ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.233.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 233

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
3 ta' Settembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2010 tat-2 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffissar ta’ linji gwida għall-kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 775/2010 tat-2 ta’ Settembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Los Pedroches (DPO)]

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 776/2010 tat-2 ta’ Settembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Génisse Fleur d’Aubrac (IĠP)]

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 777/2010 tat-2 ta’ Settembru 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Prosciutto Toscano (DPO))

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 778/2010 tat-2 ta’ Settembru 2010 li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mela Val di Non (DPO)]

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 779/2010 tat-2 ta’ Settembru 2010 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Thüringer Rotwurst (IĠP)]

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 780/2010 tat-2 ta’ Settembru 2010 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Thüringer Leberwurst (IĠP)]

19

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 781/2010 tat-2 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 782/2010 tat-2 ta’ Settembru 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

25

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/61/UE tat-2 ta’ Settembru 2010 li tadatta għall-ewwel darba l-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi għall-progress tekniku u xjentifiku ( 1 )

27

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 774/2010

tat-2 ta’ Settembru 2010

dwar l-iffissar ta’ linji gwida għall-kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jipprovdi għat-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni. F’konformità ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-linji gwida li jispeċifikaw dettalji tal-proċedura u l-metodoloġija li għandhom jiġu applikati fil-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni u regoli adegwati li jwasslu għal armonizzazzjoni gradwali fl-iffissar tal-ħlasijiet fl-ambitu ta’ sistemi tariffarji nazzjonali.

(2)

Minn meta ġiet rikonoxxuta għall-ewwel darba l-ħtieġa għal mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni, inkisbet ħafna esperjenza siewja, b’mod partikolari permezz tal-mekkaniżmi volontarji adottati mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni. Madankollu, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni sabuha dejjem aktar diffiċli biex jilħqu ftehim dwar dawn il-mekkaniżmi volontarji.

(3)

Linji gwida vinkolanti li jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni għandhom jipprovdu bażi stabbli għall-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni u l-kumpens ġust lil operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għall-ispejjeż relatati mal-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku.

(4)

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiżi terzi jew minn territorji li ffirmaw ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom adottaw u qed japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni fuq bażi ekwivalenti għal dik ta’ operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn Stati Membri.

(5)

Huwa xieraq li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni f’pajjiżi terzi li ma ffirmawx ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom adottaw u qed japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku jitħallew jipparteċipaw fi ftehimiet multilaterali mal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn Stati Membri, li permezz tagħhom il-partijiet kollha jiġu kkumpensati, fuq bażi ġusta u ekwa, għall-ispejjeż imġarrba għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku.

(6)

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jiġu kkumpensati għat-telf ta’ enerġija dovut għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku. Dan il-kumpens għandu jkun ibbażat fuq stima tat-telf li jsofru kieku ma jkunx hemm tranżiti tal-elettriku.

(7)

Għandu jiġi stabbilit fond għall-allokazzjoni ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni għall-ispejjeż relatati mal-forniment ta’ infrastruttura għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku. Il-valur ta’ dan il-fond għandu jiġi bbażat fuq valutazzjoni, li ssir fuq livell tal-Unjoni Ewropea, tal-ispejjeż inkrementali medji fuq medda twila ta’ żmien tal-forniment ta’ infrastruttura għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku.

(8)

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni f’pajjiżi terzi għandhom jiffaċċjaw l-istess spejjeż biex jużaw is-sistema ta’ trażmissjoni tal-Unjoni bħal ma jiffaċċjaw l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni fi Stati Membri.

(9)

Il-varjazzjonijiet fil-ħlasijiet applikati għall-produtturi tal-elettriku biex ikollhom aċċess għas-sistema ta’ trażmissjoni ma għandhomx jipperikolaw is-suq intern. Minħabba f’hekk, il-ħlasijiet medji għall-aċċess għan-netwerk fi Stati Membri għandhom jinżammu f’medda li tgħin biex jiġi żgurat li jinkisbu l-benefiċċji li jirriżultaw mill-armonizzazzjoni.

(10)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jirċievu kumpens għall-ispejjeż li jġarrbu minħabba li jospitaw flussi transkonfinali tal-elettriku fuq in-netwerks tagħhom abbażi tal-linji gwida stipulati fil-Parti A tal-Anness.

