ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.267.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 267

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
9 ta' Ottubru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/597/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/14)

1

 

 

LINJI GWIDA

 

 

2010/598/EU

 

*

Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-Istrumenti u l-Proċeduri tal-Politika Monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2010/13)

21

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

DEĊIŻJONIJIET

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/1


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta’ Settembru 2010

dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro

(BĊE/2010/14)

(2010/597/UE)

IL-KUNSILL governATTIV TAL-BANK ċENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn “íl quddiem imsejjaħ ‘l-Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 128(1) tat-Trattat u l-Artikolu 16 tal-Istatut tal-SEBĊ jipprovdu li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv li jawtorizza l-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Unjoni. Dan id-dritt jinkludi l-kompetenza li jittieħdu miżuri biex tiġi protetta l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas.

(2)

Biex tiġi protetta l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro u biex tkun possibbli l-identifikazzjoni xierqa ta’ flus foloz, il-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkulazzjoni għandhom jinżammu f’kundizzjoni tajba biex jiġi żgurat li l-awtentiċità tagħhom tkun tista’ tiġi vverifikata b’mod sempliċi u affidabbli, u għalhekk il-karti tal-flus tal-euro għandhom jiġu vverifikati għall-kundizzjoni. Barra minn dan, il-karti tal-flus tal-euro foloz għandhom jiġu skoperti malajr u jiġu mgħoddija lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(3)

L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (1) oriġinarjament obbliga lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn rilevanti biex jirtiraw miċ-ċirkulazzjoni l-karti tal-flus tal-euro kollha li rċevew li jafu jew għandhom raġuni suffiċjenti sabiex jemmnu li huma foloz.

(4)

Biex jistabbilixxi standards armonizzati dwar ir-riċirkolazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro, fl-2005 il-BĊE ppubblika l-qafas tar-riċiklaġġ tal-karti ta’ flus li stabbilixxa regoli u proċeduri komuni dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (2), inklużi standards operattivi għall-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. Sussegwentement, il-BĊE adotta proċeduri komuni għall-ittestjar tal-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus mill-BĊNi.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 ġie emendat (3) fis-sens li l-ambitu tal-indirizzati tiegħu ġie estiż u issa huma obbligati li jiżguraw li l-karti tal-flus tal-euro li rċevew u li fi ħsiebhom jerġgħu jpoġġu fiċ-ċirkulazzjoni jiġu vverifikati għall-awtentiċità u li jiġu skoperti l-foloz. F’dan ir-rigward ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 jistipula li għall-karti tal-flus tal-euro, din il-verifika għandha ssir skont il-proċeduri definiti mill-BĊE. Għaldaqstant huwa xieraq li dawn il-proċeduri jiġu stabbiliti f’att legali.

(6)

Bla ħsara għall-kompetenza tal-Istati Membri biex jistabbilixxu sanzjonijiet kontra l-istituzzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jonqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom taħtu, l-Eurosistema għandha tkun tista’ tieħu miżuri amministrattivi xierqa biex jiġi żgurat li l-proċeduri definiti mill-BĊE jiġu mħarsa u li r-regoli u l-proċeduri stabbiliti taħt din id-Deċiżjoni ma jiġux evitati bir-riskju konsegwenti li l-karti tal-flus foloz jew li mhumiex f’kundizzjoni tajba ma jiġux skoperti jew jitpoġġew lura fiċ-ċirkulazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ambitu

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri komuni dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

1.

“BĊN” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li l-valuta tiegħu hija l-euro.

2.

“Cash handlers” tfisser l-istituzzjonijiet u l-aġenti ekonomiċi msemmijin fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.

3.

“Riċirkulazzjoni” tfisser l-azzjoni, minn cash handlers, li jerġgħu jpoġġu fiċ-ċirkulazzjoni, direttament jew indirettament, karti tal-flus tal-euro li jkunu rċevew, jew mill-pubbliku bħala ħlas jew bħala depożitu f’kont bankarju, jew mingħand cash handler ieħor.

4.

“Magna li timmaniġġja l-karti tal-flus” tfisser magna mħaddma mill-klijent jew mill-persunal kif iddefinit fl-Anness I.

5.

“Tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus” tfisser magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li tista’ tingħaraf minn magni oħrajn li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus kif deskritt fl-Anness I.

6.

“Proċeduri ta’ prova komuni” tfisser il-proċeduri ta’ prova, kif speċifikat mill-BĊE, li jiġu applikati mill-BĊNi biex jiġu eżaminati tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus.

7.

“Membri tal-persunal imħarrġin” tfisser impjegati ta’ cash handlers li għandhom: (a) għarfien tal-karatteristiċi differenti tas-sigurtà pubblika tal-karti tal-flus tal-euro, kif speċifikat u ppubblikat mill-Eurosistema, u l-kapaċità li jiġu vverifikati; u (b) għarfien tal-kriterji tal-issortjar elenkati fl-Anness IIIb u l-kapaċità li jiġu vverifikati l-karti tal-flus tal-euro magħhom.

8.

“Karti tal-flus tal-euro foloz” tfisser karti tal-flus tal-euro kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.

9.

“Magna li tagħti l-flus” tfisser magna self-service li, permezz tal-użu ta’ kard ta’ bank jew mezzi oħrajn, tagħti l-karti tal-flus tal-euro lill-pubbliku, billi tiddebita kont bankarju, bħal kaxxiera awtomatiċi (ATM) li tagħti l-flus kontanti. Self-checkout terminals (SCoTs) li bihom il-pubbliku jista’ jħallas għall-oġġetti u servizzi jew b’kard ta’ bank, flus kontanti jew strumenti oħrajn ta’ ħlas, li jkollhom funzjoni ta’ żbank ta’ flus, huma kkunsidrati wkoll bħala magni li jagħtu l-flus kontanti.

10.

“Awtoritajiet nazzjonali kompetenti” tfisser awtoritajiet kif iddefinit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.

11.

“Karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba” tfisser karti tal-flus tal-euro li huma kkunsidrati bħala li mhumiex f’kundizzjoni tajba għar-riċirkulazzjoni wara l-verifika tal-kundizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6.

12.

“Istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (4).

Artikolu 3

Prinċipji ġenerali

1.   L-obbligu ta’ cash handlers biex jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni għandu jiġi mwettaq skont il-proċeduri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

2.   Jekk żewġ cash handlers jew aktar ikunu involuti fir-riċirkulazzjoni tal-istess karti tal-flus tal-euro, il-cash handler responsabbli għall-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni ta’ dawn il-karti tal-flus tal-euro għandu jinħatar skont ir-regoli nazzjonali jew, fin-nuqqas ta’ dawn ir-regoli, skont arranġamenti kuntrattwali bejn il-cash handlers rilevanti.

3.   Il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni għandha ssir jew minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li tkun ġiet ipprovata b’suċċess minn BĊN, jew manwalment minn membru tal-persunal imħarreġ.

4.   Il-karti tal-flus tal-euro jistgħu jiġu rriċirkulati biss permezz ta magni mħaddmin mill-klijent jew magni li jagħtu l-flus kontanti jekk ikunu ġew ivverifikati għall-awtentiċità u l-kundizzjoni minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li tkun ġiet ipprovata b’suċċess minn BĊN u kklassifikata bħala ġenwina u f’kundizzjoni tajba. Iżda, dan ir-rekwiżit m’għandux japplika għall-karti tal-flus tal-euro li jkunu ġew ikkonsenjati direttament lil cash handler minn BĊN jew minn cash handler ieħor li diġà vverifika l-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni b’dan il-mod.

5.   Magni mħaddmin mill-persunal, meta użati għall-finijiet tal-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni, u magni mħaddmin mill-klijenti jistgħu jitħaddmu biss mill-cash handlers jekk ikunu ġew ipprovati b’suċċess minn BĊN u elenkati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE kif stabbilit fl-Artikolu 9(2). Il-magni għandhom jintużaw bl-issettjar standard tal-fabbrika, inklużi l-aġġornamenti tagħhom, li jkunu ġew ipprovati b’suċċess sakemm ma jkunux ġew miftehma settings iktar stretti bejn il-BĊN u l-cash handler.

6.   Karti tal-flus tal-euro li ġew ivverifikati għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u kklassifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba minn membri tal-persunal imħarġin imma mhux minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus eżaminata b’suċċess minn BĊN jistgħu jiġu rriċirkulati biss mill-kaxxiera.

7.   Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro li ssir mill-BĊNi.

Artikolu 4

Klassifika u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus

1.   Il-karti tal-flus tal-euro vverifikati minn magna mħaddma minn klijent għandhom jiġu kklassifikati u trattati skont l-Anness IIa.

2.   Il-karti tal-flus tal-euro vverifikati minn magna mħaddma mill-persunal għandhom jiġu kklassifikati u ttrattati skont l-Anness IIb.

Artikolu 5

Identifikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro foloz

Karti tal-flus li mhumiex awtentikati bħala karti tal-flus tal-euro ġenwini wara klassifika li tkun saret skont l-Anness IIa jew IIb jew wara verifika manwali tal-awtentiċità minn membru tal-persunal imħarreġ għandhom minnufih, skont ir-regolamenti nazzjonali u fi kwalunkwe każ f’massimu ta’ għoxrin jum tax-xogħol, jiġu mgħoddija mill-cash handlers lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Artikolu 6

Identifikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro foloz li mhumiex f’kundizzjoni tajba

1.   Il-verifika tal-kundizzjoni għandha ssir skont l-istandards minimi stabbiliti fl-Annessi IIIa u IIIb.

2.   BĊN jista’, wara li jinforma lill-BĊE, jistabbilixxi standards iktar stretti għal denominazzjoni waħda jew iżjed ta’ karti tal-flus tal-euro jekk dan ikun ġustifikat, per eżempju b’deterjorazzjoni fil-kwalità tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkulazzjoni fl-Istat Membru tiegħu.

3.   Karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba għandhom jiġu mgħoddija lil BĊN skont ir-regolamenti nazzjonali.

Artikolu 7

Eċċezzjonijiet

1.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu lil friegħi mbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’operazzjonijiet ta’ flus kontanti ta’ livell baxx permess biex il-membri tal-persunal imħarrġin jagħmlu l-verifika manwali tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro biex jiġu rriċirkulati permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti jew magni li jagħtu l-flus kontanti, sakemm il-verifika tal-awtentiċità ssir minn tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus eżaminata b’suċċess mill-BĊN. Biex issir applikazzjoni għal dan il-permess, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu lil BĊN tal-Istat Membri tagħhom b’evidenza li l-fergħa in kwistjoni hija mbiegħda u tal-livell baxx ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti tagħha. Kull BĊN għandu jiżgura li l-volum ta’ karti tal-flus tal-euro vverifikati manwalment b’dan il-mod ma jaqbiżx massimu ta’ 5 % tal-volum globali tal-karti tal-flus tal-euro li huma mqassmin ta’ kull sena permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti jew magni li jagħtu l-flus. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu jekk limitu ta’ 5 % għandux japplika fil-livell ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu jew f’dak tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fil-livell nazzjonali.

2.   Meta sseħħ ġrajja eċċezzjonali li minħabba fiha l-provvista tal-karti tal-flus tal-euro fi Stat Membru tiġi mtellfa b’mod sinjifikanti, membri tal-persunal mħarrġin tal-cash handlers jistgħu, fuq bażi temporanja, u bla ħsara għall-qbil rilevanti tal-BĊNi li l-ġrajja hija eċċezzjonali, iwettqu verifika manwali tal-awtentiċità u l-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro biex jiġu rriċirkulati permezz tal-magni mħaddmin mill-klijenti jew magni li jagħtu l-flus.

Artikolu 8

Impenji tal-Eurosistema

1.   L-informazzjoni, kif speċifikata mill-Eurosistema, fuq il-karti tal-flus tal-euro u l-karatteristiċi tas-sigurtà tagħhom li jinqraw mill-magni, għandha tiġi fornita lill-manifatturi mill-Eurosistema qabel il-ħruġ ta’ serje ġdida ta’ karti tal-flus u wara biex ikunu jistgħu jibnu magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus li jkunu jistgħu jgħaddu l-proċeduri ta’ prova komuni u jaddattaw għal rekwiżiti ġodda.

2.   L-informazzjoni, kif speċifikat mill-Eurosistema, fuq il-karti tal-flus tal-euro u l-karatteristiċi tas-sigurtà pubblika tagħhom għandha tkun fornita mill-Eurosistema lil cash handlers qabel il-ħruġ ta’ serje ġdida ta’ karti tal-flus tal-euro u wara biex il-membri tal-persunal tagħhom jingħataw kull taħriġ meħtieġ.

3.   It-taħriġ mill-cash handlers lill-membri tal-persunal tagħhom biex jiġi żgurat li membri tal-persunal mħarrġin huma kompetenti biex jivverifikaw l-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni għandhom ikunu appoġġati mill-Eurosistema.

4.   Il-cash handlers għandhom jiġu infurmati mill-Eurosistema dwar theddida ta’ flus foloz meta jkun xieraq u jistgħu jkunu meħtieġa mill-Eurosistema biex tittieħed azzjoni, inkluża projbizzjoni temporanja fuq ir-riċirkulazzjoni tad-denominazzjoni(jiet) tal-karti tal-flus ikkonċernati.

5.   Il-manifatturi tal-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom jiġu infurmati mill-Eurosistema dwar theddida ta’ flus foloz kif ikun xieraq.

Artikolu 9

Proċeduri ta’ prova komuni tal-Eurosistema għall-magni għall-immaniġġjar tal-karti tal-flus

1.   Tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-flus għandhom jiġu pprovati mill-BĊNi skont il-proċeduri ta’ prova komuni.

2.   It-tipi kollha ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus li jkunu għaddew mill-prova għandhom jiġu elenkati fuq is-sit elettroniku tal-BĊE matul il-perijodi ta’ validità tar-riżutati tal-eżami, kif imsemmi fil-paragrafu 3. Tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus li matul dan il-perijodu ma tkunx tista’ tidentifika l-karti tal-flus tal-euro foloz kollha magħrufin mill-Eurosistema għandha titneħħa mil-lista skont proċedura speċifikata mill-BĊE.

3.   Meta tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus tgħaddi mill-prova, ir-riżultati tal-prova għandu jibqa’ validu ġewwa ż-żona tal-euro għal sena minn tmiem ix-xahar tal-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, sakemm tibqa’ kapaċi tidentifika l-karti tal-flus tal-euro foloz kollha magħrufin mill-Eurosistema matul dan il-perijodu.

4.   L-Eurosistema m’għandhiex tkun responsabbli jekk tip ta’ magna li timmaniġġja l-karti tal-flus eżaminata b’suċċess ma tkunx tista’ tikklassifika u tittratta l-karti tal-flus tal-euro skont l-Anness IIa jew IIb.

Artikolu 10

Attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-Eurosistema u miżuri korrettivi

1.   Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali, BĊNi huma awtorizzati (i) biex jagħmlu spezzjonijiet fil-post, inklużi dawk mhux imħabbrin, fil-postijiet tal-cash handlers biex jimmonitorjaw il-magni li jimmaniġġjaw il-flus tagħhom, partikolarment il-kapaċità tal-magni biex jivverifikaw l-awtentiċità u l-kundizzjoni u biex jiġu rintraċċati karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar lid-detentur ta’ kont; u (ii) biex jivverifikaw il-proċeduri li jirregolaw l-operazzjoni u l-kontroll tal-magni li jimmaniġġjaw il-flus, it-trattament ta’ karti tal-flus tal-euro verifikati u kull verifika manwali tal-awtentiċità u l-kundizzjoni.

2.   Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali, BĊNi huma awtorizzati li jieħdu kampjuni ta’ karti tal-flus tal-euro ipproċessati sabiex jivverifikawhom fil-postijiet tagħhom.

3.   Meta matul spezzjoni fuq il-post BĊN jiskopri nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jitlob l-adozzjoni mill-cash handler ta’ miżuri korrettivi f’terminu ta’ żmien speċifikat. Sakemm jiġi rranġat in-nuqqas ta’ konformità, il-BĊN li jkun qed jagħmel it-talba jista’, f’isem il-BĊE, jipprojbixxi lill-cash handler milli jirriċirkula id-denominazzjoni(jiet) tal-karta tal-flus ikkonċernata/i. Jekk in-nuqqas ta’ konformità huwa dovut għal ħsara tat-tip tal-magna li timmaniġġja l-karti tal-flus, dan jista’ jwassal għat-tneħħija tagħha mil-lista msemmija fl-Artikolu 9(2).

4.   Meta cash handler ma jikkooperax ma’ BĊN fir-rigward ta’ spezzjoni, dan għandu jiġi jitqies bħala nuqqas ta’ konformità.

Artikolu 11

Obbligi tar-rapportar

Biex il-BĊE u l-BĊNi jimmonitorjaw il-konformità tal-cash handlers ma’ din id-Deċiżjoni u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus kontanti, il-BĊNi għandhom (i) ikunu infurmati bil-miktub, inkluż b’mezzi elettroniċi, minn cash handlers qabel ma tibda titħaddem tip ta’ magna li timmaniġġja l-flus; u (ii) jingħataw minn cash handlers l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV.

Artikolu 12

Spejjeż

1.   L-Eurosistema m’għandhiex tirrimborża lill-cash handlers l-ispejjeż li jagħmlu biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni.

2.   L-Eurosistema m’għandhiex tagħti kumpens għal spejjeż addizzjonali li jagħmlu l-cash handlers minħabba l-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro b’karatteristiċi ta’ sigurtà mibdulin jew ġodda.

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011. Kull BĊN jista’ jiddeċiedi li joffri lill-cash handlers tal-Istati Membri tagħhom perijodu tranżitorju għar-rapportar ta’ dejta ta’ statistika skont l-Anness IV. L-Anness IV għandu japplika mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012.

2.   Cash handlers ta’ Stati Membri li jadottaw l-euro fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2011 għandhom ikollhom perijodu tranżitorju ta’ sena mid-dejta tal-adozzjoni tal-euro biex japplikaw din id- Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Settembru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6.

(2)  Riċiklaġġ ta’ karti tal-flus tal-euro: qafas għall-identifikazzjoni ta’ flus foloz u ssortjar skont il-kundizzjoni minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u cash handlers professjonali oħra.

(3)  Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1).

(4)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.


ANNESS I

MAGNI LI JIMMANIĠĠJAW IL-KARTI TAL-FLUS

1.   Rekwiżiti tekniċi ġenerali

1.1.   Biex tikkwalifika bħala magna li timmaniġġja l-karti tal-flus, magna trid tkun kapaċi tipproċessa pakketti tal-karti tal-flus tal-euro, billi tikklassifka l-karti tal-flus tal-euro individwali u tissepara fiżikament l-karti tal-flus tal-euro skont il-klassifikazzjoni tagħhom mingħajr l-intervent ta’ min iħaddem il-magna, bla ħsara għall-Anness IIa u IIb. Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom ikollhom in-numru meħtieġ ta’ output stackers dedikati u/jew mezzi oħra biex tiġi żgurata s-separazzjoni affidabbli tal-karti tal-flus tal-euro pproċessati.

1.2.   Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus għandhom ikunu adattabbli biex jiġi żgurat li jistgħu jiġu skoperti flus foloz ġodda b’mod affidabbli. Barra minn dan, għandhom ikunu adattabbli biex ikunu jistgħu jitwaqqfu standards għall-issortjar tal-kundizzjoni anqas restrittivi, jekk dan ikun il-każ.

2.   Kategoriji ta’ magni li jimmaniġġjaw il-flus

Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus huma jew magni mħaddmin mill-klijent jew maġni mħaddmin mill-persunal:

Tabella 1

Magni mħaddmin mill-klijent

A.   Magni mħaddmin mill-klijent meta l-flus kontanti jkunu ddepożitati bir-rintraċċar tal-klijent.

1.

Cash-in machines (CIMs)

Is-CIMs jippermettu lill-klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, li jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, imma ma jkollhomx funzjoni li jagħtu l-flus. Is-CIMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki tal-kundizzjoni huma fakoltattivi.

2.

Magni li jirriċiklaw il-flus (CRMs)

Is-CRMs jippermettu lill-klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, biex jiġu ddepożitati karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom, u li jiġu żbankati karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CRMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat. Għall-iżbank, is-CRMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini f’kundizzjoni tajba li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti

3.

Cash-in machines ikkombinati (CCMs)

Is-CCMs jippermettu lil klijenti, bl-użu ta’ kard tal-bank jew mezzi oħrajn, biex jiddepożitaw karti tal-flus tal-euro fil-kontijiet bankarji tagħhom u biex jiżbankaw karti tal-flus tal-euro mill-kontijiet bankarji tagħhom. Is-CCMs jivverifikaw karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni u jippermettu li d-detentur tal-kont jiġi rintraċċat; il-verifiki għall-kundizzjoni huma fakoltattivi. Għall-iżbank, is-CCMs ma jużawx karti tal-flus tal-euro li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti imma biss karti tal-flus tal-euro li jitpoġġew fihom separatament

B.   Magni oħrajn imħaddmin mill-klijent

4.

Magni cash-out (COM))

Il-COMs huma magni li jagħtu l-flus kontanti użati minn aġenti ekonomiċi oħrajn kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni qabel ma jagħtuhom lill-klijenti. Il-COMs jużaw karti tal-flus tal-euro maħżunin fihom mill-cash handlers jew sistemi awtomatizzati oħrajn (eż. magni li jbiegħu l-prodotti)


Tabella 2

Magni mħaddmin mill-persunal

1.

Magni li jipproċessaw il-karti tal-flus (BPMs)

Il-BPMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni

2.

Magni li jawtentikaw il-karti tal-flus (BAMs)

Il-BAMs jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità

3.

Magni għar-riċiklaġġ li jassistu lill-kaxxier (TARMs)

It-TARMs huma magni li jirriċiklaw il-karti tal-flus imħaddmin mill-cash handlers li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità u l-kundizzjoni. Għall-iżbank, it-TARMs jistgħu jużaw karti tal-flus tal-euro ġenwini li ġew iddepożitati minn klijenti oħrajn fi transazzjonijiet preċedenti. Barra minn dan, iżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu ‘l-cash handlers biex jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti

4.

Magni li jassistu lill-kaxxier (TAMs)

It-TAMs huma magni mħaddmin minn cash handlers li jivverifikaw il-karti tal-flus tal-euro għall-awtentiċità. Barra minn dan, iżommu l-karti tal-flus tal-euro f’post sigur u jippermettu l-cash handlers biex jikkreditaw jew jiddebitaw il-kontijiet bankarji tal-klijenti

Meta l-klijenti jdaħħlu karti tal-flus tal-euro biex jiġu ddepożitati fit-TARMs jew it-TAMs, jew jieħdu l-karti tal-flus tal-euro mogħtijin minn dawn il-magni, dawn il-magni għandhom jiġu kkunsidrati bħala magni mħaddmin mill-klijent u għandhom jikklassfikaw u jittrattaw il-karti tal-flus tal-euro skont l-Anness IIa.

3.   Tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus

L-Eurosistema tivverifika tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. It-tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus jistgħu jintgħarfu minn xulxin permezz tas-sistemi speċifiċi tagħhom ta’ identifikazzjoni, softwer u komponenti oħrajn għat-tħaddim tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħhom. Dawn huma: (a) l-awtentikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro ġenwini; (b) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz; (c) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba minn karti tal-flus tal-euro li huma f’kundizzjoni tajba, jekk dan ikun applikabbli; u (d) ir-rintraċċar ta’ oġġetti skoperti bħala karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar, jekk dan ikun applikabbli.


