ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.268.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 268

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
12 ta' Ottubru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 905/2010 tal-11 ta’ Ottubru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livelli tal-iskattar ta' dazji addizzjonali fuq ħjar, qaqoċċ, klementin, mandolin u larinġ

19

 

*

IR-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2010 tal-11 ta' Ottubru 2010 li jemenda għall-137 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2010 tal-11 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2010 tal-11 ta’ Ottubru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2010 tal-11 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont ċerti kwoti tal-GATT

27

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 910/2010 tal-11 ta’ Ottubru 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 869/2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Ottubru 2010

29

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/612/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-miżura C 48/07 (ex NN 60/07) implimentata mill-Polonja favur il-WRJ u l-WRJ-Serwis (notifikata bid-dokument numru C(2010) 4476)  ( 1 )

32

 

 

2010/613/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2010 li tidderoga mid-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 2004/211/KE fir-rigward tad-dħul temporanju ta’ ċerti żwiemel maskili rreġistrati li qegħdin jieħdu sehem fl-avvenimenti ekwestri tal-avveniment ta’ prova pre-Olimpiku fl-2011, il-Logħob Olimpiku jew il-Logħob Paraolimpiku fl-2012 fir-Renju Unit (notifikata bid-dokument numru C(2010) 6854)  ( 1 )

40

 

 

Rettifika

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2010 tat-23 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2010 bir-Regolament (KE) Nru 327/98 ( ĠU L 193, 24.7.2010 )

43

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

12.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 904/2010

tas-7 ta’ Ottubru 2010

dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

(tfassil mill-ġdid)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta’ Ottubru 2003 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (3) ġie emendat b’mod sostanzjali diversi drabi. Peress li għandhom isiru aktar emendi, għandu jiġi mfassal mill-ġdid fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)

L-istrumenti għall-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “VAT”) fir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 għandhom jissaħħu u jiġu ssupplimentati bħala konsegwenza tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2008; il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar strateġija koordinata biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT fl-Unjoni Ewropea; u r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT (minn hawn ‘il quddiem ir-“Rapport tal-Kummissjoni”). Kjarifiki editorjali u prattiċi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 huma wkoll meħtieġa.

(3)

L-evażjoni u l-evitar tat-taxxa li jestendu għall-fruntieri kollha tal-Istati Membri jwasslu għal telf fil-baġit u għal ksur tal-prinċipju ta’ tassazzjoni ġusta. Dawn jistgħu wkoll jipprovokaw distorsjonijiet tal-movimenti tal-kapital u tal-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni. Huma għalhekk jolqtu l-operat tas-suq intern.

(4)

Il-ġlieda kontra l-evażjoni tal-VAT teħtieġ kooperazzjoni stretta bejn l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti f’kull Stat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f’dak il-qasam.

(5)

Il-miżuri tal-armonizzazzjoni tat-taxxa meħuda biex jitlesta s-suq intern għandhom jinkludu l-istabbiliment ta’ sistema komuni għal kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward ta’ skambji ta’ informazzjoni, fejn l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tal-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin u jikkoperaw mal-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tajba tal-VAT fuq provvisti ta’ oġġetti u servizzi, fuq l-akkwist intra-Komunitarju ta’ oġġetti u fuq l-importazzjoni tal-oġġetti.

(6)

Il-kooperazzjoni amministrattiva m’għandhiex twassal għal ċaqliq bla bżonn ta’ piżijiet amministrattivi bejn l-Istati Membri.

(7)

Sabiex jiġbru t-taxxa dovuta, l-Istati Membri għandhom jikkoperaw biex jgħinu biex jiżguraw li l-VAT tiġi stabbilita b’mod korrett. L-Istati Membri Huma għaldaqstant għandhom mhux biss iwettqu monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tat-taxxa dovuta fit-territorju tagħhom stess, iżda għandhom ukoll jipprovdu assistenza lil Stati Membri oħra għall-iżgurar tal-applikazzjoni korretta tat-taxxa relatata mal-attività mwettqa fit-territorju tagħhom stess iżda dovuta fi Stat Membru ieħor.

(8)

Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-VAT fi transazzjonijiet transkonfinali taxxabbli fi Stat Membru ieħor li mhuwiex dak fejn il-fornitur huwa stabbilit jiddependi f’ħafna każijiet mill-informazzjoni miżmuma mill-Istat Membru ta’ stabbiliment jew li tista’ tinkiseb aktar faċilment minn dak l-Istat Membru. Superviżjoni effettiva ta’ tali transazzjonijiet għaldaqstant tiddependi fuq l-Istat Membru ta’ stabbiliment li jiġbor jew li jkun f’pożizzjoni li jiġbor dik l-informazzjoni.

(9)

Għall-istabbiliment tal-iskema ta’ punt ta’ waqfa waħda prevista mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (4), u għall-applikazzjoni tal-proċedura ta’ rifużjoni għal persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (5), huma meħtieġa regoli dwar l-iskambju u l-ħażna ta’ informazzjoni mill-Istati Membri.

(10)

F’sitwazzjonijiet transkonfinali, huwa importanti li l-obbligi ta’ kull Stat Membru jiġu ppreċiżati sabiex ikun possibbli kontroll effettiv tat-taxxa fl-Istat Membru fejn tkun dovuta.

(11)

Ħażna elettronika u trasmissjoni ta’ ċerta informazzjoni għal skopijiet ta’ kontroll tal-VAT huma indispensabbli għall-funzjonament korrett tas-sistema tal-VAT. Huma jippermettu skambju rapidu ta’ informazzjoni u aċċess awtomatizzat għall-informazzjoni, li jsaħħu l-ġlieda kontra l-frodi. Dan jista’ jinkiseb bit-tisħiħ tad-databases dwar persuni soġġetti għall-VAT u t-transazzjonijiet intra-Komunitarji tagħhom permezz tal-inklużjoni f’dawk id-databases ta’ firxa ta’ informazzjoni dwar il-persuni taxxabbli u t-transazzjonijiet tagħhom.

(12)

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw proċeduri tajba ta’ verifika biex jiżguraw li l-informazzjoni hija aġġornata, komparabbli u ta’ kwalità tajba, biex b’hekk tiżdied l-affidabbiltà. Il-kondizzjonijiet għall-iskambju ta’, u l-aċċess awtomatizzat tal-Istati Membri għal dejta miżmuma elettronikament għandhom jiġu definiti b’mod ċar.

(13)

Sabiex il-ġlieda kontra l-frodi tkun effettiva, huwa meħtieġ li jiġi previst skambju ta’ informazzjoni mingħajr talba minn qabel. Sabiex l-iskambju ta’ informazzjoni jiġi ffaċilitat, il-kategoriji li għalihom huwa meħtieġ li jiġi stabbilit skambju awtomatiku, għandhom jiġu speċifikati.

(14)

Kif indikat fir-rapport tal-Kummissjoni, il-feedback hija mezz adatt biex jiġi żgurat titjib kontinwu tal-kwalità tal-informazzjoni skambjata. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit qafas għall-għoti ta’ feedback.

(15)

Għall-monitoraġġ effettiv tal-VAT fit-transazzjonijiet transkonfinali, huwa meħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà ta’ kontrolli simultanji mill-Istati Membri u tal-preżenza ta’ uffiċjali ta’ Stat Membru wieħed fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, fil-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva.

(16)

Il-konferma tal-validità tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT online hija għodda li qiegħda tintuża dejjem aktar mill-operaturi. Is-sistema għall-ikkonfermar tal-validità tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT għandha tipprovdi konferma awtomatizzata tal-informazzjoni rilevanti lill-operaturi.

(17)

Xi persuni taxxabbli huma soġġetti għal obbligi speċifiċi li huma differenti minn dawk fis-seħħ fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, b’mod partikolari rigward il-ħruġ ta’ fatturi, meta jipprovdu oġġetti jew servizzi lil klijenti stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jagħmel l-informazzjoni dwar tali obbligi disponibbli minnufih għal dawk il-persuni taxxabbli.

(18)

L-esperjenza prattika reċenti tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-frodi karużell uriet li f’ċerti każijiet huwa essenzjali li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni ħafna aktar rapidu, li jkopri informazzjoni aktar estiża u ddirezzjonata aħjar għall-ġlieda effettiva kontra l-frodi. F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2008, għandu jiġi stabbilit netwerk deċentralizzat mingħajr personalità ġuridika, li għandu jissejjaħ Eurofisc, fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għall-Istati Membri kollha, sabiex tiġi promossa u ffaċilitata kooperazzjoni multilaterali u deċentralizzata li tippermetti azzjoni mmirata u rapida biex jiġu miġġielda tipi speċifiċi ta’ frodi.

(19)

L-Istat Membru ta’ konsum għandu responsabbiltà primarja biex jiżgura li fornituri mhux stabbiliti jikkonformaw mal-obbligi tagħhom. Għal dan il-għan, l-applikazzjoni tal-iskema speċjali temporanja għal servizzi forniti b’mod elettroniku li hi prevista fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE teħtieġ id-definizzjoni ta’ regoli dwar il-provvista ta’ informazzjoni u trasferiment ta’ flus bejn l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni u l-Istat Membru ta’ konsum.

(20)

Informazzjoni miksuba minn Stat Membru mingħand pajjiżi terzi tista’ tkun utli ħafna għal Stati Membri oħra. Bl-istess mod, informazzjoni miksuba minn Stat Membru mingħand Stati Membri oħra tista’ tkun utli ħafna għal pajjiżi terzi.Għaldaqstant, il-kondizzjonijiet għall-iskambju ta’ tali informazzjoni għandhom jiġu speċifikati.

(21)

Ir-regoli nazzjonali applikabbli għas-segretezza tal-banek m’għandhomx jostakolaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(22)

Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa miżuri oħra adottati fil-livell tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.

(23)

Għal raġunijiet ta’ effettività u ta’ ħeffa u għal raġunijiet ta’ spejjeż, huwa essenzjali li l-informazzjoni kkomunikata taħt dan ir-Regolament, safejn ikun possibbli, tingħata elettronikament.

(24)

Fid-dawl tan-natura ripetittiva ta’ wħud mit-talbiet u tad-diversità lingwistika fl-Unjoni, huwa importanti li, fil-kuntest tal-iskambju ta’ informazzjoni, jiżdied l-użu ta’ formoli standard biex it-talbiet għal informazzjoni jkunu jistgħu jiġu pproċessati b’mod aktar rapidu.

(25)

Il-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament għall-għoti ta’ informazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala perijodi massimi li m’għandhomx jinqabżu, bil-prinċipju li, sabiex il-kooperazzjoni tkun effettiva, l-informazzjoni diġà disponibbli lill-Istat Membru rikjedenti għandha tiġi pprovduta mingħajr aktar dewmien.

(26)

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li jiġu kkunsidrati limitazzjonijiet ta’ ċerti drittijiet u obbligi stabbiliti mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (6) sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) ta’ dik id-Direttiva. Tali limitazzjonijiet huma meħtieġa u proporzjonali fid-dawl tat-telf potenzjali tad-dħul għall-Istati Membri u l-importanza kruċjali ta’ informazzjoni koperta b’dan ir-Regolament għall-effettività tal-ġlieda kontra l-frodi.

(27)

Peress li l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament huma miżuri ta’ portata ġenerali fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (7), jeħtieġ li jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Deċiżjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġijiet dwar il-VAT għandhom jikkoperaw flimkien u mal-Kummissjoni biex jiżguraw konformità ma’ dawk il-liġijiet.

Għal dan il-għan, huwa jistabbilixxi regoli u proċeduri biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jikkoperaw u jiskambjaw bejniethom kwalunkwe informazzjoni li tista’ tgħin biex issir valutazzjoni korretta tal-VAT, biex jikkontrollaw l-applikazzjoni korretta tal-VAT, b’mod partikolari fil-każ ta’ tranżazzjonijiet intra-Komunitarji, u biex tiġi miġġielda l-frodi fil-konfront tal-VAT. B’mod partikolari, jiddefinixxi r-regoli u l-proċeduri li jippermettu lill-Istati Membri jiġbru u jiskambjaw tali informazzjoni b’mezzi elettroniċi.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jassistu biex jipproteġu d-dħul mill-VAT fl-Istati Membri kollha.

3.   Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni fl-Istati Membri tar-regoli għall-għajnuna reċiproka fi kwistjonijiet kriminali.

4.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli u proċeduri għall-iskambju b’mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni dwar il-VAT fuq is-servizzi pprovduti b’mod elettroniku skont l-iskema speċjali prevista fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE u wkoll għal kwalunkwe skambju sussegwenti ta’ informazzjoni u, safejn huma kkonċernati s-servizzi koperti minn dik l-iskema speċjali, għat-trasferiment ta’ flus bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Artikolu 2

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“uffiċċju ċentrali ta’ kollegament” tfisser l-uffiċċju li nħatar skont l-Artikolu 4(1) bir-responsabbiltà prinċipali għal kuntatti mal-Istati Membri l-oħra fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva;

(b)

“dipartiment ta’ kollegament” tfisser kwalunkwe uffiċċju għajr l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament li nħatar bħala tali mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 4(2) biex l-informazzjoni tiġi skambjata direttament fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament;

(c)

“uffiċjal kompetenti” tfisser kwalunkwe uffiċjal li jista’ jiskambja informazzjoni direttament fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament li għaliha ġie awtorizzat skont l-Artikolu 4(3);

(d)

“awtorità rikjedenti” tfisser l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament, dipartiment ta’ kollegament jew kwalunkwe uffiċjal kompetenti ta’ Stat Membru li jagħmel talba għall-għajnuna f’isem l-awtorità kompetenti;

(e)

“awtorità rikjesta” tfisser l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament, dipartiment ta’ kollegament jew kwalunkwe uffiċjal kompetenti ta’ Stat Membru li jirċievi talba għall-għajnuna f’isem l-awtorità kompetenti;

(f)

“transazzjonijiet intra-Komunitarji”, tfisser il-provvista intra-Komunitarja ta’ oġġetti jew ta’ servizzi;

(g)

“provvista intra-Komunitarja ta’ oġġetti” tfisser kwalunkwe provvista ta’ oġġetti li għandha tiġi ddikjarata fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva prevista fl-Artikolu 262 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(h)

“provvista intra-Komunitarja ta’ servizzi” tfisser kwalunkwe provvista ta’ oġġetti li għandha tiġi ddikjarata fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva prevista fl-Artikolu 262 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(i)

“akkwist intra-Komunitarju ta’ oġġetti” tfisser l-akkwist tad-dritt skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/112/KE li tiddisponi bħala sid ta’ proprjetà tanġibbli mobbli;

(j)

“numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT” tfisser in-numru previst fl-Artikoli 214, 215 u 216 tad-Direttiva 2006/112/KE;

(k)

“inkjesta amministrattiva” tfisser il-kontrolli, il-verifiki u azzjonijiet oħra kollha meħuda minn Stati Membri fil-qadi ta’ dmirijiethom bil-għan li jiżguraw applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni tal-VAT;

(l)

“skambju awtomatiku” tfisser il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel;

(m)

“skambju spontanju” tfisser il-komunikazzjoni mhux sistemika, fi kwalunkwe ħin u mingħajr talba minn qabel, ta’ informazzjoni lil Stat Membru ieħor;

(n)

“persuna” tfisser:

(i)

persuna fiżika;

(ii)

persuna ġuridika;

(iii)

fejn il-leġislazzjoni fis-seħħ tipprevedi hekk, assoċjazzjoni ta’ persuni rikonoxxuti bħala li għandhom il-kapaċità li jwettqu atti ġuridiċi iżda li m’għandhomx l-istatus ġuridiku ta’ persuna ġuridika; jew

(iv)

kwalunkwe arranġament ġuridiku ieħor ta’ kwalunkwe natura u forma, li għandu personalità ġuridika jew le, u li jwettaq tranżazzjonijiet li huma soġġetti għall-VAT

(o)

“aċċess awtomatizzat” tfisser il-possibbiltà ta’ aċċess mingħajr dewmien għal sistema elettronika biex tiġi kkonsultata ċerta informazzjoni li tinsab fiha;

(p)

“b’mezzi elettroniċi” tfisser l-użu ta’ tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali) u l-ħażna ta’ informazzjoni, u l-utilizzazzjoni ta’ wajers, xandir bir-radju, teknoloġiji ottiċi jew mezzi oħra elettromanjetiċi;

(q)

“netwerk CCN/CSI” tfisser il-pjattaforma komuni bbażata fuq in-netwerk komuni ta’ komunikazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “CCN”) u l-interface komuni tas-sistema (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “CSI”), żviluppata mill-Unjoni biex tiżgura t-trażmissjonijiet kollha b’mezzi elettroniċi bejn awtoritajiet kompetenzi fiż-żona ta’ dwana u taxxa;

(r)

“kontroll simultanju” tfisser il-kontrolli koordinati tas-sitwazzjoni fiskali ta’ persuna taxxabbli waħda jew ta’ diversi minnhom li jkunu kollegati bejniethom, organizzat minn tal-anqas żewġ Stati Membri parteċipanti, li jkollhom interessi komuni jew komplementari.

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2015, id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 358, 358a u 369a tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-awtoritajiet kompetenti huma l-awtoritajiet li f’isimhom għandu jkun applikat dan ir-Regolament, jew direttament jew permezz ta’ delega.

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Diċembru 2010, bl-awtorità kompetenti tiegħu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jinforma sussegwentement lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe tibdil għal dan.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri lista tal-awtoritajiet kompetenti kollha u tippubblika din l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar uffiċċju ċentrali ta’ kollegament wieħed li jkun delegat bir-responsabbiltà prinċipali għall-kuntatti ma’ Stati Membri oħra fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan. L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament jista’ wkoll jintgħażel bħala r-responsabbli għall-kuntatti mal-Kummissjoni.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru tista’ taħtar dipartimenti ta’ kollegament. L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament għandu jkun responsabbli milli jżomm aġġornata l-lista ta’ dawn id-dipartimenti u jagħmilha disponibbli għall-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

3.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru tista’, barra minn dan, taħtar, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti minnha, uffiċjali kompetenti li jistgħu jiskambjaw informazzjoni direttament fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament. Meta dan isir, tista’ tillimita l-għanijiet ta’ din il-ħatra. L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament għandu jkun risponsabbli milli jżomm aġġornata l-lista ta’ dawn l-uffiċjali u jagħmilha disponibbli għall-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

4.   L-uffiċjali li jiskambjaw informazzjoni skont l-Artikoli 28, 29 u 30 għandhom, f’kull każ, ikunu meqjusa bħala uffiċjali kompetenti għal dan il-għan, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 5

Meta dipartiment ta’ kollegament jew uffiċjal kompetenti jibgħat jew jirċievi talba jew risposta għal talba għall-għajnuna, għandu jinforma lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tal-Istat Membru tiegħu skont il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dan tal-aħħar.