Artikolu 2

Il-ħlasijiet li japplikaw l-operaturi tan-netwerks għall-aċċess għas-sistema ta’ trażmissjoni għandhom ikunu skont il-linji gwida stipulati fil-Parti B tal-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jiskadi fit-2 ta’ Marzu 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 176, 15.7.2003, p. 1.


ANNESS

PARTI A

LINJI GWIDA DWAR IT-TWAQQIF TA’ MEKKANIŻMU TA’ KUMPENS LIL OPERATURI TAS-SISTEMI TA’ INTER-TRAŻMISSJONI

1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

1.1.

Il-mekkaniżmu ta’ Kumpens lil Operaturi tas-Sistemi ta’ Inter-Trażmissjoni (ITC) se jipprovdi għall-kumpens għall-ispejjeż relatati mal-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku inkluż il-forniment ta’ aċċess transkonfinali għas-sistema interkonnessa.

1.2.

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni se jistabbilixxu fond tal-ITC biex jikkumpensa l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għall-ispejjeż relatati mal-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku.

Il-fond tal-ITC se jipprovdi kumpens għal:

(1)

it-telf imġarrab mis-sistemi ta’ trażmissjoni tas-sistemi nazzjonali minħabba li dawn jospitaw flussi transkonfinali tal-elettriku; u

(2)

l-ispejjeż relatati mal-forniment ta’ infrastruttura għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku.

1.3.

Il-kontribuzzjonijiet għall-Fond tal-ITC għandhom jiġu kkakulati skont il-punt 6.

Il-pagamenti mill-Fond tal-ITC għandhom jiġu kkakulati skont il-punti 4 u 5.

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni se jkunu responsabbli biex jistabbilixxu ftehimiet għall-ġbir u t-tqassim tal-pagamenti kollha relatati mal-Fond tal-ITC, u se jkunu responsabbli wkoll biex jiddeċiedu meta jsiru l-pagamenti. Il-kontribuzzjonijiet u l-pagamenti kollha għandhom isiru malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard minn sitt xhur minn tmiem il-perjodu li huma applikabbli għalih.

1.4.

Kull sena, il-Grupp Ewropew Regolatorju għall-Elettriku u l-Gass (ERGEG) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/796/KE (1) għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ITC u l-ġestjoni tal-fond tal-ITC.

F’dan ix-xogħol, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jikkooperaw mal-ERGEG u jipprovdu lill-ERGEG u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

1.5.

It-tranżitu tal-elettriku għandu jiġi kkalkulat, normalment fuq bażi ta’ kull siegħa, billi jittieħed il-valur l-aktar baxx mill-valuri tal-ammont assolut tal-elettriku importat u tal-ammont assolut tal-elettriku esportat fl-interkonnessjonijiet bejn sistemi tat-trażmissjoni nazzjonali.

Biex jiġu kkalkulati t-tranżiti tal-elettriku, l-ammont tal-elettriku importat u l-ammont tal-elettriku esportat f’kull interkonnessjoni bejn sistemi tat-trażmissjoni nazzjonali għandhom jitnaqqsu b’mod proporzjonali mas-sehem tal-kapaċità allokata li ma jkunx kompatibbli mal-Punt 2 tal-linji gwida għall-ġestjoni tal-konġestjoni stipulati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1228/2003.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-punt, l-elettriku importat u dak esportat fl-interkonnessjonijiet ma’ pajjiżi terzi li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 7.1 għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tranżitu tal-elettriku.

1.6.

Għall-finijiet ta’ din il-parti tal-Anness, il-fluss nett ta’ elettriku għandu jfisser il-valur assolut tad-differenza bejn it-total tal-elettriku esportat minn sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali speċifika lejn pajjiżi fejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni (TSOs) jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu ITC u t-total ta’ elettriku importat minn pajjiżi fejn it-TSOs jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu ITC lejn l-istess sistema ta’ trażmissjoni.

Għall-partijiet tal-mekkaniżmu ITC li jkollhom konfini komuni ma’ mill-anqas terz tal-pajjiż li għalih japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Punt 7.1, għandhom isiru dawn l-aġġustamenti fil-kalkolu tal-fluss nett:

(1)

jekk it-total ta’ elettriku esportat lejn pajjiżi fejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni (TSOs) jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu ITC ikun ogħla mit-total ta’ elettriku importat minn pajjiżi fejn it-TSOs jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu ITC, il-flussi netti għandhom jitnaqqsu bil-valur l-aktar baxx bejn:

(a)

il-flussi netti importati minn dawk il-pajjiżi terzi; jew

(b)

il-flussi netti esportati lejn pajjiżi fejn l-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jipparteċipa fil-Mekkaniżmu ITC;

(2)

jekk it-total ta’ elettriku importat minn pajjiżi fejn it-TSOs jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu ITC ikun ogħla mit-total ta’ elettriku esportat lejn pajjiżi fejn it-TSOs jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu ITC, il-flussi netti għandhom jitnaqqsu bil-valur l-aktar baxx bejn:

(a)

il-valur nett tal-flussi esportati lejn dawk il-pajjiżi terzi; jew

(b)

il-valur nett tal-flussi importati minn pajjiżi fejn l-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jipparteċipa fil-mekkaniżmu ITC.

