjoni lil kull Stat Benefiċjarju għandha titwarrab għal fond għall-Promozzjoni ta’ Xogħol Diċenti u d-Djalogu Tripartitiku, li jiġi operat minn entità maħtura mir-Renju tan-Norveġja, u skont il-formola ta’ distribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 5.

Artikolu 4

Il-kontribut mir-Renju tan-Norveġja m’għandux jaqbeż il-85 fil-mija tal-ispejjeż tal-programm. F’każijiet speċjali tkun sa 100 fil-mija tal-ispejjeż tal-programm.

Ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna statali għandhom ikunu osservati.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tanalizza l-programmi kollha u kull bidla sostanzjali fi programm biex tara li jkunu kumpatibbli mal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea.

Ir-responsabbiltà tar-Renju tan-Norveġja għall-proġetti hi limitata għall-provvista ta’ fondi skont il-pjan miftiehem. M’hi ser tkun assunta l-ebda responsabbiltà lejn partijiet terzi.

Artikolu 5

Il-fondi għandhom isiru disponibbli għall-Istati Benefiċjarji li ġejjin: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja skont id-distribuzzjoni segwenti:

Stat Benefiċjarju

Fondi (miljuni ta’ EUR)

Il-Bulgarija

48,00

Ċipru

4,00

Ir-Repubblika Ċeka

70,40

L-Estonja

25,60

L-Ungerija

83,20

Il-Latvja

38,40

Il-Litwanja

45,60

Malta

1,60

Il-Polonja

311,20

Ir-Rumanija

115,20

Is-Slovenja

14,40

Is-Slovakkja

42,40

Artikolu 6

B’mod li fondi disponibbli li ma jkunux ġew kommessi jiġu ri-allokati lill-proġetti bi priorità għolja ta’ kwalunkwe Pajjiż Benefiċjarju, għandha ssir analiżi f’Novembru 2011 u għal darb’oħra f’Novembru 2013.

Artikolu 7

Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artiklu 1 għandha tkun koordinata mill-qrib mal-kontribuzzjoni mill-Istati tal-EFTA prevista fil-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE.

B’mod partikolari, ir-Renju tan-Norveġja għandu jiżgura li l-proċeduri ta’ applikazzjoni u l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni huma essenzjalment identiċi għaż-żewġ mekkaniżmi finanzjarji msemmija fil-paragrafu preċedenti.

Kull bidla relevanti fil-politiki ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea għandha tkun ikkunsidrata, kif jixraq.

Artikolu 8

Dan li ġej għandu japplika fl-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż:

1.

L-ogħla grad ta’ trasparenza, responsabbiltà u effiċċjenza ekonomika għandhom ikunu applikati fil-fażijiet kollha ta’ implimentazzjoni, kif ukoll l-għanijiet u l-prinċipji ta’ governanza tajba, żvilupp sostenibbli u ugwaljanza bejn is-sessi. L-għanijiet tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għandhom jiġu segwiti fil-qafas tal-koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Benefiċjarji u r-Renju tan-Norveġja.

2.

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċċjenti u mmirata, u biex jittieħed kont tal-prijoritajiet nazzjonali, ir-Renju tan-Norveġja għandu jikkonkludi ma’ kull Stat Benefiċjarju, Memorandum ta’ Qbil li għandu jelenka l-qafas ta’ programmar multi-annwali u l-istrutturi għall-amministrazzjoni u l-kontroll.

3.

Wara l-konklużzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil, l-Istati Benefiċjarji għandhom jissottomettu l-proposti tal-programm. Ir-Renju tan-Norveġja jivvaluta u japprova l-proposti u jikkonkludi ftehimiet ta’ għotjiet mal-Istati Benefiċjarji għal kull programm. Il-livell ta’ dettall fil-programm għandu jieħu kont tad-daqs tal-kontribuzzjoni. Fi ħdan il-programmi, il-proġetti jistgħu f’każijiet eċċezzjonali jkunu speċifikati, inklużi l-kundizzjonijiet għall-għażla, l-approvazzjoni u l-kontroll, skont id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 8.

L-implimentazzjoni tal-programmi maqbula għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Benefiċjarji. L-Istati Benefiċjarji għandhom jipprovdu sistema adatta ta’ immaniġġjar u kontroll sabiex jiżguraw sistema soda ta’ implimentazzjoni u immaniġġjar. L-Istat Benefiċjarju u r-Renju tan-Norveġja jistgħu jaqblu, f’ċirkostanzi speċifiċi, li l-programmi jiġu operati minn entità maħtura minnhom.

4.

Fejn ikun il-każ, is-sħubiji għandhom ikunu applikati fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni wiesgħa. Is-sħubiji jistgħu jinkludu, inter alia, livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll is-settur privat, is-soċjetà ċivili u s-sieħba soċjali fl-Istati Benefiċjarji u r-Renju tan-Norveġja.

5.

Is-sistema ta’ kontroll prevista għall-amministrazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għandha tiżgura r-rispett tal-prinċipju tal-amministrazzjoni finanzjarja tajba. Ir-Renju tan-Norveġja jista’ iwettaq il-kontrolli skont il-kundizzjonijiet interni. L-Istati Benefiċjarji għandhom jipprovdu l-għajnuna, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa għal dan il-għan. Ir-Renju tan-Norveġja jista’ jissospendi l-iffinanzjar u jobbliga l-irkuprar tal-fondi fil-każ ta’ irregolaritajiet.

6.

Kull proġett taħt il-qafas ta’ programmar multi-annwali fl-Istati Benefiċjarji jista’ jiġi implimentat f’koperazzjoni bejn l-entitajiet bażati fl-Istati Benefiċjarji u r-Renju tan-Norveġja, skont ir-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.

7.

L-ispejjeż tal-ġestjoni tar-Renju tan-Norveġja għandhom jiġu koperti mill-ammont ġenerali msemmi fl-Artikolu 2 u jkunu speċifikati fid-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 8.

8.

Ir-Renju tan-Norveġja, jew entità maħtura minnu, għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ġenerali tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż. Dispożizzjonijiet ulterjuri għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż ser jinħarġu mir-Renju tan-Norveġja wara konsultazzjoni mal-Istati Benefiċjarji. Ir-Renju tan-Norveġja għandu jara li jippubblika dawn id-dispożizzjonijiet qabel l-iffirmar tal-Memoranda ta’ Qbil.

Artikolu 9

Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet bi qbil mal-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta’ ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li tkun depożitata r-ratifika jew l-approvazzjoni tal-aħħar strument.

Sa meta jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li tkun ġiet depożitata l-aħħar ratifika għal dan il-għan.

Artikolu 10

Dan il-Ftehim, imfassal f’oriġinali wieħed bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż, u Norveġiż, bit-test f’kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, għandu jiġi depożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet għal dan il-Ftehim.

Съставено в Брюксел на двадесет и осми юли две хиляди и десета година.

Hecho en Bruselas, el veintiocho de julio de dos mil diez.

V Bruselu dne 28. července 2010.

Udfærdiget i Bruxelles, den 28. juli 2010.

Geschehen zu Brüssel am 28. Juli 2010.

Brüsselis kahe tuhande kümnenda aasta juulikuu kahekümne kaheksandal päeval

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις 28 Iουλίου 2010.

Done at Brussels on the twenty-eighth day of July in the year two thousand and ten.

