ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.275.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 275

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
20 ta' Ottubru 2010


Werrej

 

I   Atti leġislattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2010/66/UE tal-14 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor

1

 

 

II   Atti mhux leġislattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2010/622/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti ordinarji

3

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 936/2010 tad-19 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 937/2010 tad-19 ta’ Ottubru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/623/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banca d’Italia

9

 

 

2010/624/UE

 

*

Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (BĊE/2010/17)

10

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġislattivi

DIRETTIVI

20.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/1


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2010/66/UE

tal-14 ta’ Ottubru 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2008/9/KE (3), tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor, tapplika għall-applikazzjonijiet għal rifużjoni preżentati wara l-31 ta’ Diċembru 2009.

(2)

Sabiex tiġi applikata d-Direttiva 2008/9/KE, l-Istati Membri huma obbligati jiżviluppaw portali elettroniċi li permezz tagħhom persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru jippreżentaw applikazzjonijiet għar-rifużjoni tal-VAT, imġarrba fi Stat Membru fejn mhumiex stabbiliti. Dawk il-portali elettroniċi kellhom ikunu operattivi mill-1 ta’ Jannar 2010.

(3)

Xi dewmien serju u ċerti problemi tekniċi affettwaw l-iżvilupp u t-tħaddim tal-portali elettroniċi f’għadd limitat ta’ Stati Membri u b’hekk ostakolaw il-preżentazzjoni f’waqtha ta’ ċerti applikazzjonijiet għal rifużjoni. B’konformità mad-Direttiva 2008/9/KE, applikazzjonijiet għal rifużjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Istat Membru ta’ stabbiliment mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja ta’ wara l-perijodu ta’ rifużjoni. Fid-dawl ta’ dik l-isakadenza, u tal-inoperabbiltà ta’ xi wħud mill-portali elettroniċi, xi persuni taxxabbli qegħdin fir-riskju li ma jkunux jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jnaqqsu l-VAT fuq l-ispejjeż imġarrba fl-2009. L-iskadenza għandha għalhekk tkun estiża b’mod eċċezzjonali sal-31 ta’ Marzu 2011 għall-applikazzjonijiet relatati mal-perijodi ta’ rifużjoni fl-2009.

(4)

F’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (4), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess, li, sa fejn huwa possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-persuni taxxabbli mhux se jkunu meħtieġa jirrispettaw l-iskadenza tat-30 ta’ Settembru 2010 fir-rigward tal-applikazzjonijiet relatati mal-perijodi ta’ rifużjoni fl-2009, din id-Direttiva għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2010.

(6)

Id-Direttiva 2008/9/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/9/KE għandu jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej:

“Applikazzjonijiet għal rifużjoni li huma relatati mal-perijodi ta’ rifużjoni fl-2009 għandhom ikunu sottomessi lill-Istat Membru ta’ stabbiliment mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011.”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2010. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2010.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


(1)  Opinjoni tat-22 ta’ Settembru 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-15 ta’ Settembru 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23.

(4)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


II Atti mhux leġislattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

20.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Ottubru 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti ordinarji

(2010/622/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sabiex jarmonizzaw il-politika dwar il-viża tagħhom mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (1), xi Stati Membri taw eżenzjoni mill-viża liċ-ċittadini tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil (“il-Brażil”) qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni, minħabba li l-Brażil jidher fuq il-lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tiegħu huma eżentati mir-rekwiżit tal-viża.

(2)

Minħabba raġunijiet kostituzzjonali, il-Brażil ma jistax jagħti eżenzjoni mill-viża lill-Istati Membri b’mod unilaterali; jeħtieġ li jiġi konkluż ftehim ta’ eżenzjoni mill-viża li għandu jkun ratifikat mill-Parlament Brażiljan.

(3)

Il-Brażil għandu ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża mal-maġġoranza tal-Istati Membri, konklużi jew qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni jew qabel l-istabbiliment tal-politika komuni dwar il-viża. Madanakollu, għad hemm erba’ Stati Membri li magħhom, fil-passat, ma ġie konkluża l-ebda ftehim bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża, u għalhekk il-Brażil għadu jeħtieġ viża miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati Membri għal soġġorni qosra.

(4)

Min-natura tal-politika komuni dwar il-viża u l-kompetenza esterna esklussiva tal-Unjoni f’dan il-qasam joħroġ li l-Unjoni biss tista’ tinnegozja u tikkonkludi ftehim ta’ eżenzjoni mill-viża, u mhux l-Istati Membri individwali.

(5)

Fid-dawl tat-trattament mhux reċiproku tal-Brażil lejn ċerti Stati Membri, il-Kunsill, bid-Deċiżjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2008, awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim bejn l-Unjoni u l-Brażil dwar eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir sabiex tkun żgurata eżenzjoni mill-viża kompletament reċiproka.

