ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.232.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 232

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
2 ta' Settembru 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 772/2010 tal-1 ta’ Settembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 773/2010 tal-1 ta’ Settembru 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

4

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/475/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/594/KE li tiffissa allokazzjoni indikattiva minn Stat Membru tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-objettiv ta’ Konverġenza għall-perjodu 2007-2013 li tikkonċerna allokazzjonijiet addizzjonali tar-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5817)

6

 

 

2010/476/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/593/KE li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-objettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi għall-perjodu 2007-2013 fir-rigward tar-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5818)

11

 

 

2010/477/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Settembru 2010 dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta’ ilmijiet tal-baħar (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5956)  ( 1 )

14

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

2.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 772/2010

tal-1 ta’ Settembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 103za, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (2) jipprovdi li l-appoġġ għal promozzjoni u informazzjoni fuq swieq ta’ pajiżi terzi jtul aktar minn tliet snin għal benefiċjarju partikulari f’pajjiż terz partikulari.

(2)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet ta’ appoġġ, jeħtieġ li jkun previst it-tiġdid tagħhom b’mhux iktar minn sentejn, minħabba l-ispeċifiċità tal-azzjonijiet ta’ promozzjoni u informazzjoni fil-pajjiżi terzi li, pereżempju, jirrikjedu formalitajiet amministrattivi itwal fuq livell ta’ Stat Membru u pajjiż terz.

(3)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċedura ta’ applikazzjoni, li għandha, b’mod partikulari, tipprovdi regoli dettaljati dwar l-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ appoġġ partikulari. Jeħtieġ ukoll li tiġi pprovduta obligazzjoni għall-Istat Membri biex jistabbilixxu l-proċedura għat-tiġdid possibbli tal-appoġġ kif ukoll evalwazzjoni minn qabel tal-azzjonijiet appoġġati.

(4)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jiddeskrivi l-ġestjoni finanzjarja tar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji mingħajr ma tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-kontroll tal-operazzjonijiet. L-operazzjonijiet ta’ ristrutturar u konverżjoni tal-vinji jistgħu, f’ċertu każijiet, ikunu soġġetti għal bosta kontrolli fil-post mingħajr titjib fl-ispejjeż amministrattivi u finanzjarji involuti.

(5)

L-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet relatati mal-monitoraġġ tal-potenzjal tal-produzzjoni biss. Minkejja li l-operazzjonijiet ta’ ristrutturar u konverżjoni tal-vinji huma marbuta mill-viċin mal-operazzjonijiet relatati mal-potenzjal tal-produzzjoni, dawn bħalissa huma esklużi mill-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu. Sabiex tiġi ssemplifikata s-sistema ta’ kontroll, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw il-verifika tal-operazzjonijiet ta’ ristrutturar u konverżjoni tal-vinji li jkunu simili għar-regoli attwali li jikkonċernaw il-verifika tal-operazzjonijiet tal-potenzjal tal-produzzjoni.

(6)

Sabiex tiġi ssemplifikata l-verifika tal-operazzjonijiet ta’ ristrutturar u konverżjoni tal-vinji, jeħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet li jippermettu, flimkien mal-użu ta’ għodod grafiċi, l-użu ta’ strumenti ekwivalenti li jippermettu wkoll l-identifikazzjoni, il-kejl u l-lokalizzazzjoni tar-raba’.

(7)

Ir-Regolament (KE) 555/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, il-punt (d) qed jitbiddel b’dan li ġej:

“(d)

L-appoġġ għal promozzjoni u informazzjoni jtul għal mhux aktar minn tlett snin għal benefiċjarju partikulari f’pajjiż terz partikulari; madankollu, jekk meħtieġ, jista’ jiġġedded darba, għal perjodu mhux itwal minn sentejn;”;

(2)

L-Artikolu 5(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-frażi ta’ introduzzjoni qed titbiddel b’din li ġejja:

“Stati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċedura ta’ applikazzjoni u l-proċedura ta’ tiġdid possibbli, kif imsemmi f’punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4, li għandhom, b’mod partikulari, jipprovdu regoli dettaljati dwar:”;

(b)

il-punt (e) hu mibdul b’li ġej:

“(e)

l-evalwazzjoni ta’ kull azzjoni partikulari megħjuna. F’każ ta’ tiġdid skont il-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4, se jiġu evalwati wkoll ir-riżultati tal-azzjonijiet megħjuna qabel it-tiġdid.”

(3)

Fl-Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“L-appoġġ għandu jitħallas ġaladarba jkun ġie aċċertat li jew applikazzjoni waħdanija jew l-operazzjonijiet kollha koperti mill-applikazzjoni għall-appoġġ, skont l-għażla li jagħmel l-Istat Membru għall-ġestjoni tal-miżura, jkunu ġew implimentati u kkontrollati fil-post, skont l-Artikolu 81 ta’ dan ir-Regolament.”;

(4)

L-Artikolu 81 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 81

Kontroll relatat mal-potenzjal tal-produzzjoni u l-operazzjonijiet ta’ ristrutturar u konverżjoni tal-vinji

1.   Sabiex tiġi vverifikata l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-potenzjal tal-produzzjoni stabbiliti fis-Sezzjoni IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, inkluż il-projbizzjoni tranżizzjonali fuq taħwil ġdid stabbilita fl-Artikolu 85g(1) ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 103q ta’ dak ir-Regolament, relatati mal-operazzjonijiet ta’ ristrutturar u konverżjoni tal-vinji, l-Istati Membri għandhom jużaw reġistru tal-vinji.

2.   Meta jingħataw drittijiet ta’ taħwil mill-ġdid kif previst fl-Artikolu 85i tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-erjas tal-meded għandhom ikunu vverifikati b’mod sistematiku qabel u wara l-eżekuzzjoni tat-tħammil. Il-plotts issorveljati għandhom ikunu dawk li għalihom għandu jingħata dritt ta’ taħwil mill-ġdid.

Il-kontroll qabel it-tħammil għandu jinkludi verifika tal-eżistenza tal-vinja konċernata.

Dan il-kontroll għandu jitwettaq permezz ta’ kontroll fil-post. Iżda jekk l-Istat Membru jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu reġistru tal-vinji kompjuterizzat, affidabbli u aġġornat, il-kontroll ikun jista’ jitwettaq b’mod amministrattiv u l-obbligu ta’ kontroll fil-post qabel it-tħammil jista’ jkun limitat għal 5 % tal-applikazzjonijiet li jkunu daħlu (fuq bażi annwali) biex tkun ikkonfermata l-affidabbiltà tas-sistema amministrattiva ta’ kontroll. Jekk kontrolli fil-post jiżvelaw irregolaritajiet jew diskrepanzi sinifikanti f’reġjun jew f’parti ta’ reġjun, l-awtorità kompetenti għandha żżid kif imiss l-għadd ta’ kontrolli fil-post matul is-sena konċernata u s-sena ta’ wara.

3.   Erjas li jirċievu primjum ta’ tħammil għandhom ikunu vverifikati b’mod sistematiku qabel u wara l-eżekuzzjoni tat-tħammil. Il-plotts ivverifikati għandhom ikunu dawk li jkunu suġġetti ta’ applikazzjoni għal għajnuna.

Il-kontroll qabel it-tħammil għandu jinkludi wkoll il-verifika tal-eżistenza tal-vinja konċernata, il-medda mħawla u determinata skont l-Artikolu 75 u jekk il-medda partikulari kinitx ikkoltivata sewwa.

Dan il-kontroll għandu jitwettaq permezz ta’ kontroll fil-post. Madankollu, jekk l-Istat Membru jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu għodda grafika jew l-ekwivalenti li jippermetti l-kejl tal-erja tar-raba’ skont l-Artikolu 75 fir-reġistru tal-vinji kompjuterizzat u informazzjoni aġġornata affidabbli dwar ir-raba’ li kienet ikkoltivata sewwa, il-kontroll ikun jista’ jitwettaq b’mod amministrattiv u l-obbligu ta’ kontroll fil-post qabel it-tħammil jista’ jkun limitat għal 5 % tal-applikazzjonijiet biex tkun ikkonfermata l-affidabbiltà tas-sistema amministrattiva ta’ kontroll. Jekk kontrolli fil-post jiżvelaw irregolaritajiet jew diskrepanzi sinifikanti f’reġjun jew f’parti ta’ reġjun, l-awtorità kompetenti għandha żżid kif imiss l-għadd ta’ kontrolli fil-post matul is-sena konċernata.

4.   Il-kontroll li jivverifika li t-tħammil fil-fatt sar, għandu jsir permezz ta’ kontroll fil-post. F’każ li t-tħammil tar-raba’ sħiħa tal-vinja jew li r-riżoluzzjoni tat-telerilevament hija ugwali għal 1 m2 jew aħjar, il-kontroll jista’ jsir bit-telerilevament.

5.   F’każ ta’ erjas li jirċievu primjum ta’ tħammil, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, it-tielet subparagrafu u l-paragrafu 4, talanqas wieħed miż-żewġ kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jitwettaq permezz ta’ kontroll fil-post.

6.   Erjas li qegħdin jirċievu għajnuna għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji għandhom jiġu kkontrollati, b’mod sistematiku, qabel u wara l-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet. Il-plotts li għandhom jiġu kkontrollati huma dawk li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għall-għajnuna.

Il-kontroll qabel l-operazzjonijiet għandu jkopri wkoll il-verifika tal-eżistenza tal-vinja konċernata, l-erja mħawla determinata skont l-Artikolu 75 u l-esklużjoni tal-każ ta’ tiġdid normali tal-vinji kif definit fl-Artikolu 6.

Il-kontroll imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jitwettaq permezz ta’ kontroll fil-post. Madankollu, jekk l-Istat Membru jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu għodda grafika jew l-ekwivalenti, li jippermetti l-kejl tar- raba’ skont l-Artikolu 75 fir-reġistru tal-vinji kompjuterizzat, u informazzjoni aġġornata affidabbli dwar il-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid imħawla, il-kontroll imbagħad ikun jista’ jitwettaq b’mod amministrattiv u l-obbligu ta’ kontroll fil-post qabel it-tħammil jista’ jkun limitat għal 5 % tal-applikazzjonijiet biex tkun ikkonfermata l-affidabbiltà tas-sistema amministrattiva ta’ kontroll. Jekk kontrolli fil-post jiżvelaw irregolaritajiet jew diskrepanzi sinifikanti f’reġjun jew f’parti ta’ reġjun, l-awtorità kompetenti għandha żżid kif imiss l-għadd ta’ kontrolli fil-post matul is-sena konċernata.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1.


2.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 773/2010

tal-1 ta’ Settembru 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Settembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

41,0

ZZ

41,0

0707 00 05

TR

141,2

ZZ

141,2

0709 90 70

TR

126,2

ZZ

126,2

0805 50 10

AR

107,0

CL

159,0

TR

153,5

UY

75,6

ZA

133,6

ZZ

125,7

0806 10 10

BA

91,2

EG

131,2

IL

123,0

TR

112,7

ZA

147,0

ZZ

121,0

0808 10 80

AR

92,9

BR

69,6

CL

103,2

CN

65,6

NZ

89,6

US

95,6

ZA

88,5

ZZ

86,4

0808 20 50

AR

115,4

CL

96,6

CN

70,5

TR

133,1

ZA

100,4

ZZ

103,2

0809 30

TR

143,9

ZZ

143,9

0809 40 05

BA

53,2

IL

161,0

XS

52,3

ZZ

88,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

2.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Awwissu 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2006/594/KE li tiffissa allokazzjoni indikattiva minn Stat Membru tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-objettiv ta’ Konverġenza għall-perjodu 2007-2013 li tikkonċerna allokazzjonijiet addizzjonali tar-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5817)

(2010/475/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2006/594/KE (2) kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/191/KE (3), il-Kummissjoni ffissat allokazzjoni indikattiva minn Stat Membri għall-approrjazzjonijiet ta’ impenn għall-Objettiv ta’ Konverġenza għall-perjodu 2007-2013.

