ISSN 1725-5104 doi:10.3000/17255104.L_2010.242.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 53 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġislattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
||
|
|
|
|
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom |
|
|
|
2010/487/Euratom |
|
|
* |
||
|
|
2010/488/Euratom |
|
|
* |
||
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġislattivi
REGOLAMENTI
15.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 805/2010
tat-13 ta’ Settembru 2010
li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, manifatturati minn Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware Co. Ltd., Foshan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 452/2007 (2) (“ir-Regolament ikkontestat”), il-Kunsill impona dazji definittivi tal-anti-dumping li jvarjaw minn 9,9 % għal 38,1 % fuq l-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija, bis-saqajn jew mingħajrhom, b’wiċċ jew le minn fejn joħroġ il-fwar u/jew is-sħana u/jew l-arja, inkluż it-twavel għall-kmiem, u partijiet essenzjali minnhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ, u fejn tisserraħ il-ħadida, u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u l-Ukrajna. |
(2) |
Fit-12 ta’ Ġunju 2007, produttur esportatur Ċiniż li kkopera, jiġifieri Foshan Shunde Yongjian Housewares u Hardware Co. Ltd. (“Foshan Shunde”), ressaq rikors fil-Qorti Ġenerali (“il-Qorti ta’ Prim’Istanza” qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona) fejn talab għal revoka tar-Regolament (KE) Nru 452/2007 sa fejn jikkonċerna lill-appellant (3). |
(3) |
Fid-29 ta’ Jannar 2008, il-Qorti Ġenerali rriġettat ir-rikors ta’ Foshan Shunde. |
(4) |
Fit-3 ta’ April 2008, Foshan Shunde ressaq appell lill-Qorti tal-Ġustizzja fejn talab lill-Qorti biex twarrab is-sentenza tal-Qorti Ġenerali u talab għal revoka tar-Regolament (KE) Nru 452/2007 sa fejn jikkonċerna lill-appellant. |
(5) |
Fl-1 ta’ Ottubru 2009, l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha fil-każ C-141/08 P (“is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja”), warrbet is-sentenza preċedenti tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2008. Bis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li d-drittijiet ta’ Foshan Shunde li jiddifendi ruħu kienu milquta negattivament mill-ksur tal-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja rrevokat ir-Regolament ikkontestat minħabba li jimponi dazju tal-anti-dumping fuq l-importazzjoni tat-twavel għall-mogħdija mmanifatturati minn Foshan Shunde. |
(6) |
Il-Qorti Ġenerali, fil-każ T-2/95 (4) (“il-każ IPS”), għarfet li, fil-kawżi fejn proċedura tikkonsisti f’diversi fażijiet amministrattivi, ir-revoka ta’ waħda minn dawn il-fażijiet ma tannullax il-proċedura kollha. Il-proċedura kontra d-dumping hi eżempju ta’ proċedura li tikkonsisti f’diversi stadji. Konsegwentement, ir-revoka tar-Regolament ikkontestat fil-konfront ta’ parti waħda ma timplikax ir-revoka tal-proċedura sħiħa qabel l-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament. Barra minn dan, skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom l-obbligu li jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ottubru 2009. Dan jimplika wkoll il-possibbiltà li jiġu rimedjati l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għar-revoka tiegħu, filwaqt li jitħallew kif inhuma dawk il-partijiet mhux ikkontestati u li mhumiex afftettwati mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — kif ġie deċiż fil-kawża C-458/98 P (5) (“il-kawża ta’ appell IPS”). Għandu jitqies li apparti l-konklużjoni ta’ ksur tal-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet l-oħra kollha fir-Regolament ikkontestat jibqgħu validi b’mod awtomatiku sal-punt li l-Qorti tal-Ġustizzja ma laqgħet l-ebda talba li saret f’dan is-sens. |
(7) |
Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ottubru 2009, ġie ppubblikat avviż (6) dwar il-ftuħ mill-ġdid parzjali ta’ investigazzjoni tal-anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw, fost l-oħrajn, mill-RPĊ. Il-ftuħ mill-ġdid kien limitat għall-ambitu tal-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sa fejn tirrigwarda lil Foshan Shunde. |
(8) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bil-ftuħ mill-ġdid parzjali tal-investigazzjoni lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti li taf li huma kkonċernati, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi u lill-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jgħarrfu bil-miktub il-fehmiet tagħhom u li jitolbu li jinstemgħu fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż. |
(9) |
Il-partijiet kollha li għamlu din it-talba fil-limitu msemmi hawn fuq u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw l-opportunità li jagħmlu dan. |
(10) |
Ġew riċevuti rappreżentazzjonijiet minn żewġ produtturi esportaturi fl-RPĊ (waħda minnhom mill-parti kkonċernata direttament, jiġifieri Foshan Shunde), mill-industrija tal-Unjoni u minn żewġ importaturi mhux relatati. |
(11) |
Il-partijiet kollha kkonċernati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm ħsieb li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi tal-anti-dumping fuq Foshan Shunde. Ingħataw perjodu ta’ żmien li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara l-espożizzjoni tal-fatti. Ġew ikkunsidrati l-kummenti tal-partijiet, u, fejn xieraq, is-sejbiet ġew modifikati f’dan is-sens. |
B. L-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
1. Kumment preliminari
(12) |
Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li r-raġuni għaliex ġie rrevokat ir-Regolament ikkontestat kienet li l-Kummissjoni bagħtet il-proposta tagħha għall-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv lill-Kunsill qabel l-iskadenza mandatorja ta’ 10 ijiem stabbilita mill-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku għar-riċezzjoni tal-kummenti wara li jkun intbagħat dokument definittiv ta’ informazzjoni lill-partijiet interessati. |
2. Il-kummenti tal-partijiet interessati
(13) |
Il-produttur Foshan Shunde argumenta li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma teħtieġ ebda miżura ta’ implimentazzjoni. Skont il-kumpanija, il-ftuħ mill-ġdid huwa illegali għaliex ma hemm ebda dispożizzjoni speċifika fir-Regolament bażiku li tippermetti approċċ bħal dan u minħabba li tali ftuħ mill-ġdid ikun f’kunflitt mal-iskadenza statutorja ta’ 15-il xahar għat-tlestija ta’ investigazzjoni stabbilita bl-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku u mal-iskadenza ta’ 18-il xahar stabbilita bl-Artikolu 5.10 tal-Ftehim dwar l-anti-dumping tad-WTO. Il-produttur Foshan Shunde sostna li l-kawża tal-IPS ma setgħetx isservi ta’ preċedent minħabba li kienet ibbażata fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2423/88 tal-11 ta’ Lulju 1988 dwar il-ħarsien mill-importazzjoni ddampjata jew issussidjata minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea (7) (“ir-Regolament bażiku antik”), li taħtu ma kinux għadhom bdew japplikaw l-iskadenzi mandatorji. Il-produttur Foshan Shunde argumenta wkoll li jekk il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproċedi bl-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan għandu jsir abbażi tad-dokument definittiv ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni datat l-20 ta’ Frar 2007, fejn il-parti kienet attribwita Trattament Ekonomiku tas-Suq (“TES”) u ma nstab ebda dumping għal din il-kumpanija u mhux abbażi tad-dokument definittiv ta’ xandir ta’ informazzjoni rivedut tat-23 ta’ Marzu 2007, fejn il-Kummissjoni kkonfermat is-sejbiet provviżorji tagħha għal Foshan Shunde, fejn ma kellux jingħata t-TES u fejn il-marġini ta’ dumping kien ta’ 18,1 %. |
(14) |
Il-produttur esportatur Ċiniż l-ieħor, Zheijiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd. (“Zheijiang Harmonic”), ressaq għadd ta’ argumenti li essenzjalment kienu identiċi għal dawk imressqa minn Foshan Shunde, jiġifieri li ma teżisti ebda bażi legali għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċediment, u li ebda impożizzjoni mill-ġdid ta’ dazju tal-anti-dumping ma hi legalment possibbli wara l-limiti ta’ żmien stipulati mir-Regolament bażiku u mill-ftehim dwar l-anti-dumping tad-WTO. Qed jiġi argumentat ukoll li l-għoti mill-ġdid ta’ espożizzjoni rivdeuta tal-fatti u l-għoti ta’ perjodu ta’ żmien għal tweġiba skont ma jistipula l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku ma jistax jikkoreġi l-vjolazzjoni tad-drittijiet ta’ Zheijiang Harmonic biex jiddifendi ruħu, u lanqas l-impożizzjoni illegali tad-dazji. Il-produttur esportatur finalment ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kummissjoni ma setgħetx timponi mill-ġdid miżuri tal-anti-dumping abbażi tal-informazzjoni marbuta mal-2005, perjodu li jmur aktar minn erba’ snin qabel it-tnedija tal-ftuħ mill-ġdid parzjali tal-investigazzjoni, minħabba li dan ma jikkonformax mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku. Barra minn dan, Zheijang Harmonic argumenta li l-Kummissjoni ma setgħetx tiftaħ il-każ mill-ġdid minħabba li din kienet tilfet l-oġġettività u l-imparzjalità ladarba r-Regolament ikkontestat propost mill-Kummissjoni kien revokat parzjalment mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
(15) |
Iż-żewġ importaturi/produtturi mhux relatati tal-Unjoni ma ressqu ebda informazzjoni u dejta dwar il-merti legali tal-investigazzjoni mill-ġdid iżda għażlu li jenfasizzaw ir-rwol tagħhom bħala partijiet interessati fis-suq tat-twavel għall-mogħdija tal-UE. Wieħed minnhom ġibed ukoll l-attenzjoni għar-riperkussjonijiet fuq in-negozju tagħhom tar-revoka mill-Qorti tal-Ġustizzja u tal-ftuħ mill-ġdid parzjali tal-investigazzjoni sussegwenti. |
(16) |
L-Industrija tal-Unjoni argumentat li l-produtturi tal-UE għandhom iħallsu l-prezz għall-irregolarità identifikata mill-Qorti tal-Ġustizzja minħabba li sfaw mingħajr ebda protezzjoni mill-importazzjoni li nstabet li kienet iddampjata u kkawżat dannu. L-Industrija tal-Unjoni pproponiet li l-proċedura tkompli mill-istadju meta seħħet l-irregolarità min-naħa tal-Kummissjoni, jiġifieri fiż-żmien meta l-kumpanija Ċiniża kellha tressaq il-kummenti tagħha dwar id-dokument definittiv ta’ informazzjoni rivedut tat-23 ta’ Marzu 2007, meta kellha tittieħed deċiżjoni dwar il-kummenti tal-parti u tintbagħat lill-Kunsill proposta ġdida limitata għas-sitwazzjoni ta’ Foshan Shunde, bil-għan li jerġa’ jiddaħħal id-dazju tal-anti-dumping fuq l-importazzjoni tat-twavel għall-mogħdija prodotti minn Foshan Shunde. L-industrija tal-Unjoni lmentat ukoll li fl-imgħoddi kien ġie adottat approċċ simili (jiġifieri fis-sentenzi fil-kawża tal-IPS, il-kawża tal-appell tal-IPS, u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 235/2004 (8) adottat wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ C-76/00 P Petrotub SA and Republica SA v il-Kunsill). Barra minn dan, skont din il-parti, il-limitu ta’ żmien ta’ 15-il xahar tar-Regolament bażiku ma japplikax għall-emenda ta’ Regolament li jimponi dazji tal-anti-dumping sabiex jimplimenta sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
3. Analiżi tal-kummenti
(17) |
Ta’ min iżomm f’moħħu li l-Qorti tal-Ġustizzja irrifjutat l-argumenti sostanzjali kollha ta’ Foshan Shunde li jirreferu għall-merti tal-każ. Għaldaqstant, l-obbligu tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni hu ffukat fuq il-korrezzjoni tal-parti tal-proċedura amministrattiva fejn tkun seħħet l-irregolarità fl-investigazzjoni inizjali. |
(18) |
Id-dikjarazzjoni li l-introduzzjoni tal-iskadenzi (jiġifieri 15-il xahar u 18-il xahar rispettivament) biex jiġu konklużi l-investigazzjonijiet tal-anti-dumping ma tippermettix lill-Kummissjoni ssegwi l-approċċ li hu l-bażi tal-kawża tal-IPS instabet bla bażi. Qed jitqies li din l-iskadenza mhijiex rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Tabilħaqq, skadenza bħal din tirregola biss it-tlestija tal-investigazzjoni oriġinali minn dakinhar tat-tnedija sa dakinhar li tittieħed azzjoni definittiva, u ma tikkonċerna ebda azzjoni sussegwenti li kapaċi jkollha tittieħed, ngħidu aħna, b’riżultat ta’ reviżjoni ġudizzjarja. Barra minn hekk, huwa nnutat li kull interpretazzjoni oħra għandha tfisser li azzjoni legali li tirnexxi u li titressaq mill-industrija tal-Unjoni tkun mingħajr effett prattiku għal dik il-parti jekk ikun aċċettat li l-iskadenza tal-limitu taż-żmien għall-konklużjoni tal-investigazzjoni oriġinali ma tippermettix l-implimentazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan ma jkunx qed jikkonforma mal-prinċipju li l-partijiet kollha għandu jkollhom il-possibbiltà ta’ reviżjoni ġudizzjarja effettiva. |
(19) |
Ta’ min jiftakar ukoll li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tagħha fil-każijiet konġunti T-163/94 u T-165/94 (9) sostniet li lanqas l-iskadenza flessibbli applikabbli skont ir-Regolament bażiku l-antik ma setgħet tittawwal iktar mil-limiti raġonevoli, u sabet li investigazzjoni li taqbeż it-tliet (3) snin hija waħda twila wisq. Dan jikkuntrasta mal-kawża tal-IPS fejn l-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja seħħet seba’ snin wara t-tnedija tal-investigazzjoni oriġinali u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tinkludi ebda indikazzjoni li l-iskadenzi kienu ppreżentaw problema. |
(20) |
Għaldaqstant, huwa konkluż li l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku japplika għat-tnedija tal-proċedimenti u l-konklużjoni tal-investigazzjoni mibdija skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku biss, u mhux għall-ftuħ mill-ġdid parzjali ta’ investigazzjoni bil-għan li tiġi implimentata sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
(21) |
Din il-konklużjoni tikkonforma mal-approċċ adottat għall-implimentazzjoni tar-rapporti tal-bordijiet tad-WTO u tas-sentenzi tal-Korp tal-Appell fejn hu aċċettat li l-istituzzjonijiet jistgħu jemendaw nuqqasijiet f’regolament li jimponi dazji tal-anti-dumping sabiex dan jikkonforma mar-rapporti tal-korpi għal soluzzjoni għat-tilwim, inkluż f’każijiet li jikkonċernaw l-Unjoni (10). F’każijiet bħal dawn kien jinħass il-bżonn li jiġu adottati proċeduri speċjali biex jiġu implimentati rapporti tal-bordijiet tad-WTO u tas-sentenzi tal-Korp tal-Appell minħabba n-nuqqas ta’ applikabbiltà diretta ta’ dawn ir-rapporti fl-ordni legali tal-UE, u dan b’kuntrast mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li huma applikabbli direttament. |
(22) |
Dwar l-argumenti li tressqu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, huwa nnotat li ma seta’ jiġi stabbilit ebda ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku minħabba li l-Kummissjoni ma fetħitx proċediment ġdid iżda reġgħet fetħet l-investigazzjoni oriġinali biex tiġi implimentata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
(23) |
Dwar l-argument li Foshan Shunde għandu jirċievi d-dokument ta’ informazzjoni tal-20 ta’ Frar 2007 u mhux id-dokument ta’ informazzjoni rivedut tat-23 ta’ Marzu 2007, hu nnotat li b’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni għandha tikkoreġi l-irregolarità fil-proċedura. Din l-irregolarità amministrattiva ġrat biss meta Foshan Shunde ngħata inqas minn 10 ijiem biex jikkummenta dwar id-dokument ta’ informazzjoni rivedut. Għaldaqstant, il-validità tal-istadji preċedenti tal-investigazzjoni oriġinali ma kinitx affettwata mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u allura ma teħtiġx li tiġi riveduta fil-kuntest tal-ftuħ mill-ġdid parzjali ta’ bħalissa. |
4. Konklużjoni
(24) |
Wara li tqiesu l-kummenti magħmula mill-partijiet u l-analiżi tagħhom, ġie konkluż li l-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu l-għamla li jintbagħat mill-ġdid lil Foshan Shunde u l-partijiet l-oħrajn kollha interessati d-dokument definittiv ta’ informazzjoni rivedut tat-23 ta’ Marzu 2007 li abbażi tiegħu kien ġie propost li jiġi impost mill-ġdid dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tat-twavel għall-mogħdija manifatturati minn Foshan Shunde mir-Regolament ikkontestat. |
(25) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-Kummissjoni għandha tagħti lil Foshan Shunde u l-partijiet l-oħrajn kollha interessati żmien biżżejjed biex iwasslu kummenti dwar id-dokument definittiv ta’ informazzjoni rivedut tat-23 ta’ Marzu 2007, u mbagħad tevalwa kummenti bħal dawn sabiex tistabbilixxi jekk, abbażi tal-fatti marbuta mal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, għandhiex tagħmel proposta lill-Kunsill biex jimponi mill-ġdid id-dazju tal-anti-dumping fuq l-importazzjoni tat-twavel għall-mogħdija mmanifatturati minn Foshan Shunde. |
C. ESPOŻIZZJONI TAL-FATTI
(26) |
Il-partijiet interessati kienu infurmati bil-fatti essenzjali u bil-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tkun implimentata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
(27) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw opportunità biex jikkummentaw (bl-applikazzjoni tal-10 ijiem żmien preskritt fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku). Fejn kien f’loku, il-kummenti tagħhom tqiesu u ttieħdu f’kunsiderazzjoni iżda dawn ma kinux ta’ natura li jbiddlu l-konklużjonijiet. |
(28) |
Foshan Shunde u l-partijiet interessati l-oħrajn kollha rċevew id-dokument definittiv ta’ xandir ta’ informazzjoni rivedut datat it-23 ta’ Marzu 2007 li abbażi tiegħu kien propost li jkun impost mill-ġdid id-dazju tal-anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija minn Foshan Shunde, abbażi tal-fatti marbuta mal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. |