Fait à Bruxelles, le vingt-huit juillet deux mil dix.

Fatto a Bruxelles, addì ventotto luglio duemiladieci.

Briselē, 2010. gada 28. jūlijā

Priimta Briuselyje 2010 m. liepos 28 d.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizedik év július havának huszonnyolcadik napján.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

Gedaan te Brussel, 28 juli 2010.

Sporządzono w Brukseli dnia 28 lipca 2010 r.

Feito em Bruxelas, em vinte e oito de Julho de dois mil e dez.

Întocmit la Bruxelles, 28 iulie 2010.

V Bruseli dvadsiateho ôsmeho júla dvetisícdesať.

V Bruslju, 28. julija 2010

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkahdeksantena päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattakymmenen.

Som skedde i Bryssel den den tjugoåttonde juli tjugohundratio.

Utferdiget i Brussel, den 28. juli 2010.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

For Konveriket Norge

Image


PROTOKOLL ADDIZZJONALI

għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda

L-UNJONI EWROPEA

u

L-ISLANDA

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda firmat fit-22 ta’ Lulju, 1972, u l-arranġamenti eżistenti għal kummerċ tal-ħut u prodotti tas-sajd bejn l-Islanda u l-Komunità,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjoni mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

IDDEĊIDEW LI JIFFINALIZZAW DAN IL-PROTOKOLL:

Artikolu 1

Il-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fuq importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Islanda huma elenkati f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

Il-kwoti annwali ta’ tariffa mingħajr dazju huma provduti fl-Anness għal dan il-Protokoll. Dawn il-kwoti ta’ tariffa għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2009 sat-30 ta’ April 2014. Il-livelli tal-kwoti għandhom jiġu riveduti sal-aħħar ta’ dak il-perjodu b’kunsiderazzjoni lejn l-interessi relevanti kollha.

Artikolu 2

Il-volumi ta’ kwoti ta’ tariffa mingħajr dazju għall-ewwel perjodu ta’ 12-il xahar mill-1 ta’ Mejju 2009 sat-30 ta’ April 2010 jiġu allokati għall-perjodu l-1 ta’ Mejju 2010 sat-30 ta’ April 2011.

Jekk il-volumi tal-kwoti ta’ tariffa għall-perjodu ta’ kwoti ta’ tariffa mill-1 ta’ Mejju 2010 sat-30 ta’ April 2011 ma jiġux eżawriti kompletament, il-volumi li jibqa’ jiġu mgħoddija fuq il-perjodu ta’ kwoti ta’ tariffa mill-1 ta’ Mejju 2011 sat-30 ta’ April 2012. Għal dan l-iskop dħul mill-kwoti ta’ tariffa applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2010 sat-30 ta’ April 2011 għandu jieqaf fit-tieni jum tax-xogħol fil-Kummissjoni wara l-1 ta’ Settembru 2011. Fil-jum tax-xogħol ta’ wara, il-bilanċ mhux użat ta’ dawn il-kwoti ta’ tariffa għandu isir disponibbli taħt il-kwota ta’ tariffa korrispondenti applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2011 sat-30 ta’ April 2012. Minn dik id-data ‘l hemm ebda dħul retroattiv u ebda ħlasijiet lura m’għandhom ikunu possibbli fuq il-kwoti ta’ tariffa partikolari applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2010 sat-30 ta’ April 2011.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri tagħhom. L-istrumenti ta’ ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li tkun depożitata r-ratifika jew l-approvazzjoni tal-aħħar strument.

Sa meta jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li tkun ġiet depożitata l-aħħar ratifika għal dan il-għan.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll, imfassal f’oriġinali wieħed bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż, u Islandiż, bit-test f’kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, għandu jiġi depożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet għal dan il-Ftehim.

Съставено в Брюксел на двадесет и осми юли две хиляди и десета година.

Hecho en Bruselas, el veintiocho de julio de dos mil diez.

V Bruselu dne 28. července 2010.

Udfærdiget i Bruxelles, den 28. juli 2010.

Geschehen zu Brüssel am 28. Juli 2010.

Brüsselis, kahe tuhande kümnenda aasta juulikuu kahekümne kaheksandal päeval

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις 28 Iουλίου 2010.

Done at Brussels, on the twenty-eighth day of July in the year two thousand and ten.

Fait à Bruxelles, le vingt-huit juillet deux mil dix.

Fatto a Bruxelles, addì ventotto luglio duemiladieci.

Briselē, 2010. gada 28. jūlijā

Priimta Briuselyje, 2010 m. liepos 28 d.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizedik év július havának huszonnyolcadik napján.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

Gedaan te Brussel, 28 juli 2010.

Sporządzono w Brukseli dnia 28 lipca 2010 r.

Feito em Bruxelas, em vinte e oito de Julho de dois mil e dez.

Întocmit la Bruxelles, 28 iulie 2010.

V Bruseli dvadsiateho ôsmeho júla dvetisícdesať.

V Bruslju, 28. julija 2010.

Tehty Brysselissä, kahdentenakymmenentenäkahdeksantena päivänä, heinäkuuta vuonna kaksituhattakymmenen.

Som skedde i Bryssel den tjugoåttonde juli tjugohundratio.

Gert i Brussel, 28. juli 2010.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sajungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Fyrir Ísland

Image

ANNESS

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TAL-PROTOKOLL

L-Unjoni għandha tiftaħ din il-kwota annwali ta’ tariffa bla dazju għall-prodotti li joriġinaw mill-Islanda, b’żieda mal-kwoti ta’ tariffa eżistenti:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Volum tal-kwota tat-tariffa annwali (1.5-30.4) f’piż nett, sakemm mhux speċifikat b’mod ieħor

0303 51 00

Aringi mill-ispeċi tal-Clupea harengus u Clupea pallasii, iffriżati, esklużi l-fwied u l-bajd tal-ħut, (1)

950 tunnellata

0306 19 30

Awwisti Norveġiżi ffriżati (Nephrops norvegicus)

520 tunnellata

0304 19 35

Flettijiet ta’ skorfon (Sebastes spp.), friski jew imkessħin

750 tunnellata


(1)  Il-benefiċċju tal-kwoti tat-tariffa ma għandux jingħata għal oġġetti dikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju.


PROTOKOLL ADDIZZJONALI

għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

L-UNJONI EWROPEA

u

R-RENJU TAN-NORVEĠJA

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ffirmat fl-14 ta’ Mejju 1973, u l-arranġamenti eżistenti għall-kummerċ tal-ħut u l-prodotti tas-sajd bejn l-Islanda u l-Unjoni Ewropea,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjoni mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

IDDEĊIDEW LI JIFFINALIZZAW DAN IL-PROTOKOLL:

Artikolu 1

Il-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fuq importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw min-Norveġja huma elenkati f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

Il-kwoti annwali ta’ tariffa mingħajr dazju huma provduti fl-Anness għal dan il-Protokoll. Dawn il-kwoti ta’ tariffa għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2009 sat-30 ta’ April 2014. Il-livelli tal-kwoti għandhom jiġu riveduti sal-aħħar ta’ dak il-perjodu b’kunsiderazzjoni lejn l-interessi relevanti kollha.