1.7.

Għall-finijiet ta’ din il-parti tal-Anness, it-tagħbija għandha tfisser l-ammont totali ta’ elettriku li s-sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali tagħti lis-sistemi ta’ distribuzzjoni konnessi magħha, lill-konsumaturi aħħarin konnessi mas-sistema ta’ trażmissjoni u lill-produtturi tal-elettriku għall-konsum fil-ġenerazzjoni tal-elettriku.

2.   Parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu ITC

2.1.

Kull awtorità regolatorja għandha tiżgura li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni fl-ambitu ta’ kompetenza tagħha jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ITC u li ebda ħlas addizzjonali għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku ma jiġi inkluż fil-ħlasijiet applikati mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għall-aċċess għan-netwerks.

2.2.

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiżi terzi li ffirmaw ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom adottaw u qed japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ITC.

B’mod partikolari, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni li jaħdmu fit-territorji msemmija fl-Artikolu 9 tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija (2) għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ITC.

Kull operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiż terz parteċipanti fil-mekkaniżmu ITC għandu jiġi ttrattat fuq l-istess bażi bħal operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn Stat Membru.

3.   Ftehimiet multilaterali

3.1.

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jiffaċilitaw l-iffirmar ta’ ftehimiet multilaterali li huma relatati mal-kumpens għall-ispejjeż relatati mal-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku bejn operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni parteċipanti fil-mekkaniżmu ITC u operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiżi terzi li ma ffirmawx ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom adottaw u qed japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku, u li, fis-16 ta’ Diċembru 2009, iffirmaw il-ftehim dwar mekkaniżmi volontarji bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni dwar il-kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ inter-trażmissjoni.

3.2.

Dawn il-ftehimiet multilaterali għandhom ikunu maħsuba biex jiżguraw li l-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni mill-pajjiż terz jiġi ttrattat fuq l-istess bażi bħal operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiż parteċipant fil-mekkaniżmu ITC.

3.3.

Fejn ikun meħtieġ, dawn il-ftehimiet multilaterali jistgħu jirrakkomandaw aġġustament xieraq tal-kumpens totali għall-kumpens għall-ispejjeż relatati mal-forniment ta’ infrastruttura għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku kkalkulat skont il-punt 5. Kwalunkwe aġġustament tali għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.

3.4.

It-trattament ta’ operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiż terz ma għandux ikun aħjar minn dak li jingħata lil operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni parteċipanti fil-Mekkaniżmu ITC.

3.5.

Kwalunkwe ftehim multilaterali ta’ dan it-tip għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni, biex din tagħti l-opinjoni tagħha dwar jekk il-kontinwazzjoni tal-ftehim multilaterali tkunx tippromwovi l-kompletar u l-funzjonament tas-suq intern fl-elettriku u l-kummerċ transkonfinali. L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tindirizza b’mod partikolari:

(1)

jekk il-ftehim jikkonċernax biss il-kumpens bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għall-ispejjeż imġarrba għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku;

(2)

jekk humiex imħarsa r-rekwiżiti tal-punti 3.2 u 3.4.

3.6.

Meta tħejji l-opinjoni msemmija fil-punt 3.5, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Istati Membri kollha, u tqis b’mod partikolari l-opinjoni ta’ dawk l-Istati Membri li jkollhom konfini mal-pajjiż terz rilevanti.

4.   Kumpens għat-Telf

4.1.

Il-kumpens għat-telf imġarrab fuq is-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali minħabba li dawn jospitaw flussi transkonfinali tal-elettriku għandu jiġi kkalkulat separatament mill-kumpens għall-ispejjeż imġarrba relatati mal-forniment ta’ infrastruttura għall-ospitar ta’ tranżiti transkonfinali tal-elettriku.

4.2.