(29) |
Foshan Shunde u l-partijiet interessati l-oħrajn kollha ngħataw opportunità biex jikkummentaw fuq dan id-dokument definittiv ta’ informazzjoni rivedut. Tqiesu l-argumenti mressqa oralment u bil-miktub, u fejn kien il-każ ittieħed kont tagħhom. Fid-dawl tal-kummenti li saru, jista’ jkun osservat dan li ġej. L-azzjoni meħuda f’dan ir-Regolament hija bbażata fuq il-fatt li fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ġie enfasizzat li l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ma jistax jiġi interpretat b’mod li jobbliga lill-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill miżuri definittivi li jkomplu jirrepetu żball valutattiv magħmul fil-valutazzjoni oriġinali tal-kriterji sostantivi ta’ dik id-dispożizzjoni (11). Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet dan il-kumment b’relazzjoni ma’ żball għad-detriment tal-applikant f’dak il-każ, huwa ċar li din l-interpretazzjoni trid tiġi applikata fuq kull naħa, hekk li lanqas m’għandu jibqa’ jirrepeti ruħu żball għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Kif intqal fid-dokument finali ta’ informazzjoni rivedut tat-23 ta’ Marzu 2007 u fid-dokument speċifiku ta’ informazzjoni rivedut tal-istess data, u f’ittri preċedenti mill-Kummissjoni lill-applikant li fuqhom huma bbażati dawk id-dokumenti, Foshan Shunde m’għandux jingħata t-TES minħabba li l-prassi tiegħu ta’ kontabbiltà kellha bosta nuqqasijiet u għaldaqstant ma kinitx tikkonforma mal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà. Din il-vjolazzjoni tat-tieni kriterju fl-Artikolu 2(7) ma tistax tiġi rimedjata bl-istatistika li hemm referenza għaliha fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 12 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-approċċ li kien tqies oriġinarjament fid-dokument finali ta’ informazzjoni tal-20 ta’ Frar 2007, għaldaqstant, għandu jiġi kkwalifikat bħala żball li jrid jiġi kkorreġut. Fl-interess tal-ħarsien tal-industrija tal-Unjoni mid-dumping, id-dazju tal-anti-dumping li jirriżulta fuq l-applikant għandu jkun impost mill-ġdid mill-aktar fis. |
(30) |
Wara l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li ssir rakkomandazzjoni għall-impożizzjoni mill-ġdid ta’ dazji definittivi anti-dumping, produttur esportatur Ċiniż wieħed ippropona impenn għall-prezz skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, din l-offerta ta’ impenn naqset milli tipprovdi xi rimedju għall-problemi diġà msemmija fil-premessa 68 tar-Regolament ikkontestat, jiġifieri l-ħtieġa li jiġu stabbiliti prezzijiet tal-importazzjoni sinifikanti minimi għal kull wieħed mill-għadd imdaqqsa ta’ tipi ta’ prodott li jistgħu jiġu sorveljati sewwa mill-Kummissjoni mingħajr riskju serju ta’ ksur. Barra minn dan, l-offerta ta’ impenn għall-prezz jew issuġġeriet prezz minimu wieħed medju li jkopri biss tip wieħed ta’ prodott esportat lejn l-Unjoni, jew għadd ta’ prezzijiet tal-importazzjoni minimi għal darb’oħra bbażati fuq il-prezzijiet medji differenzjati għal kumbinazzjonijiet ta’ ċerti prodotti. Aktar minn hekk, il-kumbinazzjonijiet kollha proposti għal prezz tal-importazzjoni minimu kien ferm aktar baxx mill-ogħla prezzijiet tal-esportazzjoni stabbiliti. Abbażi ta’ li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni kienet li dan l-impenn mhux prattiku u għalhekk ma jistax jiġi aċċettat. Il-parti ġiet infurmata b’dan u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. Madankollu, il-kummenti tagħha ma biddlux il-konklużjoni ta’ hawn fuq. |
D. DEWMIEN TAL-MIŻURI
(31) |
Din il-proċedura ma jaffettwax id-data li fiha se jiskadu l-miżuri imposti mir-Regolament ikkontestat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’dan huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ twavel għall-mogħdija, bis-saqajn jew mingħajrhom, b’wiċċ jew le minn fejn joħroġ il-fwar u/jew is-sħana u/jew l-arja, inkluż it-twavel għall-kmiem, u partijiet essenzjali minnhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ, u fejn tisserraħ il-ħadida, u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3924 90 00, ex 4421 90 98, ex 7323 93 90, ex 7323 99 91, ex 7323 99 99, ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00 (il-kodiċi TARIC 3924900010, 4421909810, 7323939010, 7323999110, 7323999910, 8516797010 u 8516900051) u li huma mmanifatturati minn Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware Co. Ltd., Foshan (il-kodiċi addizzjonali TARIC A785).
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv li tapplika għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, eskluż id-dazju, se tkun 18,1 %.
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 109, 26.4.2007, p. 12.
(3) Il-Każ T-206/07 Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware v il-Kunsill.
(4) Il-Każ T-2/95 Industrie des poudres sphériques (IPS) v il-Kunsill [1998] ECR II-3939.
(5) Il-Każ C-458/98 P Industrie des poudres sphériques (IPS) v il-Kunsill [2000] ECR I-08147.
(6) ĠU C 308, 18.12.2009, p. 44.
(8) ĠU L 40, 12.2.2004, p. 11.
(9) Każijiet konġunti T-163/94 u 165/94 NTN Corporation u Koyo Seiko Co. Ltd v il-Kunsill [1995] ECR II-01381.
(10) Id-Dazji Anti-dumping tal-Komunitajiet Ewropej fuq l-Importazzjoni ta’ Cotton-Tyle Bed Linen mill-Indja: Rikors għall-Artikolu 21.5 tad-DSU mill-Indja WT/DS141/AB/RW (8 ta’ April 2003), paragrafi 82-86.; Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10); Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 436/2004 tat-8 ta’ Marzu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1784/2000 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jirregola l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi jew pajpijiet tal-ħadid fondut malleabbli li jkunu ġejjin mill-Brażil, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 15) wara Rapporti adottati mill-Korp għar-Riżoluzzjoni tad-Disputi tad-WTO.
(11) Paragrafu 111 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.
15.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 806/2010
tat-13 ta’ Settembru 2010
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 fir-rigward tal-għoti ta’ eżenzjoni mill-miżuri imposti taħt dawk ir-Regolamenti lil esportatur Iżraeljan wieħed ta’ film tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li jorġina mill-Indja u li jtemm ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mingħand dak l-esportatur
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku tal-antidumping”) u b’mod partikolari l-Artikoli 11(4) u 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidji”) u b’mod partikolari l-Artikoli 20, 23(5) u (6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ
(1) |
Il-Kunsill, bir-Regolamenti (KE) Nru 1676/2001 (3) u Nru 2597/1999 (4) impona miżuri tal-antidumping u ta’ kontra s-sussidju rispettivament fuq il-film tal-PET li joriġina, fost oħrajn, mill-Indja (“il-miżuri oriġinali”). Bir-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 (5) u (KE) Nru 1976/2004 (6), il-Kunsill estenda dawn il-miżuri għall-film tal-PET mibgħuta mill-Iżrael u mill-Brażil (“il-miżuri estiżi”) ħlief għall-importazzjonijiet prodotti minn kumpanija Brażiljana waħda, Terphane Ltd, u kumpanija Iżraeljana waħda, Jolybar Ltd, imsemmija speċifikament f’kull wieħed min dawk ir-Regolamenti. |
(2) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 101/2006 (7) il-Kunsill emenda r-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 u (KE) Nru 1976/2004 biex jeżenta kumpanija waħda oħra Iżraeljana, Hanita Coatings Rural Cooperative Association Ltd, mill-miżuri estiżi. |
(3) |
Wara reviżjoni dwar l-iskadenza tal-miżuri tal-antidumping, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007 (8), impona dazju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-film tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġina mill-Indja u żamm l-estenzjoni ta’ dak id-dazju fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mill-Brażil u mill-Iżrael, sew jekk ikunx iddikjarat li oriġinaw mill-Brażil jew l-Iżrael u sew jekk ma jkunx, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti produtturi speċifikati fl-Artikoli 2(4) ta’ dak ir-Regolament (“il-miżuri antidumping fis-seħħ”). |
(4) |
Wara reviżjoni dwar l-iskadenza tal-miżuri kompensatorji, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 367/2006 (9) impona dazju kompensatorju fuq importazzjonijiet tal-film tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġina mill-Indja u żamm l-estenzjoni ta’ dak id-dazju fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mill-Brażil u mill-Iżrael, sew jekk ikunx iddikjarat li oriġinaw mill-Brażil jew l-Iżrael u sew jekk ma jkunx, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti produtturi speċifikati fl-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament (“il-miżuri kompensatorji fis-seħħ”). Il-miżuri tal-antidumping fis-seħħ u l-miżuri kompensatorji fis-seħħ minn hawn ’il quddiem ser jissemmew flimkien bħala “il-miżuri tal-antidumping u dawk kompensatorji fis-seħħ”. |
(5) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 ġew emendati l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 15/2009 (10). |
B. L-INVESTIGAZZJONI ATTWALI
1. Talba għal reviżjoni
(6) |
Il-Kummissjoni sussegwentement rċeviet talba għal eżenzjoni mill-miżuri estiżi skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku tal-antidumping u l-Artikoli 20, 23(5) u 23(6) tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidji. L-applikazzjoni ġiet ippreżentata minn S.Z.P. Plastic Packaging Products Ltd (“SZP”), produttur fl-Iżrael (“il-pajjiż ikkonċernat”). |
2. Il-bidu tar-reviżjoni
(7) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza ppreżentata minn SZP u kkunsidratha biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku tal-antidumping u l-Artikoli 20, 23(5) u 23(6) tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidji bil-għan li tiddetermina l-possibbiltà li teżenta lil SZP mill-miżuri estiżi. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, u wara li l-industrija tal-Unjoni kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (UE) Nru 6/2010 (11) (“ir-Regolament ta’ bidu”), bdiet revizjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 fir-rigward ta’ SZP. |
(8) |
Ir-Regolament li ta bidu għar-reviżjoni ħassar id-dazju antidumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1292/2007 fir-rigward tal-importazjonijiet tal-prodott taħt l-investigazzjoni mibgħut mill-Iżrael minn SZP. Fl-istess ħin, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku tal-antidumping, l-awtoritajiet doganali kienu ordnati jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw dawn l-importazzjonijiet. |
3. Il-prodott ikkonċernat
(9) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak definit fir-regolamenti li imponew il-miżuri oriġinali, il-film tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġina mill-Indja, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 (“il-prodott ikkonċernat”). |
(10) |
Huwa kkunsidrat li l-film tal-PET mibgħuta mill-Iżrael għall-Unjoni taħt il-kodiċi NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 (“il-prodott taħt reviżjoni”) għandu l-istess karatteristiċi tekniċi, fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użu bħall-prodott ikkonċernat. Għalhekk, huwa meqjus bħala prodott simili fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku tal-antidumping u l-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidji. |
4. L-investigazzjoni
(11) |
Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-SZP u lir-rappreżentanti tal-pajiż ikkonċernat bil-bidu tar-reviżjoni. Partijiet interessati ġew mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom u kienu mgħarrfa bil-possibbiltà li jitolbu smigħ. Madankollu, din it-talba ma saritx. |
(12) |
Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lil SZP u rċeviet tweġiba fil-limitu taż-żmien stipulat. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għall-iskop tar-reviżjoni. Saret żjara ta’ verifika fil-bini ta’ SZP. |
5. Il-perijodu ta’ investigazzjoni
(13) |
L-investigazzjoni kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 (‘il-PI’). Id-data nġabret mill-2006 sal-aħħar tal-PI biex tkun investigata kull bidla fix-xejra tal-kummerċ. |
C. IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI
(14) |
L-investigazzjoni kkonfermat li SZP ma kinitx esportat il-prodott taħt reviżjoni lill-Unjoni Ewropea matul il-perijodu tal-investigazzjoni li wassal għall-miżuri estiżi, jiġifieri l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2003. L-ewwel esportazzjoni tal-prodott taħt ir-reviżjoni minn SZP saret wara l-estensjoni tal-miżuri għal, fost oħrajn, l-Iżrael. |
(15) |
Barra dan, skont l-evidenza dokumentata ppreżentata, SZP kienet kapaċi turi b’mod sodisfaċenti li hija ma kellha l-ebda rabta diretta jew indiretta ma’ xi wieħed mill-produtturi esportaturi Indjani jew ma’ kumpaniji Iżraeljani soġġetti għall-miżuri tal-antidumping u dawk kumpensatorji li hemm fis-seħħ. |
(16) |
Kif issemma diġà fil-premessa 14, SZP ma esportatx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni sa wara li ntemm il-perijodu ta’ investigazzjoni li wassal għall-miżuri estiżi. SZP timmanifattura l-film PET u tbiegħha jew tużaha biex tipproduċi sensiela ta’ prodotti tal-imballaġġ. |
(17) |
Il-materja prima ta’ oriġini Indjana tintuża, fost oħrajn, minn SZP biex timmanifattura l-film tal-PET esportata lejn l-Unjoni, iżda dan ma kienx meqjus bħala proċess li jinvolvi l-evażjoni tal-liġi. Il-materja prima Indjana kienet biss parti żgħira tal-materja prima mixtrija bil-prezz tas-suq minn SZP u kienet imħallta ma’ materja prima oħra li kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom mixtrijin internament. Il-produttur Indjan tal-materja prima hija kumpanija li ilha żmien twil tissupplixxi lil SZP. |
(18) |
Barra minn hekk, ma nstabet ebda prova li SZP kienet qiegħda tixtri l-flim PET lest mill-Indja biex terġa’ tbiegħu jew tittrasbordah għall-Unjoni Ewropea. |
D. EMENDA GĦALL-MIŻURI TAĦT REVIŻJONI
(19) |
B’konformità mas-sejbiet imsemmija hawn fuq, li SZP ma kenitx qed tipprattika l-evażjoni, il-kumpanija għandha tiġi eżentata mill-miżuri tal-antidumping u dawk kumpensatorji fis-seħħ. |
(20) |
Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-film tal-PET mibgħut mill-Iżrael min-naħa ta’ SZP, kif impost mir-Regolament tal-bidu, għandha tintemm. Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku tal-antidumping, li jipprevedi li għandhom ikunu applikati miżuri kontra l-importazzjoni rreġistrata mid-data tar-reġistrazzjoni, u minħabba l-eżenzjoni tal-kumpanija mill-miżuri, m’għandu jinġabar ebda dazju tal-antidumping fuq importazzjonijiet tal-flim tal-PET mibgħuta mill-Iżrael min-naħa ta’ SZP li daħal fl-Unjoni taħt ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tal-bidu. |
(21) |
Fir-rigward tal-miżuri kompensatorji, billi SZP instabet li ma kenitx qed tevita l-miżuri fis-seħħ, l-eżenzjoni għandha tibda tgħodd mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 6/2010 skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidji. Ir-rimborż jew l-eżenzjoni jridu jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġislazzjoni doganali applikabbli. |
(22) |
L-eżenzjoni mill-miżuri estiżi mogħtija lill-film tal-PET maħdum minn SZP għandha, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku tal-antidumping u l-Artikolu 23(6) tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidji, tibqa’ valida bil-kundizzjoni li l-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-eżenzjoni u li ma jkunx stabbilit, pereżempju, li l-eżenzjoni kienet ingħatat abbażi ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa ppreżentata mill-kumpanija kkonċernata. Jekk l-evidenza prima facie turi mod ieħor, jista’ jingħata bidu għal investigazzjoni mill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit jekk ikunx iġġustifikat li l-eżenzjoni tiġi rtirata. |
(23) |
L-eżenzjoni mill-miżuri estiżi fuq l-importazzjonijiet tal-flim tal-PET mingħand SZP ġiet stabbilita abbażi tas-sejbiet tar-reviżjoni attwali. Din l-eżenzjoni għalhekk tapplika esklussivament għall-importazzjonijiet tal-film tal-PET mibgħut mill-Iżrael u maħdum minn dik l-entità ġuridika speċifika. Il-flim tal-PET importat li nħadem jew intbagħat minn kwalunkwe kumpanija mhux imsemmija b’mod speċifiku fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007 u l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 367/2006 b’isimha u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet konnessi ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju residwali kif imposta minn dawk ir-Regolamenti. |
E. IL-PROĊEDURA
(24) |
SZP u l-partijiet interessati l-oħrajn kollha ġew mgħarrfin bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tingħata eżenzjoni lil SZP mill-miżuri estiżi. Ma ntbagħat ebda kumment, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1292/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 2(4), il-kumpanija li ġejja hija miżjuda mal-lista ta’ kumpaniji li jipproduċu l-film tat-tereftalat tal-polietilene fil-Brażil u fl-Iżrael u li l-importazzjonijiet tagħhom tal-film tat-tereftalat tal-polietilene huma eżentati mill-applikazzjoni tad-dazju residwali definittiv tal-antidumping estiż:
“S.Z.P. Plastic Packaging Products Ltd, PO Box 53, Shavei Zion, 22086 Israel (Kodiċi addizzjonali TARIC A964)”.