(2)

Skont paragrafu 10 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, fl-2010 kien stabbilit li l-PGD akkumulat għas-snin 2007 sa 2009 fir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja kull wieħed varja b’aktar minn ± 5 % mill-PGD akkumulat stmat skont paragrafu 9 tal-Anness II tar-Regolament Nru 1083/2006 li tinkludi konsegwenza tat-tibdiliet fir-rata ta’ skambju. L-ammonti allokati għall-perjodu 2011 sal-2013 għar-Repubblika Ċeka, il-Polonja u s-Slovakkja għalhekk għandhom ikunu aġġustati kif inhu xieraq.

(3)

F’konformità mal-punti 16 u 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda (4) fis-16 ta’ April 2010 il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2011 f’konformità maċ-ċaqliq fid-DGN, inklużi l-aġġustament tal-ammonti allokati minn fondi li jsostnu l-koeżjoni lill-Istati Membri kkonċernati bid-diverġenza bejn il-PGD stmat u attwali għall-perjodu 2007-2009 (5) li biha informat li aġġustament pożittiv huwa neċessarju għar-Repubblika Ċeka ta’ EUR 237 045 801, għall-Polonja ta’ EUR 632 392 153 u għas-Slovakkja ta’ EUR 137 711 534, maqsumin f’ammonti ugwali fl-2011, l-2012 u l-2013.

(4)

Sabiex ikunu stabbiliti l-ammonti allokati lill-Istati Membri kkonċernati, huwa neċessarju li titqies l-allokazzjoni pro rata bejn l-objettivi ta’ kompetittività u xogħol ta’ Konverġenza u Reġjonali fil-perjodu ta’ pprogrammar kurrenti 2007-2013 għal kull wiħed mill-Istati Membri kkonċernati u l-bżonn li jsir l-aħjar użu effiċjenti tal-allokazzjoni tal-fondi għal proġetti li qed jiġi implimentati bħalissa. Għalhekk, din id-Deċiżjoni għandha talloka biss il-parti tal-aġġustamenti ġenerali pożittivi li jikkonċernaw l-għan tal-Konverġenza.

(5)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, huwa xieraq li jinbidlu l-ammonti fil-filliera tat-Total tat-Tabella 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2006/594/KE għas-snin 2007-2010 peress li ma jirriflettux iċ-ċifri mogħtija mill-Bulgarija.

(6)

Id-Deċiżjoni 2006/594/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/594/KE tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(2)

L-Anness III jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Johannes HAHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(2)  ĠU L 243, 6.9.2006, p. 37.

(3)  ĠU L 87, 28.3.2007, p. 18.

(4)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(5)  COM(2010) 160 finali.


ANNESS I

“ANNESS I

Allokazzjoni indikattiva ta’ kull Stat Membru tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għar-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali skont l-objettiv ta’ Konverġenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013

(EUR)

Stat Membru

TABELLA 1 –

1-ammont ta’ approprjazzjonijiet (prezzijiet tal-2004)

Reġjuni eliġibbli skont 1-Għan ta’ Konverġenza

Iffinanzjar addizzjonali imsemmija fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 taħt il-punt:

10

14

20

24

26

28

30

Bulgaria

3 863 601 178

 

 

 

 

 

 

 

Česká republika

15 111 066 754

197 709 105

 

 

 

 

 

 

Deutschland

10 360 473 669

 

 

 

 

 

 

166 582 500

Eesti

1 955 979 029

 

 

 

31 365 110

 

 

 

Elláda

8 358 352 296

 

 

 

 

 

 

 

España

17 283 774 067

 

 

 

 

1 396 500 000

 

 

France

2 403 498 342

 

 

427 408 905

 

 

 

 

Italia

17 993 716 405

 

 

 

 

 

825 930 000

 

Latvija

2 586 694 732

 

 

 

53 886 609

 

 

 

Lietuva

3 875 516 071

 

 

 

79 933 567

 

 

 

Magyarország

12 622 187 455

 

 

 

 

 

 

 

Malta

493 750 177

 

 

 

 

 

 

 

Polska

38 507 171 321

359 874 111

880 349 050

 

 

 

 

 

Portugal

15 143 387 819

 

 

58 206 001

 

 

 

 

România

11 115 420 983

 

 

 

 

 

 

 

Slovenija

2 401 302 729

 

 

 

 

 

 

 

Slovensko

6 214 921 468

110 544 803

 

 

 

 

 

 

United Kingdom

2 429 762 895

 

 

 

 

 

 

 

Total

172 720 577 390

668 128 019

880 349 050

485 614 906

165 185 286

1 396 500 000

825 930 000

166 582 500


(EUR)

Stat Membru

TABELLA 2 –

Tqassim annwali tal-appropijazzjonijiet (prezzijiet tal-2004)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Bulgaria

300 892 058

431 830 557

576 458 082

595 526 527

625 067 349

653 446 232

680 380 373

Česká republika

1 993 246 617

2 050 979 461

2 106 089 584

2 162 632 571

2 283 395 438

2 332 343 673

2 380 088 515

Deutschland

1 503 865 167

1 503 865 167

1 503 865 167

1 503 865 167

1 503 865 167

1 503 865 167

1 503 865 167

Eesti

229 977 253

245 929 572

262 982 602

281 212 290

300 982 256

322 136 118

344 124 048

Elláda

1 194 050 328

1 194 050 328

1 194 050 328

1 194 050 328

1 194 050 328

1 194 050 328

1 194 050 328

España

2 668 610 581

2 668 610 581

2 668 610 581

2 668 610 581

2 668 610 581

2 668 610 581

2 668 610 581

France

404 415 321

404 415 321

404 415 321

404 415 321

404 415 321

404 415 321

404 415 321

Italia

2 688 520 915

2 688 520 915

2 688 520 915

2 688 520 915

2 688 520 915

2 688 520 915

2 688 520 915

Latvija

308 012 292

330 054 158

353 328 505

376 808 997

400 322 218

424 084 983

447 970 188

Lietuva

528 903 377

525 252 930

525 724 448

549 071 072

581 530 171

606 085 051

638 882 589

Magyarország

1 838 275 243

1 749 371 409

1 634 208 005

1 659 921 561

1 847 533 517

1 913 391 641

1 979 486 079

Malta

81 152 175

73 854 132

68 610 286

61 225 559

61 225 559

68 610 286

79 072 180

Polska

5 686 360 306

5 705 409 032

5 720 681 799

5 535 346 918

5 679 612 617

5 699 319 089

5 720 664 721

Portugal

2 171 656 260

2 171 656 260

2 171 656 260

2 171 656 260

2 171 656 260

2 171 656 260

2 171 656 260

România

782 254 110

1 123 289 385

1 498 844 810

1 773 286 696

1 875 412 911

1 979 406 577

2 082 926 494

Slovenija

423 258 365

397 135 571

370 643 430

343 781 942

316 551 106

288 950 923

260 981 392

Slovensko

939 878 406

896 645 972

845 960 417

765 136 058

845 313 158

910 570 647

1 121 961 613

United Kingdom

347 108 985

347 108 985

347 108 985

347 108 985

347 108 985

347 108 985

347 108 985

Total

24 090 437 759

24 507 979 736

24 941 759 525

25 082 177 748

25 795 173 857

26 176 572 777

26 714 765 749 ”


ANNESS II

“ANNESS III

Allokazzjoni indikattiva ta’ kull Stat Membru tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni skont l-objettiv ta’ Konverġenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013

(EUR)

Stat Membru

TABELLA 1 –

Ammont tal-approprjazzjonijiet (prezzijiet tal-2004)

 

Iffinanzjar addizzjonali imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 skont paragrafu:

10

24

Bulgaria

2 009 650 238

 

 

Česká republika

7 809 984 551

 

 

Eesti

1 000 465 639

 

16 157 785

Elláda

3 280 399 675

 

 

Kýpros/Kibris

193 005 267

 

 

Latvija

1 331 962 318

 

27 759 767

Lietuva

1 987 693 262

 

41 177 899

Magyarország

7 570 173 505

 

 

Malta

251 648 410

 

 

Polska

19 512 850 811

179 937 056

 

Portugal

2 715 031 963

 

 

România

5 754 788 708

 

 

Slovenija

1 235 595 457

 

 

Slovensko

3 424 078 134

 

 

Total

58 077 327 938

179 937 056

85 095 451


(EUR)

Stat Membru

TABELLA 2 –

Tqassim annwali tal-approprjazzjonijiet (prezzijiet tal-2004)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Bulgaria

161 567 407

227 036 657

299 350 419

308 884 642

323 655 053

337 844 495

351 311 565

Česká republika

1 032 973 476

1 061 839 898

1 089 394 960

1 117 666 453

1 144 441 732

1 169 574 794

1 194 093 238

Eesti

118 267 391

126 243 551

134 770 066

143 884 910

153 769 893

164 346 824

175 340 789

Elláda

468 628 525

468 628 525

468 628 525

468 628 525

468 628 525

468 628 525

468 628 525

Kýpros/Kibris

52 598 692

42 866 160

33 133 627

23 401 096

13 668 564

13 668 564

13 668 564

Latvija

159 639 206

170 660 138

182 297 312

194 037 557

205 794 168

217 675 551

229 618 153

Lietuva

180 857 472

230 966 558

277 869 373

303 013 907

320 491 883

348 611 677

367 060 291

Magyarország

328 094 604

687 358 082

1 080 433 910

1 308 130 864

1 343 212 938

1 388 664 318

1 434 278 789

Malta

24 809 997

32 469 219

37 971 049

45 716 955

45 716 955

37 971 049

26 993 186

Polska

1 883 652 471

2 208 285 009

2 532 817 229

2 755 750 999

3 136 326 090

3 437 744 747

3 738 211 322

Portugal

387 861 709

387 861 709

387 861 709

387 861 709

387 861 709

387 861 709

387 861 709

România

419 281 086

589 798 724

777 576 436

914 797 379

965 860 486

1 017 857 319

1 069 617 278

Slovenija

86 225 407

115 705 905

145 555 750

175 774 942

206 363 481

237 321 369

268 648 603

Slovensko

197 125 902

317 519 267

452 740 053

630 951 164

664 262 430

668 505 352

492 973 966

Total

5 501 583 345

6 667 239 402

7 900 400 418

8 778 501 102

9 380 053 907

9 896 276 293

10 218 305 978 ”


2.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Awwissu 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2006/593/KE li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-objettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi għall-perjodu 2007-2013 fir-rigward tar-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5818)

(2010/476/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2006/593/KE (2), il-Kummissjoni ffissat allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-obbjettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi għall-perjodu 2007 sal-2013.

