ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.259.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 259

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
1 ta' Ottubru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 866/2010 tat-30 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 867/2010 tat-30 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2010/2011

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2010 tat-30 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2010

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 869/2010 tat-30 ta’ Settembru 2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2010

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/585/PESK tas-27 ta’ Settembru 2010 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

10

 

 

2010/586/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2010 dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju maħsuba li jitqassmu jew li jkunu disponibbli bla ħlas għall-vittmi tal-għargħar li seħħew fil-Polonja f’Mejju 2010 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 6624)

19

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 866/2010

tat-30 ta’ Settembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

84,4

MK

53,8

TR

50,2

ZZ

62,8

0707 00 05

TR

125,2

ZZ

125,2

0709 90 70

TR

121,3

ZZ

121,3

0805 50 10

AR

116,0

CL

126,4

EG

66,3

IL

116,3

MA

157,0

TR

106,3

UY

128,7

ZA

101,6

ZZ

114,8

0806 10 10

TR

117,7

ZA

56,9

ZZ

87,3

0808 10 80

AR

56,1

AU

217,4

BR

48,8

CL

118,5

CN

82,6

NZ

105,6

US

85,4

ZA

83,1

ZZ

99,7

0808 20 50

CN

83,7

ZA

88,6

ZZ

86,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 867/2010

tat-30 ta’ Settembru 2010

li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2010/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, b'rabta ma' l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2) [traduzzjoni mhux uffiċjali], jipprovdi li l-prezzijiet ta' importazzjoni CIF taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux ipproċessat jitqiesu bħala l-“prezzijiet rappreżentattivi”. Dawn il-prezzijiet huma ffissati għall-kwalità standard iddefinita fl-Anness IV, il-punti II u III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)

Biex dawn il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ħlief fil-każi previsti fl-Artikolu 24 tar-Regolament imsemmi.

(3)

Biex ikunu aġġustati l-prezzijiet li mhumiex ibbażati fuq il-kwalità standard, għaz-zokkor abjad, jeħtieġ li jiġu applikati għall-offerti aċċettati ż-żidiet jew it-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament Nru 951/2006. F'dak li jirrigwarda z-zokkor mhux ipproċessat, jeħtieġ li jiġi applikat il-metodu tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni ddefinit fil-punt b) ta' l-istess paragrafu.

(4)

Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji addizzjonali għall-importazzjoni, dejjem jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, skond l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.


ANNESS

Prezzijiet rappreżentattivi u dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 99 , applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

55,47

0,00

1701 11 90  (1)

55,47

0,00

1701 12 10  (1)

55,47

0,00

1701 12 90  (1)

55,47

0,00

1701 91 00  (2)

46,85

3,41

1701 99 10  (2)

46,85

0,28

1701 99 90  (2)

46,85

0,28

1702 90 95  (3)

0,47

0,23


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 868/2010

tat-30 ta’ Settembru 2010

li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, b'rabta ma' l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li jirrigwarda l-iskambji ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2) [traduzzjoni mhux uffiċjali], jipprovdi li l-prezz CIF għall-importazzjoni tal-melissa għandu jitqies bħala l-“prezz rappreżentattiv”. Dan il-prezz huwa ffissat għall-kwalità standard iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(2)

Biex il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, għajr fil-każi pprovduti fl-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament u, skond il-każ, dan l-istabbiliment tal-prezzijiet jista' jsir skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Għall-aġġustament tal-prezz li ma jikkonċernax il-kwalità standard, skond il-kwalità tal-melissa offruta, jeħtieġ li jitnaqqsu jew jiżdiedu l-prezzijet skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(4)

Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni, dejjem jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. Fil-każ li d-dazji fuq l-importazzjoni jiġu sospiżi skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, jeħtieġ li jiġu stabbiliti ammonti partikolari għal dawk id-dazji.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-drittijiet addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.


ANNESS

Prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-melissa fis-settur taz-zokkor, applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju li għandu jiġi applikat fuq l-importazzjoni b'riżultat tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat (1)

1703 10 00  (2)

13,60

0

1703 90 00  (2)

10,92

0


(1)  Skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, dan l-ammont jieħu post ir-rata tad-dazju doganali komuni stabbilita għal dawn il-prodotti.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 869/2010

tat-30 ta’ Settembru 2010

li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Ottubru 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2010

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

2,46

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

2,46


(1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

16.9.2010-29.9.2010

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

221,79

150,02

Prezz FOB USA

182,97

172,97

152,97

102,82

Tariffa fuq il-Golf

15,90

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

13,18

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

22,65  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

51,75  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].


DEĊIŻJONIJIET

1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/585/PESK

tas-27 ta’ Settembru 2010

dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (“l-Istrateġija”), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta’ miżuri li jikkumbattu tali proliferazzjoni u li jeħtieġ li jittieħdu kemm fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi.

(2)

L-Unjoni qed timplimenta attivament din l-Istrateġija u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b’mod partikolari bir-rilaxx ta’ riżorsi finanzjarji b’appoġġ għal proġetti speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet multilaterali, bħall-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA).

(3)

Fis-17 ta’ Novembru 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK fuq l-universalità u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll tal-armi nukleari (f’pajjiżi li għad ma għandhomx dawn l-armi) għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom (1). Dik il-Pożizzjoni Komuni tappella, fost oħrajn, għall-promozzjoni tal-konklużjoni tal-ftehimiet komprensivi ta’ salvagwardja u l-Protokolli Addizzjonali tal-IAEA u timpenja lill-Unjoni biex taħdem sabiex il-Protokoll Addizzjonali u l-ftehimiet komprensivi ta’ salvagwardja jsiru l-istandard għas-sistema ta’ verifika tal-IAEA.

(4)

Fis-17 ta’ Mejju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/495/PESK dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA taħt il-Programm ta’ Sigurtà Nukleari tagħha u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa (2).

(5)

Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/574/PESK dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva (3).