2. Ir-Regolament (KE) Nru 367/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 1(3), il-kumpanija li ġejja hija miżjuda mal-lista ta’ kumpaniji li jipproduċu l-film tat-tereftalat tal-polietilene fil-Brażil u fl-Iżrael u li l-importazzjonijiet tagħhom tal-film tat-tereftalat tal-polietilene huma eżentati mill-applikazzjoni tad-dazju definittiv kompensatorju estiż:
“S.Z.P. Plastic Packaging Products Ltd, PO Box 53, Shavei Zion, 22086 Israel (Kodiċi addizzjonali TARIC A964)”.
Artikolu 2
Id-dazji kompensatorji li jkunu nġabru wara s-7 ta’ Jannar 2010 taħt l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 367/2006 fuq l-importazzjonijiet minn S.Z.P. Plastic Packaging Products Ltd għandhom jintraddu lill-importatur jew l-importaturi kkonċernati. Għandhom jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali r-rimborż jew l-eżenzjoni skont il-leġislazzjoni doganali applikabbli.
Artikolu 3
L-awtoritajiet doganali b’dan huma mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 6/2010. M’għandu jinġabar ebda dazju tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet irreġistrati b’dan il-mod.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(2) għandu japplika mis-7 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(3) ĠU L 227, 23.8.2001, p. 1.
(4) ĠU L 316, 10.12.1999, p. 1.
(5) ĠU L 342, 18.11.2004, p. 1.
(6) ĠU L 342, 18.11.2004, p. 8.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007 tat-30 ta’ Ottubru 2007 li jimponi dazju defenittiv ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene(PET) li joriġinaw fl-Indja, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, u li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 tas-27 ta’ Frar 2006 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina fl-Indja wara reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 (ĠU L 68, 8.3.2006, p. 15).
15.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 807/2010
tal-14 ta’ Settembru 2010
li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta’ ikel mill-ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni
(kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(g) u (h) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 tad-29 ta’ Ottubru 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Il-proċedura u r-regoli li jwaqqfu l-pjan ta’ tqassim annwali għall-prodotti minn ħażniet ta’ intervent stipulati mill-Kummissjoni fuq informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri jeħtieġu li jiġu simplifikati u l-orarju irid jiġi adattat fid-dawl tal-ħtiġijiet ta’ tqassim lid-destinatarji u l-ħtieġa ta’ ġestjoni finanzjarja tal-ħażniet ta’ intervent pubbliku. |
(3) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni aktar standardizzata fl-Istati Membri li qed jipparteċipaw f’din l-azzjoni, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kunċett ta’ “benefiċjarji” jew ta’ “destinatarji finali” tal-miżura. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni kif ukoll il-kontroll tal-implimentazzjoni tal-pjan annwali, huwa xieraq li jiġi previst li l-organizzazzjonijiet tal-karità maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jitqiesu bħala destinatarji finali meta huma jiżguraw it-tqassim effettiv tal-oġġetti tal-ikel fil-livell lokali fejn jgħixu l-persuni l-aktar fil-bżonn, taħt ċerti forom. |
(4) |
Il-forniment ta’ prodotti agrikoli u ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni normalment jolqot prodotti pproċessati jew ippakkjati minn prodotti miġbura mill-ħażniet ta’ intervent tal-Unjoni. Iżda, l-għan jista’ jinkiseb ukoll bil-forniment ta’ prodotti agrikoli u ikel ġejjin mill-istess kategorija ta’ prodotti li jitpoġġew fis-suq tal-Unjoni. F’każijiet bħal dawn jagħmel tajjeb għall-forniment l-irtirar jew trasferiment ta’ prodotti mill-ħażniet ta’ intervent. |
(5) |
Biex ikunu jistgħu jiġu ttrattati sitwazzjonijiet li fihom ċerti prodotti bażiċi jkunu temporanjament mhux disponibbli f’ħażniet ta’ intervent fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ pjan annwali jew matul l-implimentazzjoni tiegħu, l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-prodotti konċernati jistgħu jkunu mobilizzati fis-suq tal-Unjoni, għalkemm biss taħt kondizzjonijiet li ma jkunux f’kunflitt mal-prinċipju ta’ provvista minn ħażniet ta’ intervent. Ir-regoli għal tali mobilizzazzjoni għandhom jiġu determinati. |
(6) |
Biex ikun hemm konformità mal-prinċipju li għandha tingħata prijorità lil ħażniet ta’-intervent waqt il-mobilizzazzjoni ta’ prodotti biex jissupplixxu lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni, għandha tkun żgurata l-aħjar distribuzzjoni ta’ ħażniet pubbliċi eżistenti bejn l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskema meta l-pjan ikun adottat u operazzjonijiet ta’ trasferiment ġewwa l-Unjoni magħmula neċessarja minn nuqqas ta’ disponibbiltà tal-prodotti mitluba fi Stat Membri wieħed jew aktar għandhom ikunu koordinati.Għall-iskopijiet li jkun applikat l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/700, limitu ta’ kwantità minima għandu jkun iffissat wkoll li taħtu, għal raġunijiet ta’ amministrazzjoni ekonomika tajba, ma jistgħux ikunu implimentati trasferimenti ġewwa l-Unjoni. |
(7) |
Biex titħalla amministrazzjoni għaqlija tal-iskema u biex tkun organizzata l-implimentazzjoni tal-pjan annwali tal-Unjoni, ikun xieraq, l-ewwel nett, li jkunu stabbiliti, meta dak il-pjan ikun qed jiġi adottat, il-prodotti li għalihom l-indisponibbiltà temporanja tagħhom tiġġustifika l-mobilizzazzjoni fuq is-suq tal-istess prodott jew prodott fl-istess kategorija, u t-tieni nett li tiġi ffissata l-allokazzjoni finanzjarja li għandha tkun magħmula disponibbli lill-Istati Membri għal dan il-għan. Biex ikunu sodisfatti l-għanijiet fuq imsemmija, dik l-allokazzjoni għandha ssir fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet mdaħħla mill-Istat Membru għall-pjan annwali, il-kwantitajiet tal-prodotti mhux disponibbli fil-ħażniet ta’ intervent u l-allokazzjonijiet magħmula matul is-snin finanzjarji ta’ qabel u l-użu effettiv tagħhom. |
(8) |
Bl-istess għan li tingħata prijorità għall-użu ta’ ħażniet ta’ intervent, għandu jkun preskritt li fornimenti li jużaw prodotti li għandhom jiġu rtirati minn dawk il-ħażniet għandhom ikunu allokati qabel ma jibdew operazzjonijiet għal mobilizzazzjoni ta’ prodotti tal-istess kategorija fis-suq tal-Unjoni. |
(9) |
Għandhom jinkisbu l-aħjar kondizzjonijiet biex jitwettqu t-tipi differenti ta’ forniment u għandu jkun speċifikat li sejħiet għall-offerti għandhom ikunu ppubblikati biex jiżguraw li l-operaturi kollha stabbiliti fl-Unjoni jkollhom aċċess ugwali. |
(10) |
Għandu jiġi dikjarat espliċitament li dawn is-sejħiet għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa dwar il-konsenja tal-fornimenti u għandha tiġi prevista l-possibbiltà li jiġi aġġustat il-ħlas għalihom ibbażat fuq il-konformità jew le mal-ħtiġiet preskritti. |
(11) |
Il-prodotti li għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet ta’ intervent fil-kuntest tal-pjan annwali jistgħu jiġu fornuti fi stat mhux ipproċessat jew ipproċessat għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel, jew jistgħu jiġu rtirati bħala ħlas għall-forniment jew għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel immobilizzati fis-suq tal-Unjoni. Għal dan it-tip ta’ forniment tal-aħħar, għandhom jiġu speċifikati l-prodotti disponibbli fil-ħażniet ta’ intervent li jistgħu jiġu rtirati bi ħlas għall-manifattura ta’ prodotti taċ-ċereali, ta’ prodotti abbażi ta’ ross u ta’ prodotti tal-ħalib. |
(12) |
Biex jitwieġbu aħjar il-bżonnijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-karità u biex titwessa’ l-firxa ta’ prodotti tal-ikel fornuti, ikun xieraq li jiġi speċifikat li l-prodotti minn ħażniet ta’ intervent jistgħu jiġu inkorporati, taħt ċerti kundizzjonijiet, fi prodotti oħra għall-għanijiet tal-manifattura tal-ikel. |
(13) |
Il-kondizzjonijiet tal-ħlas lura lill-organizzazzjonijiet tal-karità ta’ spejjeż minfuqa fuq it-trasport ta’ prodotti u ukoll, fejn xieraq, spejjeż ta’ amministrazzjoni għandhom jiġu stabbiliti, fil-limiti tal-fondi disponibbli. Ir-regoli biex jiddaħħal fil-kontijiet il-valur ta’ prodotti rtirati mill-ħażniet ta’ intervent għall-għanijiet tal-infiq mill- Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għandhom ukoll jiġu stipulati, flimkien mar-regoli li għandhom jiġu applikati f’każ illi l-ħażniet jiġu ttrasferiti minn Stat Membru għal ieħor. |
(14) |
L-ispejjeż tat-trasport għandhom jitħallsu lura fuq il-bażi tal-ispejjeż reali debitament ġustifikati stabbiliti fuq il-bażi ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Għandu jiġi speċifikat, iżda, li l-ħlas lura tal-ispejjeż tat-trasport bejn l-imħażen tal-organizzazzjoni tal-karità u l-post tad-distribuzzjoni finali huwa effetwat fuq il-bażi ta’ prova sostnuta. |
(15) |
Sabiex tkun assigurata utilizzazzjoni mtejba tar-riżorsi disponibbli, għandu jkun speċifikat li fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu l-ispejjeż tat-trasport joħolqu l-ħtieġa ta’ pagamenti fil-għamla ta’ prodotti. |
(16) |
Jeħtieġ li jiġu speċifikati t-tipi ta’ kontrolli li huma l-aktar xierqa fl-ambitu tal-implimentazzjoni tal-pjan annwali, b’mod partikolari r-rata ta’ kontrolli li jridu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti. Ir-rapporti annwali tal-implimentazzjoni tal-pjan iridu jinkludu d-dejta li tippermetti li jiġu ddeterminati r-riżultati ta’ dawn il-kontrolli u b’hekk tal-eżekuzzjoni tal-azzjoni. |
(17) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Stati Membri li jixtiequ japplikaw il-miżuri previsti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 f’isem il-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kull sena mhux aktar tard mill-1 ta’ Frarqabel il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan annwali msemmi fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.
2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar:
(a) |
il-kwantitajiet ta’ kull tip ta’ prodott (f’tunnellati) meħtieġa biex jiġi implimentat il-pjan fuq it-territorju tagħhom għas-sena inkwistjoni; |
(b) |
il-forma li fiha l-prodotti għandhom jitqassmu lid-destinatarji; |
(c) |
il-kriterji ta’ eliġibbiltà tad-destinatarji; |
(d) |
ir-rata tat-tariffa, jekk ikun hemm, li tista’ tiġi mitluba lid-destinatarji skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
3. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, “il-persuni l-aktar fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi jew familji jew gruppi magħmula minn dawn il-persuni, li għandhom qagħda ta’ dipendenza soċjali u finanzjarja stabbilita jew rikonoxxuta fuq il-bażi ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà adottati mill-awtoritajiet kompetenti, jew determinata fuq il-bażi tal-kriterji użati mill-organizzazzjonijiet tal-karità u li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 2
1. Qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena l-Kummissjoni għandha tadotta pjan annwali għat-tqassim ta’ ikel għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn, imqassam skont l-Istat Membru konċernat, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“pjan”. Għall-għanijiet li jkunu allokati r-riżorsi bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha l-aħjar stimi tan-numru tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Istati Membri kkonċernati. Għandha tagħti każ ukoll ta’ kif twettqu l-operazzjonijiet u l-użu li għalihom tpoġġew riżorsi matul is-snin finanzjarji ta’ qabel, fuq il-bażi b’mod partikolari tar-rapporti previsti fl-Artikolu 11.
2. Qabel ma jiġi mfassal il-pjan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-organizzazzjoniet prinċipali midħla tal-problemi tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni.
3. Il-pjan għandu jinkludi b’mod partikolari:
(a) |
għal kull wieħed mill-Istati Membri li japplika l-miżura, li ġej:
|
(b) |
l-approprjazzjonijiet meħtieġa biex ikopru l-ispejjeż ta’ trasferiment ġewwa l-Unjoni tal-prodotti ta’ intervent miżmuma minn aġenzija ta’ intervent fi Stat Membru minbarra dak fejn il-prodott hu meħtieġ. |
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-pjan kemm jista’ jkun malajr.
Artikolu 3
1. Il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan għandu jibda fl-1 ta’ Ottubru u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara.
2. L-irtirar tal-prodotti mill-ħażniet ta’ intervent għandu jseħħ mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara, fuq bażi regolari u skont ir-rekwiżiti tal-implimentazzjoni tal-pjan.
70 % tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(a)(ii) għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet qabel l-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan. Madankollu, dan l-obbligu ma japplikax għall- li jinvolvu kwantitajiet anqas minn jew ugwali għal 500 tunnellata. Il-kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew irtirati mill-ħażniet ta’ intervent fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan ma għandhomx jibqgħu allokati lill-Istat Membru ddeżinjat fil-qafas tal-pjan ikkonċernat.
Madankollu, fil-każ tal-butir u l-ħalib tat-trab xkumat, 70 % tal-prodotti għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet ta’ intervent qabel l-1 ta’ Frar tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan. Dan l-obbligu ma japplikax għall-allokazzjonijiet li jinvolvu kwantitajiet anqas minn jew ugwali għal 500 tunnellata.
F’każ li jinqabżu t-termini ta’ żmien previsti mill-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi, l-ispejjeż tal-ħżin tal-prodotti ta’ intervent ma jibqgħux jitħallsu mill-Unjoni. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-prodotti li ma ġewx irtirati mill-ħażniet ta’ intervent fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan.
Il-prodotti li jridu jkunu rtirati għandhom jitneħħew mill-ħażniet ta’ intervent fi żmien sittin jum mid-data tal-iffirmar tal-kuntratt mill-kuntrattur fornitur li jkun ingħażel jew, fil-każijiet tat-trasferimenti, fi żmien sittin jum min-notifika mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru destinatarju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fornitur.
3. Għall-prodotti li għandhom ikunu mobilizzati skont l-Artikolu 2(3)(a)(iii) u (iv), l-operazzjonijiet ta’ pagament għall-prodotti li għandhom jiġu fornuti mill-operatur għandhom jingħalqu qabel l-1 ta’ Settembru tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-pjan.
4. Matul il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr telf ta’ żmien, b’kull tibdila li jagħmlu fl-implimentazzjoni tal-pjan fit-territorju tagħhom fil-limiti stretti tal-mezzi ta’ finanzjament disponibbli għalihom. In-notifika għandha tkun akkompanjata bl-informazzjoni kollha xierqa. Fejn bidliet issostanzjati jikkonċernaw 5 % jew aktar tal-kwantitajiet jew valuri mdaħħla għal kull prodott fil-pjan tal-Unjoni, il-pjan għandu jiġi rrivedut.
5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bi tnaqqis prevedibbli fl-infiq għall-applikazzjoni tal-pjan. Il-Kummissjoni tista’ talloka r-riżorsi disponibbli lil Stati Membri oħra, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom u l-użu reali tagħhom ta’ prodotti magħmula disponibbli u allokazzjonijiet magħmula matul is-snin finanzjarji ta’ qabel.