(2)

Bi qbil mal-paragrafu 10 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, fl-2010 ġie stabbilit li l-PGD akkumulat għas-snin 2007 sal-2009 fir-Repubblika Ċeka, fil-Polonja u fis-Slovakkja varja f’kull każ b’aktar minn ± 5 % mill-PGD akkumulat li ġie vvalutat skont il-paragrafu 9 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, inkluż bħala konsegwenza tat-tibdil fir-rati tal-kambju. L-ammonti allokati għall-perjodu 2011 sal-2013 lir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja għandhom għalhekk jiġu aġġustati skont dan.

(3)

Bi qbil mal-punti 16 u 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda (3) fis-16 ta’ April 2010 l-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għall-2011 b’konformità mal-movimenti fid-DGN, inkluż l-aġġustament ta’ ammonti allokati minn fondi li jappoġġjaw il-koeżjoni lill-Istati Membri li għandhom diverġenza bejn l-istima tal-PGD u dak attwali għall-perjodu 2007-2009 (4), li permezz tagħha infurmat li kien meħtieġ aġġustament pożittiv għar-Repubblika Ċeka ta’ EUR 237 045 801 u għas-Slovakkja ta’ EUR 137 711 534, li jridu jinqasmu f’ammonti ndaqs fl-2011, l-2012 u l-2013.

(4)

Sabiex jiġu stabbiliti l-ammonti allokati lill-Istati Membri kkonċernati jeħtieġ li titqies l-allokazzjoni pro-rata bejn l-objettivi tal-Konverġenza u dawk tal-Kompetittività reġjonali u l-Impjiegi fil-perjodu ta’ pprogrammar attwali 2007-2013 għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati u l-ħtieġa li jsir l-aktar użu effiċjenti tal-allokazzjoni tal-fondi lill-proġetti attwalment implimentati. Għalhekk, din id-Deċiżjoni għandha talloka biss il-parti tal-aġġustamenti pożittivi ġenerali li tirrigwarda l-objettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi.

(5)

Id-Deċiżjoni 2006/593/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/593/KE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kummissjoni

Johannes HAHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(2)  ĠU L 243, 6.9.2006, p. 32.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(4)  COM(2010) 160 finali.


ANNESS

“ANNESS I

Allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru tal-approprijazzjonijiet tal-impenn għar-reġjuni eliġibbli għall-għoti ta’ fondi mill-Fondi Strutturali li jaqgħu taħt l-objettiv tal-Kompetittività reġjonali u impjiegi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013

(EUR)

TABELLA 1 –

Ammont ta' approprjazzjonijiet (prezzijiet tal-2004)

Stati Membri

Regjuni eligibbli taht l-objettiv tal-Kompetittività regjonali u l-impjiegi

Finanzjament addizzjonali msemmi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 fil-punt:

10

16

20

23

25

26

28

29

Belgique/België

1 264 522 294

 

 

 

 

 

 

 

 

Česká republika

172 351 284

4 633 651

199 500 000

 

 

 

 

 

 

Danmark

452 135 320

 

 

 

 

 

 

 

 

Deutschland

8 273 934 718

 

 

 

 

74 812 500

 

 

 

España

2 925 887 307

 

 

 

 

 

199 500 000

 

 

France

9 000 763 163

 

 

 

 

 

 

 

99 750 000

Éire/Ireland

260 155 399

 

 

 

 

 

 

 

 

Italia

4 539 667 937

 

 

 

 

 

 

209 475 000

 

Luxembourg

44 796 164

 

 

 

 

 

 

 

 

Nederland

1 472 879 499

 

 

 

 

 

 

 

 

Österreich

761 883 269

 

 

 

 

149 625 000

 

 

 

Portugal

435 196 895

 

 

 

 

 

 

 

 

Slovensko

398 057 758

7 006 030

 

 

 

 

 

 

 

Suomi/Finland

778 631 938

 

 

153 552 511

 

 

 

 

 

Sverige

1 077 567 589

 

 

215 598 656

149 624 993

 

 

 

 

United Kingdom

5 335 717 800

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

37 194 148 334

11 639 681

199 500 000

369 151 167

149 624 993

224 437 500

199 500 000

209 475 000

99 750 000


(EUR)

Stat Membru

TABELLA 2 –

Kategorizzazzjoni annwali tal-approprjazzjonijiet (prezzijiet tal-2004)

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Belgique/België

180 646 042

180 646 042

180 646 042

180 646 042

180 646 042

180 646 042

180 646 042

Česká republika

53 121 612

53 121 612

53 121 612

53 121 612

54 696 847

54 665 961

54 635 679

Danmark

64 590 760

64 590 760

64 590 760

64 590 760

64 590 760

64 590 760

64 590 760

Deutschland

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

1 192 678 174

España

446 483 901

446 483 901

446 483 901

446 483 901

446 483 901

446 483 901

446 483 901

France

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

1 300 073 309

Éire/Ireland

37 165 057

37 165 057

37 165 057

37 165 057

37 165 057

37 165 057

37 165 057

Italia

678 448 991

678 448 991

678 448 991

678 448 991

678 448 991

678 448 991

678 448 991

Luxembourg

6 399 452

6 399 452

6 399 452

6 399 452

6 399 452

6 399 452

6 399 452

Nederland

210 411 357

210 411 357

210 411 357

210 411 357

210 411 357

210 411 357

210 411 357

Österreich

130 215 467

130 215 467

130 215 467

130 215 467

130 215 467

130 215 467

130 215 467

Portugal

62 170 985

62 170 985

62 170 985

62 170 985

62 170 985

62 170 985

62 170 985

Slovensko

59 287 258

57 274 995

54 915 823

51 153 834

55 518 251

58 543 272

68 370 355

Suomi/Finland

133 169 207

133 169 207

133 169 207

133 169 207

133 169 207

133 169 207

133 169 207

Sverige

206 113 034

206 113 034

206 113 034

206 113 034

206 113 034

206 113 034

206 113 034

United Kingdom

762 245 400

762 245 400

762 245 400

762 245 400

762 245 400

762 245 400

762 245 400

Total

5 523 220 006

5 521 207 743

5 518 848 571

5 515 086 582

5 521 026 234

5 524 020 369

5 533 817 170 ”


2.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Settembru 2010

dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta’ ilmijiet tal-baħar

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5956)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/477/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent tal-Baħar (Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija tal-Baħar) (1) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 9(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-kriterji għall-kisba ta’ status ambjentali tajjeb huma l-punt tat-tluq għall-iżvilupp ta’ approċċi koerenti fl-istadji ta’ tħejjija ta’ strateġiji tal-baħar, inklużi d-determinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ status ambjentali tajjeb u t-twaqqif ta’ sett komprensiv ta’ miri ambjentali, li għandu jiġi żviluppat b’mod ikkoordinat u koerenti fil-qafas tar-rekwiżit ta’ kooperazzjoni reġjonali.

(2)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-konvenzjonijiet tal-ibħra reġjonali, b’mod partikolari dwar il-valutazzjoni xjentifika u teknika mħejjija mill-Gruppi ta’ Ħidma mwaqqfa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u mill-Kunsill Internazzjonali dwar l-Esplorazzjoni tal-Ibħra biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ kriterji u standards ta’ metodoloġija.

(3)

Waħda mis-sejbiet ewlenin ta’ xogħol xjentifiku u tekniku bħal dan hija li hemm ħtieġa sostanzjali li jkun żviluppat għarfien xjentifiku addizzjonali għall-valutazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb b’mod koerenti u olistiku biex isostni l-approċċ għal ġestjoni bbażata fuq l-ekosistemi. Jeħtieġ li jkun żviluppat tagħrif xjentifiku aħjar, b’mod partikolari permezz tal-Komunikazzjoni “Strateġija Ewropea għar-Riċerka tal-Baħar u dik Marittima. Qafas koerenti ta’ Żona Ewropea ta’ Riċerka li jappoġġa użu sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra” (2), fil-qafas tal-Komunikazzjoni “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (3) u b’koerenza ma’ leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni. Ikun xieraq ukoll li aktar ’il quddiem fil-proċess tkun integrata l-esperjenza li dalwaqt ikollna, li għandha tiġi żviluppata fil-livelli nazzjonali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-istadji ta’ tħejjija tal-istrateġiji tal-baħar elenkati fl-Artikolu 5(2)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li l-Kummissjoni tirrevedi din id-Deċiżjoni fil-qafas tal-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2008/56/KE. Minbarra l-kriterji ta’ reviżjoni, huwa meħtieġ żvilupp akbar tal-istandards metodoloġiċi u dan għandu jsir permezz ta’ koordinazzjoni mill-qrib mat-twaqqif ta’ programmi ta’ monitoraġġ. Din ir-reviżjoni għandha ssir malajr kemm jista’ jkun wara li titlesta l-valutazzjoni meħtieġa tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2008/56/KE, u fil-ħin sabiex ikun sostnut aġġornament b’suċċess ta’ strateġiji tal-baħar li għandhom ikunu lesti sal-2018 skont l-Artikolu 17 ta’ dik id-Direttiva, bħala kontribut ieħor għal ġestjoni adattiva. Dan huwa koerenti mal-fatt li d-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb jista’ jieħu ż-żmien biex ikun adattat, meta titqies in-natura dinamika tal-ekosistemi tal-baħar, il-varjabbiltà naturali tagħhom, u l-fatt li l-pressjonijiet u l-impatti fuqhom jistgħu jvarjaw bl-evoluzzjoni ta’ xejriet differenti ta’ attività tal-bniedem u bl-impatt tat-tibdil fil-klima.

(5)

Il-kriterji għal status ambjentali tajjeb jibnu fuq obbligi u żviluppi eżistenti fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni, inkluża d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (4), li tapplika għall-ilmijiet kostali, kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (5), id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (6), u għadd ta’ strumenti żviluppati fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd, wara li jitqiesu, fejn xieraq, l-informazzjoni u t-tagħrif miġbura u l-approċċi żviluppati fil-qafas ta’ konvenzjonijiet reġjonali. Minħabba li din id-Deċiżjoni tikkontribwixxi għal aktar żvilupp tal-kunċett ta’ status ambjentali tajjeb ta’ ilmijiet tal-baħar, hija tappoġġa, b’rabta mal-ekosistemi tal-baħar, il-proċess biex tkun riveduta l-strateġija tal-bijodiversità tal-Unjoni Ewropea wara l-2010 kif ukoll il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Bijodiversità.

(6)

Id-Direttiva 2008/56/KE, li hija l-pilastru ambjentali tal-Politika Marittima Integrata, tesiġi l-applikazzjoni tal-approċċ tal-ekosistema għall-ġestjoni ta’ attivitajiet tal-bniedem, li jkopru s-setturi kollha li għandhom impatt fuq l-ambjent tal-baħar. Il-Green Paper dwar ir-Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (7) tgħid li din tal-aħħar għandha titwaqqaf biex ikunu pprovduti l-istrumenti tajbin biex isostnu dan l-approċċ għall-ekosistemi.

(7)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2008/56/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kriterji li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex ikun ivvalutat kemm qed jinkiseb status ambjentali tajjeb, akkumpanjati b’referenzi għal standards metodoloġiċi applikabbli, fejn ikunu disponibbli, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(2)  COM(2008) 534 finali.

(3)  COM(2010) 2020 finali.

(4)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(6)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(7)  COM(2009) 163 finali, p. 19.


ANNESS

KRITERJI U STANDARDS METODOLOĠIĊI GĦAL STATUS AMBJENTALI TAJJEB

PARTI A

Kundizzjonijiet ġenerali tal-applikazzjoni tal-kriterji għal status ambjentali tajjeb

1.