ANNESS IIa

KLASSIFIKA U TRATTAMENT TA’ KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-KLIJENT

Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin u huma fiżikament separati skont il-kategorija. Magni li ma jivverifikawx il-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn il-kategoriji 4a u 4b.

Tabella 1

Klassifika u trattament ta’ karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-klijent li fihom jiġu ddepożitati l-flus kontanti bir-rintraċċar tal-klijent

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

1

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro

Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

karti tal-flus li mhumiex tal-euro

oġġetti bħall-karti tal-flus tal-euro

xbieha jew format ħżiena

kantuniera(i) mitwija kbar jew parti(jiet) nieqsa

żball fit-tagħbija jew it-trasport fil-magna

Għoti lura mill-magna lill-klijent

2

Karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz

Xbieha u format rikonoxxuti, imma karatteristika waħda jew iżjed ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma tiġix skoperta jew hija b’mod ċar barra t-tolleranza

Irtira miċ-ċirkulazzjoni

Għandhom jingħataw għall-awtentikazzjoni, flimkien ma’ informazzjoni dwar id-detentur tal-kont, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minnufih, mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna. Tikkreditax il-kont tad-detentur

3

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

Xbieha u format rikonoxxuti, imma mhux il-kartatteristiċi kollha ta’ awtentikazzjoni vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba devjazzjonijiet fil-kwalità u/jew tolleranza Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Irtira miċ-ċirkulazzjoni

Il-karti tal-flus tal-euro huma pproċessati separatament u jingħataw għall-awtentikazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minnufih u mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna.

Informazzjoni fuq id-detentur tal-kont tinħażen għal tmien ġimgħat wara li l-karti tal-flus tal-euro ikunu ġew skoperti mill-magna. Din l-informazzjoni tingħata fuq talba lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Alternattivament, bi ftehim mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, informazzjoni li tippermetti r-rintraċċar tad-detentur tal-kont tista’ tingħata lil dawk l-awtoritjajiet flimkien mal-karti tal-flus tal-euro lil dawk l-awtoritjajiet.

Jistgħu jiġu kkreditati lid-detentur tal-kont

4a

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u l-kundizzjoni magħmulin mill-magna u li jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jintużaw għar-riċirkulazzjoni.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

4b

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat li jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkulazzjoni u jingħataw lura lill-BĊN.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

Il-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji 2 u 3 ma jingħatawx lura lill-klient minn magna jekk il-magna tippermetti l-kanċellazzjoni ta’ transazzjoni ta’ depożitu. Biex wieħed iżomm dawn il-karti tal-flus tal-euro meta tiġi mħassra transazzjoni dawn jistgħu jinħażnu f’żona ta’ ħażna temporanja fil-magna.

BĊN jista’ jiftiehem ma’ cash handler li l-karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 3 m’għandhomx jiġu separati fiżikament mill-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji 4a u 4b, u li f’dan il-każ it-tliet kategoriji kollha għadhom jiġu ttrattati bħala karti tal-flus tal-euro tal-kategorija 3.

Tabella 2

Klassifika u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni oħrajn imħaddmin mill-klijent

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

A

(i)

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro jew

(ii)

karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz; jew

(iii)

karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

(i)

Mhux rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

karti tal-flus li mhumiex tal-euro

oġġetti bħall-karti tal-flus

xbieha jew format ħżiena

kantuniera(i) mitwijin kbar jew parti(jiet) nieqsa

żball fit-tagħbija jew it-trasport fil-magna

(ii)

Identifikati bħala karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz għaliex ix-xbieha u l-format huma rikonoxxuti, imma karatteristika waħda jew iżjed ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma ġietx skoperta jew hija b’mod ċar barra t-tolleranza

(iii)

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar għaliex ix-xbieha u l-format huma rikonoxxuti imma mhux il-kartatteristiċi kollha ta’ awtentikazzjoni vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba devjazzjonijiet fil-kwalità u/jew it-tolleranza. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Irtira miċ-ċirkulazzjoni

Għandhom jingħataw għall-awtentikazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, minnufih, mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-depożitu fil-magna

B1

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u kundizzjoni magħmulin mill-magna u li jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jingħataw lill-klijenti

B2

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità magħmulin mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat li jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jingħataw lill-klijenti u għandhom jingħataw lura lill-BĊN.


ANNESS IIb

KLASSIFIKA U TRATTAMENT TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-PERSUNAL

Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda minn dawn il-kategoriji li gejjin u huma fizikament separati skont il-kategorija. Magni li ma jivverifikawx il-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn il-kategoriji B1 u B2.

Klassifika u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn Magni mħaddmin mill-persunal

Kategorija

Karatteristiċi

Trattament

A

(i)

Oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro;

(ii)

karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz; jew

(iii)

karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar

(i)

Mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro minħabba xi waħda minn dawn:

karti tal-flus li mhumiex tal-euro

oġġetti bħall-karti tal-flus tal-euro

xbieha jew format ħżiena

kantuniera(i) mitwijin kbar jew parti(jiet) nieqsa

żball fit-tagħbija jew it-trasport fil-magna

(ii)

Identifikati bħala karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz għaliex ix-xbieha u l-format huma rikonoxxuti, imma karatteristika waħda jew iżjed ta’ awtentikazzjoni vverifikata mill-magna ma ġietx skoperta jew hija b’mod ċar barra t-tolleranza

(iii)

Karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar għaliex ix-xbieha u l-format huma rikonoxxuti imma mhux il-kartatteristiċi kollha ta’ awtentikazzjoni vverifikati mill-magna huma rikonoxxuti minħabba devjazzjonijiet fil-kwalità u/jew it-tolleranza. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba

Għoti lura mill-magna lill-operatur għall-iktar valutazzjoni u trattament

(i)

oġġetti li mhumiex rikonoxxuti bħala karti tal-flus tal-euro: wara valutazzjoni viżiva minn membru tal-persunal dawn jiġu separati mill-karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u l-karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar;

(ii)

karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz; u

(iii)

karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar: dawn huma pproċessati separatament u jingħataw għall-awtentikazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minnufih mhux iktar tard minn 20 jum tax-xoghol wara d-depozitu fl-magna.

B1

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità u kundizzjoni li jsiru mill-magna jagħtu riżultati pożittivi

Jistgħu jintużaw għar-riċirkulazzjoni.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

B2

Karti tal-flus tal-euro li huma identifikati bħala ġenwini u mhux f’kundizzjoni tajba

Il-verifiki kollha tal-awtentiċità li jsiru mill-magna jagħtu riżultati pożittivi. Tal-inqas kriterju wieħed ta’ kundizzjoni vverifikat jagħti riżultat negattiv

Ma jistgħux jintużaw għar-riċirkulazzjoni u għandhom jingħataw lura lill-BĊN.

Ikkreditati lid-detentur tal-kont

Regoli speċifiċi dwar klassifika u ssortjar għal uħud mill-magni mħaddmin mill-persunal

1.   Il-BPMs jikklassifikaw u fiżikament jissortjaw karti tal-flus fil-kategoriji A, B1 u B2 kif imniżżel fl-Anness IIb, li għalihom hemm bżonn mill-inqas tliet stackers dedikati biex jiġi evitat l-intervent tal-operatur tal-magna.

2.   Il-BPMs b’żewġ output stackers dedikati biss jistgħu madankollu jikklassifikaw u jissortjaw il-karti tal-flus tal-euro jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-verifiki tal-awtentiċità u l-kundizzjoni jsiru fl-istess proċess. F’dan il-proċess, kwalunkwe karta tal-flus tal-euro B1 għandha tiġi ssortjata f’output stacker stazzjonarja waħda, filwaqt li kemm karti tal-flus tal-kategorija A u B2 għandhom jiġu ssortjati f’output stacker stazzjonarja stazzjonarja separata li ma jkollhiex xi kuntatt fiżiku ma’ kwalunkwe karta tal-flus tal-euro tal-kategorija B1.

(b)

Jekk karta tal-flus tal-euro tal-kategorija A tiġi identifikata bħala preżenti fit-tieni output stacker, l-operatur għandu jerġa’ jgħaddi l-karta tal-flus tal-euro mit-tieni output stacker. F’dan it-tieni proċess, il-karta tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz għandhom jiġu sseparati mill-karta tal-flus tal-euro tal-kategorija B2 billi tal-ewwel jiġu ssortjati f’output stacker iddedikata.

3.   Il-BAMs jikklassifikaw u jissortjaw fiżikament il-karta tal-flus tal-euro fil-kategoriji A u B, fejn ikunu meħtieġa mill-inqas żewġ output stackers biex jiġi evitat l-intervent tal-operatur tal-magna.

4.   Il-BAMs b’output stacker wieħed iddedikat jistgħu madankollu jikklassifikaw u jissortjaw karta tal-flus tal-euro jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Kull darba karta tal-flus tal-euro tal-kategorija A, tiġi pproċessata, il-magna għandha twaqqaf l-ipproċessar immedjatament u żżomm il-karta tal-flus tal-euro tal-kategorija A f’pożizzjoni li tevita kull kuntatt fiżiku mal-karti tal-flus tal-euro awtentikati.

(b)

Ir-riżultat tal-verifika tal-awtentiċità għandu jiġi indikat għal kwalunkwe karta tal-flus tal-euro waħda tal-kategorija A fuq display.

(c)

Il-magna għandha tivverifika l-preżenza ta’ karta tal-flus tal-euro tal-kategorija A meta tieqaf tipproċessa, u l-ipproċessar jista’ jkompli biss wara t-tneħħija fiżika tal-karta tal-flus tal-euro tal-kategorija A mill-operatur.

(d)

Għal kull waqfa fil-modalità tal-ipproċessar mhux iktar minn karta tal-flus tal-euro tal-kategorija A waħda għandha tkun aċċessibbli għall-operatur.


ANNESS IIIa

STANDARDS MINIMI GĦALL-VERIFIKA AWTOMATIZZATA TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO

Dan l-Anness jippreskrivi l-istandards minimi għall-verifika tal-kundizzjoni awtomatizzata tal-karti tal-flus tal-euro minn magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus.

Matul il-verifiki tal-kundizzjoni, mhumiex f’kundizzjoni tajba karti tal-flus tal-euro b’xi difett li fir-rigward tiegħu rekwiżit obbligatorju ġie ddefinit kif stabbilit hawn isfel.

Il-livell ta’ tolleranza aċċettabbli għall-verifiki tal-kundizzjoni minn magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus huwa ta’ 5 %. Dan ifisser li massimu ta’ 5 % tal-karti tal-flus tal-euro li ma jissodisfawx il-kriterji tal-kundizzjoni tajba jistgħu jiġu kklassifikati ħażin mill-magni u ssortjati bħala f’kundizzjoni tajba.

Tabella 1

Lista ta’ kriterji tal-issortjar għall-issortjar awtomatizzat tal-kundizzjoni

Difett

Definizzjoni

1.

Ħmieġ

Distribuzzjoni ġenerali tal-ħmieġ mal-karta tal-flus tal-euro kollha

2.

Tebgħa

Konċentrazzjoni lokalizzata ta’ ħmieġ

3.

Tħażżiż

Xbieha jew kliem miktub jew immarkat bi kwalunkwe mod fuq karta tal-flus tal-euro

4.

Karta tal-flus li marritilha l-linka

Nuqqas ta’ linka evidenti f’parti jew fil-karta tal-flus kollha, eż. karta tal-flus maħsula

5.

Tiċrita

Tispjega ruħha weħidha

6.

Toqba

Tispjega ruħha weħidha

7.

Tqattigħ

Karti tal-flus tal-euro b’parti(jiet) neqsin, matul tal-inqas tarf wieħed (b’kuntrast ma’ toqob)

8.

Tiswija

Partijiet ta’ karta tal-flus tal-euro waħda jew aktar magħqudin flimkien bit-tejp jew bil-kolla jew b’mezz ieħor

9.

Tikmix

Ħafna tiwi f’diversi postijiet

10.

Irtubija

Deterjorazzjoni strutturali li tirriżulta f’nuqqas evidenti ta’ ebusija

11.

Tiwi

Tispjega ruħha weħidha

12.

Kantuniera mitwija

Tispjega ruħha weħidha

Iktar informazzjoni fuq il-kriterji tal-issortjar

1.   Ħmieġ

Il-ħmieġ iżid id-densità ottika tal-karti tal-flus tal-euro. It-tabella li ġejja tispeċifika ż-żieda fid-densità massima ta’ kampjuni ta’ limitu paragunata mal-karti tal-flus tal-euro ġodda li l-karti tal-flus tal-euro jistgħu juru biex jiġu kklassifikati bħala f’kundizzjoni tajba:

Tabella 2

Livelli ta’ densità ottika

Denominazzjoni

Żieda fid-densità massima ta’ kampjuni ta’ limitu paragunata mal-karta tal-flus tal-euro ġdida

Filtru

EUR 5

0,06

Maġenta

EUR 10

0,06

Maġenta

EUR 20

0,08

Maġenta

EUR 50

0,07

Maġenta

EUR 100

0,07

Maġenta

EUR 200

0,04

Maġenta

EUR 500

0,04

Maġenta

Karti tal-flus tal-euro li ma jissodisfawx dawn il-kriterji mhumiex f’kundizzjoni tajba. Il-BĊNi iżommu karti tal-flus tal-euro li juru livell ta’ ħmieġ ġej minn dawn il-kriterji. Il-kejl densitometriċi tal-karti tal-flus tal-euro ta’ referenza huma bbażati fuq il-kriterji li ġejjin:

Standard għall-kejl tad-densità; ISO 5 partijiet 3 u 4

Standard għall-filtri: DIN 16536:

Kejl assolut: kalibrazzjoni standard (white tile)

Filtru ta’ polarizzazzjoni: mixgħul

Apertura: 3 mm

Illuminazzjoni: D65/2

Sfond: kalibrazzjoni standard white tile

Iż-żieda tad-densità ta’ karta tal-flus ta’ referenza hija l-ogħla valur bejn il-medji ta’ mill-inqas erba’ punti ta’ kejl imkejlin fuq in-naħa ta’ quddiem u ta’ wara tal-karta tal-flus fiż-żona mhux stampata u mingħajr ebda modulazzjoni tal-marka.

2.   Tebgħa

Karti tal-flus tal-euro b’konċentrazzjoni tal-ħmieġ lokalizzata li tkopri tal-inqas 9 mm b’9 mm fiż-żona mhux stampata jew tal-inqas 15 mm b’15 mm fiż-żona stampata mhumiex f’kundizzjoni tajba.

3.   Tħażżiż

Bħalissa m’hemm l-ebda rekwiżit obbligatorju biex jinkixef it-tħażżiż.

4.   Karta tal-flus li marritilha l-linka

Jista’ jkun li lill-karti tal-flus tmurilhom il-linka, eż jekk ikunu nħaslu jew ġew suġġetti għal aġenti kimiċi aggressivi. Dawn it-tipi ta’ karti tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba jistgħu jinkixfu permezz ta’ ditekters tax-xbieha jew ditekters UV.

5.   Tiċrita

Karti tal-flus tal-euro b’tiċrit li huwa miftuħ u mhux mgħotti parzjalment jew kollu miċ-ċinturin(i) tal-moviment tal-magna mhumiex f’kundizzjoni tajba jekk id-daqs tat-tiċrita huwa ikbar minn dak indikat hawn isfel.

Tabella 3

Tiċrita

Direzzjoni

Wisa’

Tul:

Vertikali

4 mm

8 mm

Orizzontali

4 mm

15 mm

Dijagonali

4 mm

18 mm (*)

6.   Toqba

Karti tal-flus tal-euro bit-toqob li mhumiex mgħottijin parzjalment jew kollha miċ-ċinturin(i) tal-moviment tal-magna mhumiex f’kundizzjoni tajba jekk id-daqs tat-toqba huwa ikbar minn 10 mm2.

7.   Tqattigħ

Karti tal-flus tal-euro bit-tul mnaqqas b’6 mm jew aktar jew wisgħat mnaqqsa b’5 mm mhumiex f’kundizzjoni tajba. Il-kejl kollu jirrigwarda d-differenzi minn tulijiet u wisgħat nominali tal-karti tal-flus tal-euro.

8.   Tiswija

Karta tal-flus tal-bank imsewwija tinħoloq billi jiġu magħqudin flimkien partijiet tal-karta(i) tal-flus tal-euro flimkien, eż. bl-użu ta’ tejp jew kolla. Karta tal-flus tal-euro bit-tejp li jgħatti parti ikbar minn 10 mm b’40 mm u li hija iktar minn 50 µm ħoxna mhijiex f’kundizzjoni tajba.

9.   Tikmix

Karti tal-flus tal-euro mkemmxin jistgħu jiġu identifikati normalment jekk il-livell ta’ kemm jirriflettu jew l-ebusija tagħhom titnaqqas. M’hemmx rekwiżit obbligatorju.

10.   Irtubija

Sa fejn huwa possibbli, il-karti tal-flus tal-euro bi ftit li xejn ebusija jiġu ssortjati bħala li mhumiex f’kundizzjoni tajba. Billi l-irtubija normalment hija relatata mal-ħmieġ, il-karti tal-flus tal-euro rotob huma ġeneralment mikxufin ukoll permezz ta’ sensors tal-ħmieġ. M’hemmx rekwiżit obbligatorju.

11.   Tiwi

Karti tal-flus tal-euro mitwijin, minħabba t-tul jew il-wisa’ mnaqqsa tagħhom, jistgħu jinkixfu b’sensors li jivverifikaw id-daqs tal-karti tal-flus tal-euro. Barra minn dan, jistgħu jinkixfu bis-sensors tal-ħxuna. Madankollu, minħabba limitazzjonijiet tekniċi, tiwi li jissodisfa l-kriterji stabbiliti għat-tqattigħ biss, jiġifieri tiwi li jwassal għal tnaqqis fit-tul ikbar minn 6 mm jew tnaqqis fil-wisa’ ikbar minn 5 mm, jista’ jiġi identifikat u mhuwiex f’kundizzjoni tajba.

12.   Kantuniera mitwija

Karta tal-flus tal-euro b’kantuniera mitwija b’parti ta’ iktar minn 130mm2 u tul minimu tat-tarf iż-żgħir ikbar minn 10 mm mhijiex f’kundizzjoni tajba.


(*)  Dan jitkejjel billi tinħażż linja dritta mill-quċċata tat-tiċrita sat-tarf tal-karta tal-flus fejn tibda t-tiċrita (projezzjoni rettangolari), iktar milli kejl tat-tul tat-tiċrita nnifsa.


ANNESS IIIb

STANDARDS MINIMI GĦALL-VERIFIKA MANWALI TAL-KUNDIZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO

Dan l-Anness jistabbilixxi l-istandards minimi għall-verifika manwali tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro minn membri tal-persunal mħarrġin..

Matul il-verifiki tal-kundizzjoni, il-karti tal-flus tal-euro b’xi difett kif jidher fit-tabella hawn isfel, jew b’xi difett sinjifikanti ċar f’waħda mill-karatteristiċi tas-sigurtà viżibbli, mhumiex f’kundizzjoni tajba. Madankollu, karti tal-flus mitwijin u karti tal-flus tal-euro b’kantunieri mitwijin jistgħu jiġu rranġati bit-tneħħija tat-tiwi manwalment meta dan ikun possibbli. Il-verifiki tal-kundizzjoni ssir permezz ta’ spezzjoni viżiva tal-karti tal-flus tal-euro individwali u ma jeħtieġux l-użu ta’ xi għodod.

Lista ta’ kriterji tal-issortjar għall-verifiki manwali tal-kundizzjoni

Karatteristika

Deskrizzjoni

1.

Ħmieġ

Distribuzzjoni ta’ ħmieġ mal-karta tal-flus kollha li jidher viżivament

2.

Tebgħa

Konċentrazzjoni ta’ ħmieġ lokalizzat li tidher viżivament

3.

Tħażżiż

Xbieha miżjuda jew ittri miktubin jew immarkati b’xi mod fuq karta tal-flus tal-euro li jidhru viżivament.

4.

Karta tal-flus li marritilha l-linka

Nuqqas ta’ linka li tidher viżivament f’parti jew fil-karta tal-flus kollha, eż. karta tal-flus maħsula

5.

Tiċrita

Karta tal-flus tal-euro b’tal-inqas tiċrita waħda fit-tarf

6.

Toqba

Karta tal-flus tal-euro b’tal-inqas toqba waħda li tidher viżivament

7.

Tqattigħ

Karta tal-flus tal-euro b’parti/partijiet neqsin matul tal-inqas tarf wieħed (b’kuntrast mat-toqob), eż. kantuniera nieqsa

8.

Tiswija

Partijiet ta’ karta tal-flus tal-euro waħda jew aktar magħqudin flimkien bit-tejp, kolla jew mezzi oħrajn

9.

Tikmix

Karta tal-flus tal-euro b’ħafna tiwi fiha li taffettwa b’mod qawwi d-dehra viżiva tagħha

10.

Irtubija

Karta tal-flus tal-euro b’deterjorazzjoni strutturali li tirriżulta f’nuqqas evidenti ta’ ebusija

11.

Karta tal-flus tal-euro mitwija

Karta tal-flus tal-euro li hija mitwija, inkluż karta tal-flus tal-euro li ma tistax tinfetaħ

12.

Kantuniera mitwija

Karta tal-flus tal-euro b’tal-inqas kantuniera waħda mitwija tidher sew


ANNESS IV

ĠBIR TA’ DEJTA MINN CASH HANDLERS

1.   Għanijiet

L-għanijiet tal-ġbir tad-dejta huma biex il-BĊNi u l-BĊE jkunu jistgħu jimmoniterjaw l-attivitajiet rilevanti tal-cash handlers u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus kontanti.

2.   Prinċipji ġenerali

2.1.   Dejta fuq il-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tiġi rrapportata biss meta l-magni jintużaw għar-riċirkulazzjoni

2.2.   Cash handlers jipprovdu regolarment il-BĊN tal-Istat Membru tagħhom b’dan li ġej:

informazzjoni fuq stabbilimenti fejn il-flus kontanti jiġu mmaniġġjati bħal fergħat tal-uffiċini, u

informazzjoni fuq magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus kontanti.

2.3.   Barra minn dan, il-cash handlers li jirriċirkulaw karti tal-flus tal-euro permezz ta’ magni li jimmanniġjaw il-karti tal-flus u cash dispensers jipprovdu regolarment lill-BĊN tal-Istat Membru b’dan li ġej:

informazzjoni fuq il-volum ta’ operazzjonijiet tal-flus kontanti (numru ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati) li jinvolvi magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus kontanti,

informazzjoni dwar fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’livell baxx ta’ operazzjonijiet ta’ flus kontanti fejn il-verifiki tal-kundizzjoni jsiru manwalment.

3.   Tip ta’ dejta u rekwiżiti ta’ rapportar

3.1.   Skont in-natura tagħha, id-dejta miġbura tinqasam f’dejta ewlenija u dejta operattiva.

Dejta ewlenija

3.2.   Dejta ewlenija tkopri informazzjoni dwar: (a) il-cash handlers individwali u l-magni tagħhom li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u li jagħtu l-flus li qed jaħdmu; u (b) fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3.3.   Dejta ewlenin tiġi fornita lill-BĊN fid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u kull sitt xhur wara. Id-dejta speċifikati fil-galvu li hemm fl-Appendiċi I għandha tiġi fornita, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti. Il-BĊNi jistgħu għal perijodu tranżitorju jitolbu għal rapportar mensili, jekk din kienet il-prattika tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal rapportar trimestrali.

3.4.   BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor d-dejta fil-livell lokali, bħal f' fergħat tal-friegħi

3.5.   BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi mill-ambitu tar-rekwiżiti tar-rapportar magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tal-euro użati biss biex jiġu pproċessati karti tal-flus tal-euro mqassmin mill-kaxxiera.