Artikolu 4
1. L-implimentazzjoni tal-pjan għandha tinvolvi:
(a) |
il-forniment ta’ prodotti rtirati mill-ħażniet ta’ intervent; |
(b) |
il-forniment ta’ prodotti mobilizzati fis-suq tal-Unjoni skont l-Artikolu 2(3)(a)(iii) u (iv); |
(c) |
il-forniment ta’ prodotti agrikoli pproċessati jew ikel disponibbli jew li jistgħu jinkisbu fis-suq billi jkunu fornuti bħala pagament għall-prodotti li ġejjin mill-ħażniet ta’ intervent. |
2. Il-prodotti mobilizzati fis-suq, imsemmija fil-paragrafu 1(b), għandhom jappartjenu għall-istess grupp ta’ prodotti bħall-prodott temporanjament mhux disponibbli fil-ħażniet ta’ intervent.
Madankollu, f’każ ta’ indisponibbiltà ta’ ross fil-ħażniet ta’ intervent, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza t-tneħħija ta’ ċereali mill-ħażniet ta’ intervent bħala pagament għall-forniment ta’ ross u prodotti derivati mir-ross mobilizzati fis-suq.
Bl-istess mod, f’każ ta’ indisponibbiltà ta’ ċereali fil-ħażniet ta’ intervent, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza t-tneħħija ta’ ross mill-ħażniet ta’ intervent bħala pagament għall-forniment ta’ ċereali u prodotti derivati miċ-ċereali mobilizzati fis-suq.
Prodott partikolari jista’ jkun mobilizzat fis-suq biss jekk il-kwantitajiet kollha ta’ prodott fl-istess grupp li għandhom jiġu rtirati minn ħażniet ta’ intervent għal għanijiet ta’ forniment b’applikazzjoni tal-Artikolu 2(3)(a)(ii), li jinkludu kwantitajiet li għandhom ikunu ttrasferiti b’applikazzjoni tal-Artikolu 8, kienu ġew diġà allokati. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-ftuħ ta’ proċeduri ta’ mobilizzazzjoni fis-suq.
3. Fejn il-forniment ikollu x’jaqsam ma’ prodotti rtirati minn ħażniet ta’ intervent, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha toħroġ jew tirranġa li tinħareġ sejħa għall-offerti biex tistabbilixxi l-aktar kondizzjonijiet vantaġġjużi ta’ forniment. Is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika preċiżament in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott li għandu jkun fornut.Il-prodott li jrid jiġi fornut għandu jkun jew il-prodott irtirat minn ħażniet ta’ intervent f’forma mhux ipproċessata jew wara l-ippakkjar u/jew l-ipproċessar, jew prodott mobilizzat fis-suq billi jiġi rtirat prodott minn ħażniet ta’ intervent bi ħlas għall-forniment.
Is-sejħa għall-offerti għandha tikkonċerna:
(a) |
l-ispejjeż għall-ipproċessar u/jew ippakkjar tal-prodotti li jkunu ġejjin minn ħażniet ta’ intervent; |
(b) |
jew il-kwantità ta’ prodotti agrikoli oġġetti tal-pproċessati jew, fejn ikun xieraq, ippakkjati li jistgħu jinkisbu bl-użu ta’ prodotti minn ħażniet ta’ intervent fornuti bi ħlas għal tali prodotti; |
(c) |
jew il-kwantità ta’ prodotti agrikoli pproċessati jew ikel disponibbli jew li jistgħu jinkisbu fis-suq billi jkunu fornuti bħala pagament għall-prodotti li ġejjin mill-ħażniet ta’ intervent; dan l-ikel għandu jinkludi fil-kompożizzjoni tiegħu ingredjent li jappartjeni għall-istess grupp ta’ prodotti bħall-prodott ta’ intervent fornut bħala pagament. |
Fil-każ riferit fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu, fejn forniment jinvolvi ċereali jew prodotti miċ-ċereali, is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika li l-prodott li jrid jiġi rtirat huwa ċereali speċifiku miżmum minn aġenzija ta’ intervent. Fejn il-forniment jinvolvi l-prodotti mill-ħalib, is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika liema prodott, butir jew trab tal-ħalib, irid jiġi rtirat mill-ħażniet miżmuma minn aġenzija ta’ intervent skont il-ħażniet miżmuma minn dik l-aġenzija.
Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu, u meta l-forniment jinvolvi ross jew prodotti mir-ross bi skambju għal ċereali rtirati mill-ħażniet ta’ intervent, is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika li l-prodott li jrid jiġi rtirat huwa ċereali speċifiku miżmum minn aġenzija ta’ intervent.Bl-istess mod, fejn forniment jinvolvi ċereali jew prodotti miċ-ċereali bi skambju għal ross irtirat mill-ħażniet ta’ intervent, is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika li l-prodott li jrid jiġi rtirat huwa ross speċifiku miżmum minn aġenzija ta’ intervent.
Fejn il-forniment jinvolvi l-ipproċessar u/jew ppakkjar tal-prodott, is-sejħa għall-offerta għandha tirreferi għall-obbligu ta’ dak li rnexxielu jirbaħ il-kuntratt li jpoġġi garanzija, qabel ma jieħu l-prodotti, għall-benefiċċju tal-aġenzija ta’ intervent skont it-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (4), għal ammont ugwali għall-prezz ta’ intervent applikabbli dik il-ġurnata ffissata biex jittieħed dak il-prodott miżjud b’10 % ta’ dak il-prezz. Għall-iskopijiet tat-Titolu V ta’ dak ir-Regolament, ir-rekwiżit ewlieni għandu jkun il-forniment tal-prodott fid-destinazzjoni prevista. F’każ ta’ wara t-tmiem tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan previst mill-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, il-garanzija mitlufa għandha tikkorrispondi għal 15 % tal-ammont garantit. Barra minn hekk, il-bqija tal-ammont tal-garanzija għandu jintilef b’rata ta’ 2 % addizzjonali għal kull jum ta’ dewmien. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika jekk il-prodott irtirat mill-ħażniet ta’ intervent jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur tal-forniment bħala pagament ta’ forniment li jkun diġà sar.
4. Fejn il-forniment jinvolvi prodotti agrikoli jew oġġetti tal-ikel li għandhom ikunu mobilizzati fis-suq tal-Komunità, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha toħroġ sejħa għall-offerti biex tistabbilixxi l-aktar kondizzjonijiet vantaġġjużi ta’ forniment. Is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika preċiżament in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott jew oġġett tal-ikel li għandu jkun mobilizzat, speċifikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ippakkjar u l-immarkar u obbligi oħra assoċjati mal-forniment.Il-kuntratt ta’ forniment jingħata lill-offerent magħżul wara li jkun ħalla depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-110 % tal-ammont tal-offerta tiegħu f’isem l-aġenzija ta’ intervent, skont it-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.
Is-sejħa għall-offerti għandha tirrigwarda l-ispejjeż tal-forniment kollha u għandha ssejjaħ għat-tfigħ ta’ offerti li jkollhom x’jaqsmu, skont il-każ, ma’:
(a) |
il-kwantità massima tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel li għandu jkun mobilizzat fis-suq għal ammont monetarju ffissat fl-avviż; |
(b) |
jew l-ammont monetarju meħtieġ biex tkun mobilizzata fis-suq kwantità ffissata fl-avviż. |
5. Il-prodotti li ġejjin mill-intervent jew mobilizzati fis-suq skont l-Artikolu 2(3)(a)(iii) u (iv) jew il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu inkorporati jew miżjuda ma’ prodotti oħra mobilizzati fis-suq għall-manifattura ta’ ikel li għandu jiġi fornut għall-implimentazzjoni tal-pjan.
6. L-ispejjeż ta’ trasport għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ sejħa għall-offerti.
Stati Membri jistgħu jispeċifikaw li l-forniment għandu jinkludi wkoll it-trasport ta’ prodotti għall-imħażen tal-organizzazzjoni tal-karità. F’dawn il-każijiet it-trasport għandu jkun is-suġġett ta’ dispożizzjoni speċifika fis-sejħa għall-offerti u għandu jikkostitwixxi punt partikolari fl-offerta imdaħħla.
Offerti li għandhom x’jaqsmu ma’ trasport għandhom jiddaħħlu f’ammonti monetarji.
Il-ħlas ta’ spejjeż ta’ trasport m’għandu fl-ebda każ isir bi prodotti.
7. Is-sejħiet għall-offerti għandhom jiggarantixxu aċċess ugwali għall-operaturi kollha stabbiliti fl-Unjoni. Għal dan il-għan għandhom ikunu s-suġġett ta’ avviżi ppubblikati f’pubblikazzjonijiet amministrattivi uffiċjali kif ukoll ikunu magħmula disponibbli f’forma sħiħa fuq talba tal-operaturi interessati.
8. Is-sejħiet għall-offerti għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar l-operazzjoni ta’ forniment, speċjalment fir-rigward tal-kwalità tal-prodotti, l-ippakkjar u l-immarkar. Għandhom jinkludu wkoll dispożizzjoni fis-sens illi jekk il-kwalità, l-ippakkjar jew l-immarkar tal-prodotti innutati fiż-żmien iffissat għall-forniment tagħhom ma jkunux jikkorrispondu eżattament ma’ dak li kien stipulat, iżda ma jipprevjenix li l-oġġetti jiġu aċċettati għall-użu maħsub tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw tnaqqis meta jikkalkolaw l-ammont li għandu jitħallas.
Artikolu 5
1. Għall-finijiet ta’ kontabbiltà tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u minkejja l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 (5), il-valur ta’ kontabbiltà tal-prodotti ta’ intervent magħmula disponibbli taħt dan ir-Regolament għandu jkun il-prezz ta’ intervent applikabbli fl-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena.
Għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro, il-valur ta’ kontabbiltà tal-prodotti ta’ intervent għandu jkun konvertit fil-munita nazzjonali bir-rata tal-kambju applikabbli fl-ewwel ta’ Ottubru.
2. Fejn prodotti ta’ intervent ikunu trasferiti minn Stat Membru għal ieħor, l-Istat Membru fornitur għandu jirreġistra l-prodott fornut fil-kontijiet bħala entrata b’figura ta’ zero u l-Istat Membru destinatarju għandu jirreġistrah bħala rċevuta fix-xahar li jkun intbagħat, u juża l-prezz ikkalkolat skont il-paragrafu 1.
Artikolu 6
Bl-iskop ta’ tqassim tal-oġġetti tal-ikel lil persuni l-aktar fil-bżonn u sabiex iwettqu kontrolli, l-organizzazzjonijiet tal-karità li jieħdu ħsieb direttament il-benefiċjarji għandhom jitqiesu li huma d-destinatarji finali ta’ dan it-tqassim jekk ikunu huma li effettivament iqassmu l-oġġetti tal-ikel. Oġġetti tal-ikel li, mingħajr ebda intervent ieħor, jitqassmu fuq livell lokali direttament lill-benefiċjarji bħala pakketti tal-ikel jew ikliet xierqa, skont il-każ, kemm kuljum jew kull ġimgħa, għandhom jitqiesu li jkunu tqassmu.
Artikolu 7
1. Fuq talba debitament iġġustifikata lill-awtorità kompetenti f’kull Istat Membru, l-organizzazzjonijiet tal-karità tur biex iqassmu l-prodotti għandhom jiġu mħallsa lura għall-ispejjeż tat-trasport fit-territorju tal-Istat Membru bejn l-imħażen tal-organizzazzjonijiet tal-karità u l-punti ta’ tqassim lill-benefiċjarji.
2. L-ispejjeż amministrattivi ġġenerati mill-fornimenti previsti f’dan ir-Regolament għandhom, fuq talba debitament iġġustifikata lill-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru, jiġu mħallsa lura lill-orġanizzazzjonijiet tal-karità soġġetti għal-limitu ta’ 1 % tal-valur tal-prodotti mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom, ikkalkolati skont l-Artikolu 5(1).
3. L-ispejjeż imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu lura lill-Istati Membri fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-implimentazzjoni tal-pjan f’kull Stat Membru.
L-ispejjeż imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ pagament fil-forma ta’ prodotti.
Artikolu 8
1. Meta prodotti inklużi fil-pjan ma jkunux disponibbli mill-intervent fl-Istat Membru fejn dawk il-prodotti huma meħtieġa, il-Kummissjoni għandha tawtorizza, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, it-trasferiment tal-prodott inkwistjoni minn Stat Membru li fih ikun preżenti fil-ħażniet ta’ intervent lill-Istat Membru fejn għandu jintuża biex jimplimenta l-pjan.
L-Istat Membru li jirċievi l-prodotti għandu jippubblika jew jirranġa biex tkun ippubblikata seħja għall-offerti biex jistabbilixxi l-aktar kondizzjonijiet favorevoli għall-forniment. L-ispejjeż tat-trasport ġewwa l-Unjoni għandhom ikunu s-suġġett ta’ offerta mibgħuta f’valur ta’ flus u m’għandhomx jitħallsu fi prodotti. L-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti.
2. L-ispejjeż tat-trasport ġewwa l-Unjoni għandhom jiġu mġarrba mill-Unjoni u jitħallsu lura lill-Istat Membru. Għal dan il-għan, it-talba għall-ħlas lura għandha tinkludi d-dokumenti kollha neċessarji li jiġġustifikawha, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw it-trasport magħmul. L-ispiża għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(b). Meta l-approprjazzjonijiet ikunu ġew kollha allokati, kull finanzjament addizzjonali mill-Unjoni sabiex ikopri l-ispejjeż tat-trasport ġewwa l-Unjoni għandu jiġi pprovdut skont l-Artikolu 7(3).
3. Is-sejħa għall-offerti għandha ssemmi l-possibiltà li l-operatur jagħmel offerta sabiex ipoġġi fis-suq tal-Unjoni l-prodotti agrikoli jew tal-ikel li għandhom jiġu fornuti u sabiex jieħu taħt idejh il-prodotti mingħand l-aġenzija ta’ intervent, mingħajr trasferiment lill-Istat Membru applikant. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-ebda spejjeż tat-trasport ġewwa l-Unjoni m’għandhom jitħallsu lill-persuna li tingħata l-kuntratt tal-forniment.
L-Istat Membru applikant għandu jipprovdi lill-Istat Membru fornitur bl-isem tal-persuna li tkun ingħatat il-kuntratt sabiex tforni l-prodotti.
4. Qabel ma l-prodotti jkunu mneħħija, il-kuntrattur li jobbliga ruħu sabiex iforni l-prodotti għandu jippreżenta garanzija ugwali għall-prezz ta’ intervent applikabbli għax-xiri fil-jum stabbilit sabiex jittieħdu l-prodotti, flimkien ma’ 10 %.
Il-garanzija għandha tkun ippreżentata skont it-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.
Għall-iskopijiet tat-Titolu V ta’ dak ir-Regolament, il-ħtieġa ewlenija għandha tkun it-twettiq tal-operazzjoni ta’ forniment fl-Isat Membru destinatarju.
Il-preżentazzjoni tad-dokument li juri li l-prodotti jkunu ttieħdu u maħruġ mill-aġenzija ta’ intervent destinatarja hija prova tal-forniment tal-prodotti.
5. Fil-każ ta’ trasferiment, l-Istat Membru destinatarju għandu jinforma lill-Istat Membru fornitur bl-isem tal-kuntrattur sabiex iwettaq l-operazzjoni.
L-aġenzija ta’ intervent tal-Istat Membru fornitur tal-prodotti għandha tqiegħed dawn tal-aħħar għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur tal-forniment, jew tar-rappreżentant tiegħu awtorizzat kif xieraq wara li jkun ippreżenta ordni ta’ tneħħija stabbilita mill-aġenzija ta’ intervent tal-Istat Membru destinatarju.
L-awtorità kompetenti għandha tara li l-prodotti jkunu ġew assigurati kif xieraq.
Dikjarazzjonijiet ta’ konsenja maħruġa mill-aġenzija ta’ intervent tal-Istat Membru fornitur għandhom jinkludu waħda minn dawn il-kitbiet li jinsabu fl-Anness I.
L-aġenzija ta’ intervent tal-Istat Membru fornitur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru destinatarju mill-aktar fis possibbli bid-data tat-tmiem tal-operazzjoni tal-irtirar.
L-ispejjeż tat-trasport ġewwa l-Unjoni għandhom jitħallsu mill-Istat Membru destinatarju tal-prodotti kkonċernati għall-kwantitajiet li effettivament jittieħdu.
6. Il-kalkolu ta’ kull telf għandu jiddaħħal fil-kotba tal-kontijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-punt (c) tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.