Artikolu 6

Meta dipartiment ta’ kollegament jew uffiċjal kompetenti jirċievi talba għall-għajnuna li teħtieġ azzjoni barra t-territorju jew iż-żona operattiva tiegħu, huwa għandu jgħaddi din it-talba mingħajr dewmien lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tal-Istat Membru tiegħu u jinforma lill-awtorità rikjedenti b’dan. F’dan il-każ, il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 10 għandu jibda mill-ġurnata ta’ wara li t-talba għall-għajnuna ġiet mgħoddija lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament.

KAPITOLU II

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI FUQ TALBA

SEZZJONI 1

Talba għal informazzjoni u għal inkjesti amministrattivi

Artikolu 7

1.   Fuq talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjesta għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, inkluż kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ każ jew każijiet speċifiċi.

2.   Għall-fini ta’ trasmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità rikjesta għandha tirranġa għat-tmexxija ta’ kull inkjesta amministrattiva neċessarja biex tinkiseb din l-informazzjoni.

3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2014, it-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi talba raġunata għal inkjesta amministrattiva. Jekk l-awtorità rikjesta tikkunsidra li l-inkjesta amministrattiva mhijiex neċessarja, hija għandha tinforma immedjatament lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għal dan.

4.   Mill-1 ta’ Jannar 2015, it-talba msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jkun fiha talba motivata għal inkjesta amministrattiva speċifika. Jekk l-awtorità rikjesta tkun tal-fehma li l-ebda inkjesta amministrattiva mhi meħtieġa, hija għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għal dan.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, inkjesta dwar l-ammonti ddikjarati minn persuna taxxabbli b’rabta mal-provvista tal-oġġetti jew tas-servizz elenkati fl-Anness I, li jsiru minn persuna taxxabbli stabbilita fl-Istat Membru tal-awtorità rikjesta u li jkunu taxxabbli fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti, tista’ tiġi rifjutata biss:

a)

għar-raġunijiet previsti fl-Artikolu 54(1), meqjusin mill-awtorità rikjesta f’konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Aħjar Prattika rigward l-interazzjoni ta’ dan il-paragrafu u l-Artikolu 54(1), lil għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2);

b)

għar-raġunijiet previsti fil-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 54, jew

c)

għar-raġunijiet li l-awtorità rikjesta tkun diġà pprovdiet lill-awtorità rikjedenti l-informazzjoni dwar l-istess persuna taxxabbli, bħala riżultat ta’ inkjesta amministrattiva mwettqa inqas minn sentejn qabel.

Meta l-awtorità rikjesta tirrifjuta inkjesta amministrattiva msemmija fit-tieni subparagrafu għar-raġunijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b), hija għandha xorta waħda tipprovdi lill-awtorità rikjedenti d-dati u l-ammonti ta’ kwalunkwe provvista relatata magħmula mill-persuna taxxabbli fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti matul l-aħħar sentejn.

5.   Sabiex tikseb l-informazzjoni meħtieġa jew sabiex tmexxi l-inkjesta amministrattiva mitluba, l-awtorità rikjesta jew l-awtorità amministrattiva li għaliha għandha rikors għandha tipproċedi bħallikieku qed taġixxi għaliha nfisha jew fuq talba ta’ awtorità oħra fl-Istat Membru tagħha.

Artikolu 8

It-talbiet għal informazzjoni u għal inkjesti amministrattivi skont l-Artikolu 7 għandhom, jintbagħtu permezz ta’ formola standard adotatta skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2), ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 50 jew f’każijiet eċċezzjonali fejn it-talba tinkludi r-raġunijiet li għalihom l-awtorità rikjedenti tikkunsidra li l-formola standard mhijiex adatta.

Artikolu 9

1.   Fuq it-talba tal-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjesta għandha tikkomunikalha kwalunkwe informazzjoni rilevanti li hija tikseb jew li għandha fil-pussess tagħha kif ukoll ir-riżultati ta’ inkjesti amministrattivi, fil-forma ta’ rapporti, dikjarazzjonijiet u kwalunkwe dokument ieħor, jew kopji ċċertifikati veri jew estratti minnhom.

2.   Dokumenti oriġinali għandhom ikunu pprovduti biss meta dawn ma jkunux kontrarji għad-disposizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri fejn hija stabbilita l-awtorità rikjesta.

SEZZJONI 2

Limitu ta’ żmien biex tiġi pprovduta informazzjoni

Artikolu 10

L-awtorità rikjesta għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 7 u 9 kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-irċevuta tat-talba.

Madankollu, fejn l-awtorità rikjesta diġà għandha dik l-informazzjoni, il-limitu ta’ żmien għandu jkun imnaqqas għal perijodu massimu ta’ xahar.

Artikolu 11

F’ċerti kategoriji speċjali ta’ każijiet jistgħu jiġu miftiehma limiti ta’ żmien differenti minn dawk previsti fl-Artikolu 10 bejn l-awtoritajiet rikjesti u dawk rikjedenti.

Artikolu 12

Meta l-awtorità rikjesta ma tkunx tista’ tirrispondi għat-talba sal-iskadenza prevista, hija għandha tinforma immedjatament lill-awtorità rikjedenti bil-kitba bir-raġunijiet għall-inkapaċità tagħha li tagħmel dan, u meta hija tikkunsidra meta ser tkun tista’ tirrispondi.

KAPITOLU III

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI MINGĦAJR TALBA MINN QABEL

Artikolu 13

1.   L-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru għandha, mingħajr talba minn qabel, tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 lill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ieħor ikkonċernat, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn it-tassazzjoni titqies li sseħħ fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u u l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-oriġini hija meħtieġa għall-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(b)

fejn Stat Membru għandu raġunijiet biex jemmen li fi Stat Membru ieħor sar jew jista’ jkun li sar ksur tal-leġislazzjoni tal-VAT;

(c)

fejn hemm riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa fl-Istat Membru l-ieħor.

2.   L-iskambju ta’ informazzjoni mingħajr talba minn qabel għandu jkun jew awtomatiku, skont l-Artikolu 14, jew spontanju, skont l-Artikolu 15.

3.   L-informazzjoni għandha tintbagħat permezz ta’ formoli standard li għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).

Artikolu 14

1.   Dan li ġej għandu jiġi ddeterminat, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2):

(a)

il-kategoriji eżatti tal-informazzjoni li hija soġġetta għal skambju awtomatiku;

(b)

il-frekwenza tal-iskambju awtomatiku għal kull kategorija ta’ informazzjoni, u

(c)

l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni.

Stat Membru jista’ jastjeni milli jieħu sehem fl-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni rigward kategorija waħda jew aktar meta l-ġbir ta’ informazzjoni għal tali skambju jkun jeħtieġ l-impożizzjoni ta’ obbligi ġodda fuq persuni soġġetti għall-VAT jew ikun jimponi piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-Istat Membru.

Ir-riżultati tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni għal kull kategorija għandhom jiġu riveduti darba fis-sena mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 58(1), sabiex ikun żgurat li dan it-tip ta’ skambju jseħħ biss fejn dan ikun l-aktar mezz effiċjenti għall-iskambju ta’ informazzjoni.

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2015, l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha, b’mod partikolari, tiskambja l-informazzjoni b’mod awtomatiku sabiex l-Istati Membri ta’ konsum ikunu jistgħu jivverifikaw jekk persuni taxxabbli mhux stabbiliti fit-territorju tiegħu jiddikjarawx u jħallsux korrettament il-VAT dovuta fuq servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi fornuti elettronikament, kemm jekk dawk il-persuni taxxabbli jagħmlu użu mill-iskema speċjali prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE u kemm jekk le. L-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jgħarraf lill-Istat Membru ta’ konsum bi kwalunkwe diskrepanza li jsir konxju tagħha.

Artikolu 15

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, permezz ta’ skambju spontanju, jgħaddu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) li ma tkunx ġiet mgħoddija permezz tal-iskambju awtomatiku msemmi fl-Artikolu 14 li tkun taf biha u li jikkunsidraw li tista’ tkun utli lil dawk l-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU IV

FEEDBACK

Artikolu 16

Fejn awtorità kompetenti tipprovdi informazzjoni skont l-Artikolu 7 jew 15, hija tista’ titlob lill-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni biex tagħti feedback dwarha. Jekk issir tali rikjesta, l-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni għandha, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza fiskali u l-protezzjoni tad-dejta applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat feedback malajrkemm jista’ jkun, bil-kondizzjoni li dan ma jimponix piż amministrattiv sproporzjonat fuqha. L-arranġamenti prattiċi għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).

KAPITOLU V

ĦAŻNA U SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA

Artikolu 17

1.   Kull Stat Membru għandu jaħżen f’sistema elettronika l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-informazzjoni li hu jiġbor skont il-Kapitolu 6 fit-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE;

(b)

id-data dwar l-identità, l-attività, l-organizzazzjoni u l-indirizz tal-persuni li lilhom ikun attribwixxa numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, li tkun inġabret skont l-Artikolu 213 tad-Direttiva 2006/112/KE, kif ukoll id-data meta ġie attribwit dak in-numru;

(c)

id-dejta dwar in-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT li jkun attribwixxa li jkunu saru invalidi, u d-dati li fihom dawk in-numri jkunu saru invalidi, u

(d)

l-informazzjoni li jiġbor skont l-Artikoli 360, 361, 364 u 365 tad-Direttiva 2006/112/KE kif ukoll, mill-1 ta’ Jannar 2015, l-informazzjoni li jiġbor skont l-Artikoli 369c, 369f u 369g ta’ dik id-Direttiva.

2.   Id-dettalji tekniċi li jikkonċernaw it-tiftix awtomatizzat tal-informazzjoni msemmija fil-punti(b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).

Artikolu 18

Sabiex l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 tkun tista’ tiġi utilizzata fil-proċeduri previsti f’dan ir-Regolament, dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli minn tal-inqas għal ħames snin mit-tmiem tal-ewwel sena kalendarja li fiha jingħata aċċess għall-informazzjoni.

Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni disponibbli fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 17 tinżamm aġġornata u tkun kompluta u eżatta.

Il-kriterji biex jiġi determinat tibdil li mhux rilevanti, essenzjali jew bżonnjuż u li jista’ għaldaqstant ma jsirx, għandhom jiġu determinati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).

Artikolu 20

1.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 għandha tiddaħħal mingħajr dewmien fis-sistema elettronika.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1)(a) għandha tiddaħħal fis-sistema elettronika mhux aktar tard minn xahar minn tmiem il-perijodu li għalih tirreferi dik l-informazzjoni.

3.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, fil-każ li jkollha tiġi kkoreġuta jew miżjuda informazzjoni fis-sistema elettronika skont l-Artikolu 19, l-informazzjoni għandha tiddaħħal mhux aktar tard minn xahar wara l-perijodu li matulu tkun inġabret.

Artikolu 21

1.   Kull Stat Membru għandu jagħti lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor aċċess awtomatizzat għall-informazzjoni maħżuna skont l-Artikolu 17.

2.   Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1)(a), minn tal-anqas id-dettalji li ġejjin għandhom ikunu aċċessibbli:

(a)

in-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT maħruġa mill-Istat Membru li qed jirċievi l-informazzjoni;

(b)

il-valur totali tal-provvisti intra-Komunitarji kollha ta’ oġġetti u l-valur totali tal-provvisti intra-Komunitarji kollha ta’ servizzi lil persuni li għandhom numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT imsemmija fil-punt (a) mill-operaturi kollha identifikati għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni;

(c)

in-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-persuni li wettqu l-provvisti ta’ oġġetti u servizzi msemmijin fil-punt (b);

(d)

il-valur totali tal-provvisti ta’ oġġetti u servizzi msemmijin fil-punt (b) imwettqa minn kull waħda mill-persuni msemmijin fil-punt (c) għal kull persuna li ġiet attribwita numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT imsemmija fil-punt (a);

(e)

il-valur totali tal-provvisti ta’ oġġetti u servizzi msemmijin fil-punt (b) imwettqa minn kull waħda mill-persuni msemmijin fil-punt (c) għal kull persuna li ġiet attribwita numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT minn Stat Membru ieħor taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-aċċess huwa f’konnessjoni ma’ investigazzjoni dwar suspett ta’ frodi;

(ii)

l-aċċess huwa permezz tal-uffiċjal ta’ kollegament tal-Eurofisc, kif imsemmi fl-Artikolu 36(1) li jkollu identifikazzjoni personali għall-użu għas-sistemi elettroniċi li jippermettu l-aċċess għal din l-informazzjoni, u

(iii)

l-aċċess huwa possibbli biss matul is-sigħat ta’ xogħol ġenerali.

Il-valuri msemmija fil-punti (b), (d) u (e) għandhom jingħataw fil-munita tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni u għandhom jirriferu għall-perijodi tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi rispettivi ta’ kull persuna taxxabbli taħt l-Artikolu 263 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 22

1.   Sabiex jiġi pprovdut lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa livell raġonevoli ta’ ċertezza fir-rigward tal-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni disponibbli permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 17, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta mogħtija mill-persuni taxxabbli u mill-persuni ġuridiċi li ma jkunux taxxabbli għall-identifikazzjoni tagħhom għal skopijiet ta’ VAT konformement mal-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112/KE, tkun, fil-valutazzjoni tagħhom, kompluta u eżatta.

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw proċeduri għall-ivverifikar ta’ din id-dejta kif determinat mir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom. Il-verifiki għandhom jitwettqu, fil-prinċipju, qabel l-identifikazzjoni għal skopijiet ta’ VAT jew, fejn jitwettqu biss kontrolli preliminari qabel din l-identifikazzjoni, mhux aktar tard minn sitt xhur minn din l-identifikazzjoni.

2   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 58(1) bil-miżuri implimentati fil-livell nazzjonali biex tiġi żgurata l-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1.

Artikolu 23

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT, imsemmi fl-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112/KE, jidher bħala invalidu fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament mill-inqas fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-persuni identifikati għal skopijiet ta’ VAT ikunu ddikjaraw li l-attività ekonomika tagħhom kif definita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/112/KE, tkun intemmet jew meta l-amministrazzjoni tat-taxxa kompetenti tqis li jkunu temmew din l-attività. Amministrazzjoni tat-taxxa tista’ tippreżumi b’mod partikolari li persuna tkun temmet attività ekonomika meta, minkejja li tkun meħtieġa tagħmel hekk, dik il-persuna tkun naqset milli tippreżenta denunzji tal-VAT u dikjarazzjonijiet rikapitulattivi għal sena mill-iskandenzi għas-sottomissjonijiet wara t-tmiem tal-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-ewwel formola jew dikjarazzjoni nieqsa. Il-persuna għandu jkollha d-dritt li tagħti prova tal-eżistenza ta’ attività ekonomika b’mezzi oħra;

(b)

meta persuni jkunu ddikjaraw dejta falza sabiex jiksbu identifikazzjoni tal-VAT jew ikunu naqsu li jikkomunikaw tibdil fid-dejta tagħhom u, li kieku l-amministrazzjoni tat-taxxa kienet konxja ta’ dan, din tal-aħħar kienet tkun irrifjutat l-identifikazzjoni għal skopijiet ta’ VAT jew irtirat in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT.

Artikolu 24

Fejn, għall-iskopijiet tal-Artikoli 17 sa 21, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni b’mezzi elettroniċi, huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw konformità mal-Artikolu 55.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-iżviluppi kollha meħtieġa għas-sistemi tagħhom biex jippermettu l-iskambju ta’ dik l-informazzjoni bl-użu tan-netwerk CCN/CSI.

KAPITOLU VI

TALBA GĦAL NOTIFIKA AMMINISTRATTIVA

Artikolu 25

L-awtorità rikjesta għandha, fuq talba tal-awtorità rikjedenti u skont ir-regoli rigward in-notifika ta’ atti simili fl-Istat Membru li fih hi stabbilita, tinnotifika lid-destinatarju bl-att u d-deċiżjonijiet kollha li joħorġu mill-awtoritajiet kompetenti u li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-VAT fit-territorju tal-Istat Membru li fih hi stabbilita l-awtorità rikjedenti.

Artikolu 26

Talbiet għan-notifika, li jsemmu s-suġġett tal-att jew tad-deċiżjoni li għandhom jiġu nnotifikati, għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz u kull informazzjoni oħra rilevanti biex ikun identifikat id-destinatarju.

Artikolu 27

L-awtorità rikjesta għandha tinforma immedjatament lill-awtorità rikjedenti dwar ir-risposta għat-talba ta’ notifika u, b’mod partikolari, bid-data li fiha d-deċiżjoni jew l-att ġew mgħarrfa lid-destinatarju.

KAPITOLU VII

PREŻENZA F’UFFIĊĊJI AMMINISTRATTIVI U PARTEĊIPAZZJONI F’INKJESTI AMMINISTRATTIVI

Artikolu 28

1.   Bi ftehim bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità rikjesta, u f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, uffiċjali awtorizzati mill-awtorità rikjedenti jistgħu, bil-għan li jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, ikunu preżenti fl-uffiċċji tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Membru rikjest, jew kwalunkwe post ieħor, fejn dawk l-awtoritajiet iwettqu l-ħidma tagħhom. Meta l-informazzjoni mitluba tinstab f’dokumentazzjoni li għalih għandhom aċċess l-uffiċjali tal-awtorità rikjesta, l-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti għandhom jingħataw kopji tagħhom.