Artikolu 2

Il-livelli ta’ kwota tat-tariffa li suppost infetħu għan-Norveġja mill-1 ta’ Mejju 2009 sal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandhom jinqasmu f’partijiet ugwali u allokati fuq bażi annwali għall-parti li jifdal għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 3

In-Norveġja għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura l-kontinwazzjoni tar-regolament stabbilit b’Digriet Irjali tal-21 ta’ April 2006 li jippermetti t-tranżitu ħieles tal-ħut u l-prodotti tas-sajd li jaslu fin-Norveġja minn bastiment li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-regolament għandu japplika għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 ladarba jiġu implimentati l-kwoti annwali tat-tariffa.

Artikolu 4

Ir-regoli tal-oriġini applikabbli għall-kwoti ta’ tariffa elenkati fl-Anness għal dan il-Protokoll għandhom ikunu stabbiliti fil-Protokoll 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ffirmat fl-14 ta’ Mejju 1973.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. L-istrumenti ta’ ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li tkun depożitata r-ratifika jew l-approvazzjoni tal-aħħar strument.

Sa meta jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li tkun ġiet depożitata l-aħħar ratifika għal dan il-għan.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll, imfassal f’oriġinali wieħed bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż, u Norveġiż, bit-test f’kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, għandu jiġi depożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċertifikata lil kull wieħed mill-Partijiet.

Съставено в Брюксел на двадесет и осми юли две хиляди и десета година.

Hecho en Bruselas, el veintiocho de julio de dos mil diez.

V Bruselu dne 28. července 2010.

Udfærdiget i Bruxelles, den 28. juli 2010.

Geschehen zu Brüssel am 28. Juli 2010.

Brüsselis kahe tuhande kümnenda aasta juulikuu kahekümne kaheksandal päeval

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις 28 Iουλίου 2010.

Done at Brussels, on the twenty-eighth day of July in the year two thousand and ten.

Fait à Bruxelles, le vingt-huit juillet deux mil dix.

Fatto a Bruxelles, addì ventotto luglio duemiladieci.

Briselē, 2010. gada 28. jūlijā

Priimta Briuselyje, 2010 m. liepos 28 d.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizedik év július havának huszonnyolcadik napján.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

Gedaan te Brussel, 28 juli 2010.

Sporządzono w Brukseli dnia 28 lipca 2010 r.

Feito em Bruxelas, em vinte e oito de Julho de dois mil e dez.

Întocmit la Bruxelles, 28 iulie 2010.

V Bruseli dvadsiateho ôsmeho júla dvetisícdesať

V Bruslju, 28. julija 2010

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkahdeksantena päivänä, heinäkuuta vuonna kaksituhattakymmenen.

Som skedde i Bryssel den tjugoåttonde juli tjugohundratio

Utferdiget i Brussel, 28. juli 2010

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sajungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

For Kongeriket Norge

Image

ANNESS

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TAL-PROTOKOLL

B’żieda mal-kwoti ta’ tariffa mingħajr dazju eżistenti, l-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ il-kwoti ta’ tariffa mingħajr dazju annwali segwenti għall-prodotti li joriġinaw min-Norveġja:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Volum tal-kwota tat-tariffa annwali (1.5-30.4) f’piż nett sakemm mhux speċifikat b’mod ieħor

0303 29 00

Salmonidae iffriżat ieħor

2 000 tunnellata

0303 51 00

Aringi mill-ispeċi tal-Clupea harengus u Clupea pallasii, iffriżati, esklużi l-fwied u l-bajd tal-ħut, (1)

45 800 tunnellata

0303 74 30

Kavalli tal-ispeċi ta’ Scomber scombrus u Scomber japonicus, friżati, sħaħ, esklużi l-fwied u l-bajd tal-ħut (2)

39 800 tunnellata

0303 79 98

Ħut ieħor, friżat, ħlief fwied u bajd tal-ħut

2 200 tunnellata

ex 0304 29 75

0304 99 23

Flettijiet iffriżati ta’ aringi mill-ispeċi tal-Clupea harengus u Clupea pallasii

Fetet iffriżati ta’ aringi mill-ispeċi tal-Clupea harengus u Clupea pallasii (friefet) (3)

67 600 tunnellata

ex 1605 20 10

ex 1605 20 91

ex 1605 20 99

Gambli u gambli kbar, imqaxxrin u ffriżati, preparati jew priżervati

7 000 tunnellata

ex 1604 12 91

ex 1604 12 99

Aringi, mwħawra u/jew ippreservati fil-ħall, fis-salmura (4)

3 000 tunnellata piż net xott


(1)  Il-benefiċċju tal-kwoti tat-tariffa ma għandux jingħata għal oġġetti dikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju.

(2)  Il-benefiċċju tal-kwoti tat-tariffa ma għandux jingħata għal oġġetti dikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju.

(3)  Il-benefiċċju tal-kwoti tat-tariffa ma’ għandux jingħata għal oġġetti tan-NM kodiċi 0304 99 23 dikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Ġunju.

(4)  Din il-kwota ta’ tariffa għandha tiżdied għal 4 000 tunnellata piż nett xott, fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Mejju 2010 u t-30 ta’ April 2011, għal 5 000 tunnellata piż nett xott, fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Mejju 2011 u t-30 ta’ April 2012 u 6 000 tunnellata piż nett xott, fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Mejju u t-30 ta’ April għal kull perjodu ta’ 12-il xahar sussegwenti.


REGOLAMENTI

9.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1003/2010

tat-8 ta’ Novembru 2010

dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni għall-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni fuq wara fuq vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-iskopijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulat fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva tal-Qafas) (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka id-Direttiva tal-Kunsill 70/222/KEE tal-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-ispazju għall-immuntatura u t-twaħħil ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni tan-naħa ta' wara ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (3). Ir-rekwiżiti stipulati f'dik id-Direttiva għandhom jiġu inklużi f'dan ir-Regolament u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu emendati biex ikunu aġġornati għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar tal-pjanċi ta' reġistrazzjoni fuq in-naħa ta' wara. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għal din l-approvazzjoni tat-tip.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tip ta' vettura fir-rigward tal-ispazju għall-immuntatura u t-twaħħil tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni fuq in-naħa ta' wara” tfisser vetturi li ma jvarjawx fl-aspetti essenzjali bħal:

id-dimensjonijiet tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni fuq wara;

il-post tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni fuq wara;

il-forma tal-wiċċ għall-immuntar u l-iffissar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni fuq wara;

(2)

“wiċċ kważi ċatt” tfisser wiċċ ta' materjal solidu, li jista' jkollu wkoll id-disinn ta' malji jew gradilja, b'raġġ ta' kurvatura ta' mill-inqas 5 000 mm.

(3)

“wiċċ bid-disinn tal-malji' ” tfisser wiċċ li jkollu forom imxerrda b'mod indaqs bħal forom tondi, ovali, djamanti, toqob rettangolari jew kwadri u dawn ikunu mifruxa b'mod indaqs f'intervalli li ma jaqbżux il-15-il mm.

(4)

“wiċċ ta' grada” tfisser wiċċ li jkun jikkonsisti f'vireg paralleli li huma mifruxa b'mod indaqs u li jkollhom distanza reċiproka ta' mhux aktar minn 15-il mm.

(5)

“wiċċ nominali” tfisser wiċċ teoretiku ġeometrikament perfett mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-irregolaritajiet tal-wiċċ bħal isporġenzi jew għafsiet.