(6)

Fit-12 ta’ Ġunju 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/418/PESK dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (4).

(7)

Fl-14 ta’ April 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/314/PESK dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva (5).

(8)

It-tisħiħ tal-kontroll ta’ sorsi radjuattivi ta’ attività għolja f’konformità mad-dikjarazzjoni tal-G-8 u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-sigurtà ta’ sorsi radjuattivi, adottati fis-Summit ta’ Evian tal-2003, jibqa’, għall-Unjoni, objettiv importanti li għandu jiġi segwit permezz ta’ rappreżentanzi fil-pajjiżi terzi kollha.

(9)

F’Lulju 2005, l-Istati Partijiet u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika qablu b’kunsens li jemendaw il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika ta’ Materjal Nukleari (KPFMN) bil-ħsieb li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha sabiex tinkludi materjal u faċilitajiet nukleari fl-użu u fil-ħżin domestiku paċifiku, kif ukoll fit-trasport, u sabiex l-Istati Partijiet jiġu obbligati jagħmlu l-ksur suġġett għal sanzjonijiet kriminali.

(10)

F’Settembru 2005, il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari infetħet għall-firma. Meta tidħol fis-seħħ, din ser teħtieġ li l-Istati Partijiet jadottaw leġislazzjoni li tikkriminalizza dawn ir-reati.

(11)

L-IAEA ssegwi l-istess objettivi bħal dawk stabbiliti fil-Premessi (3) sa (10). Dan isir permezz tal-implimentazzjoni tal-Pjan għas-Sigurtà Nukleari tagħha li huwa ffinanzjat kompletament permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji lill-Fond għas-Sigurtà Nukleari tal-IAEA.

(12)

Fit-12-13 ta’ April 2010, l-Unjoni Ewropea pparteċipat fis-Summit dwar is-Sigurtà Nukleari, organizzat mill-President tal-Istati Uniti tal-Amerikakkommettiet li tkompli ssaħħaħ l-isforzi tagħha mmirati lejn it-tisħiħ tas-sigurtà nukleari u li tassisti lil pajjiżi terzi f’dan ir-rigward.

(13)

Sabiex tgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi fil-qasam tas-sigurtà nukleari u tan-non-proliferazzjoni fil-pajjiżi Asjatiċi, partikolarment minħabba l-għadd, li qiegħed jikber, ta’ applikazzjonijiet nukleari fir-reġjun, fost l-oħrajn fil-qasam tal-mediċina, l-agrikultura u l-ilma, kif ukoll minħabba r-riċerka nukleari, din id-Deċiżjoni għandha tappoġġa speċifikament l-attivitajiet tal-IAEA fl-Asja tax-Xlokk. Dan għandu jieħu kont tar-rwol, li qiegħed jikber, tal-Asja bħala msieħba tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà. Għandha tingħata enfażi partikolari lit-tisħiħ, fil-pajjiżi eliġibbli, tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari fl-applikazzjonijiet nukleari li ma jkunux maħsuba għall-produzzjoni tal-enerġija,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni immedjata u prattika ta’ ċerti elementi tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (“l-Istrateġija”), l-Unjoni għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari sabiex jitmexxew ’il quddiem l-objettivi li ġejjin:

(a)

li jinkiseb progress lejn l-universalizzazzjoni tan-non-proliferazzjoni internazzjonali u ta’ strumenti għal sigurtà nukleari, inkluż il-ftehimiet komprensivi ta’ salvagwardja u l-Protokoll Addizzjonali;

(b)

li tissaħħaħ il-protezzjoni ta’ materjali u tagħmir sensittiv għall-proliferazzjoni u t-teknoloġija rilevanti, u l-għoti ta’ assistenza leġislattiva u regolatorja fil-qasam tas-sigurtà u s-salvagwardji nukleari;

(c)

li jissaħħaħ il-kxif ta’ traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari u materjali radjuattivi oħrajn u r-rispons għaliha.

2.   Il-proġetti tal-IAEA, li jikkorrispondu għal miżuri tal-Istrateġija, huma l-proġetti li għandhom l-għan li:

(a)

isaħħu l-infrastrutturi nazzjonali leġislattivi u regolatorji għall-implimentazzjoni ta’ strumenti internazzjonali rilevanti fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari, inklużi l-ftehimiet komprensivi ta’ salvagwardja u l-Protokoll Addizzjonali;

(b)

jassistu lill-Istati fit-tisħiħ tas-sigurtà u l-kontroll ta’ materjal nukleari u materjali radjuattivi oħrajn;

(c)

isaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati għall-kxif tat-traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari u materjali radjuattivi oħrajn u r-rispons għalih.

Dawk il-proġetti għandhom jitwettqu f’pajjiżi li jkunu jeħtieġu assistenza f’dawk l-oqsma wara valutazzjoni inizjali mwettqa minn tim ta’ esperti.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti hija mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-RGħ”) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandhom jitwettqu mill-IAEA bħala l-entità ta’ implimentazzjoni. Hi għandha twettaq dan il-kompitu taħt il-kontroll tar-RGħ. Għal dan l-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-IAEA.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implementazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 9 996 000, li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont imniżżel fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1, li għandu jieħu s-sura ta’ għotja. Għal dan l-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-IAEA. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li l-IAEA għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, b’mod adatt għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni abbażi ta’ rapporti regolari mħejjija mill-IAEA. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu l-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġetti kif imsemmi fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-IAEA, jew wara 12-il xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta’ finanzjament qabel dik id-data.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  ĠU L 302, 20.11.2003, p. 34.

(2)  ĠU L 182, 19.5.2004, p. 46.

(3)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 44.

(4)  ĠU L 165, 17.6.2006, p. 20.

(5)  ĠU L 107, 17.4.2008, p. 62.