Artikolu 9
It-talbiet għall-ħlas għandhom ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru matul l-erba’ xhur li jsegwu t-tmiem tat-twettiq tal-operazzjoni inkwistjoni. Tnaqqis ta’ 20 % għandu jseħħ fil-każ ta’ talbiet ippreżentati wara ż-żmien, għajr fil-każ ta’ forza maġġuri. It-talbiet li jsiru aktar minn għaxar xhur wara t-tmiem tat-twettiq tal-operazzjoni m’għandhomx ikunu aċċettati.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu l-pagament fi żmien xahrejn wara li jirċievu t-talba għall-pagament.
Madankollu, it-terminu ta’ żmien previst fit-tieni paragrafu jista’ jiġi sospiż b’notifika bil-miktub lill-operatur jew lill-organizzazzjoni maħtura għad-distribuzzjoni tal-prodotti fil-każ ta’ nuqqasijiet sinifikanti tad-dokumenti ta’ sostenn. It-terminu ta’ żmien għandu jkompli jiddekorri mid-data li fiha jaslu d-dokumenti mitluba, li għandhom jintbagħtu fi żmien tletin jum kalendarju. Jekk id-dokumenti ma jintbagħtux f’dan il-perijodu, għandu japplika t-tnaqqis speċifikat fl-ewwel paragrafu.
Għajr f’każijiet ta’ forza maġġuri u fid-dawl tal-possibbiltà ta’ sospensjoni prevista fit-tielet paragrafu, in-nuqqas ta’ rispett tat-terminu ta’ żmien ta’ xahrejn previst fit-tieni paragrafu jagħti lok għal tnaqqis tal-ħlas lura lill-Istat Membru skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (6).
Artikolu 10
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li:
(a) |
il-prodotti ta’ intervent, u, fejn ikun xieraq, l-allokazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni fis-suq tal-oġġetti tal-ikel jintużaw għal u jservu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 27(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007; |
(b) |
l-oġġetti li ma jiġux ikkonsenjati bl-ingrossa li jkollhom il-kitba “Għajnuna UE” li għandha tidher ċar fuq l-imballaġġ, flimkien mal-bandiera tal-Unjoni Ewropea skont l-istruzzjonijiet li jinsabu fl-Anness II; |
(c) |
l-organizzazzjonijiet tal-karità maħtura biex jimplimentaw il-miżuri jżommu l-kontijiet xierqa u d-dokumenti ta’ sostenn kollha u jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti biex ikollhom aċċess għalihom biex ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli meħtieġa; |
(d) |
is-sejħiet għall-offerti jkunu skont l-Artikoli 3 u 4 u l-fornimenti jiġu implimentati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; b’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sanzjonijiet applikabbli meta l-prodotti ma jiġux irtirati fil-perijodu stabbilit fl-Artikolu 3(2). |
2. Il-kontrolli tal-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru minn meta l-prodotti jittieħdu mal-tagħhom mill-ħażniet ta’ intervent jew, jekk ikun il-każ, mill-mobilizzazzjoni tal-prodotti fis-suq skont l-Artikolu 2(3)(a)(iii) u (iv) jew l-Artikolu 4(1)(c), fl-istadji kollha tal-proċess ta’ implimentazzjoni tal-pjan u fil-livelli kollha tal-katina tad-distribuzzjoni. Il-kontrolli għandhom isiru matul il-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan, fl-istadji kollha, inkluż fil-livell lokali.
Il-kontrolli għandhom ikopru mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet għal kull tip ta’ prodotti previsti fl-Artikolu 2(3). Dawn ir-rati ta’ kontroll għandhom jiġu applikati għal kull stadju tal-proċess ta’ implimentazzjoni, bl-esklużjoni tal-istadju tad-distribuzzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn, filwaqt li jitqiesu l-kriterji tar-riskji.
Il-kontrolli għandhom l-għan li jivverifikaw id-dħul u l-ħruġ tal-prodotti u t-trasferiment tagħhom lil operaturi suċċessivi. Huma jinkludu wkoll paragun bejn il-ħażniet kif jidhru fil-kontijiet u l-ħażniet fiżiċi tal-prodotti magħżula għall-ispezzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-pjan jiġi implimentat kif imiss u li jipprevjenu u jippenalizzaw irregolaritajiet. Għal dan il-għan, huma jistgħu b’mod partikolari jissospendu l-parteċipazzjoni tal-operaturi fis-sejħiet għall-offerti jew tal-organizzazzjonijiet maħtura għad-distribuzzjoni fil-pjanijiet, skont in-natura u l-gravità tan-nuqqasijiet jew irregolaritajiet osservati.
Artikolu 11
Kull sena, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-pjan fit-territorju tagħhom matul is-sena finanzjarja preċedenti. Ir-rapport ta’ progress għandu jinkludi:
(a) |
l-ammonti tal-prodotti varji rtirati mill-ħażna ta’ intervent; |
(b) |
it-tip, il-kwantità u l-valur tal-prodotti mqassma lid-destinatarji, u jispeċifika separatament il-prodotti mhux ipproċessati, il-prodotti pproċessati, u l-prodotti akkwistati b’sostituzzjoni flimkien mal-koeffiċjenti tal-ipproċessar; |
(c) |
l-ispejjeż tat-trasport u tat-trasferiment; |
(d) |
l-ispejjeż amministrattivi; |
(e) |
in-numru ta’ destinatarji matul is-sena. |
Ir-rapport għandu jispeċifika l-miżuri ta’ kontroll li ġew applikati biex ġie żgurat li l-oġġetti laħqu l-għanijiet maħsuba għalihom u li waslu għand id-destinatarji finali. Dan ir-rapport għandu jsemmi b’mod partikolari it-tip u l-għadd ta’ kontrolli mwettqa, ir-riżultati li nkisbu kif ukoll kwalunkwe każ ta’ applikazzjoni tas-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3). Ir-rapport għandu jitqies bħala fattur deċiżiv meta jitfasslu pjanijiet sussegwenti.
Artikolu 12
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw bla ħsara għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2009 (7).
Artikolu 13
Ir-Regolament (KEE) Nru 3149/92 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 14
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50.
(3) Ara l-Anness III.
(5) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.
(6) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.
(7) ĠU L 310, 25.11.2009, p. 5.
ANNESS I
Referenzi msemmija fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(5)
Bil-Bulgaru |
: |
Прехвърляне на интервенционни продукти — прилагане на член 8, параграф 5 от Регламент (EC) № 807/2010. |
Bl-Ispanjol |
: |
Transferencia de productos de intervención — aplicación del artículo 8, apartado 5, del Reglamento (UE) no 807/2010. |
Biċ-Ċek |
: |
Přeprava intervenčních produktů – Použití čl. 8 odst. 5 nařízení (EU) č. 807/2010. |
Bid-Daniż |
: |
Overførsel af interventionsprodukter — Anvendelse af artikel 8, stk. 5, i forordning (EU) nr. 807/2010. |
Bil-Ġermaniż |
: |
Transfer von Interventionserzeugnissen — Anwendung von Artikel 8 Absatz 5 der Verordnung (EU) Nr. 807/2010. |
Bl-Estonjan |
: |
Sekkumistoodete üleandmine – määruse (EL) nr 807/2010 artikli 8 lõike 5 rakendamine. |
Bil-Grieg |
: |
Μεταφορά προϊόντων παρέμβασης — Εφαρμογή του άρθρου 8 παράγραφος 5 του κανονισμού (EE) αριθ. 807/2010. |
Bl-Ingliż |
: |
Transfer of intervention products — Application of Article 8(5) of Regulation (EU) No 807/2010. |
Bil-Franċiż |
: |
Transfert de produits d’intervention — Application de l’article 8, paragraphe 5, du règlement (UE) no 807/2010. |
Bit-Taljan |
: |
Trasferimento di prodotti d’intervento — Applicazione dell’articolo 8, paragrafo 5, del regolamento (UE) n. 807/2010. |
Bil-Latvjan |
: |
Intervences produktu transportēšana – Piemērojot Regulas (ES) Nr. 807/2010 8. panta 5. punktu. |
Bil-Litwan |
: |
Intervencinių produktų vežimas – taikant Reglamento (ES) Nr. 807/2010 8 straipsnio 5 dalį. |
Bl-Ungeriż |
: |
Intervenciós termékek átszállítása – A 807/2010/EU rendelet 8. cikke (5) bekezdésének alkalmazása. |
Bil-Malti |
: |
Trasferiment ta’ prodotti ta’ l-intervent – Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8 (5) tar-Regolament (UE) Nru 807/2010. |
Bl-Olandiż |
: |
Overdracht van interventieproducten — Toepassing van artikel 8, lid 5, van Verordening (EU) nr. 807/2010. |
Bil-Pollakk |
: |
Przekazanie produktów objętych interwencją – stosuje się art. 8 ust. 5 rozporządzenia (UE) nr 807/2010. |
Bil-Portugiż |
: |
Transferência de produtos de intervenção — aplicação do n.o 5 do artigo 8.o do Regulamento (UE) n.o 807/2010. |
Bir-Rumen |
: |
Transfer de produse de interventie — Aplicare a articolului 8 alineatul (5) din Regulamentul (UE) nr. 807/2010. |
Bis-Slovakk |
: |
Premiestnenie intervenčných výrobkov – uplatnenie článku 8 ods 5 nariadenia (EÚ) č.807/2010. |
Bis-Sloven |
: |
Prenos intervencijskih proizvodov – Uporaba člena 8(5) Uredbe (EU) št. 807/2010. |
Bil-Finlandiż |
: |
Interventiotuotteiden siirtäminen – Asetuksen (EU) N:o 807/2010 8 artiklan 5 kohdan soveltaminen. |
Bl-Iżvediż |
: |
Överföring av interventionsprodukter – Tillämpning av artikel 8.5 i förordning (EU) nr 807/2010. |
ANNESS II
Struzzjonijiet għad-disinn tal-emblema u definizzjoni tal-kuluri standard
1. Deskrizzjoni araldika
Fuq sfond ikħal, ċirku ta’ tnax-il stilla tad-deheb b’ħames ponot, li l-ponot tagħhom ma jmissux.
2. Deskrizzjoni ġeometrika
L-emblema hi forma ta’ bandiera rettangolari kaħla li t-tul tagħha huwa darba u nofs l-għoli tal-issar. Tnax-il stilla tad-deheb jinsabu f’intervalli ndaqs jiffurmaw ċirku inviżibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l-punt ta’ fejn jiltaqgħu d-dijagonali tar-rettangolu. Ir-raġġ taċ-ċirku hu daqs terz tat-tul tal-issar. Kull waħda mill-istilel għandha ħames ponot li jinsabu fiċ-ċirkonferenza ta’ ċirku inviżibbli li r-raġġ tiegħu hu daqs wieħed minn tmintax tat-tul tal-issar. L-istilel kollha huma f’pożizzjoni vertikali, jiġifieri, b’ponta waħda vertikali u żewġ ponot li jistrieħu fuq linja dritta inviżibbli f’angolu rett mal-arblu. Iċ-ċirku hu rranġat sabiex l-istilel huma fil-pożizzjoni tas-sigħat fuq il-wiċċ ta’ arloġġ. L-għadd tagħhom ma jinbidilx.
3. Kuluri regolamentari
L-emblema għandha dawn il-kuluri: PANTONE REFLEX BLUE għall-wiċċ tar-rettangolu; PANTONE YELLOW għall-istilel. L-iskala internazzjonali PANTONE faċli ssibha u hija aċċessibli wkoll għad-dilettanti.
Proċess ta’ riproduzzjoni b’erba’ kuluri: Jekk l-proċess ta’ erba’ kuluri hu użat, mhux possibbli li jintużaw iż-żewġ kuluri standard. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħolqu billi jintużaw l-erba’ kuluri tal-proċess ta’ erba’ kuluri. Il-PANTONE YELLOW jista’ jinkiseb billi jintuża 100 % “Process Yellow”. Billi jitħallat 100 % “Process Cyan” ma’ 80 % “Process Magenta” jinkiseb kulur simili ħafna għal PANTONE REFLEX BLUE.
Proċess ta’ riproduzzjoni monokromatika: Jekk l-iswed biss huwa disponibbli, immarka l-kontorni tar-rettangolu bl-iswed u daħħal l-istilel bl-iswed fuq sfond abjad. Fl-eventwalità li l-ikħal ikun l-uniku kulur disponibbli (irid ikun Reflex Blue, ovvjament), użah 100 % bl-istilel riprodotti fl-abjad negattiv u l-isfond 100 % ikħal.
Riproduzzjoni fuq sfond ikkulurit: Preferibbilment l-emblema għandha tiġi riprodotta fuq sfond abjad. Evita sfond b’ħafna kuluri, u fi kwalunkwe każ wieħed li ma jmurx mal-ikħal. Jekk m’hemmx alternattiva għal sfond ikkulurit, poġġi bordura bajda mar-rettangolu, b’wisa’ li hu daqs 1/25 tal-għoli tar-rettangolu.
ANNESS III
Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3550/92 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2826/93 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 267/96 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2760/1999 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1098/2001 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1921/2002 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2339/2003 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1903/2004 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2005 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1608/2005 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 133/2006 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2007 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2007 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 724/2007 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 725/2007 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 758/2007 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1127/2007 |
ANNESS IV
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KEE) Nru 3149/92 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(3), kliem tal-bidu |
Artikolu 2(3), kliem tal-bidu |
Artikolu 2(3)(1), sentenza introduttorja |
Artikolu 2(3)(a), sentenza introduttorja |
Artikolu 2(3)(1)(a) |
Artikolu 2(3)(a)(i) |
Artikolu 2(3)(1)(b) |
Artikolu 2(3)(a)(ii) |
Artikolu 2(3)(1)(c) |
Artikolu 2(3)(a)(iii) |
Artikolu 2(3)(1)(d) |
Artikolu 2(3)(a)(iv) |
Artikolu 2(3)(2) |
Artikolu 2(3)(b) |
Artikolu 2(4) |
Artikolu 2(4) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(2a) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3(5) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1a) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 4(2)(a), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(2)(a), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 4(2)(a), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 4(2)(a), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 4(2)(a), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż |
Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, punt (c) |
Artikolu 4(2)(a), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(2)(a), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 4(3), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 4(2)(a), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 4(3), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 4(2)(b), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(2)(b), it-tieni subparagrafu, sentenza introduttorja |
Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu, sentenza introduttorja |
Artikolu 4(2)(b), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 4(2)(b), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 4(2a) |
Artikolu 4(5) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(6) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 4(7) |
Artikolu 4(5) |
Artikolu 4(8) |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5a |
Artikolu 6 |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8a |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 11, l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 11, l-ewwel paragrafu, punt (a) |
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 11, l-ewwel paragrafu, punt (b) |
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, it-tielet inċiż |
Artikolu 11, l-ewwel paragrafu, punt (c) |
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, ir-raba’ inċiż |
Artikolu 11, l-ewwel paragrafu, punt (d) |
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, il-ħames inċiż |
Artikolu 11, l-ewwel paragrafu, punt (e) |
Artikolu 10, it-tieni paragrafu |
Artikolu 11, it-tieni paragrafu |
Artikolu 10a |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
— |
— |
Artikolu 13 |
Artikolu 12, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 14 |
Artikolu 12, it-tieni paragrafu |
— |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |
15.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 808/2010
tal-14 ta’ Settembru 2010
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Settembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
70,0 |
XS |
45,6 |
|
ZZ |
57,8 |
|
0707 00 05 |
MK |
57,0 |
TR |
142,5 |
|
ZZ |
99,8 |
|
0709 90 70 |
TR |
112,1 |
ZZ |
112,1 |
|
0805 50 10 |
AR |
139,0 |
BR |
122,7 |
|
CL |
129,2 |
|
IL |
141,4 |
|
TR |
144,0 |
|
UY |
131,5 |
|
ZA |
132,5 |
|
ZZ |
134,3 |
|
0806 10 10 |
EG |
148,1 |
IL |
122,3 |
|
TR |
112,6 |
|
ZA |
92,1 |
|
ZZ |
118,8 |
|
0808 10 80 |
AR |
60,8 |
BR |
70,5 |
|
CL |
96,7 |
|
CN |
64,4 |
|
NZ |
97,9 |
|
US |
87,4 |
|
ZA |
83,5 |
|
ZZ |
80,2 |
|
0808 20 50 |
AR |
80,1 |
CL |
150,5 |
|
CN |
69,9 |
|
ZA |
83,2 |
|
ZZ |
95,9 |
|
0809 30 |
TR |
156,2 |
ZZ |
156,2 |
|
0809 40 05 |
BA |
57,0 |
IL |
165,3 |
|
XS |
52,3 |
|
ZZ |
91,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
15.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 809/2010
tal-14 ta’ Settembru 2010
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 804/2010 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Settembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.