Il-kriterji biex jiġi vvalutat sa liema punt qiegħed jintlaħaq status ambjentali tajjeb huma speċifikati u nnumerati fil-Parti B b’rabta ma’ kull wieħed mill-ħdax-il deskrittur ta’ status ambjentali tajjeb stabbiliti fl-Anness I għad-Direttiva 2008/56/KE. Mal-kriterji nsibu lista ta’ indikaturi relatati sabiex tali kriterji jsiru operazzjonali u jippermettu progress sussegwenti. Fil-Parti B, mal-kriterji nsibu r-referenzi għal standards metodoloġiċi applikabbli fejn disponibbli. Għal għadd minn dawn il-kriterji u l-indikaturi relatati, il-ħtieġa għal aktar żvilupp u informazzjoni addizzjonali ġiet identifikata, sabiex tkompli tiġi indirizzata fil-proċess għar-reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni (1). Din il-Parti tispeċifika l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ applikazzjoni ta’ kriterji bħal dawn u ta’ indikaturi relatati.

2.

Għal biċċa l-kbira tal-kriterji, jeħtieġ li l-valutazzjoni u l-metodoloġiji meħtieġa jqisu, u fejn xieraq, ikunu bbażati fuq dawk applikabbli skont leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti, b’mod partikolari d-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE u leġiżålazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni (inkluża dik skont il-Politika Komuni tas-Sajd, eż. ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (3), filwaqt li jitqiesu wkoll rapporti tal-Gruppi ta’ Ħidma stabbiliti miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-Kunsill Internazzjonali dwar l-Esplorazzjoni tal-Ibħra (4) u, fejn rilevanti, l-informazzjoni u t-tagħrif miġbura u l-approċċi żviluppati fil-qafas tal-konvenzjonijiet dwar ibħra reġjonali.

3.

Status ambjentali tajjeb jesiġi li l-attivitajiet kollha rilevanti tal-bniedem jitwettqu b’koerenza mar-rekwiżit ta’ protezzjoni u preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-kunċett ta’ użu sostenibbli ta’ prodotti u servizzi tal-baħar mill-ġenerazzjonijiet ta’ issa u tal-ġejjieni msemmijin fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/56/KE. L-applikazzjoni ta’ kriterji għal status ambjentali tajjeb jeħtieġ li titwettaq billi wieħed iżomm quddiem għajnejh il-ħtieġa li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ ikunu strutturati u li tingħata prijorità lil azzjoni b’rabta mal-importanza tal-impatti fuq l-ekosistemi tal-baħar u l-komponenti tagħhom u t-theddid għalihom. Madankollu, huwa importanti li l-valutazzjoni tqis ukoll l-effetti kumulattivi u sinerġetiċi ewlenin ta’ impatti fuq l-ekosistema tal-baħar, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/56/KE.

4.

F’għadd ta’ każijiet, u b’mod partikolari meta titqies ir-relazzjoni bejn ħtiġijiet ta’ informazzjoni u l-ambitu ġeografiku tal-ilmijiet tal-ibħra konċernati, jista’ jkun xieraq li jiġu applikati bħala l-ewwel pass xi kriterji partikolari u indikaturi relatati għall-iskrinjar kumplessiv tal-istat ambjentali fuq skala usa’ u f’dak l-istadju mbagħad jiġu identifikati istanzi u żoni speċifiċi fejn, meta titqies l-importanza tal-impatti u t-theddid fid-dawl tal-karattteristiċi ambjentali u/jew il-pressjonijiet tal-bniedem, tkun meħtieġa valutazzjoni ifjen li tkun tinvolvi l-indikaturi rilevanti kollha relatati mal-kriterji.

5.

L-iskala temporali u ġeografika tal-impatti tvarja konsiderevolment u dan jiddependi mix-xorta ta’ pressjoni u sensittività tal-komponenti tal-ekosistemi milqutin. Minħabba l-karatteristiċi intrinsiċi tagħhom, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li għal xi kriterji u indikaturi jiġu applikati skedi ta’ żmien varji biex tinqabad firxa ta’ proċessi differenti. Meta jkun hemm il-ħtieġa li l-valutazzjoni tibda fuq skala ġeografika relattivament żgħira sabiex ikollha tifsira ekoloġika (pereżempju minħabba li l-pressjonijiet ikunu lokalizzati), jista’ jkun hemm il-ħtieġa li l-valutazzjonijiet jiżdiedu fuq skali usa’, bħal pereżempju fil-livelli ta’ sottodiviżjonijiet, sottoreġjuni u reġjuni.

6.

Valutazzjoni kkombinata tal-iskala, id-distribuzzjoni u l-intensità tal-pressjonijiet u l-medda, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza ta’ komponenti differenti tal-ekosistemi inkluż fejn possibbli li jintwerew fuq mappa, tippermetti l-identifikazzjoni taż-żoni fejn l-ekosistemi tal-baħar ġew milquta ħażin jewinkella jinsabu f’riskju li jintlaqtu ħażin. Il-valutazzjoni tal-iskala tal-impatti potenzjali u dawk li jkun hemm fir-realtà fuq l-ekosistemi tal-baħar hija bażi utli wkoll. Dan l-approċċ, li jqis il-kunsiderazzjonijiet abbażi tar-riskji, jappoġġa wkoll l-għażla tal-indikaturi l-aktar xierqa relatati mal-kriterji għal valutazzjoni tal-progress li jwassal għal status ambjentali tajjeb. Jiffaċilita wkoll l-iżvilupp ta’ għodod speċifiċi li jistgħu jappoġġaw approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi għall-ġestjoni tal-attivitajiet tal-bniedem meħtieġ sabiex jintlaħaq status ambjentali tajjeb billi jiġu identifikati s-sorsi tal-pressjonijiet u l-impatti, inklużi l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi tagħhom. Għodod bħal dawn jinkludu miżuri ta’ protezzjoni ta’ spazji u miżuri li hemm fil-lista fl-Anness VI għad-Direttiva 2008/56/KE, partikolarment kontrolli ta’ distribuzzjoni ġeografika u temporali, bħall-ippjanar ġeografiku marittimu.

7.

Teżisti diversità ta’ kundizzjonijiet ambjentali fil-baħar u ta’ attivitajiet tal-bniedem li għandhom impatt fuqhom. B’mod partikolari, teżisti diversità bejn reġjuni u wkoll f’reġjuni, sottoreġjuni u sottodiviżjonijiet tal-baħar. Għal din ir-raġuni, l-applikabbiltà ta’ indikaturi speċifiċi relatati mal-kriterji jista’ jkun li teħtieġ jekk humiex ekoloġikament rilevanti għal kull sitwazzjoni li tkun qed tiġi vvalutata.

8.

L-Istati Membri jeħtieġ li jqisu kull wieħed mill-kriterji u mill-indikaturi relatati elenkati f’dan l-Anness biex jidentifikaw dawk li jkollhom jintużaw biex ikun determinat status ambjentali tajjeb. Abbażi tal-valutazzjoni inizjali, meta Stat Membru jqis li ma jkunx xieraq li jintuża wieħed mill-kriterji jew aktar, ikun meħtieġ jipprovdi lill-Kummissjoni b’ġustifikazzjoni fil-qafas tan-notifika skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/56/KE, meta dan ikun rilevanti b’rabta mal-konsistenza u l-paragun bejn reġjuni u sottoreġjuni. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri huma suġġetti għall-obbligu ta’ kooperazzjoni reġjonali kif stabbilit fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2008/56/KE, u b’mod partikolari għar-rekwiżit li jkun żgurat li l-elementi differenti tal-istrateġiji tal-baħar ikunu koerenti u kkoordinati mar-reġjun jew mas-subreġjun tal-baħar ikkonċernat kollu.

9.

Huwa importanti li l-applikazzjoni tal-kriterji tqis ir-riżultati tal-valutazzjoni inizjali, meħtieġa skont l-Artikolu 8 u l-Anness III għad-Direttiva 2008/56/KE, u li dawn ma jitwettqux b’mod separat minn xulxin. Il-valutazzjoni inizjali hija l-proċess ewlieni biex ikunu identifikati l-karatteristiċi essenzjali kif ukoll il-pressjonijiet u l-impatti predominanti fuq l-ambjent tal-baħar, soġġetta għall-aġġornamenti regolari tagħha u għall-programmi ta’ monitoraġġ. L-ewwel valutazzjoni jkun jeħtiġilha tiġi ffinalizzata sad-data speċifikata fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2008/56/KE abbażi tal-listi indikattivi ta’ elementi li hemm fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva u wara li titqies dejta eżistenti fejn din tkun tista’ tinkiseb. Għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li xi kriterji u indikaturi relatati jitqiesu li jkunu għadhom qed jiġu żviluppati matul dan il-perjodu inizjali.

10.

Qed isir progress li jwassal għal status ambjentali tajjeb fil-kuntest ta’ bidliet kontinwi u usa’ fl-ambjent tal-baħar. It-tibdil fil-klima diġà qed ikollu impatt fuq l-ambjent tal-baħar, inkluż fuq il-proċessi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi. Il-fatt li jiġu żviluppati l-istrateġiji tal-baħar rispettivi tagħhom, l-Istati Membri jeħtiġilhom jispeċifikaw, fejn xieraq, kwalunkwe evidenza tal-impatti tat-tibdil fil-klima. Ġestjoni adattiva abbażi tal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi tinkludi l-aġġornament regolari tad-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb.

PARTI B

Kriterji għal status ambjentali tajjeb rilevanti għad-deskritturi fl-Anness I għad-Direttiva 2008/56/KE

Deskrittur 1:   Id-diversità bijoloġika tinżamm. Il-kwalità u l-okkorrenza tal-ħabitats u d-distribuzzjoni u l-abbundanza tal-ispeċi huma skont kundizzjonijiet fiżjografiċi, ġeografiċi u klimatiċi l-aktar imxerrda.

Il-valutazzjoni hija meħtieġa f’diversi livelli ekoloġiċi: ekosistemi, ħabitats (inklużi l-komunitajiet assoċjati magħhom, jiġifieri l-bijotopi) u speċi, li huma riflessi fl-istruttura ta’ din it-taqsima, filwaqt li jitqies il-punt 2 tal-Parti A. Għal ċerti aspetti ta’ dan id-deskrittur, huwa meħtieġ appoġġ xjentifiku u tekniku addizzjonali (5). Biex ikun indirizzat l-ambitu wiesa’ tad-deskrittur, huwa meħtieġ, wara li jitqies l-Anness III għad-Direttiva 2008/56/KE, li jiġu stabbiliti l-prijoritajiet minn fost il-karatteristiċi tal-bijodiversità fil-livell ta’ speċi, ħabitats u ekosistemi. Dan jippermetti l-identifikazzjoni ta’ dawk il-karatteristiċi tal-bijodiversità u ta’ dawk iż-żoni fejn ikun hemm impatti u theddid u jappoġġa wkoll l-identifikazzjoni ta’ indikaturi xierqa fost il-kriterji magħżulin, adegwati għaż-żoni u għall-karatteristiċi konċernati (6). L-obbligu ta’ kooperazzjoni reġjonali msemmi fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2008/56/KE huwa rilevanti direttament għall-proċess ta’ għażla ta’ karatteristiċi tal-bijodiversità f’reġjuni, sottoreġjuni u sottodiviżjonijiet, inkluż li jkunu stabbiliti, fejn xieraq, kundizzjonijiet ta’ referenza skont l-Anness IV għad-Direttiva 2008/56/KE. L-immudellar bl-użu ta’ pjattaforma ġeografika ta’ sistema ta’ informazzjoni jista’ jipprovdi bażi siewja biex ikun hemm mappa ta’ firxa ta’ karatteristiċi tal-bijodiversità u attivitajiet tal-bniedem u tal-pressjonijiet tagħhom, bil-kundizzjoni li kwalunkwe żball li jkun hemm jiġi vvalutat u deskritt sewwa meta jiġu applikati r-riżultati. Dan it-tip ta’ dejta huwa prerekwiżit għal ġestjoni tal-attivitajiet tal-bniedem ibbażata fuq l-ekosistemi u għall-iżvilupp ta’ għodod ġeografiċi relatati (7).