2.   Bi ftehim bejn l-awtorità rikjedenti u l-awtorità rikjesta, u f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, l-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità rikjedenti jistgħu, bil-għan li jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, ikunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi mwettqa fit-territorju tal-Istat Membru rikjest. Dawn l-inkjesti amministrattivi għandhom jitwettqu b’mod esklussiv mill-uffiċjali tal-awtorità rikjesta. L-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti m’għandhomx jeżerċitaw il-poteri ta’ kontroll mogħtija lill-uffiċjali tal-awtorità rikjesta. Huma jistgħu, madankollu, ikollhom aċċess għall-istess bini u dokumenti bħal dawn tal-aħħar, permezz tal-intermedjazzjoni tal-uffiċjali tal-awtorità rikjestà u biss minħabba fit-twettiq tal-inkjesta amministrattiva.

3.   L-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti preżenti fi Stat Membru ieħor skont il-paragrafi 1 u 2 iridu fil-ħinijiet kollha jkunu kapaċi jipproduċu awtorità miktuba li fiha hemm imniżżel l-identità u l-kapaċità uffiċjali tagħhom.

KAPITOLU VIII

KONTROLLI SIMULTANJI

Artikolu 29

L-Istati Membri jistgħu jaqblu li jwettqu kontrolli simultanji kull meta jqisu li dawn il-kontrolli jkunu aktar effettivi mill-kontrolli magħmula minn Stat Membru wieħed biss.

Artikolu 30

1.   Stat Membru għandu jidentifika indipendentament il-persuni taxxabli li li jkun bi ħsiebu jipproponi għal kontroll simultanju. L-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati bil-każijiet proposti għal kontroll simultanju. Hija għandha tagħti r-raġunijiet għall-għażla tagħha, kemm jista’ jkun possibli, billi tiġi pprovduta l-informazzjoni li wasslet għad-deċiżjoni tagħha. Hija għandha tispeċifika l-perijodu ta’ żmien li matulu se jitmexxew dawn il-kontrolli.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jirċievi l-proposta għal kontroll simultanju għandha tikkonferma l-qbil tagħha jew tikkomunika r-rifjut motivat tagħha lill-awtorità tal-Istat Membru l-ieħor, fil-prinċipju fi żmien ġimgħatejn mir-riċevuta tal-proposta iżda mhux aktar tard minn xahar.

3.   Kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha taħtar rappreżentant biex ikun responsabbli għas-superviżjoni u għall-kordinazzjoni tal-operazzjoni ta’ kontroll.

KAPITOLU IX

INFORMAZZJONI DWAR IL-PERSUNI TAXXABBLI

Artikolu 31

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jiżguraw li persuni involuti fil-provvista intra-Komunitarja ta’ oġġetti jew servizzi u persuni taxxabbli mhux stabbiliti li jfornu servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi pprvduti elettronikament, partikolarment dawk imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2006/112/KE, huma permessi jiksbu, għall-ħtiġijiet ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, konferma elettronika tal-validità tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ kwalunkwe persuna speċifikata kif ukoll l-isem u l-indirizz li jikkorrispondu. Din l-informazzjoni għandha tikkorrispondi mad-dejta msemmija fl-Artikolu 17.

2.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi l-konferma b’mezzi elettroniċi tal-isem u l-indirizz tal-persuna li jkun inħarġilha n-numru f’konformità mar-regoli nazzjonali tiegħu dwar il-protezzjoni tad-dejta.

3.   Matul il-perijodu previst fl-Artikolu 357 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għall-persuni taxxabbli li ma jipprovdux servizzi ta’ telekomunikazzjoni u tax-xandir.

Artikolu 32

1.   Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tippubblika fis-sit elettroniku tagħha d-dettalji dwar id-dispożizzjonijiet approvati minn kull Stat Membru li jittrasponu l-Kapitolu 3 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE.

2.   Id-dettalji u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għandhom jiġu deċiżi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 58(2).

KAPITOLU X

EUROFISC

Artikolu 33

1.   Sabiex tiġi promossa u ffaċilitata l-kooperazzjoni multilaterali fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, dan il-Kapitolu jistabbilixxi netwerk għall-iskambju rapidu ta’ informazzjoni mmirata bejn l-Istati Membri minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-Eurofisc”.

2.   Fil-qafas tal-Eurofisc, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jistabbilixxu mekkaniżmu multilaterali ta’ twissija bikrija għall-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT;

(b)

jikkoordinaw l-iskambju multilaterali fil-pront ta’ informazzjoni mmirata fl-oqsma ta’ ħidma fejn ser topera l-Eurofisc (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “l-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc”);

(c)

jikkoordinaw il-ħidma tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc tal-Istati Membri parteċipanti li jaġixxu fuq it-twissijiet li jirċievu.

Artikolu 34

1.   L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fl-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc tal-għażla tagħhom u jistgħu wkoll jiddeċiedu li jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom.

2.   L-Istati Membri li jkunu għażlu li jieħdu sehem f’qasam ta’ ħidma tal-Eurofisc għandhom jipparteċipaw b’mod attiv fl-iskambju multilaterali ta’ informazzjoni mmirata bejn l-Istati Membri parteċipanti kollha.

3.   L-informazzjoni skambjata għandha tkun kunfidenzjali, kif previst fl-Artikolu 55.

Artikolu 35

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Eurofisc b’appoġġ tekniku u loġistiku. Il-Kummissjoni m’għandux ikollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, li tista’ tiġi skambjata fl-Eurofisc.

Artikolu 36

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jaħtru tal-inqas uffiċjal ta’ kollegament wieħed tal-Eurofisc L-uffiċjali ta’ kollegament tal-Eurofisc għandhom ikunu uffiċjali kompetenti fis-sens tal-Artikolu 2(1)(c) u għandhom iwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 33(2). Huma għandhom jibqgħu jagtħu kont biss lill-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom.

2.   L-uffiċjali ta’ kollegament tal-Istati Membri li jipparteċipaw f’qasam ta’ ħidma partikolari tal-Eurofisc (minn hawn ‘il quddiem “uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti tal-Eurofisc”) għandhom jaħtru koordinatur (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “koordinatur tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc”), minn fost l-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti tal-Eurofisc, għal perijodu limitat. Il-koordinaturi tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc, għandhom:

(a)

jiġbru flimkien l-informazzjoni li jirċievu mill-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti tal-Eurofisc u jagħmlu l-informazzjoni kollha disponibbli għall-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti l-oħrajn tal-Eurofisc. L-informazzjoni għandha tiġi skambjata b’mezzi elettroniċi;

(b)

jiżguraw li l-informazzjoni li jirċievu mill-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti tal-Eurofisc tiġi pproċessata, kif maqbul mill-parteċipanti fil-qasam ta’ ħidma, u jagħmlu r-riżultat disponibbli għall-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti tal-Eurofisc;

(c)

jipprovdu feedback lill-uffiċjali ta’ kollegament parteċipanti tal-Eurosfisc.

Artikolu 37

Il-koordinaturi tal-oqsma ta’ ħidma tal-Eurofisc għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar l-attivitajiet ta’ kull qasam ta’ ħidma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 58(1).

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISKEMI SPEĊJALI FIL-KAPITOLU 6 TAT-TITOLU XII TAD-DIRETTIVA 2006/112/KE

SEZZJONI 1

Dispożizzjonijiet applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2014

Artikolu 38

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE. Id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 358 ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 39

1.   L-informazzjoni pprovduta mill-persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fil-Komunità lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, meta tibda l-attivitajiet tagħha skont l-Artikolu 361 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandha tiġi ppreżentata b’mod elettroniku. Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, għandhom jiġu ddeterminati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti din l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra fi żmien għaxart ijiem mill-aħħar tax-xahar li matulu rċevew l-informazzjoni mingħand il-persuna taxxabbli mhux stabbilita. Bl-istess mod l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu informati bin-numru ta’ identifikazzjoni allokat. Id-dettalji tekniċi għat-trażmissjoni ta’ din l-informazzjoni, li jinkludu messaġġ elettroniku komuni, għandhom ikunu determinati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).

3.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jinforma mingħajr dewmien b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra jekk persuna taxxabbli mhux stabbilita tkun eskluża mir-reġistru ta’ identifikazzjoni.

Artikolu 40

1.   Id-denunzja bid-dettalji mniżżla fl-Artikoli 365 tad-Direttiva 2006/112/KE trid tiġi ppreżentata b’mod elettroniku. Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, għandhom jiġu ddeterminati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti din l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara l-aħħar tax-xahar li fih ġiet irċevuta d-denunzja. L-Istati Membri li jeżiġu li d-denunzja tat-taxxa ssir fil-munita nazzjonali għajr l-euro, għandhom jikkonvertu l-ammonti f’euro permezz tar-rata tal-kambju valida għall-aħħar ġurnata tal-perijodu ta’ rappurtaġġ. Il-kambju għandu jsir wara li jkunu ppublikati mill-Bank Ċentrali Ewropew ir-rati tal-kambju għal dik il-ġurnata, jew, jekk m’hemmx pubblikazzjoni f’dik il-ġurnata, fuq ir-rati tal-kambju tal-ewwel ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni. Id-dettalji tekniċi għat-trasmissjoni tal-informazzjoni għandhom ikunu determinati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).

3.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti b’mezzi elettroniċi lill-Istat Membru ta’ konsum l-informazzjoni meħtieġa biex kull ħlas jingħaqad ma’ denunzja ta’ kull tliet xhur rilevanti.

Artikolu 41

1.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jiżgura li l-ammont li ġie mħallas mill-persuna taxxabli mhux stabbilita ġie trasferut għall-kont bankarju denominat f’euro indikat mill-Istat Membru ta’ konsum li lilu hu dovut il-ħlas. L-Istati Membri li jeħtieġu l-ħlas fil-munita nazzjonali għajr l-euro, għandhom jikkonvertu l-ammonti f’euro permezz tar-rata tal-kambju valida għall-aħħar data tal-perijodu ta’ rappurtaġġ. Il-kambju għandu jsir wara li jkunu ppublikati mill-Bank Ċentrali Ewropew ir-rati tal-kambju għal dik il-ġurnata, jew, jekk m’hemmx pubblikazzjoni f’dik il-ġurnata, fuq ir-rati tal-kambju tal-ewwel ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni. It-trasferiment għandu jsir mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara l-aħħar tax-xahar li fih sar il-ħlas.

2.   Jekk il-persuna taxxabbli mhux stabbilita ma tħallasx it-taxxa kollha dovuta, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jiżgura li l-ħlas jiġi trasferit lill-Istati Membri ta’ konsum b’mod proporzjonali għat-taxxa dovuta f’kull Stat Membru. L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jinforma b’mezzi elettroniċi dwar dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-konsum ikkonċernati.

Artikolu 42

L-Istati Membri għandhom jinformaw b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar in-numri ta’ kontijiet bankarji rilevanti għall-kreditu tal-ħlas skont l-Artikolu 41.

L-Istati Membri għandhom jinformaw mingħajr dewmien b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar tibdil fir-rata standard tat-taxxa.

SEZZJONI 2

Dispożizzjonijiet applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2015

Artikolu 43

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 44

1.   L-informazzjoni provduta mill-persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fil-Komunità lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni meta tibda l-attivitajiet tagħha skont l-Artikolu 361 tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tiġi ppreżentata b’mod elettroniku. Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, għandhom jiġu ddeterminati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn, fi żmien għaxart ijiem mill-aħħar tax-xahar li matulu kienet irċevuta l-informazzjoni mill-persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fil-Komunità. Dettalji simili għall-identifikazzjoni tal-persuna taxxabbli li tapplika l-iskema speċjali skont l-Artikolu 369b tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom jiġu trasmessi fi żmien għaxart ijiem mill-aħħar tax-xahar li matulu l-persuna taxxabbli tkun iddikjarat li l-attivitajiet taxxabbli tagħha taħt dik l-iskema jkunu nbdew. Bl-istess mod l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn għandhom jiġu infurmati bin-numru ta’ identifikazzjoni allokat.

Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, li bih għandha tiġi trasmessa din l-informazzjoni, għandhom jiġu ddeterminati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu mingħajr dewmien jinforma b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn jekk persuna taxxabbli mhux stabbilita fil-Komunità jew persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru tal-konsum tkun eskluża mill-iskema speċjali.

Artikolu 45

1.   Id-denunzja bid-dettalji mniżżla fl-Artikoli 365 u 369g tad-Direttiva 2006/112/KE trid tiġi ppreżentata b’mod elettroniku. Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, għandhom jiġu ddeterminati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti din l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-konsum ikkonċernat mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara l-aħħar tax-xahar li fih ġiet irċevuta d-denunzja. L-informazzjoni prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 369g tad-Direttiva 2006/112/KE għandha tiġi trasmessa wkoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment ikkonċernat. L-Istati Membri li jeżiġu li d-denunzja tat-taxxa ssir f’munita nazzjonali għajr l-euro, għandhom jikkonvertu l-ammonti f’euro permezz tar-rata tal-kambju valida għall-aħħar ġurnata tal-perijodu ta’ rappurtaġġ. Il-kambju għandu jsir wara li jkunu ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew ir-rati tal-kambju għal dik il-ġurnata, jew, jekk ma jkunx hemm pubblikazzjoni f’dik il-ġurnata, fil-ġurnata ta’ pubblikazzjoni li jmiss. Id-dettalji tekniċi għat-trasmissjoni tal-informazzjoni għandhom ikunu determinati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jittrasmetti b’mezzi elettroniċi lill-Istat Membru ta’ konsum l-informazzjoni meħtieġa biex kull ħlas jitqabbel mad-denunzja tat-taxxa ta’ kull tliet xhur rilevanti.

Artikolu 46

1.   L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jiżgura li l-ammont li ġie mħallas mill-persuna taxxabli mhux stabbilita jiġi trasferut għall-kont bankarju denominat f’euro, indikat mill-Istat Membru ta’ konsum li lilu hu dovut il-ħlas. L-Istati Membri li jeħtieġu l-ħlas fil-munita nazzjonali għajr l-euro għandhom jikkonvertu l-ammonti f’euro permezz tar-rata ta’ kambju valida għall-aħħar data tal-perijodu ta’ rappurtaġġ. Il-kambju għandu jsir wara li jkunu ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew ir-rati tal-kambju għal dik il-ġurnata, jew, jekk m’hemmx pubblikazzjoni f’dik il-ġurnata, fuq ir-rati tal-kambju tal-ewwel ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni. It-trasferiment għandu jsir mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara l-aħħar tax-xahar li fih sar il-ħlas.

2.   Jekk il-persuna taxxabbli mhux stabbilita ma tħallasx it-taxxa kollha dovuta, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jiżgura li l-ħlas jiġi trasferit lill-Istati Membri ta’ konsum bi proporzjon għat-taxxa dovuta f’kull Stat Membru. L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jinforma b’mezzi elettroniċi dwar dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-konsum b’dan.

3.   Fir-rigward ta’ pagamenti li għandhom jiġu trasferiti lill-Istat Membru tal-konsum skont l-iskema speċjali prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu l-jedd li, mill-ammonti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, iżomm:

(a)

mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2016 — 30 %;

(b)

mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2018 — 15 %;

(c)

mill-1 ta’ Jannar 2019 — 0 %.

Artikolu 47

L-Istati Membri għandhom jinformaw b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra dwar in-numri ta’ kontijiet bankarji rilevanti għall-kreditu tal-ħlas skont l-Artikolu 46.

L-Istati Membri għandhom jinformaw mingħajr dewmien b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar tibdil fir-rata tat-taxxa applikabbli għall-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi fornuti elettronikament.

KAPITOLU XII

SKAMBJU U KONSERVAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI FIL-KUNTEST TAL-PROĊEDURA GĦAR-RIFUŻJONI TAL-VAT LIL PERSUNI TAXXABBLI MHUX STABBILITI FL-ISTAT MEMBRU TA’ RIFUŻJONI IŻDA STABBILITI FI STAT MEMBRU IEĦOR

Artikolu 48

1.   Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tirċievi applikazzjoni għal rifużjoni tal-VAT skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/9/KE u l-Artikolu 18 ta’ dik id-Direttiva ma jkunx applikabbli, hija għandha, fi żmien 15-il jum kalendarju mir-riċeviment tagħha u b’mezzi elettroniċi, tgħaddi l-applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru ta’ rifużjoni konċernat b’konferma li l-applikant kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2008/9/KE tkun persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT u li n-numru ta’ identifikazzjoni jew reġistrazzjoni mogħti minn din il-persuna huwa validu għall-perijodu ta’ rifużjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru ta’ rifużjoni għandhom jinnotifikaw b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe informazzjoni mitluba minnhom skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/9/KE. Id-dettalji tekniċi, inkluż messaġġ elettroniku komuni, li bih għandha tiġi trasmessa din l-informazzjoni, għandhom jiġu ddeterminati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru ta’ rifużjoni għandhom jinnotifikaw b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra jekk huma jkunu jridu jagħmlu użu mill-għażla li jitolbu lill-applikant jipprovdi d-deskrizzjoni tal-attività tan-negozju b’kodiċijiet armonizzati kif imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/9/KE.

Il-kodiċijiet armonizzati msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddeterminati skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-klassifika tan-NACE stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (8).

KAPITOLU XIII

RELAZZJONIJIET MAL-KUMMISSJONI

Artikolu 49

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw u jivvalutaw kif qegħdin jaħdmu l-arranġamenti għal kooperazzjoni amministrattiva prevista f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tgħaqqad l-esperjenza tal-Istati Membri bil-għan li ttejjeb l-operazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull informazzjoni disponibbli rilevanti għall-applikazzjoni li dawn jagħtu għal dan ir-Regolament.

3.   Lista ta’ informazzjoni ta’ statistika bżonnjuża għall-valutazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi determinata skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2). L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sakemm tkun disponibbli u sakemm il-komunikazzjoni ma tinvolvix piżijiet amministrattivi li ma jkunux ġustifikati.

4.   Bil-għan li tiġi vvalutata l-effettività ta’ din is-sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull informazzjoni oħra msemmija fl-Artikolu 1.

5.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

6.   Meta jkun meħtieġ, apparti minn dak li huwa meħtieġ f’dispożizzjonijiet oħra f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru l-informazzjoni li tista’ tippermettilhom jiġġieldu l-frodi fil-qasam tal-VAT malli tikseb din l-informazzjoni.