(4) ĠU L 241, 14.9.2010, p. 10.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-15 ta’ Settembru 2010
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
55,39 |
0,00 |
1701 11 90 (1) |
55,39 |
0,00 |
1701 12 10 (1) |
55,39 |
0,00 |
1701 12 90 (1) |
55,39 |
0,00 |
1701 91 00 (2) |
48,18 |
3,02 |
1701 99 10 (2) |
48,18 |
0,00 |
1701 99 90 (2) |
48,18 |
0,00 |
1702 90 95 (3) |
0,48 |
0,23 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
IV Atti adottati qabel l-1 ta' Diċembru 2009, skont it-Trattat tal-KE, it-Trattat tal-UE u t-Trattat Euratom
15.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Ottubru 2009
dwar il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni
(2010/487/Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 101(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni, skont id-direttivi tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2008, mexxiet negozjati dwar Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni |
(2) |
Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim għandha tiġi approvata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
B’dan hija approvata l-konklużjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, għal u f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, tal-Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
Å. TORSTENSSON
FTEHIM
ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni
IL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA (Euratom)
u
L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-INDJA
(minn hawn ’il quddiem imsejħa b’mod kollettiv “il-Partijiet”);
FILWAQT li fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja dwar is-sħubija u l-iżvilupp konkluż fl-20 ta’ Diċembru 1993 l-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija u tal-ħarsien tal-ambjent;
XEWQANA LI jkomplu jippromwovu l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni bħala għajn ta’ enerġija li potenzjalment ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, li hija kompetittiva ekonomikament, u li prattikament hija bla tarf;
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu I
Għan
L-għan ta’ dan il-Ftehim hu li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fl-oqsma koperti mill-programmi ta’ fużjoni rispettivi tagħhom, fuq il-bażi ta’ benefiċċji reċiproċi u ta’ reċiproċità ġenerali, sabiex jiġu żviluppati l-għarfien xjentifiku u l-ħila teknoloġika fl-isfond ta’ sistema tal-enerġija mill-fużjoni.
Artikolu II
Oqsma ta’ Kooperazzjoni
L-oqsma ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:
(a) |
tokamaks, inklużi l-proġetti l-kbar tal-ġenerazzjoni preżenti u attivitajiet marbuta ma’ dawk tal-ġenerazzjoni li jmiss; |
(b) |
alternattivi għat-tokamaks; |
(c) |
it-teknoloġija tal-enerġija mill-fużjoni manjetika; |
(d) |
it-teorija tal-plażma u l-fiżika tal-plażma applikata; |
(e) |
il-politika u l-pjanijiet tal-programmi; u |
(f) |
oqsma oħrajn kif maqbula mill-Partijiet b’mod reċiproku u bil-miktub, safejn ikunu koperti mill-programmi rispettivi tagħhom. |
Artikolu III
Forom ta’ Kooperazzjoni
1. Il-forom ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jistgħu jinkludu dawn li ġejjin, iżda mhumiex limitati għalihom biss:
(a) |
l-iskambju u l-għoti ta’ tagħrif u ta’ data dwar attivitajiet, żviluppi, prattiki u riżultati xjentifiċi u tekniċi, u dwar politika u pjanijiet tal-programmi, inkluż l-iskambju ta’ tagħrif mhux svelat skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbilit fl-Artikoli VI u VII; |
(b) |
l-iskambju ta’ xjenzjati, inġiniera u speċjalisti oħra għal perijodi maqbulin ta’ żmien sabiex jieħdu sehem f’esperimenti, f’analiżi, fid-disinn u f’attivitajiet oħrajn tar-riċerka u l-iżvilupp skont l-Artikolu VIII; |
(c) |
l-organizzazzjoni ta’ seminars u ta’ laqgħat oħrajn għad-diskussjoni u l-iskambju ta’ tagħrif dwar temi maqbulin fl-oqsma elenkati fl-Artikolu II, u għall-identifikazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni li jistgħu jsiru b’mod utli skont l-Artikolu V; |
(d) |
l-iskambju u l-għoti ta’ kampjuni, materjali u tagħmir (strumenti u komponenti) għall-esperimenti, għall-ittestjar u għall-evalwazzjoni skont l-Artikoli IX u X; |
(e) |
it-twettiq ta’ studji, proġetti jew esperimenti konġunti inklużi d-disinn, il-kostruzzjoni u t-tħaddim konġunt tagħhom; |
(f) |
it-twaqqif ta’ ħoloq tad-data bħall-għodod remoti għall-analiżi tad-data, iżda mhux limitati għalihom biss; u |
(g) |
forom oħra speċifiċi ta’ kooperazzjoni kif maqbul b’mod reċiproku mill-Partijiet bil-miktub. |
2. Il-Partijiet għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet, kif ikun xieraq, skont dan il-Ftehim, ma’ attivitajiet internazzjonali oħrajn tar-riċerka u l-iżvilupp tal-fużjoni, sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-isforzi doppji. F’dan il-Ftehim xejn ma għandu jinftiehem li qed jagħmel ħsara lil arranġamenti eżistenti jew tal-ġejjieni għall-kooperazzjoni bejn il-Partijiet.
Artikolu IV
Kumitat ta’ Koordinazzjoni u Segretarji Eżekuttivi
1. Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat ta’ Koordinazzjoni biex jikkoordina u jissorvelja t-twettiq tal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim. Kull Parti għandha taħtar għadd indaqs ta’ membri għall-Kumitat ta’ Koordinazzjoni u tinnomina wieħed mill-membri maħtura tagħha bħala l-Kap tad-Delegazzjoni tagħha. Il-Kumitat ta’ Koordinazzjoni għandu jiltaqa’ kull sena, darba fir-Repubblika tal-Indja u darba fl-Unjoni Ewropea, jew fi żminijiet u postijiet oħra li jaqblu dwarhom huma. Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Parti ospitanti għandu jippresjedi l-laqgħa.
2. Il-Kumitat ta’ Koordinazzjoni għandu jfassal pjan ta’ attività ta’ kooperazzjoni u japprova u jirrevedi l-progress tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni li jkunu għaddejjin taħt dan il-Ftehim. Huwa għandu wkoll jikkoordina, jipproponi, u japprova attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-ġejjieni li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim f’dak li għandu x’jaqsam mal-mertu tekniku u mal-livell tal-isforz tagħhom, sabiex jiġu żgurati l-benefiċċju reċiproku u r-reċiproċità ġenerali fi ħdan il-Ftehim.
3. Id-deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni għandhom jittieħdu b’kunsens.
4. Kull Parti għandha taħtar Segretarju Eżekuttiv sabiex jaġixxi f’isimha matul perijodi ta’ bejn il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni f’kull materja li għandha x’taqsam mal-kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim. Is-Segretarji Eżekuttivi għandhom ikunu responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ kuljum ta’ dik il-kooperazzjoni.
Artikolu V
Implimentazzjoni
1. Kull Parti għandha taħtar entitajiet xierqa għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim.
2. Meta l-Kumitat ta’ Koordinazzjoni japprova attività ta’ kooperazzjoni, għandu japprova, kull fejn ikun meħtieġ, Pjan tal-Proġett taħt dan il-Ftehim u suġġett għat-termini tiegħu.
3. Kull Pjan tal-Proġett għandu jelenka l-entitajiet maħtura sabiex jimplimentaw il-proġett, u għandu jinkludi dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-attività ta’ kooperazzjoni, inkluzi iżda mhux limitati għall-ambitu tekniku u l-ġestjoni tiegħu, ir-responsabbiltajiet ta’ dekontaminazzjoni applikabbli, l-iskambju tat-tagħrif mhux svelat, l-iskambju tat-tagħmir, it-trattament tal-proprjetà intellettwali, l-ispejjeż totali, il-qsim tal-ispejjeż u l-iskeda tiegħu, skont kif ikun xieraq.
Artikolu VI
Disponibbiltà u Tixrid tat-Tagħrif
1. Suġġetta għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha u għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, kull Parti u dawk maħturin minnha għandhom jimpenjaw irwieħhom biex iqiegħdu liberament għad-dispożizzjoni tal-Parti l-oħra u ta’ dawk maħturin minnha kwalunkwe tagħrif li jkollhom u li jkun meħtieġ għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ kollaborazzjoni taħt dan il-Ftehim.
2. Il-Partijiet għandhom jappoġġaw l-usa’ tixrid possibbli tat-tagħrif li jkollhom id-dritt jisvelaw, u li jkun jew ġie żviluppat b’mod konġunt jew li jkun maħsub li jingħata jew li jkun hemm skambju tiegħu skont dan il-Ftehim, suġġett għall-ħtieġa li jitħares it-tagħrif mhux svelat u għall-ħtieġa li titħares il-proprjetà intellettwali maħluqa jew mogħtija taħt dan il-Ftehim.
3. It-tagħrif mibgħut minn Parti waħda lill-Parti l-oħra skont dan il-Ftehim għandu jkun preċiż safejn tkun taf u temmen il-Parti li tkun qed tibagħtu, iżda l-Parti li tkun qed tibagħtu ma tagħtix garanzija tal-adegwatezza tat-tagħrif mibgħut għal kwalunkwe użu jew applikazzjoni partikolari mill-Parti li tkun qed tirċevih jew minn kwalunkwe parti terza. It-tagħrif żviluppat b’mod konġunt mill-Partijiet għandu jkun preċiż, safejn ikunu jafu u jemmnu ż-żewġ Partijiet. L-ebda Parti ma toffri garanzija tal-preċiżjoni tat-tagħrif żviluppat b’mod konġunt jew tal-adegwatezza tiegħu għal kwalunkwe skop, użu jew applikazzjoni miż-żewġ Partijiet jew minn kwalunkwe parti terza.
Artikolu VII
Proprjetà intellettwali
Il-ħarsien u l-allokazzjoni tal-proprjetà intellettwali maħluqa jew mogħtija matul attivitajiet ta’ kooperazzjoni skont dan il-Ftehim għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet fl-Anness A, li għandu jifforma parti integrali minn dan il-Ftehim u li għandu japplika għall-attivitajiet kollha mwettqin skont dan il-Ftehim.
Artikolu VIII
Skambji ta’ Persunal
F’dak li għandu x’jaqsam mal-iskambji ta’ persunal bejn il-Partijiet jew dawk maħturin minnhom skont dan il-Ftehim għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
kull Parti għandha tiżgura l-għażla ta’ persunal ikkwalifikat bil-ħiliet u l-kompetenza meħtieġa biex iwettaq l-attivitajiet ippjanati skont dan il-Ftehim. Kull skambju ta’ persunal bħal dan għandu jiġi maqbul bil-quddiem b’mod reċiproku permezz ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Partijiet, li jagħmlu referenza għal dan il-Ftehim u għad-dispożizzjonijiet rilevanti tiegħu dwar il-proprjetà intellettwali kif ukoll referenza għall-attività ta’ kooperazzjoni kkonċernata; |
(b) |
kull Parti għandha tkun responsabbli għall-pagi, l-assigurazzjoni u l-benefiċċji li għandhom jingħataw lill-persunal tagħha li jkun qiegħed fuq skambju; |
(c) |
il-Parti li tkun qed tibgħat il-persunal għandha tħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien tal-persunal tagħha li jkun qiegħed fuq skambju fl-istabbiliment ospitanti, sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor; |
(d) |
il-Parti li tkun qed tilqa’ lill-persunal għandha tieħu ħsieb li tipprovdi alloġġ xieraq għall-persunal tal-Parti l-oħra li jkun qiegħed fuq skambju (u għall-familji tagħhom li jkunu joqogħdu magħhom) fuq bażi reċiproka u maqbula b’mod reċiproku; |
(e) |
il-Parti li tkun qed tilqa’ lill-persunal għandha tipprovdi l-għajnuna kollha meħtieġa taħt il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tagħha lill-persunal tal-Parti l-oħra li jkun qiegħed fuq skambju f’dak li għandu x’jaqsam mal-formalitajiet amministrattivi (per eżempju biex tinħariġlu viża); |
(f) |
kull Parti għandha tiżgura li l-persunal li jkun qiegħed fuq skambju jobdi r-regoli ġenerali f’dak li għandu x’jaqsam mar-regolamenti dwar ix-xogħol u s-sikurezza fis-seħħ fl-istabbiliment ospitanti; u |
(g) |
kull Parti tista’, bi ħlas minn butha, tosserva attivitajiet speċifiċi tat-testijiet u l-ħidma analitika tal-Parti l-oħra fl-oqsma tal-kooperazzjoni definiti fl-Artikolu II. Din l-osservazzjoni tista’ ssir permezz ta’ żjarat tal-persunal, suġġetta għall-qbil minn qabel tal-Parti li tkun qed tilqa’ lill-persunal f’kull okkażjoni. |
Artikolu IX
Skambji ta’ Tagħmir, ta’ Kampjuni, eċċ.
Fil-każ li jkun ser ikun hemm skambju jew ikunu se jiġu mislufa jew mogħtija tagħmir, strumenti, kampjuni, materjali jew partijiet sfużi meħtieġa (minn hawn ’il quddiem imsejħa “it-tagħmir, eċċ.”) minn Parti waħda jew minn dawk maħturin minnha lill-Parti l-oħra jew lil dawk maħturin minnha, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin li jkopru t-trasport bil-baħar u l-użu tat-tagħmir, eċċ.:
(a) |
il-Parti li tkun qed tibgħatu għandha tagħti, mill-aktar fis possibbli, lista dettaljata tat-tagħmir, eċċ., li għandu jingħata, bl-ispeċifikazzjonijiet u bid-dokumentazzjoni teknika u ta’ tagħrif rilevanti, |
(b) |
it-tagħmir, eċċ. ipprovdut mill-Parti li tkun qed tibagħtu għandu jibqa’ proprjetà tagħha u għandu jintbagħat lura lill-Parti li tkun qed tibagħtu f’data li għandha tkun stabbilita mill-Kumitat ta’ Koordinazzjoni sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor fil-Pjan tal-Proġett imsemmi fl-Artikolu V; |
(c) |
it-tagħmir, eċċ., għandu jitħaddem fl-istabbiliment ospitanti permezz biss tal-qbil reċiproku bejn il-Partijiet; u |
(d) |
il-Parti li tkun qed tirċievih għandha tipprovdi l-post meħtieġ għat-tagħmir, eċċ u għandha tipprovdi għall-enerġija elettrika, l-ilma, il-gass, eċċ., skont ir-rekwiżiti tekniċi, li għandhom ikunu maqbula b’mod reċiproku mill-Partijiet. |
Artikolu X
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Kull Parti għandha twettaq l-attivitajiet previsti f’dan il-Ftehim suġġetta għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha, u għandha tipprovdi riżorsi skont id-disponibbiltà tal-fondi approprjati.
2. Sakemm ma jkunx hemm qbil speċifiku mod ieħor bil-miktub mill-Partijiet, l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kooperazzjoni skont dan il-Ftehim għandhom jitħallsu mill-Parti li ġġarrabhom.
3. Il-kwistjonijiet kollha ta’ interpretazzjoni jew implimentazzjoni marbuta ma’ dan il-Ftehim li jinqalgħu matul it-terminu tiegħu għandhom jissolvew permezz ta’ qbil bejn il-Partijiet.
4. Dan il-Ftehim għandu japplika, safejn jikkonċerna l-Euratom, għat-territorji fejn japplika t-Trattat li jistabilixxi l-Euratom u għat-territorji tal-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-programm tal-fużjoni tal-Euratom bħala Stati terzi assoċjati bis-sħiħ.
Artikolu XI
Tul ta’ żmien, Emendar u Tmiem
1. Dan il-Fteħim għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li fih il-Partijiet ikunu għarrfu lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ikunu tlestew, u għandu jibqa’ fis-seħħ għal ħames (5) snin. Sakemm waħda mill-Partijiet ma tgħarrafx lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar il-ħsieb tagħha li ttemm dan il-Ftehim tal-anqas sitt (6) xhur qabel ma jiskadi, dan il-Ftehim għandu jittawwal b’mod awtomatiku għal perijodi addizzjonali ta’ ħames (5) snin.
2. Dan il-Ftehim jista’ jkun emendat bi ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet.
3. L-isforzi u l-esperimenti konġunti kollha li ma jitlestewx sa meta jintemm jew jiskadi dan il-Ftehim jistgħu jitkomplew sat-tlestija tagħhom skont it-termini ta’ dan il-Ftehim.
4. Dan il-Ftehim u kwalunkwe Pjan tal-Proġett li jaqa’ fi ħdanu jistgħu jintemmu fi kwalunkwe ħin fid-diskrezzjoni ta’ kwalunkwe Parti b’sitt (6) xhur notifika bil-quddiem bil-miktub mill-Parti li tkun trid ittemm dan il-Ftehim jew il-Pjan tal-Proġett. Tmiem bħal dan għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet li setgħu nkisbu minn kwalukwe Parti taħt dan il-Ftehim jew il-Pjan tal-Proġett sad-data tat-tmiem.
5. Dan il-Ftehim qed jitfassal f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Litwana, Latvjana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, u kull test huwa awtentiku ndaqs.
B’xhieda ta’ dan, il-firmatarji t’hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fi New Delhi fis-sitt jum ta’ Novembru fis-sena elfejn u disgħa,
Għall-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika
BENITA FERRERO-WALDNER
Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Indja
ANIL KAKODKAR
ANNESS A
DRITTIJIET TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI
Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali maħluqin jew mogħtija taħt dan il-Ftehim għandhom jiġu allokati kif ġej:
I. Applikazzjoni
Dan l-Anness japplika għall-attivitajiet kollha ta’ kooperazzjoni mwettqin skont dan il-Ftehim, ħlief kif miftiehem speċifikament mod ieħor.