L-ammont ta’ telf imġarrab fuq sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali għandu jiġi stmat billi tiġi kkalkulata d-differenza bejn:

(1)

l-ammont ta’ telf imġarrab realment mis-sistema ta’ trażmissjoni tul il-perjodu rilevanti; u

(2)

l-ammont stmat ta’ telf mis-sistema ta’ trażmissjoni li jiġġarrab mis-sistema waqt il-perjodu rilevanti kieku ma jkunx hemm tranżiti tal-elettriku.

4.3.

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni se jkunu responsabbli biex iwettqu l-kalkolu msemmi fil-punt 4.2 u għandhom jippubblikaw dan il-kalkolu u l-metodu ta’ kif jinħadem f’format xieraq. Dan il-kalkolu jista’ jsir mill-istimi għal għadd ta’ mumenti diversi waqt il-perjodu rilevanti.

4.4.

Il-valur tat-telf imġarrab minn sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali minħabba l-flussi transkonfinali tal-elettriku għandu jiġi kkalkulat fuq l-istess bażi bħal dik approvata mill-awtorità regolatorja fir-rigward tat-telf kollu mġarrab fuq is-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali. L-ERGEG għandu jivverifika l-kriterji użati għall-valutazzjoni tat-telf fuq il-livell nazzjonali, fejn tqis b’mod partikolari li din il-valutazzjoni tat-telf issir b’mod ġust u mingħajr diskriminazzjoni.

Meta l-awtorità regolatorja rilevanti ma tkunx approvat bażi għall-kalkolu tat-telf għal perjodu ta’ żmien applikabbli għall-mekkaniżmu ITC, il-valur tat-telf għall-finijiet tal-mekkaniżmu ITC għandu jiġi bbażat fuq stimi analizzati mill-operaturi kollha tas-sistemi ta’ trażmissjoni.

5.   Kumpens għall-forniment ta’ infrastruttura għall-flussi transkonfinali tal-elettriku.

5.1.

Il-kumpens annwali għall-infrastruttura transkonfinali għandu jiġi mqassam bejn l-operaturi responsabbli għas-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali bħala kumpens għall-ispejjeż relatati mal-forniment ta’ infrastruttura għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku.

5.2.

It-total tal-kumpens annwali għall-infrastruttura transkonfinali għandu jiġi mqassam bejn l-operaturi responsabbli għas-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali b’mod proporzjonali ma’:

(1)

il-fattur ta’ tranżitu, li jirreferi għat-tranżiti fuq l-istat tas-sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali bħala proporzjon tat-tranżiti totali fuq is-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali kollha;

(2)

il-fattur ta’ tagħbija, li jirreferi għall-valur tal-kwadru tat-tranżiti tal-elettriku, b’mod proporzjonali mat-total tat-tagħbija u t-tranżiti f’dik is-sistema ta’ tranżizzjoni nazzjonali relattiv mal-valur tal-kwadru tat-tranżiti tal-elettriku b’mod proporzjonali mat-total tat-tagħbija u t-tranżiti fis-sistemi tat-trażmissjoni nazzjonali kollha.

Il-fattur ta’ tranżitu jirrappreżenta 75 % u l-fattur ta’ tagħbija 25 %.

5.3.

It-total tal-kumpens annwali għall-infrastruttura transkonfinali għandu jkun EUR 100 000 000.

6.   Kontribuzzjonijiet għall-Fond tal-ITC

6.1.

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jikkontribwixxu għall-fond tal-ITC b’mod proporzjonali mal-valur assolut ta’ flussi netti lejn u mis-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali tagħhom bħala parti mis-somma tal-valur assolut ta’ flussi netti lejn u mis-sistemi ta’ trażmissjoni nazzjonali kollha.

7.   Ħlas għad-dritt għall-użu ta’ sistema ta’ trażmissjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-elettriku ta’ pajjiżi terzi

7.1.

Għandu jitħallas dritt għall-użu ta’ sistema ta’ trażmissjoni fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni skedati tal-elettriku mill-pajjiżi terzi kollha meta:

(1)

dak il-pajjiż ma jkunx iffirma ftehim mal-Unjoni li permezz tiegħu jkun adotta u qed japplika l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku; jew

(2)

l-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni responsabbli mis-sistema li minnha jkun qed jiġi importat l-elettriku jew li lejha jkun qed jiġi esportat l-elettriku ma jkunx iffirma ftehim multilaterali kif imsemmi fil-punt 3.