7.   Il-Kummissjoni tista’, fuq talba ta’ Stat Membru, tipprovdi l-perizji, l-assistenza teknika jew loġistika tagħha, jew kwalunkwe appoġġ ieħor sabiex jitwettqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU XIV

RELAZZJONIJIET MA’ PAJJIŻI TERZI

Artikolu 50

1.   Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz, dik l-awtorità tista’ tgħaddi l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri li juru interess fiha u, f’kull każ, lil dawk kollha li jitolbuha, sakemm dan hu permess b’ arranġamenti ta’ assistenza ma’ dak il-pajjiż terz partikolari.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw, konformement mad-dispożizzjonijiet domestiċi tagħhom dwar il-komunikazzjoni ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi, informazzjoni miksuba konformement ma’ dan ir-Regolament lil pajjiż terz, bil-kondizzjoni li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru mnejn toriġina l-informazzjoni jkun ta l-kunsens għal dik il-komunikazzjoni, u

(b)

il-pajjiż terz ikkonċernat ikun intrabat li jipprovdi l-kooperazzjoni meħtieġa biex tinġabar evidenza tan-natura irregolari tat-transazzjonijiet li jidhru kontrarji għal-leġislazzjoni tal-VAT.

KAPITOLU XV

KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

Artikolu 51

1.   Informazzjoni kkomunikata skont dan ir-Regolament għandha, sakemm ikun possibli, tkun ipprovduta b’mezzi elettroniċi taħt l-arranġamenti li għandhom ikunu adotatti skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).

2.   Meta t-talba ma tkunx ġiet ippreżentata kollha permezz tas-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità rikjesta għandha tikkonferma li rċeviet it-talba b’mezzi elettroniċi mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħames ġranet ta’ xogħol wara li tkun irċevietha.

Meta awtorità tkun irċeviet talba jew informazzjoni li hija ma kinitx ir-riċevitur intenzjonat tagħha, din għandha tibgħat messaġġ b’mezzi elettroniċi lill-emittent mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħames ġranet ta’ xogħol wara li tkun irċevietha.

Artikolu 52

Talbiet għall-għajnuna, inkluż talbiet għan-notifika, u dokumenti mehmuża jistgħu jsiru f’kwalunkwe lingwa miftiehma mill-awtorità rikjesta u dik rikjedenti. Dawn it-talbiet għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih hi stabbilita l-awtorità rikjesta, f’każijiet speċjali fejn l-awtorità rikjesta tagħti raġuni għat-talba ta’ din it-traduzzjoni.

Artikolu 53

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi eżistenti jew ġodda ta’ skambju ta’ komunikazzjoni jew ta’ informazzjoni li huma meħtieġa sabiex jipprovdu għall-iskambji ta’ informazzjoni deskritti f’dan ir-Regolament ikunu operattivi. Ftehim dwar il-livell tas-servizz li jiżgura l-kwalità teknika u l-kwantità tas-servizzi li għandhom jingħataw mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-funzjonament ta’ dawn is-sistemi ta’ komunikazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni għandu jiġi deċiż f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2). Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe żvilupp tan-netwerk CCN/CSI li jkun meħtieġ sabiex jippermetti l-iskambju ta’ din l-informazzjoni bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għal kwalunkwe żvilupp tas-sistemi tagħhom li jkun meħtieġ sabiex jippermetti li din l-informazzjoni tiġi skambjata bl-użu tan-netwerk CCN/CSI.

L-Istati Membri għandhom iċedu t-talbiet kollha biex jiġu mħallsa lura l-ispejjeż minfuqa sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament ħlief, fejn xieraq, fir-rigward ta’ ħlas lill-esperti.

Artikolu 54

1.   L-awtorità rikjesta fi Stat Membru wieħed għandha tipprovdi lil awtorità rikjedenti fi Stat Membru ieħor l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 bil-kondizzjoni li:

(a)

in-numru u n-natura tat-talbiet għal informazzjoni magħmula mill-awtorità rikjedenti f’perijodu speċifikat ma jimponux piż amministrattiv disproporzjonat fuq dik l-awtorità rikjesta;

(b)

dik l-awtorità rikjesta użat is-sorsi kollha abitwali tal-informazzjoni li setgħet tuża fiċ-ċirkustanzi biex tikseb l-informazzjoni mitluba, mingħajr ir-riskju li tikkomprometti l-kisba tar-riżultat mixtieq.

2.   Dan ir-Regolament m’għandu jimponi l-ebda obbligu li jkun hemm inkjesti magħmula jew li tkun ipprovduta informazzjoni fuq każ partikolari jekk il-liġijiet jew il-prattiċi amministrattivi tal-Istat Membru li jrid jipprovdi l-informazzjoni ma jawtorizzawx lill-Istat Membru biex iwettaq dawn l-inkjesti jew jiġbor jew juża dik l-informazzjoni għall-iskopijiet proprji tal-Istat Membru.

3.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru rikjest tista’ tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni meta l-Istat Membru rikjedenti ma jistax, għal raġunijiet ġuridiċi, jipprovdi informazzjoni simili. Il-Kummissjoni għandha tkun informata fuq il-bażi ta’ rifjut mill-Istat Membru rikjest.

4.   It-trasmissjoni ta’ informazzjoni tista’ tkun rifjutata fil-każ li twassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew ta’ informazzjoni li l-kxif tagħha jmur kontra l-politika pubblika.

5.   Il-paragrafi 2, 3 u 4 ma jistgħu fl-ebda każ jiġu interpretati b’tali mod li jippermettu awtorità rikjesta ta’ Stat Membru tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni dwar persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti għar-raġuni waħdanija li din l-informazzjoni qed tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, persuna nominata bħala aġent jew f’kapaċità fiduċjarja jew li qed taġixxi bħala tali jew minħabba li tirrelata ma’ interess ta’ proprjetà f’persuna ġuridika.

6.   L-awtorità rikjesta għandha tinforma lill-awtorità rikjedenti dwar ir-raġuni ta’ rifjut ta’ talba għall-għajnuna.

7.   Limitu minimu li jista’ jwassal għal talba għall-għajnuna jista’ jkun adottat skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 58(2).

Artikolu 55

1.   L-informazzjoni kkomunikata jew miġbura f’kull forma skont dan ir-Regolament, inkluża l-informazzjoni kollha li l-uffiċjal seta’ kellu aċċess għaliha fiċ-ċirkustanzi previsti fil-Kapitolu VII, fil-Kapitolu VIII u fil-Kapitolu X kif ukoll fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandha tkun koperta bl-obbligu ta’ sigriet uffiċjali u tgawdi mill-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili kemm taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li rċevieha kif ukoll tal-istandards korrespondenti applikabbli għall-awtoritajiet tal-Unjoni. Din l-informazzjoni għandha tintuża biss fiċ-ċirkustanzi previsti minn dan ir-Regolament.

Din l-informazzjoni tista’ tintuża għall-iskop biex tiġi stabbilita bażi ta’ valutazzjoni jew il-kollezzjoni jew il-kontroll amministrattiv tat-taxxa għall-iskop biex tiġi stabbilita l-bażi ta’ valutazzjoni.

L-informazzjoni tista’ tintuża wkoll għall-valutazzjoni ta’ imposti, dazji u taxxi oħra koperti bl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (9).

Barra minn hekk, tista’ tintuża flimkien mal-proċedimenti ġudizzjarji li jistgħu jinvolvu pieni, li jibdew bħala riżultat ta’ ksur tal-liġi tat-taxxa mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali u d-disposizzjonijiet ġuridiċi li jirregolaw id-drittijiet tal-konvenuti u tax-xhieda f’dawn il-proċedimenti.

2.   Il-persuni debitament akkreditati mill-Awtorità ta’ Akkreditament f’kwistjonijiet ta’ Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni biss sakemm tkun neċessarja għall-assistenza, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tan-netwerk tas-CCN/CSI.

3.   Permezz ta’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni għandha tippermetti l-użu tagħha għal skopijiet oħra fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti, jekk, skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta, l-informazzjoni tista’ tintuża għal skopijiet simili.

4.   Fejn l-awtorità rikjedenti tikkonsidra li dik l-informazzjoni li hi rċeviet mill-awtorità rikjesta tista’ tkun bżonnjuża għall-awtorita kompetenti ta’ Stat Membru terz, tista’ titrasmettiha lil din l-awtorità tal-aħħar. Għandha tinforma lill-awtorità rikjesta b’dan bil-quddiem. L-awtorità rikjesta tista’ tirrikjedi li t-trasmissjoni tal-informazzjoni lil parti terza tkun soġġetta għal qbil dwarha minn qabel.

5.   Kull ħażna jew skambju ta’ informazzjoni msemmija f’dan ir-Regolament hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. Madankollu, l-Istati Membri għandhom, għall-iskop tal-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament, jirrestrinġu l-iskop tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1), l-Artikoli 12 u 21 tad-Direttiva 95/46/KE sal-limitu meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 56

Rapporti, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra, kopji ċertifikati u estratti minnhom, miksuba mill-persunal tal-awtorità rikjesta u kkomunikati lill-awtorità rikjedenti taħt l-għajnuna pprovduta b’dan ir-Regolament jistgħu jkunu użati bħala evidenza mill-korpi kompetenti tal-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti fuq l-istess bażi ta’ dokumenti simili pprovduti minn awtorità oħra ta’ dak il-pajjiż.

Artikolu 57

1.   Għall-fini ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex:

(a)

jiżguraw kordinazzjoni interna effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(b)

jistabbilixxu kooperazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet awtorizzati għall-fini ta’ din il-koordinazzjoni;

(c)

jiżguraw il-funzjonament tajjeb tal-arranġamenti għal skambju ta’ informazzjoni previsti f’dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lil kull Stat Membru, kemm jista’ jkun malajr, kull informazzjoni li hija tirċievi u li hija kapaċi tipprovdi.

KAPITOLU XVI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 58

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

Artikolu 59

1.   Sal-1 ta’ Novembru 2013 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’dan ir-Regolament.

Artikolu 60

1.   Dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr ħsara għat-twettiq ta’ kwalunkwe obblgui usa’ fir-rigward ta’ għajnuna reċiproka li jirriżulta minn atti legali oħra, inklużi ftehimiet bilaterali jew multilaterali.

2.   Meta l-Istati Membri jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari skont l-Artikolu 11, u meta dawn il-ftehimiet ma jirrigwardawx każijiet individwali, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 61

Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012. Madankollu, l-effetti tal-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament għandhom jinżammu sad-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kapitolu V, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 27(4), ta’ dak ir-Regolament għandu jibqa’ applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 62

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Madankollu, l-Artikoli 33 sa 37 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2010;

Il-Kapitolu V, bl-eċċezzjoni għall-Artikoli 22 u 23 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013;

L-Artikoli 38 sa 42 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2014; u

L-Artikoli 43 sa 47 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  Opinjoni tal-5 ta’ Mejju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tas-17 ta’ Frar 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23.

(6)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(8)  ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28.


ANNESS I

Lista ta’ provvisti ta’ oġġetti u servizzi li għalihom japplika l-Artikolu 7(3) u (4):

1.

Il-bejgħ b’distanza (l-Artikoli 33 u 34 tad-Direttiva 2006/112/KE);

2.

Is-servizzi marbuta ma’ proprjetà immobbli (l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/112/KE);

3.

Is-servizzi ta’ telekommunikazzjoni, xandir bir-radju u televiżjoni u servizzi pprovduti elettronikament (l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/112/KE);

4.

Il-kiri, ħlief għal kiri għall-perijodu qasir, ta’ mezz ta’ trasport lil persuna mhux taxxabbli (l-Artikolu 56 tad-Direttiva 2006/112/KE).


ANNESS II

Regolament imħassar bl-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003

ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 885/2004

ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006

ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 143/2008

ĠU L 44, 20.2.2008, p. 1.

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 37/2009

ĠU L 14, 20.1.2009, p. 1.


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1798/2003

Dan ir-Regolament

L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 1(1)

L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 1(1)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1)

Ir-raba’ subparagrafu ta-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(4)

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 1(3)

L-Artikolu 2(1)(1)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 2(1)(2)

L-Artikolu 2(1)(a)

L-Artikolu 2(1)(3)

L-Artikolu 2(1)(b)

L-Artikolu 2(1)(4)

L-Artikolu 2(1)(c)

L-Artikolu 2(1)(5)

L-Artikolu 2(1)(d)

L-Artikolu 2(1)(6)

L-Artikolu 2(1)(e)

L-Artikolu 2(1)(7)

L-Artikolu 2(1)(f)

L-Artikolu 2(1)(8)

L-Artikolu 2(1)(g)

L-Artikolu 2(1)(9)

L-Artikolu 2(1)(h)

L-Artikolu 2(1)(10)

L-Artikolu 2(1)(i)

L-Artikolu 2(1)(11)

L-Artikolu 2(1)(j)

L-Artikolu 2(1)(12)

L-Artikolu 2(1)(k)

L-Artikolu 2(1)(13)

L-Artikolu 2(1)(l)

L-Artikolu 2(1)(14)

L-Artikolu 2(1)(15)

L-Artikolu 2(1)(m)

L-Artikolu 2(1)(16)

L-Artikolu 2(1)(n)

L-Artikolu 2(1)(17)

L-Artikolu 2(1)(18)

L-Artikolu 2(1)(p)

L-Artikolu 2(1)(19)

L-Artikolu 2(1)(q)

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 3(4)

L-Artikolu 4(3)

L-Artikolu 3(5)

L-Artikolu 4(4)

L-Artikolu 3(6)

L-Artikolu 5

L-Artikolu 3(7)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 7(2)

L-Artikolu 5(3)

Sal-31 ta’ Diċembru 2014: l-Artikolu 7(3)

Mill-1 ta’ Jannar 2015: l-Artikolu 7(4)

L-Artikolu 5(4)

L-Artikolu 7(5)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 8

L-Artikolu 7

L-Artikolu 9

L-Artikolu 8

L-Artikolu 10

L-Artikolu 9

L-Artikolu 11

L-Artikolu 10

L-Artikolu 12

L-Artikolu 11

L-Artikolu 28

L-Artikolu 12

L-Artikolu 29

L-Artikolu 13

L-Artikolu 30

L-Artikolu 14

L-Artikolu 25

L-Artikolu 15

L-Artikolu 26

L-Artikolu 16

L-Artikolu 27

L-Artikolu 17, l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 13(1)

L-Artikolu 17, it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 14(2)

L-Artikolu 18

L-Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 19

L-Artikolu 20

L-Artikolu 21

L-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1)

Artikolu 17(1)(a)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1)

L-Artikolu 18

L-Artikolu 22(2)

L-Artikolu 19

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23

L-Artikolu 21(2)(a) u (b)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 23

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24, punt (1)

L-Artikolu 21(2)(c)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24, punt (1)

L-Artikolu 21(2)(d)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 24

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2)

L-Artikolu 25(1)

L-Artikolu 20(1)

L-Artikolu 25(2)

L-Artikolu 20(2)

L-Artikolu 25(3)

L-Artikolu 26

L-Artikolu 24, l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 27(1)

Artikolu 17(1)(b)

L-Artikolu 27(2)

L-Artikolu 17(1)(b) u l-Artikolu 21(1)

L-Artikolu 27(3)

L-Artikolu 17(1)(b) u l-Artikolu 21(1)

L-Artikolu 27(4)

L-Artikolu 31

L-Artikolu 27(5)

L-Artikolu 24

L-Artikolu 28

Sal-31 ta’ Diċembru 2014: l-Artikolu 38

Mill-1 ta’ Jannar 2015: l-Artikolu 43

L-Artikolu 29

Sal-31 ta’ Diċembru 2014: l-Artikolu 39

Mill-1 ta’ Jannar 2015: l-Artikolu 44

L-Artikolu 30

Sal-31 ta’ Diċembru 2014: l-Artikolu 40

Mill-1 ta’ Jannar 2015: l-Artikolu 45

L-Artikolu 31

L-Artikolu 17(1)(d)

L-Artikolu 32

Sal-31 ta’ Diċembru 2014: l-Artikolu 41

Mill-1 ta’ Jannar 2015: l-Artikolu 46

L-Artikolu 33

Sal-31 ta’ Diċembru 2014: l-Artikolu 42

Mill-1 ta’ Jannar 2015: l-Artikolu 47

L-Artikolu 34

Artikolu 34a

L-Artikolu 48

L-Artikolu 35

L-Artikolu 49

L-Artikolu 36

L-Artikolu 50

L-Artikolu 37

L-Artikolu 51(1)

L-Artikolu 38

L-Artikolu 52

L-Artikolu 39

L-Artikolu 53

L-Artikolu 40

L-Artikolu 54

L-Artikolu 41

L-Artikolu 55

L-Artikolu 42

L-Artikolu 56

L-Artikolu 43

L-Artikolu 57

L-Artikolu 44

L-Artikolu 58

L-Artikolu 45

L-Artikolu 59

L-Artikolu 46

L-Artikolu 60

L-Artikolu 47

L-Artikolu 61

L-Artikolu 48

L-Artikolu 62


12.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 905/2010

tal-11 ta’ Ottubru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livelli tal-iskattar ta' dazji addizzjonali fuq ħjar, qaqoċċ, klementin, mandolin u larinġ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), partikolarment l-Artikolu 143(b), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2) jipprovdi għal sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul ir-Rawd tal-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali multilaterali u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2007, 2008 u 2009, għandhom jiġu aġġustati l-livelli tal-iskattar ta' dazji addizzjonali fuq ħjar, qaqoċċ, klementin, mandolin u larinġ.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni għas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI ADDIZZJONALI TA' IMPORTAZZJONI TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li hija indikativa biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-applikazzjoni

Livell tal-iskattar

(f'tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju

1 215 717

78.0020

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

966 474

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

12 303

78.0075

Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April

33 447

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju

17 258

78.0100

0709 90 70

Zukkini

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

55 369

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju

368 535

78.0120

0805 20 10

Klementin

Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

175 110

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

115 625

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru

329 903

78.0160

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju

92 638

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru

146 510

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu

1 262 435

78.0180

Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru

95 357

78.0220

0808 20 50

Lanġas

Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April

280 764

78.0235

Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

83 435

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

49 314

78.0265

0809 20 95

Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu

90 511

78.0270

0809 30

Ħawħ, inklużi nuċiprisk

Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

6 867

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

57 764 ”


12.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/21


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 906/2010

tal-11 ta' Ottubru 2010

li jemenda għall-137 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu (2),

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li jaqaw taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-27 u d-29 ta’ Settembru 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemeda d-dejta ta’ identifikazzjoni ta’ żewġ persuni naturali mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2010

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Karel KOVANDA

Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni “Yasser Mohamed Ismail Abu Shaweesh (magħruf ukoll bħala Yasser Mohamed Abou Shaweesh). Data tat-twelid: 20.11.1973. Post tat-twelid: Benghazi, il-Libja. Nru tal-passaport: (a) 939254 (dokument tal-ivvjaġġar Eġizzjan), (b) 0003213 (passaport Eġizzjan), (c) 981358 (passaport Eġizzjan), (d) C00071659 (sostitut tal-passaport maħruġ fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja). Informazzjoni oħra: Miżmum fil-ħabs il-Ġermanja sa minn Jannar 2005. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Yasser Mohamed Ismail Abu Shaweesh (magħruf ukoll bħala Yasser Mohamed Abou Shaweesh). Data tat-twelid: 20.11.1973. Post tat-twelid: Benghazi, il-Libja. Nru tal-passaport: (a) 939254 (dokument tal-ivvjaġġar Eġizzjan), (b) 0003213 (passaport Eġizzjan), (c) 981358 (passaport Eġizzjan), (d) C00071659 (sostitut tal-passaport maħruġ fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja). Informazzjoni oħra: Ħuh huwa Ismail Mohamed Ismail Abu Shaweesh. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.12.2005.”