3.6.   Id-dejta dwar il-fergħat imbiegħda speċifikata fil-galvu li hemm fl-Appendiċi 3 għandha tiġi fornuta, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li tingħata f’format differenti.

Dejta operattiva

3.7.   Dejta li toriġina mill-ipproċessar u r-riċirkulazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro mill-cash handlers hija kklassifikata bħala dejta operattiva.

3.8.   BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi aġenti ekonomiċi oħrajn, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, mill-obbligu li jirrapportaw dejta operattiva jekk in-numru tal-karti tal-flus tal-euro li jirriċirkulaw permezz ta’ magni li jagħtu l-flus kontanti huwa inqas mil-limitu determinat mill-BĊN.

3.9.   Id-dejta tiġi fornita fuq bażi ta’ sitt xhur Id-dejta tiġi rrappurtata lill-BĊN mhux iktar tard minn xahrejn wara l-perijodu ta’ rapportar rilevanti, jiġifieri fl-aħħar ta’ Frar u fl-aħħar ta’ Awwissu. Id-dejta jistgħu jiġu pprovduti bl-użu ta’ galvu stabbilit fl-Appendiċi 2. Il-BĊNi jistgħu għal perijodu tranżitorju jitolbu għal rapportar mensili, jekk din kienet il-prattika tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal rapportar trimestrali.

3.10.   Id-dejta tiġi fornita mill-cash handlers li fiżikament jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tal-euro. Jekk cash handler ikun ta l-verifika għall-awtentiċità u l-kundizzjoni lil cash handler ieħor, id-dejta tingħata mill-cash handler nominat skont l-Artikolu 3(2).

3.11.   Id-dejta tiġi rrappurtata mill-cash handlers bħala biċċiet (volum), aggregati fil-livell nazzjonali u maqsuma skont id-denominazzjoni tal-karta tal-flus tal-euro. Għal fergħat imbiegħda ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-dejta operattiva tiġi rrappurtata separatament.

3.12.   BĊN jista’ jiddeċiedi, għal raġunijiet ta’ monitoraġġ, li jiġbor d-dejta fil-livell lokali, bħal fergħat tal-uffiċini

3.13.   BĊN jista’ jiddeċiedi li jeskludi mill-iskop tar-rekwiżiti tar-rapportar karti tal-flus tal-euro li huma pproċessati fuq magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus tal-euro u mqassmin mill-kaxxiera.

3.14.   Cash handlers li jkunu taw il-verifika għall-awtentiċità u l-kundizzjoni lil cash handlers oħrajn jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni ddettaljata lill-BĊN fuq din tal-aħħar.

3.15.   Għandhom jiġu fornita dejta dwar il-fergħat imbiegħda speċifikati fil-galvu li hemm fl-Appendiċi 3, għalkemm il-BĊN jista’ jeħtieġ li jingħataw f’format differenti u jista’ jaqbel mal-cash handler biex jiġbru dejta iktar estensivi.

4.   Kunfidenzjalità u pubblikazzjoni ta’ dejta

4.1.   Kemm id-dejta ewlenija u d-dejta operattiva jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali.

4.2.   Il-BĊNi u l-BĊE jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw rapporti jew statistika bl-użu ta’ dejta miksubina taħt dan l-Anness. Kull pubblikazzjoni bħal din hija aggregata b’tali mod li l-ebda dejta ma tista’ jiġu attribwita lil entitajiet ta’ rapportar partikolari.

APPENDIĊI 1

GALVU TAR-RAPPORTAR

Dejta ewlenija

Din l-informazzjoni għandha tingħata lil:

[Isem tal-BĊN; dettalji għall-kuntatt għal mistoqsijiet; indirizz]

1.   Informazzjoni dwar il-cash handler

Isem il-cash handler:

Indirizz tas-sede:

ZIP/kodiċi postali:

Belt:

Triq:

Tip ta’ kumpanija:

Istituzzjoni ta’ kreditu

Bureau de change

Kumpanija cash in transit li mhijiex istituzzjoni ta’ ħlas

Kummerċjant (kummerċjant bl-imnut)

Casino

Oħrajn, inklużi istituzzjonijiet ta’ ħlas fejn ma ġewx ikkategorizzati bħala waħda minn dawn ta’ hawn fuq (speċifika)

Il-persuni tal-kuntatt:

Ismijiet:

Nri tat-telefon:

Numri tal-faks

Indirizzi tal-e-Mail:

Sieħeb mogħti x-xogħol (jekk rilevanti)

Isem:

Indirizz:

Zip/kodiċi postali/:

Belt

2.   Magni mħaddmin mill-klijent

Tip

Fabbrikant (*)

Isem tal-magna (*)

Identifikazzjoni (*)

(sistema ta’ kxif/verżjonijiet tas-software)

Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu

CIMs

 

 

 

 

CRMs

 

 

 

 

CCMs

 

 

 

 

COMs

 

 

 

 

TARMs (**)

 

 

 

 

TAMs (**)

 

 

 

 

3.   Magni mħaddmin mill-persunal

 

Fabbrikant (***)

Isem tal-magna (***)

Identifikazzjoni (***)

(sistema ta’ kxif/verżjonijiet tas-software)

Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu

BPMs

 

 

 

 

BAMs

 

 

 

 

TARMs (****)

 

 

 

 

TAMs (****)

 

 

 

 

4.   Magni li jagħtu l-flus

Tip

Numru totali ta’ dawk li qed jaħdmu

ATMs

 

SCoTs

 

Oħrajn

 


(*)  Dawn id-dettalji jiddaħħlu skont id-dettalji korrispondenti fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, sakemm ma jkunx ingħata numru ta’ identifikazzjoni mill-BĊE.

(**)  Użati bħala magni mħaddmin mill-klijent.

(***)  Dawn id-dettalji jiddaħħlu skont id-dettalji korrispondenti fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, sakemm ma jkunx ingħata numru ta’ identifikazzjoni mill-BĊE.

(****)  Użati esklussivament bħala magni mħaddmin mill-klijent.

APPENDIĊI 2

GALVU TAR-RAPPORTAR

Dejta operattiva

1.   Informazzjoni dwar il-cash handler

Isem il-cash handler

 

Perijodu ta’ rapportar

 

2.   Dejta

Jekk jogħġbok agħti dejta aggregata fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif deċiż mill-BĊN – bl-esklużjoni ta’ fergħat imbiegħda.

 

Numru totali ta’ karti tal-flus tal-euro pproċessati (1)

Li minnhom ssortjati bħala li mhumiex f’kundizzjoni tajba (1)

Li minnhom irriċirkulati (2)

EUR 5

 

 

 

EUR 10

 

 

 

EUR 20

 

 

 

EUR 50

 

 

 

EUR 100

 

 

 

EUR 200

 

 

 

EUR 500

 

 

 


Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u magni li jagħtu l-flus

 

Din id-dejta hija obbligatorja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu.


(1)  Din il-partita tkopri kemm magni mħaddmin mill-persunal kif ukoll dawk imħaddmin mill-klijenti.

(2)  Huma esklużi karti tal-flus tal-euro li jintbagħtu lura lill-BĊNi, u karti tal-flus tal-euro rriċirkulati mill-kaxxiera li mhumiex ipproċessati fuq magna mħaddma mill-persunal.

APPENDIĊI 3

FERGĦAT MBIEGĦDA TA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

Din l-informazzjoni hija pprovduta biss minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom fergħat imbiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 7(1).

1.   Informazzjoni dwar l-istituzzjoni ta’ kreditu

Isem l-istituzzjoni ta’ kreditu

 

Perijodu ta’ rapportar

 

2.   Dejta

Isem il-fergħa mbiegħda

Indirizz

Numru ta’ karti tal-flus tal-euro mqassmin permezz ta’ magni mħaddmin mill-klijenti u cash dispensers

 

 

 


LINJI GWIDA

9.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/21


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta’ Settembru 2010

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema

(BĊE/2010/13)

(2010/598/UE)

IL-KUNSILL governATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artiklu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kisba ta’ politika monetarja waħda teħtieġ definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn issa “l quddiem 'l-Istati Membri parteċipanti”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex b’hekk din il-politika tiġi implimentata b’mod uniformi fl-Istati Membri parteċipanti kollha.

(2)

Il-BĊE għandu l-awtorità li jistabbilixxi l-linji ta’ gwida meħtieġa biex jimplimenta l-politika monetarja tal-Eurosistema, u l-BĊNi għandhom l-obbligu li jaġixxu skont dawn il-linji ta’ gwida.

(3)

Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), għandha tiġi emendata biex tirrifletti tibdil għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċeduri u l-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. L-iktar importanti fosthom huma dawn: (a) biex jiġi rrivedut il-qafas tal-kontroll tar-riskju għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema; (b) biex tiġi żgurata l-konsistenza fit-trattament ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità; (c) biex jiżdiedu u jissaħħu d-dispożizzjonijiet fuq miżuri diskrezzjonali li l-Eurosistema tista’ tinvoka biex tindirizza preokkupazzjonijiet dwar l-affidabbiltà finanzjarja ta’ kontroparti; (d) biex il-Kunsill Governattiv jitħalla jiddeċiedi li l-BĊE jista’, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, jagħmel transazzjonijiet diretti b’mod ċentralizzat; (e) biex jitnaqqas ir-riskju clawback bil-għan li jiġu limitati r-riskji ta’ kreditu u legali billi jiġu ristretti oriġinaturi ta’ titoli sostnuti minn assi (ABS), u assi sottostanti tal-ABS, għal dawk miż-Żona Ekonomika Ewropea; (f) biex jiġu introdotti kriterji ta’ eliġibbiltà ġodda għall-użu proprju ta’ bonds koperti mhux UCITS (bonds koperti strutturati) bis-self ta’ proprjetà immobbli residenzjali bħala assi sottostanti; (g) biex jiżdiedu termini ġodda fl-Appendiċi 2 tal-Anness I u biex jiġu ddefiniti b’mod iktar preċiż termini oħrajn; (h) biex tiġi emendata l-Appendiċi 4 tal-Anness I biex tirrifletti tibdil fir-regoli tal-istatistika; (i) biex jiġu armonizzati dispożizzjonijiet u biex jiġu introdotti emendi minuri oħrajn li jtejbu l-konsistenza u t-trasparenza.

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

Emendi għall-Anness I u II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7

1.

L-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 hija emendata skont l-Annessi I u II ta’ din il-Linja ta’ Gwida.

2.

L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat skont l-Anness III ta’ din il-Linja ta’ Gwida.

Artikolu 2

Verifika

Il-BĊNi għandhom jgħaddu lill-BĊE d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma biħsiebhom ikunu konformi ma’ din il-Linja ta’ Gwida, sa mhux aktar tard mid-9 ta’ Ottubru 2010.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.

2.   L-Annessi I u III għandhom japplikaw mill-jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din il-Linja ta’ Gwida f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   L-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 4

Indirizzati

Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri parteċipanti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.


ANNESS I

L-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat kif ġej:

1.   Fl-Introduzzjoni, in-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) tinbidel b’dan li ġej:

“(1)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Centrali Ewropew, skont l-Artikolu 282(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, juża t-terminu ‘Eurosistema’ biex ifisser dawk il-komponenti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali li jaqdu l-funzjonijiet bażiċi tagħha, jiġifieri l-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri li adottaw il-munita waħda skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”

2.   It-Taqsima 1.1 tinbidel b’li ġej:

“Is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) hija magħmula mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) (*). L-attivitajiet tas-SEBĊ jitwettqu skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ’l quddiem l-Ístatut tas-SEBĊ). Is-SEBĊ hija rregolata mill-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-BĊE. F’dan ir-rigward il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa responsabli għall-formulazzjoni tal-politika monetarja, waqt li l-Bord Eżekuttiv għandu s-setgħa li jimplimenta l-politika monetarja skont id-deċiżjonijiet u l-linji ta’ gwida preskritti mill-Kunsill Governattiv. Sa fejn huwa meqjus possibbli u xieraq u bil-ħsieb li tiġi żgurata effiċjenza fl-operat, il-BĊE jirrikorri lejn il-BĊNi (**) biex iwettaq l-operazzjonijiet li jiffumaw parti mill-kompiti tal-Eurosistema. Il-BĊNi jistgħu, jekk ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja, jaqsmu fost il-membri tal-Eurosistema informazzjoni individwali, bħal data operattiva, b’rabta mal-kontropartijiet li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tal-Eurosistema (***). L-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma eżegwiti taħt termini u kundizzjonijiet uniformi fl-Istati Membri kollha (****).

3.   It-Taqsima 1.2 tinbidel b’li ġej:

“L-għan ewlieni tal-Eurosistema huwa li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet, kif definiti fl-Artikolu 127(1) tat-Trattat. Mingħajr preġudizzju għall-għan ewlieni tal-istabbiltà tal-prezzijiet, l-Eurosistema għandha ssostni l-politika ġenerali ekonomika fl-UE. Fit-twettiq tal-għanijiet tagħha, l-Eurosistema għandha taġixxi skont il-prinċipju ta’ ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni ħielsa, li tiffavorixxi l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi.”

4.   It-Taqsima 1.3.1 hija emendata kif ġej:

(a)

Il-parti introduttiva tinbidel b’li ġej:

“Operazzjonijiet f’suq miftuħ għandhom rwol importanti fil-politika monetarja tal-Eurosistema għall-finijiet tat-tmexxija ta’ rati ta’ mgħax, il-ġestjoni ta’ sitwazzjoni ta’ likwidità fis-suq u l-indikazzjoni tal-pożizzjoni tal-politika monetarja. Hemm ħames tipi ta’ strumenti disponibbli għall-Eurosistema għat-tmexxija ta’ operazzjonijiet f’suq miftuħ. L-aktar strument importanti huwa t-transazzjoni rriversjata (applikabbli fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ xiri mill-ġdid jew self kollateralizzat). L-Eurosistema tista’ wkoll tuża transazzjonijiet diretti, il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE, swaps ta’ kambju barrani u l-ġbir ta’ depożiti b’terminu fiss. Operazzjonijiet f’suq miftuħ huma mibdija mill-BĊE, li jiddeċiedi wkoll dwar l-istrument li għandu jintuża u t-termini u l-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tiegħu. Jistgħu jiġu eżegwiti fuq il-bażi ta’ sejħiet għal offerti standard, sejħiet għal offerti mgħaġġla jew proċeduri bilaterali (*****). Fir-rigward tal-miri, ir-regolarità u l-proċeduri tagħhom, l-operazzjonijiet f’suq miftuħ tal-Eurosistema jistgħu jinqasmu fl-erba’ kategoriji li ġejjin (ara wkoll it-Tabella 1):

(*****)  Il-proċeduri differenti għall-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet f’suq miftuħ tal-Eurosistema, jiġifieri sejħiet għal offerti standard, sejħiet għal offerti mgħaġġla u proċeduri bilaterali, huma speċifikati fil-Kapitolu 5. Għal sejħiet għal offerti standard, jgħaddu massimu ta’ 24 siegħa mit-tħabbir tas-sejħa għal offerti saċ-ċertifikazzjoni tar-riżultat tal-allokazzjoni. Il-kontropartijiet li jikkonformaw mal-kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà speċifikati fl-Artikolu 2.1 jistgħu jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti standard. Sejħiet għal offerti mgħaġġla huma normalment eżegwiti fi żmien 90 minuta. L-Eurosistema tista’ tagħżel numru limitat ta’ kontropartijiet biex jipparteċipaw f’sejħiet għal offerti mgħaġġla. It-terminu ‘proċeduri bilaterali’ jirreferi għal kull każ li fih l-Eurosistema twettaq transazzjoni ma’ kontroparti waħda jew ma’ uħud mingħajr ma tuża l-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti. Proċeduri bilaterali jinkludu operazzjonijiet eżegwiti permezz ta’ boroż jew aġenti tas-suq.”"

(b)

It-tielet punt jinbidel b’li ġej:

Operazzjonijiet ta’ rfinar’ huma eżegwiti fuq bażi ad hoc bil-ħsieb tal-ġestjoni tas-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq u t-tmexxija tar-rati ta’ mgħax, b’mod partikolari sabiex jitwittew l-effetti fuq ir-rati tal-imgħax li jinqalgħu minn varjazzjonijiet mhux mistennija ta’ likwidità fis-suq. L-operazzjonijiet ta’ rfinar jistgħu jitwettqu fl-aħħar jum ta’ perijodu ta’ żamma ta’ riżerva biex jagħmlu tajjeb għall-iżbilanċi ta’ likwidità li setgħu akkumulaw mill-allokazzjoni tal-aħħar operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlieni. Operazzjonijiet ta’ rfinar huma primarjament eżegwiti bħala transazzjonijiet irriversjati iżda jistgħu wkoll jieħdu l-forma jew ta’ swaps tal-kambju barrani jew ta’ ġbir ta’ depożiti b’terminu fiss. L-istrumenti u l-proċeduri applikati fit-twettiq ta’ operazzjonjiet ta’ rfinar huma adattati għat-tipi ta’ transazzjonijiet u l-għanijiet speċifiċi segwiti fl-operazzjonijiet. Operazzjonijiet ta’ rfinar huma normalment eżegwiti mill-BĊNi permezz ta’ sejħiet għal offerti mgħaġġla jew proċeduri bilaterali. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jiddeċiedi jekk, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, operazzjonijiet bilaterali ta’ rfinar jistgħux jiġu jsiru mill-BĊE nnifsu”.

(c)

Ir-raba’ punt jinbidel b’li ġej:

“Barra minn dan, l-Eurosistema tista’ twettaq operazzjonijiet strutturali permezz tal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE, transazzjonijiet irriversjati u transazzjonijiet diretti. Dawn l-operazzjonijiet huma eżegwiti kull meta l-BĊE jixtieq jaġġusta l-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju (fuq bażi regolari jew mhux regolari). Operazzjonijiet strutturali fil-forma ta’ transazzjonijiet irriversjati u l-ħruġ ta’ strumenti ta’ dejn huma mwettqa mill-BĊNi permezz ta’ sejħiet għal offerti standard. Operazzjonijiet strutturali fil-forma ta’ transazzjonijiet diretti huma normalment eżegwiti mill-BĊNi permezz ta’ proċeduri bilaterali. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jiddeċiedi jekk, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, operazzjonijiet strutturali jistgħux jiġu eżegwiti mill-BĊE nnifsu.”

5.   Fit-Tabella 1 fit-Taqsima 1.3, fir-raba' filliera tat-tielet kolonna, “Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn” huwa mibdul minn “Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE”.

6.   It-Taqsima 1.4 tinbidel b’li ġej:

“Il-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema huwa formulat bil-ħsieb li jassigura l-parteċipazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ kontropartijiet. Istituzzjonijiet suġġetti għal rekwiżiti ta’ riżervi minimi skont l-Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jistgħu jkollhom aċċess għall-faċilitajiet permanenti u jipparteċipaw f’operazzjonijiet ta’ suq miftuħ ibbażati fuq sejħiet għal offerti standard kif ukoll transazzjonijiet diretti. L-Eurosistema tista’ tagħżel numru limitat ta’ kontropartijiet biex jipparteċipaw fl-operazzjonijiet ta’ rfinar. Għal swaps tal-kambju barrani mwettqa għal għanijiet tal-politika monetarja, jintużaw il-parteċipanti attivi fis-suq tal-kambju barrani. Is-sett ta’ kontropartijiet għal dawn l-operazzjonijiet huwa limitat għal dawk l-istituzzjonijiet magħżula għall-operazzjonijiet ta’ intervent tal-kambju barrani tal-Eurosistema li huma stabbiliti fiż-żona tal-euro.”

7.   It-Taqsima 2.1 hija emendata kif ġej:

(a)

It-tieni punt tal-ewwel paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Il-kontropartijiet għandhom ikunu finanzjarjament sodi. Għandhom ikunu suġġetti għal tal-anqas forma waħda ta’ superviżjoni armonizzata bejn l-UE/ż-ŻEE mill-awtoritajiet nazzjonali (******). Minħabba n-natura istituzzjonali speċifika taħt id-dritt tal-UE, istituzzjonijiet finanzjarjament sodi fit-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat li huma suġġett għas-superviżjoni ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jiġu aċċettati bħala kontrapartijiet. Istituzzjonijiet finanzjarjament sodi li huma suġġetti għas-superviżjoni mhux armonizzata mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni armonizzata UE/ŻEE jistgħu jiġu aċċettati wkoll bħala kontrapartijiet, eż. fergħat stabbiliti fiż-żona tal-euro ta’ istituzzjonijiet inkorporati barra ż-ŻEE.

(******)  Is-superviżjoni armonizzata ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu hija bbażata fuq id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni), (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).”"

(b)

It-tielet paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Istituzzjoni jista’ jkollha aċċess għall-faċilitajiet permanenti u l-operazzjonijiet ta’ suq miftuħ tal-Eurosistema bbażati fuq sejħiet għal offerti standard biss permezz tal-BĊN tal-Istat Membru fejn tkun inkorporata. Jekk istituzzjoni jkollha stabbilimenti (uffiċċju prinċipali jew fergħat) f’aktar minn Stat Membru wieħed, kull stabbiliment ikollu aċċess għal dawn l-operazzjonijiet permezz tal-BĊN tal-Istat Membru li fih hija stabbilita minkejja l-fatt li offerti għas-sejħiet għal offerti ta’ istituzzjoni jistgħu jintbagħtu biss minn stabbiliment wieħed (jew l-uffiċċju prinċipali jew fergħa nominata) f’kull Stat Membru.”

8.   It-Taqsima 2.2 hija emendata kif ġej:

(a)

It-tieni paragrafu qed jinbidel b’li ġej:

“Għal swaps tal-kambju barrani eżegwit għal għanijiet ta’ politika monetarja, il-kontropartijiet għandhom ikunu jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kambju barrani fuq volum kbir b’mod effiċjenti taħt il-kundizzjonijiet kollha tas-suq. Il-firxa ta’ kontropartijiet għal swaps ta’ kambju barrani tikkorrispondi mal-kontropartijiet stabbiliti fiż-żona tal-euro li jintgaħżlu għal operazzjonijiet ta’ intervent ta’ kambju barrani tal-Eurosistema. Il-proċeduri u l-kriterji applikati għall-għażla ta’ kontropartijiet għal operazzjonijiet ta’ intervent ta’ kambju barrani huma ppreżentati fl-Appendiċi 3.”

(b)

Il-ħames paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi jekk, taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, operazzjonijiet bilaterali ta’ rfinar jistgħux jiġu eżegwiti mill-BĊE nnifsu. Jekk il-BĊE jkollu jwettaq operazzjonijiet bilaterali, l-għażla tal-kontropartijiet għandha f’dawk il-każi ssir mill-BĊE skont skema ta’ rotazzjoni fost dawk il-kontropartijiet fiż-żona tal-euro li huma eliġibbli għal sejħiet għal offerti mgħaġġla u operazzjonijiet bilaterali sabiex jiġi assigurat aċċess ekwu.”

9.   It-Taqsima 2.3 hija emendata kif ġej:

(a)

It-tielet paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Dan jirrigwarda l-każijiet ta’ ksur ta’ (a) regoli tas-sejħiet għal offerti, jekk il-kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ assi jew flus kontanti sottostanti (*******) biex isir il-ħlas (f’jum il-ħlas), jew li tiggarantixxi, sal-maturità tal-operazzjoni permezz ta’ sejħiet ta’ marġni korrispondenti, l-ammont ta’ likwidità li ġiet allokata f’operazzjoni li tipprovdi likwidità, jew jekk tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ flus kontanti biex tħallas is-somma li ġiet allokata f’operazzjoni ta’ assorbiment ta’ likwidità; u (b) regoli ta’ transazzjoni bilaterali, jekk kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ assi sottostanti, jew jekk tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ flus kontanti biex jitħallas l-ammont miftiehem f’transazzjonijiet bilaterali, jew jekk tonqos milli tiggarantixxi transazzjoni bilaterali pendenti f’xi ħin sal-maturità tagħha permezz ta’ sejħiet ta’ marġni korrispondenti.