(6)

“pjan medjan lonġitudinali tal-vettura” tfisser il-pjan ta' simmetrija tal-vettura jew, jekk il-vettura ma tkunx simmetrika, il-pjan lonġitudinali vertikali li jgħaddi min-nofs il-fusijiet tal-vettura.

(7)

“inklinazzjoni” tfisser il-grad tad-devjazzjoni angolari b'relazzjoni mal-pjan vertikali;

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura bil-mutur jew trejler fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni fuq wara

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq quddiem l-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni fuq wara fuq vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom.

2.   L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I.

3.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness II f'dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta' numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.

4.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 3

Validità u estensjoni tal-approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 70/222/KEE

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u l-użu ta' vetturi bl-approvazzjoni tat-tip qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, u għandhom ikomplu jestendu l-approvazzjonijiet ta' dawk il-vetturi skont it-termini tad-Direttiva 70/222/KEE.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 76, 6.4.1970, p. 25.


ANNESS I

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi tar-reġistrazzjoni fuq wara

PARTI 1

Dokument ta' informazzjoni

MUDELL

Dokument ta' informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip KE ta' vettura bil-mutur jew trejler fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi tar-reġistrazzjoni fuq wara.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi oħra msemmija f'dan id-dokument ta' informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0   ĠENERALI

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura (b): …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Kategorija ta’ vettura (c): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) ta' l-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

1.   IL-KARATTERISTIĊI TAL-BINI ĠENERALI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: …

2.   PIŻIJIET U DIMENSJONIJIET (f)  (g)

2.4.   Firxa ta' dimensjonijiet tal-vettura (ġenerali)

2.4.2.   Għal chassis bil-karozzerija

2.4.2.3.   Għoli (f'kundizzjoni ta' sewqan) (1) (għal sospensjonijiet aġġustabbli għall-għoli, uri l-pożizzjoni normali f'kundizzjoni ta' sewqan): …

2.6.   Massa f'kundizzjoni ta' sewqan

Massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta' vettura ta' l-irmonk ta' kategorija għajr għal M1, b'tagħmir ta' gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f'kundizzjoni ta' sewqan, jew massa tax-chassis jew chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta' gganċjar jekk il-manifattur ma jqiegħedx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta' gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura) (h) (massimu u minimu għal kull varjant): …

9.   KAROZZERIJA

9.14.   Spazju għall-immuntar tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta' wara (agħti l-firxa fejn hu l-każ, jistgħu jintużaw disinji fejn applikabbli): …

9.14.1.   Għoli 'l fuq mill-wiċċ tat-triq, ix-xifer ta' fuq: …

9.14.2.   Għoli 'l fuq mill-wiċċ tat-triq, ix-xifer t'isfel: …

9.14.3.   Distanza tal-linja taċ-ċentru mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura: …

9.14.4.   Distanza mix-xifer tax-xellug tal-vettura: …

9.14.5.   Dimensjonijiet (tul × wisa'): …

9.14.6.   Inklinazzjoni tal-pjan mal-vertikali: …

9.14.7.   Angolu ta' viżibilità fil-pjan orizzontali: …

Noti ta' spjegazzjoni

PARTI 2

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

Format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar

Approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

estensjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip KE (1)

ċaħda ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE (1)

tat-tip ta' vettura bil-mutur jew trejler fir-rigward tal-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni fuq wara

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1003/2010 [dan ir-Regolament], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/… (1)

Numru ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mod tal-identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat, fuq il-vettura (2): …

0.3.1.   Fejn tinsab din il-marka: …

0.4.   Kategorija tal-vettura (3): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

TAQSIMA II

1.   Aktar informazzjoni: ara l-Addendum.

2.   Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

3.   Data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Annessi

:

Pakkett ta' informazzjoni

Rapport tat-test


(b)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri li mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(c)  Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE, il-Parti A tal-Anness II.

(f)  Fejn hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta’ piżijiet u dimensjonijiet għandhom ikunu ddikjarati.

(g)  Standard ISO 612: 1978 - Vetturi tat-triq - Dimensjonijiet tal-vetturi motorizzati u vetturi rmunkati - kundizzjonijiet u definizzjonijiet.

(1)  

(g8)

Terminu Nru 6.3.

(h)  Il-massa tas-sewwieq u, jekk applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ hija valutata 75 kg (sottodiviża fi 68 kg massa tal-okkupanti u 7 kg massa tal-bagalji skond l-Istandard ISO 2416 - 1992), it-tank tal-karburant ikun mimli sa 90 % u s-sistemi l-oħra li jkun fihom likwidu (ħlief dawk għal ilma użat) ikunu mimlija sa 100 % tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.

(1)  Neħħi fejn mhux applikabbli.

(2)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu l-vettura, il-komponent jew l-unità teknika separata koperta minn dan id-dokument ta' informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(3)  Kif definit fid-Direttiva 2007/46/KE, Anness II, Sezzjoni A.

Addendum

maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

1.

Aktar informazzjoni:

1.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: …

1.2.

Deskrizzjoni tal-ispazju fuq wara għall-pjanċa ta' reġistrazzjoni: …

2.

L-ispazju għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni huwa addattat għall-iffissar tad-daqs tal- pjanċa ta' reġistrazzjoni sa (mm): 520 × 120/340 × 240 (1)

3.

Il-post fuq wara għall-pjanċa ta' reġistrazzjoni: xellug taċ-ċentru/ċentru (1)

4.

L-ispazju tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni mgħotti meta jkun mgħammar xi mezz ta' gganċjar mekkaniku: iva/le (1)

5.

Rimarki: …


(1)  Neħħi fejn mhux applikabbli.


ANNESS II

Rekwiżiti għall-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta' pjanċa tar-reġistrazzjoni fuq wara

1.   REKWIŻITI

1.1.   Forma u qisien tal-ispazju għall-immuntar ta' pjanċa tar-reġistrazzjoni fuq wara.

1.1.1.

L-ispazju għall-muntaġġ għandu jinkludi wiċċ lixx jew li jidher rettangulari lixx bil-qisien minimi li ġejjin:

jew

wisa’

:

520 mm

għoli

:

120 mm

jew

wisa’

:

340 mm

għoli

:

240 mm

1.1.2.

Il-wiċċ li jrid jiġi kopert mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni jista' jkollu xi toqob jew spazji.

1.1.2.1.

Fil-każ ta' vetturi tal-kategorija M1 il-wisa' tat-toqba jew spazju m'għandhiex teċċedi l-40 mm mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni t-tul tagħha.

1.1.3.

Il-wiċċ li jrid jiġi kopert mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni jista' jkollu ponot ħerġin, sakemm dawn ma jisporġux iktar minn 5,0 mm f'relazzjoni mal-wiċċ nominali. M'għandux jittieħed kont ta' irqajja ta' materjali rotob ħafna, bħal fowm jew feltru maħsuba għat-tneħħija tal-vibrazzjoni tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

1.2.   L-immuntar u l-iffissar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara.

1.2.1.

L-ispazju għall-muntaġġ għandu jkun tali li l-pjanċa tar-reġistrazzjoni, wara t-twaħħil skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

1.2.1.1.

Il-pożizzjoni tal-pjanċa f'relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura:

1.2.1.1.1.