(2)

L-annotazzjoni “Mohammed Benhammedi (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Hannadi, (b) Mohamed Ben Hammedi, (c) Muhammad Muhammad Bin Hammidi, (d) Ben Hammedi, (e) Panhammedi, (f) Abu Hajir, (g) Abu Hajir Al Libi, (h) Abu Al Qassam). Indirizz: Midlands, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 22.9.1966. Post tat-twelid: Il-Libja. Ċittadinanza: Libjana.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tinbidel bi:

“Mohammed Benhammedi (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Hannadi, (b) Mohamed Ben Hammedi, (c) Muhammad Muhammad Bin Hammidi, (d) Ben Hammedi, (e) Panhammedi, (f) Abu Hajir, (g) Abu Hajir Al Libi, (h) Abu Al Qassam (i) Hammedi Mohamedben). Indirizz: Midlands, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 22.9.1966. Post tat-twelid: Il-Libja. Ċittadinanza: Libjana.”


12.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 907/2010

tal-11 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

80,7

MK

56,9

TR

78,0

XS

50,2

ZZ

66,5

0707 00 05

MK

54,8

TR

135,2

ZZ

95,0

0709 90 70

TR

120,5

ZZ

120,5

0805 50 10

AR

92,3

BR

100,4

CL

62,4

IL

102,3

TR

98,9

UY

117,2

ZA

73,9

ZZ

92,5

0806 10 10

BR

221,3

TR

124,4

ZA

64,2

ZZ

136,6

0808 10 80

AR

75,7

BR

51,1

CL

121,2

CN

82,6

NZ

96,3

ZA

86,9

ZZ

85,6

0808 20 50

CN

75,4

ZA

77,5

ZZ

76,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


12.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 908/2010

tal-11 ta’ Ottubru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2010/11 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (UE) Nru 903/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 867/2010 għas-sena tas-suq 2010/11, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 3.

(4)  ĠU L 266, 9.10.2010, p. 58.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-12 ta’ Ottubru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

57,56

0,00

1701 11 90  (1)

57,56

0,00

1701 12 10  (1)

57,56

0,00

1701 12 90  (1)

57,56

0,00

1701 91 00  (2)

48,93

2,79

1701 99 10  (2)

48,93

0,00

1701 99 90  (2)

48,93

0,00

1702 90 95  (3)

0,49

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


12.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 909/2010

tal-11 ta’ Ottubru 2010

li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (2), b'mod partikolari l-Artikolu 23 (1), l-ewwel premessa u (3), l-ewwel premessa tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 635/2010 tad-19 ta' Lulju 2010 li jibda proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 li jaqgħu taħt ċerti kwoti tal-GATT (3) jiftaħ il-proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għall-ġobon għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont il-kwoti tal-GATT imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ esportazzjoni għal ċerti kwoti u gruppi ta’ prodotti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwoti 2011. Għandhom għaldaqstant jiġu ffissati l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

(3)

Fil-każ ta’ gruppi ta’ prodotti u ta’ kwoti fejn l-applikazzjonijiet depożitati għall-kwantitajiet inferjuri minn dawk disponibbli, huwa xieraq, skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009, li tiġi pprovvduta l-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jifdallhom lill-applikanti fil-proporzjon tal-kwantitajiet applikati mitluba. L-allokazzjoni tal-kwantitatijiet żejda għandha tiġi subordinata għall-kommunikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-kwantitajiet aċċettati mill-operatur ikkonċernat u għall-għoti ta’ garanzija mill-operaturi interessati.

(4)

Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni tal-proċedura tad-determinazzjoni ta’ dawn il-koeffiċjenti, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 635/2010, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-aktar fis possibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għall-esportazzjoni ddepożitati skont ir-Regolament (UE) Nru 635/2010 rigward il-gruppi tal-prodotti u l-kwoti identifikati mis-“16-Tokyo, 16-, 17-, 18-, 20- u l-21-Urugwaj” fil-kolonna 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettati, bir-riżerva tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni indikati fil-kolonna ta’ dan l-Anness.

Artikolu 2

L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għall-esportazzjoni ddepożitati skont ir-Regolament (UE) Nru 635/2010 rigward il-grupp ta’ prodotti u l-kwoti identifikati minn “22- u 25- Tokyo, 22- u 25-Uruguay” fil-kolonna 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettati skont il-kwantitajiet mitluba.

Il-liċenzji ta’ esportazzjoni jistgħu jingħataw għall-kwantitajiet żejda skont l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni kif indikati fil-kolonna 6 tal-Anness, wara l-aċċettazzjoni mill-operatur fiż-żmien ġimgħa li tibda tgħodd mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u suġġett għall-għoti tal-garanzija mitluba.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 186, 20.7.2010, p. 16.


ANNESS

L-identifikazzjoni tal-grupp skond in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti

Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota

Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2011

(f’tunnellati)

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 1

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 2

In-numru tan-nota

Grupp

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

16

Not specifically provided for (NSPF)

16-Tokyo

908,877

0,2409568

 

16-Uruguay

3 446,000

0,1832277

 

17

Blue Mould

17-Uruguay

350,000

0,0542064

 

18

Cheddar

18-Uruguay

1 050,000

0,3125000

 

20

Edam/Gouda

20-Uruguay

1 100,000

0,1776486

 

21

Italian type

21-Uruguay

2 025,000

0,0851556

 

22

Swiss or Emmenthaler cheese other than with eye formation

22-Tokio

393,006

 

4,9125750

22-Uruguay

380,000

 

4,7500000

25

Swiss or Emmenthaler cheese with eye formation

25-Tokio

4 003,172

 

4,2262326

25-Uruguay

2 420,000

 

2,5548447


12.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 910/2010

tal-11 ta’ Ottubru 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 869/2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Ottubru 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2010 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 869/2010 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji tal-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji tal-importazzjoni ffissati bir-Regolament (UE) Nru 869/2010.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 869/2010 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (UE) Nru 869/2010 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fit-12 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.

(3)  ĠU L 259, 1.10.2010, p. 7.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-12 ta’ Ottubru 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

14,39

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

14,39


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

30.9.2010-8.10.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

221,79

150,02

Prezz FOB USA

182,97

172,97

152,97

93,04

Tariffa fuq il-Golf

15,90

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

13,18

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

20,48  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

49,61  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].


DEĊIŻJONIJIET

12.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Lulju 2010

dwar il-miżura C 48/07 (ex NN 60/07) implimentata mill-Polonja favur il-WRJ u l-WRJ-Serwis

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4476)

(Il-verżjoni Pollakka biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/612/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka, anness mat-Trattat tal-Adeżjoni (1),

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (2) u wara li kkunsidrat il-kummenti mibgħuta minnhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Il-Kummissjoni saret taf b’irregolaritajiet fis-settur Pollakk tal-pajpijiet tal-azzar waqt li kienet qed timmonitorja r-ristrutturazzjoni tal-industrija Pollakka tal-azzar. Wara l-adeżjoni tal-Polonja mal-UE, twettqu eżamijiet ex officio fir-rigward tal-għajnuniet mogħtija lill-Walcownia Rur Jedność Sp. z.o.o. (“WRJ”) u lill-WRJ-Serwis Sp. z.o.o. (“WRJ-Serwis”). Il-Kummissjoni talbet informazzjoni lill-awtoritajiet Pollakki b’ittri tas-6 ta’ April 2005, tal-4 ta’ Awwissu 2005, tat-3 ta’ Novembru 2005, tal-4 ta’ Mejju 2006, tas-17 ta’ Novembru 2006, u tal-11 ta’ Lulju 2007. L-awtoritajiet Pollakki rrispondew b’ittri tas-7 ta’ Ġunju 2005, tad-29 ta’ Settembru 2005, tat-2 ta’ Diċembru 2005, tat-18 ta’ Mejju 2006, tal-31 ta’ Mejju 2006, tal-10 ta’ Jannar 2007, u tat-3 ta’ Awwissu 2007.

(2)

B’ittra tat-23 ta’ Ottubru 2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Polonja li kienet iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) (3) fir-rigward ta’ diversi miżuri implimentati favur il-WRJ u l-WRJ-Serwis.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Novembru 2007 (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu kummenti dwar il-miżuri.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand waħda mill-partijiet interessati. Il-Kummissjoni għaddiethom lill-Polonja, li ngħatat l-opportunità tirreaġixxi; il-kummenti tagħha waslu b’ittra tas-16 ta’ Frar 2009. Ir-risposta tal-Polonja għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tressqet b’ittri tal-21 ta’ Jannar u tal-1 ta’ Frar 2008.

(5)

Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni fis-16 ta’ Frar 2009, li tressqet mill-Polonja b’ittra tal-4 ta’ Ġunju 2009.

2.   DESKRIZZJONI DDETTALJATA TAL-MIŻURI

2.1.   Il-benefiċjarji

2.1.1.   Il-WRJ

(6)

Il-WRJ għandha s-sede tagħha f’Katowice u timpjega 12-il persuna għal skopijiet amministrattivi. 40,736 % tal-ishma ta’ WRJ jinsabu f’idejn it-Towarzystwo Finansowe Silesia Sp. z o.o. (“TFS”), li 99,6 % tal-ishma tagħha huma proprjetà statali. 7,235 % tal-ishma l-oħra qegħdin f’idejn il-Walcownia Rur Silesia S.A. (“Walcownia Rur Silesia”), li hija sussidjarja 100 % tat-TFS.

(7)

L-azzjonisti l-oħra huma:

Il-PIW Enpol Sp. z o.o. (sehem ta’ 19,009 %);

Il-Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A. (sehem ta’ 8,3 %);

Il-Kulczyk Privatstiftung (sehem ta’ 4,533 %);

Il-Huta Jedność (sehem ta’ 0,817 %);

diversi azzjonisti minoritarji oħra, li l-ishma tagħhom ivarjaw bejn 0,004 % u 3,4 %.

(8)

Il-WRJ inħolqot fl-1995 għall-bini ta’ fabbrika ġdida għall-irrumblar ta’ pajpijiet bla ġonot b’kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 160 000 tunnellata fis-sena (“il-proġett WRJ”).

(9)

Inizjalment, fl-1978, kumpanija oħra bl-isem ta’ Huta Jedność bdiet tibni fabbrika għall-irrumblar ta’ pajpijiet bla ġonot b’kapaċità ta’ 400 000 tunnellata, iżda x-xogħlijiet twaqqfu fl-1980 meta ġew sospiżi s-sussidji statali. Wara diversi tentattivi biex il-proġett jerġa’ jibda mill-ġdid, Il-Huta Jedność ressqet riżoluzzjoni ta’ falliment bl-inklużjoni tal-likwidazzjoni tal-assi, li ġiet irrifjutata mill-qorti. Il-Huta Jedność bħalissa hija kumpanija fi stat ta’ stralċ, bl-attivitajiet tagħha jikkonsistu fil-kiri tal-assi tal-produzzjoni tagħha lil kumpaniji oħra, bħala fornitriċi ta’ utilitajiet.

(10)

Il-proġett WRJ kien jinkludi elementi tal-infrastruttura mħejjija qabel mill-Huta Jedność kif ukoll xi wħud mill-magni u t-tagħmir li kienet ġabret hi għall-proġett oriġinali, u kellu jinbena f’biċċa art li qabel kienet proprjetà tal-Huta Jedność. Ġew mistiedna investituri ġodda biex jipparteċipaw fil-proġett WRJ, li beda fl-1997. Fl-2001, l-implimentazzjoni tal-proġett twaqqfet, u fil-frattemp l-investituri rtiraw minnu. Minkejja li jidher li 86 % tax-xogħlijiet twettqu, il-WRJ qatt ma bdiet tipproduċi.

(11)

Fl-4 ta’ Settembru 2007, il-Walcownia Rur Silesia, sussidjarja li fl-intier tagħha hija proprjetà tat-TFS u twaqqfet bil-għan li tikkonsolida s-settur Pollakk tal-pajpijiet tal-azzar (ara l-premessi mill-15 sas-17 ta’ hawn taħt), iddikjarat il-falliment tal-WRJ, bl-inklużjoni tal-likwidazzjoni tal-assi tagħha. Il-Qorti Distrettwali ta’ Katowice ddikjarat falluta lill-WRJ fit-23 ta’ Jannar 2008 u ordnat il-likwidazzjoni tal-assi tagħha, li għalihom ħatret riċevitur tal-falliment. Jidher li s’issa ma nbiegħu l-ebda assi tal-WRJ fil-qafas tal-proċedura ta’ falliment.

2.1.2.   Il-WRJ-Serwis

(12)

Il-WRJ-Serwis inħolqot fl-2001 wara t-trasformazzjoni ta’ Zakład Usług Energomechanicznych “Jedność” S.A., li kienet ġiet stabbilita fl-1999. L-azzjonisti tagħha huma t-TFS (sehem ta’ 54,66 %), il-PIW ENPOL Sp. z o.o. (sehem ta’ of 36,77 %), Commplex Sp. z o.o. (sehem ta’ 8,29 %), u l-Huta Jedność (sehem ta’ 0,28 %).

(13)

L-għan oriġinali tal-WRJ-Serwis kien l-implimentazzjoni ta’ parti tal-proġett WRJ u l-provvediment ta’ opportunitajiet ta’ kreditu aħjar lill-WRJ. Madankollu, il-WRJ-Serwis qatt ma bdiet xi attività ta’ investiment, iżda ilha minn Mejju 2004 li qed tipproduċi pajpijiet tal-azzar bla ġonot li jittawlu mingħajr tisħin, wara li l-Huta Jedność waqqfet il-produzzjoni tagħha fl-impjant tal-estrazzjoni fil-bidu tal-2004. Din l-attività qed titwettaq abbażi ta’ assi li inizjalment kienu mikrija mingħand il-Huta Jedność. Dawn l-assi sussegwentement għaddew f’idejn l-ING Bank Śląski S.A. u finalment f’idejn il-Walcownia Rur Silesia. B’żieda ma’ dan, il-WRJ-Serwis kisbet 9/10 tal-użufrutt perpetwu tal-art li fiha jinsab il-proġett WRJ kif ukoll 9/10 tas-sjieda tal-bini mibni f’dik l-art.

(14)

Il-WRJ-Serwis waqqfet l-operat tagħha f’April 2008, u dakinhar il-Walcownia Rur Silesia ħadet f’idejha l-produzzjoni ta’ pajpijiet tal-azzar fl-impjant tal-estrazzjoni.

2.1.3.   Il-konsolidazzjoni tal-WRJ u l-WRJ-Serwis u tentattivi għall-privatizzazzjoni tagħhom

(15)

Fl-2004, it-TFS bdiet tfittex investituri strateġiċi għall-WRJ u l-WRJ-Serwis. Fl-2005 l-partijiet interessati ġew mistiedna biex iressqu offerti, u tnejn minnhom għamlu dan. Finalment, ġie konkluż ftehim ta’ qafas ma’ waħda minn dawk li kienu tefgħu l-offerti tagħhom, dwar l-akkwist tal-assi tal-WRJ u l-WRJ-Serwis, ħieles u mingħajr piżijiet; madankollu, dan il-proċess ġie tterminat f’Ottubru 2006 peress li ma ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet. F’Diċembru 2006, it-TFS nediet proċedura ta’ offerta pubblika ġdida, iżda ma waslulha l-ebda offerti vinkolanti.

(16)

Wara sejħa oħra għall-offerti li nħarġet fl-2007, it-TFS iddeċidiet li tikkonsolida lill-WRJ u lill-WRJ-Serwis sabiex tiffaċilita l-privatizzazzjoni tagħhom. Biex dan isir, it-TFS ħolqot żewġ kumpaniji ġodda, jiġifieri lill-FEREX Sp. z o.o. (“FEREX”) u lill-Walcownia Rur Silesia. It-TFS żżomm f’idejha 100 % tal-ishma taż-żewġ kumpaniji. Permezz tal-Walcownia Rur Silesia u l-FEREX, it-TFS kisbet l-assi meħtieġa biex timplimenta l-proġett WRJ u assumiet id-djun tal-WRJ u l-WRJ-Serwis:

a)

Il-Walcownia Rur Silesia saret kreditriċi tal-WRJ billi minn konsorzju ta’ banek u minn Stalexport kisbet l-ammonti riċevibbli mill-WRJ ta’ PLN 168 940 469 u PLN 95 595 057 rispettivament. B’żieda ma’ dan, il-Walcownia Rur Silesia xtrat l-assi mobbli tal-impjant tal-estrazzjoni mill-konsorzju ta’ banek immexxi mill-ING Bank Śląski;

b)

Il-FEREX ukoll saret kreditriċi tal-WRJ billi mill-banek kisbet total ta’ ammonti riċevibbli mill-WRJ ta’ PLN 142 941 270,43, iggarantit b’ipoteka fuq art li l-proprjetarji tagħha kienu l-WRJ u l-WRJ-Serwis.