(*******)  Meta japplika, fir-rigward ta’ sejħiet ta’ marġni.”"

(b)

Il-ħames paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Barra minn hekk, miżura ta’ sospensjoni meħuda fil-konfront tal-kontroparti li ma tikkonformax tista’ tiġi applikata għall-fergħat tal-istess istituzzjoni stabbilita fi Stati Membri oħrajn. Fejn, bħala miżura eċċezzjonali, dan ikun meħtieġ minħabba s-serjetà tal-każ ta’ non-konformità, kif ippruvat mill-frekwenza tagħha jew mit-tul ta’ żmien, pereżempju, kontroparti tista’ tiġi sospiża mill-operazzjonijiet futuri kollha ta’ politika monetarja għal ċertu perjodu ta’ żmien.”

10.   It-Taqsima 2.4 tinbidel b’li ġej:

“2.4   Sospensjoni, limitazzjoni jew esklużjoni fuq il-bażi ta’ prudenza jew ġrajjiet ta’ inadempjenza

Skont id-dispożizzjonijiet fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN rispettiv (jew mill-BĊE), l-Eurosistema tista’ tissospendi, tillimita jew teskludi l-aċċess tal-kontropartijiet għal strumenti ta’ politika monetarja fuq il-bażi ta’ prudenza.

Barra minn dan, sospensjoni, limitazzjoni jew esklużjoni ta’ kontropartijiet tista’ tkun meħtieġa f’xi każijiet li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ ‘inadempjenza’ ta’ kontroparti kif definit fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊNi.

Finalment, fuq il-bażi tal-prudenza, l-Eurosistema tista’ wkoll tirrifjuta assi, tillimita l-użu ta’ assi jew tapplika haircuts supplimentari għal assi mibgħuta bħala garanzija fl-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema minn kontropartijiet speċifiċi.”

11.   Il-paragrafu introduttiv għall-Kapitlu 3 huwa sostiwit b’ li ġej:

“Operazzjonijiet f’suq miftuħ għandhom rwol importanti fil-politika monetarja tal-Eurosistema. Dawn jintużaw għat-tmexxija ta’ rati ta’ imgħax, il-ġestjoni tas-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq u l-indikazzjoni tal-pożizzjoni tal-politika monetarja. Fir-rigward tal-miri, ir-regolarità u l-proċeduri tagħhom, l-operazzjonijiet f’suq miftuħ tal-Eurosistema jistgħu jinqasmu f'erba’ kategoriji: operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal, operazzjonijiet ta’ rfinar u operazzjonijiet strutturali. Fir-rigward tal-istrumenti użati, transazzjonijiet irriversjati huma l-istrument prinċipali tas-suq miftuħ tal-Eurosistema u jistgħu jitħaddmu fl-erba’ kategoriji ta’ operazzjonijiet, filwaqt li ċertifikati ta‘ dejn tal-BĊE jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet ta’ assorbiment strutturali. L-operazzjonijiet strutturali jistgħu jsiru wkoll permezz ta’ transazzjonijiet diretti jiġifieri xiri u bejgħ. Barra minn dan, l-Eurosistema għandha żewġ strumenti oħra disponibbli għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ rfinar: swaps ta’ kambju barrani u l-ġbir ta’ depositi għal terminu fiss. Fit-taqsimiet li ġejjin, fatturi speċifiċi tat-tipi differenti ta’ strumenti tas-suq miftuħ użati mill-Eurosistema huma preżentati fid-dettall.”

12.   Fit-Taqsima 3.1.4, is-sitt punt tat-tieni paragrafu jinbidel b’li ġej:

“huma normalment eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi (il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi illi, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, operazzjonijiet bilaterali irriversjati ta’ rfinar jiġu eżegwiti mill-BĊE);”

13.   Fit-Taqsima 3.2, ir-raba’ punt tar-raba’ paragrafu jinbidel b’li ġej:

“huma normalment eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi (il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi jekk, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, transazzjonijiet diretti jistgħux jiġu eżegwiti mill-BĊE);”

14.   It-Taqsima 3.3 hija emendata kif ġej:

(a)

It-tieni paragrafu qed jinbidel b’li ġej:

“Iċ-ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE jikkostitwixxu obbligu ta’ dejn tal-BĊE fil-konfront tad-detentur taċ-ċertifikat. Dawn jinħarġu u jinżammu fil-forma ta’ daħla fil-ktieb f’depożiti ta’ titoli fiż-żona tal-euro. Il-BĊE ma jimponi l-ebda restrizzjoni dwar it-trasferibbiltà taċ-ċertifikati. Aktar dispożizzjonijiet marbutin maċ-ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE għandhom jiddaħħlu fit-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dawn iċ-ċertifikati.”

(b)

It-tielet paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Iċ-ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE jinħarġu bi skont, jiġifieri jinħarġu taħt l-ammont nominali u jinfdew mal-maturità fl-ammont nominali. Id-differenza bejn l-ammont tal-ħruġ u l-ammont tal-fidi hija ugwali għall-imgħax akkumulat fuq l-ammont tal-ħruġ, bir-rata miftiehma ta’ mgħax, fuq il-maturità taċ-ċertifikat. Ir-rata ta’ imgħax applikata hija ta’ mgħax sempliċi bbażata fuq il-konvenzjoni tal-għadd ta’ kull ġurnata ‘attwali/360’. Il-kalkolu tal-ammont tal-ħruġ jidher fil-Kaxxa 1.”

(c)

Il-Kaxxa 1 tinbidel b’dan li ġej:

“KAXXA 1

Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE

L-ammont tal-ħruġ huwa: Formula

fejn:

N

=

ammont nominali taċ-ċertifikat tad-dejn tal-BĊE

rI

=

rata ta’ imgħax (f’ %)

D

=

maturità taċ-ċertifikat tad-dejn tal-BĊE (fi ġranet)

PT

=

ammont ta’ ħruġ bi skont taċ-ċertifikat tad-dejn tal-BĊE”

15.   Fit-Taqsima 3.4, il-ħames punt tar-raba’ paragrafu jinbidel b’li ġej:

“huma normalment eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi (il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, swaps ta’ kambju barrani bilaterali jistgħux jiġu eżegwiti mill-BĊE); u”

16.   Fit-Taqsima 3.5, il-ħames punt tar-raba’ paragrafu jinbidel b’li ġej:

“il-ġbir tad-depożiti huwa normalment eżegwit b’mod deċentralizzat mill-BĊNi (il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-ġbir bilaterali ta’ depożiti għal terminu fiss (********) jistax jiġi eżegwit mill-BĊE); u

17.   Fit-Taqsima 4.1, in-noti ta’ qiegħ il-paġna 1 u 2 fit-tielet paragrafu jinbidlu b’li ġej:

“(1)

Mid-19 ta’ Mejju 2008, l-infrastruttura teknika deċentralizzata tat-TARGET inbidlet bit-TARGET2. It-TARGET2 jikkonsisti fi pjattaforma maqsuma waħda (li permezz tagħha l-ordnijiet kollha ta’ ħlas jiġu sottomessi u pproċessati u li permezz tagħha jiġu rċevuti ħlasijiet bl-istess mod tekniku) u, meta japplikaw, is-sistemi ta’ kontijiet domestiċi partikolari tal-BĊNi.

(2)

Barra minn dan, l-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali jingħata biss lill-kontropartijiet b’aċċess għal kont mal-BĊN fejn tista’ titħallas it-transazzjoni, per eżempju fil-pjattaforma maqsuma waħda tat-TARGET2.”

18.   It-Taqsima 4.2 hija emendat kif ġej:

(a)

Tiżdied in-nota ta’ qiegħ il-paġna (*) fl-aħħar tat-tielet paragrafu (l-ewwel paragrafu taħt l-intestatura “Kundizzjonijiet għall-aċċess”:

“(*)

Barra minn dan, l-aċċess għall-faċilità ta’ depożitu jingħata biss lill-kontropartijiet b’aċċess għal kont mal-BĊN fejn tista’ titħallas it-transazzjoni, per eżempju fil-pjattaforma maqsuma waħda tat-TARGET2.”

(b)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 fis-seba' paragrafu (it-tieni paragrafu taħt l-intestatura' Maturità u kundizzjonijiet ta’ imgħax) tinbidel b’li ġej:

“(12)

Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 f’dan il-kapitlu.”

19.   Fit-Taqsima 5.1.1, il-Kaxxa 3 tinbidel b’li ġej:

“KAXXA 3

Passi ta’ operazzjoni għall-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti

Pass 1

Tħabbir ta’ sejħa għal offerti

a.

Tħabbir mill-BĊE permezz ta’ mezzi tal-aħbarijiet pubbliċi u s-sit elettroniku tal-BĊE

b.

Tħabbir mill-BĊNi permezz tas-servizzi nazzjonali tal-aħbarijiet u direttament lill-kontropartijiet individwali (jekk jitqies meħtieġ)

Pass 2

Preparazzjoni mill-kontropartijiet u sottomissjoni ta’ offerti

Pass 3

Ġbir tal-offerti mill-Eurosistema

Pass 4

Allokazzjoni tal-offerti u t-tħabbir tar-riżultati tal-offerti

a.

Deċiżjoni ta’ allokazzjoni tal-BĊE

b.

Tħabbir tar-riżultati tal-allokazzjoni permezz ta’ mezzi tal-aħbarijiet pubbliċi u s-sit tal-Internet tal-BĊE

Pass 5

Ċertifikazzjoni ta’ riżultati tal-allokazzjoni individwali

Pass 6

Ħlas tat-transazzjonijiet (ara t-Taqsima 5.3)”

20.   It-Taqsima 5.1.3 hija emendata kif ġej:

(a)

Il-parti introduttiva tal-ewwel paragrafu tinbidel b’dan li ġej:

“Sejħiet għal offerti standard tal-Eurosistema jitħabbru pubblikament permezz ta’ servizzi tal-aħbarijiet u s-sit elettroniku tal-BĊE. Barra minn hekk, il-BĊNi jistgħu jħabbru l-operazzjoni ta’ sejħa għal offerti direttament lill-kontropartijiet mingħajr aċċess għas-servizzi tal-aħbarijiet. Il-messaġġ li jħabbar is-sejħa pubblika għal offerti normalment ikun fih l-informazzjoni li ġejja:”

(b)

L-għaxar punt tal-ewwel paragrafu jinbidel b’li ġej:

“id-data tal-bidu u d-data tal-maturità tal-operazzjoni (jekk applikabbli) jew id-data tal-valur u d-data tal-maturità tal-istrument (fil-każ tal-ħruġ ta’ ċertifikati tad-dejn tal-BĊE);”

(c)

Is-sbatax-il punt tal-ewwel paragrafu jinbidel b’li ġej:

“id-denominazzjoni taċ-ċertifikati (fil-każ ta’ ħruġ ta’ ċertifikati ta‘ dejn tal-BĊE); u”

(d)

It-tmintax-il punt tal-ewwel paragrafu jinbidel b’li ġej:

“il-kodiċi ISIN tal-ħruġ (fil-każ tal-ħruġ taċ-ċertifikati ta‘ dejn tal-BĊE).”

21.   It-Taqsima 5.1.4 hija emendata kif ġej:

(a)

It-tielet paragrafu jinbidel b’li ġej:

“F’sejħiet għal offerti b’rata varjabbli, il-kontropartijiet jistgħu jibagħtu offerti ta’ sa 10 livelli differenti ta’ punti ta’ rati/imgħax/prezzijiet/swaps. F’ċirkustanzi eċċezzjonali l-Eurosistema tista’ timponi limitu fuq in-numru ta’ offerti li jistgħu jiġu sottomessi fir-rigward tas-sejħiet b’rata varjabbli. F’kull offerta, il-kontropartijiet għandhom jiddikjaraw l-ammont ta’ flus li huma lesti jinnegozjaw mal-BĊNi u r-rata ta’ imgħax rilevanti (*********)  (**********). L-offerta tar-rati ta’ imgħax għandha tiġi espressa f’multipli ta’ punti ta’ perċentwali ta’ 0,01. Fil-każ ta’ sejħa għal offerti ta’ swaps ta’ kambju barrani b’rata varjabbli, il-punti tas-swaps għandhom ikunu kkwotati skont il-konvenzjonijiet standard tas-suq u l-offerti għandhom ikunu espressi bħala multipli ta’ 0,01 ta’ punti ta’ swaps.

(*********)  Fir-rigward tal-ħruġ ta’ ċertifikati ta‘ dejn tal-BĊE, il-BĊE jista’ jiddeċiedi li l-offerti jiġu espressi fil-forma ta’ prezz pjuttost milli f’rata ta’ imgħax. F’dawn il-każijiet, il-prezzijiet għandhom ikunu kkwotati bħala perċentwali tal-ammont nominali."

(**********)  Fi swaps ta’ kambju barrani b’rata varjabbli, l-ammont tal-munita miżmum fiss li l-kontroparti hija lesta li tinnegozja mal-Eurosistema u l-livell rispettiv tal-punt ta’ swaps għandhom ikunu dikjarati.”"

(b)

Is-seba’ paragrafu qed jinbidel b’li ġej:

“‛Il-kontropartijiet huma dejjem mistennija li jkun f’pożizzjoni li jkopru l-ammonti allokati lilhom b’ammont suffiċjenti ta’ assi eliġibbli sottostanti (***********). L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN rilevanti jippermettu l-impożizzjoni ta’ pieni jekk kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ assi sottostanti jew flus kontanti biex jitħallas l-ammont li tkun ġiet allokata f‘operazzjoni tas-sejħa għal offerti.

(***********)  Jew li jħallsu fi flus kontanti fil-każ ta’ operazzjonijiet li jassorbu l-likwidità.”"

22.   Fit-Taqsima 5.1.5, it-tielet paragrafu (it-tieni paragrafu taħt l-intestatura “Sejħiet għal offerti b’rata varjabbli f'euro”) tinbidel b’dan li ġej:

“Fl-allokazzjoni ta’ sejħiet għal offerti b’rata varjabbli li jassorbu l-likwidità (li jistgħu jintużaw għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta‘ dejn tal-BĊE u l-ġbir ta’ depożiti għal terminu fiss), l-offerti huma elenkati f’ordni axxendenti ta’ rati ta’ imgħax offruti (jew f’ordni dixxendenti ta’ prezzijiet offruti). Offerti bil-livelli l-aktar baxxi ta’ rata ta’ imgħax (l-ogħla prezzijiet) jiġu sodisfatti l-ewwel u offerti sussegwenti b’rati ogħla ta’ imgħax suċċessiv (offerti bi prezzijiet aktar baxxi) huma aċċettati sakemm il-likwidità totali li għandha tiġi assorbita tiġi eżawrita. Jekk, fil-livell tal-ogħla rata ta’ imgħax aċċettat (l-iktar prezz baxx) (jiġifieri r-rata/prezz ta’ imgħax marġinali), l-ammont aggregat totali tal-offerta jeċċedi l-ammont li jibqa’ li għandu jiġi allokat, l-ammont li jibqa’ għandu jiġi allokat pro rata fost l-offerti skont il-proporzjon tal-ammont li jibqa’ li għandu jiġi allokat għall-ammont totali tal-offerta f'rata/prezz ta’ mgħax marġinali (ara l-Kaxxa 5). Għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE, l-ammont allokat lil kull kontroparti jinġieb sa l-eqreb multiplu tad-denominazzjoni taċ-ċertifikati tad-dejn tal-BĊE. Għal operazzjonijiet oħra li jassorbu l-likwidità, l-ammont allokat lil kull kontroparti jinġieb għall-eqreb euro.”

23.   It-Taqsima 5.1.6 hija emendata kif ġej:

(a)

Il-parti introduttiva tal-ewwel paragrafu tinbidel b’dan li ġej:

“Ir-riżultati tas-sejħiet għal offerti standard u mgħaġġla jitħabbru pubblikament permezz ta’ servizzi tal-aħbarijiet u s-sit elettroniku tal-BĊE. Barra minn hekk, il-BĊNi jistgħu jħabbru r-riżultat tal-allokazzjoni direttament lill-kontropartijiet mingħajr aċċess għas-servizzi tal-aħbarijiet. Il-messaġġ tar-riżultat tas-sejħa għal offerti pubblika għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:”

(b)

It-tlettax-il punt jinbidel b’li ġej:

“id-data tal-bidu u d-data tal-maturità tal-operazzjoni (jekk applikabbli) jew id-data tal-valur u d-data tal-maturità tal-istrument (fil-każ tal-ħruġ ta’ ċertifikati ta‘dejn tal-BĊE);”

(c)

Is-sittax-il punt jinbidel b’li ġej:

“id-denominazzjoni taċ-ċertifikati (fil-każ ta’ ħruġ ta’ ċertifikati ta‘dejn tal-BĊE); u”

(d)

Is-sbatax-il punt jinbidel b’li ġej:

“il-kodiċi ISIN tal-ħruġ (fil-każ tal-ħruġ ta‘ċertifikati ta‘dejn tal-BĊE).”

24.   Fit-Taqsima 5.2, l-ewwel paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Il-BĊNi jistgħu jeżegwixxu operazzjonijiet fuq il-bażi ta’ proċeduri bilaterali. Dawn il-proċeduri bilaterali jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet ta’ rfinar f’suq miftuħ u operazzjonijiet diretti strutturali (************). Dawn huma definiti f’sens wiesa’ bħala proċeduri fejn l-Eurosistema twettaq transazzjoni ma’ kontroparti waħda jew uħud minnhom mingħajr sejħa għal offerti. F’dan ir-rigward, żewġ tipi ta’ proċeduri bilaterali jistgħu jintgħarfu: operazzjonijiet fejn il-kontropartijiet jiġu kkuntattjati direttament mill-Eurosistema, u l-operazzjonijiet eżegwiti permezz ta’ boroż u aġenti tas-suq.

25.   Fit-Taqsima 5.3.1, it-Tabella 3 tinbidel b’dan li ġej:

“Tabella 3

Dati normali għall-ħlasijiet ta’ operazzjonijiet f‘suq miftuħ tal-Eurosistema (1)

Strumenti ta’ politika monetarja

Data tal-ħlas għal operazzjonijiet ibbażati fuq sejħiet għal offerti standard

Data ta’ ħlas għal operazzjonijiet ibbażati fuq sejħiet ta’ offerti mgħaġġla jew proċeduri bilaterali

Transazzjonijiet irriversjati

T + 1 (2)

T

Transazzjonijiet diretti

Skont il-konvenzjoni tas-suq għal assi sottostanti

Ħruġ ta’ ċertifikati ta‘dejn tal-BĊE

T + 2

Swaps ta’ kambju barrani

T, T + 1 or T + 2

Ġbir ta’ depożiti b’terminu fiss

T

26.   Fit-Taqsima 5.3.2, l-ewwel paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Operazzjonijiet f’suq miftuħ ibbażati fuq sejħiet għal offerti standard (jiġifieri l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq perijodu itwal u operazzjonijiet struttutali) normalment jitħallsu fl-ewwel jum li jiġi wara il-jum tan-negozju li fih it-TARGET2 u l-SSSs relevanti kollha huma miftuħin. Iżda, il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE jitħallas fit-tieni jum wara l-jum tan-negozju meta t-TARGET2 u l-SSSs rilevanti kollha jkunu miftuħin. Bħala punt ta’ prinċipju, l-Eurosistema timmira li tħallas it-transazzjonijiet kollha relatati mal-operazzjonijiet tagħha f’suq miftuħ fl-istess żmien fl-Istati Membri kollha mal-kontropartijiet kollha li jkunu pprovdew assi sottostanti suffiċjenti. Iżda, minħabba l-limiti operattivi u l-fatturi tekniċi tal-SSSs, il-ħin fil-ġurnata tal-ħlas ta’ operazzjonijiet f’suq miftuħ jista’ jvarja fi ħdan iż-żona tal-euro. Il-ħin tal-ħlas tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq perijodu itwal u ewlenin normalment jikkoinċidi mal-ħin tar-rimborż tal-operazzjoni ta’ qabel li tikkorrispondi mal-maturità.”

27.   Fit-Taqsima 6.1, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 fit-tieni paragrafu hija mħassra.

28.   It-Taqsima 6.2.1 tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-ħames paragrafu jinbidel b’li ġej:

“L-assi li jiġġeneraw l-fluss tal-kontanti li jsostnu t-titoli sostnuti minn assi għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti:

(a)

l-akkwist ta’ dawn l-assi għandu jkun regolat bil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE;

(b)

għandhom jinkisbu mill-oriġinatur jew minn intermedjarju bit-titolizzazzjoni ta’ vettura b’għan speċjali b’mod li l-Eurosistema tikkonsidra bħala ‘bejgħ effettiv’ li huwa eżegwibbli kontra kull terz, u li ma jintlaħaqx mill-oriġinatur u l-kredituri tiegħu, jew mill-intermedjarju u l-kredituri tiegħu, inkluż fil-każ tal-insolvenza tal-oriġinatur jew tal-intermedjarju;

(c)

għandhom ikunu oriġinati u mibjugħin lil min jagħmel il-ħruġ minn oriġinatur jew, jekk applikabbli, intermedjarju inkorporat fiż-ŻEE;

(d)

m’għandhomx jikkonsistu, kollha jew parzjalment, attwalment jew potenzjalment, minn tranches jew titoli sostnuti minn assi oħrajn (*************). Barra minn dan, m’għandhomx jikkonsistu, kollha jew parzjalment, attwalment jew potenzjalment, minn noti relatati ta’ kreditu, swaps jew strumenti derivattivi oħrajn (**************)  (***************) jew titoli sintetiċi; u

(e)

jekk huma klejms ta’ kreditu, id-debituri u l-kredituri għandhom ikunu inkorporati (jew, jekk huma persuni fiżiċi, residenti) fiż-ŻEE u, jekk rilevanti, it-titolu relatat għandu jkun fiż-ŻEE. Il-liġi li tirregola dawk il-klejms ta’ kreditu għandha tkun il-liġi ta’ pajjiż taż-ŻEE. Jekk huma bonds, min jagħmel il-ħruġ għandu jkun inkorporat fiż-ŻEE, għandhom jinħarġu f’pajjiż taż-ŻEE taħt il-liġi ta’ pajjiż taż-ŻEE u kull titolu relatat għandu jkun jinsab fiż-ŻEE (***************).