Livell ta’ speċi

Għal kull reġjun, subreġjun jew sottodiviżjoni, wara li jitqiesu l-ispeċi u l-komunitajiet differenti (pereżempju l-fitoplankton u ż-żooplankton) li jinsabu fil-lista indikattiva fit-Tabella 1 tal-Anness III għad-Direttiva 2008/56/KE, jeħtieġ li jkun stabbilit sett ta’ speċi u gruppi funzjonali rilevanti, wara li jitqies il-punt 2 tal-Parti A. It-tliet kriterji għall-valutazzjoni ta’ kwalunkwe speċi huma d-distribuzzjoni, id-daqs tal-popolazzjoni u l-kundizzjoni tal-popolazzjoni tal-ispeċi. Dwar din tal-aħħar, hemm każijiet fejn ikun meħtieġ għarfien dwar is-saħħa tal-popolazzjoni u ta’ relazzjonijiet interspeċifiċi u intraspeċifiċi. Jeħtieġ ukoll li jkunu vvalutati separatament sottospeċi u popolazzjonijiet fejn il-valutazzjoni inizjali jew informazzjoni ġdida disponibbli jidentifikaw impatti u theddid potenzjali għall-istatus ta’ wħud minnhom. Il-valutazzjoni tal-ispeċi teħtieġ ukoll għarfien integrat tad-distribuzzjoni, il-medda u l-kundizzjoni tal-ħabitats tagħhom, b’mod koerenti mar-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 92/43/KEE (8) u mid-Direttiva 2009/147/KE, sabiex jiġi żgurat li l-ħabitat ikun kbir biżżejjed sabiex tinżamm il-popolazzjoni tiegħu, filwaqt li titqies kwalunkwe theddida ta’ deterjorament jew telf ta’ ħabitats bħal dawn. F’dak li għandu x’jaqsam mal-bijodiversità fil-livell tal-ispeċi, it-tliet kriterji għall-valutazzjoni tal-progress li jwassal għal status ambjentali tajjeb, kif ukoll l-indikaturi relatati rispettivament magħhom, huma dawn li ġejjin:

1.1.   Id-distribuzzjoni tal-ispeċi

Il-firxa tad-distribuzzjoni (1.1.1)

Ix-xejra tad-distribuzzjoni fi ħdan il-firxa tad-distribuzzjoni, fejn xieraq (1.1.2)

Iż-żona koperta mill-ispeċjiet (għal speċi sessili/ta’ qiegħ il-baħar) (1.1.3)

1.2.   Id-daqs tal-popolazzjoni

L-abbundanza tal-popolazzjoni u/jew il-bijomassa, skont il-każ (1.2.1)

1.3.   Il-kundizzjoni tal-popolazzjoni

Il-karatteristiċi demografiċi tal-popolazzjoni (eż. struttura skont id-daqs tal-ġisem jew il-klassi tal-età, il-proporzjon tas-sessi, ir-rati ta’ fekondità, ir-rati ta’ sopravivenza/mortalità) (1.3.1)

L-istruttura ġenetika tal-popolazzjoni, fejn xieraq (1.3.2).

Livell tal-ħabitats

Għall-fini tad-Direttiva 2008/56/KE, it-terminu ħabitat jindirizza kemm il-karatteristiċi abijotiċi, kif ukoll il-komunità bijoloġika assoċjata, billi jittratta ż-żewġ elementi flimkien, fis-sens tat-terminu bijotopu. Jeħtieġ li jitfassal sett ta’ tipi ta’ ħabitats għal kull reġjun, subreġjun jew sottodiviżjoni, wara li jitqiesu l-ħabitats differenti fil-lista indikattiva fit-Tabella 1 tal-Anness III, u wara li jitqiesu l-istrumenti msemmija fil-punt 2 tal-Parti A. Strumenti bħal dawn jirreferu wkoll għal għadd ta’ kumplessi ta’ ħabitats (dan ifisser li, fejn ikun xieraq, jiġu vvalutati l-kompożizzjoni, il-medda u l-proporzjonijiet relattivi tal-ħabitats f’kumplessi bħal dawn) u ta’ ħabitats funzjonali (bħal pereżempju żoni ta’ tifrigħ, trobbija u għalf u rotot ta’ migrazzjoni). Sforzi addizzjonali għal klassifikazzjoni koerenti ta’ ħabitats tal-baħar, sostnuti b’lokalizzazzjoni adegwata, huma essenzjali għal valutazzjoni f’livell ta’ ħabitats, wara li jitqiesu varjazzjonijiet tul ix-xaqliba tad-distanza mill-kosta u l-fond (eż. baħar kostali, baħar kontinentali u baħar fond). It-tliet kriterji għall-valutazzjoni tal-ħabitats huma d-distribuzzjoni, il-medda u l-kundizzjoni tagħhom (għal tal-aħħar, b’mod partikolari, il-kundizzjoni ta’ speċi u komunitajiet tipiċi), flimkien mal-indikaturi relatati rispettivament magħhom. Il-valutazzjoni tal-kundizzjoni ta’ ħabitat tesiġi fehim integrat tal-istatus ta’ komunitajiet u speċi assoċjati, b’mod koerenti mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 92/43/KEE (9) u d-Direttiva 2009/147/KE, inkluża, fejn xieraq, valutazzjoni tal-karatteristiċi funzjonali tagħhom.

1.4.   Id-distribuzzjoni tal-ħabitats

Il-firxa tad-distribuzzjoni (1.4.1)

Ix-xejra tad-distribuzzjoni (1.4.2)

1.5.   Il-medda tal-ħabitats

Iż-żona tal-ħabitats (1.5.1)

Il-volum tal-ħabitats, fejn rilevanti (1.5.2)

1.6.   Il-kundizzjoni tal-ħabitats

Il-kundizzjoni tal-ispeċi u l-komunitajiet tipiċi (1.6.1)

L-abbundanza relattiva u/jew il-bijomassa, skont il-każ (1.6.2)

Il-kundizzjonijiet fiżiċi, idroloġiċi u kimiċi (1.6.3).

Il-livell tal-ekosistemi

1.7.   L-istruttura tal-ekosistemi

Il-kompożizzjoni u l-proporzjonijiet relattivi tal-komponenti tal-ekosistemi (ħabitats u speċi) (1.7.1).

Barra minn dan, l-interazzjonijiet bejn il-komponenti struturali tal-ekosistema huma fundamentali għall-valutazzjoni ta’ proċessi u funzjonijiet tal-ekosistemi bil-għan li jkun determinat b’mod kumplessiv status ambjentali tajjeb, wara li jitqiesu inter alia l-Artikoli 1, 3(5) u 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE. Aspetti oħra funzjonali indirizzati permezz ta’ deskritturi oħra ta’ status ambjentali tajjeb (bħad-deskritturi 4 u 6), kif ukoll kunsiderazzjonijiet ta’ konnettività u reżiljenza, huma wkoll importanti biex ikunu indirizzati proċessi u funzjonijiet tal-ekosistemi.

Deskrittur 2:   L-ispeċi mhux indiġeni introdotti minħabba l-attivitajiet tal-bniedem huma f’livelli li ma jaffettwawx b’mod negattiv lill-ekosistemi.

L-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ mogħdijiet u vetturi (vectors) li jxerrdu speċi mhux indiġeni b’riżultat ta’ attivitajiet tal-bniedem huma prerekwiżit biex ikun evitat li speċi bħal dawn introdotti b’riżultat ta’ attivitajiet tal-bniedem jilħqu livelli li jolqtu ħażin lill-ekosistemi u biex jittaffa kwalunkwe impatt. Il-valutazzjoni inizjali għandha tqis li xi introduzzjonijiet ta’ speċi minħabba attivitajiet tal-bniedem huma diġà rregolati fil-livell tal-Unjoni (10) biex ikun ivvalutat u minimizzat l-impatt possibbli tagħhom fuq ekosistemi akkwatiċi, u li xi speċi mhux indiġeni ntużaw b’mod komuni fl-akkwakultura għal ħafna żmien u diġà huma suġġetti għal trattament ta’ permess speċifiku fi ħdan ir-Regolamenti eżistenti (11). Għad hemm biss għarfien limitat dwar l-effetti tal-ispeċi mhux indiġeni fuq l-ambjent. Jeħtieġ li jkun hemm żvilupp xjentifiku u tekniku biex ikunu żviluppati indikaturi potenzjalment siewja (12), l-aktar ta’ impatti ta’ speċi invażivi mhux indiġeni (bħal indiċijiet ta’ tniġġis bijoloġiku), li jibqgħu l-akbar tħassib għall-kisba ta’ status ambjentali tajjeb. Il-prijorità b’rabta ma’ valutazzjoni u monitoraġġ (13) hija relatata mal-karatterizzazzjoni tal-istat, li hija prerekwiżit għal valutazzjoni tal-kobor tal-impatti iżda li fiha nfisha ma tiddeterminax il-kisba ta’ status ambjentali tajjeb għal dan id-deskrittur.

2.1.   Abbundanza u karatterizzazzjoni tal-istat ta’ speċi mhux indiġeni, b’mod partikolari speċi invażivi

Xejriet fl-abbundanza, l-inċidenza temporali u d-distribuzzjoni ġeografika fis-selvaġġ ta’ speċi mhux indiġeni, partikolarment speċi mhux indiġeni invażivi, l-aktar f’żoni ta’ riskju, b’rabta mal-vetturi u l-mogħdijiet ewlenin li jxerrdu speċi bħal dawn (2.1.1)

2.2.   Impatt ambjentali ta’ speċi invażivi mhux indiġeni

Il-proporzjon bejn l-ispeċi invażivi mhux indiġeni u l-ispeċi nattivi f’uħud mill-gruppi tassonomiċi studjati tajjeb (eż. ħut, makroalka, molluski) li jistgħu jipprovdu kejl tal-bidla fil-kompożizzjoni tal-ispeċi (eż. wara l-ispostament ta’ speċi nattivi) (2.2.1)

Impatti ta’ speċi invażivi mhux indiġeni fil-livell tal-ispeċi, il-ħabitats u l-ekosistema, fejn vijabbli (2.2.2).

Deskrittur 3:   Il-popolazzjonijiet tal-ħut u l-frott tal-baħar kollu li jiġi sfruttat b’mod kummerċjali huma fi ħdan limiti bijoloġiċi sikuri, u għandhom età tal-popolazzjoni u distribuzzjoni tad-daqs li huma indikattivi ta’ stokk b’saħħtu.