Dan il-ħlas għad-dritt għandu jiġi indikat f’Euro kull siegħa ta’ megawatt (megawatt hour).

7.2.

Kull parteċipant fil-mekkaniżmu ITC għandu jiġbor il-ħlas għad-dritt għall-użu ta’ sistema ta’ trażmissjoni fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni skedati tal-elettriku bejn is-sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali u s-sistema ta’ trażmissjoni tal-pajjiż terz.

7.3.

Kull sena, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jikkalkulaw minn qabel il-ħlas għad-dritt għall-użu tas-sistema ta’ trażmissjoni. Dan il-ħlas għandu jiġi ffissat abbażi tal-kontribut stmat għal kull siegħa ta’ megawatt li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn pajjiż parteċipanti jkollhom jgħaddu lill-Fond tal-ITC abbażi tal-flussi transkonfinali tal-elettriku għas-sena rilevanti.

PARTI B

LINJI GWIDA GĦAL APPROĊĊ REGOLATORJU KOMUNI GĦALL-ĦLASIJIET TAT-TRAŻMISSJONI

1.

It-ħlasijiet medji annwali ta’ trażmissjoni li jitħallsu mill-produtturi f’kull Stat Membru għandhom ikunu fil-meded stipulati fil-punt 3.

2.

Il-ħlasijiet medji annwali ta’ trażmissjoni li jitħallsu mill-produtturi huma l-ħlasijiet totali annwali ta’ trażmissjoni li jitħallsu mill-produtturi diviżi bl-enerġija mkejla totali li l-produtturi jdaħħlu annwalment fis-sistema ta’ trażmissjoni ta’ Stat Membru.

Għall-kalkolu stipulat fil-Punt 3, il-ħlasijiet ta’ trażmissjoni għandhom jeskludu:

(1)

il-ħlasijiet li jsiru mill-produtturi għal assi fiżiċi meħtieġa għall-konnessjoni mas-sistema jew għat-titjib tal-konnessjoni;

(2)

il-ħlasijiet li jsiru mill-produtturi li jkollhom x’jaqsmu ma’ servizzi anċillari;

(3)

il-ħlasijiet li jsiru mill-produtturi għal telf speċifiku tas-sistema.

3.

Il-valur tal-ħlasijiet medji annwali ta’ trażmissjoni li jitħallsu mill-produtturi għandu jkun fil-medda ta’ 0 sa 0,5 EUR/MWh, għajr dawk applikabbli fid-Danimarka, l-Isvezja, il-Finlandja, ir-Rumanija, l-Irlanda, il-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Il-valur tal-ħlasijiet medji annwali ta’ trażmissjoni li jitħallsu mill-produtturi fid-Danimarka, l-Isvezja u l-Finlandja għandu jkun fil-medda ta’ 0 sa 1,2 EUR/MWh.

Il-valur tal-ħlasijiet medji annwali ta’ trażmissjoni li jitħallsu mill-produtturi fl-Irlanda, il-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jkun fil-medda ta’ 0 sa 2,5 EUR/MWh, u fir-Rumanija din il-medda għandha tkun ta’ 0 sa 2,0 EUR/MWh.


(1)  ĠU L 296, 14.11.2003, p. 34.

(2)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 18.


3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 775/2010

tat-2 ta’ Settembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Los Pedroches (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba li għamlet Spanja biex id-denominazzjoni “Los Pedroches” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 3, 7.1.2010, p. 7.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Il-kategorija 1.2.   Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

SPANJA

Los Pedroches (DPO)


3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 776/2010

tat-2 ta’ Settembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Génisse Fleur d’Aubrac (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) u bl-applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mressqa minn Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Génisse Fleur d’Aubrac”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, għalhekk din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan qed tiddaħħal fir-reġistru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 322, 30.12.2009, p. 39.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.1.   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

FRANZA

Génisse Fleur d’Aubrac (IĠP)


3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 777/2010

tat-2 ta’ Settembru 2010

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Prosciutto Toscano (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Prosciutto Toscano”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1263/96 (3).

(2)

Ladarba l-emendi konċernati mhumiex minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emendi, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2), tal-istess Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. (4) Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b’dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19.

(4)  ĠU C 322, 30.12.2009, p. 33.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2.   Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Prosciutto Toscano (DPO)


3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 778/2010

tat-2 ta’ Settembru 2010

li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Mela Val di Non (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Mela Val di Non”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1665/2003 (3).