F’każijiet meta l-oriġinaturi jew, jekk ikun applikabbli, l-intermedjarji, kienu inkorporati fiż-żona tal-euro, jew fir-Renju Unit, l-Eurosistema vverifikat li ma kien hemm l-ebda dispożizzjonijiet ta’ clawback severi f’dawk il-ġurisdizzjonijiet. Jekk l-oriġinatur jew, jekk ikun applikabbli, l-intermedjarju, huwa inkorporat f’pajjiż ŻEE ieħor, it-titoli sostnuti minn assi jistgħu jiġu kkunsidrati eliġibbli biss jekk l-Eurosistema taċċerta li d-drittijiet tagħha jkunu protetti b’mod xieraq kontra d-dispożizzjonijiet clawback kkunsidrati rilevanti mill-Eurosistema taħt il-liġi tal-pajjiż ŻEE rilevanti. Għal dan il-għan, valutazzjoni legali indipendenti f’forma aċċettabbli għall-Eurosistema għandha tintbagħat fejn jintwerew ir-regoli clawback applikabbli fil-pajjiż, qabel ma t-titoli sostnuti minn assi jistgħu jiġu kkunsidrati eliġibbli (***************). Biex jiġi deċiż jekk id-drittijiet tagħha humiex protetti b’mod adegwat kontra r-regoli clawback, l-Eurosistema tista’ teħtieġ dokumenti oħra, inkluż ċertifikat ta’ solvenza miċ-ċessjonarju, għall-perijodu suspettat. Regoli clawback li l-Eurosistema tikkonsidra li huma severi u għalhekk bħala mhux aċċettabbli jinkludu regoli fejn il-bejgħ ta’ assi sottostanti jista’ jiġi invalidat mill-istralċjarju biss fuq il-bażi li ġie konkluż f’ċertu perijodu (perijodu suspett) qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-bejjiegħ (oriġinatur/intermedjarju), jew fejn invalidazzjoni bħal din tista’ tiġi evitata biss miċ-ċessjonarju jekk jistgħu jipprovaw li ma kinux jafu bl-insolvenza tal-bejjiegħ (oriġinatur/intermedjarju) fiż-żmien tal-bejgħ.

(*************)  Dan ir-rekwiżit ma jeskludix titoli sostnuti minn assi fejn l-istruttura tal-ħruġ tinkludi żewġ vetturi ta’ għan speċjali u r-rekwiżit tal-‘bejgħ veru’ jiġi sodisfatt fir-rigward ta’ dawk il-vetturi ta’ għan speċjali biex l-istrumenti ta’ dejn maħruġin mit-tieni vettura ta’ għan speċjali ikunu sostnuti direttament jew indirettament mill-pool oriġinali ta’ assi u l-flussi kollha tal-flus kontanti mill-fluss tal-flus kontanti li jiġġeneraw l-assi jiġu ttrasferiti mill-ewwel għat-tieni vettura ta’ għan speċjali."

(**************)  Din ir-restrizzjoni ma tinkludix swaps użati fi transazzjonijiet ta’ titoli sostnuti minn assi strettament għal finijiet ta’ hedging."

(***************)  Titoli sostnuti minn assi li huma fuq il-lista ta’ assi negozjabbli eliġibbli sa mill-10 ta’ Ottubru 2010 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit u jibqgħu eliġibbli sal-9 ta’ Ottubru 2011."

(***************)  Titoli sostnuti minn assi li huma fuq il-lista ta’ assi negozjabbli eliġibbli sa mill-10 ta’ Ottubru 2010 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit u jibqgħu eliġibbli sal-9 ta’ Ottubru 2011."

(***************)  Titoli sostnuti minn assi li huma fuq il-lista ta’ assi negozjabbli eliġibbli sa mill-10 ta’ Ottubru 2010 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit u jibqgħu eliġibbli sal-9 ta’ Ottubru 2011."

(b)

Is-sitt paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Fi ħdan ħarġa strutturata, biex tkun eliġibbli, tranche (jew sub-tranche) tista’ ma tkunx subordinata għal tranches oħra tal-istess ħarġa. Tranche (jew sub-tranche) titqies li mhijiex subordinata fil-konfront ta’ tranches oħra (jew sub-tranches) tal-istess ħarġa jekk, skont il-prijorità tal-ħlas applikabbli wara n-notifika tal-avviż ta’ infurzar, kif stabbilit fil-prospett, l-ebda tranche oħra (jew sub-tranche) ma tingħata prijorità fuq dik it-tranche jew sub-tranche fir-rigward ta’ meta jiġi rċevut il-ħlas (il-kapital u l-imgħax), u għalhekk dik it-tranche (jew sub-tranche) hija l-aħħar li ġġarrab telf fost it-tranches jew sub-tranches differenti ta’ ħarġa strutturata. Għal ħarġiet strutturati meta l-prospett jipprovdi għal notifika ta’ avviż ta’ aċċelerazzjoni u infurzar, in-non-subordinazzjoni ta’ tranche (jew sub-tranche) għandha tiġi żgurata kemm taħt prijorità ta’ ħlas b’avviż relatat ta’ aċċellerazzjoni kif ukoll taħt dak ta’ infurzar.”

(c)

Fid-disa' paragrafu (taħt l-intestatura “Post ta’ ħruġ”), in-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 (l-ewwel nota ta’ qiegħ il-paġna f’dak il-paragrafu, għandha tinbidel b’dan li ġej:

“(7)

Titoli ta’ dejn internazzjonali f’forma bearer globali maħruġin fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2007, permezz tal-ICSDs Euroclear Bank (Belġju) u l-Clearstream Banking Luxembourg għandhom, biex ikunu eliġibbli, jinħarġu fil-forma ta’ noti globali ġodda u għandhom jiġu ddepożitati ma konsenjatarju komuni li huwa ICSD jew, jekk ikun il-każ, CSD li jissodisfa l-istandards minimi stabbiliti mill-BĊE. Titoli ta’ dejn internazzjonali f’forma bearer globali li nħarġu f’forma ta’ noti globali klassiċi qabel l-1 ta’ Jannar 2007 u titoli funġibbli maħruġin taħt l-istess kodiċi ISIN fi jew wara dik id-data jibqgħu eliġibbli sal-maturità. Titoli ta’ dejn internazzjonali maħruġin f’forma reġistrata globali permezz ta’ ICSDs Euroclear Bank (Belġju) u Clearstream Banking Luxembourg wara t-30 ta’ Settembru 2010 għandhom, biex ikunu eliġibbli, jinħarġu taħt l-istruttura ġdida ta’ konsenjatarju għat-titoli ta’ dejn internazzjonali. Titoli ta’ dejn internazzjonali maħruġin f’forma reġistrata globali maħruġin qabel jew f’dik id-data jibqgħu eliġibbli sal-maturità tagħhom. Titoli ta’ dejn internazzjonali f’forma ta’ nota individwali mhux ser jibqgħu eliġibbli jekk jinħarġu wara t-30 ta’ Settembru 2010. Titoli ta’ debitu internazzjonali f’forma reġistrata globali maħruġin qabel jew f’dik id-data jibqgħu eliġibbli sal-maturità tagħhom.”

(d)

L-għaxar paragrafu (l-ewwel paragrafu taħt l-intestatura “Proċeduri ta’ ħlas”) jinbidel b’li ġej:

“L-istrument ta’ dejn għandu jkun trasferibbli f’forma ta’ dħul fil-kotba. Għandu jinżamm u jitħallas fiż-żona tal-euro permezz ta’ kont mal-Eurosistema jew ma’ SSS li jissodisfa l-istandards stabbiliti mill-BĊE, biex il-perfezzjoni u t-twettiq ikunu suġġetti għal-liġi ta’ Stat Membru.”

(e)

Fit-tnax-il paragrafu (l-uniku paragrafu taħt l-intestatura “Swieq aċċettabbli”), in-nota ta’ qiegħ il-paġna (l-aħħar nota ta’ qiegħ il-paġna) tinbidel b’li ġej:

“(13)

Assi tas-suq, li huma aċċettati bħala assi tat-tieni saff, u li nħarġu qabel il-31 ta’ Mejju 2007 u jiġu nnegozjati fi swieq mhux irregolati li bħalissa jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Eurosistema għas-sigurtà u l-aċċessibbltà, imma mhux għat-trasparenza, jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Diċembru 2009, sakemm jissodisfaw kriterji oħrajn ta’ eliġibbiltà, u jsiru ineliġibbli wara dik id-data. Dan ma japplikax għall-assi tas-suq mhux koperti maħruġin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu aċċettati bħala assi tat-tieni saff u saru ineliġibbli fil-31 ta’ Mejju 2007.”

(f)

Il-ħmistax-il paragrafu (it-tieni paragrafu taħt l-intestatura “Post ta’ stabbiliment ta’ min għamel il-ħruġ/garanti”) jinbidel b’li ġej:

“Il-garanti għandu jkun stabbilit fiż-ŻEE, sakemm ma tkunx meħtieġa garanzija biex tistabbilixxi l-istandards ta’ kreditu għoljin għal assi negozjabbli, kif jidher fit-Taqsima 6.3.2.”

29.   It-Taqsima 6.2.2 hija emendata kif ġej:

(a)

It-tieni punt tat-tieni paragrafu (l-ewwel paragrafu taħt l-intestatura “Klejms ta’ kreditu”) jinbidel b’li ġej:

Tip ta’ debitur/garanti: Debituri eliġibbli u garanti huma korporazzjonijiet mhux finanzjarji (****************), entitajiet fis-settur pubbliku u istituzzjonijiet internazzjonali jew sovranazzjonali. Kull debitur huwa responsabbli individwalment u solidarment għall-ħlas lura sħiħ tal-klejm ta’ kreditu in kwistjoni (ko-debituri responsabbli flimkien għal klejms ta’ kreditu individwali huma esklużi).

(****************)  Kif definit fl-ESA 95.”"

(b)

It-tielet punt tat-tieni paragrafu jinbidel b’li ġej:

Post ta’ stabbiliment tad-debitur u tal-garanti: Id-debitur għandu jkun stabbilit fiż-żona tal-euro. Il-garanti għandu jkun stabbilit ukoll fiż-żona tal-euro, sakemm ma tkunx meħtieġa garanzija biex tistabbilixxi standards ta’ kreditu għoljin għal assi mhux negozjabbli, kif stabbilit fit-Taqsima 6.3.3. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-istituzzjonijiet internazzjonali jew sovranazzjonali.”

(c)

Ir-raba’ punt tat-tieni paragrafu jinbidel b’li ġej:

Standards ta’ kreditu: Il-kwalità ta‘ klejms ta’ kreditu hija vvalutata permezz tal-affidabbiltà finanzjarja sottostanti tad-debitur jew garanti. Il-klejms għandhom jissodisfaw standards ta’ kreditu għolja speċifikati fir-regoli ECAF għal assi mhux negozzjabbli, kif stabbilit fit-Taqsima 6.3.3.”

(d)

Is-seba’ punt tat-tieni paragrafu jinbidel b’li ġej:

Liġijiet li jirregolaw: Il-ftehim ta’ klejm ta’ kreditu u l-ftehim bejn il-kontroparti u l-BĊN li jimmobilizza l-klejm ta’ kreditu bħala garanzija (‘ftehim ta’ mobilizzazzjoni’) għandhom ikunu rregolati t-tnejn bil-liġi ta’ Stat Membru. Barra minn hekk, in-numu totali ta’ liġijiet differenti li jirregolaw u li huma applikabbli għal (a) il-kontroparti; (b) il-kreditur; (c) id-debitur; (d) il-garanti (jekk rilevanti); (e) il-ftehim ta’ klejm ta’ kreditu; u (f) il-ftehim ta’ mobilizzazzjoni m’għandux jaqbeż tnejn.”

(e)

Fit-tmien punt tat-tieni paragrafu n-nota ta’ qiegħ il-paġna 20 tinbidel b’li ġej:

“(20)

Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 20 f’dan il-kapitlu”

(f)

Ir-raba “punt tat-tielet paragrafu (l-ewwel paragrafu taħt l-intestatura' Strumenti ta’ dejn sostnuti minn ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli”) jinbidel b’li ġej:

Post ta’ stabbiliment ta’ min jagħmel il-ħruġ: Min jagħmel il-ħruġ għandu jkun stabbilit fiż-żona tal-euro.”

(g)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna 22 fis-sitt punt tat-tielet paragrafu tinbidel b’li ġej:

“(22)

Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 20 f’dan il-kapitolu”

30.   It-Taqsima 6.2.3 hija emendata kif ġej:

(a)

Jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-ħames paragrafu (it-tielet paragrafu taħt l-intestatura “Regoli għall-użu ta’ assi eliġibbli”):

“Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-politika monetarja, partikolarment għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli għall-użu ta’ assi eliġibbli dwar ir-rabtiet mill-qrib, l-Eurosistema internament taqsam l-informazzjoni fuq investimenti kapitali provduti mill-awtoritajiet superviżorji għal dawn il-finijiet. L-informazzjoni hija suġġetta għall-istess standards ta’ segretezza applikati mill-awtoritajiet superviżorji.”

(b)

Is-sitt paragrafu (ir-raba' paragrafu taħt l-intestatura “Regoli għall-użu ta’ assi eliġibbli”) jinbidel b’li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq li jikkonċernaw rabtiet mill-qrib ma japplikawx għal: (a) rabtiet mill-qrib bejn il-kontroparti u entità fis-settur pubbliku taż-ŻEE li għandha d-dritt li timponi t-taxxi, jew f’każ fejn strument tad-dejn huwa garantit minn entità fis-settur pubbliku taż-ŻEE li għandha d-dritt li timponi t-taxxi; (b) bonds tal-bank koperti maħruġin skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva UCITS; jew (c) każijiet fejn strumenti ta’ dejn huma protetti minn salvagwardji legali speċjali paragunabbli ma’ dawk l-istrumenti mogħtija taħt (b) bħal fil-każ ta’ (i) strumenti ta’ dejn sostnuti mill-ipoteki bl-imnut negozjabbli (RMBDs) li mhumiex titoli; jew (ii) bonds koperti strutturati sostnuti minn self ta’ proprjetà immobbli residenzjali (jiġifieri ċerti bonds koperti ddikjarati bħala mhux konformi mal-UCITS mill-Kummissjoni Ewropea) li jissodisfaw il-kriterji kollha li japplikaw għal titoli sostnuti minn assi, kif stabbilit fit-Taqsimiet 6.2 u 6.3 u l-kriterji addizzjonali li ġejjin (*****************):

Kull self ta’ proprjetà immobbli residenzjali sottostanti l-bonds koperti strutturati għandu jiġi denominat f’euro; min jagħmel il-ħruġ (u d-debitur u l-garanti, jekk huma persuni legali), għandu jkun inkorporat fi Stat Membru, l-assi sottostanti għandhom jinstabu fi Stat Membru, u l-liġi li tirregola s-self għandha tkun dik ta’ Stat Membru.

Self ta’ proprjetà immobbli residenzjali huwa eliġibbli għall-pool kopert ta’ bonds strutturati koperti rilevanti, jekk huma ggarantiti minn garanzija eliġibbli jew b’ipoteka. Garanzija eliġibbli għandha tkun pagabbli f’24 siegħa mal-inadempjenza. Garanziji eliġibbli għall-finijiet ta’ dan is-self garantit jistgħu jiġu pprovduti f’formati kuntrattwali differenti, inklużi kuntratti ta’ assigurazzjoni, sakemm jingħataw minn entità fis-settur pubbliku jew istituzzjoni finanzjarja suġġetta għal superviżjoni pubblika. Il-garanti għall-finijiet ta’ dan is-self garantit m’għandux ikollu rabtiet mill-qrib ma’ min jagħmel il-ħruġ tal-bonds koperti, u għandu jkun kklassifikat tal-inqas A+/A1/AH minn ECAI aċċettata matul il-ħajja tat-transazzjoni.

Kollaterali sostitut ta’ kwalità għolja sa 10 % tal-pool ta’ kopertura huwa aċċettat. Dan il-limitu jista’ jinqabeż biss wara analiżi fil-fond mill-BĊN rilevanti.

Il-parti massima ta’ kull self eliġibbli individwali li tista’ tiġi ffinanzjata permezz ta’ ħruġ ta’ bond kopert strutturat huwa ta’ 80 % self-għal-valur (loan-to-value (LTV)). Il-kalkolu LTV għandu jiġi bbażat fuq valutazzjoni konservattiva tas-suq.

Il-kollateralizzazzjoni mandatorja żejda minima hija ta’ 8 %.

L-ammont ta’ self massimu għal self ta’ ta’ proprjetà immobbli residenzjali huwa ta’ EUR 1 miljun.

Il-valutazzjoni tal-kreditu stand-alone tal-pool ta’ kopertura għandha tikkorrispondi ma’ livell PD annwali ta’ 10 punti bażi skont il-limitu ‘single A’ (ara t-Taqsima 6.3.1).

Limitu minimu fit-tul ta’ ‘single A’ (‘A-’ skont Fitch jew Standard & Poor, ‘A3’ minn Moody, jew ‘AL’ minn DBRS) għandu jiġi applikat lil min jagħmel il-ħruġ u entitajiet relatati li huma parti minn jew rilevanti għat-transazzjoni marbuta mal-bond kopert strutturat.

Barra minn hekk, il-kontropartijiet għandhom jipprovdu konferma legali minn ditta legali rinomata li tikkonferma li ġew sodisfatti il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Min joħroġ il-bonds huwa istituzzjoni ta’ kreditu inkorporata fi Stat Membru tal-UE, u mhux vettura b’għan speċjali, anki jekk dawn il-bonds huma ggarantiti minn istituzzjoni ta’ kreditu inkorporata fi Stat Membru tal-UE.

Min joħroġ jew il-ħarġa tal-bonds huma suġġetti, bil-liġi tal-Istat Membru fejn min jagħmel il-ħruġ huwa inkorporat jew fejn il-bonds inħarġu, għal superviżjoni pubblika speċjali intiża biex tipproteġi d-detenturi tal-bonds.

Fil-każ tal-insolvenza ta’ min jagħmel il-ħruġ, id-detenturi tal-bonds għandhom prijorità fir-rigward tar-rimborż tal-kapital u l-ħlas ta’ imgħax ġej minn assi eliġibbli (sottostanti).

Somom ġejjin mill-ħruġ ta’ bonds għandhom jiġu investiti (skont ir-regoli ta’ investiment stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-bond) skont il-leġiżlazzjoni tal-bonds koperti nazzjonali rilevanti jew leġiżlazzjoni oħra applikabbli għall-assi in kwistjoni.

(*****************)  Il-bonds koperti strutturati mibgħuta qabel 10 ta’ Ottubru 2010 li ma jikkonformawx ma’ dawn il-kriterji jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta’ Marzu 2011.”"

(c)

It-Tabella 4 tinbidel b’li ġej:

“Tabella 4

Assi eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-Eurosistema

Kriterji ta’ eliġibbiltà

Assi negozjabbli (3)

Assi mhux negozzjabbli (4)

Tip ta’ Assi.

Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE

Strumenti tad-dejn negozjabbli oħrajn (5)

Klejms ta’ kreditu

RMBDs

Standards ta’ kreditu

L-assi għandu jilħaq standards ta’ kreditu għoljin. L-istandards ta’ kreditu għolja huma vvalutati permezz ta’ regoli ECAF għal assi negozjabbli (5)

Id-debitur/garanti għandu jilħaq standards ta’ kreditu għoljin. L-affidabbiltà finanzjarja hija vvalutata permezz ta’ regoli ECAF għal klejms ta’ kreditu

L-assi għandu jilħaq standards ta’ kreditu għoljin. L-istandards ta’ kreditu għolja huma vvalutati permezzta’ regoli ECAF għal RMBDs

Post tal-ħruġ

ŻEE (5)

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Proċeduri ta’ ħlas/immaniġġjar

Post tal-ħlas: Iż-żona tal-euro

Strumenti għandhom jiġu ddepożitati ċentralment f’forma ta’ dħul fil-kotba mal-banek ċentrali jew SSS li jissodisfa l-istandards minimi tal-BĊE

Proċeduri tal-Eurosistema

Proċeduri tal-Eurosistema

Tip ta’ min joħroġ/debitur/garanti

Banek ċentrali

Settur pubbliku

Settur privat

Istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali

Settur pubbliku

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Post ta’ stabbiliment tad-debitur u tal-garanti:

Min jagħmel il-ħruġ (5): Pajjiżi tal-G10 ŻEE jew mhux ŻEE

Debitur: ŻEE

Garanti (5): ŻEE

Żona tal-euro

Żona tal-euro

Swieq aċċettabbli

Swieq regolati

Swieq mhux regolati aċċettati mill-BĊE

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Valuta:

Euro

Euro

Euro

Daqs minimu

Mhux applikabbli

Limitu tad-daqs minimu fil-ħin li saret il-klejm ta’ kreditu

Bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2011:

għall-użu domestiku: għażla ta’ BĊN

għall-użu transkonfinali: limitu komuni ta’ EUR 500 000

Mill-1 ta’ Jannar 2012:

limitu minimu komuni ta’ EUR 500 000 fiż-żona tal-euro kollha

Mhux applikabbli

Liġijiet li jirregolaw:

Għal titoli sostnuti minn assi l-akkwist ta’ dawn l-assi sottostanti għandu jkun regolat bil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE. Il-liġi li tirregola dawk klejms ta’ kreditu sottostanti għandha tkun il-liġi ta’ pajjiż taż-ŻEE.

Liġi li tirregola l-ftehim tal-klejm ta’ kreditu u mobilizzazzjoni: liġi ta’ Stat Membru

In-numru totali ta’ liġijiet differenti applikabbli għal

(a)

il-kontroparti:

(b)

il-kreditur;

(c)

id-debitur;

(d)

il-garanti (jekk rilevanti);

(e)

il-ftehim tal-klejm ta’ kreditu; u

(f)

il-ftehim ta’ mobilizzazzjoni m’għandux jaqbeż tnejn

Mhux applikabbli

Użu transkonfinali

Iva

Iva

Iva

31.   It-Taqsima 6.3.1 hija emendata kif ġej:

(a)

Ir-raba’ paragrafu qed jinbidel b’li ġej:

“Fir-rigward tas-sors ECAI, il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq klassifika pubblika. L-Eurosistema tirriżerva d-dritt li titlob kull kjarifika li tqis meħtieġa. Għal titoli sostnuti minn assi, il-klassifika għandha tiġi spjegata f’rapport tal-klassifika tal-kreditu disponibbli pubblikament, jiġifieri rapport ta’ qabel il-bejgħ jew ħarġa ġdida, inkluż, inter alia, analiżi komprensiva ta’ aspetti strutturali u legali, valutazzjoni dettaljata tal-pool kollaterali, analiżi tal-parteċipanti tat-transazzjoni, kif ukoll analiżi ta’ kull detall rilevanti ieħor ta’ transazzjoni. Barra minn dan, l-ECAIs għandhom jippubblikaw rapporti regolari ta’ sorveljanza għal titoli sostnuti minn assi. Il-pubblikazzjoni ta’ dawn ir-rapporti għandha tkun skont il-frekwenza u l-ħin tal-ħlas tal-kupuni. Dawn ir-rapporti għandhom tal-inqas ikollhom aġġornament tad-dejta tat-transazzjoni ewlenija (eż. il-kompożizzjoni tal-pool kollaterali, il-parteċipanti tat-transazzjoni, struttura kapitali), kif ukoll dejta tal-prestazzjoni.”

(b)

Il-ħames paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Il-punt ta’ referenza tal-Eurosistema biex jiġi stabbilit ir-rekwiżit minimu għal standards ta’ kreditu għoljin (‘il-limitu ta’ kwalità ta’ kreditu’) huwa ddefinit bħala valutazzjoni tal-kreditu ‘single A’ (******************). L-Eurosistema tikkunsidra PD fuq perijodu ta’ sena ta’ 0,10 % bħala ekwivalenti għal valutazzjoni tal-kreditu ‘single A’, suġġett għal evalwazzjoni regolari. L-ECAF issegwi d-definizzjoni ta’ ġrajja ta’ inadempjenza mogħtija fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (CRD) (*******************). L-Eurosistema tippubblika l-inqas klassifikazzjoni li tissodisfa l-limitu ta’ kwalità ta’ kreditu meħtieġ għal kull ECAI aċċettat, mingħajr ma tassumi responsabbiltà għall-valutazzjoni tagħha tal-ECAI, ukoll suġġetta għal evalwazzjoni regolari. Fir-rigward ta’ titoli sostnuti minn assi, il-punt ta’ referenza tal-Eurosistema biex tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin huwa definit f’termini ta’ valutazzjoni tal-kreditu ‘triple A’ fil-ħruġ (********************). Matul il-ħajja ta’ titolu sostnut minn assi, għandu jinżamm il-limitu minimu tal-Eurosistema ta’ ‘single A’.