Il-punt ċentrali tal-pjanċa m'għandux ikun qiegħed fuq il-lemin tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

1.2.1.2.

Il-pożizzjoni tal-pjanċa f'relazzjoni mal-pjan lonġitudinali vertikali tal-vettura:

1.2.1.2.1.

Il-pjanċa għandha tkun perpendikulari għall-pjan lonġitudinali tal-vettura.

1.2.1.2.2.

It-tarf tax-xellug tal-pjanċa ma jistax ikun qiegħed fuq ix-xellug tal-pjan vertikali li hu parallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u jmiss it-tarf estrem tal-vettura.

1.2.1.3.

Il-pożizzjoni tal-pjanċa f'relazzjoni mal-pjan trasversali vertikali:

1.2.1.3.1.

Il-pjanċa tista' tkun inklinata lejn il-vertikali:

1.2.1.3.1.1.

Mhux inqas minn – 5° u mhux aktar minn 30°, sakemm l-għoli tat-tarf ta' fuq tal-pjanċa ma jkunx aktar minn 1,20 m mill-wiċċ tal-art;

1.2.1.3.1.2.

Mhux inqas minn – 15° u mhux aktar minn 5°, sakemm l-għoli tat-tarf ta' fuq tal-pjanċa ma jkunx aktar minn 1,20 m mill-wiċċ tal-art.

1.2.1.4.

L-għoli tal-pjanċa mill-wiċċ tal-art:

1.2.1.4.1.

L-għoli tat-tarf t'isfel tal-pjanċa mill-wiċċ tal-art m'għandux ikun anqas minn 0,30 m.

1.2.1.4.2.

L-għoli tat-tarf ta' fuq tal-pjanċa mill-wiċċ tal-art m'għandux jaqbeż il-1,20 m. Madankollu, meta ma jkunx prattiku li wieħed ikun konformi mad-dispożizzjoni tal-għoli minħabba l-kostruzzjoni tal-vettura, l-għoli massimu jista' jeċċedi l-1,20 m, sakemm ikun qrib ta' dak il-limitu u kemm il-karatteristiċi strutturali tal-vettura jkunu jippermettu, u m'għandu b'mod ebda każ jaqbeż it-2,00 m.

1.2.1.5.

Viżibilità ġeometrika:

1.2.1.5.1.

Jekk l-għoli tat-tarf ta' fuq tal-pjanċa ma jaqbiżx il-1,20 m mill-wiċċ tal-art, il-pjanċa għandha tkun tidher fl-ispazju kollu inkluż fl-erba' pjani li ġejjin:

iż-żewġ pjani vertikali li jmissu maż-żewġt itruf laterali tal-pjanċa u li jiffurmaw angolu mkejjel 'il barra minn 30° f'relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura,

il-pjan li jmiss it-tarf ta' fuq tal-pjanċa u li jifforma angolu mkejjel 'il fuq minn 15 ma' dak orizontali,

il-pjan orizzontali minn ġot-tarf t'isfel tal-pjanċa.

1.2.1.5.2.

Jekk l-għoli tat-tarf ta' fuq tal-pjanċa mill-wiċċ l-art jeċċedi l-1,20 m, il-pjanċa għandha tkun tidher fl-ispazju kollu inkluż fl-erba' pjani li ġejjin:

iż-żewġ pjani vertikali li jmissu maż-żewġt itruf laterali tal-pjanċa u li jiffurmaw angolu mkejjel minn barra ta' 30° f'relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura,

il-pjan li jmiss it-tarf ta' fuq tal-pjanċa u li jifforma angolu mkejjel 'il fuq minn 15 ma' dak orizontali,

il-pjan li jmiss it-tarf ta' taħt tal-pjanċa u li jifforma angolu mkejjel 'lisfel minn 15° ma' dak orizzontali.

1.2.1.6.

L-ispazju bejn it-truf tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni muntata u mwaħħla u l-wiċċ attwali tal-ispazju tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma għandux jaqbeż il-5,0 mm tul il-kontorn sħiħ tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

1.2.1.6.1.

L-ispazju massimu preskritt jista' lokalment jinqabeż fil-każ li jkun imkejjel f'toqba jew spazju f'wiċċ li jkun fih disinji ta' malji jew bejn l-vireg paralleli ta' wiċċ forma ta' grada.

1.2.2.

Għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-pożizzjoni attwali u l-forma tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni mmuntata u mwaħħla kif stabbilita skont il-paragrafu 1.2, b'mod partikolari r-raġġ tal-kurvatura tagħha, u dan għall-finijiet tal-ħtiġijiet tat-tagħmir tad-dawl tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara.

1.2.3.

Jekk l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ma jiġix mgħotti fi ħdan il-pjani tal-viżibilità ġeometrika, minħabba l-installazzjoni ta' kwalunkwe apparat ta' gganċjar mekkaniku, dan għandu jiġi nnotat fir-rapport tat-test u indikat fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE.

2.   PROĊEDURA TAT-TEST

2.1.   Determinazzjoni tal-inklinazzjoni vertikali u l-għoli tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni mill-wiċċ tal-art.

2.1.1.

Il-vettura titqiegħed fuq art lixxa bil-massa tal-vettura aġġustata għall-massa kif iddikjarata mill-manifattur f'kundizzjoni ta' sewqan, iżda mingħajr is-sewwieq, qabel ma jsir il-kejl.

2.1.2.

Jekk il-vettura hija mgħammra b'sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew tagħmir għall-invellar awtomatiku skont it-tagħbija, din għandha tiġi ttestjata bis-sospensjoni jew b'mezz fil-kundizzjoni normali tat-tħaddim, kif speċifikat mill-manifattur.

2.1.3.

Jekk il-pjanċa tar-reġistrazzjoni qed tħares 'l isfel, ir-riżultat tal-kejl li jikkonċerna l-inklinazzjoni għandu jkun espress fin-negattiv.

2.2.   Għandhom isiru projezzjoni tal-kejl, magħmula b'mod perpendikolari u direttament lejn il-wiċċ nominali li jkun se jiġi kopert mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

2.3.   Il-kejl tal-ispazju bejn it-tarf tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni mmuntata u mwaħħla u l-wiċċ attwali għandu jkun magħmul b'mod perpendikolari u direttament lejn il-wiċċ attwali li jkun se jiġi kopert mill-pjanċa tar-reġistrazzjoni.

2.4.   Il-pjanċa tar-reġistrazzjoni użata għall-iċċekkjar tal-konformità għandha tkun f'xi wieħed mill-qisien speċifikati fil-paragrafu 1.1.1.


9.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1004/2010

tat-8 ta’ Novembru 2010

dwar it-tnaqqis ta’ ċerti kwoti tas-sajd għall-2010 minħabba sajd żejjed tal-ħut fis-sena ta’ qabel

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 105(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għall-2009 kienu stabbiliti:

mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2009 (2),

mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1139/2008 tal-10 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi, għall-2009, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut (3),

mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (4), u

mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.

(2)

Il-kwoti tas-sajd għall-2010 kienu stabbiliti:

mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008,

mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010 (5),

mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1287/2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet relatati magħhom, għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fil-Baħar l-Iswed għall-2010 (6), u

mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010, tal-14 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1359/2008, (KE) Nru 754/2009, (KE) Nru 1226/2009 u (KE) Nru 1287/2009 (7).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd tal-futur ta’ dak l-Istat Membru.