(2)

Minħabba li l-emendi konċernati ma jistgħux jitqiesu bħala minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b’applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (4). Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)  ĠU L 235, 23.9.2003, p. 6.

(4)  ĠU C 315, 23.12.2009, p. 27.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Mela Val di Non (DPO)


3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 779/2010

tat-2 ta’ Settembru 2010

li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Thüringer Rotwurst (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ġermanja għall-approvazzjoni, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Thüringer Rotwurst” irreġistrata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 2206/2003 (3).

(2)

L-iskop tat-talba huwa li tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni billi jiġu estiżi l-forom ta’ ppakkjar, partikolarment, sabiex jiġi permess l-użu ta’ vażetti tal-plastik, iżda mhux ta’ kisi artifiċjali. Dan jirrifletti aħjar ir-realtajiet tas-suq u l-preferenzi tal-konsumatur kif ukoll jagħti opportunità li jiġi sfruttat il-potenzjal eżistenti tas-suq.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emendi konċernati u kkonkludiet li huma ġustifikati. Peress li dawn huma emendi minuri, il-Kummissjoni tista’ tapprovahom mingħajr ma tuża l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dak ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Thüringer Rotwurst”, kif stabbiliti skont l-Anness I, huma approvati.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku aġġornat jidher fl-Anness II.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)  ĠU L 330, 18.12.2003, p. 13.


ANNESS I

L-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Thüringer Rotwurst” huma b’dan approvati:

1.

Fil-punt “4.2. Deskrizzjoni”, it-tielet subparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

“It-‘Thüringer Rotwurst’ jinbiegħ frisk fl-imsaren żgħar jew fil-borża tal-awrina jew konservat f’vażett tal-ħġieġ jew kontenituri oħra, bl-eċċezzjoni ta’ kisi artifiċjali”.

2.

Fil-punt “4.5. Metodu ta’ produzzjoni”, is-seba’ sentenza tinbidel b’din li ġejja:

“It-taħlita imbagħad timtela, mhux b’mod issikkat, fl-imsaren żgħar jew fil-borża tal-awrina tal-majjal li jiġu msajra f’banju marija għal 80 minuta f’85 °C jew (għall-boroż tal-awrina) f’105 minuti f’85 °C jew inkella jiġu kkonservati f’vażetti tal-ħġieġ jew kontenituri oħra, bl-eċċezzjoni tal-kisi artifiċjali”.


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

“THÜRINGER ROTWURST”

Nru KE: DE-PGI-0105-0224-18.2.2009

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Thüringer Rotwurst”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2.

Prodotti tal-laħam

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem tal-punt 1

Din hija speċjalità ta’ zalzett tad-demm magħmul minn materja prima ta’ kwalità magħżula, u xhieda ta’ din il-kwalità għolja, hija l-apparenza regolari tal-biċċiet maqtugħin minn dan iz-zalzett, kif ukoll il-kulur aħmar jgħajjat u l-aroma pikkanti tiegħu. Element partikolari huwa l-preżenza ta’ kubi ta’ laħam dgħif li jkun fiz-zalzett (mill-inqas 35 %, li ftit minnu jista’ jiġi sostitwit bi fwied, qalb jew ilsien) kif ukoll ħadd tal-wiċċ imqaxxar sew mill-ġilda (sa 35 %). Apparti d-demm/il-ġilda, iz-zalzett għandu wkoll kontenut ta’ madwar 5 % ta’ fwied. Thüringer Rotwurst jinbiegħ frisk fl-imsaren żgħar fil-borża tal-awrina jew konservat f’vażett tal-ħġieġ oħra bl-eċċezzjoni ta’ kisi artifiċjali.

Il-kompożizzjoni:

Għal zalzett ta’ 100 kg jeħtieġu 55 kg ta’ laħam tal-majjal imsajjar minn qabel mingħajr għerq u b’massimu ta’ 5 % xaħam viżibbli, 25 kg ta’ ħadd tal-wiċċ mingħajr ġilda msajjar minn qabel, 5 kg ta’ fwied nej tal-majjal, 7,5 kg ta’ demm tal-majjal fis-salmura, 7,5 kg ta’ ġilda msajra, melħ tan-nitritu għas-salmura, taħlita ta’ ħwawar (partikolarment, bżar miħun u merdqux u basal ta’ Thuringia).