ANNESS

Appoġġ tal-Unjoni Ewropea għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

1.   Introduzzjoni

L-għadd ta’ inċidenti ta’ terroriżmu fl-Istati Membri tal-Unjoni u fi bnadi oħrajn tul dawn l-aħħar snin ma wera l-ebda sinjal li qed jonqos. Il-komunità internazzjonali rrikonoxxiet f’diversi fora li r-riskju ta’ atti ta’ terroriżmu nukleari li jinvolvi materjal nukleari jew materjal ieħor radjuattiv li jirnexxu għadu għoli. Barra minn hekk, rapporti reċenti ta’ traffikar illeċitu, inklużi dawk li jinvolvu materjal nukleari partikolarment sensittiv, issottolinjaw ir-riskju kontinwu li terroristi jistgħu jakkwistaw tali materjali.

Il-komunità internazzjonali rreaġixxiet b’mod qawwi għal dan it-theddid u ħadet diversi inizjattivi mmirati lejn il-prevenzjoni tal-possibbiltà li materjal nukleari jew materjal ieħor radjuattiv jaqa’ f’idejn it-terroristi.

Il-verifika tal-IAEA tibqa’ għodda indispensabbli għall-bini ta’ fiduċja fost l-Istati fir-rigward ta’ impenji ta’ nonproliferazzjoni nukleari, u għall-avvanz tal-użu paċifiku ta’ materjal nukleari.

L-iżviluppi internazzjonali reċenti rriżultaw f’sett ġdid u msaħħaħ ta’ strumenti legali internazzjonali li huma rilevanti għas-sigurtà u l-verifika nukleari:

F’Lulju 2005, l-Istati Partijiet adottaw l-Emenda għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari,

Il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari nfetħet għall-iffirmar f’Settembru 2005,

F’April 2004, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 1540(2004) li titratta l-armi ta’ qerda massiva u l-atturi li m’humiex Stati,

Ir-Riżoluzzjoni 1373 (2001) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tappella lill-Istati kollha sabiex malajr kemm jista’ jkun isiru partijiet fil-konvenzjonijiet u l-protokolli internazzjonali rilevanti relatati mat-terroriżmu.

Aktar minn 95 Stat daħlu għal impenn politiku li jimplimentaw il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sikurezza u s-Sigurtà ta’ Sorsi Radjuattivi (1). Barra minn hekk, il-Konferenzi Ġenerali u l-Bord ta’ Regolaturi tal-IAEA adottaw diversi riżoluzzjonijiet u deċiżjonijiet għat-tisħiħ tas-sistema ta’ salvagwardji tal-IAEA (2).

L-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrumenti internazzjonali mill-Istati tista’ tkun iffaċilitata b’mod sinifikanti, parzjalment b’assistenza pprovduta permezz tal-Pjani tal-IAEA għas-Sigurtà Nukleari (PSN) għall-2003-2005 u l-2006-2009. F’Settembru 2009 ġie adottat il-PSN tal-IAEA għall-2010-2013, li jirrifletti kontinwazzjoni b’saħħitha tal-pjani preċedenti. L-objettiv ta’ dawn l-NSP hu li jikkontribwixxu għall-isforzi globali biex tinkiseb sigurtà effikaċi fid-dinja kollha, kull fejn ikun qiegħed jintuża, jiġi maħżun u/jew trasportat materjal nukleari jew materjal ieħor radjuattiv, u ta’ faċilitajiet assoċjati, billi jiġu appoġġati l-Istati, fuq talba, fl-isforzi tagħhom biex jistabbilixxu u jżommu sigurtà nukleari effikaċi permezz ta’ assistenza fil-bini ta’ kapaċitajiet, l-għoti ta’ gwida, l-iżvilupp tar-riżorsi umani, is-sostenibbiltà u t-tnaqqis tar-riskji. L-objettiv huwa wkoll li tingħata assistenza għall-adeżjoni mal-istrumenti legali internazzjonali relatati mas-sigurtà nukleari u għall-implimentazzjoni tagħhom, u biex jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni internazzjonali tal-assistenza mogħtija permezz ta’ programmi bilaterali u inizjattivi internazzjonali oħrajn b’mod li wkoll jikkontribwixxi għall-possibbiltà li jsir użu sikur u paċifiku tal-enerġija nukleari u ta’ dawk l-applikazzjonijiet b’sustanzi radjuattivi.

Il-PSN tal-IAEA jsegwu objettiv simili għal xi elementi tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva. Dawn jipprovdu approċċ komprensiv għas-sigurtà nukleari inklużi l-kontrolli regolatorji, ir-responsabbiltà għal u l-protezzjoni ta’ materjal nukleari u materjali radjuattivi oħrajn fl-użu, il-ħżin u t-trasport, “mill-bidu sat-tmiem”, għall-perijodu qasir kif ukoll għal dak fit-tul. Madankollu, jekk il-protezzjoni ma tirnexxix, għandhom jiġu stabbiliti miżuri ta’ kontinġenza għall-kxif ta’ serq jew attentati ta’ kuntrabandu tal-materjal minn naħa għal oħra tal-fruntieri internazzjonali u b’rispons għal atti malizzjużi li jinvolvu materjal nukleari jew materjali radjuattivi oħrajn, jekk dawn iseħħu.

L-IAEA temmet b’suċċess l-implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Konġunti tal-Kunsill 2004/495/PESK u 2005/574/PESK. Barra minn hekk, l-IAEA tinsab fl-istadju finali tal-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta 2006/418/PESK u hija qed timplementa l-Azzjoni Konġunta 2008/314/PESK.

Bil-kontributi assoċjati tal-Unjoni, l-IAEA indikat u implimentat attivitajiet b’appoġġ għall-isforzi tal-Istati destinatarji fil-Kawkasu, l-Asja Ċentrali, l-Ewropa tax-Xlokk, ir-reġjun Mediterranju fil-Lvant Nofsani, l-Afrika u r-reġjun tal-Asja tax-Xlokk għat-tisħiħ tas-sigurtà nukleari u l-implimentazzjoni tas-salvagwardji internazzjonali f’dawn il-pajjiżi.