Din it-taqsima tapplika għall-istokkijiet kollha koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (fl-ambitu ġeografiku tad-Direttiva 2008/56/KE) u obbligi simili tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għal dawn l-istokkijiet u għal stokkijiet oħrajn, l-applikazzjoni tagħha tiddependi mid-dejta disponibbli (filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet dwar il-ġbir tad-dejta tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008), li tiddetermina l-indikaturi l-aktar xierqa li għandhom jintużaw. Għal dan id-deskrittur, it-tliet kriterji għall-valutazzjoni tal-progress li jwassal għal status ambjentali tajjeb, kif ukoll l-indikaturi relatati rispettivament magħhom, huma dawn li ġejjin:

3.1.   Il-livell ta’ pressjoni tal-attività tas-sajd

 

Indikatur primarju. L-indikatur primarju għal-livell ta’ pressjoni tal-attività tas-sajd huwa dan li ġej:

Il-mortalità fis-sajd (F) (3.1.1).

Biex jinkiseb jew biex jinżamm status ambjentali tajjeb jeħtieġ li valuri ta’ F ikunu ugwali għal jew anqas minn FMSY, il-livell li kapaċi jipproduċi Rendiment Massimu Sostenibbli (Maximum Sustainable Yield, MSY). Dan ifisser li f’sajd imħallat u fejn interazzjonijiet ta’ ekosistemi huma importanti, pjanijiet ta’ ġestjoni fit-tul jistgħu jirriżultaw fl-isfruttament ta’ xi stokkijiet b’mod aktar delikat milli f’livelli ta’ FMSY sabiex ma ssirx ħsara lill-isfruttament f’FMSY ta’ speċi oħra (14).

F huwa stmat skont valutazzjonijiet analitiċi xierqa msejsa fuq l-analiżi ta’ qabda (li għandha titqies bħala dak kollu li jitneħħa mill-istokk, inklużi skart u qbid mitluf) skont l-età jew it-tul u skont informazzjoni anċillari. Fejn it-tagħrif dwar id-dinamika tal-popolazzjoni tal-istokk ma jippermettix li jsiru simulazzjonijiet, ġudizzju xjentifiku dwar valuri ta’ ‘F’ assoċjati mal-kurva ta’ rendiment għal kull rekluta - Y/R (yield-per-recruit), flimkien ma’ informazzjoni oħra dwar il-prestazzjoni storika tas-sajda jew dwar id-dinamika tal-popolazzjoni ta’ stokkijiet simili, jistgħu jintużaw.

 

Indikaturi sekondarji (jekk ma jkunux disponibbli valutazzjonijiet analitiċi li jirrendu valuri għal ‘F’):

Il-proporzjon bejn il-qabda u l-indiċi tal-bijomassa (minn hawn ‘il qudiem imsejjaħ il-proporzjon qabda/bijomassa) (3.1.2).

Il-valur għall-indikatur li jirrifletti FMSY jeħtieġlu jkun stabbilit b’ġudizzju xjentifiku wara analiżi tax-xejriet storiċi osservati tal-indikatur flimkien ma’ informazzjoni oħra dwar il-prestazzjoni storika tas-sajda. Fejn valutazzjonijiet imsejsa fuq il-produzzjoni ta’ stokkijiet ikunu disponibbli, il-proporzjon ta’ qabda/bijomassa li jirrendi MSY jista’ jittieħed bħala referenza indikattiva.

Alternattivament għall-proporzjon qabda/bijomassa, indikaturi sekondarji jistgħu jkunu żviluppati abbażi ta’ dak li, skont il-każ, ikun iqarreb l-aktar lejn il-mortalità fis-sajd, b’ġustifikazzjoni adegwata.

3.2.   Il-kapaċità riproduttiva tal-istokk

 

Indikatur primarju. L-indikatur primarju tal-kapaċità riproduttiva tal-istokk huwa dan li ġej:

Bijomassa ta’ stokk ferriegħ (SSB)(3.2.1).

Dan huwa stmat skont valutazzjonijiet analitiċi xierqa msejsa fuq l-analiżi ta’ qabda skont l-età jew it-tul u skont informazzjoni anċillari.

Fejn valutazzjoni analitika tippermetti l-istima ta’ SSB, il-valur ta’ referenza li jirrifletti l-kapaċità riproduttiva sħiħa huwa SSBMSY, jiġifieri, il-bijomassa ta’ stokk ferriegħ li tikseb MSY skont il-mortalità fis-sajd ugwali għal FMSY. Kwalunkwe valur osservat ta’ SSB ugwali għal jew akbar minn SSBMSY jitqies li jissodisfa dan il-kriterju.

Hija meħtieġa aktar riċerka sabiex jiġi indirizzat il-fatt li SSB li jikkorrispondi għal MSY ma jistax jinkiseb għall-istokkijiet kollha b’mod simultanju minħabba interazzjonijiet possibbli bejniethom.

Fejn mudelli ta’ simulazzjoni ma jippermettux li ssir stima ta’ valur ta’ min joqgħod fuqu għal SSBMSY, allura r-referenza li għandha tintuża għall-fini ta’ dan il-kriterju hija SSBpa, li hija l-valur minimu ta’ SSB li għalih il-probabbiltà kbira tkun li l-istokk ikun jista’ jerġa’ jimtela skont il-kundizzjonijiet li jkun hemm ta’ sfruttament.

 

Indikaturi sekondarji (jekk ma jkunux disponibbli valutazzjonijiet analitiċi li jirrendu valur għal SSB):

Indiċijiet ta’ bijomassa (3.2.2).

Jistgħu jintużaw jekk indiċijiet bħal dawn ikunu jistgħu jinkisbu għall-frazzjoni tal-popolazzjoni li tkun sesswalment matura. F’każijiet bħal dawn, dawn l-indiċijiet jeħtieġ li jintużaw meta ġudizzju xjentifiku jkun jista’ jiddetermina, permezz ta’ analiżi dettaljata tax-xejriet storiċi tal-indikatur flimkien ma’ informazzjoni oħra dwar il-prestazzjoni storika tas-sajda, li jkun hemm probabbiltà kbira li l-istokk ikun jista’ jerġa’ jimtela skont il-kundizzjonijiet ta’ sfruttament li jkun hemm.

3.3.   L-età tal-popolazzjoni u d-distribuzzjoni tad-daqs.

 

Indikaturi primarji. Stokkijiet b’saħħithom huma kkaratterizzati minn proporzjon għoli ta’ ħut xiħ u kbir. Indikaturi bbażati fuq l-abbundanza relattiva ta’ ħut kbir jinkludu:

Proporzjon ta’ ħut akbar mid-daqs medju fil-maturazzjoni sesswali inizjali (3.3.1)

Tul massimu medju komuni għall-ispeċi kollha misjub permezz ta’ servejs minn bastimenti ta’ riċerka (3.3.2)

Perċentwali ta’ 95 % tad-distribuzzjoni tat-tul tal-ħut osservat permezz ta’ servejs minn bastimenti ta’ riċerka (3.3.3)

 

Indikatur sekondarju:

Id-daqs fil-maturità sesswali inizjali li jista’ jirrifletti kemm ikunu mifruxin l-effetti ġenetiċi mhux mixtieqa ta’ sfruttament (3.3.4).

Għaż-żewġ settijiet ta’ indikaturi (il-proporzjon tal-ħut xiħ u d-daqs fil-maturitazzjoni sesswali inizjali), huwa meħtieġ ġudizzju espert biex jiġi ddeterminat jekk hemm probabbiltà kbira li d-diversità ġenetika intrinsika tal-istokk ma tkunx imdgħajfa. Il-ġudizzju espert jeħtieġ li jsir wara analiżi tas-serje ta’ żmien għad-dispożizzjoni tal-indikatur, flimkien ma’ informazzjoni oħra dwar il-bijoloġija tal-ispeċi.

Deskrittur 4:   L-elementi kollha tax-xbieki alimentari tal-baħar, sa fejn huma magħrufa, jokkorru f’abbundanza u diversità normali u livelli li kapaċi jiżguraw l-abbundanza tal-ispeċi tul perjodu ta’ żmien twil kif ukoll iż-żamma tal-kapaċità riproduttiva sħiħa tagħhom.

Dan id-deskrittur huwa dwar aspetti funzjonali importanti bħal flussi tal-enerġija u l-istruttura ta’ xbieki alimentari (daqs u abbundanza). F’dan l-istadju huwa meħtieġ sostenn xjentifiku u tekniku addizzjonali għal aktar żvilupp ta’ kriterji u indikaturi potenzjalment siewja biex ikunu indirizzati r-relazzjonijiet fix-xibka alimentari (15).

4.1.   Produttività (produzzjoni għal kull unità ta’ bijomassa) ta’ speċi ewlenin jew gruppi trofiċi

Biex ikunu indirizzati flussi tal-enerġija fix-xbieki alimentari jeħtieġ li jkunu żviluppati aktar indikaturi adegwati biex tkun evalwata l-prestazzjoni tal-proċessi prinċipali tar-relazzjoni bejn predatur u priża li tirrifletti l-vijabbiltà fit-tul ta’ komponenti fil-parti tax-xibka alimentari fejn huma jgħixu, ibbażata fuq l-esperjenza fl-għażla ta’ speċi adattati f’xi sottoreġjuni (eż. mammiferi, għasafar tal-baħar).

Il-prestazzjoni ta’ speċi predaturi ewlenin billi tintuża l-produzzjoni tagħhom għal kull unità ta’ bijomassa (produttività) (4.1.1).

4.2.   Proporzjon ta’ speċi magħżulin li jinsabu fil-parti ta’ fuq nett tax-xibka alimentari

Biex tkun indirizzata l-istruttura tax-xbieki alimentari, id-daqs u l-abbundanza tal-komponenti, hemm il-ħtieġa ta’ valutazzjoni tal-proporzjon ta’ speċi magħżulin li jinsabu fil-parti ta’ fuq nett tax-xbieki alimentari. Jeħtieġ li l-indikaturi jkunu żviluppati aktar, abbażi tal-esperjenza f’xi sottoreġjuni. Għal ħut kbir, hemm disponibbli dejta minn servejs ta’ monitoraġġ tal-ħut.

Ħut kbir (skont il-piż) (4.2.1).

4.3.   Abbundanza/distribuzzjoni ta’ gruppi trofiċi/speċi ewlenin

Xejriet ta’ abbundanza ta’ gruppi/speċi magħżulin li huma funzjonalment importanti (4.3.1).

Jeħtieġ li jkunu identifikati l-bidliet fl-istatus tal-popolazzjoni li potenzjalment jista’ jkollhom effett fuq l-istruttura tax-xbieki alimentari. Jeħtieġ li indikaturi dettaljati jkunu aktar speċifiċi, meta titqies l-importanza tagħhom għax-xbieki alimentari, abbażi ta’ gruppi/speċi xierqa f’reġjun, subreġjun jew sottodiviżjoni, inklużi fejn xieraq:

gruppi b’rati mgħaġġla ta’ riproduzzjoni (eż. fitoplankton, żooplankton, bram, molluski bivalvi, ħut pelaġiku li jgħix ftit) li jirreaġixxu malajr għal bidla f’ekosistema u li huma siewja bħala indikaturi ta’ twissija bikrija,

gruppi/speċi milquta mill-attivitajiet tal-bniedem jew li indirettament jiġu affettwati minnhom (b’mod partikolari qbid inċidentali u skart),

gruppi/speċi li jiddefinixxu ħabitat,

gruppi/speċi li jinsabu fil-parti ta’ fuq nett tax-xibka alimentari,

speċi migratorji anadromi u katadromi li jkopru distanzi twal,

gruppi/speċi li huma relatati strettament ma’ gruppi/speċi speċifiċi f’livell trofiku ieħor.