3.3.   Materja prima (għall-prodotti proċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata

Il-proċess kollu tal-produzzjoni taz-zalzett tad-demm isir fiż-żona ġeografika speċifikata.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Il-Land Federali ta’ Thuringia.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Thüringer Rotwurst għandu tradizzjoni li tmur lura sekli sħaħ f’Thuringia. Huwa element permanenti fil-kummerċ tal-biċċiera u ilu jsir u jittiekel minn dejjem fil-festi tat-tbiċċir tant maħbuba f’Thuringia. Fil-preżent, qiegħed jiġi prodott madwar ir-reġjun kollu ta’ Thuringia. Hemm ukoll bosta produtturi ewlenin. L-oriġini tal-isem inżamm peress li fi żmien dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja, dan kien jintuża biss bħala indikazzjoni ġenwina tal-oriġini ġeografika.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Iz-zalzett ta’ Thuringia, li jinkludi t-“Thüringer Rotwurst”, minn dejjem kellu reputazzjoni tajba fil-Ġermanja u din tmur lura aktar minn 200 sena. Minħabba t-togħma eċċellenti tiegħu,t-Thüringer Rotwurst huwa magħruf u mfittex sew barra l-pajjiż u għalhekk din iz-zalzetta hija magħrufa bħala r-“Reġina taz-Zalzett tad-Demm”.

5.3.   Rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-reputazzjoni tat-Thüringer Rotwurst hija bbażata fuq il-ħiliet u l-esperjenza tal-biċċiera ta’ Thuringia u mir-riċetti li jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

It-taqsima 7a-bb tal-Volum 20 tal-“Markenblatt” tas-16 ta’ Mejju 2008, p. 33365

http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/150


3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 780/2010

tat-2 ta’ Settembru 2010

li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Thüringer Leberwurst (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Ġermanja għall-approvazzjoni, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Thüringer Leberwurst” irreġistrata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 2206/2003 (3).

(2)

L-iskop tat-talba huwa li tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni billi jsir obbligatorju l-użu tal-kisi naturali u billi jiġu estiżi l-forom tal-ippakkjar, partikolarment, sabiex jiġi permess l-użu ta’ vażetti tal-plastik, iżda mhux kisi artifiċjali. Dan jirrifletti aħjar ir-realtajiet tas-suq u l-preferenzi tal-konsumatur kif ukoll jagħti opportunità li jiġi sfruttat il-potenzjal eżistenti tas-suq.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emendi konċernati u kkonkludiet li huma ġustifikati. Peress li dawn huma emendi minuri, il-Kummissjoni tista’ tapprovahom mingħajr ma tuża l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dak ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Thüringer Leberwurst”, kif stabbiliti skont l-Anness I, huma approvati.

Artikolu 2

Id-Dokument Uniku aġġornat jidher fl-Anness II.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)  ĠU L 330, 18.12.2003, p. 13.


ANNESS I

L-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Thüringer Leberwurst” huma b’dan approvati:

Fil-punt “4.2. Deskrizzjoni”, l-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu għandha tinbidel b’din li ġejja:

“Iz-zalzett għandu jimtela f’kisi naturali, bħall-intestini żgħar tal-majjal, il-borża tal-awrina jew intestini taċ-ċanga, jew biex jiġi ppreservat f’vażetti tal-ħġieġ jew kontenituri oħra, bl-eċċezzjoni ta’ kisi artifiċjali.”


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

“THÜRINGER LEBERWURST”

Nru KE: DE-PGI-0105-0222-02.02.2009

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Thüringer Leberwurst”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2.

Prodotti tal-laħam

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem tal-punt 1

Dan huwa zalzett tal-fwied tat-tip li jkun magħmul id-dar, b’togħma pikkanti u li jinbiegħ frisk jew ippreservat. L-ingredjent ewlieni tiegħu huwa l-fwied frisk. It-tessut tax-xaħam jikkonsisti f’bejken jew żaqq mingħajr ġilda. Iz-zalzett għandu jimtela f’kisi naturali, bħall-intestini żgħar tal-majjal, il-borża tal-awrina jew intestini taċ-ċanga, jew biex jiġi ppreservat f’vażetti tal-ħġieġ jew kontenituri oħra, bl-eċċezzjoni ta’ kisi artifiċjali.