(******************)  ‘Single A’ tfisser klassifika fit-tul minima ta ‘A-’ minn Fitch jew Standard & Poor's, jew ‘A3’ minn Moody, jew ‘AL’ minn DBRS."

(*******************)  Is-CRD tikkomprendi d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1) u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (riformulazzjoni) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201)."

(********************)  ‘Triple A’ tfisser klassifika fit-tul ‘AAA’ minn Fitch, Standard & Poor jew DBRS jew ‘Aaa’ minn Moody jew, jekk din mhux disponibbli, klassifika għal żmien qasir ta’ ‘F1+’ minn Fitċh, jew ‘A-1+’ minn Standard & Poor, jew ‘R-1H’ minn DBRS.”"

(c)

Is-seba’ paragrafu qed jinbidel b’li ġej:

“Assi maħruġin jew iggarantiti minn entitajiet suġġetti għal iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħrajn imposti mill-UE taħt l-Artikolu 75 tat-Trattat jew minn Stat Membru tal-UE li jirrestrinġi l-użu tal-fondi tagħhom, jew li fir-rigward tagħhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħareġ deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għal operazzjonijiet ta’ suq miftuħ jew il-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema, jistgħu jiġu esklużi mil-lista ta’ assi eliġibbli.”

32.   It-Taqsima 6.3.3 hija emendat kif ġej:

(a)

It-tieni punt tal-ewwel paragrafu jinbidel b’li ġej:

Valutazzjoni tal-kreditu ECAI ta’ titoli sostnuti minn assi: Għal titoli sostnuti minn assi maħruġin fi jew wara l-1 ta’ Marzu 2010, l-Eurosistema teħtieġ tal-inqas żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn kwalunkwe ECAI aċċettat għall-ħruġ. Biex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà ta’ dawn it-titoli, tiġi applikata r-‘regola tat-tieni l-aħjar’ li tfisser li mhux biss l-aħjar, imma wkoll il-valutazzjoni tal-kreditu ECAI tat-tieni l-aħjar għandha tikkonforma mal-limitu tal-kwalità tal-kreditu għal titoli sostnuti minn assi. Fuq il-bażi ta’ din ir-regola, l-Eurosistema teħtieġ kemm għaż-żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu livell ‘AAA’/ ‘Aaa’ mal-ħruġ u livell ‘single A’ matul il-ħajja tat-titolu biex it-titoli jkunu eliġibbli.

Mill-1 ta’ Marzu 2011 it-titoli kollha sostnuti minn assi, irrispettivament mid-data tal-ħruġ tagħhom, għandhom kollhom mill-inqas żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn kull ECAI aċċettat għall-ħruġ, u r-regola tat-tieni l-aħjar għandha tiġi sodisfatta biex it-titoli jibqgħu eliġibbli.

Fir-rigward tat-titoli sostnuti minn assi maħruġin qabel l-1 ta’ Marzu 2010 li għandhom valutazzjoni tal-kreditu waħda biss, għandha ssir it-tieni valutazzjoni qabel l-1 ta’ Marzu 2011. Għal titoli sostnuti minn assi maħruġin qabel l-1 ta’ Marzu 2009 iż-żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu għandhom jikkonformaw mal-livell ‘single A’ matul il-ħajja tat-titolu. Għal titoli sostnuti minn assi maħruġin bejn l-1 ta’ Marzu 2009 u t-28 ta’ Frar 2010, l-ewwel valutazzjoni tal-kreditu għandha tikkonforma mal-livell ‘AAA’/ ‘Aaa’ mal-ħruġ u l-livell ‘single A’ matul il-ħajja tat-titolu, filwaqt li t-tieni valutazzjoni tal-kreditu għandha tikkonforma mal-livell ‘single A’ kemm mal-ħruġ (*********************) kif ukoll matul il-ħajja tat-titolu.

Ħruġ funġibbli tap ta’ titoli sostnuti minn assi huwa kkunsidrat li huwa ħruġ ġdid ta’ titoli sostnuti minn assi. It-titoli kollha sostnuti mill-assi maħruġin taħt l-istess kodiċi ISIN għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà fis-seħħ fid-data tal-aħħar ħruġ funġibbli tap. Għal ħruġ funġibbli tap ta’ titoli sostnuti minn assi li ma jikkonformawx mal-kriterji ta’ eliġibbiltà fis-seħħ fid-data tal-aħħar ħruġ funġibbli tap, it-titoli kollha sostnuti minn assi maħruġin taħt l-istess kodiċi ISIN huma kkunsidrati bħala mhux eliġibbli. Din ir-regola m’għandhiex tapplika fil-każ ta’ ħruġ funġibbli tap ta’ titoli sostnuti minn assi li kienu fuq il-lista ta’ assi eliġibbli tal-Eurosistema fil-10 ta’ Ottubru 2010 jekk l-aħħar ħruġ funġibbli tap seħħ qabel dik id-data. Ħruġ mhux funġibbli tap huwa kkunsidrat li huwa differenti minn titoli sostnuti minn assi.

(*********************)  Dwar it-tieni valutazzjoni ECAI, il-valutazzjoni tal-kreditu mal-ħruġ jirriferi għall-valutazzjoni ta‘ kreditu meta tinħareġ l-ewwel jew tiġi ppubblikata mill-ECAI.”"

(b)

It-tielet inċiż tat-tielet punt tal-ewwel paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Il-garanzija għandha tiġi rregolata bil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE u tkun valida legalment, u torbot u infurzabbli kontra l-garanti.”

(c)

Il-parti introduttiva tal-ewwel punt tat-tieni paragrafu tinbidel b’dan li ġej:

Min jagħmel il-ħruġ jew il-garanti tas-settur pubbliku taż-żona tal-euro: Jekk assi negozjabbli jinħareġ jew jiġi ggarantit minn gvern reġjonali, awtorità lokali jew entità fis-settur pubbliku (PSE) stabbiliti fiż-żona tal-euro kif definit fis-CRD, tapplika l-proċedura li ġejja:”

(d)

It-tieni punt tat-tieni paragrafu jinbidel b’li ġej:

Min jagħmel il-ħruġ jew il-garanti ta’ kumpanniji mhux finanzjarji taż-żona tal-euro: Jekk l-istandards ta’ kreditu għoljin għal assi negozjabbli li jinħarġu/jiġu ggarantiti minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji (**********************) stabbiliti fiż-żona tal-euro ma jistgħux jiġu stabbilti fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-kreditu ECAI għall-ħruġ, min jagħmel il-ħruġ jew il-garanti, ir-regoli ECAF għall-klejms ta’ kreditu ikunu applikabbli u l-kontropartijiet huma permessi li jużaw is-sistema IRB tagħhom stess, is-sistemi ta’ valutazzjoni tal-kreditu in-house tal-BĊNi jew għodod ta’ klassifika ta’ terzi. L-istrumenti tad-dejn negozjabbli mhux klassifikati maħruġin minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji mhumiex inklużi fil-lista pubblika ta’ assi negozjabbli eliġibbli.

(**********************)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 f’dan il-kapitlu”"

33.   It-Taqsima 6.3.3 hija emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (ii) fl-ewwel punt (Debituri jew garanti tas-settur pubbliku) tal-ħames paragrafu in-nota ta’ qiegħ il-paġna 35 tinbidel b’dan li ġej:

“(35)

Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 34 f’dan il-kapitlu.”

(b)

Fil-punt (iii) fl-ewwel punt tal-ħames paragrafu nota ta’ qiegħ il-paġna 36 tinbidel b’li ġej:

“(36)

Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 39 f’dan il-kapitlu”

(c)

Fit-tieni punt (Debituri jew garanti tal-kumpanniji mhux finanzjarji) tal-ħames paragrafu n-nota ta’ qiegħ il-paġna 37 (l-ewwel nota ta’ qiegħ il-paġna f’dak il-punt) tinbidel b’li ġej:

“(37)

Jekk il-kontroparti għażlet ECAI bħala sors ta’ valutazzjoni ta‘ kreditu, tista’ tuża r-regola tal-ewwel l-aħjar (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 34 f’dan il-kapitlu).”

(d)

It-tielet punt tas-sitt paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Il-garanzija għandha tiġi rregolata bil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE u tkun valida legalment, u torbot u infurzabbli kontra l-garanti.”

34.   Fit-Taqsima 6.3.4, l-erbatax-il paragrafu (l-ewwel paragrafu taħt l-intestatura “Sors tal-għodda tal-klassifika ta’ terzi”) jinbidel b’li ġej:

“Is-sors RT jikkonsisti minn entitajiet li jivvalutaw l-kwalità ta’ kreditu tad-debituri billi jużaw primarjament mudelli kwantitattivi b’mod sistematiku u mekkaniku, filwaqt li joqogħdu fuq informazzjoni oħra dwar kontijiet ivverifikati, u li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħhom mhumiex intiżi biex jiġu żvelati lill-pubbliku. Fornitur RT li jixtieq jipparteċipa fl-ECAF għandu jissottometti talba lill-BĊN tal-pajjiż fejn huwa inkorporat, bl-użu tal-galvu provdut mill-Eurosistema, miżjud b’dokumentazzjoni addizzjonali kif speċifikat fil-galvu. Kontropartijiet li jixtiequ jużaw fornitur RT speċifiku għall-finijiet ECAF li mhuwiex aċċettat mill-Eurosistema għandhom jissottomettu talba lill-BĊN tal-pajjiż fejn huma inkorporati, bl-użu ta’ galvu provdut mill-Eurosistema, miżjud b’dokumentazzjoni addizzjonali kif speċifikat fil-galvu. L-Eurosistema tiddeċiedi taċċettax il-fornitur RT fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni ffissati mill-Eurosistema (***********************).

35.   Fit-Taqsima 6.4.1, il-Kaxxa 7 tinbidel b’li ġej:

“KAXXA 7

Miżuri għall-kontroll tar-riskju

L-Eurosistema tapplika l-miżuri għall-kontroll tariskju li ġejjin:

Haircuts ta’ valutazzjoni

L-Eurosistema tapplika ‘hairċuts ta’ valutazzjoni’ fil-valutazzjoni tal-assi sottostanti. Dan jimplika li l-valur tal-assi sottostanti huwa kkalkolat bħala l-valur tas-suq tal-assi mnaqqas b’ċertu perċentwal (haircut).

Marġini ta’ varjazzjoni (immarkar għas-suq)

L-Eurosistema teħtieġ li jinżamm matul perijodu ta’ żmien il-valur tas-suq aġġustat haircut tal-assi sottostanti użati fit-transazzjonijiet irriversjati tagħha li jipprovdu likwidità. Dan jimplika li jekk il-valur, imkejjel fuq bażi regolari, tal-assi sottostanti jaqa’ taħt ċertu livell, il-BĊN jitlob lill-kontroparti biex tforni assi jew flus kontanti addizzjonali (jiġifieri jagħmel sejha ta’ margini). Bl-istess mod, jekk il-valur tal-assi sottostanti, wara l-valutazzjoni tagħhom mill-ġdid, jeċċedi ċertu livell, il-kontroparti tista’ tirkupra l-assi jew flus kontanti żejda. (Il-kalkoli relevanti għall-eżekuzzjoni tas-sejħiet ta‘ marġini huma presentati fil-Kaxxa 8.)

Limiti fir-rigward tal-użu ta’ strumenti ta’ dejn mhux garantiti

L-Eurosistema tapplika limiti għall-użu ta’ strumenti ta’ dejn mhux garantiti kif deskritt fit-Taqsima 6.4.2.

Il-miżuri għall-kontroll tar-riskju li ġejjin jistgħu jiġu applikati wkoll mill-Eurosistema fi kwalunkwe żmien jekk ikun meħtieġ biex tiġi żgurata protezzjoni adegwata kontra r-riskju għall-Eurosistema skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ:

Marġni inizjali

L-Eurosistema tista’ tapplika marġni inizjali fit-transazzjonijiet tagħha irriversjati li jipprovdu l-likwidità. Dan jimplika li l-kontropartijiet huma meħtieġa li jipprovdu assi sottostanti b’valur tal-anqas daqs il-likwidità provduta mill-Eurosistema miżjuda bil-valur tal-marġni inizjali.

Limiti li għandhom x’jaqsmu ma’ min jagħmel il-ħruġ/debituri jew il-garanti

L-Eurosistema tista’ tapplika limiti addizzjonali, ħlief għal dawk applikati għall-użu ta’ strumenti ta’ dejn mhux garantiti, għar-riskju fil-konfront ta’ min jagħmel il-ħruġ/debituri jew garanti. Dawn il-limiti jistgħu jiġu applikati wkoll lil kontropartijiet speċifiċi, partikolarment jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher li turi korrelazzjoni għolja mal-kwalità tal-kreditu tal-garanzija ppreżentata mill-kontroparti.

Applikazzjoni ta’ haircuts supplimentari

L-Eurosistema tista’ tapplika haircuts supplimentari jekk huma meħtieġa biex tiġi żgurata protezzjoni adegwata kontra r-riskju għall-Eurosistema skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ.

Garanziji addizzjonali

L-Eurosistema tista’ titlob garanziji addizzjonali minn entitajiet finanzjarjament sodi sabiex taċċetta ċerti assi.

Esklużjoni

L-Eurosistema tista’ teskludi ċerti assi mill-użu fl-operazzjonijiet tagħha ta’ politika monetarja. Din l-esklużjoni tista’ tiġi applikata wkoll lil kontropartijiet speċifiċi, partikolarment jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher li turi korrelazzjoni għolja mal-kwalità tal-kreditu tal-garanzija ppreżentata mill-kontroparti.”

36.   It-Taqsima 6.4.2 tiġi emendata kif ġej:

(a)

It-tielet punt jinbidel b’li ġej:

“L-Eurosistema tillimita l-użu ta’ strumenti ta’ dejn mhux garantiti maħruġin minn istituzzjoni ta’ kreditu jew minn kull entità oħra li magħha l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha rabtiet mill-qrib kif definit fit-Taqsima 6.2.3. Dawn l-assi jistgħu jintużaw biss bħala garanzija minn kontroparti sa fejn il-valur allokat lill-garanzija mill-Eurosistema wara l-applikazzjoni ta’ haircuts ma jaqbiżx l-10 % tal-valur totali tal-garanzija sottomessa minn dik il-kontroparti wara l-haircuts. Dan il-limitu ma japplikax għal dawk l-assi li huma garantiti minn entità fis-settur pubbliku li jkollha dritt timponi t-taxxi, jew jekk il-valur wara l-haircuts tal-assi ma jaqbiżx EUR 50 miljun. F’każ ta’ inkorporazzjoni bejn tnejn jew iżjed li jagħmlu l-ħruġ ta’ dawn l-assi jew it-twaqqif ta’ rabta mill-qrib bejn dawn li jagħmlu l-ħruġ, dawn tal-aħħar jiġu ttrattati bħala grupp wieħed li għamel il-ħruġ, fil-kuntest ta’ din il-limitazzjoni, sa sena biss wara d-data tal-inkorporazzjoni jew it-twaqqif tar-rabta mill-qrib.”

(b)

Fit-Tabella 6 n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 tinbidel b’li ġej;

“(4)

Assi negozjabbli maħruġin minn min jagħmel il-ħruġ biss li ġew ikklassifikati bħala aġenziji mill-BĊE huma inklużi fil-kategorija ta’ likwidità II. Assi negozjabbli maħruġin minn aġenziji oħrajn huma inklużi fil-kategorija ta’ likwidità III jew IV, skont min jagħmel il-ħruġ u t-tip tal-assi.”

37.   It-Taqsima 6.6.1 tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fit-tieni paragrafu, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 52 tinbidel b’li ġej:

“(52)

Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 57 f’dan il-kapitlu.”

(b)

Fit-tielet paragrafu, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 53 tinbidel b’li ġej:

“(53)

Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 57 f’dan il-kapitlu.”

38.   Fit-Taqsima 6.7, it-tielet paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Kontropartijiet li huma fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati barra ż-ŻEE jew l-Iżvizzera ma jistgħux jużaw dawn l-assi bħala garanzija.”

39.   Fit-Taqsima 7.1, ir-raba’ paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Fl-applikazzjoni tar-riżervi minimi, il-BĊE huwa marbut li jaġixxi skont l-għanijiet tal-Eurosistema kif definiti fl-Artikolu 127(1) tat-Trattat u l-Artikolu 2 tal-Istatut tas-SEBĊ, li jimplika, fost ħwejjeġ oħra, il-prinċipju li ma tiġix indotta delokazzjoni jew disintermedjazzjoni sinjifikanti mhux mixtieqa.”

40.   It-Taqsima 7.2 tinbidel b’li ġej:

“Skont l-Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE jeħtieġ li istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti fl-Istati Membri jżommu riżervi minimi. Dan jimplika li fergħat fiż-żona tal-euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux inkorporati fiż-żona tal-euro huma wkoll suġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema. Madankollu, fergħat stabbiliti barra ż-żona tal-euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati fiż-żona tal-euro mhumiex suġġetti għal din is-sistema.

Istituzzjonijiet ikunu awtomatikament eżentati mir-rekwiżiti tar-riżerva mill-bidu tal-perijodu ta’ żamma li fih l-awtorizzazzjoni tagħhom hija rtirata jew ċeduta, jew li fih deċiżjoni biex l-istituzzjoni tiġi sottomessa għall-proċeduri ta’ stralċ titieħed minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità kompetenti oħra ta Stat Membru. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 u r-Regolament BĊE/2003/9, il-BĊE jista’ jeżenta wkoll istituzzjonijiet mill-obbligi tagħhom taħt is-sistema ta’ riżerva minima tal-Eurosistema fuq bażi mhux diskriminatorja jekk huma suġġetti għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew l-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħrajn imposti mill-UE taħt l-Artikolu 75 tat-Trattat jew minn Stat Membru li jirrestrinġi l-użu tal-fondi tagħhom jew li fir-rigward tagħhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ikun ħareġ deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għal operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew il-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema jew jekk l-għanijiet tas-sistema ta’ riżerva minima tal-Eurosistema ma jiġux sodisfatti bl-impożizzjoni ta’ dawn l-obbligi fuq dawk l-istituzzjonijiet partikolari. Jekk id-deċiżjoni tiegħu fuq kull eżenzjoni bħal din hija bbażata fuq l-għanijiet tas-sistema ta’ riżerva minima tal-Eurosistema, il-BĊE jikkunsidra wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

l-istituzzjoni hija awtorizzata taqdi funzjonijiet b’għanijiet speċjali biss;

l-istituzzjoni hija ipprojbita milli teżerċita funzjonjijiet bankarji attivi f’kompetizzjoni ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn; u/jew

l-istituzzjoni hija taħt obbligu legali li jkollha d-depożiti kollha tagħha maħsuba għal għanijiet relatati ma’ assistenza reġjonali u/jew assistenza għal żvilupp internazzjonali.

Il-BĊE jistabbilixxi u jżomm lista ta‘ istituzzjonijiet suġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-Eurosistema. Il-BĊE jippubblika wkoll lista ta’ istituzzjonijiet eżentati mill-obbligi tagħhom taħt din is-sistema għal raġunijiet li mhumiex dawk li huma suġġetti għal miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew l-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħrajn imposti mill-UE taħt l-Artikolu 75 tat-Trattat jew minn Stat Membru li jirrestrinġi l-użu tal-fondi tagħhom jew li fir-rigward tagħhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħareġ deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għal operazzjonijiet f’suq miftuħ jew il-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema (************************). Kontropartijiet jistgħu joqgħodu fuq dawn il-listi meta jiddeċiedu dwar jekk il-passiv tagħhom huwiex dovut lil istituzzjoni oħra li tkun hi stess suġġetta għal rekwiżiti tar-riżerva. Il-listi, disponibbli għall-pubbliku wara t-tmiem tal-jum ta’ negozju fl-aħħar jum tan-negozju tal-Eurosistema ta’ kull xahar kalendarju, huma validi għall-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva għall-perijodu ta’ manteniment li jibda fix-xahar kalendarju li jiġi xahrejn wara. Per eżempju, il-lista ppubblikata fl-aħħar ta’ Frar tkun valida għall-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva għall-perijodu ta’ żamma li jibda f’April.

41.   It-Taqsima 7.3 hija emendata kif ġej:

(a)

Fir-seba' paragrafu (it-tieni paragrafu taħt l-intestatura' Kalkolu tar-rekwiżiti ta’ riżerva), in-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 tinbidel b’li ġej:

“(7)

Għal istituzzjonijiet li huma permessi li jirrapportaw id-dejta statistika bħala grupp fuq bażi konsolidata skont id-dispożizzjonijiet tal-qafas għar-rappurtar tal-istatistika monetarja u bankarja tal-BĊE (ara l-Appendiċi 4), għandha tingħata konċessjoni waħda biss bħal dik lill-grupp kollu kemm hu, sakemm l-istituzzjonijiet ma jipprovdux dejta dwar il-bażi tar-riżervi u investimenti ta’ riżerva b’mod suffiċjentement dettaljat li jkun jippermetti li l-Eurosistema tivverifika l-eżattezza u l-kwalità tagħhom u li tistabbilixxi r-rekwiżit rispettiv tar-riżervi ta’ kull istituzzjoni individwali inkluża fil-grupp.”

(b)

Fil-Kaxxa 9, in-nota ta’ qiegħ il-paġna (*) tinbidel b’li ġej:

“(*)

Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2008/32) (ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14) espliċitament jeħtieġ ir-rappurtar ta’ passiv fid-depożiti f’valur nominali. Ammont nominali jfisser l-ammont ta’ kapital li debitur huwa obbligat kuntrattwalment li jħallas lil kreditur. Din l-emenda kienet saret meħtieġa għaliex id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1) ġiet emendata fis-sens li ċerti strumenti finanzjarji jistgħu jkollhom prezz ġust.”

42.   Fit-Taqsima 7.4, it-tieni paragrafu (l-ewwel paragrafu taħt l-intestatura “Investimenti ta’ riżerva”) jinbidel b’li ġej:

“Kull istituzzjoni għandha żżomm ir-riżervi minimi tagħha f’kont wieħed jew aktar ta’ riżerva mal-BĊN fl-Istat Membru li fih tkun stabbilita. Għal istituzzjonijiet b’aktar minn stabbiliment wieħed fi Stat Membru, l-uffiċċju prinċipali huwa responsabbli li jħares l-aggregat tar-riżervi minimi tal-istabbilimenti domestiċi kollha tal-istituzzjoni (*************************). Istituzzjoni bi stabbilimenti f’aktar minn Stat Membru wieħed hija meħtieġa li żżomm riżervi minimi mal-BĊN ta’ kull Stat Membru li fih ikollha stabbiliment, b’rabta mal-bażi tar-riżervi tagħha fl-Istat Membru li jikkorrispondi.

43.   L-Appendiċi 2 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Id-definizzjoni ta’ “rabtiet mill-qrib” tinbidel b’li ġej:

Rabtiet mill-qrib: sitwazzjoni fejn il-kontroparti hija marbuta ma’ min jagħmel ħruġ/debitur/garanti ta’ assi eliġibbli minħabba l-fatt li: (a) il-kontroparti għandha direttament, jew indirettament permezz ta’ impriża waħda jew iżjed, 20 % jew iżjed tal-kapital ta’ min jagħmel il-ħruġ/debitur/garanti; jew (b) min jagħmel il-ħruġ/debitur/garanti għandu direttament, jew permezz impriża waħda jew iżjed, 20 % jew iżjed tal-kapital tal-kontroparti; jew (c) terza parti għandha iżjed minn 20 % tal-kapital tal-kontroparti u iżjed minn 20 % tal-kapital ta’ min jagħmel il-ħruġ/debitur/garanti, jew direttament jew indirettament permezz ta’ impriża waħda jew iżjed.”