2.   Deskrizzjoni tal-proġetti

L-Istati kollha għandhom ir-responsabbiltà li jistabbilixxu sistemi adatti li jipprevjenu, jiskopru u jirreaġixxu għal atti malizjużi li jinvolvu materjal nukleari u materjal ieħor radjuattiv. Jekk dan ma jsirx jista’ jinħoloq punt ta’ dgħjufija fis-sigurtà nukleari globali.

Infrastruttura ta’ sigurtà nukleari effikaċi teħtieġ approċċ multidixxiplinari bi:

infrastrutturi legali u regolatorji b’responsabbiltajiet definiti b’mod ċar fost organizzazzjonijiet u operaturi differenti,

l-iżvilupp tar-riżorsi umani,

l-istabbiliment ta’ proċeduri u funzjonijiet ta’ koordinazzjoni, u

appoġġ tekniku għall-infrastrutturi nazzjonali, li jirrikonoxxi li l-arranġamenti ta’ sigurtà nukleari fil-faċilitajiet/is-siti nukleari huma differenti minn dawk li għandhom ikunu applikati barra dawn il-faċilitajiet/siti għall-protezzjoni tas-soċjetà ċivili minn avvenimenti ta’ sigurtà nukleari li jinvolvu sustanzi radjuattivi.

Fil-ġestjoni ta’ attivitajiet li jinvolvu materjal nukleari jew materjal ieħor radjuattiv, hi meħtieġa kultura ta’ sigurtà nukleari sostenibbli. Bħala riżultat, is-sigurtà nukleari tkun fattur li jippermetti użu aktar mifrux tal-enerġija nukleari li jirrikonoxxi s-sinerġiji bejn is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji, li jirrikonoxxu b’mod speċjali l-prinċipji tas-sostenibbiltà u l-effiċjenza.

Din id-Deċiżjoni ser tiġi implimentata fil-ħames oqsma li ġejjin:

1.

Is-Sostenibbiltà u l-Effikaċja tal-Appoġġ ipprovdut permezz ta’ Azzjonijiet Konġunti preċedenti (3);

2.

It-tisħiħ tal-infrastruttura tal-Istati għall-appoġġ tas-sigurtà nukleari: l-istabbiliment ta’ ċentri nazzjonali għall-appoġġ tas-sigurtà Nukleari;

3.

It-tisħiħ tal-infrastruttura leġislattiva u regolatorja tal-Istati;

4.

It-tisħiħ ta’ miżuri ta’s nazzjonali għal materjali nukleari u materjali radjuattivi oħrajn;

5.

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati li jittrattaw materjali nukleari u materjali radjuattivi oħrajn barra mill-kontroll regolatorju.

L-għażla tal-Istati u l-proġetti li għandhom ikunu implimentati ser issir abbażi ta’ evalwazzjoni komprensiva tal-ħtiġijiet, ibbażata fuq ir-riżultati ta’ missjonijiet ta’ evalwazzjoni u informazzjoni oħra disponibbli.

Id-domanda għall-appoġġ għal dawn l-isforzi tibqa’ għolja kemm fl-Istati Membri tal-IAEA kif ukoll fl-Istati li m’humiex membri tal-IAEA. Il-pajjiżi li huma eliġibbli li jirċievu l-appoġġ huma:

fl-Ewropa tax-Xlokk:

l-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Moldova, is-Serbja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja FYRM u t-Turkija,

fir-reġjun tal-Asja Ċentrali:

il-Kazakistan, il-Kirgistan, l-Uzbekistan, it-Taġikistan u t-Turkmenistan,

fir-reġjun tal-Kawkasu:

l-Armenja, l-Azerbajġan u l-Ġeorġja,

fir-reġjun Mediterranju fil-Lvant Nofsani:

l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu u r-Repubblika Għarbija tas-Sirja,

fl-Afrika:

l-Alġerija, l-Angola, il-Benin, il-Botswana, il-Burkina Faso, il-Burundi, il-Kamerun, il-Kap Verde, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Ċad, il-Komoros, il-Kongo (Brazzaville), il-Côte d’Ivoire, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Ġibuti, l-Eġittu, il-Ginea Ekwatorjali, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Gabon, il-Gambja, il-Gana, il-Ginea, il-Ginea-Bissaw, il-Kenja, il-Lesoto, il-Liberja, il-Ġamaħirija Għarbija Libjana, il-Madagaskar, il-Malawi, Mali, il-Mawritanja, il-Mawrizju, il-Marokk, il-Możambik, in-Namibja, in-Niġer, in-Niġerja, ir-Rwanda, São Tomé u Príncipe, is-Senegal, is-Seychelles, Sierra Leone, is-Somalja, l-Afrika t’Isfel, is-Sudan, is-Sważiland, it-Togo, it-Tuneżija, l-Uganda, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, iż-Żambja u ż-Żimbabwe,

fir-reġjun tal-Asja tax-Xlokk:

il-Bangladexx, il-Brunej, il-Kambodja, l-Indoneżja, il-Laos, il-Malażja, il-Mjanmar, il-Filippini, Singapor, it-Tajlandja u l-Vjetnam,

fir-reġjun tal-Golf:

il-Baħrejn, l-Iran, l-Iraq, il-Kuwajt, is-Sultanat tal-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Jemen,

fir-reġjun tal-Amerika t’Isfel:

l-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċili, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Gujana, il-Paragwaj, il-Peru, is-Surinama, l-Urugwaj u l-Venezwela,

fir-reġjun tal-Karibew u l-Amerika Ċentrali:

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliże, il-Kosta Rika, Kuba, Dominika, ir-Repubblika Dominikana, El Salvador, il-Grenada, il-Gwatemala, Ħaiti, il-Ħonduras, il-Ġamajka, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, Saint Vincent u l-Grenadini u Trinidad u Tobago.