(17)

F’Awwissu 2008, sar tentattiv ieħor mill-awtoritajiet Pollakki biex ibigħu lill-WRJ, lill-WRJ-Serwis, lill-FEREX, u lill-Walcownia Rur Silesia. It-TFS u l-Walcownia Rur Silesia stiednu lill-partijiet interessati biex jieħdu sehem fin-negozjati dwar ix-xiri, b’mod konġunt, tal-assi tal-Walcownia Rur Silesia, tal-kapital azzjonarju tal-FEREX, tal-ammonti riċevibbli mit-TFS li kienu jinsabu f’idejn il-FEREX, u tal-ishma tat-TFS li kienu jagħmlu parti mill-kapital tal-WRJ-Serwis. Il-proċedura ntemmet fil-15 ta’ Jannar 2009 u ma rriżultat fil-bejgħ tal-ebda assi offruti.

2.2.   Il-miżuri vvalutati

(18)

L-għajnuna mogħtija lill-WRJ tikkonsisti f’investimenti kapitali mit-TFS (2.2.1), garanziji pprovduti mit-TFS (2.2.2), u sigurtajiet mit-Teżor (2.2.3). L-għajnuna mogħtija lill-WRJ-Serwis tikkonsisti f’investimenti kapitali mit-TFS (2.2.4).

2.2.1.   Investimenti kapitali fil-WRJ mit-TFS

(19)

L-ewwel investiment kapitali fil-WRJ li wettqet it-TFS sar fis-26 ta’ Ġunju 2002 meta l-azzjonisti tal-WRJ ddeċidew li jżidu l-kapital azzjonarju. Lit-TFS ġew assenjati wkoll ishma b’valur nominali ta’ PLN 15 miljun bi bdil ma’ ammonti riċevibbli. Dawn l-ammonti riċevibbli kienu dovuti lit-TFS mill-Huta Andrzej u l-Huta Katowice u kienu jammontaw għal PLN 15 miljun. Iż-żieda kapitali ġiet irreġistrata u daħlet fis-seħħ fit-22 ta’ Novembru 2002.

(20)

It-tieni żieda fil-kapital azzjonarju saret fis-17 ta’ Jannar 2003 meta l-azzjonisti tal-WRJ iddeċidew li jerġgħu jżidu l-kapital azzjonarju tal-kumpanija. Lit-TFS ġew assenjati ishma b’valur nominali ta’ PLN 40 miljun bi bdil ma’ ammonti riċevibbli dovuti lit-TFS mill-WRJ (bdil ta’ dejn ma’ ekwità). L-ammonti riċevibbli kellhom valur nominali ta’ PLN 40 miljun, u t-TFS kienet ħadithom aktar kmieni, f’Diċembru 2002, mill-ING Bank Śląski S.A. Iż-żieda kapitali ġiet irreġistrata u daħlet fis-seħħ fit-25 ta’ Awwissu 2003.

2.2.2.   Provvediment ta’ garanziji lill-WRJ mit-TFS

(21)

Fl-2001, it-TFS tat garanzija li kopriet sa PLN 5 miljun minn ammont misluf li kien jammonta għal PLN 20 miljun. Is-self kien ingħata lill-WRJ fl-1999 mill-Maniġment Reġjonali tal-Ambjent u tal-Ilma (WFOŚiGW).

(22)

Fl-2001, it-TFS tat garanzija li kopriet sa PLN 50 miljun minn ammont misluf li kien jammonta għal PLN 115 miljun. Is-self kien ingħata lill-WRJ fl-1996 mill-Maniġment Nazzjonali tal-Ambjent u tal-Ilma (WFOŚiGW).

2.2.3.   Provvediment ta’ sigurtajiet lill-WRJ mit-Teżor

(23)

Fl-14 ta’ Ottubru 1997, it-Teżor ta garanzija li kienet tkopri 45 % tal-kapital u tal-imgħax fuq żewġ ammonti mislufa li t-total tagħhom kien jammonta għal PLN 262.5 miljun. Dan is-self kien jikkonsisti f’faċilità ta’ kreditu b’munita barranija u oħra b’PLN, it-tnejn minnhom mogħtija minn konsorzju ta’ banek fl-1997.

(24)

Fit-2 ta’ Jannar 2003, il-garanzija tal-Istat żdiedet għal 55 % mill-Kunsill tal-Ministri billi ffirma d-dokumenti rilevanti. Iż-żieda tal-garanzija ma ġietx implimentata.

2.2.4.   Investimenti kapitali fil-WRJ-Serwis mit-TFS

(25)

It-TFS għamlet interventi kapitali fil-WRJ-Serwis f’Diċembru 2003, bil-għan li tikseb il-maġġoranza tal-ishma tal-kumpanija sabiex tkun tista’ tikkontrolla l-proġett WRJ. B’deċiżjoni ta’ Diċembru 2003, l-azzjonisti tal-WRJ-Serwis qablu li t-TFS setgħet tikseb ishma tal-kumpanija. L-ishma kellhom valur nominali ta’ PLN 7 910 000. It-TFS kisbet il-parti l-kbira tal-ishma bi bdil għal ammonti riċevibbli dovuti lit-TFS mill-Huta Jedność. Dawn l-ammonti riċevibbli ġew ittrasferiti lill-WRJ-Serwis. It-TFS ħallset l-ishma wkoll bi flus kontanti (PLN 890 000) u b’kontribuzzjoni f’għamla ta’ oġġetti (biċċiet tal-metall tal-Huta Jedność għall-ipproċessar ulterjuri; valur tat-trasferiment ta’ PLN 450 000). Il-ftehim dwar il-kisba tal-ishma ġie ffirmat fit-8 ta’ Ġunju 2004. Iż-żieda kapitali ma ġietx irreġistrata qabel is-17 ta’ Awwissu 2007.

(26)

Fl-istess ħin mat-TFS, kisbu ishma mill-kapital azzjonarju miżjud wieħed mill-azzjonisti eżistenti, il-PIW Enpol Sp. z o.o., u azzjonista ġdid, Commplex Sp. z o.o. (kumpaniji privati t-tnejn li huma). Il-kumpaniji kisbu l-ishma billi assenjaw lill-WRJ-Serwis ammonti riċevibbli mill-Huta Jedność.

3.   IL-BAŻI BIEX TINFETAĦ L-INVESTIGAZZJONI FORMALI

(27)

Kif ġie deskritt fil-premessa 3, il-Kummissjoni ddeċidiet fit-23 ta’ Ottubru 2007 li tiftaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”). Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni l-ewwel esprimiet il-pożizzjoni tagħha li hija kienet kompetenti biex tiddeċiedi dwar il-każ u li l-miżuri inkwistjoni kkostitwixxew għajnuna mill-Istat mhux kompatibbli mas-Suq Intern.

3.1.   Il-liġi applikabbli u l-kompetenza tal-Kummissjoni

(28)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet l-opinjoni li l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE (li dakinhar kienu l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE) normalment ma kinux japplikaw għal għajnuniet mogħtija qabel l-adeżjoni li ma baqgħux jiġu implimentati wara l-adeżjoni. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka, anness mat-Trattat tal-Adeżjoni (“Protokoll Nru 8”) setgħu jitqiesu bħala lex specialis marbuta mal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE li estendiet il-monitoraġġ tal-għajnuna mill-Istat stabbilit mit-TFUE għal kwalunkwe għajnuna mogħtija għar-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka bejn l-1997 u l-2006. B’hekk, bi prinċipju, il-Kummissjoni kienet kompetenti biex tivvaluta għajnuniet bħal dawk imsemmija.

(29)

Fir-rigward tal-kwistjoni jekk produtturi tal-pajpijiet bħall-WRJ u l-WRJ-Serwis jiffurmawx parti mill-“industrija tal-azzar” għall-finijiet tal-Protokoll Nru 8, il-Kummissjoni qieset il-punti li ġejjin: Il-Protokoll Nru 8 ssejjes fuq il-programm nazzjonali tar-ristrutturar (Pjan għar-Ristrutturar u l-Iżvilupp għall-Industrija Pollakka tal-Ħadid u l-Azzar (“PNR”)). Il-qasam ta’ applikazzjoni tal-PNR u tal-Protokoll Nru 8 ma ġiex limitat għall-qasam ta’ applikazzjoni tal-Anness I tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (“Trattat tal-KEFA”), iżda kopra wkoll ċerti setturi tal-azzar bħall-pajpijiet bla ġonot u l-pajpijiet iwweldjati.

(30)

Skont id-deċiżjoni tal-ftuħ, l-ewwel nett, din l-interpretazzjoni kienet konformi mad-definizzjoni tal-industrija tal-azzar kif stabbilita fir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, jiġifieri d-definizzjoni mogħtija fl-Anness B tal-Qafas Multisettorjali (5). It-tieni, din irriżultat mill-PNR, li nofs il-benefiċjarji tiegħu kienu produtturi tal-pajpijiet. Fil-fatt, l-Huta Jedność, li kien hemm qabel minflok il-WRJ u l-WRJ-Serwis, ħadet sehem fil-proċess tal-programm tar-ristrutturar u ssemmiet aktar drabi b’mod espliċitu fl-abbozz ta’ PNR, iżda fl-aħħar ma ġietx ikkunsidrata bħala benefiċjarja potenzjali peress li dakinhar kien hemm pjanijiet dwar xoljiment wara l-insolvenza tagħha fl-2002.

(31)

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni waslet għall-opinjoni li l-projbizzjoni tal-implimentazzjoni ta’ għajnuna mhux inkluża fil-PNR u l-Protokoll Nru 8 kien japplika għall-Huta Jedność, il-WRJ u l-WRJ-Serwis.

3.2.   L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(32)

Fir-rigward tal-investimenti fil-WRJ li wettqet it-TFS u l-garanzija mogħtija lill-kumpanija mit-TFS, il-Kummissjoni esprimiet dubji serji dwar jekk dawn kinux konformi mar-rekwiżiti tal-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija tas-suq. Dakinhar meta kienu qed jittieħdu l-miżuri, il-WRJ kienet tiffaċċja diffikultajiet u ma kinitx tkun f’pożizzjoni tiġbor il-fondi fis-suq kapitali hija stess. Il-Kummissjoni ddubitat ukoll jekk kienx ikun suffiċjenti r-redditu fuq l-investimenti. U fl-aħħar, waslet għall-opinjoni li kien diffiċli biex wieħed jiġġustifika l-investimenti bil-fatt li t-TFS kienet beħsiebha tipprivatizza lill-WRJ aktar tard.

(33)

Fir-rigward tal-garanzija pprovduta lill-WRJ mit-Teżor, il-Kummissjoni nnutat li ma kienx ċar jekk il-WRJ kinitx iffaċċjat diffikultajiet dakinhar meta ngħatat il-garanzija, jiġifieri fl-1997. Min-naħa l-oħra, fejn tidħol iż-żieda fil-garanzija fl-2003, wieħed seta’ jqis li l-WRJ kienet qiegħda tiffaċċja diffikultajiet, u għaldaqstant il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-konformità ta’ din iż-żieda fil-garanzija mal-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija tas-suq.

(34)

Fir-rigward tal-investimenti fil-WRJ-Serwis li wettqet it-TFS, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk dawn kinux konformi mar-rekwiżiti tal-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija tas-suq. Il-Kummissjoni nnutat li l-kumpanija ffaċċjat diffikultajiet fl-2003, u għaldaqstant hija kellha dubji dwar jekk l-investimenti kinux ippromettew redditu aċċettabbli.

3.3.   Il-konformità tal-għajnuna mill-Istat

(35)

Peress li bejn l-1997 u l-2006 l-investimenti u l-għajnuna għar-ristrutturar tas-settur tal-azzar kienu pprojbiti skont il-Protokoll Nru 8, u konsegwentement skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni ma setgħet tidentifika l-ebda raġuni għaliex l-għajnuna mill-Istat potenzjali setgħet tiġi ddikjarata konformi.

4.   IL-KUMMENTI TAL-POLONJA DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

(36)

B’ittri tal-21 ta’ Jannar u tal-1 ta’ Frar 2008, il-Polonja ressqet il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. Fil-qosor, il-Polonja ma qablitx mal-interpretazzjoni tal-Protokoll 8 mill-Kummissjoni u tenniet il-pożizzjoni tagħha li l-miżuri inkwistjoni ma kkostitwixxewx għajnuna mill-Istat.

4.1.   Il-liġi applikabbli u l-kompetenza tal-Kummissjoni

(37)

Il-Polonja tqis li wieħed m’għandux jiġġeneralizza abbażi tal-Protokoll Nru 8, li jikkostitwixxi eċċezzjoni għar-regola li tipprojbixxi l-interventi fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija qabel l-adeżjoni.

(38)

L-ewwel nett, tispjega li l-produtturi tal-pajpijiet u l-prodotti tagħhom ma kinux inklużi fl-Anness I tal-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra (6) (“Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew”), u għaldaqstant ma kinux jaqgħu fil-qasam ta’ applikazzjoni tiegħu.

(39)

It-tieni, il-projbizzjoni tal-għoti ta’ għajnuna mill-Istat lill-produtturi tal-pajpijiet fl-Istati Membri ġiet introdotta fl-24 ta’ Lulju 2002 bid-dħul fis-seħħ tal-Anness B tal-Qafas Multisettorjali, li ddefinixxa l-ambitu tat-terminu industrija tal-azzar. Skont din id-definizzjoni, is-setturi tal-pajpijiet bla ġonot u tal-pajpijiet iwweldjati kienu jiffurmaw parti mill-industrija tal-azzar. Konsegwentement, il-PNR approvat mill-Kummissjoni fl-2003 u l-Protokoll Nru 8 inkludew ukoll produtturi tal-pajpijiet. Preċedentement, meta kien qed japplika t-Trattat tal-KEFA, kien ġie eskluż is-settur tal-pajpijiet.

(40)

Il-Polonja tikkonkludi li l-Protokoll Nru 8 għandu jkun interpretat b’tali mod li qabel l-24 ta’ Lulju 2002, l-għajnuniet mogħtija lill-produtturi tal-pajpijiet ma kinux suġġetti għall-kontroll tal-Kummissjoni (bħalma jiġri fil-każijiet ta’ kull intervent ieħor li sar qabel ma daħal fis-seħħ it-Trattat tal-Adeżjoni). Wara dik id-data, il-produtturi tal-pajpijiet kienu suġġetti għar-restrizzjonijiet imsemmija.

(41)

Fir-rigward tal-għarfien relatat mil-lat tal-benefiċjarji, il-Polonja tispjega li l-WRJ-Serwis tista’ tiġi kklassifikata bħala produttriċi tal-azzar biss mill-2004, meta bdiet tuża l-faċilitajiet tal-impjant tal-estrazzjoni, u li wieħed ma jistax iqis l-interventi statali li saru qabel dik id-data bħala għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-azzar.

(42)

U fl-aħħar, il-Polonja tenfasizza li l-proġett WRJ ma jikkostitwixxix tkomplija tal-proġett Huta Jedność ta’ qabel.

4.2.   L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(43)

B’żieda ma’ dan, il-Polonja ssostni li t-TFS, għalkemm qed tiġi kkontrollata mit-Teżor, qiegħda topera bil-għan li tiġġenera qligħ, skont il-kundizzjonijiet tas-suq. L-azzjonijiet meħuda minnha fir-rigward tal-WRJ u l-WRJ-Serwis ma kinux riżultat ta’ kontroll jew sorveljanza partikolari mill-Istat. Konsegwentement, it-Teżor ma kienx neċessarjament qed jeżerċita kontroll fis-sens tas-sentenza fil-Kawża Stardust Marine  (7).

(44)

Fejn jidħlu ż-żidiet kapitali tal-WRJ u l-garanziji pprovduti mit-TFS, il-Polonja tqis li t-TFS ma innjettat l-ebda fondi sinifikanti lill-proġett WRJ. Fil-fatt, il-bdil ta’ ammonti riċevibbli ma’ ishma tal-WRJ kien aktar loġiku mil-lat ekonomiku mill-infurzar dirett tagħhom. B’żieda ma’ dan, dakinhar meta t-TFS investiet fil-WRJ, it-TFS kienet fil-pussess ta’ pjanijiet ta’ negozju li wrew il-profitabbiltà tal-proġett WRJ. U fl-aħħar, dakinhar anki l-konsorzju tal-banek kien lest biex jipprovdi aktar fondi lill-WRJ. Konsegwentement, t-TFS aġixxiet bħal investitur tal-ekonomija tas-suq.

(45)

Il-Polonja tqis li ż-żieda tal-garanzija pprovduta lill-WRJ mill-Istat hija konformi mal-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija tas-suq peress li kienet tippossiedi titoli tas-sigurtà adegwati u peress li l-WRJ ħallset dritt tal-garanzija lit-Teżor bir-rata tas-suq. B’żieda ma’ dan, kundizzjoni għall-garanzija kienet li l-banek kellhom jerġgħu jibdew jiffinanzjaw il-proġett WRJ, u dan ma sarx. Konsegwentement, iż-żieda fil-garanzija qatt ma ġiet implimentata, u l-Polonja tqis li ma rriżultat f’ebda vantaġġ għall-WRJ.

(46)

L-intervent kapitali fil-WRJ-Serwis jitqies li jikkonforma mal-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija tas-suq. L-ewwel, flimkien mat-TFS, ħadu ishma anki azzjonisti privati. It-tieni, Il-WRJ-Serwis ma kinitx tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli, u t-TFS ħadet id-deċiżjoni fid-dawl tal-qligħ li l-WRJ-Serwis kienet se tiġġenera fil-futur. Fl-aħħar, it-TFS kienet f’pożizzjoni tikseb kontroll tal-WRJ-Serwis u tal-proprjetà li fiha nbena l-proġett WRJ.