(6)

In-negozjati dwar il-ftehim infetħu fit-2 ta’ Lulju 2008 u ġew konklużi fl-1 ta’ Ottubru 2009.

(7)

Soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti ordinarji inizjalat fi Brussell fit-28 ta’ April 2010, għandu jiġi ffirmat.

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi wħud mid-disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(9)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex tieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3); għalhekk l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu;

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti ordinarji (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat mill-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. (4)

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina il-persuna/i bis-setgħa biex tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(3)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(4)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


REGOLAMENTI

20.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 936/2010

tad-19 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

73,0

MK

80,1

TR

95,0

XS

87,5

ZZ

83,9

0707 00 05

MK

77,8

TR

131,0

ZZ

104,4

0709 90 70

TR

135,9

ZZ

135,9

0805 50 10

AR

77,2

BR

100,4

CL

77,6

IL

91,2

TR

89,9

ZA

95,1

ZZ

88,6

0806 10 10

BR

216,9

TR

147,6

US

149,0

ZA

65,4

ZZ

144,7

0808 10 80

AR

75,7

BR

59,6

CL

85,5

CN

82,6

NZ

104,2

US

82,6

ZA

85,9

ZZ

82,3

0808 20 50

CN

75,3

ZA

88,6

ZZ

82,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


20.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 937/2010

tad-19 ta’ Ottubru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 933/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 273, 19.10.2010, p. 11.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-20 ta’ Ottubru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

58,26

0,00

1701 11 90  (1)

58,26

0,00

1701 12 10  (1)

58,26

0,00

1701 12 90  (1)

58,26

0,00

1701 91 00  (2)

50,43

2,34

1701 99 10  (2)

50,43

0,00

1701 99 90  (2)

50,43

0,00

1702 90 95  (3)

0,50

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

20.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Ottubru 2010

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banca d’Italia

(2010/623/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2010/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Awwissu 2010 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti li jkunu ġew rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banca d’Italia ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2009. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2010.

(3)

Il-Banca d’Italia għażlet lil PricewaterhouseCoopers SpA bħala l-awdituri esterni tagħha għas-snin finanzjarji 2010 sa 2015.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li PricewaterhouseCoopers SpA għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia għas-snin finanzjarji mill-2010 sal-2015.

(5)

Huwa adatt li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   PricewaterhouseCoopers SpA huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia għas-snin finanzjarji 2010 sal-2015.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

V. VAN QUICKENBORNE


(1)  ĠU C 233, 28.8.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.


20.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/10


DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Ottubru 2010

dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja

(BĊE/2010/17)

(2010/624/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 122(2) u 132(1) tiegħu;

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 17 u 21 u l-Artikolu 34.1 tiegħu;

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu;

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 407/2010 jipprovdi għall-possibbiltà ta’ assistenza finanzjarja fil-forma ta’ self jew linji ta’ kreditu mill-Unjoni lil Stati Membri li qed jesperjenzaw, jew huma serjament mhedda minn, disturbi ekonomiċi jew finanzjarji severi kkawżati minn okkorrenzi li m’għandhomx kontroll fuqhom u li tingħata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont l-Artikolu 8 ta’ Regolament (UE) Nru 407/2010 il-Kummissjoni Ewropea ser tistabbilixxi l-arranġamenti neċessarji għall-amministrazzjoni tas-self mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Il-ħlasijiet tal-kapital u l-imgħax dovut taħt is-self jiġu trasferiti mill-Istat Membru benefiċjarju lil kont mal-BĊE 14-il jum tan-negozju tat-TARGET2 qabel id-data korrispondenti.

(3)

Sabiex iwettaq id-dmirijiet maħsuba għall-BĊE taħt ir-Regolament (UE) Nru 407/2010, il-BĊE jikkunsidra xieraq illi jiftaħ kontijiet speċifiċi, meta mitlub, għall-Kummissjoni u għall-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri benefiċjarji,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-BĊE għandu jwettaq id-dmirijiet b’rabta mal-amministrazzjoni tas-self, u għandu jagħmel ħlasijiet marbutin mal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 407/2010.

Artikolu 2

Il-BĊE għandu, fuq talba tal-Kummissjoni, jiftaħ kontijiet f’isem il-Kummissjoni u, fuq talba ta’ bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru benefiċjarju, jiftaħ kontijiet f’isem dan il-bank ċentrali nazzjonali.

Artikolu 3

Il-kontijiet imsemmijin fl-Artikolu 2 għandhom jintużaw sabiex jiġu pproċessati ħlasijiet b’rabta mal-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja għall-benefiċċju ta’ Stati Membri.

Artikolu 4

Il-BĊE għandu jħallas imgħax fuq il-bilanċ overnight fil-kreditu ta’ dawn il-kontijiet f’ammont ekwivalenti għar-rata applikabbli tal-faċilità tad-depożitu tal-BĊE fuq bażi attwali/360.

Artikolu 5

Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji sabiex jagħti effett lil din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Ottubru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.