2.1.   Evalwazzjoni tal-Ħtiġijiet għall-Appoġġ

Għan:

Ser titwettaq evalwazzjoni komprensiva mill-IAEA biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet għat-tisħiħ ta’ miżuri li jikkontribwixxu għall-effikaċja tas-sigurtà nukleari fl-Istati elenkati hawn fuq. L-evalwazzjoni ser titwettaq fl-isfond tal-qafas dwar is-sigurtà nukleari internazzjonali, inklużi l-istrumenti legali internazzjonali vinkolanti u dawk mhux vinkolanti u l-gwida relatata mill-IAEA. Fejn l-Istati jkunu ġew ikkunsidrati għall-appoġġ taħt Azzjonijiet Konġunti preċedenti u kontributi oħrajn mill-Unjoni, l-evalwazzjoni li tkun twettqet preċedentement ser tiġi aġġornata.

L-evalwazzjoni ser tkopri, skont il-każ, is-sistema ta’ sigurtà nukleari nazzjonali ġenerali, inkluża s-sistema legali u regolatorja, il-protezzjoni fiżika u l-kontabbiltà għal jew ir-reġistru ta’ materjali u l-miżuri ta’ sigurtà implimentati fil-faċilitajiet, is-siti jew it-trasporti. L-arranġamenti magħmula biex jiġu stabbiliti kontroll effikaċi fil-fruntieri u arranġamenti oħrajn għat-trattament ta’ materjal nukleari u materjal radjuattiv barra mill-kontroll regolatorju għandhom jiġu inklużi fl-evalwazzjoni. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ġenerali ser jintużaw bħala bazi għall-għażla tal-Istati fejn ser jiġu implimentati l-proġetti.

Riżultati:

deskrizzjoni fil-qosor tal-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet għall-appoġġ għas-sigurtà nukleari f’pajjiżi benefiċjarji, kemm fil-livell tal-Istat kif ukoll fil-faċilitajiet, is-siti u t-trasporti individwali jew applikazzjonijiet oħrajn li fihom jiġi użat jew maħżun materjal nukleari u materjal radjuattiv,

identifikazzjoni ta’ pajjiżi u proġetti li jkunu ngħataw prijorità għolja biex jirċievu appoġġ f’din id-Deċiżjoni,

evalwazzjoni tas-sostenibbiltà u l-effikaċja tal-appoġġ ipprovdut, fil-pajjiżi li preċedentement ikunu rċevew appoġġ permezz tal-Azzjonijiet Konġunti u kontributi oħrajn tal-Unjoni.

2.2.   Implimentazzjoni ta’ Proġetti bi Prijorità

Qasam 1:   Sostenibbiltà u Effikaċja tal-Appoġġ ipprovdut permezz ta’ Azzjonijiet Konġunti

Għan:

Permezz tal-Azzjonijiet Konġunti (4), 52 Stat b’kollox, irċevew appoġġ għat-tisħiħ ta’ diversi miżuri fis-sistemi ta’ sigurtà nukleari tagħhom. Permezz ta’ dawn l-Azzjonijiet, il-persunal f’dawk l-Istati rċieva taħriġ, ġie pprovdut tagħmir biex tittejjeb il-protezzjoni fiżika u biex ikun jista’ jsir monitoraġġ tar-radjazzjoni fil-punti ta’ qsim fil-fruntieri u s-sorsi radjuattivi vulnerabbli ġew maħżuna b’mod sikur jew alternattivament intbagħtu lura lejn il-pajjiż tal-oriġini jew lejn il-fornitur. Ir-riżorsi kienu limitati u setgħu ma kinux biżżejjed għall-istabbiliment tas-sistemi ta’ kontroll tal-kwalità assoċjati u meħtieġa jew il-miżuri komplementari l-oħrajn li jkunu meħtieġa biex tinkiseb effikaċja sħiħa; u barra minn hekk biex issir verifika tas-sostenibbiltà u l-effikaċja tal-appoġġ ipprovdut s’issa taħt l-Azzjonijiet Konġunti u biex jiġi pprovdut appoġġ addizzjonali, kif meħtieġ, li jikseb l-effikaċja meħtieġa.

verifika tas-sostenibbiltà u l-effikaċja tal-appoġġ ipprovdut s’issa taħt l-Azzjonijiet Konġunti u biex jiġi pprovdut appoġġ addizzjonali, kif meħtieġ, li jikseb l-effikaċja meħtieġa.

Riżultati:

metodoloġija, inkluż sett ta’ kriterji, għall-evalwazzjoni tas-sostenibbiltà u l-effikaċja tal-appoġġ preċedenti,

il-forniment, f’pajjiżi li jkunu rċevew appoġġ għas-sigurtà nukleari, ta’ sistema għall-assigurazzjoni tal-kwalità, inkluż l-ittestjar u l-implimentazzjoni pilota tagħha,

identifikazzjoni ta’ assistenza ulterjuri li tkun meħtieġa biex jinżamm jew jiġi żgurat ir-riżultat tas-sigurtà nukleari li kien maħsub,

iż-żamma fit-tul ta’ tagħmir operattiv u persunal kompetenti, permezz ta’ assistenza ulterjuri biex tiġi stabbilita kapaċità lokali għall-manutenzjoni tat-tagħmir, it-tiswija ta’ tagħmir li ma jkunx qiegħed jaħdem sew jew is-sostituzzjoni ta’ komponenti bil-ħsara,

l-Istati għandhom aċċess affidabbli għal persunal kompetenti permezz tat-taħriġ tal-persunal rilevanti.

Qasam 2:   Tisħiħ tal-infrastruttura tal-Istati għall-appoġġ tas-sigurtà Nukleari: l-istabbiliment ta’ ċentri nazzjonali għall-appoġġ tas-Sigurtà Nukleari

Għan:

li tingħata assistenza lill-Istati biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ appoġġ tekniku u xjentifiku, kif ukoll l-iżvilupp tar-riżorsi umani, li huma meħtieġa għal sigurtà nukleari effikaċi u sostenibbli,

li jiġi identifikat l-appoġġ tekniku, xjentifiku u edukattiv li jista’ jiġi pprovdut għall-Istati f’reġjun jew sottoreġjun

li jiġu identifikati l-kapaċitajiet nazzjonali eżistenti fl-Istati li jistgħu jikkontribwixxu għall-forniment ta’ appoġġ tekniku, xjentifiku jew edukattiv meħtieġ għas-Sistemi għas-Sigurtà Nukleari tal-Istati.