(47)

Fir-rigward tal-konsolidazzjoni tal-WRJ u l-WRJ-Serwis, il-Polonja targumenta li dan kien l-uniku mod li kien jippermetti li l-proġett WRJ jgħaddi malajr f’idejn investitur privat u jiġi kkompletat minnu filwaqt li kien qed jiġi żgurat ukoll irkupru massimu tal-kapital injettat mill-Istat sa dakinhar.

5.   IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(48)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand parti terza interessata waħda, li opponiet bil-qawwa s-sussidji mogħtija mill-Polonja. Il-parti tfakkar li l-pajpijiet qatt ma kienu prodotti inklużi fit-Trattat tal-KEFA u li l-industrija tal-pajpijiet kellha twettaq ir-ristrutturazzjoni tagħha għas-spejjeż tagħha stess, mingħajr ma tingħata għajnuna mill-Istat. Skont hi, l-aċċettanza tal-għajnuna f’dan il-każ kienet tkun ta’ ħsara għall-industrija Ewropea tal-pajpijiet. Il-parti ssostni wkoll li billi wieħed jaċċetta l-għajnuna, jista’ jkun li jitqiegħdu f’periklu t-tentattivi tagħha li turi li ċerti pajjiżi li jimpurtaw pajpijiet qed jimpurtawhom fl-UE bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jew bi prezzijiet issussidjati. U fl-aħħar, il-parti targumenta li l-industrija Ewropea tal-pajpijiet bla ġonot kienet tinsab f’qagħda ekonomika partikolari, b’kapaċitajiet żejda fl-Ewropa u l-ħtieġa li jiġu esportati kwantitajiet kbar filwaqt li fl-2007 żdiedet l-importazzjoni miċ-Ċina.

6.   IL-KUMMENTI TAL-POLONJA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTI INTERESSATA

(49)

L-osservazzjonijiet tal-parti interessata ntbagħtu lill-Polonja, li ressqet il-kummenti tagħha fis-16 ta’ Frar 2009. Il-Polonja tappoġġja l-opinjoni li jinħtieġu regoli trasparenti għall-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-pajpijiet.

(50)

Il-Polonja taqbel mal-parti terza li l-pajpijiet qatt ma kienu prodott inkluż fit-Trattat tal-KEFA u ttenni li sad-dħul fis-seħħ tal-Qafas Multisettorjali fl-24 ta’ Lulju 2002, is-“settur tal-azzar” ma kienx jinkludi lill-produtturi tal-pajpijiet. Konsegwentement, il-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-pajpijiet tapplika biss mill-24 ta’ Lulju 2002, meta daħlet fis-seħħ id-definizzjoni “estiża” tas-settur tal-azzar.

(51)

U fl-aħħar, il-Polonja terġa’ ttenni li l-WRJ qatt ma bdiet l-attivitajiet tagħha ta’ produzzjoni u l-WRJ-Serwis waqqfet il-produzzjoni tagħha fl-2008. Il-Polonja tenfasizza li qatt ma tat għajnuna mill-Istat lill-WRJ.

7.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

7.1.   Il-iġi applikabbli u l-kompetenza tal-Kummissjoni

(52)

Il-miżuri inkwistjoni ġew implimentati qabel l-adeżjoni tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea (jiġifieri qabel l-1 ta’ Mejju 2004). Bi prinċipju, l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE ma japplikawx għall-għajnuniet mogħtija qabel l-adeżjoni u li ma jibqgħux japplikaw wara l-adeżjoni (8). B’deroga minn din ir-regola ġenerali, u għalhekk fuq bażi eċċezzjonali, il-Kummissjoni hija kompetenti biex teżamina l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Polonja fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni tal-industrija tagħha tal-azzar qabel l-adeżjoni, abbażi tal-Protokoll Nru 8 anness mat-Trattat tal-Adeżjoni.

7.1.1.   In-natura lex speċjalis tal-Protokoll Nru 8

(53)

Il-Protokoll Nru 8 jinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Polonja ttemm ir-ristrutturazzjoni tal-industrija tagħha tal-azzar li kienet bdiet qabel l-adeżjoni. Ir-ristrutturazzjoni ta’ qabel l-adeżjoni tal-industrija tal-azzar Pollakka twettqet abbażi tal-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew kif estiż b’deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Polonja (“Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni”) (9).

(54)

Il-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew ta lill-Polonja perjodu ta’ ħames snin hekk imsejjaħ “perjodu ta’ grazzja”, mill-1992 sal-aħħar tal-1996, li matulu kien permess ir-ristrutturar tas-settur tal-azzar tal-KEFA bis-saħħa ta’ għajnuna mill-Istat.

(55)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, il-perjodu ta’ grazzja ġġedded għal tmien snin oħra mill-1 ta’ Jannar 1997 jew inkella sal-adeżjoni tal-Polonja mal-UE. Matul dan il-perjodu, il-Polonja kellha l-possibbiltà li, fir-rigward tal-“prodotti tal-azzar”, bħala eċċezzjoni, tagħti għajnuna mill-Istat għal skopijiet ta’ ristrutturar skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew (kif estiż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni) u abbażi tal-PNR li l-Polonja ressqet lill-Kummissjoni f’April 2003. Wara valutazzjoni tal-PNR mill-Kummissjoni, l-Istati Membri approvaw il-proposta Pollakka f’Lulju 2003 (10).

(56)

Il-Protokoll Nru 8 jippermetti li wara l-adeżjoni tal-Polonja, il-Kummissjoni timmonitorja l-għajnuna mill-Istat mogħtija lis-settur tal-azzar mill-Polonja abbażi tal-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew (kif estiż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni) u tal-PNR. B’żieda ma’ dan, il-Protokoll Nru 8 jagħti l-possibbiltà biex il-Kummissjoni tirkupra għajnuniet mogħtija bi ksur tal-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew u tal-PNR. Konsegwentement, il-Protokoll Nru 8 huwa lex specialis li tippermetti, fuq bażi eċċezzjonali u b’deroga mis-sistema ġenerali, il-monitoraġġ retroattiv u l-eżami tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lis-settur tal-azzar Pollakk mill-Polonja qabel l-adeżjoni tagħha. Dan kien ikkonfermat mill-Qorti, li kkonstatat li l-Protokoll Nru 8 huwa lex specialis marbuta mal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE li testendi l-eżami tal-għajnuna mill-Istat mwettaq mill-Kummissjoni f’konformità mat-TFUE għall-għajnuniet mogħtija għar-riorganizzazzjoni tal-industrija tal-azzar Pollakka matul il-perjodu mill-1997 sal-2003 (11).

7.1.2.   L-ambitu tal-kontroll retroattiv mill-Kummissjoni kif stabbilit mill-Protokoll Nru 8

(57)

Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-kompetenza eċċezzjonali ta’ kontroll kif deskritta fil-premessi mit-53 sas-56 ta’ hawn fuq tkoprix ukoll miżuri implimentati mill-Polonja favur produtturi tal-pajpijiet qabel l-adeżjoni. Biex dan isir, il-bażijiet legali applikabbli f’dan il-każ, jiġifieri l-Protokoll Nru 8 moqri f’konnessjoni mal-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, għandhom jiġu interpretati bil-għan li jiġi ddeterminat jekk id-dispożizzjonijiet tagħhom ikoprux miżuri implimentati favur produtturi tal-pajpijiet Pollakki qabel l-adeżjoni.

(58)

Huwa prinċipju legali ġeneralment irrikonoxxut li d-dispożizzjonijiet ta’ lex specialis li tidderoga mis-sistema ġenerali għandhom ikunu interpretati stricto sensu. Interpretazzjoni stretta tal-bażijiet legali msemmija hawn fuq (ara l-premessi mid-59 sal-65 ta’ hawn taħt) twassal għall-konklużjoni li l-kompetenza retroattiva eċċezzjonali ta’ kontroll mil-lat tal-Kummissjoni hija limitata għall-miżuri ta’ qabel l-adeżjoni li ġew implimentati favur produtturi tal-KEFA, u għaldaqstant teskludi miżuri favur produtturi tal-pajpijiet.

7.1.3.   Interpretazzjoni tal-bażijiet legali

(59)

Il-punti 12 u 18 tal-Protokoll Nru 8 jistipulaw il-kompetenzi ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll retroattiv tal-Kummissjoni fir-rigward tal-għajnuniet mogħtija lill-industrija Pollakka tal-azzard qabel l-adeżjoni. Il-punt 12 jagħti l-possibbiltà li l-Kummissjoni u l-Kunsill jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-PRN qabel u wara l-adeżjoni, jiġifieri sal-2006. Il-punt 18 jagħti l-possibbiltà li l-Kummissjoni tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija bi ksur tal-kundizzjonijiet stipulati fil-Protokoll Nru 8.

(60)

Il-punt 1 tal-Protokoll Nru 8 jistipula li l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Polonja għar-ristrutturar ta’ “partijiet speċifikati tal-industrija tal-azzar Pollakka” għandhom jitqiesu kompatibbli mas-suq intern sakemm “il-perjodu stabbilit mill-Artikolu 8(4) tal-Protokoll 2 dwar il-prodotti tal-KEFA, anness mal-Ftehim Ewropew […] ikun ġie estiż sad-data tal-adeżjon”, ikunu rrispettati l-kundizzjonijiet stipulati fil-PNR u fil-Protokoll Nru 8, u “l-ebda għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar m’għandha titħallas lill-industrija tal-azzar Pollakka wara d-data tal-adeżjoni”.

(61)

Il-punt 2 tal-Protokoll Nru 8 jistipula li r-ristrutturar tas-settur Pollakk tal-azzar kif deskritt fil-pjanijiet ta’ negozju individwali tal-kumpaniji elenkati fl-Anness 1 għandu jintemm sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006. Il-punt 3 tal-Protokoll Nru 8 jindika li l-kumpaniji elenkati fl-Anness 1 tal-Protokoll biss huma eleġibbli għal għajnuna mill-Istat fil-qafas tal-programm ta’ ristrutturazzjoni għall-azzar Pollakk.

(62)

Il-punt 1 tal-Protokoll Nru 8 jirreferi b’mod espliċitu għall-Artikolu 8(4) tal-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew kif estiż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Il-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew kien japplika biss għall-“prodotti tal-azzar tal-KEFA” (l-Artikolu 8(4) tal-Protokoll 2) u fih kienu saħansitra mniżżla l-prodotti tal-azzar f’Anness. Dan tal-aħħar irriproduċa l-lista tal-prodotti tal-KEFA kif stipulati fl-Anness I tat-Trattat tal-KEFA, fejn id-definizzjoni tal-prodotti tal-azzar tal-KEFA b’mod espliċitu teskludi l-pajpijiet (“pajpijiet tal-azzar (bla ġonot jew iwweldjati) […] vireg lixxi u ħadid fondut (tubi, pajpijiet u tagħmir li jitwaħħal, u ħadid fondut ieħor)”.

(63)

It-Trattat tal-KEFA skada fit-23 ta’ Lulju 2002. Minn dik id-data ‘l quddiem, l-għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-azzar iddaħħlu fis-sistema ġenerali tal-KE. B’din l-okkażjoni, ġie deċiż li tiġi estiża d-definizzjoni tas-settur tal-azzar sabiex tinkludi lill-produtturi tal-pajpijiet. Dan ġie kkodifikat fl-Artikolu 27 u l-Anness B tal-Qafas Multisettorjali, li ddefinixxew li s-settur tal-azzar tal-UE jinkludi “tubi, pajpijiet u profili moħfija bla ġonot kif ukoll ħadid iwweldjat jew tubi u pajpijiet tal-ħadid”. Din id-definizzjoni estiża tas-settur tal-azzar ġiet imbagħad inkluża fl-Anness tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (12) u fil-punt 29 tal-Artikolu 2 tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (13).

(64)

Madankollu, la l-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew u lanqas id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ma ġew emendati b’mod espliċitu biex jinkorporaw din id-definizzjoni estiża tas-settur tal-azzar tal-UE bl-inklużjoni tal-produtturi tal-pajpijiet. Il-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew kien skada fil-31 ta’ Diċembru 1996. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ġeddet il-validità tal-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew għal tmien snin mill-1 ta’ Jannar 1997 jew sad-data tal-adeżjoni tal-Polonja (skont liema minnhom tiġi l-ewwel). L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirreferi għall-“prodotti tal-azzar” inġenerali, iżda l-qasam ta’ applikazzjoni tiegħu jintrabat ukoll b’mod speċifiku mal-Artikolu 8(4) tal-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew, li kien ikopri l-prodotti tal-azzar tal-KEFA biss. B’mod partikolari, ġie stabbilit li l-estenzjoni tal-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew tiddependi mit-tressiq, mill-Polonja, ta’ PNR u pjanijiet ta’ negozju tal-intrapriżi benefiċjarji tagħha lill-Kummissjoni, li t-tnejn kellhom jissodisfaw “ir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 8(4) tal-Protokoll 2 u kellhom ikunu ġew ivvalutati u miftiehma mill-awtorità nazzjonali tagħha għall-monitoraġġ tal-għajnuna mill-Istat (l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni u l-Ħarsien tal-Konsumatur)” (l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni).

(65)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-punt 18 tal-Protokoll Nru 8, interpretat fil-kuntest tal-punti mill-1 sat-3 tal-Protokoll Nru 8 f’konnessjoni mal-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, ma jagħtix kompetenza lill-Kummissjoni biex tikkontrolla l-għajnuniet mogħtija lill-produtturi tal-pajpijiet Pollakki qabel l-adeżjoni.

7.1.4.   Regoli Implimentattivi għall-Ftehim Ewropew bħala strument ta’ interpretazzjoni

(66)

B’żieda mal-interpretazzjoni legali tal-qasam ta’ applikazzjoni tal-bażijiet legali rilevanti (jiġifieri l-Protokoll Nru 8, il-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni – ara l-premessi mid-59 sal-65 ta’ hawn fuq), il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-kwistjoni dwar jekk ir-Regoli Implimentattivi għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim Ewropew u tal-Protokoll 2, kif adottati mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Polonja fl-2001 (“ir-Regoli Implimentattivi”) (14), humiex rilevanti biex jiġi ddeterminat l-ambitu tal-kompetenza ta’ kontroll retroattiv tal-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri ta’ qabel l-adeżjoni li ġew implimentati favur il-produtturi tal-pajpijiet Pollakki.

(67)

Bħala prinċipju ġenerali, ir-Regoli Implimentattivi fihom regoli ta’ proċedura li wieħed għandu jiddistingwi mid-dispożizzjonijiet sostantivi dwar l-għajnuna mill-Istat fil-Ftehim Ewropew u fil-Protokoll 2 anness miegħu. Madankollu, ta’ min wieħed jinnota li r-Regoli Implimentattivi fihom ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kriterji għall-ivvalutar tal-kompatibbiltà tal-għajnuniet mal-Ftehim Ewropew u mal-Protokoll 2 anness miegħu rispettivament.

(68)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(1) tar-Regoli Implimentattivi tgħid: “Il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuniet individwali mogħtija u tal-programmi rilevanti mal-Ftehim Ewropew, kif stabbilit fl-Artikolu 1 ta’ dawn ir-Regoli, għandha ssir abbażi tal-kriterji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli tal-Artikolu 87 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bl-inklużjoni tal-leġiżlazzjoni sekondarja preżenti u futura, l-oqfsa, il-linji gwida u atti amministrattivi oħra rilevanti li huma fis-seħħ fil-Komunità kif ukoll il-każistika tal-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti ta-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4(3)”. Din il-frażi tistabbilixxi l-prinċipju ġenerali li l-kriterji sostantivi għall-ivvalutar tal-kompatibbiltà tal-għajnua mill-Istat inġenerali mal-Ftehim Ewropew huma “evoluttivi” fis-sens li tul il-mixja tagħhom jinkorporaw tibdiliet/żviluppi fil-liġi u l-ġurisprudenza tal-UE.

(69)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 2(1) tar-Regoli Implimentattivi tirreferi b’mod partikolari għall-kriterji ta’ kompatibbiltà stabbiliti mill-Protokoll 2: “Sakemm l-għoti tal-għajnuna jew il-programm ta’ għajnuna jkun maħsub għal prodotti koperti mill-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew, l-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu tapplika bis-sħiħ barra mill-fatt li l-valutazzjoni għandha ssir mhux abbażi tal-kriterji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli tal-Artikolu 87 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iżda abbażi tal-kriterji ħerġin mill-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.” Il-kliem ta’ din is-sentenza jindika b’mod ċar li, bil-maqlub tas-sitwazzjoni tal-għajnuniet ġenerali koperti mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(1) (ara l-premessa 68 ta’ hawn fuq), fejn jidħlu l-għajnuniet koperti mill-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew, il-kriterji ta’ kompatibbiltà jiżviluppaw b’referenza mat-Trattat tal-KEFA. Ma ngħatawx indikazzjonijiet speċifiċi dwar l-evoluzzjoni tal-kriterji ta’ kompatibbiltà wara l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA fl-2002.

(70)

L-Artikoli 2(2) u 2(3) tar-Regoli Implimentattivi jistipulaw il-mekkaniżmu li bih il-Polonja għandha tinkorpora t-tibdiliet li qed isiru fil-kriterji ta’ kompatibbiltà tal-UE. B’mod partikolari, il-Polonja għandha titgħarraf bi kwalunkwe tibdila fil-kriterji ta’ kompatibbiltà tal-Komunità li tkun ġiet ippubblikata, u “kull meta r-Repubblika tal-Polonja ma toġġezzjonax għal tali tibdiliet fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tal-informazzjoni uffiċjali dwarhom, dawn għandhom isiru kriterji ta’ kompatibbiltà kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Fil-każijiet fejn ir-Repubblika tal-Polonja toġġezzjona għal tali tibdiliet u fir-rigward tal-approssimazzjoni tal-liġijiet kif stabbilita fil-Ftehim Ewropew, għandhom jitwettqu konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 ta’ dawn ir-Regoli.”