(b)

Id-definizzjoni ta’ “istituzzjoni ta’ kreditu” tinbidel b’li ġej:

Istituzzjoni ta’ kreditu: istituzzjoni ta’ kreditu skont it-tifsira tal-Artikoli 2 u 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) (**************************), kif implimentata fil-liġi nazzjonali, li huwa suġġett għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew istituzzjoni ta’ kreditu oħra skont it-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat li hija suġġetta għas-superviżjoni ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtorità nazzjonali kompetenti.

(**************************)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.”"

(c)

Id-definizzjoni ta’ “Flus elettroniċi” hija mħassra.

(d)

Tiddaħħal definizzjoni ta’ “Sostenn ta’ likwidità f'transazzjoni ABS”:

Sostenn ta’ likwidità f’transazzjoni ABS: kull karatteristika strutturali li tista’ tintuża biex tkopri kwalunkwe nuqqas fil-fluss tal-flus kontanti li jista’ jseħħ matul il-ħajja tat-transazzjoni.”

(e)

Id-definizzjoni ta’ “Għodod ta’ klassifikazzjoni” tinbidel b’li ġej:

Għodod ta’ klassifikazzjoni (RTs): sors ta’ valutazzjoni ta’ kwalità ta’ kreditu provdut fl-ECAF li jiġi pprovdut minn dawk l-entitajiet li jivvalutaw il-kwalità ta‘ kreditu tad-debituri primarjament bl-użu ta’ mudelli kwantitattivi b’mod sistematiku u mekkaniku, billi joqgħodu, fost informazzjoni oħra, fuq kontijiet ivverifikati, u li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħhom mhumiex intiżi biex jiġu żvelati lill-pubbliku in ġenerali. Dawn l-entitajiet għandhom jiġu aċċettati individwalment mill-Eurosistema qabel ma jsiru parti mill-ECAF.”

(f)

Id-definizzjoni ta’ “Trattat” tinbidel b’li ġej:

Trattat: it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”

44.   L-Appendiċi 4 tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima 1, in-nota ta’ qiegħ il-paġna li ġejja (*) tiżdied fl-aħħar tat-titolu tar-Regolament (KE) Nru 2533/98:

“(*)

ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.”

(b)

L-ewwel paragrafu tat-Taqsima 2 jinbidel b’li ġej:

“L-għan tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2008/32) (***************************), huwa li jippermetti lill-BĊE u, skont l-Artikolu 5.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, lill-BĊNi — li jwettqu x-xogħol sal-limitu possibbli — biex jiġbru l-materjal statistiku meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ u, b’mod partikolari l-kompitu li jiddefinixxu u jimplimentaw il-politika monetarja tal-Unjoni skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-informazzjoni statistika miġbura skont ir-Regolament BĊE/2008/32 tintuża biex tistabbilixxi karta tal-bilanċ konsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFI), li l-mira prinċipali tagħha hija li tipprovdi lill-BĊE bi stampa statistika komprensiva ta’ żviluppi monetarji li jkopru l-assi aggregati finanzjarji u l-passiv tal-MFIs li jinsabu fl-Istati Membri parteċipanti, li huma meqjusa bħala territorju ekonomiku wieħed.

(***************************)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.”"

(c)

Ir-raba’ paragrafu tat-Taqsima 2 jinbidel b’li ġej:

“It-tieni, l-obbligi ta’ rappurtar imniżżla fir-Regolament BĊE/2008/32 għandhom josservaw il-prinċipji ta’ trasparenza u ċertezza legali. Ir-raġuni għal dan hija li dak ir-Regolament jorbot kollu kemm hu u japplika direttament fiż-żona tal-euro kollha. Jimponi obbligi direttament fuq persuni naturali jew legali li fuqhom il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet kull meta r-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-BĊE ma’ jiġux imħarsa (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98). L-obbligi ta’ rappurtar huma għalhekk definiti b’mod ċar u kull diskrezzjoni eżerċitata mill-BĊE fil-verifika jew il-ġbir obbligatorju ta’ informazzjoni statistika issegwi prinċipji identifikabbli. It-tielet, il-BĊE għandu jimminimizza l-piż ta’ rappurtar involut, skont il-prinċipji statistiċi li jirregolaw l-iżvlupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika mis-SEBĊ (ara l-Artikolu 3a tar-Regolament (KE) Nru 2533/98). Dawn il-prinċipji huma definiti iktar fl-impenn pubbliku fuq l-istatistika Ewropea mis-SEBĊ, kif ippubblikat fis-sit elettroniku tal-BĊE.”

(d)

Il-ħames paragrafu tat-Taqsima 2 jinbidel b’li ġej:

“Għalhekk, il-materjal ta’ statistika miġbur mill-BĊNi taħt ir-Regolament (KE) BĊE/2008/32 huwa użat ukoll għall-kalkolu tal-bażi tar-riżerva skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-BĊE tal-1 ta’ Diċembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (****************************).

(****************************)  ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.”"

(e)

Is-sitt paragrafu tat-Taqsima 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Ir-Regolament BĊE/2008/32 jiddefinixxi biss, f’termini ġenerali, il-popolazzjoni ta’ rappurtar attwali u l-obbligi ta’ rappurtar tagħha, u l-prinċipji li skont dawn il-BĊE u l-BĊNi normalment jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom biex jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju l-informazzjoni statistika. Id-dettalji tal-informazzjoni statistika li għandhom ikunu rapportati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE u l-istandards minimi li għandhom ikunu segwiti huma speċifikati fl-Annessi I sa IV tar-Regolament BĊE/2008/32.”

(f)

It-Taqsima 3 tinbidel b’li ġej:

“MFIs jikkomprendu istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti kif definiti fil-liġijiet tal-Unjoni, u l-istituzzjonijiet finanzjarji residenti l-oħra kollha li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostituti viċini għal depożiti minn entitajiet oħra għajr l-MFIs u li, għall-kontijiet tagħhom (għall-inqas f’termini ekonomiċi) jikkonċedu krediti u/jew jinvestu f'titoli. Il-BĊE jistabbilixxi u jżomm lista ta’ istituzzjonijiet skont din id-definizzjoni u skont il-prinċipji għall-klassifika speċifikati fl-Anness I tar-Regolament BĊE/2008/32. Il-kompetenza biex tiġi stabbilita u miżmuma din il-lista ta’ MFIs għal finijiet statistiċi hija tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. Il-popolazzjoni ta’ MFIs residenti fiż-żona tal-euro tikkostitwixxi l-popolazzjoni attwali ta’ rappurtar. Il-BĊNi huma intitolati li jagħtu derogi lil MFIs żgħar skont l-Artikolu 8 tar-Regolament BĊE/208/32. Dawn id-derogi jippermettu lill-BĊNi li japplikaw l-metodu ta’ ‘cutting off the tail’.”

(g)

It-Taqsima 4 tinbidel b’li ġej:

“Biex tiġi stabbilita l-karta tal-bilanċ konsolidata, il-popolazzjoni attwali residenti ta’ rappurtar għandha tirrapporta informazzjoni statistika relatata mal-karta tal-bilanċ tagħhom fuq bażi ta’ kull xahar. Aktar informazzjoni hija meħtieġa fuq il-bażi trimestrali. L-informazzjoni statistika li għandha tiġi rappurtata hija speċifikata iktar fl-Anness I tar-Regolament BĊE/2008/32. Id-dejta statistika rilevanti tinġabar mill-BĊNi, li għandhom jiddefinixxu l-proċeduri ta’ rappurtar li għandhom jiġu segwiti.

Ir-Regolament BĊE/2008/32 ma jżommx lill-BĊNi milli jiġbru, mill-popolazzjoni attwali ta’ rappurtar, l-informazzjoni statistika meħtieġa biex tikkonforma mar-rekwiżiti statistiċi tal-BĊE bħala parti minn qafas ta’ rappurtar statistiku aktar wiesa’ li l-BĊNi jistabbilixxu taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali jew prattika stabbilita u li sservi finijiet oħra ta’ statistika. Madankollu, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti statistiċi li hemm fir-Regolament BĊE/2008/32. F’każijiet speċifiċi, il-BĊE jista’ jiddependi fuq informazzjoni statistika miġbura għal dawn l-iskopijiet biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tiegħu.

Il-konsegwenza li tingħata deroga minn BĊN kif definit hawn fuq hija li l-MFIs żgħar konċernati jkunu suġġetti għal obbligi mnaqqsa ta’ rappurtar (li jimplika, fost ħwejjeġ oħra, rappurtar trimestrali biss) li huma obbligatorji fil-kuntest ta’ riżervi minimi u huma speċifikati fl-Anness III li tar-Regolament BĊE 2008/32. Rekwiżiti għal dawk l-MFIs żgħar li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu huma stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, l-MFIs li jkunu ngħataw deroga għandhom l-għażla li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rappurtar sħiħ.”

(h)

L-ewwel sat-tmien paragrafi tat-Taqsima 5 huwa mibdulin b’li ġej:

“Biex jiġi minimizzat il-piż tar-rappurtar u biex tiġi evitata kull duplikazzjoni fil-ġbir ta’ informazzjoni statistika, l-informazzjoni statistika dwar il-karta ta’ bilanċ rappurtata mill-MFIs taħt ir-Regolament BĊE/2008/32 tintuża wkoll biex tiġi kkalkulata l-bażi ta’ riżerva taħt ir-Regolament BĊE/2003/9.

Tassew, għall-finijiet ta’ statistika, l-aġenti għar-rappurtar għadhom jirrapportaw dejta lill-BĊN rispettiv tagħhom skont il-qafas tat-Tabella 1 iktar ’l isfel, li hija inkluża fl-Anness III tar-Regolament BĊE/2008/32. Fit-Tabella 1, il-kaxxi mmarkati b' ‘*’ huma użati mill-istituzzjonijiet tar-rappurtar biex jikkalkulaw il-bażi tar-riżerva tagħhom (ara l-Kaxxa 9 fil-Kapitlu 7).

Sabiex isir kalkolu korrett tal-bażi tar-riżerva li għaliha huwa applikat proporzjon pożittiv ta’ riserva, tqassim dettaljat huwa meħtieġ għal depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn, għal depositi li jistgħu jinfdew b’avviż ta’ aktar minn sentejn u għal passiv repo ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu vis-à-vis d-(‘domestiċi’ u ‘Stati Membri parteċipanti oħrajn’) ‘MFIs’, ‘istituzzjonijiet ta’ kreditu suġġetti għal riżervi minimi, il-BĊE u l-BĊNi’ u s-setturi tal-‘Gvern Ċentrali’, u fil-konfront tal-‘bqija tad-dinja’.

Barra minn dan, skont is-sistemi nazzjonali ta’ ġbir u mingħajr preġudizzju għall-konformità sħiħa mad-definizzjonijiet u l-prinċipji ta’ klassifika tal-karta tal-bilanċ tal-MFI stabbiliti f’dan ir-Regolament BĊE/2008/32, istituzzjonijiet ta’ kreditu suġġetti għar-rekwiżiti ta’ riżervi minimi jistgħu alternattivament jirrappurtaw deja meħtieġa biex jikkalkolaw il-bażi tar-riżerva, minbarra dawk fi strumenti negozjabbli, skont it-Tabella 1a, iżda m’għandhomx jiġu affettwati l-pożizzjonijiet stampati bil-grassett tat-Tabella 1.

L-Anness III tar-Regolament BĊE/2008/32 fih dispożizzjonijiet speċifiċi u tranżitorji u dispożizzjonijiet dwar inkorporazzjonijiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu fir-rigward tal-applikazzjoni tas-sistema ta’ riżervi minimi.

L-Anness III tar-Regolament BĊE/2008/32 jinkludi, b’mod partikolari, skema ta’ rappurtar għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fid-‘denb’. Istituzzjonijiet tal-kreditu fid-‘denb’ għandhom jirrapportaw, bħala minimu, id-dejta trimestrali meħtieġa għall-kalkolu tal-bażi tar-riżerva skont it-Tabella 1a. Dawn l-istituzzjonijiet jiżguraw li r-rappurtar skont it-Tabella 1a huwa konsistenti għal kollox mad-definizzjonijiet u l-klassifiki applikabbli fit-Tabella 1. Id-dejta tal-bażi tar-riżerva tal-istituzzjonijiet tad-denb għal tliet perijodi ta’ żamma ta’ riżerva huma bbażati fuq dejta tal-aħħar tat-trimestru miġbura mill-BĊNi.

L-Anness III jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar fuq bażi aggregata bħala grupp mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Meta jirċievu awtorizzazzjoni mill-BĊE, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu suġġetti għar-riżervi minimi ġewwa territorju nazzjonali wieħed jistgħu jirrapportaw deja statistika dwar il-bażi ta’ riżerva konsolidata bħala grupp, sakemm l-istituzzjonijiet kollha kkonċernati jkunu kollha rrinunzjaw għall-benefiċċju ta’ kull allowance f’somma waħda mir-rekwiżit ta’ riżerva. Il-benefiċċju ta’ allowance f’somma waħda jibqa’, madankollu, għall-grupp kollu in ġenerali. Jekk grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu tħalla jżomm riżervi minimi permezz ta’ intermedjarju imma ma jibbenefikax minn dan ir-rappurtar ta’ grupp, il-BĊN rilevanti jista’ jawtorizza l-intermedjarju biex jagħmel rappurtar statistiku aggregat (li ma jkunx tal-bażi ta’ riżerva) f’isem dan il-grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. F’dan il-każ, il-benefiċċju ta’ allowance f’somma f’daqqa jibqa’ għal kull membru tal-grupp. L-istituzzjonijiet kollha ikkonċernati huma inklużi separatament fil-lista tal-MFIs tal-BĊE.

Barra minn hekk, l-anness jinkludi dispożizzjonijiet li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ inkorporazzjonijiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu. It-termini ‘inkorporazzjoni’, ‘istituzzjonijiet li qed jinkorporaw’ u ‘istituzzjoni li takkwista’ għandhom l-istess tifsira stabbilita fl-Artikolu 1 tar-Regolament BĊE/2003/9. Għall-perijodu ta’ żamma li fih isseħħ inkorporazzjoni, ir-rekwiżiti ta’ riżerva tal-istituzzjoni li takkwista huma kkalkulati u għandhom jiġu sodisfatti kif stabbilit fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament. Għal perjodi konsekuttivi ta’ żamma ta’ riżerva, ir-rekwiżiti tar-riżerva tal-istituzzjoni li takkwista huma kalkolati fuq il-bażi tal-bażi ta’ riżerva u fuq l-informazzjoni statistika skont ir-regoli speċifiċi (ara t-tabella fl-Anness III tar-Regolament BĊE/1998/16), jekk applikabbli. Jekk le, japplikaw ir-regoli normali għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika u l-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ riżerva, kif stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament BĊE/2003/9. Barra minn dan, il-BĊN relevanti jista’ jawtorizza lill-istituzzjoni li takkwista li twettaq l-obbligi tagħha biex tirrapporta informazzjoni statistika permezz ta’ proċeduri temporanji. Din id-deroga mill-proċeduri normali ta’ rappurtar għandha tkun limitata għall-anqas żmien possibbli u, f’kull każ, m’għandhiex taqbeż is-sitt xhur minn mindu tkun seħħet l-inkorporazzjoni. Din id-deroga hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-istituzzjoni li takkwista li twettaq l-obbligi tagħha ta’ rappurtar skont ir-Regolament BĊE/2008/32 u, jekk applikabbli, l-obbligu tagħha li tassumi l-obbligi tar-rappurtar ta’ istituzzjonijiet li qed jinkorporaw.”

(i)

It-Taqsima 6 tinbidel b’li ġej:

“Il-BĊE nnifsu u l-BĊNi normalment jeżerċitaw il-kompetenza li jivverifikaw u jiġbru b’mod obbligatorju l-informazzjoni statistika kull meta l-istandards minimi għat-trasmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità konċettwali u r-reviżjonijiet ma jkunux imħarsa. Dawn l-istandards minimi huma stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament BĊE/2008/32.”

(j)

It-Taqsima 7 tinbidel b’li ġej:

“Billi regolament taħt l-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-SEBĊ ma jikkonferixxix drittijiet jew ma jimponi l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri b’deroga (l-Artikolu 42.1 tal-Istatut tas-SEBĊ) u fuq id-Danimarka (l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-Danimarka) u mhux applikabbli għar-Renju Unit (l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq), ir-Regolament BĊE/2008/32 japplika biss għall-Istati Membri parteċipanti.

Madankollu, l-Artikolu 5 tal-Istatut li jikkonċerna l-kompetenza tal-BĊE u l-BĊNi fil-qasam tal-istatistika u r-Regolament (KE) Nru 2533/98 japplikaw fl-Istati Membri kollha. Dan jimplika wkoll, flimkien mat-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat, obbligu fuq l-Istati Membri li ma jipparteċipawx biex jiddisinjaw u jimplimentaw fil-livell nazzjonali l-miżuri kollha li huma jqisu xierqa sabiex iwettqu l-ġbir tal-informazzjoni kollha statistika meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-rappurtar statistiku tal-BĊE u l-preparazzjonijiet f’waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex ikunu jistgħu jsiru Stati Membri parteċipanti. Dan l-obbligu huwa espliċitu fl-Artikolu 4 u fil-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, dan l-obbligu speċjali jiġi mtenni fil-premessi tar-Regolament BĊE/2008/32.”

(k)

It-tabella tinbidel b’din li ġejja:

“Tabella 1

Stokks tax-xahar (6)

KARTA TA' BILANĊ PARTITI

A. Domestiċi

B. Stati Membri parteċipanti oħrajn

C. Bqija tad-dinja

D. Mhux allokat

MFIs (8)

Mhux MFIs

MFIs (8)

Mhux MFIs

Total

Banek

Mhux banek

 

Istituzzjonijiet ta' kreditu

Li minnhom: istituzzjonijiet ta' kreditu suġġetti għal RRs, BĊE u BĊNi

Gvern Ġenerali (S.13)

Setturi residenti oħrajn

 

istituzzjonijiet ta' kreditu

Li minnhom: istituzzjonijiet ta' kreditu suġġetti għal RRs, BĊE u BĊNi

Gvern Ġenerali (S.13)

Setturi residenti oħrajn

Gvern Ċentrali (S.1311)

Gvern Ġenerali oħrajn

Total

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljarji finanzjarji (S.123 + S.124)

Kumpanniji tal-assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Djar + istituzzjonijiet mhux għal profitt li jservu lid-djar (S.14 + S.15)

Gvern Ċentrali (S.1311)

Gvern Ġenerali oħrajn

Total

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljarji finanzjarji (S.123 + S.124)

Kumpanniji tal-assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni (S.125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Djar + istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lid-djar (S.14 + S.15)

 

li minnhom: CCP (9)

li minnhom: FVCs

 

li minnhom: CCP (9)

li minnhom: FVCs

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

(g)

(h)

(i)

(j)

(k)

(l)

(m)

(n)

(o)

(p)

(q)

(r)

(s)

(t)

PASSIV

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

Valuta fiċ-ċirkulazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

Depożiti

*

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom depożiti trasferibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom self sindakat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9e

Euro

*

 

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

 

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.1e

Matul il-lejl

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom depożiti trasferibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.2e

B' maturita' miftiehma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sena sa sentejn

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sentejn

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

9.3e

Jinfeda b'avviż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa 3 xhur

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn 3 xhur

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom iktar minn sentejn (7)

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

9.4e

Repos

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

9x

Valuti barranin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.1x

Matul il-lejl

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.2x

B' maturita' miftiehma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sentejn

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

9.3x

Jinfdew b'avviż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa 3 xhur

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn 3 xhur

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

*

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom iktar minn sentejn (7)

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

9.4x

Repos

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

*

*

*

*

 

 

 

 

 

 

*

 

 

 

10

Ishma/Unitajiet MMFs  (8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Titoli ta' dejn maħruġin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11e

Euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

iktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

li minnhom sa sentejn u garanzija ta' kapital nominali inqas minn 100 %

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

11x

Valuti barranin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

iktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

li minnhom sa sentejn u kapital nominali inqas minn 100 %

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

12

Kapital u riżervi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

Passiv li jibqa'

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


KARTA TA' BILANĊ PARTITI

A. Domestiċi

B. Stati Membri parteċipanti oħrajn

C. Bqija tad-dinja

D. Mhux allokat

MFIs

Mhux MFIs

MFIs

Mhux MFIs

Gvern Ġenerali (S.13)

Setturi ta' residenti oħrajn

Gvern Ġenerali (S.13)

Setturi ta' residenti oħrajn

Total (e)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljarji oħrajn (S.123 + S.124) (f)

Kumpanniji tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Djar + istituzzjonijiet mhux għal profitt li jservu lid-djar (S.14 + S.15)

Total (p)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljarji oħrajn (S.123 + S.124) (f)

Kumpanniji tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Djar + istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lid-djar (S.14 + S.15)

 

li minnhom: CCP (9)

li minnhom: FVCs

Total

Kreditu għall-konsum

Self għal xiri ta' djar

Self ieħor

 

li minnhom: CCP (9)

li minnhom: FVCs

Total

Kreditu għall-konsum

Self għal xiri ta' djar

Self ieħor

 

li minnhom: SP/UP (10)

 

li minnhom: SP/UP (10)

ASSI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Flus kontanti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1e

li minnhom euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Self

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sena u sa 5 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn 5 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom: self sindakat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom: repos

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2e

li minnhom euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom: self revolving u overdrafts

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom kreditu ta' karti ta' kreditu ta' konvenjenza

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom kreditu ta' karti ta' kreditu estiż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

Titoli li mhumiex ishma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3e

Euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3x

Valuti barranin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

iktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

Ishma/unitajiet MMF

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

Ishma u parteċipazzjoni azzjonarja oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

Assi fissi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

Assi li jibqa'

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

45.   L-Appendiċi 6 tiġi emendata kif ġej:

(a)

In-noti ta’ tmiem il-paġna 1 u 2 fil-parti introduttorja tat-Taqsima 1 jinbidlu b’li ġej:

“(1)

Dan japplika jekk kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta' assi sottostanti jew flus (fejn applikabbli, fir-rigward ta’ sejħiet marġinali) fil-jum tas-saldu, jew li jiggarantixxi, permezz ta’ sejħiet marġinali korrispondenti sal-maturità tal-operazzjoni, l-ammont ta’ likwidità li tkun ġiet allokata f’operazzjoni li tipprovdi l-likwidità, jew jekk tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ flus għas-saldu tal-ammont li tkun ġiet allokata f’operazzjoni li tassorbi l-likwidità.

(2)

Dan japplika jekk kontroparti tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta' assi sottostanti jew jekk tonqos milli tittrasferixxi ammont suffiċjenti ta’ flus għas-saldu tal-ammont li jkun ġie miftiehem fi transazzjonijiet bilaterali, jew jekk tonqos milli tiggarantixxi transazzjoni bilaterali pendenti f’kull ħin sal-maturità tagħha permezz ta’ sejħiet marġinali korrispondenti.”