(4)

Ċerti Stati Membri qabżu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom għall-2009. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqsulhom il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilhom għall-2010.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 649/2009 (8) naqqas il-kwoti tas-sajd tal-2009 minħabba sajd żejjed mill-kwoti fl-2008. Madankollu, għal ċerti Stati Membri t-tnaqqis li kellu jsir kien ikbar mill-kwoti rispettivi tagħhom għall-2009 u għalhekk ma setax iseħħ kollu matul dik is-sena. Sabiex ikun żgurat li f’każijiet bħal dawn jitnaqqas l-ammont kollu, għandhom jitqiesu l-kwantitajiet li jkun għad fadal meta jiġi stabbilit it-tnaqqis mill-kwoti tal-2010.

(6)

It-tnaqqis li dwaru hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għat-tnaqqis applikabbli għall-kwoti tal-2010 skont:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (9) u

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 635/2008 tat-3 ta’ Lulju 2008 li jadatta l-kwoti tas-sajd għall-merluzz li għandhom ikunu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25-32, Ilmijiet tal-KE) mill-2008 sal-2011 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/2008 (10).

(7)

L-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jgħid li l-kwoti tas-sajd għandhom jitnaqqsu billi jiġu applikati ċerti fatturi ta’ multiplikazzjoni mogħtija f’dak il-paragrafu.

(8)

Madankollu, minħabba li t-tnaqqis li għandu jsir japplika għal sajd żejjed li seħħ fl-2009 u b'hekk fi żmien meta kien għadu ma bediex japplika r-Regolament (KE) Nru 1224/2009, it-tħassib dwar il-prevedibbiltà legali jitlob li jsir tnaqqis li ma jkunx iktar strett minn dak li kien jirriżulta li kieku wieħed japplika r-regoli li kienu fis-seħħ dak iż-żmien, jiġifieri r-regoli mogħtija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (11),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tas-sajd stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 1226/2009, (KE) Nru 1287/2009, (KE) Nru 1359/2008, u (UE) Nru 53/2010 qed jitnaqqsu kif muri fl-Anness.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr ħsara għat-tnaqqis ipprovdut fir-Regolamenti (KE) Nru 147/2007 u (KE) Nru 635/2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 345, 23.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 308, 19.11.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 347, 24.12.2009, p. 1.

(7)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.

(8)  ĠU L 192, 24.7.2009, p. 14.

(9)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 10.

(10)  ĠU L 176, 4.7.2008, p. 8.

(11)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 1.


ANNESS

Stat Membru

Kodiċi tal- ispeċi

Isem iż-żona fl-2009

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona fl-2009

Penali skont l-Artikolu 5(2) tar- Regolament (KE) Nru 847/96

Kwota finali tal-2009

Marġni

Kwantità totali adattata għall-2009

Qabdiet tal- SC fl-2009

Qabdiet fl-2009

Qabdiet totali fl-2009

%

Tnaqqis

Kwantità tal- bidu tal-2010

Tnaqqis li għad irid isir mill- 2009 (ir- Regolament (KE) Nru 649/2009)

Kwantità riveduta għall- 2010

Bilanċ li baqa'

BGR

TUR

F3742C

Barbun imperjali

Il-Baħar l-Iswed

Iva

50,00

0,0

50,00

0,0

52,26

52,26

104,5  %

–2,26

48,00

 

46

 

DEU

PLE

3BCD-C

Barbun tat-tbajja'

Ilmijiet tal-KE tas-subdiviżjonijiet 22-32

Iva

305,00

0,0

305,00

0,0

314,70

314,70

103,2  %

–9,70

242,00

 

232

 

DNK

DGS

03A-C.

Mazzola griża

Ilmijiet tal-KE taż-żona IIIa

Iva

36,00

0,0

36,00

0,0

51,10

51,10

141,9  %

–15,10

3,00

 

 

12

ESP

BLI

67-

Linarda

Iż-żoni VI u VII (Ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi)

Iva

68,00

0,0

68,00

0,0

187,60

187,60

275,9  %

– 159,96

57,00

 

 

103

EST

COD

3BC+24

Merluzz

Ilmijiet tal-KE tas-subdiviżjonijiet 22-24

Iva

190,00

0,0

190,00

0,0

192,50

192,50

101,3  %

–2,50

171,00

 

169

 

EST

HER

03D.RG

Aringa

Is-subdiviżjoni 28.1

Iva

16 113,00

0,0

16 113,00

0,0

17 279,00

17 279,00

107,2  %

–1 166,00

16 809,00

 

15 643

 

EST

RED

N3M.

Redfish

Iż-żona 3M tan-NAFO

Iva

1 540,00

0,0

1 540,00

0,0

2 182,10

2 182,10

141,7  %

– 729,54

1 571,00

 

841

 

EST

SPR

03A.

Laċċa kaħla

Iż-żona IIIa

Iva

0,00

0,0

0,00

0,0

0,00

0,00

0,0  %

0,00

0,00

– 150,00

 

150

FRA

BLI

245-

Linarda

Ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is- sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi taż-żoni II, IV u V

Le

51,00

0,0

51,00

0,0

59,50

59,50

116,7  %

–8,50

25,00

 

17

 

GRC

BFT*

AE045W

Tonn

L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u l- Mediterran

Le

362,40

0,0

362,40

0,0

373,10

373,10

103,0  %

–10,70

130,30

 

120

 

IRL

HER

1/2.

Aringa

Ilmijiet tal-KE u ibħra internazzjonali taż-żoni I u II

Iva

9 965,00

8 539,0

18 504,00

9 560,1

9 333,70

18 893,80

102,1  %

– 389,80

8 563,00

 

8 173

 

IRL

HER

*2AJMN

Aringa

Ilmijiet Norveġiżi fit-Tramuntana ta' 62° N u ż-żona tas- sajd madwar Jan Mayen

Iva

8 539,00

0,0

8 539,00

0,0

9 560,10

9 560,10

112,0  %

–1 037,82

7 707,00

 

6 669

 

IRL

HAD

7X7A34

Haddock

Iż-żoni VIIb-k, VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-UE tal-CECAF 34.1.1VIIb-k, VIII, IX and X; EU waters of CECAF 34.1.1

Iva

2 965,00

0,0

2 965,00

0,0

2 984,00

2 984,00

100,6  %

–19,00

2 573,00

 

2 554

 

NLD

PLE

03AN.

Barbun tat-tbajja'

Skagerrak

lva

303,00

0,0

303,00

0,0

305,60

305,60

100,9  %

–2,60

910,00

 

907

 

NLD

OTH

4AB-N

Speċijiet oħra

Ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV

Iva

64,00

0,0

64,00

0,0

68,90

68,90

107,7  %

–4,90

200,00

 

195

 

NLD

BSF

56712-

Ċinturin iswed

Ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is- sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi taż-żoni V, VI, VII u XII

Le

0,00

0,0

0,00

0,0

0,00

0,00

0,0  %

0,00

0,00

–5,00

 

5

NLD

SBR

678-

Bażuga kaħlija

Ilmijiet tal-KE u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il 5 - ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi taż-żoni VI, VII u VIII

Le

15,00

0,0

15,00

0,0

6,60

6,60

44,0  %

0,00

0,00

–6,00

 

6

POL

COD

1/2B.