II. Dritt ta’ proprjetà, Allokazzjoni u Eżerċizzju tad-Drittijiet
A. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Proprjetà Intellettwali” għandu jkollha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, magħmula fi Stokkolma fl-14 ta’ Lulju 1967.
B. Dan l-Anness jindirizza l-allokazzjoni tad-drittijiet, tal-interessi u tal-ħlasijiet għad-drittijiet tal-awtur bejn il-Partijiet. Kull Parti għandha tiżgura li l-Parti l-oħra tista’ tikseb id-drittijiet għall-proprjetà intellettwali allokati lilha f’konformità ma’ dan l-Anness. Dan l-Anness ma jibdilx jew jagħmel ħsara mod ieħor lill-allokazzjoni tat-tali drittijiet, interessi u ħlasijiet għad-drittijiet tal-awtur bejn Parti u ċ-ċittadini tagħha, li għandhom ikunu stabbiliti mil-liġijiet u l-prattiki ta’ dik il-Parti.
C. Id-drittijiet jew l-obbligi li joħorġu minn dan l-Anness m’għandhomx jiġu affettwati mit-tmiem jew mill-iskadenza ta’ dan il-Ftehim.
(1) |
Fil-każ ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn il-Partijiet, il-proprjetà intellettwali li toħroġ mir-riċerka konġunta, jiġifieri mir-riċerka li tkun appoġġata miż-żewġ Partijiet, għandha tiġi ttrattata fi Pjan għall-Ġestjoni tat-Teknoloġija (PĠT) skont il-prinċipji li ġejjin:
|
(2) |
Fil-każ ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni li mhumiex riċerka konġunta u li jaqgħu fi ħdan id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu II.D.(1), sal-punt meħtieġ mil-liġijiet u r-regolamenti tagħha, kull Parti għandha teħtieġ li l-parteċipanti kollha tagħha jidħlu fi ftehimiet speċifiċi dwar l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet tar-riċerka konġunta u dwar id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti. F’dak li għandu x’jaqsam mal-proprjetà intellettwali, normalment il-ftehimiet għandhom jindirizzaw, fost oħrajn, id-dritt ta’ proprjetà, il-ħarsien, id-drittijiet tal-utent għall-għanijiet ta’ riċerka, l-isfruttament u t-tixrid, inklużi l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni konġunta, id-drittijiet u l-obbligi tar-riċerkaturi viżitaturi u l-proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. Il-ftehimiet jistgħu jindirizzaw ukoll kwistjonijiet oħra bħall-aċċess għal tagħrif preliminari u fl-isfond, l-għoti ta’ liċenzji u r-riżultati. |
E. Filwaqt li jinżammu l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fl-oqsma affettwati minn dan il-Ftehim, kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li d-drittijiet miksuba bis-saħħa ta’ dan il-Ftehim u l-arranġamenti magħmula taħtu jkunu eżerċitati b’tali mod li jitrawmu, b’mod partikolari, (i) l-użu tat-tagħrif maħluq taħt dan il-Ftehim jew li jkun sar disponibbli taħtu, u t-tixrid tiegħu safejn dan ikun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim, mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima IV tiegħu u ma’ kwalunkwe regola li tista’ tkun fis-seħħ taħt il-liġijiet applikabbli tal-Partijiet li jkunu qed jirregolaw it-trattament ta’ tagħrif sensittiv jew kunfidenzali fil-qasam nukleari, u (ii) l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali.
III. Xogħlijiet suġġetti għad-drittijiet tal-awtur
Skont it-termini ta’ dan il-Ftehim, dritt tal-awtur li jkunu proprjetà tal-Partijiet għandhom jiġu ttrattati b’mod konsistenti mal-Ftehim dwar Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ amministrat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
IV. Xogħlijiet Xjentifiċi Letterarji
Suġġett għat-trattament ipprovdut għal tagħrif mhux svelat fit-Taqsima V, għandhom japplikaw il-proċeduri li ġejjin:
A. |
Kull Parti għandha tkun intitolata għal liċenzja mhux esklużiva, irrevokabbli, u mingħajr ħlasijiet għad-drittijiet tal-awtur fil-pajjiżi kollha sabiex tittraduċi, tipproduċi mill-ġdid u xxerred b’mod pubbliku t-tagħrif misjub f’ġurnali, artikli, rapporti, kotba, jew mezzi oħra xjentifiċi u tekniċi, li jirriżulta b’mod dirett minn riċerka konġunta mill-Partijiet jew f’isimhom skont dan il-Ftehim. |
B. |
Il-kopji kollha ta’ xogħol bid-dritt tal-awtur imħejji taħt din id-dispożizzjoni mxerrdin b’mod pubbliku għandhom jindikaw l-ismijiet tal-awturi tax-xogħol sakemm l-awtur ma jkunx għażel, b’mod espliċitu, li ma jissemmiex. Għandu jkollhom ukoll rikonoxximent viżibbli b’mod ċar tal-appoġġ kooperattiv tal-Partijiet. |
V. Tagħrif mhux Svelat
A. Tagħrif dokumentarju mhux Svelat
(1) |
Kull Parti għandha tidentifika mill-aktar fis possibbli t-tagħrif li tixtieq li jibqa’ ma jiġix svelat b’rabta ma’ dan il-Ftehim, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, il-kriterji li ġejjin:
|
(2) |
Kull Parti għandha tiżgura li t-tagħrif mhux svelat taħt dan il-Ftehim u n-natura pprivileġġata konsegwenti tiegħu, jingħaraf b’mod faċli bħala tali mill-Parti l-oħra, per eżempju permezz ta’ marki xierqa jew turija ta’ restrizzjoni. Dan japplika wkoll għal kwalunkwe riproduzzjoni, sħiħa jew parzjali, tat-tagħrif imsemmi. Parti jew parteċipant li jirċievu tagħrif mhux svelat skont dan il-Ftehim għandhom jirrispettaw in-natura pprivileġġata tiegħu. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom jintemmu b’mod awtomatiku meta dan it-tagħrif jiġi svelat mis-sid mingħajr restrizzjoni. |
(3) |
Tagħrif mhux svelat li jiġi kkomunikat taħt dan il-Ftehim jista’ jixtered mill-Parti li tkun qed tirċevih lill-persuni impjegati minnha, inklużi l-kuntratturi tagħha u lil dipartimenti oħra kkonċernati tal-Parti awtorizzati għall-finijiet speċifiċi tar-riċerka konġunta li tkun għaddejja, fuq il-bażi ta’ ħtieġa għall-għarfien u dejjem jekk kwalunkwe tagħrif mhux svelat li jixtered b’dan il-mod jitħares skont dan l-Anness u safejn jipprovdu l-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull Parti, u għandu jkun jingħaraf b’mod faċli bħala tali, kif stabbilit hawn fuq. |
B. Tagħrif mhux Svelat li mhux Dokumentarju
Tagħrif mhux svelat li mhux dokumentarju jew tagħrif ieħor kunfidenzali jew privileġġat ipprovdut f’seminars u f’laqgħat oħra organizzati taħt dan il-Ftehim, jew tagħrif li joħroġ mis-sekondar tal-persunal, mill-użu tal-faċilitajiet, jew minn proġetti konġunti, għandu jiġi ttrattat mill-Partijiet jew minn dawk maħtura minnhom skont il-prinċipji speċifikati għat-tagħrif dokumentarju f’dan il-Ftehim, dejjem jekk, madankollu, ir-reċipjent ta’ tali tagħrif mhux svelat jew ta’ tagħrif ieħor kunfidenzali jew privileġġat ikun ġie mgħarraf bil-miktub dwar il-karattru kunfidenzjali tat-tagħrif ikkomunikat sa mhux aktar tard minn meta tkun saret tali komunikazzjoni.
C. Kontroll
Kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li tagħrif mhux svelat li tkun irċeviet skont dan il-Ftehim ikun ikkontrollat kif ipprovdut hawnhekk. Jekk waħda mill-Partijiet issir konxja li mhix ser tkun, jew li huwa raġonevolment mistenni li mhux ser tkun, f’qagħda li tissodisfa d-dispożizzjonijiet kontra t-tixrid fil-paragrafi A u B t’hawn fuq, għandha tgħarraf immedjatament lill-Parti l-oħra. Minn hemm ’il quddiem, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex ifasslu azzjoni xierqa.
VI. Ir-Riżoluzzjoni tat-Tilwim u Tipi Ġodda jew mhux Previsti ta’ Proprjetà Intellettwali
A. It-tilwim bejn il-Partijiet dwar il-proprjetà intellettwali għandu jissolva skont l-Artikolu X, 3 tal-Ftehim. Madankollu, bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet, tilwima bħal din tista’ titressaq quddiem tribunal internazzjonali tal-arbitraġġ għal arbitraġġ vinkolanti skont ir-regoli applikabbli tal-liġi internazzjonali. Sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor, għandhom japplikaw ir-regoli tal-arbitraġġ tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Kummerċ Internazzjonali (UNCITRAL).
B. Fil-każ li xi Parti tikkonkludi li tip ġdid ta’ proprjetà intellettwali li mhux kopert f’PĠT jew fi ftehim bejn entitajiet speċifikati jista’ jirriżulta minn attività ta’ kooperazzjoni mwettqa skont dan il-Ftehim, jew jekk jinqalgħu xi diffikultajiet mhux previsti oħrajn, il-Partijiet għandhom jibdew diskussjonijiet immedjati bil-ħsieb li jiżguraw li jkun hemm ħarsien, sfruttament u tixrid adegwat tal-proprjetà intellettwali kkonċernata fit-territorji rispettivi tagħhom.
15.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2009
dwar il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni
(2010/488/Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-paragrafu (2) tal-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni mexxiet negozjati, skont id-Direttivi tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2008, dwar Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni. |
(2) |
Il-konklużjoni tal-Ftehim, mill-Kummissjoni, għandha tiġi approvata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
B’dan hija approvata l-konklużjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, għal u f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, tal-Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
C. MALMSTRÖM
FTEHIM
għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni
IL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA (Euratom)
u
L-GVERN TAR-REPUBBLIKA FEDERATTIVA TAL-BRAŻIL
(minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Partijiet”),
FILWAQT li jikkunsidraw li fil-Ftehim għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il- Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil u l-Komunità Ewropea, iffirmat fid-19 ta’ Jannar 2004, il-Partijiet jimpenjaw rwieħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka u fl-attivitajiet ta’ żvilupp teknoloġiku,
XEWQANA li jkomplu jippromwovu l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni bħala għajn ta’ enerġija li potenzjalment tkun ambjentalment aċċettabbli, ekonomikament kompetittiva, u prattikament bla tarf,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għan
L-għan ta’ dan il-Ftehim huwa li jintensifika l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet fl-oqsma koperti mill-programmi ta’ fużjoni rispettivi tagħhom, abbażi ta’ benefiċċji reċiproċi u ta’ reċiproċità ġenerali sabiex jiġu żviluppati l-għarfien xjentifiku u l-kapaċità teknoloġika sottostanti għal sistema tal-enerġija mill-fużjoni.
Artikolu 2
Oqsma tal-kooperazzjoni
L-oqsma tal-kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:
(a) |
tokamaks, inklużi l-proġetti l-kbar tal-ġenerazzjoni preżenti u attivitajiet marbuta ma’ dawk tal-ġenerazzjoni li jmiss; |
(b) |
alternattivi għat-tokamaks; |
(c) |
it-teknoloġija tal-enerġija mill-fużjoni manjetika; |
(d) |
it-teorija tal-plażma u l-fiżika applikata tal-plażma; |
(e) |
il-politiki u l-pjanijiet tal-programmi; u |
(f) |
oqsma oħrajn, kif reċiprokament maqbul bil-kitba bejn il-Partijiet, safejn ikunu koperti mill-programmi rispettivi tagħhom. |
Artikolu 3
Għamliet tal-kooperazzjoni
1. L-għamliet tal-kooperazzjoni skont dan il-Ftehim jistgħu jinkludu dawn li ġejjin, iżda mhumiex limitati għalihom biss:
(a) |
l-iskambju u l-għoti ta’ informazzjoni u data dwar attivitajiet xjentifiċi u tekniċi, avvenimenmti, prattiki u riżultati, u dwar politiki u pjanijiet tal-programm, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni mhux żvelata skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7; |
(b) |
l-iskambju ta’ xjenzati, enġiniera u speċjalisti oħra għal perjodi maqbula ta’ żmien sabiex jipparteċipaw f’esperimenti, analiżi, disinn u attivitajiet oħra ta’ riċerka u żvilupp skont l-Artikolu 8; |
(c) |
l-organizzazzjoni ta’ seminars u laqgħat oħraj sabiex tiġi diskussa u skambjata informazzjoni dwar temi maqbula fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 2, u sabiex jiġu identifikati attivitajiet kooperattivi li jistgħu jsiru skont l-Artikolu 5; |
(d) |
l-iskambju u l-għoti ta’ kampjuni, materjali u tagħmir (strumenti u komponenti) għall-esperimenti, għall-ittestjar u għall-evalwazzjoni skont l-Artikoli 9 u 11; |
(e) |
it-twettiq ta’ studji, proġetti jew esperimenti konġunti inklużi d-disinn, il-kostruzzjoni u t-tħaddim konġunt tagħhom; |
(f) |
it-twaqqif ta’ ħoloq tad-data bħall-għodod remoti għall-analiżi tad-data, iżda mhux limitati għalihom biss; u |
(g) |
għamliet oħra speċifiċi ta’ kooperazzjoni reċiprokament maqbula bil-miktub bejn il-Partijiet. |
2. Kif ikun xieraq, il-Partijiet għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet taħt dan il-Ftehim, ma’ attivitajiet internazzjonali oħra ta’ riċerka u żvilupp tal-fużjoni, sabiex titnaqqas kemm jista’ jkun id-duplikazzjoni tal-isforzi. Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem li qed jagħmel ħsara lil ftehimiet eżistenti jew futuri għall-kooperazzjoni bejn il-Partijiet.
Artikolu 4
Kumitat ta’ Koordinazzjoni u Segretarji Eżekuttivi
1. Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat ta’ Koordinazzjoni biex jikkoordina u jissorvelja t-twettiq tal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim. Kull Parti għandha taħtar għadd indaqs ta’ membri għall-Kumitat ta’ Koordinazzjoni u għandha tinnomina wieħed mill-membri maħtura tagħha bħala l-Kap tad-Delegazzjoni tagħha. Il-Kumitat ta’ Koordinazzjoni għandu jiltaqa’ kull sena, alternatament fir-Repubblika Federattiva tal-Brażil u fl-Unjoni Ewropea, jew fi żminijiet u postijiet oħra li jaqblu dwarhom huma. Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Parti li tkun qed tilqa’ l-Kumitat għandu jippresjedi l-laqgħa.
2. Il-Kumitat ta’ Koordinazzjoni għandu janalizza l-progress u l-pjanijiet tal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim, u jipproponi, jikkoordina u japprova attivitajiet futuri ta’ kooperazzjoni li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fir-rigward tal-mertu tekniku u l-livell ta’ sforz tagħhom biex jiżgura l-benefiċċju reċiproku u r-reċiproċità globali fi ħdan il-Ftehim.
3. Id-deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni għandhom jittieħdu b’konsensus.
4. Għal perjodi bejn il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni, kull Parti għandha taħtar Segretarju Eżekuttiv biex jaġixxi f’isimha f’kull ma għandu x’jaqsam mal-kooperazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Is-Segretarji Eżekuttivi għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum ta’ din il-koperazzjoni.
Artikolu 5
Implimentazzjoni
1. Kull Parti għandha tagħżel entitajiet xierqa għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet taħt dan il-Ftehim.
2. Meta l-Kumitat ta’ Koordinazzjoni japprova attività ta’ kooperazzjoni, għandu wkoll japprova, kull fejn ikun meħtieġ, Pjan tal-Proġett skont dan il-Ftehim.
3. Kull Pjan tal-Proġett għandu jelenka l-entitajiet magħżula sabiex jimplimentaw il-proġett, u jinkludi dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-attività ta’ kooperazzjoni, inklużi, l-ambitu tekniku u l-ġestjoni tiegħu, ir-responsabbiltajiet ta’ dekontaminazzjoni applikabbli, l-iskambju ta’ informazzjoni mhux żvelata, l-iskambju ta’ tagħmir, it-trattament ta’ proprjetà intellettwali, l-ispejjeż totali, il-kondiviżjoni tal-ispejjeż u l-iskeda, skont kif ikun xieraq.
Artikolu 6
Disponibbiltà u Disseminazzjoni ta’ Informazzjoni
1. Suġġetta għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli u għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, kull Parti u dawk magħżula minnha għandhom jimpenjaw irwieħhom biex iqiegħdu pjenament għad-dispożizzjoni tal-Parti l-oħra u ta’ dawk magħżula minnha, kwalunkwe informazzjoni li jkollhom u li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim.