Riżultati:

Iċ-ċentri ta’ appoġġ għas-sigurtà nukleari (ĊASN) reġjonali u/jew nazzjonali, stabbiliti f’konformità mal-kunċett taċ-ĊASN u l-metodoloġija (Serje tas-Sigurtà Nukleari tal-IAEA). Ir-riżultati miksuba ser jinkludu:

koordinazzjoni bejn organizzazzjonijiet nazzjonali li għandhom responsabbiltajiet għas-sigurtà nukleari nazzjonali,

konsulenza esperta biex jiġu stmati n-natura u l-volum tal-appoġġ tekniku jew xjentifiku meħtieġ għaż-żamma tal-protezzjoni fiżika, il-kontabbiltà għal jew ir-reġistru tal-materjali u s-sistemi tekniċi użati fil-fruntieri għall-monitoraġġ tal-moviment ta’ materjali nukleari u radjuattivi,

konsulenza esperta biex jiġi stmat il-volum tat-taħriġ u l-edukazzjoni ta’ livell ogħla meħtieġa kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll għar-reġjun,

il-forniment ta’ tagħmir u servizzi esperti biex jiġi stabbilit ĊASN nazzjonali jew reġjonali,

iż-żamma fit-tul ta’ sistemi nazzjonali għas-sigurtà nukleari, li jrawmu kultura adatta ta’ sigurtà nukleari, b’kooperazzjoni u kollaborazzjoni nazzjonali msaħħa fost l-awtoritajiet kompetenti u organizzazzjonijiet oħrajn responsabbli għas-sigurtà nukleari u netwerk ta’ għarfien żviluppat sew dwar is-sigurtà nukleari.

Qasam 3:   It-tisħiħ tal-infrastruttura leġislattiva u regolatorja tal-Istati

Għan:

li jissaħħu l-infrastrutturi leġislattivi u regolatorji nazzjonali relatati ma’ materjal nukleari u ma’ materjal ieħor radjuattiv biex il-pajjiż ikun jista’ jissodisfa l-obbligi li jkun ħa fi strumenti legali internazzjonali vinkolanti u dawk mhux vinkolanti, inklużi l-ftehimiet ta’ salvagwardja u l-Protokolli Addizzjonali,

li jissaħħu l-oqfsa leġislattivi nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ Ftehimiet ta’ Salvagwardja u l-Protokolli Addizzjonali konklużi bejn l-Istati u l-IAEA, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ sistema tal-Istat għall-kontabilità u l-kontroll tal-materjal nukleari (SSRK) komprensiva,

li tissaħħaħ l-infrastruttura regolatorja nazzjonali għas-sikurezza radjoloġika u s-sigurtà ta’ materjali radjuattivi.

Is-sistema regolatorja għandha tagħti attenzjoni partikolari lis-sinerġiji bejn is-sigurtà, is-salvagwardji u s-sikurezza. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-Istati li esprimew interess fit-tnedija ta’ programm ta’ enerġija nukleari.

Riżultati:

għadd akbar ta’ Stati impenjaw ruħhom fl-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ leġislazzjoni komprensiva u koerenti fil-livell nazzjonali, li tkompri s-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari u r-responsabbiltà għad-dannu nukleari biex b’hekk jikkontribwixxu għal sistema armonizzata, imsaħħa u aktar universali ta’ sigurtà u sikurezza nukleari,

għadd akbar ta’ Stati aderixxew għall-KPFMN u għall-emenda tagħha u għall-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari u/jew iddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jimplimentaw il-qafas ta’ sigurtà nukleari,

għadd akbar ta’ Stati adottaw il-leġislazzjoni nazzjonali meħtieġa biex l-Istat ikun jista’ jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-ftehimiet ta’ salvagwardja u l-Protokolli Addizzjonali tal-IAEA,

it-tisħiħ tal-infrastruttura leġiżlattiva u regolatorja ser jinkiseb permezz ta’ konsulenza esperta, l-istabbiliment/titjib tal-infrastruttura regolatorja nazzjonali għas-sikurezza radjoloġika u s-sigurtà tal-materjal radjuattiv permezz tal-forniment ta’ servizzi ta’ valutazzjoni tal-IAEA eż. is-Servizz ta’ Eżami Integrat tar-Regolamentazzjoni, servizzi konsultattivi oħrajn kif ukoll tagħmir u taħriġ.

Qasam 4:   It-tisħiħ ta’ miżuri ta’ sigurtà nukleari għal materjali nukleari u materjali radjuattivi oħrajn

Għan:

li tissaħħaħ il-protezzjoni fiżika ta’ faċilitajiet nukleari u ta’ materjali nukleari f’applikazzjonijiet nukleari fil-pajjiżi magħżula,

li jissaħħu l-kontroll u l-protezzjoni fiżika ta’ materjali radjuattivi f’applikazzjonijiet mhux nukleari fil-pajjiżi magħżula,

li jinstabu u jiġu identifikati sorsi radjuattivi f’ċirkostanzi li jindikaw il-ħtieġa ta’ kondizzjonament tas-sorsi u l-ispustament lejn post ta’ ħżin sikur fil-pajjiżi magħżula, inkluża r-ripatrijazzjoni lejn il-pajjiż tal-oriġini jew it-ritorn lejn il-fornitur,

li jissaħħu s-sistemi tekniċi u amministrattivi implimentati għar-responsabbiltà għal u l-kontroll ta’ materjali nukleari, inkluż it-tisħiħ tas-SSRK (Sistemi tal-Istat għar-Responsabbiltà għal u l-Kontroll ta’ Materjal Nukleari) eżistenti, stabbiliti għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Salvagwardja u l-Protokolli Addizzjonali, inkluż fi Stati bi programmi nukleari limitati, u t-tnaqqis tal-obbligi ta’ rappurtar skont l-hekk imsejħa “protokolli għal kwantitajiet żgħar” għall-ftehimiet ta’ salvagwardja tagħhom,

li jissaħħu r-reġistri nazzjonali ta’ sustanzi, materjali u sorsi radjuattivi fil-pajjiżi magħżula.