Merluzz

Ibħra internazzjonali taż-żoni I u Iib

Iva

1 188,00

0,0

1 188,00

0,0

1 189,60

1 189,60

100,1  %

–1,60

1 838,00

 

1 836

 

POL

HER

3BC+24

Aringa

Is-subdiviżjonijiet 22-24

Iva

4 666,00

0,0

4 666,00

0,0

5 479,70

5 479,70

117,4  %

– 848,41

2 953,00

 

2 105

 

POL

COD

1N2AB.

Merluzz

Ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

Iva

0,00

0,0

0,00

0,0

0,00

0,00

0,0  %

0,00

0,00

–2,00

 

2

POL

GHL

514GRN

Ħalibatt tal-Groenlandja

Ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV

Iva

1 002,00

0,0

1 002,00

0,0

974,10

974,10

97,2  %

0,00

0,00

–2,00

 

2

POL

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

Ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

Iva

8,00

0,0

8,00

0,0

0,00

0,00

0,0  %

0,00

0,00

–1,00

 

1

POL

RED

514GRN

Ħalibatt tal-Groenlandja

Ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV

Iva

602,00

0,0

602,00

0,0

177,80

177,80

29,5  %

0,00

0,00

–1,00

 

1

POL

HAD

2AC4.

Haddock

Iż-żona IV; ilmijiet tal-KE taż-żona IIa

Iva

80,00

0,0

80,00

0,0

0,20

0,20

0,3  %

0,00

0,00

–16,00

 

16

POL

WHB

1X14

Stokkafixx

Ilmijiet tal-KE u ibħra internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V,VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

Iva

0,00

0,0

0,00

0,0

0,00

0,00

0,0  %

0,00

0,00

–8,00

 

8

POL

MAC

2A34.

Kavalli

Iż-żoni IIIa u IV; ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u IIId

Iva

0,00

0,0

0,00

0,0

0,00

0,00

0,0  %

0,00

0,00

–5,00

 

5

PRT

GFB

89-

Lipp tal-qawwi

Ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is- sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi taż-żoni VIII u IX

Le

9,00

0,0

9,00

0,0

9,90

9,90

110,0  %

–0,90

10,00

 

9

 

PRT

RED

51214.

Redfish

Ilmijiet tal-KE u ibħra internazzjonali taż-żona V; ibħra internazzjonali taż-żoni XII u XIV

Iva

1 628,00

0,0

1 628,00

0,0

1 708,40

1 708,40

104,9  %

–80,40

896,00

 

816

 

PRT

ANF

8C3411

Petriċi

Iż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-KE tal-CECAF 34.1.1

Iva

328,00

0,0

328,00

0,0

338,60

338,60

103,2  %

–10,60

248,00

 

237

 

PRT

HAD

1N2AB.

Haddock

Ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

Iva

395,00

0,0

395,00

0,0

357,30

357,30

90,5  %

0,00

0,00

– 458,00

 

458

PRT

POK

1N2AB.

Pollakkju (= Saithe)

Ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

Iva

203,00

0,0

203,00

0,0

128,20

128,20

63,2  %

0,00

0,00

– 294,00

 

294

PRT

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

Ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

Iva

0,00

0,0

0,00

0,0

10,00

10,00

0,0  %

–10,00

0,00

–1,00

 

11

UK

BET

ATLANT

Tonn għajnu kbira

L-Oċean Atlantiku

 

26,30

0,0

26,30

0,0

26,30

26,30

100,0  %

0,00

0,00

–10,00

 

10


9.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1005/2010

tat-8 ta’ Novembru 2010

dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' apparat għall-irmunkar tal-vetturi motorizzati u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-iskopijiet tal-proċedura Komunitarja tal-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 77/389/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-mezzi ta' rmunkar ta' vetturi bil-mutur (3). Ir-rekwiżiti stipulati f'dik id-Direttiva għandhom jiġu inklużi f'dan ir-Regolament u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu emendati biex ikunu aġġornati għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku.

(3)

L-ambitu ta' dan ir-Regolament huwa konformi ma' dak tad-Direttiva 77/389/KEE u għalhekk hu limitat għall-vetturi tal-kategoriji M u N.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati fir-rigward ta' apparat tal-irmunkar. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri, testijiet u rekwiżiti speċifiċi għal din l-approvazzjoni tat-tip.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi motorizzati tal-kategoriji M u N, kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KEE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tip ta' vettura fir-rigward tal-apparat tal-irmunkar” tfisser vetturi li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħall-karatteristiċi tal-apparat tal-irmunkar.

(2)

“apparat tal-irmunkar” tfisser apparat fl-għamla ta' ganċ, ħolqa jew forma oħra, li miegħu tista' titwaħħal parti ta' konnessjoni, bħal żbarra tal-irmunkar jew ħabel tal-irmunkar.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vetturi fir-rigward tal-apparat tal-irmunkar

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jressaq lill-awtorita għall-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tal-apparat tal-irmunkar.

2.   L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I.

3.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness II f'dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta' numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.

4.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tagħti ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 4

Validità u estensjoni tal-approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 77/389/KEE

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u l-użu ta' vetturi bl-approvazzjoni tat-tip qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13, paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, u għandhom ikomplu jestendu l-approvazzjonijiet ta' dawk il-vetturi skont it-termini tad-Direttiva 77/389/KEE.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 154, 13.6.1977, p. 41.


ANNESS I

Dokumenti amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi motorizzati fir-rigward tal-apparat tal-irmunkar

PARTI 1

Dokument ta' informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura motorizzata fir-rigward tal-apparat tal-irmunkar.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi oħra msemmija f'dan id-dokument ta' informazzjoni ikollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (b): …

0.3.1.   Fejn jinsab dak l-immarkar: …

0.4.   Kategorija tal-vettura: (c): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

1.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: …

2.   PIŻIJIET U QISIEN (f)  (g)

2.8.   Piż massimu tat-tagħbija teknikament permissibbli ddikjarat mill-manifattur (3): …

2.11.5.   Il-vettura hija/mhijiex (1) adatta biex tiġbed tagħbijiet,

12.   MIXXELLANJU

12.3.   Apparat tal-irmunkar

12.3.1.   Quddiem: ganċ / ħolqa / ieħor (1)

12.3.2.   Wara: ganċ / ħolqa / ieħor / xejn (1)

12.3.3.   Disinn jew ritratt tax-chassis/żona tal-karozzerija tal-vettura li juri l-pożizzjoni, il-kostruzzjoni u l-muntaġġ tal-apparat tal-irmunkar: …

Noti ta' spjegazzjoni

PARTI 2

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE

MUDELL

Format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni dwar

approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip (1)

ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE (1)

ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-apparat tal-irmunkar

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1005/2010, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/… (1)

Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE: …

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   Għamla (isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   Tip: …

0.2.1.   Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (2): …

0.3.1.   Fejn jinsab dak l-immarkar: …

0.4.   Kategorija tal-vettura (3): …

0.5.   Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.8.   Isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun il-każ): …

TAQSIMA II

1.   Aktar informazzjoni: ara l-Addendum.

2.   Servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

3.   Data tar-rapport tat-test: …

4.   Numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Annessi

:

Pakkett ta' informazzjoni

Rapport tat-test


(b)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri li mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokumentinformazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(c)  Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE, il-Parti A tal-Anness II.

(f)  Fejn hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta’ piżijiet u qisien għandhom ikunu ddikjarati.