(71)

Anki jekk il-Polonja ma oġġezzjonatx fi żmien tliet xhur għat-tibdila tal-2002 fir-rigward tad-definizzjoni Komunitarja tal-industrija tal-azzar li wasslet għall-inklużjoni tal-produtturi tal-pajpijiet, tali tibdiliet fil-liġi Komunitarja ma setgħux isiru applikabbli fir-rigward tal-miżuri li ma jaqgħux fil-qasam ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Ewropew, jiġifieri dawk mhux koperti mit-Trattat tal-KEFA. Barra minn hekk, il-Protokoll Nru 8 huwa lex specialis, u għaldaqstant, sabiex tiddetermina l-qasam ta’ applikazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni ma tistax toqgħod fuq it-twessigħ tad-definizzjoni tas-settur tal-azzar tal-UE wara l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA. Għaldaqstant, wieħed għandu jikkonkludi li għandha ssir distinzjoni ċara bejn in-natura “evoluttiva” tal-liġi applikabbli, skont il-Ftehim Ewropew, għall-għajnuna mill-Istat mogħtija lis-settur tal-azzar fil-Polonja qabel l-adeżjoni, minn naħa, u l-interpretazzjoni neċessarjament stretta tal-ambitu tal-kompetenza ta’ kontroll retroattiv tal-Kummissjoni kif tirriżulta mill-Protokoll Nru 8, mill-Protokoll 2 anness mal-Ftehim Ewropew, u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, min-naħa l-oħra.

8.   KONKLUŻJONI

(72)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi li hija mhijiex kompetenti biex teżamina miżuri implimentati favur produtturi tal-pajpijiet Pollakki qabel l-adeżjoni, u b’mod partikolari matul il-perjodu mill-1997 sal-2003, abbażi tal-Protokoll Nru 8. Fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni mhix kompetenti biex tivvaluta l-miżuri kkonċernati minn din il-proċedura, din il-proċedura tingħalaq.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċedura formali ta’ investigazzjoni stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE, li nfetħet b’ittra tat-23 ta’ Ottubru 2007 indirizzata lill-Polonja, tingħalaq peress li skont id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 8 anness mat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Polonja, il-Kummissjoni mhix kompetenti li teżamina l-miżuri implimentati mill-Polonja favur il-WRJ u l-WRJ-Serwis fl-2001, l-2002 u l-2003.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 948.

(2)  ĠU C 282, 24.11.2007, p. 21.

(3)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE rispettivament. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza tagħhom. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jittieħdu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE fejn xieraq.

(4)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.

(5)  Ara l-Anness B tal-Qafas Multisettorjali (ĠU C 70, 19.3.2002, p. 8), li applika sa mill-24 ta’ Lulju 2002 (paragrafu 39) u li ġie ssostitwit mill-Anness 1 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2012 (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13).

(6)  ĠU L 348, 31.12.1993, p. 2.

(7)  Kawża C-482/99 Stardust Marine [2002], Ġabra I-4397.

(8)  Fil-paragrafu 90 tas-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2009 fil-Kawżi magħquda T-273/06 u T-297/06 ISD Polska et alii v Il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li “[…] huwa paċifiku bejn il-partijiet li bħala prinċipju, l-Artikoli 87 tal-KE u 88 tal-KE ma japplikawx għal għajnuna mogħtija qabel is-sħubija li ma tibqax tapplika wara s-sħubija.” Ara wkoll il-paragrafu 108 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/937/KE tal-5 ta’ Lulju 2005 dwar l-għajnuna mill-Istat C-20/04 (ex NN 25/04) favur Huta Czestochowa S.A. (ĠU L 366, 21.12.2006, p. 1) u l-paragrafi 202 et seq tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/3/KE tas-6 ta’ Novembru 2008 dwar għajnuna mill-istat C 19/05 (ex N 203/05) mogħtija mill-Polonja lil Stocznia Szczecińska (ĠU L 5, 8.1.2010, p. 1).

(9)  Id-Deċiżjoni Nru 3/2002 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Polonja tat-23 ta’ Ottubru 2002 li testendi l-perjodu stabbilit fl-Artikolu 8(4) tal-Protokoll 2 dwar il-prodotti tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) anness mal-Ftehim Ewropew (ĠU L 186, 25.7.2003, p. 38).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588/KE tal-21 ta’ Lulju 2003 dwar l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 3/2002 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Polonja tat-23 ta’ Ottubru 2002 li testendi l-perjodu stabbilit fl-Artikolu 8(4) tal-Protokoll 2 dwar il-prodotti tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) anness mal-Ftehim Ewropew (ĠU L 199, 7.8.2003, p. 17).

(11)  Il-Kawża T-288/06 Huta Czestochowa [2009] Ġabra II-2247, il-paragrafu 44.

(12)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(13)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.

(14)  Id-Deċiżjoni Nru 3/2001 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Polonja tat-23 ta’ Mejju 2001 li tadotta r-regoli implimentattivi għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat li għalihom qed jirreferu l-Artikoli 63(3)(iii) u (63) f’konformità mal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra, u fl-Artikoli 8(1)(iii) u (2) tal-Protokoll 2 2 dwar il-prodotti tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) anness mal-istess Ftehim (ĠU L 215, 9.8.2001, p. 39).


12.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Ottubru 2010

li tidderoga mid-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 2004/211/KE fir-rigward tad-dħul temporanju ta’ ċerti żwiemel maskili rreġistrati li qegħdin jieħdu sehem fl-avvenimenti ekwestri tal-avveniment ta’ prova pre-Olimpiku fl-2011, il-Logħob Olimpiku jew il-Logħob Paraolimpiku fl-2012 fir-Renju Unit

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 6854)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/613/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 (ii) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE tal-10 ta’ April 1992 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati (2) tassenja pajjiżi terzi, li minnhom għandu jiġi awtorizzat id-dħul temporanju fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati f’gruppi sanitarji speċifiċi għall-użu tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa li jikkorrispondu stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni. Din id-Deċiżjoni tipprovdi garanziji li żwiemel maskili mhux kastrati ta’ età ta’ aktar minn 180 jum ma jkunux ta’ riskju fir-rigward tal-arterite virali tal-ekwini.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (3), tistabbilixxi tali lista ta’ pajjiżi terzi, u partijiet ta’ territorji tagħhom li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta’ equidae minn pajjiżi terzi.

(3)

Il-logħob tas-sajf tat-XXX Olimpijadi (“il-Logħob Olimpiku”) ser isir f’Londra, ir-Renju Unit, mis-27 ta’ Lulju sat-12 ta’ Awwissu 2012, segwit mill-XIV Logħob Paraolimpiku tas-sajf (‘il-Paraolimpiċi’) bejn id-29 ta’ Awwissu u d-9 ta’ Settembru 2012. Qabel l-avvenimenti ekwestri tal-Logħob Olimpiku u tal-Paraolimpiċi, li jagħmlu parti integrali mil-Logħob Olimpiku u l-Paraolimpiċi tal-2012, se jkun hemm avvenimenti ekwestri fil-qafas tal-avveniment ta’ prova pre-Olimpiku, li huwa ppjanat li jkun Kompetizzjoni Internazzjonali ta’ Eventing ta’ żewġ stilel mill-4 sal-10 ta’ Lulju 2011.

(4)

Iż-żwiemel irreġistrati li jkunu qegħdin jieħdu sehem fl-avvenimenti ekwestri tal-avveniment ta’ prova preOlimpiku, il-Logħob Olimpiku u l-Paraolimpiċi sejrin ikunu taħt is-sorveljanza veterinarja tal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u l-Federazzjoni Dinjija Ekwestra (Fédération Équestre Internationale - FEI), l-organizzatriċi.

(5)

Ċerti żwiemel maskili rreġistrati, li jkunu kkwalifikaw biex jieħdu sehem f’dawk l-avvenimenti ekwestri ta’ livell għoli jistgħu ma jikkonformawx mar-rekwiżiti fir-rigward tal-arterite virali tal-ekwini stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 2004/211/KE. Għalhekk għandha tiġi pprovduta deroga minn dawk ir-rekwiżiti għal żwiemel maskili mhux kastrati li temporanjament jiddaħħlu biex jieħdu sehem f’dawk l-avvenimenti sportivi. Dik id-deroga għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimal u dik veterinarja biex jiġi eskluż ir-riskju li tixxerred l-arterite virali tal-ekwini permezz tat-tnissil jew il-ġbir tas-semen.

(6)

Minħabba li l-arterite virali tal-ekwini hija marda li għandha tiġi notifikata fl-Afrika t’Isfel, ma ġietx irrappurtata mill-2001 u hija soġġetta għal kontrolli f’dak il-pajjiż, huwa neċessarju li tiġi estiża d-deroga għaż-żwiemel li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell “F” fl-Anness II tad-Deċiżjoni 92/260/KEE.

(7)

Ir-rekwiżiti għall-kontrolli veterinarji fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (4).

(8)

L-iżvilupp tas-sistema veterinarja integrata u komputerizzata Traces, prevista fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE tad-19 ta’ Awwissu 2003 dwar l-iżvilupp ta’ sistema kompjuterizzata integrata magħrufa bħala Traces (5), jinvolvi l-istandardizzazzjoni ta’ dokumenti relatati mad-dikjarazzjoni u l-kontrolli sabiex id-dejta li tinġabar tkun tista’ tiġi mmaniġġjata u pproċessata sew biex titjieb is-sigurtà tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 282/2004 tat-18 ta’ Frar 2004 li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u l-kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità. (6)

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces (7) ħolqot database elettroniku uniku (“TRACES”) għall-monitoraġġ tal-moviment ta’ annimali fl-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi terzi, kif ukoll tipprovdi d-dejta ta’ referenza kollha relatata mal-kummerċ ta’ tali oġġetti.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ mudell armonizzat ta’ ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (8) jipprovdi format għall-identifikazzjoni tal-kunsinna li tippermetti li tiġi stabbilita rabta ma’ dokumenti dwar is-saħħa tal-annimali li jkunu akkumpanjaw l-annimal għall-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera fil-punt ta’ dħul fl-Unjoni Ewropea.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (9) tipprovdi dettalji ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni bejn unitajiet veterinarji fi Stati Membri sabiex jiġu mmonitorjati l-movimenti ta’, pereżempju, żwiemel irreġistrati mdaħħla temporanjament.

(12)

Id-dokument veterinarju komuni ta’ dħul maħruġ skont ir-Regolament (KE) Nru 282/2004 flimkien ma’ ċertifikazzjoni għall-moviment ta’ tali żwiemel mill-Istat Membru tal-ewwel destinazzjoni lejn Stati Membri oħra (“ċertifikazzjoni minn quddiem”), huwa l-għodda l-aktar xierqa biex jiġi żgurat li ż-żwiemel maskili rreġistrati mhux kastrati li jkunu ddaħħlu temporanjament taħt kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward l-arterite virali tal-ekwini jitilqu mill-Unjoni Ewropea f’perijodu ta’ inqas minn 90 jum wara d-dħul tagħhom u mingħajr dewmien wara t-tmiem tal-avvenimenti ekwestri li fihom ikunu ħadu sehem.

(13)

Madankollu, minħabba li ċ-ċertifikazzjoni minn quddiem fit-Taqsima VII taċ-ċertifikat mudell tas-saħħa b’mod konformi mad-Deċiżjoni 92/260/KEE mhijiex implimentata fi TRACES, hemm bżonn li ssir rabta bejn din iċ-ċertifikazzjoni minn quddiem permezz tad-dokument veterinarju komuni ta’ dħul ma’ attestazzjoni tas-saħħa b’mod konformi mal-Anness B tad-Direttiva 90/426/KEE.

(14)

Fid-dawl tal-importanza tal-avveniment u n-numru limitat ta’ żwiemel individwali magħrufa li sejrin jidħlu fl-Unjoni Ewropea skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati f’din id-Deċiżjoni, il-proċeduri amministrattivi addizzjonali jidhru li huma xierqa.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 92/260/KEE u l-Artikolu 6(a) tad-Deċiżjoni 2004/211/KE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul temporanju ta’ żwiemel maskili rreġistrati mhux kastrati li ma jissodisfawx ir-rekwiżit għall-arterite virali tal-ekwini stipulat fil-punt (e)(v) tat-Taqsima III taċ-ċertifikati mudell “A” sa “E” stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 92/260/KEE, b’kundizzjoni li dawn iż-żwiemel huma

(a)

maħsuba li jieħdu sehem fl-avvenimenti ekwestri li ġejjin f’Londra, ir-Renju Unit:

(i)

l-avvenimnet ta’ prova pre-Olimpiku mill-4 ta’ Lulju 2011 sal-10 ta’ Lulju 2011,

(ii)

t-XXX Olimpijadi (“il-Logħob Olimpiku”) mis-27 ta’ Lulju 2012 sat-12 ta’ Awwissu 2012,

(iii)

l-XIV Logħob Paraolimpiku tas-sajf (“il-Paraolimpiċi”) mid-29 ta’ Awwissu 2012 sad-9 ta’ Settembru 2012

(b)

b’mod konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żwiemel imsemmijin fl-Artikolu 1 (“iż-żwiemel”) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat dwar is-saħħa li jikkorrispondi mal-mudell xieraq minn “A” sa “E” stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni 92/260/KEE li ġie emendat kif ġej:

(a)

dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt (e)(v) tat-Taqsima III relatat mal-arterite virali tal-ekwini:

“jew

iż-żiemel irreġistrat għandu jiddaħħal b’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2010/613/UE).”

(b)

l-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-parti tat-Taqsima IV li għandha timtela mill-veterinarju uffiċċjali.

“—

iż-żiemel huwa maħsub li jieħu sehem fl-avvenimenti ekwestri tal-avveniment ta’ prova pre-Olimpiku f’Lulju 2011/il-Logħob Olimpiku f’Lulju u Awwissu 2012/il-Paraolimpiċi f’Awwissu u Settembru 2012 (aqta’ linja taħt dawk li japplikaw u ħassar dawk li ma japplikawx),

saru arranġamenti biex iż-żiemel jiġi trasportat ‘il barra mill-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien wara t-tmiem tal-avveniment ekwestri tal-avveniment ta’ prova pre-Olimpiku/il-Logħob Olimpiku/il-Paraolimpiċi (aqta’ linja taħt dawk li japplikaw u ħassar dawk li ma japplikawx) fil-… (niżżel id-data) permezz tal-punt ta’ ħruġ … (niżżel l-isem tal-punt ta’ ħruġ),

iż-żiemel mhuwiex maħsub għat-tnissil jew għall-ġbir ta’ semen matul ir-residenza tiegħu ta’ inqas minn 90 jum fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.”

2.   L-Istati Membri m’għandhomx jimplimentaw sistema ta’ kontroll alternattiva, kif stipulat fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 90/426/KEE, għaż-żwiemel.

3.   L-istatus taż-żwiemel ma jistax jinbidel minn dħul temporanju għal dħul permanenti.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minbarra l-kontrolli veterinarji fuq iż-żwiemel b’mod konformi mad-Direttiva 91/496/KEE, l-awtoritajiet veterinarji li joħorġu d-dokument veterinarju komuni ta’ dħul (common veterinary entry document – “CVED”) b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 282/2004 ukoll:

(a)

jinnotifikaw il-punt ta’ ħruġ indikat fit-Taqsima IV taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 2(b) tal-esportazzjoni ppjanata mill-Unjoni Ewropea billi jimlew il-punt 20 tas-CVED; kif ukoll

(b)

jikkomunikaw permezz ta’ faks jew e-Mail il-wasla taż-żwiemel fl-unità veterinarja lokali (GB04001) kif stabbilit fl-Artikolu 2(b)(iii) tad-Deċiżjoni 2009/821/KE li hija responsabbli għall-post magħżul għall-avveniment ekwestri kif imsemmi fl-Artikolu 1 (“il-post”).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żwiemel fit-triqthom mill-Istat Membru tal-ewwel destinazzjoni indikat fis-CVED lejn Stat Membru sussegwenti, jew lejn il-post, ikunu akkumpanjati mid-dokumenti tas-saħħa li ġejjin:

(a)

iċ-ċertifikat dwar is-saħħa mimli b’mod konformi mal-Artikolu 2(1) li fih it-Taqsima VII iddedikata għaċ-ċertifikazzjoni tal-movimenti bejn l-Istati Membri tkun imtliet, u

(b)

l-attestazzjoni tas-saħħa b’mod konformi mal-Anness B tad-Direttiva 90/426/KEE, li għandha tiġi nnotifikata lill-post ta’ destinazzjoni fil-format stipulat mir-Regolament (KE) Nru 599/2004 u jkollha kontroreferenza għaċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (a) fit-Taqsima I.6 tal-Parti I ta’ dak il-format.

3.   L-Istati Membri li jkunu qegħdin jiġu nnotifikati bil-movimenti taż-żwiemel b’mod konformi mal-paragrafu 2 għandhom jikkonfermaw il-wasla taż-żwiemel fil-punt 45 tal-Parti 3 tas-CVED.

Artikolu 4

Ir-Renju Unit għandhu jiżgura li l-awtorità kompetenti, b’kollaborazzjoni mal-organizzatur tal-avvenimenti msemmija fl-Artikolu 1 u l-kumpanija tat-trasport maħtura, jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li ż-żwiemel

(a)

jiddaħħlu fil-post biss jekk il-movimenti tagħhom mill-Istati Membru tal-ewwel destinazzjoni indikat fis-CVED sar-Renju Unit jiġu dokumentati kif stipulat fl-Artikolu 3(2), u

(b)

jitilqu mill-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien wara t-tmiem tal-avveniment.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

(2)  ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67.

(3)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(5)  ĠU L 216, 28.8.2003, p. 58.

(6)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11.

(7)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.

(8)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44.

(9)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.


Rettifika

12.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/43


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2010 tat-23 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta' Lulju 2010 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 193, tal-24 ta' Lulju 2010 )

Fil-paġna 13 tal-Anness, it-tabella “a) Kwota ta’ ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30, prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98” għandha tinqara kif ġej:

“Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2010

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju tax-xahar ta' Settembru 2010

(f’kg)

Stati Uniti tal-Amerika

09.4127

 (1)

10 026 128

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

2 623 395

L-Awstralja

09.4129

 (1)

790 000

Oriġini oħra

09.4130

 (2)

0


(1)  L-applikazzjonijiet ikopru l-kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.

(2)  Aktar kwantità disponibbli għal dan il-perjodu sekondarju.”