Deskrittur 5:   L-ewtrofikazzjoni kkawżata mill-bniedem titnaqqas kemm jista’ jkun, speċjalment l-effetti negattivi tagħha, bħal pereżempju t-telf tal-bijodiversità, id-degradazzjoni tal-ekosistemi, l-inwar ta’ alka tossika u d-defiċjenza ta’ ossiġnu fl-ilmijiet tal-qiegħ.

Il-valutazzjoni tal-ewtrofikazzjoni f’ilmijiet tal-baħar jeħtieġ li tqis il-valutazzjoni ta’ ilmijiet kostali u tranżizzjonali skont id-Direttiva 2000/60/KE (L-Anness V, 1.2.3 u 1.2.4) u gwida relatata (16), b’mod li jiżgura komparabbiltà, filwaqt li jitqiesu wkoll l-informazzjoni u l-għarfien miġburin u l-approċċi żviluppati fil-qafas ta’ konvenzjonijiet dwar ibħra reġjonali. Fuq bażi ta’ proċedura ta’ skrining bħala parti mill-valutazzjoni inizjali, jistgħu jitqiesu kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji biex l-ewtrofikazzjoni tkun ivvalutata b’mod effiċjenti (17). Il-valutazzjoni jeħtieġ li tgħaqqad flimkien informazzjoni dwar il-livelli tan-nutrijenti u dwar il-firxa ta’ dawk l-effetti primarji u sekondarji li huma rilevanti ekoloġikament (18), billi jitqiesu skali temporali rilevanti. Meta jitqies li l-konċentrazzjoni ta’ nutrijenti hija relatata ma’ tagħbijiet ta’ nutrijenti minn xmajjar fiż-żona ta’ qbid, il-kooperazzjoni ma’ Stati Membri li ma jmissux mal-baħar, bl-użu ta’ strutturi stabbiliti ta’ kooperazzjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/56/KE, hija partikolarment rilevanti.

5.1.   Livelli ta’ nutrijenti

Konċentrazzjoni ta’ nutrijenti fil-kolonna tal-ilma (5.1.1)

Proporzjonijiet ta’ nutrijenti (is-silika, in-nitroġenu u l-fosfru), fejn xieraq (5.1.2)

5.2.   Effetti diretti tal-arrikkiment tan-nutrijenti

Konċentrazzjoni ta’ klorofilla fil-kolonna tal-ilma (5.2.1)

Trasparenza tal-ilma relatata ma’ żieda ta’ alka sospiża, fejn rilevanti (5.2.2)

Abbundanza ta’ makroalka opportunistika (5.2.3)

Bidla fl-ispeċi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kompożizzjoni floristika bħall-proporzjon ta’ diatomi ma’ flaġellati, bidliet minn speċi ta’ qiegħ il-baħar għal dawk pelaġiċi, kif ukoll okkorrenzi ta’ nwar bħal inwar ta’ alka inkonvenjenti jew tossika (eż. ċjanobatterji) li jinħolqu minn attivitajiet tal-bniedem (5.2.4)

5.3.   Effetti indiretti tal-arrikkiment tan-nutrijenti

Abbundanza ta’ alka tal-baħar u ħaxix tal-baħar perenni (eż. ħabaq tal-baħar, ħaxixet is-sallura u ħaxixet Nettunu) milqutin ħażin minn tnaqqis fit-trasparenza tal-ilma (5.3.1)

Ossiġnu maħlul, jiġifieri bidliet minħabba żieda fid-dekompożizzjoni organika tal-materja u d-daqs taż-żona konċernata (5.3.2).

Deskrittur 6:   L-integrità ta’ qiegħ il-baħar tinsab f’livell li jiżgura li l-istruttura u l-funzjonijiet tal-ekosistemi huma ssalvagwardjati u l-ekosistemi ta’ qiegħ il-baħar, b’mod partikolari, mhumiex affettwati b’mod negattiv.

L-objettiv huwa li pressjonijiet tal-bniedem fuq qiegħ il-baħar ma jfixklux il-komponenti tal-ekosistemi milli jżommu d-diversità naturali, il-produttività u l-proċessi ekoloġiċi dinamiċi tagħhom, filwaqt li titqies ir-reżiljenza tal-ekosistemi. L-iskala tal-valutazzjoni għal dan id-deskrittur tista’ tkun partikolarment ta’ sfida minħabba n-natura mraqqa’ tal-karatteristiċi ta’ wħud mill-ekosistemi ta’ qiegħ il-baħar u ta’ bosta pressjonijiet tal-bniedem. Jeħtieġ li jsiru valutazzjoni u monitoraġġ wara skrining inizjali tal-impatti u t-theddid għall-karatteristiċi tal-bijodiversità u tal-pressjonijiet mill-bniedem, kif ukoll integrazzjoni ta’ riżultati ta’ valutazzjonijiet minn skali żgħar għal oħrajn usa’, li jkopru fejn xieraq sottodiviżjoni, subreġjun jew reġjun (19).

6.1.   Ħsara fiżika b’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-sottostrati

It-tħassib ewlieni għall-finijiet ta’ ġestjoni huwa dwar il-kobor tal-impatti tal-attivitajiet tal-bniedem fuq is-sottostrati ta’ qiegħ il-baħar li jservu ta’ struttura għall-ħabitats ta’ qiegħ il-baħar. Fost it-tipi ta’ sottostrati, is-sottostrati bijoġeniċi, li huma l-aktar sensittivi għal disturbi fiżiċi, jipprovdu firxa ta’ funzjonijiet li jsostnu ħabitats u komunitajiet ta’ qiegħ il-baħar.

Tip, abbundanza, bijomassa u l-medda superfiċjali ta’ sottostrat bijoġeniku rilevanti (6.1.1)

Il-medda ta’ qiegħ il-baħar milquta b’mod sinifikanti minn attivitajiet tal-bniedem għat-tipi differenti ta’ sottostrati (6.1.2).

6.2.   Il-kundizzjoni ta’ komunità ta’ qiegħ il-baħar

Il-karatteristiċi ta’ komunità ta’ qiegħ il-baħar bħall-kompożizzjoni tal-ispeċi, il-kompożizzjoni tad-daqs u l-karatteristiċi funzjonali jipprovdu indikazzjoni importanti tal-potenzjal tal-ekosistema biex tiffunzjona sewwa. Tagħrif dwar l-istruttura u d-dinamika ta’ komunitajiet jinkiseb, kif xieraq, billi titkejjel id-diversità tal-ispeċi, il-produttività (abbundanza jew bijomassa), il-grupp tassonomiku tolleranti jew sensittiv u d-dominanza tassonomika u l-kompożizzjoni tad-daqs ta’ komunità, riflessi fil-proporzjon ta’ partijiet individwali żgħar u kbar.

Il-preżenza ta’ speċi partikolarment sensittivi u/jew tolleranti (6.2.1)

Indiċijiet multimetriċi li jevalwaw il-kundizzjoni u l-funzjonalità ta’ komunitajiet ta’ qiegħ il-baħar, bħad-diversità u r-rikkezza tal-ispeċi, il-proporzjon tal-ispeċi minn dawk opportunistiċi għal dawk sensittivi (6.2.2)

Il-proporzjon tal-bijomassa jew l-għadd ta’ individwi fl-organiżmi ta’ qiegħ il-baħar viżibbli mingħajr l-użu ta’ apparat li huma akbar minn xi tul/daqs speċifikat (6.2.3)

Parametri li jiddeskrivu l-karatteristiċi (forma, xaqliba u interċezzjoni) tal-ispettru tad-daqs tal-komunità ta’ qiegħ il-baħar (6.2.4).

Deskrittur 7:   Alterazzjoni permanenti tal-kundizzjonijiet idrografiċi ma taffettwax b’mod negattiv lill-ekosistemi tal-baħar.

Alterazzjonijiet permanenti tal-kundizzjonijiet idrografiċi mill-attivitajiet tal-bniedem jistgħu jikkonsistu, pereżempju f’bidliet fis-sistema tal-marea, il-ġarr tas-sediment u tal-ilma ħelu, l-azzjoni tal-kurrenti jew tal-mewġ, li jwasslu għal bidliet fil-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness III għad-Direttiva 2008/56/KE. Bidliet bħal dawn jistgħu jkunu partikolarment rilevanti kull meta jkollhom il-potenzjal li jolqtu ekosistemi tal-baħar fuq skala usa’ u l-valutazzjoni tagħhom tkun tista’ tipprovdi twissija bikrija dwar impatti li jista’ jkun hemm fuq l-ekosistema. Għall-ilmijiet kostali, id-Direttiva 2000/60/KE tistabbilixxi objettivi idromorfoloġiċi li jeħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta’ miżuri fil-kuntest ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ baċiri ta’ xmajjar. Jeħtieġ approċċ każ b’każ biex ikun ivvalutat l-impatt tal-attivitajiet. Għodod bħal valutazzjoni tal-impatt ambjentali, valutazzjoni ambjentali strateġika u ppjanar ġeografiku marittimu jistgħu jikkontribwixxu biex ikun ivvalutat u eżaminat id-daqs tal-impatti u l-aspetti kumulattivi tagħhom minn attivitajiet bħal dawn. Iżda huwa importanti li jkun żgurat li mezzi bħal dawn jipprovdu elementi li jivvalutaw impatti potenzjali fuq l-ambjent tal-baħar, inklużi kunsiderazzjonijiet transkonfinali.

7.1.   Karatterizzazzjoni ġeografika ta’ alterazzjonijiet permanenti

Il-medda taż-żona milquta minn alterazzjonijiet permanenti (7.1.1)

7.2.   L-impatt ta’ bidliet idrografiċi permanenti

Il-medda ġeografika milquta mill-alterazzjonijiet permanenti (7.2.1)

Bidliet f’ħabitats, b’mod partikolari l-funzjonijiet ipprovduti (eż. tifrigħ, żoni għat-trobbija u l-għalf u rotot ta’ migrazzjoni ta’ ħut, għasafar u mammiferi), minħabba kundizzjonijiet idrografiċi mibdula (7.2.2).

Deskrittur 8:   Il-konċentrazzjonijiet tal-kontaminanti huma f’livelli li ma joħolqux effetti ta’ tniġġis.