(g)  Standard ISO 612: 1978 - Vetturi tat-triq - Dimensjonijiet tal-vetturi motorizzati u vetturi rmunkati - kundizzjonijiet u definizzjonijiet.

(3)  Jekk jogħġbok niżżel l-ogħla u l-inqas valuri għal kull varjant.

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(1)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(2)  Jekk il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip fih karattri li mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip ta' vettura, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta' informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(3)  Kif definita fid-Direttiva 2007/46/KE, l-Anness II, it-Taqsima A.

Addendum

maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

1.

Aktar informazzjoni:

1.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: …

1.2.

Għadd totali u pożizzjoni tal-apparat(i) tal-irmunkar: …

1.3.

Metodu tat-twaħħil mal-vettura: …

1.4.

Piż massimu tat-tagħbija teknikament permissibbli tal-vettura (kg): …

2.

Tagħmir tal-irmunkar fuq quddiem: li jista' jinqala'/ma jistax jinqala' (1) ganċ/ħolqa/ieħor (1)

3.

Tagħmir tal-irmunkar fuq wara: li jista' jinqala'/ma jistax jinqala' (1) ganċ/ħolqa/ieħor/xejn (1)

4.

Il-vettura hija/mhijiex (1) adatta biex tiġbed tagħbijiet

5.

Rimarki: …


(1)  Ħassar fejn ma japplikax.


ANNESS II

Rekwiżiti għall-apparati tal-irmunkar

1.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

1.1.   Għadd minimu ta’ apparati.

1.1.1.

Il-vetturi motorizzati kollha għandu jkollhom apparat tal-irmunkar imwaħħal fuq quddiem.

1.1.2.

Vetturi fil-kategorija M1, kif definit fid-Direttiva 2007/46/KEE, il-Parti A tal-Anness II, ħlief għal dawk il-vetturi li mhumiex adatti għall-irmunkar ta' tagħbijiet, għandhom jiġu mgħammra wkoll b'apparat tal-irmunkar fuq wara.

1.1.3.

Apparat għall-irmunkar fuq wara jista' jinbidel b'apparat ta' akkoppjament mekkaniku, kif definit fir-Regolament UN-ECE Nru 55 (1), sakemm ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.2.1. ikunu sodisfatti.

1.2.   Tagħbija u stabbiltà

1.2.1.

Kull apparat tal-irmunkar imwaħħal mal-vettura għandu jkun jiflaħ forza trazzjoni jew kompressjoni statika ekwivalenti għal mill-inqas nofs il-piż tat-tagħbija massimu teknikament permissibbli tal-vettura.

2.   PROĊEDURA TAT-TEST

2.1.   It-tagħbijiet tat-test tat-trazzjoni u l-kompressjoni għandhom jiġu applikati fuq kull apparat separat tal-irmunkar imwaħħal mal-vettura.

2.2.   It-tagħbijiet tat-test għandhom jiġu applikati fid-direzzjoni lonġitudinali, f'relazzjoni mal-vettura.


(1)  ĠU L 373, 27.12.2006, p. 50.


9.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1006/2010

tat-8 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

55,6

MA

77,5

MK

35,0

TR

95,0

ZZ

65,8

0707 00 05

EG

161,4

MK

59,4

TR

138,7

ZA

121,6

ZZ

120,3

0709 90 70

MA

64,9

TR

153,2

ZZ

109,1

0805 20 10

MA

72,3

ZA

149,8

ZZ

111,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

AR

100,3

HR

46,4

TR

55,4

UY

57,1

ZA

60,7

ZZ

64,0

0805 50 10

AR

58,5

BR

83,8

CL

81,9

EC

92,5

TR

75,7

UY

41,2

ZA

76,8

ZZ

72,9

0806 10 10

BR

233,2

PE

182,7

TR

143,8

US

233,1

ZA

79,2

ZZ

174,4

0808 10 80

AR

75,7

AU

149,8

CA

73,1

CL

84,2

CN

82,6

NZ

115,8

US

118,9

ZA

80,9

ZZ

97,6

0808 20 50

CN

41,4

US

48,2

ZZ

44,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


9.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1007/2010

tat-8 ta’ Novembru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 989/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 286, 4.11.2010, p. 13.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-9 ta’ Novembru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

62,16

0,00

1701 11 90  (1)

62,16

0,00

1701 12 10  (1)

62,16

0,00

1701 12 90  (1)

62,16

0,00

1701 91 00  (2)

55,14

0,93

1701 99 10  (2)

55,14

0,00

1701 99 90  (2)

55,14

0,00

1702 90 95  (3)

0,55

0,19


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

9.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Novembru 2010

dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7579)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/675/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(2)

Għal għadd ta’ taħlitiet ta’ tipi ta’ sustanzi/prodotti inklużi f’dik il-lista, jew il-parteċipanti kollha waqqfu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta’ analiżi, jew ma wasal l-ebda dossier komplut fil-perjodu ta’ żmien speċifikat fl-Artikoli 9 u 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni.

(3)

Konsegwentement, u skont l-Artikoli 11(2), 12(1) u 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri skont dan. Dak it-tagħrif ġie ppubblikat ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi.

(4)

Fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur minn dawk il-pubblikazzjonijiet, għadd ta’ kumpaniji wrew interess li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għas-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti konċernati. Madankollu, dawk il-kumpaniji sussegwentement naqsu milli jissottomettu dossier komplut.

(5)

Skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti kkonċernati ma għandhomx jiġu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, għandha tiġi speċifikata d-data li warajha l-prodotti bijoċidali li fihom sustanzi attivi għat-tipi ta’ prodotti indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanzi indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi għat-tipi ta’ prodotti konċernati fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

Artikolu 2

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, prodotti bijoċidali li fihom sustanzi attivi għat-tipi ta’ prodotti indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq b’effett mill-1 ta’ Novembru 2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

Sustanzi u tipi ta’ prodotti li ma għandhomx jiġu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE

Isem

Numru tal-KE

Numru tal-CAS

Tip ta’ prodott

Stat Membru Rapporteur

Formaldeide

200-001-8

50-00-0

4

DE

Formaldeide

200-001-8

50-00-0

6

DE

Aċidu benżoiku

200-618-2

65-85-0

20

DE

Benżoat tas-sodju

208-534-8

532-32-1

11

DE

Benżoat tas-sodju

208-534-8

532-32-1

20

DE

2-Butanon, perossidu

215-661-2

1338-23-4

9

HU

2-Butanon, perossidu

215-661-2

1338-23-4

22

HU

Tolnaftat

219-266-6

2398-96-1

9

PL

Triklosan

222-182-2

3380-34-5

3

DK

Diossidu tas-silikon – amorfi

231-545-4

7631-86-9

3

FR

N’-terz-butil-N-ċiklopropil-6-(metiltijo)-1,3,5-triażin-2,4-diammin

248-872-3

28159-98-0

7

NL

N’-terz-butil-N-ċiklopropil-6-(metiltijo)-1,3,5-triażin-2,4-diammin

248-872-3

28159-98-0

10

NL

Taħlita ta’ ċis- u trans-p-mentan-3,8 diol/Citriodiol

255-953-7

42822-86-6

1

UK

Taħlita ta’ ċis- u trans-p-mentan-3,8 diol/Citriodiol

255-953-7

42822-86-6

2

UK