2. Il-Partijiet u dawk magħżula minnhom għandhom jappoġġaw l-usa’ disseminazzjoni possibbli ta’ informazzjoni li jkollhom id-dritt li jiżvelaw, sew jekk tkun ġiet żviluppata b’mod konġunt jew mogħtja jew skambjata skont dan il-Ftehim, soġġett għall-ħtieġa li tiġi protetta informazzjoni mhux żvelata u l-ħtieġa li tiġi protetta proprjetà intellettwali maħluqa jew mogħtija skont dan il-Ftehim.
3. L-informazzjoni trasmessa minn Parti waħda lill-Parti l-oħra skont dan il-Ftehim għandha tkun preċiża, safejn tkun taf u temmen il-Parti trasmettriċi, iżda l-Parti trasmettriċi ma tagħtix garanzija tal-adegwatezza tal-informazzjoni trasemessa għal kwalunkwe użu jew applikazzjoni partikolari mill-Parti li tkun qed tirċeviha jew minn kwalunkwe parti terza. L-informazzjoni żviluppata b’mod konġunt mill-Partijiet għandha tkun preċiża, safejn ikunu jafu u jemmnu ż-żewġ Partijiet. L-ebda Parti ma tiggarantixxi l-adegwatezza tagħha għal kwalunkwe skop, użu jew applikazzjoni minn xi waħda mill-Partijiet jew minn kwalunkwe parti terza.
Artikolu 7
Proprjetà intellettwali
Il-protezzjoni u l-allokazzjoni tal-proprjetà intellettwali maħluqa jew mogħtija matul attivitajiet ta’ kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandhom ikun rregolati mid-dispożizzjonijiet fl-Anness A, li għandu jifforma parti integrali minn dan il-Ftehim, u għandhom japplikaw għall-attivitajiet kollha mwettqa skont dan il-Ftehim.
Artikolu 8
Skambji ta’ Persunal
F’dak li għandu x’jaqsam mal-iskambji tal-persunal bejn il-Partijiet jew dawk magħżula minnhom skont dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
kull Parti għandha tiżgura l-għażla ta’ persunal ikkwalifikat bil-ħiliet u l-kompetenza meħtieġa biex iwettaq l-attivitajiet ippjanati taħt dan il-Ftehim. L-iskambju tal-persunal għandu jinqabel bil-quddiem b’mod reċiproku permezz ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Partijiet, b’referenza għal dan il-Ftehim u għad-dispożizzjonijiet rilevanti tiegħu dwar il-proprjetà intellettwali, kif ukoll referenza għall-attività ta’ kooperazzjoni kkonċernata; |
(b) |
kull Parti għandha tkun responsabbli għall-pagi, l-assigurazzjoni u l-benefiċċji li għandhom jingħataw lill-persunal tagħha li jkun qiegħed fuq skambju; |
(c) |
il-Parti li tibagħtu għandha tħallas għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-għajxien tal-persunal tagħha fuq skambju fl-istabbiliment ospitanti, sakemm ma jinqabilx mod ieħor; |
(d) |
il-Parti ospitanti għandha tieħu ħsieb tipprovdi alloġġ xieraq għall-persunal tal-Parti l-oħra li jkun qiegħed fuq skambju (u għall-familji tagħhom li jkunu joqogħdu magħhom) fuq bażi reċiproka u maqbula b’mod reċiproku; |
(e) |
il-Parti ospitanti għandha tipprovdi l-assistenza kollha meħtieġa lill-persunal tal-Parti l-oħra li jkun qiegħed fuq skambju f’dak li għandu x’jaqsam mal-formalitajiet amministrattivi (pereżempju biex tinħariġlu viża), skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tagħha; |
(f) |
kull Parti għandha tiżgura li l-persunal fuq skambju jobdi r-regoli ġenerali rigward ir-regolamenti dwar ix-xogħol u s-sikurezza fis-seħħ fl-istabbiliment ospitanti; |
(g) |
kull Parti tista’, bi spiża tagħha, tosserva attivitajiet speċifiċi ta’ ttestjar u ħidma analitika tal-Parti l-oħra fl-oqsma tal-kooperazzjoni definiti fl-Artikolu 2. Din l-osservazzjoni tista’ ssir permezz ta’ żjarat tal-persunal, soġġetta għall-qbil minn qabel tal-Parti ospitanti f’kull okkażjoni. |
Artikolu 9
Skambji ta’ Tagħmir, Kampjuni, Materjali u Spare Parts
Fil-każ li tagħmir, strumenti, kampjuni, materjali jew spare parts meħtieġa (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “it-tagħmir, eċċ.”) għandhom jiġu skambjati, mislufa jew mogħtija minn Parti waħda jew dawk magħżula minnha lill-oħra jew lil dawk magħżula minnha, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin li jkopru t-trasport bil-baħar u l-użu tat-tagħmir, eċċ.:
(a) |
Il-Parti li tibgħathom għandha tagħti kemm jista’ jkun malajr lista dettaljata tat-tagħmir, eċċ. li għandu jiġu pprovdut, bl-ispeċifikazzjonijiet rilevanti u d-dokumentazzjoni teknika u informazzjonali; |
(b) |
it-tagħmir, eċċ. pprovdut mill-Parti li tibagħtu għandu jibqa’ l-proprjetà tagħha u għandu jintbagħat lura lill-Parti li tibagħtu f’data li għandha tiġi ddeterminata mill-Kumitat ta’ Koordinazzjoni, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor fil-Pjan tal-Proġett imsemmi fl-Artikolu 5; |
(c) |
it-tagħmir, eċċ. għandu jitħaddem biss fl-istabbiliment ospitanti permezz tal-qbil reċiproku bejn il-Partijiet; u |
(d) |
il-Parti li tirċevih għandha tipprovdi l-post meħtieġ għat-tagħmir, eċċ. u għandha tipprovdi għall-enerġija elettrika, l-ilma, il-gass u r-riżorsi oħra meħtieġa, skont ir-rekwiżiti tekniċi, li għandhom jinqablu reċiprokament mill-Partijiet. |
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Kull Parti għandha twettaq l-attivitajiet ipprovduti f’dan il-Ftehim suġġett għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha, u għandha tipprovdi riżorsi skont id-disponibbiltà tal-fondi approprjati.
2. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor bil-miktub, l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandhom jinġarru mill-Parti li ġġarrabhom.
3. Il-kwistjonijiet kollha ta’ interpretazzjoni jew implimentazzjoni marbuta ma’ dan il-Ftehim li jinqalgħu matul it-terminu tiegħu għandhom jissolvew permezz ta’ qbil bejn il-Partijiet.
4. Safejn jikkonċerna l-Euratom, dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji fejn japplika t-Trattat li jistabilixxi l-Euratom u għat-territorji tal-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-programm tal-fużjoni tal-Euratom bħala Stati terzi assoċjati bis-sħiħ, u min-naħa l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil.
Artikolu 11
Tul ta’ Żmien, Emendar u Terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika bil-miktub li permezz tagħha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ikunu tlestew, u għandu jibqa’ fis-seħħ għal ħames snin, u jiġġedded awtomatikament għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin, sakemm Parti ma tinformax lill-Parti l-oħra bil-miktub li biħsiebha tittermina l-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat bi ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika bil-miktub li permezz tagħha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa biex emenda tidħol fis-seħħ ikunu tlestew.
3. L-isforzi u l-esperimenti konġunti kollha li ma jkunux tlestew fit-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim jistgħu jitkomplew sakemm jitlestew skont it-termini ta’ dan il-Ftehim.
4. Kull Parti tista’ tittermina dan il-Ftehim u kwalunkwe Pjan ta’ Proġett f’kull ħin, b’notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. It-terminazzjoni dan għandha tkun effettiva sitt xhur wara d-data tal-wasla tan-notifika, bla ħsara għad-drittijiet li kwalukwe Parti setgħet tkun kisbet skont dan il-Ftehim jew skont Pjan ta’ Proġett sad-data tat-terminazzjoni.
Iffirmat fi Brasília fis-27 ta’ Novembru 2009, duplikatament, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Litwana, Latvjana, Maltija, Polakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, b’kull test ikun awtentiku ndaqs.
Għall-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika
JOÃO JOSÉ SOARES PACHECO
Għall-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil
MARCOS NOGUEIRA MARTINS
ANNESS
DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI
Drittijiet għal proprjetà intellettwali li nħolqu jew previsti f’dan il-Ftehim għandhom jiġu allokati kif ġej:
I. Applikazzjoni
Dan l-Anness japplika għall-attivitajiet kollha ta’ kooperazzjoni mwettqin taħt dan il-Ftehim, għajr fejn speċifikament jinqabel mod ieħor.
II. Proprjetà, Allokazzjoni u Eżerċizzju tad-Drittijiet
A. |
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Proprjetà Intellettwali” għandu jkollha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, magħmula fi Stokkolma fl-14 ta’ Lulju 1967. |
B. |
Dan l-Anness jittratta l-allokazzjoni ta’ drittijiet, interessi u royalties bejn il-Partijiet jew l-aġenziji implimentattivi tagħhom magħżula skont it-termini tal-Artikolu 5. Kull Parti għandha tiżgura li l-Parti l-oħra tista' tikseb id-drittijiet għal proprjetà intellettwali allokati lilha jew lill-aġenziji implimentattivi magħżula skont it-termini tal-Artikolu 5 f’konformità ma’ dan l-Anness. Dan l-Anness ma jibdilx u ma jippreġudikax l-allokazzjoni tat-tali drittijiet, interessi u royalties tal-awtur bejn Parti u ċ-ċittadini tagħha, li għandhom ikunu stabbiliti mil-liġijiet u l-prattika ta’ dik il-Parti. |
C. |
Id-drittijiet jew l-obbligi li joħorġu minn dan l-Anness ma għandhomx jiġu affettwati mit-terminazzjoni jew l-iskadenza ta’ dan il-Ftehim. |
D. |
|
E. |
Filwaqt li jinżammu l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fl-oqsma affettwati mill-Ftehim, kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li d-drittijiet akkwistati bis-saħħa ta’ dan il-Ftehim u l-arranġamenti magħmula skontu jkunu eżerċitati b’tali mod li jitrawmu partikolarment (i) l-użu ta’ informazzjoni maħluqa, jew inkella li saret disponibbli, skont il-Ftehim u d-disseminazzjoni tagħha safejn dan ikun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima IV tagħha u kull regola li tista' tkun fis-seħħ skont il-liġijiet domestiċi tal-Partijiet li jiggvernaw it-trattament ta’ informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali fil-qasam nukleari, u (ii) l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali. |
III. Xogħlijiet koperti bid-drittijiet tal-awtur
Skont it-termini ta’ dan il-Ftehim, drittijiet tal-awtur li jkunu proprjetà tal-Partijiet jew tal-aġenziji implimentattivi magħżula skont l-Artikolu 5 għandhom jiġu ttrattati b’mod konsistenti mal-Ftehim dwar Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ amministrat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
IV. Xogħlijiet Letterarji Xjentifiċi
Suġġetti għat-trattament ipprovdut għal informazzjoni mhux żvelata fit-Taqsima 5, għandhom japplikaw il-proċeduri li ġejjin:
A. |
Kull Parti jew aġenzija implimentattiva magħżula skont l-Artikolu 5 għandha tkun intitolata għal liċenzja mhux esklussiva, irrevokabbli u bla ħlasijiet tad-drittijiet tal-awtur fil-pajjiżi kollha sabiex tittraduċi, tipproduċi u tqassam pubblikament informazzjoni misjuba f’ġurnali, artikli, rapporti, kotba, jew mezzi oħra, xjentifiċi u tekniċi, li tirriżulta direttament minn riċerka konġunta skont dan il-Ftehim jew f’isem il-Partijiet; |
B. |
Ix-xogħlijiet kollha mħejjija skont din id-dispożizzjoni għandhom jirrispettaw lid-drittijiet morali tal-awtur skont l-Artikolu 6bis tal-Konvenzjoni ta’ Berna. Għandu jkollhom ukoll rikonoxximent viżibbli b’mod ċar tal-appoġġ kooperattiv tal-Partijiet. |
V. Informazzjoni mhux Żvelata
A. Informazzjoni Dokumentarja mhux Żvelata
(1) |
Kull Parti għandha tidentifika mill-aktar fis possibbli l-informazzjoni li tixtieq li tibqa’ mhux żvelata b’rabta ma’ dan il-Ftehim, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, il-kriterji li ġejjin:
|
(2) |
Kull Parti għandha tiżgura li l-informazzjoni mhux żvelata skont dan il-Ftehim u, minħabba f’hekk, in-natura pprivileġġata tagħha, tingħaraf faċilment bħala tali mill-Parti l-oħra, pereżempju permezz ta’ marki xierqa jew turija ta’ restrizzjoni. Dan japplika wkoll għal kwalunkwe riproduzzjoni, sħiħa jew parzjali, tal-informazzjoni msemmija. Parti jew parteċipant li jirċievu informazzjoni mhux żvelata skont dan il-Ftehim għandhom jirrispettaw in-natura pprivileġġata tagħha. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom jintemmu b’mod awtomatiku meta din l-informazzjoni tiġi żvelata mis-sid bla restrizzjonijiet. |
(3) |
Informazzjoni mhux żvelat li tiġi kkomunikata skont dan il-Ftehim tista' tiġi disseminata mill-Parti li tkun qed tirċeviha lill-persuni impjegati minnha, inklużi l-kuntratturi tagħha, u lil dipartimenti oħra kkonċernati tal-Parti awtorizzati għall-għanijiet speċifiċi tar-riċerka konġunta li tkun għaddejja, fuq il-bażi ta’ ħtieġa għall-għarfien biss, u dejjem jekk kwalunkwe informazzjoni mhux żvelata li tiġi disseminata b’dan il-mod titħares skont dan l-Anness u safejn jipprovdu l-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull Parti, u għandha tkun tingħaraf faċilment bħala tali, kif stabbilit hawn fuq. |
B. Informazzjoni mhux żvelata li mhijiex dokumentarja
Informazzjoni mhux żvelata li mhijiex dokumentarja jew informazzjoni oħra kunfidenzjali jew privileġġata pprovduta f’seminars u f’laqgħat oħra organizzati skont dan il-Ftehim, jew informazzjoni li toħroġ mis-sekondar tal-persunal, mill-użu tal-faċilitajiet, jew minn proġetti konġunti, għandha tiġi ttrattata mill-Partijiet jew minn dawk magħżula minnhom skont il-prinċipji speċifikati għall-informazzjoni dokumentarja f’dan il-Ftehim, dejjem jekk, madankollu, min jirċievi t-tali informazzjoni mhux żvelata jew informazzjoni oħra kunfidenzjali jew privileġġata jkun ġie mgħarraf bil-miktub dwar il-karattru kunfidenzjali tal-informazzjoni kkomunikat sa mhux aktar tard minn meta tkun saret it-tali komunikazzjoni.
C. Kontroll
Kull Parti għandha tipprova tiżgura li informazzjoni mhux żvelata li tirċievi skont dan il-Ftehim għandha tiġi kkontrollata kif ipprovdut hawnhekk. Jekk waħda mill-Partijiet issir konxja li mhix se tkun, jew li huwa raġonevolment mistenni li mhux se tkun, f’qagħda li tissodisfa d-dispożizzjonijiet kontra d-disseminazzjoni tal-paragrafi A u B t’hawn fuq, għandha tgħarraf immedjatament lill-Parti l-oħra. Minn hemm ‘il quddiem, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex ifasslu azzjoni xierqa.
VI. Riżoluzzjoni tat-tilwim u tipi ġodda jew mhux previsti ta’ proprjetà intellettwali
A. |
Tilwimiet bejn il-Partijiet rigward propjetà intellettwali għandhom jiġu riżolti f’konformità mal-Artikolu 10(3) ta’ dan il-Ftehim. Madankollu, bi qbil reċiproku tal-Partijiet, tilwima bħal din tista' titressaq quddiem tribunal internazzjonali tal-arbitraġġ għal arbitraġġ vinkolanti skont ir-regoli applikabbli tal-liġi internazzjonali. Sakemm ma jinqabilx mod ieħor, għandhom japplikaw ir-regoli tal-arbitraġġ tal-UNCITRAL. |
B. |
Fil-każ li xi Parti tikkonkludi li jista' jirriżulta tip ġdid ta’ proprjetà intellettwali li mhux kopert f’TMP jew ftehim bejn entitajiet magħżula minn attività kooperattiva mwettqa skont dan il-Ftehim, jew jekk jinqalgħu xi diffikultajiet imprevisti, il-Partijiet għandhom jidħlu f’diskussjonijiet immedjati bil-ħsieb li jiżguraw li jkun hemm provvedimenti adegwati għall-protezzjoni, l-isfruttament u d-disseminazzjoni tal-proprjetà intellettwali kkonċernata ġewwa t-territorji rispettivi tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. |