Riżultati:

protezzjoni fiżika aktar effikaċi ta’ materjali nukleari f’faċilitajiet u siti nukleari magħżula u ta’ sorsi radjuattivi f’applikazzjonijiet mhux nukleari (eż. l-użu mediku jew industrijali jew l-iskart radjuattiv),

inqas riskju minn sorsi radjuattivi f’ċirkostanzi vulnerabbli permezz ta’ protezzjoni fiżika aktar effikaċi jew, kif adatt, iż-żarmar u t-trasport għal post ta’ ħżin sikur fil-pajjiż jew fi Stati oħrajn magħżula,

tnaqqis fl-għadd ta’ sorsi radjuattivi f’ċirkostanzi mhux ikkontrollati u mhux protetti permezz tal-appoġġ minn kampanji nazzjonali ta’ tfittix u sigurtà f’pajjiżi magħżula,

l-istabbiliment u l-manutenzjoni ta’ sistemi tekniċi u amministrattivi effikaċi biex jiġu kkontabilizzati u kkontrollati materjali nukleari, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ SSRK ġodda jew it-tisħiħ ta’ dawk eżistenti, li huma kapaċi jimplimentaw il-ftehimiet ta’ salvagwardja u l-protokolli addizzjonali, inkluż fi Stati bi “protokolli għal kwantitajiet żgħar”,

taħriġ ipprovdut lil persunal eliġibbli magħżul biex jirċievi appoġġ, biex tiżdied il-probabbiltà li jiġi implimentat u li jinżamm fit-tul reġim effikaċi ta’ protezzjoni fiżika.

Qasam 5:   Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati biex jittrattaw materjali nukleari u materjali radjuattivi oħrajn barra mill-kontroll regolatorju nazzjonali

Għan:

li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati li jiżguraw li l-materjali nukleari u materjali radjuattivi mhumiex qegħdin jiċċirkolaw barra mill-attivitajiet nazzjonali b’liċenzja u li qegħdin isiru arranġamenti għal kontroll fil-fruntieri u tħejjija għar-rispons effikaċi fil-pajjiżi magħżula.

Riżultati:

sistema(i) imtejba għal-ġbir u l-evalwazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-traffikar nukleari illeċitu, minn sorsi miftuħa u minn Punti ta’ Kuntatt tal-Istati, li ser jirriżultaw f’titjib fl-għarfien dwar it-traffikar nukleari illeċitu u ċ-ċirkostanzi li fihom isir. Il-kontributi dwar din l-informazzjoni ser jiffaċilitaw l-għoti ta’ prijorità lil attivitajiet futuri fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu,

oqfsa nazzjonali, stabbiliti permezz ta’ assistenza esperta, għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu u sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni u l-kontroll nazzjonali ta’ moviment transkonfini ta’ materjali radjuattivi u tagħmir u teknoloġija nukleari sensittivi,

kapaċitajiet ta’ monitoraġġ effikaċi tar-radjazzjoni f’punti magħżula ta’ qsim tal-fruntieri, miksuba permezz tal-forniment ta’ tagħmir ta’ monitoraġġ tal-fruntieri u konsulenza esperta għal punti magħżula ta’ qsim tal-fruntieri,

tisħiħ tal-iżvilupp ta’ pjani nazzjonali ta’ rispons u l-forniment ta’ taħriġ għall-persunal tal-infurzar tal-liġi dwar il-metodoloġija tar-rispons,

persunal tal-infurzar tal-liġi mħarreġ sew, mgħarraf u kompetenti fil-pajjiżi, iffaċilitat permezz tal-forniment ta’ taħriġ u appoġġ ieħor għall-iżvilupp uman.

2.3.   Evalwazzjoni tar-riżultati

Sabiex tiġi kkompletata din id-Deċiżjoni, l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba għandha titwettaq mill-IAEA biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-appoġġ u tiġi identifikata kwalunkwe diffikultà fil-forniment tagħhom.

3.   Tul ta’ żmien

L-evalwazzjoni ser titwettaq fi żmien perijodu ta’ tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-kontribut bejn il-Kummissjoni u l-IAEA. It-tliet proġetti ser jitwettqu b’mod parallel matul il-21 xahar sussegwenti.

It-tul ta’ żmien totali stmat li hu meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni huwa ta’ 24 xahar.

4.   Benefiċjarji

Il-benefiċjarji huma l-pajjiżi fejn ser jiġu implimentati l-valutazzjoni u l-proġetti sussegwenti. L-awtoritajiet tagħhom ser jingħataw għajnuna sabiex jifhmu fejn hemm punti dgħajfin u ser jirċievu appoġġ sabiex tinkiseb soluzzjoni u tiżdied is-sigurtà. L-għażla finali tal-benefiċjarji u l-ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati fil-pajjiżi magħżulin għandha ssir f’konsultazzjoni bejn l-entità ta’ implimentazzjoni u r-RGħ f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri fil-qafas tal-grupp ta’ ħidma kompetenti tal-Kunsill. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati, fejn adatt, fuq proposti magħmula mill-entità ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

5.   Entità ta’ Implimentazzjoni

L-IAEA ser tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-proġetti. Il-missjonijiet internazzjonali għas-sigurtà nukleari ser jitwettqu skont il-mod tal-operat standard għall-missjonijiet tal-IAEA, li ser jitwettqu minn esperti tal-IAEA u tal-Istati Membri. L-implimentazzjoni tat-tliet proġetti ser issir direttament mill-persunal tal-IAEA u/jew minn esperti jew kuntratturi magħżula mill-Istati Membri tal-IAEA. Fil-każ tal-kuntratturi, l-akkwist ta’ kwalunkwe prodott, xogħol jew servizz mill-IAEA fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kunsill ser jitwettaq f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli tal-IAEA.