(b)

It-tielet paragrafu tat-Taqsima 1(a) tinbidel b'li ġej:

“Għal ksur ta’ regoli marbutin mal-użu ta’ assi sottostanti (*****************************), il-pieni finanzjarji għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-ammont ta’ assi ineliġibbli (jew assi li jistgħu ma jintużawx mill-kontroparti), li huma jew: (i) provduti mill-kontroparti lil BĊN jew lill-BĊE; jew (ii) ma tneħħewx mill-kontroparti wara 20 jum tax-xogħol wara ġrajja fejn l-assi eliġibbli jsiru ineliġibbli jew ma jistgħux jibqgħu jintużaw mill-kontroparti, multiplikati b’koeffiċjent ta’ 1/360.

(*****************************)  Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll meta (a) il-kontroparti tkun qed tuża assi ineliġibbli jew ipprovdiet informazzjoni li taffettwa l-valur tal-garanzija negattivament, per eżempju fuq l-ammont pendenti ta’ klejm ta’ kreditu użat, li hu jew li kien falz jew skadut; jew (b) il-kontroparti qed tuża assi li huma ineliġibbli minħabba rabtiet mill-qrib bejn min jagħmel il-ħruġ/il-garanti u l-kontroparti.”"

(c)

It-tieni paragrafu tat-Taqsima 2.1 jinbidel b’li ġej:

“Dawn il-pieni finanzjarji u l-miżuri ta’ sospensjoni għandhom japplikaw ukoll, mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 2.3, għal kull ksur suċċessiv ieħor matul kull perijodu ta’ 12-il xahar.”

(d)

It-tieni paragrafu tat-Taqsima 2.2 jinbidel b’li ġej:

“Dawn il-pieni finanzjarji u l-miżuri ta’ sospensjoni għandhom japplikaw ukoll, mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 2.3, għal kull ksur suċċessiv ieħor matul kull perijodu ta’ 12-il xahar.”


(1)  T tirriferi għal jum ta’ negozju. Id-data tal-ħlas tirreferi għall-jiem tan-negozju tal-Eurosistema.

(2)  Jekk id-data tal-ħlas normali għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin jew fit-tul tikkoinċidi ma’ btala bankarja, il-BĊE jista’ jiddeċiedi li japplika data ta’ ħlas differenti, bl-għażla ta’ ħlas fl-istess jum. Id-dati tal-ħlas għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin huma speċifikati bil-quddiem fil-kalendarju ta’ operazzjonijiet tas-sejħiet għal offerti tal-Eurositema (ara t-Taqsima 5.1.2).”

(3)  Iktar dettalji qegħdin fit-Taqsima 6.2.1.

(4)  Iktar dettalji qegħdin fit-Taqsima 6.2.2.

(5)  L-istandard tal-kreditu ta’ strumenti ta’ dejn mhux negozzjabbli maħruġin jew iggarantiti minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji huwa ddeterminat fuq il-bażi ta’ sors ta’ valutazzjoni tal-kreditu magħżul mill-kontroparti rilevanti skont ir-regoli ECAF applikabbli għall-klejms ta’ kreditu, kif jidher fit-Taqsima 6.3.3. Fil-każ ta’ dawn l-istrumenti ta’ dejn negozzjabbli, il-kriterji ta’ eliġibbiltà għal assi negozjabbli li ġejjin ġew emendati: post ta’ stabbiliment ta’ min jagħmel il-ħruġ/garanti: żona tal-euro; post tal-ħruġ: żona tal-euro.”

(6)  Ċelloli markati b' ‘*’ jiġu użati għall-kalkolu tal-bażi tar-riżerva. Rigward titoli ta’ dejn, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew jippreżentaw prova tal-passiv li jiġi eskluż mill-bażi ta’ riżerva jew japplikaw tnaqqis standardizzat tal-perċentwal fiss speċifikat mill-BĊE. Ċelloli b’tipa rqiqa jiġu rappurtati biss minn istituzzjonijiet ta’ kreditu bla ħsara għar-rekwiżiti tar-riżervi (RRs). Ara wkoll ir-regoli speċjali fuq l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi fl-Anness III tar-Regolament BĊE/2008/32.

(7)  Ir-rappurtar ta’ din il-partita huwa volontarju sa ma jsir avviż ieħor.

(8)  Dejta taħt din il-partita tista’ tkun suġġetta għall-proċeduri ta’ ġbir statistiku differenti, kif jiddeċiedi l-BĊN skont ir-regoli li hemm fl-Anness I, Parti 2 tar-Regolament BĊE/2008/32.

(9)  Kontropartijiet ċentrali

(10)  Proprjetarji uniċi/soċjetajiet mhux inkorporati.”


ANNESS II

It-Taqsimiet 6.3 u 6.4 tal-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huma emendati kif ġej:

1.   Il-ħames paragrafu tat-Taqsima 6.3.1 jinbidel b’li ġej:

“Il-punt ta’ referenza tal-Eurosistema biex jiġi stabbilit ir-rekwiżit minimu għal standards ta’ kreditu għoljin (‘il-limitu ta’ kwalità ta’ kreditu’) huwa ddefinit bħala valutazzjoni tal-kreditu tat-tip grad 3 fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema (*). L-Eurosistema tikkunsidra PD fuq perijodu ta’ sena ta’ 0,40 % bħala ekwivalenti għal valutazzjoni tal-kreditu ta’ kwalità tat-tip grad 3, suġġett għal evalwazzjoni regolari. L-ECAF isegwi d-definizzjoni ta’ ġrajja ta’ inadempjenza fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (CRD) (**). L-Eurosistema tippubblika l-aktar klassifika baxxa li tissodisfa l-limitu ta’ kwalità ta’ kreditu meħtieġ għal kull ECAI aċċettat, mingħajr ma tassumi responsabbiltà għall-valutazzjoni tagħha tal-ECAI, ukoll suġġetta għal evalwazzjoni regolari. Fir-rigward ta’ titoli sostnuti minn assi, il-punt ta’ referenza tal-Eurosistema biex tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin huwa definit f’termini ta’ valutazzjoni tal-kreditu ‘triple A’ fil-ħruġ (***). Matul il-ħajja tat-titolu sostnut minn assi, għandu jinżamm il-livell minimu tal-Eurosistema ta’ kreditu ta’ kwalità tat-tip grad 2 tal-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema (‘single A’) (****). Fir-rigward ta’ RMBDs, il-punt ta’ referenza tal-Eurosistema biex jiġi stabbilit ir-rekwiżit minimu għal standards ta’ kreditu għoljin huwa ddefinit bħala valutazzjoni tal-kreditu tat-tip grad 2 fl-iskala ta’ klassifika armonizzata tal-Eurosistema (‘single A’). L-Eurosistema tikkunsidra PD ta’ 0,10 % fuq medda ta’ sena bħala ekwivalenti għal valutazzjoni tal-kreditu tat-tip grad 2, bla ħsara għal rivalutazzjoni regolari.

2.   Ir-seba' paragrafu tat-Taqsima 6.3.3 (l-uniku paragrafu taħt l-intestatura “Strumenti ta’ dejn sostnuti minn ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli”) jinbidel b’li ġej:

“L-istandards ta’ kreditu għolja għal RMBDs mhux negozjabbli għandhom ikunu skont il-grad 2 tal-kwalità ta’ kreditu tal-iskala ta’ klassifika armonizzata tal-Eurosistema (*****). Qafas ta’ valutazzjoni tal-kreditu mhux speċifku għal ġurisdizzjoni għal dawn l-istrumenti ta’ debitu ser ikun speċifikat mill-BĊNi fid-dokumentazzjoni nazzjonali applikabbli.

3.   It-tieni u t-tielet paragrafi tat-Taqsima 6.3.5 jinbidlu b’li ġej:

“L-ewwel element tal-proċess huwa l-ġbir ta’ kull sena mill-fornitur tas-sistema tal-valutazzjoni tal-kreditu ta’ pools statiċi ta’ debituri eliġibbli, jiġifieri pools li jikkonsistu mid-debituri pubbliċi u tal-kumpanniji, li jirċievu valutazzjoni tal-kreditu mis-sistema li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Pool statiku

Kundizzjoni

Pool Statiku għal gradi 1 u 2 tal-kwalita’ tal-kreditu

PD(i,t) (******) < 0,10 %

Pool Statiku għal gradi 3 tal-kwalita’ tal-kreditu

0,10 % < PD(i,t) < 0,40 %

Id-debituri kollha li jissodisfaw waħda minn dawn il-kundizzjonijiet fil-bidu tal-perijodu t jikkostitwixxu l-pool statiku korrispondenti fil-ħin t. Fl-aħħar tal-perijodu ta’ 12-il xahar previst, ir-rata ta’ inadempjenza mwettqa għall-pools statiċi ta’ debituri fiż-żmien t tiġi kkalkolata. Fuq bażi annwali, il-fornitur tas-sistema ta’ klassifika għandu jaqbel li jissottometti lill-Eurosistema n-numru ta’ debituri eliġibbli li hemm fil-pools statiċi fiż-żmien t u n-numru ta’ dawk id-debituri fil-pool statiku (t) li kienu inadempjenti fil-perijodu ta’ tnax-il xahar sussegwenti.”

4.   It-Taqsima 6.4.2 tiġi emendata kif ġej:

(a)

Ir-raba’ punt fl-uniku paragrafu huwa mibdul b’li ġej:

“Strumenti ta’ dejn individwali inklużi fil-kategorija V huma soġġetti għal haircut unika ta’ 16 % irrispettivament mill-maturità jew l-istruttura tal-kupun.”

(b)

Il-ħames punt fl-uniku paragrafu huwa mibdul b’li ġej:

“Titoli sostnuti minn assi individwali, bonds tal-banek koperti (bonds tal-banek koperti jumbo, bonds tal-banek koperti tradizzjonali u bonds tal-banek koperti oħrajn) u strumenti ta’ dejn mhux iggaerantiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li teoretikament huma vvalutati skont it-Taqsima 6.5 huma suġġetti għal hairċut ta’ valutazzjoni addizzjonali. Din il-hairċut hija applikata direttament fil-livell ta’ valutazzjoni teoretika tal-istrument ta’ dejn individwali f’forma ta’ tnaqqis fil-valutazzjoni ta’ 5 %.”

(c)

It-Tabella 6 tinbidel b’li ġej:

“Tabella 6

Kategoriji ta’ likwidità għal assi negozjabbli (1)

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

Kategorija V

Strumenti ta’ dejn tal-gvern ċentrali

Strumenti ta’ dejn tal-gvern loċali u reġjonali

Bonds tal-bank koperti tradizzjonali

Strumenti ta’ dejn ta’ istituzzjoni ta’ kreditu (mhux garantiti)

Titoli sostnuti minn assi

Strumenti ta’ dejn maħruġin minn banek ċentrali (2)

Bonds tal-bank koperti jumbo (3)

Strumenti ta’ dejn maħruġin minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji u oħrajn (4)

Strumenti ta’ dejn maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu (mhux garantiti)

 

 

Strumenti ta’ dejn ta’ aġenzija (4)

Bonds tal-bank koperti oħrajn (5)

 

 

 

Strumenti ta’ dejn sovranazzjonali

 

 

 

(d)

Is-seba’ punt fl-uniku paragrafu jinbidel b’li ġej:

“Il-haircut applikat għal strumenti ta’ dejn negozjabbli inklużi fil-kategoriji ta’ likwidità I sa IV b’kupuni b’rata varjabbli (*******) hija dik applikata lill-bucket ta’ maturità żero-sa-sena ta’ strumenti ta’ kupun fiss fil-kategorija ta’ likwidità u l-kategorija ta’ kwalità ta’ kreditu li jiġi assenjat l-istrument.

(*******)  Kupun ta’ ħlas huwa kkunsidrat bħala ħlas ta’ rata varjabbli jekk il-kupun huwa marbut ma’ rata ta’ imgħax ta’ referenza u jekk il-perijodu ta’ risettjar li jikkorrespondi ma’ dan il-kupun ma jkunx ta’ iżjed minn sena. Ħlasijiet ta’ kupuni li għalihom il-perijodu ta’ risettjar huwa itwal minn sena jiġu ttrattati bħala ħlasijiet b’rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-hairċut tkun il-maturità reżidwa tal-istrument tad-dejn.”"

(e)

It-Tabella 7 tinbidel b’li ġej:

“Tabella 7

Livelli ta’ valutazzjoni ta’ haircuts applikati għal assi negozjabbli eliġibbli

 

 

Kategoriji ta’ likwidità

Kwalità ta’ kreditu

Maturità residwa (snin)

Kategorija I

Kategorija II (********)

Kategorija III (********)

Kategorija IV (********)

Kategorija V (********)

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

kupun fiss

kupun żero

 

Gradi 1 u 2 (AAA sa A-) (*********)

0-1

0,5

0,5

1,0

1,0

1,5

1,5

6,5

6,5

16

1-3

1,5

1,5

2,5

2,5

3,0

3,0

8,5

9,0

3-5

2,5

3,0

3,5

4,0

5,0

5,5

11,0

11,5

5-7

3,0

3,5

4,5

5,0

6,5

7,5

12,5

13,5

7-10

4,0

4,5

5,5

6,5

8,5

9,5

14,0

15,5

>10

5,5

8,5

7,5

12,0

11,0

16,5

17,0

22,5

Grad 3 (BBB+ sa BBB-) (*********)

0-1

5,5

5,5

6,0

6,0

8,0

8,0

15,0

15,0

Ineliġibbli

1-3

6,5

6,5

10,5

11,5

18,0

19,5

27,5

29,5

3-5

7,5

8,0

15,5

17,0

25,5

28,0

36,5

39,5

5-7

8,0

8,5

18,0

20,5

28,0

31,5

38,5

43,0

7-10

9,0

9,5

19,5

22,5

29,0

33,5

39,0

44,5

>10

10,5

13,5

20,0

29,0

29,5

38,0

39,5

46,0

(f)

It-Tabella 8 tinbidel b’li ġej:

“Tabella 8

Livelli ta’ haircuts ta’ valutazzjoni applikati għal strumenti ta’ dejn b’rata varjabbli inversa negozjabbli inkluzi fil-kategoriji I sa IV

Kwalità ta’ kreditu

Maturità residwa (snin)

Kupun varjabbli invers

Gradi 1 u 2 (AAA sa A-)

0-1

7,5

1-3

11,5

3-5

16,0

5-7

19,5

7-10

22,5

>10

28,0

Grad 3 (BBB+ sa BBB-)

0-1

21,0

1-3

46,5

3-5

63,5

5-7

68,0

7-10

69,0

>10

69,5”

5.   It-Taqsima 6.4.3 tigi emendata kif ġej:

(a)

L-ewwel żewġ punti fl-ewwel paragrafu jinbidlu b’li ġej:

“Klejms ta’ kreditu individwali huma suġġetti għal haircuts ta’ valutazzjoni speċifiċi. Il-haircuts huma differenti skont il-maturità reżidwa, tip ta’ ħlas ta’ imgħax (fiss jew varjabbli), il-kategorija ta’ kwalità ta’ kreditu u l-metodoloġija ta’ valutazzjoni applikata mill-BĊN (ara t-Taqsima 6.5), kif deskritt fit-Tabella 9 (**********).

Il-haircut applikata għal klejms ta’ kreditu bi ħlasijiet ta’ imgħax varjabbli hija dik applikata lill-klejms ta’ kreditu bi ħlasijiet ta’ imgħax fiss klassifikati fil-bucket ta’ maturità żero-sa-sena li jikkorrespondi għall-istess kwalità ta’ kreditu u l-istess metodologija ta’ valutazzjoni (valutazzjoni bbazata fuq prezz teoretiku allokat mill-BĊN jew fuq l-ammont pendenti allokat mill-BĊN). Ħlas ta’ imgħax huwa meqjus bħala ħlas ta’ rata varjabbli jekk huwa marbut ma’ rata ta’ imgħax ta’ referenza u jekk il-perijodu ta’ risettjar li jikkorrespondi ma’ dan il-ħlas ma jkunx itwal minn sena. Ħlasijiet ta’ imgħax li għalihom il-perijodu ta’ risettjar huwa itwal minn sena jiġu ttrattati bħala ħlasijiet b’rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità reżidwa tal-klejm ta’ kreditu.

(**********)  Il-haircuts ta’ valutazzjoni applikati lil klejms ta’ kreditu bi ħlasijiet ta’ imgħax b’rata fissa japplikaw ukoll għal klejms ta’ kreditu li l-ħlasjiet ta’ imgħax tagħhom huma marbutin mar-rata ta’ inflazzjoni.”"

(b)

It-Tabella 9 tinbidel b’li ġej:

“Tabella 9

Livelli ta’ haircċuts ta’ valutazzjoni applikati għal klejms ta’ kreditu bi ħlasijiet ta’ imgħax fiss

 

 

Metodoloġija ta’ valutazzjoni

Kwalità ta’ kreditu

Maturità reżidwa (snin)

Ħlas u valutazzjoni ta’ imgħax fiss ibbazat fuq prezz teoretiku allokat minn BĊN

Ħlas u valutazzjoni ta’ imgħax fiss ibbażat fuq ammont pendenti allokat minn BĊN

Gradi 1 u 2

(AAA sa A-)

0-1

8,0

10,0

1-3

11,5

17,5

3-5

15,0

24,0

5-7

17,0

29,0

7-10

18,5

34,5

>10

20,5

44,5

Grad 3

(BBB+ sa BBB-)

0-1

15,5

17,5

1-3

28,0

34,0

3-5

37,0

46,0

5-7

39,0

51,0

7-10

39,5

55,5

>10

40,5

64,5”

(c)

It-tieni paragrafu qed jinbidel b’li ġej:

“Strumenti ta’ dejn sostnuti minn ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli huma suġġetti għal haircut ta’ valutazzjoni ta’ 24 %.”

6.   L-Appendiċi 2 huwa emendat kif ġej:

Id-definizzjoni ta' “tnaqqis fil-valutazzjoni” qed tinbidel b’li ġej:

Tnaqqis fil-valutazzjoni: miżura għall-kontroll tar-riskju applikata lill-assi sottostanti u użata fit- transazzjonijiet b'lura, li tfisser li l-bank ċentrali japplika tnaqqis fil-valur tas-suq teoretiku tal-assi b’ċertu persentaġġ qabe ma japplika haircut ta’ valutazzjoni.”


(******)  PD(i,t) tfisser il-probabbiltà tal-inadempjenza assenjata mis-sistema tal-valutazzjoni tal-kreditu lil debitur i fil-ħin t

(1)  Ġeneralment, il-klassifika ta’ min jagħmel il-ħruġ tiddetermina il-kategorija ta’ likwidità. Iżda, it-titoli kollha sostnuti minn assi huma inklużi fil-kategorija V, irrispettivament mill-klassifika ta’ min jagħmel il-ħruġ, u l-bonds tal-bank koperti jumbo huma inklużi fil-kategorija II, filwaqt li bonds tal-bank koperti tradizzjonali, bonds tal-bank koperti oħrajn u strumenti ta’ debitu oħrajn maħruġin mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma inklużi fil-kategorija III u IV.

(2)  Ċertifikati ta’ dejn maħruġin mill-BĊE u strumenti ta’ dejn maħruġin mill-BĊNi qabel l-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv tagħhom huma inklużi fil-kategorija ta’ likwidità I.

(3)  Strumenti b’volum ta’ ħruġ ta’ mill-inqas EUR I biljun biss, li għalihom tal-inqas tliet market-makers jipprovdu offerti regolari u jitolbu stimi, jaqgħu fil-klassi tal-assi ta’ bonds tal-bank koperti jumbo.

(4)  Assi negozjabbli maħruġin minn min jagħmel il-ħrug biss li ġew ikklassifikati bħala aġenziji mill-BĊE huma inklużi fil-kategorija ta’ likwidità II. Assi negozjabbli maħruġin minn aġenziji oħrajn huma inklużi fil-kategorija ta’ likwidità III jew IV, skont min jagħmel il-ħruġ u t-tip tal-assi.

(5)  Bonds koperti li ma jikkonformawx mal-UĊITS, inklużi kemm bonds koperti strutturati u bonds koperti ta’ multi-issuer huma inklużi fil-kategorija ta’ likwidità III.”

(********)  Titoli individwali sostnuti minn assi, bonds tal-banek koperti (bonds tal-banek koperti jumbo, bonds tal-banek koperti tradizzjonali u bonds tal-banek koperti ohrajn) u bonds tal-banek mhux koperti li teoretikament huma vvalutati skont it-Taqsima 6.5 huma suġġetti għal haircut ta’ valutazzjoni addizzjonali. Din il-haircut hija applikata direttament fil-livell ta’ valutazzjoni teoretika tal-istrument ta’ debitu individwali f’forma ta’ tnaqqis ta’ valutazzjoni ta’ 5 %.

(*********)  Klassifiki kif speċifikati fl-iskala ta’ klassifika armonizzata tal-Eurosistema, ippubblikata fis-sit tal-Internet tal-BĊE (www.ecb.europa.eu).”


ANNESS III

L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat kif ġej:

It-Taqsima I hija emendata kif ġej:

1.

Il-Punt 6(p) huwa mibdul b’li ġej:

“il-Kontroparti ssir suġġetta għall-iffrizar tal-fondi u/jew miżuri oħrajn imposti mill-UE taħt l-Artikolu 75 tat-Trattat li jirrestrinġi l-kapaċità tal-Kontroparti li tuża l-fondi tagħha; jew”

2.

Il-Punt 6(p) huwa mibdul b’li ġej:

“il-Kontroparti ssir suġġetta għall-iffrizar tal-fondi u/jew mizuri oħrajn imposti minn Stat Membru li jirrestrinġi l-kapaċità tal-Kontroparti li tuża l-fondi tagħha; jew”

3.

Il-Punt 7 huwa mibdul b'li ġej:

“L-arranġamenti kuntrattwakli jew regolatorji relevanti applikati mill-BĊN għandhom jiżguraw illi jekk iseħħ każ ta’ nuqqas, il-BĊN huwa intitolat li jinvoka r-rimedji li ġejjin: (a) sospensjoni, limitazzjoni jew esklużjoni tal-Kontroparti mill-aċċess għall-operazzjonijiet ta' suq miftuħ; (b) sospensjoni, limitazzjoni jew esklużjoni tal-Kontroparti mill-aċċess għall- faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema; (c) it-terminazzjoni tal-ftehim u t-transizzjonijiet kollha li huma pendenti; jew (d) talba għall-eżekuzzjoni aċċellerata ta’ klejms li għadhom ma mmaturawx jew li huma kontinġenti. Barra minn dan, il-BĊN jista’ jkun intitolat li jeżerċita r-rimedji li ġejjin: (a) l-użu tad-depożiti tal-Kontroparti li jinsabu għand il-BĊN sabiex jifdi klejms kontra dik il-Kontroparti; (b) is-sospensjoni tat-twettiq tal-obbligazzjonijiet kotnra l-Kontroparti sakemm il-klejm fuq il-Kontroparti tkun ġiet sodisfatta; (c) it-talba għall-imgħax fin-nuqqas; jew (d) it-talba għall-indennizz għal kull telf imġarrab bħala konsegwenza ta’ nuqqas tal-Kontroparti. L-arranġamenti relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jiżguraw illi f’każ ta’ nuqqas, dak il-BN għandu jkun f'pożizzjoni legali sabiex isarraf l-assi kollha pprovduti bħala garanzija mingħajr dewmien żejjed u b'tali mod li l-BĊN ikun intitolat isarraf il-valur tal-kreditu pprovdut, jekk il-Kontroparti ma tħallasx il-bilanċ negattiv tagħha fil-pront. Sabiex jiżgura l-implimentazzjoni uniformi tal-miżuri imposti, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi dwar ir-rimedji, inklużi s-sospensjoni, il-limitazzjoni jew l-esklużjoni mill-aċċess għall-operazzjonijiet ta’ suq miftuħ jew għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema.”