Il-kompożizzjoni:

laħam tal-majjal, fwied tal-majjal, melħ tan-nitritu għall-pikles, basal imsajjar f’stuffat, taħlita ta’ ħwawar (partikolarment, bżar immaċinat u merdqux ta’ Thuringia), affumikatura.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti proċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata

Il-proċess kollu tal-produzzjoni jseħħ fiż-żona ġeografika speċifikata.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Thuringia

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

‘Thüringer Leberwurst’ għandu tradizzjoni fi Thuringia li tmur sekli lura. Hija probabilment antika daqs l-kummerċ tal-laħam innifsu fi Thuringia. Anke llum, iz-zalzett għadu jsir fil-“festi tat-tbiċċir” li huma popolari ħafna fir-reġjun u fejn iz-zalzett jittiekel frisk minn borma mimlija biz-zalzett. Huwa parti minn varjetà offruta kważi minn kull produttur tal-laħam u z-zalzett fi Thuringia. L-oriġini tal-isem inzamm peress li fl-eks RDĠ kien jintuża biss bħala indikazzjoni ġenwina tal-oriġini ġeografika.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Iz-zalzett ta’ Thurngia, li jinkludi t-“Thüringer Leberwurst”, minn dejjem kellu reputazzjoni tajba fil-Ġermanja u lilhinn għal aktar minn 200 sena. “Thüringer Leberwurst” huwa fost l-iktar zalzett popolari fi Thurningia.

5.3.   Rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP).

Ir-reputazzjoni tat-“Thüringer Leberwurst” hija bbażata fuq l-ħiliet u l-esperjenza tal-biċċiera ta’ Thuringia u r-riċetti li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

It-taqsima 7a-bb tal-volum 20 tal-“Markenblatt” tas-16 ta’ Mejju 2008, p. 33363

http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/148


3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 781/2010

tat-2 ta’ Settembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

36,4

ZZ

36,4

0707 00 05

TR

145,1

ZZ

145,1

0709 90 70

TR

115,2

ZZ

115,2

0805 50 10

AR

113,9

CL

161,7

TR

151,9

UY

143,8

ZA

141,1

ZZ

142,5

0806 10 10

BA

91,2

EG

131,2

IL

123,0

TR

138,7

ZA

147,0

ZZ

126,2

0808 10 80

AR

122,3

BR

68,6

CL

108,7

CN

65,6

NZ

100,2

US

96,1

ZA

89,9

ZZ

93,1

0808 20 50

AR

80,1

CL

91,0

CN

70,5

TR

128,9

ZA

95,7

ZZ

93,2

0809 30

TR

141,8

ZZ

141,8

0809 40 05

BA

52,8

IL

161,0

XS

52,3

ZZ

88,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 782/2010

tat-2 ta’ Settembru 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 767/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 226, 28.8.2010, p. 40.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-3 ta’ Settembru 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

48,01

0,00

1701 11 90  (1)

48,01

0,50

1701 12 10  (1)

48,01

0,00

1701 12 90  (1)

48,01

0,20

1701 91 00  (2)

44,97

3,98

1701 99 10  (2)

44,97

0,85

1701 99 90  (2)

44,97

0,85

1702 90 95  (3)

0,45

0,24


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

3.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/27


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/61/UE

tat-2 ta’ Settembru 2010

li tadatta għall-ewwel darba l-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi għall-progress tekniku u xjentifiku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I, it-Taqsima I.1, l-Anness II, it-Taqsima II.1 u l-Anness III, it-Taqsima III.1. għad-Direttiva 2008/68/KE jirreferu għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferroviji u b’passaġġi interni kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet internazzjonali jiġu aġġornati kull sentejn. Konsegwentement, il-verżjonijiet emendati ta’ dawn il-ftehimiet għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011, b’perjodu tranżizzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2011.

(3)

L-Anness I, it-Taqsima I.1, l-Anness II, it-Taqsima II.1 u l-Anness III, it-Taqsima III.1 għad-Direttiva 2008/68/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan:

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2008/68/KE

L-Annessi għad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Anness I, it-Taqsima G.1 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“I.1.   ADR

Fl-Annessi A u B għall-ADR, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ tiġi ssostitwita bil-frażi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”

2.

Fl-Anness II, it-Taqsima II.1 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“II.1.   RID

L-Anness għar-RID, li jidher fl-Appendiċi C għall-COTIF, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, huwa mifhum illi ‘Stat Kontraenti fir-RID’ hija ssostitwita bi ‘Stat Membru’ kif xieraq.”

3.

Fl-Anness III, it-Taqsima III.1 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“III.1.   ADN

Fir-Regolamenti annessi għall-ADN, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, kif ukoll l-Artikoli 3(f), 3(h), 8(1), 8(3) tal-ADN, huwa mifhum illi ‘parti kontraenti’ hija ssostitwita bi ‘Stati Membri’ kif xieraq.”

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.