6.   Parteċipanti Terzi

Il-proġetti ser jiġu ffinanzjati 100 % minn din id-Deċiżjoni. L-esperti mill-Istati Membri tal-IAEA jistgħu jitqiesu bħala parteċipanti terzi. Huma ser jaħdmu skont ir-regoli standard tal-operat għall-esperti tal-IAEA.


(1)  GOV/2003/49-GC(47)/9. Barra minn hekk, id-dokument: “Miżuri sabiex Tissaħħaħ il-Kooperazzjoni Internazzjonali fis-Sikurezza Nukleari, tar-Radjazzjoni u tat-Trasport u tal-Immaniġġar tal-Iskart: Promozzjoni ta’ Infrastruttura Regolatorja Nazzjonali Effettiva u Sostenibbli għall-Kontoll tas-Sorsi ta’ Radjazzjoni” (GOV/2004/52-GC(48)/15) jinkludi partijiet li huma rilevanti għall-kooperazjoni bejn l-IAEA u l-UE taħt l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva. Dawn l-attivitajiet huma riflessi wkoll fl-“Attivitajiet li Jappoġġaw is-Sigurtà Nukleari” fil-Pjan għas-Sigurtà Nukleari tal-IAEA għall-2006-2009.

(2)  F’Settembru 2005, il-Bord ta’ Regolaturi tal-IAEA ddeċieda li sabiex tissaħħaħ is-sistema ta’ salvagwardja, l-hekk imsejjaħ “protokoll għal kwantitajiet żgħar” (PQŻ) għall-ftehimiet ta’ salvagwardja tat-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP) għandu jibqa’ parti mis-sistema ta’ salvagwardja tal-IAEA, soġġett għall-modifikazzjonijiet fit-test standard u għall-bidla fil-kriterji tal-PQŻ; fl-2005, il-Konferenza Ġenerali tal-IAEA adottat riżoluzzjoni li fiha nnutat, fost oħrajn, li fil-każ ta’ Stat bi ftehim komprensiv ta’ salvagwardja issupplimentat bi protokoll addizzjonali fis-seħħ, dawn il-miżuri jirrappreżentaw l-istandard imsaħħaħ ta’ verifika ta’ dak l-Istat.

(3)  PESK/2004/022/IAEA I, PESK/2005/020/IAEA II, PESK/2006/029/IAEA III kif ukoll PESK/2008/020/IAEA IV.

(4)  PESK/2004/022/IAEA I, PESK/2005/020/IAEA II, PESK/2006/029/IAEA III kif ukoll PESK/2008/020/IAEA IV.


1.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Settembru 2010

dwar l-importazzjoni ta’ oġġetti bla dazju maħsuba li jitqassmu jew li jkunu disponibbli bla ħlas għall-vittmi tal-għargħar li seħħew fil-Polonja f’Mejju 2010

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 6624)

(it-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)

(2010/586/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba mill-Gvern tal-Polonja datata t-2 ta’ Ġunju 2010, li qiegħda tfittex li tagħmel disponibbli l-importazzzjoni mingħajr dazju ta’ oġġetti għal vittmi tal-għargħar li seħħew fil-Polonja, f’Mejju tal-2010,

Billi:

(1)

Għargħar jikkostitwixxu diżastri fi ħdan it-tifsira tat-Titolu XVII C tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009; filwaqt li hemm konsegwentatment raġuni biex tiġi awtorizzata l-importazzjoni mingħajr dazju ta’ oġġetti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 74 sa 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 imsemmi hawn fuq.

(2)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiġi infurmata kif inhu xieraq bl-użu tal-oġġetti li ġew ammessi mingħajr dazju, il-Gvern tal-Polonja jrid jikkomunika l-miżuri li ttieħdu biex jostakolaw tali oġġetti importati mingħajr ħlas milli jkunu qegħdin jintużaw għal użu minbarra dak stipulat.

(3)

Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata wkoll bin-numru u n-natura tal-importazzjonijiet li jkunu saru.

(4)

Stati Membri oħra ġew ikkonsultati kif stipulat fl-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Oġġetti li ġew importati għal ċirkolazzjoni ħielsa minn organizzazzjonijiet tal-Istat jew minn organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet Pollakki kompetenti għall-fini li jqassmuhom mingħajr ħlas lill-vittmi tal-għargħar li seħħew f’Mejju 2010 fil-Polonja, jew li saru disponibbli mingħajr ħlas filwaqt li baqgħu proprjetà tal-organizzazzjonijiet kkonċernati se jiġu ammessi mingħajr dazju ta’ importazzjoni, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1) (a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009.

2.   L-oġġetti impurtati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa minn aġenziji ta’ assistenza sabiex jilħqu l-ħtiġijiet tagħhom matul il-perjodu tal-attività tagħhom għandhom ukoll ikunu ammessi bla dazju.

Artikolu 2

Il-Gvern tal-Polonja se jikkomunika lill-Kummissjoni l-lista ta’ organizzazzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 1(1), mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 3

Il-Gvern tal-Polonja se jikkomunika lill-Kummissjoni permezz ta’ kategorija wiesgħa tal-prodotti, l-informazzjoni kollha rigward in-natura u l-kwantitajiet tad-diversi oġġetti ammessi mingħajr dazju skont l-Artikolu 1, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 4

Il-Gvern tal-Polonja se jikkomunika lill-Kummissjoni l-miżuri li se jieħu biex jiżgura li l-Artikoli 78,79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 huma rispettati, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 5

L-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal importazzjonijiet magħmula fl-1 ta’ Mejju 2010 jew f’data warajha u mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2010.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.