Il-konċentrazzjoni ta’ kontaminanti fl-ambjent tal-baħar u l-effetti tagħhom jeħtieġ li jkunu evalwati, filwaqt li jitqiesu l-impatti u t-theddid għall-ekosistema (20). Għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE dwar ibħra territorjali u/jew kostali biex tkun żgurata l-koordinazzjoni xierqa tal-implimentazzjoni taż-żewġ oqfsa, fiwaqt li jitqiesu wkoll l-informazzjoni u l-għarfien miġbura u l-approċċi żviluppati fil-konvenzjonijiet dwar l-ibħra reġjonali. L-Istati Membri għandhom iqisu s-sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi, fejn rilevanti għall-ambjent tal-baħar, li:

(i)

jaqbżu l-Istandard tal-Kwalità Ambjentali stabbilit skont l-Artikolu 2(35) u l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE f’ibħra kostali jew territorjali maġenb ir-reġjun jew is-sottoreġjun tal-baħar, kemm jekk ikunu f’ilma, kif ukoll jekk f’sediment jew f’bijota; u/jew

(ii)

ikunu elenkati bħala sustanzi ta’ prijorità fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE u rregolati aktar mid-Direttiva 2008/105/KE, li jintremew fir-reġjun, sottoreġjun jew sottodiviżjoni tal-baħar konċernat/a; u/jew

(iii)

ikunu kontaminanti u r-rilaxx totali tagħhom (inklużi telf, rimi jew emissjonijiet) jista’ jġib miegħu riskji sinifikanti għall-ambjent tal-baħar minn tniġġis tal-passat jew tal-preżent fir-reġjun, sottoreġjun jew sottodiviżjoni tal-baħar konċernat/a, inklużi bħala konsegwenza ta’ avvenimenti ta’ tniġġis akut wara inċidenti li jinvolvu pereżempju sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara.

Il-progress li jwassal għal status ambjentali tajjeb jiddependi fuq jekk it-tniġġis ikunx qed jitneħħa progressivament f’fażijiet, jiġifieri li l-preżenza ta’ kontaminanti fl-ambjent tal-baħar u l-effetti bijoloġiċi tagħhom jinżammu f’limiti aċċettabbli, biex ikun żgurat li ma jkunx hemm impatti sinifikanti fuq l-ambjent tal-baħar jew riskji għalih.

8.1.   Konċentrazzjoni ta’ kontaminanti

Il-konċentrazzjoni tal-kontaminanti msemmija hawn fuq, imkejla skont il-matriċi rilevanti (bħal bijota, sediment u ilma) b’mod li jkun żgurat li jkun hemm kompatibbiltà mal-valutazzjonijiet skont id-Direttiva 2000/60/KE (8.1.1)

8.2.   L-effetti ta’ kontaminanti

Il-livelli tal-effetti ta’ tniġġis fuq il-komponenti konċernati tal-ekosistema, filwaqt li jitqiesu l-proċessi bijoloġiċi u l-gruppi tassonomiċi magħżula fejn tkun ġiet stabbilita relazzjoni kawża/effett u jeħtieġ li tiġi mmonitorjata (8.2.1)

L-okkorrenza, l-oriġini (fejn possibbli), kemm huwa akut it-tniġġis tal-avvenimenti sinifikanti (eż. rqajja’ ta’ żejt u prodotti miż-żejt) u l-impatt tagħhom fuq bijota milquta fiżikament minn dan it-tniġġis (8.2.2).

Deskrittur 9:   Il-kontaminanti fil-ħut u f’ikel tal-baħar ieħor għall-konsum mill-bniedem ma jaqbżux il-livelli stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew standards rilevanti oħra.

Fir-reġjuni jew is-sottoreġjuni differenti hemm il-ħtieġa li l-Istati Membri jimmonitorjaw fit-tessuti li jittieklu (muskoli, fwied, bajd, laħam, partijiet tarjin kif xieraq) ta’ ħut, krustaċji, molluski, ekinodermi, kif ukoll alka tal-baħar, maqbuda jew maħsuda fis-selvaġġ, il-preżenza possibbli ta’ sustanzi li għalihom huma stabbiliti livelli massimi fil-livell Ewropew, reġjonali jew nazzjonali għal prodotti destinati għall-konsum mill-bniedem.

9.1.   Livelli, għadd u frekwenza ta’ kontaminanti

Livelli ta’ kontaminanti li fir-realtà ġew individwati u l-għadd ta’ kontaminanti li qabżu l-livelli regolatorji massimi (9.1.1)

Il-frekwenza li biha qed jinqabżu l-livelli regolatorji (9.1.2).

Deskrittur 10:   Proprjetajiet u kwantitajiet ta’ żibel fil-baħar li ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent kostali u tal-baħar.

Id-distribuzzjoni taż-żibel hija varjabbli ħafna, u jeħtieġ li titqies għall-programmi ta’ monitoraġġ. Huwa neċessarju li tkun identifikata l-attività marbuta magħha, inkluż, fejn ikun possibbli, l-oriġini tagħha. Għad hemm il-ħtieġa li bosta indikaturi jkunu żviluppati aktar, partikolarment dawk relatati ma’ impatti bijoloġiċi u ma’ mikropartikoli, kif ukoll li l-valutazzjoni tat-tossiċità potenzjali tagħhom tissaħħaħ (21).

10.1.   Karatteristiċi taż-żibel fl-ambjent tal-baħar u f’dak kostali

Xejriet fl-ammont ta’ żibel li jinġarr għal fuq ix-xtut u/jew li jiġi ddepożitat mal-kosti, inkluża analiżi tal-kompożizzjoni, id-distribuzzjoni ġeografika u, fejn ikun possibbli, is-sors tiegħu (10.1.1)

Xejriet fl-ammont ta’ żibel fil-kolonna tal-ilma (inkluż dak f’wiċċ l-ilma) u dak iddepożitat f’qiegħ il-baħar, inkluża analiżi tal-kompożizzjoni, id-distribuzzjoni ġeografika u, fejn ikun possibbli, is-sors tiegħu (10.1.2)

Xejriet fl-ammont, fid-distribuzzjoni u, fejn possibbli, fil-kompożizzjoni ta’ mikropartikoli (b’mod partikolari mikroplastiks) (10.1.3)

10.2.   Impatti taż-żibel fuq il-ħajja tal-baħar

Xejriet fl-ammont u fil-kompożizzjoni taż-żibel li annimali tal-baħar jibilgħu (eż. analiżi tal-istonku) (10.2.1.).

Dan l-indikatur jeħtieġ li jkun żviluppat aktar, abbażi tal-esperjenza f’xi sottoreġjuni (eż. fil-Baħar tat-Tramuntana), biex ikun adattat għal reġjuni oħra.

Deskrittur 11:   L-introduzzjoni tal-enerġija, inkluż l-istorbju ta’ taħt l-ilma, hija f’livelli li ma jaffettwawx ħażin l-ambjent tal-baħar.

Flimkien mal-ħsejjes ta’ taħt l-ilma, li hemm enfasi dwarhom fid-Direttiva 2008/56/KE kollha, għamliet oħra ta’ imput ta’ enerġija għandhom il-potenzjal li jħallu impatt fuq l-ekosistemi tal-baħar, bħall-enerġija termali, il-kampijiet elettromanjetiċi u d-dawl. Għad hemm il-ħtieġa ta’ progress xjentifiku u tekniku addizzjonali biex ikun sostnut aktar l-iżvilupp ta’ kriterji relatati ma’ dan id-deskrittur (22), inklużi dawk relatati mal-impatti tal-introduzzjoni tal-enerġija fuq il-ħajja tal-baħar, livelli ta’ storbju u frekwenzi rilevanti (li jista’ jkun li jkun meħtieġ li jiġu adattati, fejn xieraq, soġġetti għar-rekwiżit ta’ kooperazzjoni reġjonali). Fl-istadju attwali, l-orjentazzjonijiet prinċipali biex jitkejlu l-ħsejjes ta’ taħt l-ilma kienu identifikati bħala l-ewwel prijorità b’rabta ma’ valutazzjoni u monitoraġġ (23), suġġetti għal aktar żvilupp, inkluż dak relatat ma’ wiri fuq mapep. Ħsejjes antropoġeniċi jistgħu jdumu ftit (eż. impulsivi bħal dawk minn servej sismiku u t-taħfir għal arbli ta’ farms tar-riħ u għal pjattaformi tagħhom, kif ukoll splużjonijiet), jew jistgħu jdumu ħafna (eż. kontinwi bħat-tħammil, it-trasport marittimu u installazzjonijiet tal-enerġija) li jaffettwaw lill-organiżmi b’modi differenti. Kważi l-attivitajiet kummerċjali kollha li jġibu magħhom livell għoli ta’ ħsejjes li relattivament iħallu effett fuq żoni kbar jitwettqu skont kundizzjonijiet regolati suġġetti għal liċenzja. Dan joħloq l-opportunità li jkunu kkoordinati b’mod koerenti rekwiżiti għall-kejl ta’ ħsejjes impulsivi għoljin bħal dawn.

11.1.   Distribuzzjoni f’waqtha u f’lokha ta’ ħsejjes impulsivi ta’ frekwenza għolja, baxxa u medja

Proporzjon ta’ jiem u d-distribuzzjoni tagħhom f’sena kalendarja fuq żoni ta’ superfiċje determinata, kif ukoll id-distribuzzjoni ġeografika tagħhom, li fihom is-sorsi ta’ ħsejjes antropoġeniċi jaqbżu livelli li x’aktarx joħolqu impatt sinfikanti fuq l-annimali tal-baħar imkejla bħala Livell ta’ Esponiment għall-Ħsejjes (f’dB re 1μPa2.s) jew bħala l-ogħla livell ta’ pressjoni ta’ ħsejjes (f’dB re 1μPapeak) f’metru, imkejla fil-faxxa ta’ frekwenza 10 Hz sa 10 kHz (11.1.1)

11.2.   Ħoss kontinwu ta’ frekwenza baxxa

Xejriet fil-livell tal-istorbju ambjentali fil-faxex ta’ 1/3 ta’ ottava 63 u 125 Hz (frekwenza ċentrali) (re 1μΡa RMS); livell medju ta’ storbju f’dawn il-faxex ta’ ottavi f’sena) imkejjel minn stazzjonijiet ta’ osservazzjoni u/jew bl-użu ta’ mudelli skont kif ikun xieraq (11.2.1).


(1)  Ara l-Premessi 3 u 4.

(2)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84.

(3)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

(4)  Ara l-Premessa 2.

(5)  Ara l-Premessi 3 u 4.

(6)  Ara l-punti 3 sa 6 fil-Parti A.

(7)  Ara l-punt 6 fil-Parti A.

(8)  “Valutazzjoni, monitoraġġ u rappurtar dwar l-istatus tal-konservazzjoni – Tħejjija tar-rapport għall-2001-2007 skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats”, il-15 ta’ Marzu 2005, aċċettat mill-Kumitat għall-Ħabitats fl-20 ta’ April 2005.

(9)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 8.

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007 dwar l-użu ta’ speċi aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura (ĠU L 168, 28.6.2007, p. 1).

(11)  Ara l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 708/2007.

(12)  Ara l-Premessi 3 u 4.

(13)  Ara l-punt 9 fil-Parti A.

(14)  Il-Komunikazzjoni “L-implimentazzjoni tas-sostenibbiltà fis-sajd fl-UE permezz ta’ rendiment sostenibbli massimu” [traduzzjoni mhux uffiċjali], (COM(2006) 360 finali).

(15)  Ara l-Premessi 3 u 4.

(16)  Dokument ta’ Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Ewtrofikazzjoni fil-Kuntest tal-Politiki Ewropej dwar l-Ilma, Dokument nru 23. Il-Kummissjoni Ewropea (2009). Ara http://circa.europa.eu/Public/irc/env/wfd/library

(17)  Ara l-punti 3 sa 6 fil-Parti A.

(18)  Ara l-punt 7 fil-Parti A.

(19)  Ara l-punti 3 sa 6 fil-Parti A.

(20)  Ara l-punti 3 u 4 fil-Parti A.

(21)  Ara l-Premessi 3 u 4.

(22)  Ara l-Premessi 3 u 4.

(23)  Ara l-punt 9 fil-Parti A.